Emendi(1) adottati mill-Parlament Ewropew fl-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (COM(2022)0071 – C9-0050/2022 – 2022/0051(COD))(2)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) L-Unjoni hija bbażata fuq ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Dawk il-valuri ewlenin li ispiraw il-ħolqien tal-Unjoni stess, kif ukoll l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali. Tali azzjoni tinkludi t-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
(1) L-Unjoni hija bbażata fuq ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawk il-valuri ewlenin li ispiraw il-ħolqien tal-Unjoni stess, kif ukoll l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali. Tali azzjoni tinkludi t-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-promozzjoni tal-valuri ewlenin Ewropej huma fost il-prijoritajiet tal-Unjoni, kif stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Patt Ekoloġiku Ewropew74. Dawn l-objettivi jeħtieġu l-involviment mhux biss tal-awtoritajiet pubbliċi iżda wkoll ta’ atturi privati, b’mod partikolari kumpaniji.
(2) Livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-promozzjoni tal-valuri ewlenin Ewropej huma fost il-prijoritajiet tal-Unjoni, kif stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Patt Ekoloġiku Ewropew74. Dawn l-objettivi jeħtieġu l-involviment mhux biss tal-awtoritajiet pubbliċi iżda wkoll ta’ atturi privati, b’mod partikolari kumpaniji. L-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jgħid li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għall-preżervazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu ttrattati l-problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
__________________
__________________
74 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjun “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM/2019/640 final)
74 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjun “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM/2019/640 final)
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjoni Ġusta75, il-Kummissjoni impenjat ruħha li ttejjeb l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa sabiex tikseb tranżizzjoni ġusta lejn is-sostenibbiltà. Din id-Direttiva se tikkontribwixxi wkoll għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jippromwovi d-drittijiet li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Din tifforma parti mill-politiki u l-istrateġiji tal-UE relatati mal-promozzjoni tax-xogħol deċenti madwar id-dinja, inkluż fil-ktajjen tal-valur globali, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja76.
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjoni Ġusta75, il-Kummissjoni impenjat ruħha li ttejjeb l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa sabiex tikseb tranżizzjoni ġusta lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Din id-Direttiva se tikkontribwixxi wkoll għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jippromwovi d-drittijiet li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Dinse toħloq ukoll viżibbiltà akbar għall-Pilastru u s-sjieda tiegħu fost il-kumpaniji, li l-involviment tagħhom huwa essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tagħha. Din tifforma parti mill-politiki u l-istrateġiji tal-UE relatati mal-promozzjoni tax-xogħol ġust u deċenti madwar id-dinja, inkluż fil-ktajjen tal-valur globali, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol ġust u deċenti madwar id-dinja76 .
__________________
__________________
75 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (COM/2020/14 final).
75 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (COM/2020/14 final).
76 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli, COM(2022) 66 final.
76 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli, COM(2022) 66 final.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) L-imġiba tal-kumpaniji fis-setturi kollha tal-ekonomija hija kruċjali għas-suċċess fl-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni billi l-kumpaniji tal-Unjoni, speċjalment dawk kbar, jiddependu fuq il-ktajjen tal-valur mondjali. Huwa wkoll fl-interess tal-kumpaniji li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari minħabba t-tħassib dejjem jikber tal-konsumaturi u tal-investituri dwar dawn is-suġġetti. Diversi inizjattivi li jrawmu intrapriżi li jappoġġaw trasformazzjoni orjentata lejn il-valur diġà jeżistu fil-livell tal-Unjoni77, kif ukoll fil-livell nazzjonali78.
(4) L-imġiba tal-kumpaniji fis-setturi kollha tal-ekonomija hija kruċjali għas-suċċess fl-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni billi ħafna kumpaniji tal-Unjoni jiddependu fuq il-ktajjen tal-valur mondjali. Huwa wkoll fl-interess tal-kumpaniji li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari minħabba t-tħassib dejjem jikber tal-konsumaturi u tal-investituri dwar dawn is-suġġetti. Diversi inizjattivi li jrawmu intrapriżi li jappoġġaw trasformazzjoni orjentata lejn il-valur diġà jeżistu fil-livell tal-Unjoni77, kif ukoll fil-livell nazzjonali78, inkluża leġiżlazzjoni vinkolanti f’diversi Stati Membri bħal Franza u l-Ġermanja, li tagħti lok għall-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u tiġi pprovduta ċertezza legali għan-negozji li joperaw fis-suq uniku. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġi stabbilit qafas Ewropew għal approċċ responsabbli u sostenibbli għall-ktajjen tal-valur globali, minħabba l-importanza tal-kumpaniji bħala pilastru fil-bini ta’ soċjetà u ekonomija sostenibbli.
__________________
__________________
77 “Enterprise Models and the EU agenda”, CEPS Policy Insights, Nru PI2021-02/ Jannar 2021.
77 “Enterprise Models and the EU agenda”, CEPS Policy Insights, Nru PI2021-02/ Jannar 2021.
(5) L-istandards internazzjonali eżistenti dwar imġiba responsabbli fin-negozju jispeċifikaw li l-kumpaniji jenħtieġ li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jistabbilixxu kif jenħtieġ li jindirizzaw il-ħarsien tal-ambjent fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-valur tagħhom. Il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem79 jirrikonoxxu r-responsabbiltà tal-kumpaniji li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem billi jidentifikaw, jipprevjenu u jnaqqsu l-impatti negattivi tal-operazzjonijiet tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u billi jkunu responsabbli għal kif jindirizzaw dawk l-impatti. Dawk il-Prinċipji ta’ Gwida jiddikjaraw li n-negozji jenħtieġ li jevitaw li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u jenħtieġ li jindirizzaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem li jkunu kkawżaw, ikkontribwew għalihom jew li jkunu marbuta mal-operazzjonijiet tagħhom, mas-sussidjarji tagħhom u permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħhom.
(5) L-istandards internazzjonali eżistenti stabbiliti sew dwar imġiba responsabbli fin-negozju bħall-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem79, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali79a, iċċarati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju79b jispeċifikaw li l-kumpaniji jenħtieġ li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jistabbilixxu kif jenħtieġ li jirrispettaw u jindirizzaw il-ħarsien tal-ambjent fl-operazzjonijiet u fil-ktajjen tal-valur tagħhom. Il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxu r-responsabbiltà tal-kumpaniji li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem billi jidentifikaw, jipprevjenu u jnaqqsu l-impatti negattivi tal-operazzjonijiet tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u billi jkunu responsabbli għal kif jindirizzaw dawk l-impatti. Dawk il-Prinċipji ta’ Gwida jiddikjaraw li n-negozji jenħtieġ li jevitaw li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u jenħtieġ li jindirizzaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem li jkunu kkawżaw, ikkontribwew għalihom jew li jkunu marbuta mal-operazzjonijiet tagħhom, mas-sussidjarji tagħhom u permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħhom.
__________________
__________________
79 “Guiding Principles on Business and Human Rights: Implementing the United Nations ’Protect, Respect and Remedy’ Framework” tan-Nazzjonijiet Uniti, 2011, li jinsab hawnhekk:https://www.ohchr.org/documents/publications/guidingprinciplesbusinesshr_en.pdf.
79 “Guiding Principles on Business and Human Rights: Implementing the United Nations ’Protect, Respect and Remedy’ Framework” tan-Nazzjonijiet Uniti, 2011, li jinsab hawnhekk:https://www.ohchr.org/documents/publications/guidingprinciplesbusinesshr_en.pdf.
79a OECD Guidelines for Multinational Enterprises (Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali), edizzjoni aġġornata tal-2011, li jinsabu hawnhekk: http://mneguidelines.oecd.org/guidelines/.https://mneguidelines.oecd.org/mneguidelines/
79b OECD Guidance on Responsible Business Conduct, 2018, and sector-specific guidance (Gwida tal-OECD dwar l-Imġiba Responsabbli fin-Negozju, 2018 u gwida speċifika għas-settur), tinsab hawn: https://www.oecd.org/investment/due-diligence-guidance-for-responsible-business-conduct.htm.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Il-kunċett ta’ diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem ġie speċifikat u żviluppat aktar fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali80 li estendew l-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta għal suġġetti ambjentali u ta’ governanza. Il-Gwida tal-OECD dwar l-Imġiba Responsabbli fin-Negozju u l-gwida settorjali81 huma oqfsa rikonoxxuti internazzjonalment li jistabbilixxu passi prattiċi ta’ diliġenza dovuta sabiex jgħinu lill-kumpaniji jidentifikaw, jipprevjenu, inaqqsu u jkunu responsabbli għal mod kif jindirizzaw l-impatti reali u potenzjali fl-operazzjonijiet, fil-ktajjen tal-valur u f’relazzjonijiet kummerċjali oħra tagħhom. Il-kunċett ta’ diliġenza dovuta huwa inkorporat ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali82.
(6) Il-kunċett ta’ diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem ġie speċifikat u żviluppat aktar fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali li estendew l-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta għal suġġetti ambjentali u ta’ governanza. Il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Imġiba Responsabbli fin-Negozju u l-gwida settorjali huma oqfsa rikonoxxuti internazzjonalment li jistabbilixxu passi prattiċi ta’ diliġenza dovuta sabiex jgħinu lill-kumpaniji jidentifikaw, jipprevjenu, inaqqsu u jkunu responsabbli għal mod kif jindirizzaw l-impatti reali u potenzjali fl-operazzjonijiet, fil-ktajjen tal-valur u f’relazzjonijiet kummerċjali oħra tagħhom. Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCPs) maħluqa minn dawk li jikkonformaw mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tad-diliġenza dovuta mill-kumpaniji permezz tar-rwoli tagħhom fil-promozzjoni tal-Linji Gwida u jaġixxu bħala mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ġudizzjarji. Il-kunċett ta’ diliġenza dovuta huwa inkorporat ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali82.
__________________
__________________
80 OECD Guidelines for Multinational Enterprises, 2011 updated edition, li jinsabu hawnhekk: http://mneguidelines.oecd.org/guidelines/.https://mneguidelines.oecd.org/mneguidelines/
81 OECD Guidance on Responsible Business Conduct, 2018, and sector-specific guidance, li tinsab hawnhekk: https://www.oecd.org/investment/due-diligence-guidance-for-responsible-business-conduct.htm .
82 “Tripartite Declaration of Principles concerning Multinational Enterprises and Social Policy” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Ħames Edizzjoni, 2017, li tinsab hawnhekk: https://www.ilo.org/empent/Publications/WCMS_094386/lang--en/index.htm.
82 “Tripartite Declaration of Principles concerning Multinational Enterprises and Social Policy” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Ħames Edizzjoni, 2017, li tinsab hawnhekk: https://www.ilo.org/empent/Publications/WCMS_094386/lang--en/index.htm.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida)
(6a) Il-kumpaniji kollha jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, kif minquxa fil-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness, il-Parti I, it-Taqsima 2, u dawk taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu d-diliġenza dovuta u jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jidentifikaw u jindirizzaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem tul il-katina tal-valur tagħhom. Il-firxa u n-natura tad-diliġenza dovuta jistgħu jvarjaw skont id-daqs, is-settur, il-kuntest operattiv, u l-profil tar-riskju tal-kumpanija.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti83, adottati mill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2015, jinkludu l-objettivi għall-promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli. L-Unjoni stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li twettaq l-għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Is-settur privat jikkontribwixxi għal dawk l-għanijiet.
(7) L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti83, adottati mill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2015, jinkludu l-objettivi għall-promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli. L-Unjoni stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li twettaq l-għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Is-settur privat jikkontribwixxi għal dawk l-għanijiet. Fis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali li tirriżulta mill-aggressjoni Russa fl-Ukrajna, il-kriżi tal-enerġija, il-konsegwenzi kontinwi tal-COVID-19 u t-tentattivi biex tinżamm u tissaħħaħ is-sigurtà tal-katina agroalimentari, is-settur privat jista’ jgħin biex jippromwovi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, filwaqt li jevita l-ħolqien ta’ żbilanċi fis-suq intern.
(8) Il-ftehimiet internazzjonali skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li l-Unjoni u l-Istati Membri huma partijiet fihom, bħall-Ftehim ta’ Pariġi84 u l-Patt Klimatiku ta’ Glasgow reċenti85, jistabbilixxu perkorsi preċiżi biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u t-tisħin globali jinżamm għall-1.5 gradi Celsius jew inqas. Minbarra li mistennija azzjonijiet speċifiċi mill-Partijiet firmatarji kollha, ir-rwol tas-settur privat, b’mod partikolari l-istrateġiji ta’ investiment tiegħu, huwa meqjus ċentrali biex jintlaħqu dawn l-objettivi.
(8) Il-ftehimiet internazzjonali skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li l-Unjoni u l-Istati Membri huma partijiet fihom, bħall-Ftehim ta’ Pariġi84 u l-Patt Klimatiku ta’ Glasgow reċenti85, jistabbilixxu perkorsi preċiżi biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u t-tisħin globali jinżamm għall-1.5 gradi Celsius jew inqas. Minbarra li mistennija azzjonijiet speċifiċi mill-Partijiet firmatarji kollha, ir-rwol tas-settur privat, b’mod partikolari l-istrateġiji ta’ investiment tiegħu, huwa meqjus ukoll ċentrali sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. Filwaqt li 100 kumpanija biss kienu s-sors ta’ aktar minn 70 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja mill-1988, hemm diskrepanza fundamentali bejn l-impenji klimatiċi korporattivi u l-investimenti reali tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Għalhekk, din id-Direttiva hija għodda leġiżlattiva importanti biex tiġi evitata kwalunkwe stqarrija ta’ newtralità klimatika qarrieqa u biex jitwaqqfu l-greenwashing u l-espansjoni tal-fjuwils fossili madwar id-dinja sabiex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi internazzjonali u Ewropej, irrakkomandati wkoll mill-aħħar rapporti xjentifiċi85a.
85 Il-Patt Klimatiku ta’ Glasgow, adottat fit-13 ta’ Novembru 2021 fis-COP26 fi Glasgow, https://unfccc.int/sites/default/files/resource/cma2021_L16_adv.pdf . https://unfccc.int/sites/default/files/resource/cma2021_L16_adv.pdf.
85 Il-Patt Klimatiku ta’ Glasgow, adottat fit-13 ta’ Novembru 2021 fis-COP26 fi Glasgow, https://unfccc.int/sites/default/files/resource/cma2021_L16_adv.pdf . https://unfccc.int/sites/default/files/resource/cma2021_L16_adv.pdf.
85aCDP Carbon Majors Report, 2017 Influence Map Report, Big Oil’s Real Agenda on Climate Change 2022, September 2022 (Rapport ta’ CDP dwar il-Maġġuri tal-Karbonju, Rapport dwar il-Mappa tal-Influwenza tal-2017, Aġenda Reali ta’ Big Oil dwar it-Tibdil fil-Klima 2022, Settembru 2022), https://influencemap.org/report/Big-Oil-s-Agenda-on-Climate-Change-2022-19585 IEA, Net Zero by 2050, A Roadmap for the Global Energy Sector (Newtralità Karbonika sal-2050, Pjan Direzzjonali għas-Settur Globali tal-Enerġija), p. 51.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) Fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima86, l-Unjoni impenjat ruħha legalment ukoll li ssir newtrali għall-klima sal-2050 u li tnaqqas l-emissjonijiet b’mill-inqas 55 % sal-2030. Dawn iż-żewġ impenji jeħtieġu bidla fil-mod li bih il-kumpaniji jipproduċu u jakkwistaw. Il-Pjan dwar il-Miri Klimatiċi tal-Kummissjoni għall-203087 jimmudella diversi gradi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ minn setturi ekonomiċi differenti, għalkemm kollha jeħtieġ li jaraw tnaqqis konsiderevoli fix-xenarji kollha għall-Unjoni sabiex tilħaq l-objettivi klimatiċi tagħha. Il-Pjan jenfasizza wkoll li “bidliet fir-regoli u l-prattiki ta’ governanza korporattiva, inkluż dwar il-finanzi sostenibbli, se jagħmlu lis-sidien tal-kumpaniji u lill-maniġers jipprijoritizzaw l-objettivi ta’ sostenibbiltà fl-azzjonijiet u fl-istrateġiji tagħhom.” Il-Komunikazzjoni tal-2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew88 tistabbilixxi li l-azzjonijiet u l-politiki kollha tal-Unjoni jenħtieġ li jaħdmu flimkien sabiex jgħinu lill-Unjoni tikseb tranżizzjoni ġusta u li tirnexxi lejn futur sostenibbli. Hija tistabbilixxi wkoll li s-sostenibbiltà jenħtieġ li tiġi inkorporata aktar fil-qafas ta’ governanza korporattiva.
(9) Fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima86, l-Unjoni impenjat ruħha legalment ukoll li ssir newtrali għall-klima sal-2050 u li tnaqqas l-emissjonijiet b’mill-inqas 55 % sal-2030. Dawn iż-żewġ impenji jeħtieġu bidla fil-mod li bih il-kumpaniji jipproduċu u jakkwistaw. Il-Pjan dwar il-Miri Klimatiċi tal-Kummissjoni għall-203087 jimmudella diversi gradi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ minn setturi ekonomiċi differenti, għalkemm kollha jeħtieġ li jaraw tnaqqis konsiderevoli fix-xenarji kollha għall-Unjoni sabiex tilħaq l-objettivi klimatiċi tagħha. Il-Pjan jenfasizza wkoll li “bidliet fir-regoli u l-prattiki ta’ governanza korporattiva, inkluż dwar il-finanzi sostenibbli, se jagħmlu lis-sidien tal-kumpaniji u lill-maniġers jipprijoritizzaw l-objettivi ta’ sostenibbiltà fl-azzjonijiet u fl-istrateġiji tagħhom.” Il-Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-203087a (“it-tmien EAP”), il-qafas għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-klima, għandu l-għan li jaċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fir-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b’mod ġust, ekwu u inklużiv, kif ukoll li jipproteġi, jirrestawra u jtejjeb l-istat tal-ambjent billi, fost l-oħrajn, iwaqqaf u jreġġa’ lura t-telfien tal-bijodiversità. Il-Komunikazzjoni tal-2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew88 tistipula li l-azzjonijiet u l-politiki kollha tal-Unjoni jenħtieġ li jingħaqdu biex jgħinu lill-Unjoni tikseb tranżizzjoni ġusta u ta’ suċċess lejn futur sostenibbli li fih ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Hija tistabbilixxi wkoll li s-sostenibbiltà jenħtieġ li tiġi inkorporata aktar fil-qafas ta’ governanza korporattiva.
__________________
__________________
86 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) PE/27/2021/REV/1 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
86 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) PE/27/2021/REV/1 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
87 SWD/2020/176 final.
87 SWD/2020/176 final.
87a Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030.
88 COM/2019/640 final.
88 COM/2019/640 final.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 11
(11) Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar Ekonomija Ċirkolari91, l-istrateġija għall-Bijodiversità92, l-istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt93 u l-istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi94 u l-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa95, l-Industrija 5.096 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali97 u r-Rieżami tal-Politika Kummerċjali98 tal-2021 jelenkaw inizjattiva dwar il-governanza korporattiva sostenibbli fost l-elementi tagħhom.
(11) Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar Ekonomija Ċirkolari91, l-istrateġija għall-Bijodiversità92, l-istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt93 u l-istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi94, l-Istrateġija Farmaċewtika, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-2021 Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija u l-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa95, l-Industrija 5.096 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali97 u r-Rieżami tal-Politika Kummerċjali98 tal-2021 jelenkaw inizjattiva dwar il-governanza korporattiva sostenibbli fost l-elementi tagħhom. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta skont din id-Direttiva jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u billi jtejbu l-istat tal-ambjent, b’mod partikolari l-arja, l-ilma u l-ħamrija. Dawn jenħtieġ li jikkontribwixxu lejn l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari mhux tossika. Rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta skont din id-direttiva jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni Lejn Tniġġis Żero li joħolqu ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi u li jipproteġu s-saħħa u l-benesseri tan-nies, l-annimali u l-ekosistemi minn riskji relatati mal-ambjent u impatti negattivi.
__________________
__________________
91 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM/2020/98 final).
91 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM/2020/98 final).
92 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM/2020/380 final).
92 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM/2020/380 final).
93 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM/2020/381 final).
93 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM/2020/381 final).
94 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità (COM/2020/667 final).
94 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità (COM/2020/667 final).
95 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa: (COM/2021/350 final).
95 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa: (COM/2021/350 final).
98 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva (COM/2021/66/final).
98 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva (COM/2021/66/final).
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Din id-Direttiva hija koerenti mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-202499. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jiddefinixxi bħala prijorità t-tisħiħ tal-impenn tal-Unjoni li tippromwovi b’mod attiv l-implimentazzjoni globali tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u linji gwida internazzjonali rilevanti oħra bħal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, inkluż billi tavvanza l-istandards rilevanti ta’ diliġenza dovuta.
(12) Din id-Direttiva hija koerenti mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-202499. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jiddefinixxi bħala prijorità t-tisħiħ tal-impenn tal-Unjoni li tippromwovi b’mod attiv l-implimentazzjoni globali tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali kif iċċarat fil-Linji Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju bħala l-linji gwida rilevanti, inkluż billi tavvanza l-istandards rilevanti ta’ diliġenza dovuta.
__________________
__________________
99 Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 (JOIN/2020/5 final).
99 Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 (JOIN/2020/5 final).
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2021, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regoli tal-Unjoni għal obbligu komprensiv ta’ diliġenza dovuta korporattiva100. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol Deċenti fil-Ktajjen tal-Provvista Globali tal-1 ta’ Diċembru 2020 talbu lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali tal-Unjoni dwar il-governanza korporattiva sostenibbli, inklużi obbligi ta’ diliġenza dovuta korporattiva transsettorjali tul il-ktajjen tal-provvista globali101. Il-Parlament Ewropew jitlob ukoll li jiġu ċċarati d-dmirijiet tad-diretturi fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu adottat fit-2 ta’ Diċembru 2020 dwar il-governanza korporattiva sostenibbli. Fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom dwar il-Prijoritajiet Leġiżlattivi tal-UE għall-2022102, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom, li jwettqu ekonomija għas-servizz tan-nies, u li jtejbu l-qafas regolatorju dwar il-governanza korporattiva sostenibbli.
(13) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2021, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regoli tal-Unjoni għal obbligi komprensivi ta’ diliġenza dovuta korporattiva, b’konsegwenzi inkluża r-responsabbiltà ċivili għal dawk il-kumpaniji li jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal dannu billi jonqsu milli jwettqu diliġenza dovuta100. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol Deċenti fil-Ktajjen tal-Provvista Globali tal-1 ta’ Diċembru 2020 talbu lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali tal-Unjoni dwar il-governanza korporattiva sostenibbli, inklużi obbligi ta’ diliġenza dovuta korporattiva transsettorjali tul il-ktajjen tal-provvista globali101. Il-Parlament Ewropew jitlob ukoll li jiġu ċċarati d-dmirijiet tad-diretturi fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu adottat fit-2 ta’ Diċembru 2020 dwar il-governanza korporattiva sostenibbli. Fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom dwar il-Prijoritajiet Leġiżlattivi tal-UE għall-2022102, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom, li jwettqu ekonomija għas-servizz tan-nies, u li jtejbu l-qafas regolatorju dwar il-governanza korporattiva sostenibbli.
__________________
__________________
100 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva (2020/2129(INL)) , P9_TA(2021)0073, li tinsab hawnhekk: https://oeil.secure.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2020/2129(INL).
100 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva (2020/2129(INL)) , P9_TA(2021)0073, li tinsab hawnhekk: https://oeil.secure.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2020/2129(INL).
101 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol Deċenti fil-Ktajjen tal-Provvista Globali, l-1 ta’ Diċembru 2020 (13512/20).
101 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol Deċenti fil-Ktajjen tal-Provvista Globali, l-1 ta’ Diċembru 2020 (13512/20).
102 Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Prijoritajiet Leġiżlattivi tal-UE għall-2022, li tinsab hawnhekk: https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/joint_declaration_2022.pdf.
102 Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Prijoritajiet Leġiżlattivi tal-UE għall-2022, li tinsab hawnhekk: https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/joint_declaration_2022.pdf.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 14
(14) Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li l-kumpaniji attivi fis-suq intern jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-ekonomiji u s-soċjetajiet permezz tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni, it-twaqqif u l-minimizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-impatti ambjentali negattivi potenzjali jew reali marbuta mal-operazzjonijiet proprji tal-kumpaniji, mas-sussidjarji u mal-ktajjen tal-valur.
(14) Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li l-kumpaniji attivi fis-suq intern jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-ekonomiji u s-soċjetajiet billi jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, permezz tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni, u jtemmu r-rimedju u l-minimizzazzjoni, u meta meħtieġ, il-prijoritizzazzjoni, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-impatti ambjentali negattivi potenzjali jew reali marbuta mal-operazzjonijiet proprji tal-kumpaniji, mas-sussidjarji u mal-ktajjen tal-valur, u tiżgura li dawk affettwati minn nuqqas ta’ rispett ta’ dan id-dmir ikollhom aċċess għall-ġustizzja u għar-rimedji legali. Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jirrispettaw u d-dmir li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jħarsu l-ambjent skont id-dritt internazzjonali.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Jenħtieġ li l-kumpaniji jieħdu passi xierqa sabiex jistabbilixxu u jwettqu miżuri ta’ diliġenza dovuta, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, is-sussidjarji tagħhom, kif ukoll ir-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti stabbiliti tagħhom tul il-ktajjen tal-valur tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirrikjedix li l-kumpaniji jiggarantixxu, fiċ-ċirkostanzi kollha, li l-impatti negattivi qatt ma jseħħu jew li se jitwaqqfu. Pereżempju fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali fejn l-impatt negattiv jirriżulta mill-intervent tal-Istat, il-kumpanija tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tasal għal dawn ir-riżultati. Għalhekk, jenħtieġ li l-obbligi ewlenin f’din id-Direttiva jkunu “obbligi ta’ mezzi”. Jenħtieġ li l-kumpanija tieħu l-miżuri xierqa li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirriżultaw fil-prevenzjoni jew fil-minimizzazzjoni tal-impatt negattiv fiċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-katina tal-valur, tas-settur jew taż-żona ġeografika tal-kumpanija li fiha joperaw is-sħab tal-katina tal-valur tagħha, tas-setgħa tal-kumpanija li tinfluwenza r-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħha, u jekk il-kumpanija tistax iżżid is-setgħa ta’ influwenza tagħha.
(15) Jenħtieġ li l-kumpaniji jieħdu passi xierqa fis-setgħa tagħhom sabiex jistabbilixxu u jwettqu miżuri ta’ diliġenza dovuta, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, dawk tas-sussidjarji tagħhom, kif ukoll ir-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħhom fil-ktajjen tal-valur tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirrikjedix li l-kumpaniji jiggarantixxu, fiċ-ċirkostanzi kollha, li l-impatti negattivi qatt ma jseħħu jew li se jitwaqqfu. Pereżempju fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali fejn l-impatt negattiv jirriżulta mill-intervent tal-Istat, il-kumpanija tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tasal għal dawn ir-riżultati. Għalhekk, jenħtieġ li l-obbligi ewlenin f’din id-Direttiva jkunu “obbligi ta’ mezzi”. Jenħtieġ li l-kumpanija tieħu l-miżuri xierqa li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirriżultaw fil-prevenzjoni jew fil-minimizzazzjoni tal-impatt negattiv fiċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, proporzjonati għall-grad ta’ severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv u d-daqs, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-kumpanija. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-katina tal-valur, tas-settur jew taż-żona ġeografika tal-kumpanija li fiha joperaw is-sħab tal-katina tal-valur tagħha, tas-setgħa tal-kumpanija li tinfluwenza r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u jekk il-kumpanija tistax iżżid is-setgħa ta’ influwenza tagħha.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 16
(16) Il-proċess ta’ diliġenza dovuta stipulat f’din id-Direttiva jenħtieġ li jkopri s-sitt passi definiti mill-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, li jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta għall-kumpaniji sabiex jidentifikaw u jindirizzaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali. Dan jinkludi l-passi li ġejjin: (1) l-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni, (2) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-impatti ambjentali negattivi, (3) il-prevenzjoni, il-waqfien jew il-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, (4) il-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri, (5) il-komunikazzjoni, (6) il-provvista ta’ rimedju.
(16) Il-proċess ta’ diliġenza dovuta stipulat f’din id-Direttiva jenħtieġ li jkopri s-sitt passi definiti mill-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, li jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta għall-kumpaniji sabiex jidentifikaw u jindirizzaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali. Dan jinkludi l-passi li ġejjin: (1) l-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni, (2) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-impatti ambjentali negattivi, (3) il-prevenzjoni, il-waqfien jew il-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, (4) il-verifika, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri, (5) il-komunikazzjoni, (6) il-provvista ta’ rimedju.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) L-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatt ambjentali jseħħu fl-operazzjonijiet proprji tal-kumpaniji, fis-sussidjarji, fil-prodotti, u fil-ktajjen tal-valur tagħhom, b’mod partikolari fil-livell tal-akkwist tal-materja prima, fil-manifattura, jew fil-livell tar-rimi tal-prodott jew tal-iskart. Sabiex id-diliġenza dovuta jkollha impatt sinifikanti, jenħtieġ li din tkopri l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali ġġenerati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-produzzjoni u l-użu u r-rimi tal-prodott jew tal-forniment tas-servizzi, fil-livell tal-operazzjonijiet proprji, tas-sussidjarji u fil-ktajjen tal-valur.
(17) L-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti ambjentali jseħħu fl-operazzjonijiet proprji tal-kumpaniji, fis-sussidjarji, fil-prodotti, fis-servizzi u fil-ktajjen tal-valur tagħhom, b’mod partikolari fil-livell tal-akkwist tal-materja prima, fil-manifattura, jew fil-livell tar-rimi tal-prodott jew tal-iskart. Sabiex id-diliġenza dovuta jkollha impatt sinifikanti, jenħtieġ li din tkopri l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali ġġenerati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-produzzjoni u l-bejgħ u l-ġestjoni tal-iskart tal-prodott jew tal-forniment tas-servizzi, fil-livell tal-operazzjonijiet proprji, tas-sussidjarji u fil-ktajjen tal-valur.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdida)
(17a) Il-ktajjen tal-valur globali, b’mod partikolari l-ktajjen tal-valur kritiċi tal-materja prima, huma affettwati minn effetti detrimentali ta’ perikli naturali jew magħmula mill-bniedem. Ir-riskji fil-ktajjen tal-valur kritiċi saru evidenti mill-kriżi tal-COVID-19 filwaqt li l-frekwenza u l-impatt ta’ dawk ix-xokkijiet x’aktarx li jiżdiedu fil-futur, filwaqt li jikkostitwixxu xprunatur għall-inflazzjoni u jwasslu għal żieda sussegwenti ta’ volatilità makroekonomika kif ukoll inċertezza tas-suq u tal-kummerċ. Sabiex tindirizza dan, l-UE jenħtieġ li tibda valutazzjoni annwali fl-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kumpaniji għal xenarji negattivi relatati mal-ktajjen tal-valur tagħhom, li jidentifikaw, jivvalutaw u jipprovdu tweġibiet potenzjali għar-riskji tal-katina tal-valur tagħhom, inklużi l-esternalitajiet kif ukoll ir-riskji soċjali, ambjentali u politiċi.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) Il-katina tal-valur jenħtieġ li tkopri attivitajiet relatati mal-produzzjoni ta’ oġġett jew mal-forniment tas-servizzi minn kumpanija, inkluż l-iżvilupp tal-prodott jew tas-servizz u l-użu u r-rimi tal-prodott kif ukoll l-attivitajiet relatati ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti tal-kumpanija. Jenħtieġ li din tinkludi relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti stabbiliti upstream li jfasslu, jestrattaw, jimmanifatturaw, jittrasportaw, jaħżnu u jfornu materja prima, prodotti, partijiet ta’ prodotti, jew jipprovdu servizzi lill-kumpanija li huma meħtieġa biex il-kumpanija twettaq l-attivitajiet tagħha, kif ukoll relazzjonijiet downstream, inklużi relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti stabbiliti, li jużaw jew jirċievu prodotti, partijiet ta’ prodotti jew servizzi mill-kumpanija sa tmiem il-ħajja tal-prodott, inkluż fost l-oħrajn id-distribuzzjoni tal-prodott lill-bejjiegħa bl-imnut, it-trasport u l-ħżin tal-prodott, iż-żarmar tal-prodott, ir-riċiklaġġ, il-kompostjar jew ir-rimi tiegħu.
(18) Il-katina tal-valur jenħtieġ li tkopri attivitajiet relatati mal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ oġġett jew mal-forniment tas-servizzi minn kumpanija, inkluż l-iżvilupp tal-prodott jew tas-servizz u l-immaniġġar tal-iskart tal-prodott kif ukoll l-attivitajiet relatati ta’ relazzjonijiet kummerċjali tal-kumpanija. Jenħtieġ li din tinkludi l-attivitajiet tar-relazzjonijiet kummerċjali ta’ kumpanija relatati mad-disinn, l-estrazzjoni, il-manifattura, it-trasport, il-ħżin u l-provvista ta’ materja prima, prodotti, partijiet ta’ prodotti, kif ukoll il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta’ oġġetti jew il-forniment jew l-iżvilupp ta’ servizzi, inkluż l-immaniġġar tal-iskart, it-trasport u l-ħżin, minbarra l-immaniġġar tal-iskart tal-prodott minn konsumaturi individwali.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdida)
(18a) F’xi sitwazzjonijiet ladarba l-prodotti jinbiegħu jew jitqassmu permezz ta’ relazzjoni kummerċjali, il-kumpaniji jista’ jkollhom kapaċità mnaqqsa li jimmonitorjaw l-impatti sabiex jieħdu passi raġonevoli għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tagħhom. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-identifikazzjoni tal-impatti reali u potenzjali u t-teħid ta’ azzjonijiet preventivi jew ta’ mitigazzjoni se jkunu importanti qabel u fil-punt tal-bejgħ jew tad-distribuzzjoni inizjali, u fis-segwitu jew fl-interazzjonijiet kontinwi ma’ dawk ir-relazzjonijiet kummerċjali meta tali impatti jkunu raġonevolment prevedibbli jew meta jiġu nnotifikati b’impatti sinifikanti permezz tal-proċedura ta’ notifika.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 18b (ġdida)
(18b) Meta kumpanija tikseb prodotti li jkun fihom materjal riċiklat, jista’ jkun diffiċli li jiġu vverifikati l-oriġini tal-materja prima sekondarja. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-kumpanija jenħtieġ li tieħu miżuri xierqa biex tintraċċa materja prima sekondarja sal-fornitur rilevanti u tevalwa jekk hemmx informazzjoni adegwata li turi li l-materjal huwa riċiklat.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Fir-rigward ta’ impriżi finanzjarji regolati li jipprovdu self, kreditu, jew servizzi finanzjarji oħra, “katina tal-valur” fir-rigward tal-forniment ta’ tali servizzi jenħtieġ li tkun limitata għall-attivitajiet tal-klijenti li jirċievu tali servizzi, u s-sussidjarji tagħhom li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta mal-kuntratt inkwistjoni. Jenħtieġ li l-klijenti li huma unitajiet domestiċi u persuni fiżiċi li ma jaġixxux f’kapaċità professjonali jew kummerċjali, kif ukoll impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ma jitqisux bħala parti mill-katina tal-valur. Jenħtieġ li l-attivitajiet tal-kumpaniji jew ta’ entitajiet ġuridiċi oħra li huma inklużi fil-katina tal-valur ta’ dak il-klijent ma jkunux koperti.
(19) Fir-rigward ta’ impriżi finanzjarji regolati li jipprovdu servizzi finanzjarji, marbuta mal-konklużjoni ta’ kuntratt f’katina tal-valur, il-forniment ta’ tali servizzi jenħtieġ li jinkludi l-attivitajiet tal-klijenti li jirċevuhom direttament, u s-sussidjarji tagħhom li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta mal-kuntratt inkwistjoni. Sabiex tiġi evitata sovrapożizzjoni ta’ eżerċizzji ta’ diliġenza dovuta ta’ impriża finanzjarja regolata, l-attivitajiet ta’ kumpaniji jew entitajiet ġuridiċi oħra li huma parti mill-katina tal-valur ta’ dak il-klijent huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk l-obbligi tad-diliġenza dovuta jkunu stabbiliti xi mkien ieħor skont il-liġi tal-UE. Jenħtieġ li l-klijenti li huma unitajiet domestiċi u persuni fiżiċi li ma jaġixxux f’kapaċità professjonali jew kummerċjali, kif ukoll impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ma jitqisux bħala parti mill-katina tal-valur ta’ impriżi finanzjarji regolati.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 19a (ġdida)
(19a) L-impriżi finanzjarji regolati kif ukoll kumpaniji oħra jenħtieġ li jużaw informazzjoni lil hinn mill-informazzjoni derivata minn aġenziji li jiggradaw il-kreditu, aġenziji ta’ klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà jew amministraturi ta’ parametri referenzjarji.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jidentifikaw kif xieraq l-impatti negattivi fil-katina tal-valur tagħhom u sabiex ikun possibbli għalihom li jeżerċitaw ingranaġġ xieraq, jenħtieġ li l-obbligi ta’ diliġenza dovuta jkunu limitati f’din id-Direttiva għal relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti jfissru tali relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti li huma, jew li mistennija jkunu dejjiema, fid-dawl tal-intensità u d-durata tagħhom u li ma jirrappreżentawx parti negliġibbli jew anċillari tal-katina tal-valur. In-natura tar-relazzjonijiet kummerċjali bħala “stabbiliti” jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-ġdid perjodikament, u mill-inqas kull 12-il xahar. Jekk tiġi stabbilita r-relazzjoni kummerċjali diretta ta’ kumpanija, ir-relazzjonijiet kummerċjali indiretti marbuta kollha jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala stabbiliti fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.
imħassar
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 21
(21) Skont din id-Direttiva, il-kumpaniji tal-UE b’medja ta’ aktar minn 500 impjegat u fatturat nett globali li jaqbeż il-EUR 150 miljun fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkonformaw mad-diliġenza dovuta. Fir-rigward ta’ kumpaniji li ma jissodisfawx dawk il-kriterji, iżda li kellhom medja ta’ aktar minn 250 impjegat u fatturat nett globali ta’ aktar minn EUR 40 miljun fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja u li joperaw f’settur wieħed jew aktar b’impatt għoli, id-diliġenza dovuta jenħtieġ li tapplika sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, sabiex tipprevedi perjodu ta’ adattament itwal. Sabiex jiġi żgurat piż proporzjonat, jenħtieġ li l-kumpaniji li joperaw f’tali setturi b’impatt għoli jkunu meħtieġa jikkonformaw ma’ diliġenza dovuta aktar immirata li tiffoka fuq impatti negattivi severi. Il-ħaddiema temporanji tal-aġenziji, inklużi dawk stazzjonati skont l-Artikolu 1(3)(c), tad-Direttiva 96/71/KE, kif emendata bid-Direttiva 2018/957/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill103, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kalkolu tan-numru ta’ impjegati fil-kumpanija tal-utenti. Il-ħaddiema stazzjonati skont l-Artikolu 1(3)(a) u (b) tad-Direttiva 96/71/KE, kif emendata mid-Direttiva 2018/957/UE, jenħtieġ li jiġu inklużi biss fil-kalkolu tan-numru ta’ impjegati tal-kumpanija mittenti.
(21) Skont din id-Direttiva, il-kumpaniji tal-UE b’medja ta’ aktar minn 250 impjegat u fatturat nett globali li jaqbeż il-EUR 40 miljun fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja jew il-kumpaniji li huma l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li kellu 500 impjegat u fatturat nett dinji ta’ aktar minn 150 miljun fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha tħejjew rapporti finanzjarji annwali jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkonformaw mad-diliġenza dovuta. Il-kalkolu tal-livelli limitu jenħtieġ li jinkludi l-għadd ta’ impjegati u l-fatturat tal-fergħat ta’ kumpanija, li huma postijiet tan-negozju għajr l-uffiċċju prinċipali li huma legalment dipendenti fuqu, u għalhekk meqjusa bħala parti mill-kumpanija, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali. Il-ħaddiema temporanji tal-aġenziji u ħaddiema oħra f’forom ta’ impjieg mhux standard, inklużi dawk stazzjonati skont l-Artikolu 1(3)(c), tad-Direttiva 96/71/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/957tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill103, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kalkolu tan-numru ta’ impjegati fil-kumpanija tal-utenti. Il-ħaddiema stazzjonati skont l-Artikolu 1(3)(a) u (b) tad-Direttiva 96/71/KE, kif emendata mid-Direttiva 2018/957/UE, jenħtieġ li jiġu inklużi biss fil-kalkolu tan-numru ta’ impjegati tal-kumpanija mittenti.
__________________
__________________
103 Id-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16).
103 Id-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16).
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 22
(22) Sabiex jiġu riflessi l-oqsma ta’ prijorità ta’ azzjoni internazzjonali mmirati lejn l-indirizzar tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet ambjentali, l-għażla ta’ setturi b’impatt għoli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li tkun ibbażata fuq gwida settorjali eżistenti tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta. Jenħtieġ li s-setturi li ġejjin jitqiesu bħala ta’ impatt għoli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: il-manifattura tat-tessuti, tal-ġilda u tal-prodotti relatati (inkluż ix-xedd tas-saqajn), u l-kummerċ bl-ingrossa tat-tessuti, tal-ħwejjeġ u taż-żraben; l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd (inkluża l-akkwakultura), il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel, u l-kummerċ bl-ingrossa ta’ materja prima agrikola, annimali ħajjin, injam, ikel u xorb; l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali irrispettivament minn fejn jiġu estratti (inklużi żejt grezz, gass naturali, faħam, linjite, metalli u minerali tal-metall, kif ukoll il-minerali u l-prodotti tal-barrieri mhux metalliċi l-oħrajn kollha), il-manifattura ta’ prodotti tal-metall bażiċi, prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn u prodotti tal-metall fabbrikat (ħlief makkinarju u tagħmir), u n-negozju bl-ingrossa ta’ riżorsi minerali, prodotti minerali bażiċi u intermedji (inklużi metalli u minerali tal-metall, materjali tal-kostruzzjoni, fjuwils, sustanzi kimiċi u prodotti intermedji oħrajn). Fir-rigward tas-settur finanzjarju, minħabba l-ispeċifiċitajiet tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-katina tal-valur u s-servizzi offruti, anke jekk ikun kopert minn gwida tal-OECD speċifika għas-settur, jenħtieġ li dan ma jifformax parti mis-setturi b’impatt għoli koperti minn din id-Direttiva. Fl-istess ħin, f’dan is-settur, il-kopertura usa’ tal-impatti negattivi reali u potenzjali jenħtieġ li tiġi żgurata billi jiġu inklużi wkoll kumpaniji kbar ħafna fil-kamp ta’ applikazzjoni li huma impriżi finanzjarji regolati, anke jekk ma jkollhomx forma ġuridika b’responsabbiltà limitata.
(22) Sabiex jiġu riflessi l-oqsma ta’ prijorità ta’ azzjoni internazzjonali mmirati lejn l-indirizzar tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet ambjentali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida speċifiċi għas-settur, inkluż għas-setturi li ġejjin, ibbażati fuq gwida settorjali eżistenti tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta. il-manifattura tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u tal-prodotti relatati (inkluż ix-xedd tas-saqajn), u l-kummerċ u l-bejgħ bl-ingrossa tat-tessuti, tal-ħwejjeġ u taż-żraben; l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd (inkluża l-akkwakultura), il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel, il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tal-ikel u x-xorb, u l-kummerċ bl-ingrossa ta’ materja prima agrikola, annimali ħajjin, prodotti tal-annimali, injam, ikel u xorb; l-enerġija, l-estrazzjoni, it-trasport u t-trattament ta’ riżorsi minerali irrispettivament minn fejn jiġu estratti (inklużi żejt grezz, gass naturali, faħam, linjite, metalli u minerali tal-metall, kif ukoll il-minerali u l-prodotti tal-barrieri mhux metalliċi l-oħrajn kollha), il-manifattura ta’ prodotti tal-metall bażiċi, prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn u prodotti tal-metall fabbrikat (ħlief makkinarju u tagħmir), in-negozju bl-ingrossa ta’ riżorsi minerali, prodotti minerali bażiċi u intermedji (inklużi metalli u minerali tal-metall, materjali tal-kostruzzjoni, fjuwils, sustanzi kimiċi u prodotti intermedji oħrajn), il-kostruzzjoni u attivitajiet relatati, il-provvista ta’ servizzi finanzjarji, servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi finanzjarji oħra; u l-produzzjoni, il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jew servizzi relatati, inklużi manifatturi ta’ hardware, soluzzjonijiet ta’ software, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, is-sorveljanza, ir-rikonoxximent tal-wiċċ, il-ħżin jew l-ipproċessar ta’ data, is-servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi bbażati fuq il-web u l-cloud, inklużi l-media soċjali u n-networking soċjali, il-messaġġi, il-kummerċ elettroniku, il-konsenja, il-mobilità, u servizzi ta’ pjattaforma oħra.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Sabiex jintlaħqu bis-sħiħ l-objettivi ta’ din id-Direttiva li jindirizzaw impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali fir-rigward tal-operazzjonijiet, is-sussidjarji u l-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji, jenħtieġ li jiġu koperti wkoll kumpaniji ta’ pajjiżi terzi b’operazzjonijiet sinifikanti fl-UE. B’mod aktar speċifiku, id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kumpaniji ta’ pajjiżi terzi li ġġeneraw fatturat nett ta’ mill-inqas EUR 150 miljun fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja jew fatturat nett ta’ aktar minn EUR 40 miljun iżda anqas minn EUR 150 miljun fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja f’wieħed jew aktar mis-setturi b’impatt għoli, minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
(23) Sabiex jintlaħqu bis-sħiħ l-objettivi ta’ din id-Direttiva li jindirizzaw impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali fir-rigward tal-operazzjonijiet, u dawk tas-sussidjarji u l-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji tagħha, jenħtieġ li jiġu koperti wkoll kumpaniji ta’ pajjiżi terzi b’operazzjonijiet sinifikanti fl-UE. B’mod aktar speċifiku, id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kumpaniji ta’ pajjiżi terzi li ġġeneraw fatturat nett ta’ mill-inqas EUR 40 miljun fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja jew kumpaniji li huma l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li kellu 500 impjegat u fatturat nett dinji ta’ aktar minn 150 miljun u mill-inqas 40 miljun ġie ġġenerat fl-Unjoni fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha tħejjew rapporti finanzjarji annwali. Il-kalkolu tal-fatturat nett jenħtieġ li jinkludi l-fatturat iġġenerat minn kumpaniji terzi li magħhom il-kumpanija u/jew is-sussidjarji tagħha jkunu daħlu fi ftehim vertikali fl-Unjoni bi skambju għar-royalties.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 25
(25) Sabiex tinkiseb kontribuzzjoni sinifikanti għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, jenħtieġ li titwettaq id-diliġenza dovuta skont din id-Direttiva fir-rigward tal-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem fuq il-persuni protetti li jirriżulta mill-ksur ta’ wieħedmid-drittijiet u mill-projbizzjonijiet kif stabbiliti fil-konvenzjonijiet internazzjonali kif elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata kopertura komprensiva tad-drittijiet tal-bniedem, ksur ta’ projbizzjoni jew ta’ dritt mhux elenkat speċifikament f’dak l-Anness li jfixkel direttament interess ġuridiku protett f’dawk il-konvenzjonijiet jenħtieġ li jifforma wkoll parti mill-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem kopert minn din id-Direttiva, dment li l-kumpanija kkonċernata tkun setgħet stabbiliet b’mod raġonevoli r-riskju ta’ tali indeboliment u kwalunkwe miżura xierqa li għandha tittieħed sabiex tikkonforma mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tagħhom, bħas-settur u l-kuntest operazzjonali. Id-diliġenza dovuta jenħtieġ li tkompli tinkludi impatti ambjentali negattivi li jirriżultaw mill-ksur ta’ waħda mill-projbizzjonijiet u l-obbligi skont il-konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
(25) Sabiex tinkiseb kontribuzzjoni sinifikanti għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, jenħtieġ li titwettaq id-diliġenza dovuta skont din id-Direttiva fir-rigward tal-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem fuq il-persuni protetti li jirriżulta minn kwalunkwe azzjoni li tneħħi jew tnaqqas il-kapaċità ta’ individwu jew grupp li jgawdi d-drittijiet jew li jkun protett mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjonijiet u fl-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva, u l-ġurisprudenza sussegwenti u l-ħidma tal-korpi tat-trattati relatati ma’ dawn il-konvenzjonijiet, li jinkludu d-drittijiet tat-trade union, tal-ħaddiema u dawk soċjali. Sabiex tiġi żgurata kopertura komprensiva tad-drittijiet tal-bniedem, impatt negattiv fuq it-tgawdija ta’ dritt mhux elenkat speċifikament f’dak l-Anness li jfixkel direttament interess ġuridiku protett f’dawk il-konvenzjonijiet u l-istrumenti jenħtieġ li jifforma wkoll parti mill-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem kopert minn din id-Direttiva, dment li l-kumpanija kkonċernata tkun setgħet stabbiliet b’mod raġonevoli r-riskju ta’ tali indeboliment u kwalunkwe miżura xierqa li għandha tittieħed sabiex tikkonforma mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tagħhom, bħas-settur u l-kuntest operazzjonali. Id-diliġenza dovuta jenħtieġ li tkompli tinkludi impatti ambjentali negattivi li jirriżultaw mill-ksur ta’ waħda mill-projbizzjonijiet u l-obbligi elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 25a (ġdida)
(25a) Din id-Direttiva jenħtieġ li tipprevedi miżuri speċifiċi f’każ ta’ impatti sistemiċi negattivi sponsorjati mill-Istat li jirriżultaw minn azzjonijiet, politiki, regolamenti jew prattiki istituzzjonalizzati deċiżi, implimentati u infurzati mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali tal-Istati, jew imwettqa bl-appoġġ attiv tagħhom.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 25b (ġdida)
(25b) Il-kumpaniji jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-użu tal-influwenza tagħhom biex jikkontribwixxu għal standard tal-għajxien adegwat fil-ktajjen tal-valur. Dan huwa mifhum bħala paga li tiggarantixxi l-għajxien għall-impjegati u introjtu li jiggarantixxi l-għajxien għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u għal dawk li huma sidien żgħar, li jaqilgħu mix-xogħol u mill-produzzjoni tagħhom u li jridu jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom u dawk tal-familja tagħhom.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 25c (ġdida)
(25c) Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-approċċ “Saħħa Waħda” kif rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, approċċ integrat u li jgħaqqad, li jkollu l-għan li jibbilanċja u jottimizza b’mod sostenibbli s-saħħa tan-nies, tal-annimali u tal-ekosistemi. L-approċċ “Saħħa Waħda” jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali domestiċi u selvaġġi, tal-pjanti, u tal-ambjent usa’, inklużi l-ekosistemi, huma interkonnessi mill-qrib u interdipendenti. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit li d-diliġenza dovuta ambjentali jenħtieġ li tinkludi l-evitar tad-degradazzjoni ambjentali li tirriżulta f’effetti negattivi fuq is-saħħa bħal epidemiji, u li jiġi rrispettat id-dritt għal ambjent nadif, tajjeb għas-saħħa u sostenibbli. Fir-rigward tal-impenn tal-G7 li jirrikonoxxi ż-żieda rapida fir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) fuq skala globali, huwa meħtieġ li jiġi promoss l-użu prudenti u responsabbli tal-antibijotiċi fil-mediċini għall-bniedem u dawk veterinarji.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 25d (ġdida)
(25d) L-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent jistgħu jkunu interkonnessi jew sostnuti minn fatturi bħall-korruzzjoni u t-tixħim, u b’hekk jiġu inklużi fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ li l-kumpaniji jqisu dawn il-fatturi meta jwettqu d-drittijiet tal-bniedem u d-diliġenza dovuta ambjentali.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 26
(26) Il-kumpaniji għandhom gwida għad-dispożizzjoni tagħhom li turi kif l-attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u liema mġiba korporattiva hija pprojbita skont id-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment. Tali gwida hija inkluża pereżempju fil-Qafas ta’ Rapportar tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti104 u fil-Gwida Interpretattiva tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti105. Bl-użu ta’ linji gwida u standards internazzjonali rilevanti bħala referenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ toħroġ gwida addizzjonali li sservi bħala għodda prattika għall-kumpaniji.
(26) Il-kumpaniji jenħtieġ li jkollhom gwida għad-dispożizzjoni tagħhom li turi kif l-attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u liema mġiba korporattiva hija pprojbita skont id-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment. Tali gwida hija inkluża pereżempju fil-Qafas ta’ Rapportar tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti104 u fil-Gwida Interpretattiva tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti105u jenħtieġ li ssir aċċessibbli faċilment għall-kumpaniji. Għalhekk, bl-użu ta’ linji gwida u standards internazzjonali rilevanti bħala referenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ toħroġ gwida addizzjonali li sservi bħala għodda prattika għall-kumpaniji.
(27) Sabiex iwettqu diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom, is-sussidjarji tagħhom, u l-ktajjen tal-valur tagħhom, il-kumpaniji koperti minn din id-Direttiva jenħtieġ li jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki korporattivi, jidentifikaw, jipprevjenu ujnaqqsu kif ukoll itemmu u jimminimizzaw il-firxa tal-impatti negattivi potenzjali u reali fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, jistabbilixxu u jżommu fis-seħħ proċedura għall-ilmenti, jimmonitorjaw l-effettività tal-miżuri meħuda f’konformità mar-rekwiżiti li huma stabbiliti f’din id-Direttiva u jikkomunikaw pubblikament dwar id-diliġenza dovuta tagħhom. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-passi meħuda għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali u għat-tmiem, jew meta dan ma jkunx possibbli, għall-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi reali jenħtieġ li jiġu distinti b’mod ċar f’din id-Direttiva.
(27) Sabiex iwettqu diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom, is-sussidjarji tagħhom, u l-ktajjen tal-valur tagħhom, il-kumpaniji koperti minn din id-Direttiva jenħtieġ li jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki korporattivi, jidentifikaw, meta meħtieġ, jagħtu prijorità, jipprevjenu,inaqqsu, jagħtu rimedju kif ukoll itemmu u jimminimizzaw il-firxa tal-impatti negattivi potenzjali u reali fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, jistabbilixxu jew jipparteċipaw f’mekkaniżmu ta’ notifika u ta’ lmentar mhux ġudizzjarju, jimmonitorjaw u jivverifikaw l-effettività tal-azzjonijiet tagħhom meħuda f’konformità mar-rekwiżiti li huma stabbiliti f’din id-Direttiva, jikkomunikaw pubblikament dwar id-diliġenza dovuta tagħhom, u jikkomunikaw mal-partijiet ikkonċernati affettwati matul dan il-proċess kollu. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-passi meħuda għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali u għat-tmiem, jew meta dan ma jkunx possibbli, għall-minimizzazzjoni tal-firxa tal-impatti negattivi reali jenħtieġ li jiġu distinti b’mod ċar f’din id-Direttiva.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 28
(28) Sabiex jiġi żgurat li d-diliġenza dovuta tifforma parti mill-politiki korporattivi tal-kumpaniji, u f’konformità mal-qafas internazzjonali rilevanti, il-kumpaniji jenħtieġ li jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki korporattivi kollha tagħhom u jkollhom fis-seħħ politika ta’ diliġenza dovuta. Il-politika ta’ diliġenza dovuta jenħtieġ li jkun fiha deskrizzjoni tal-approċċ tal-kumpanija, inkluż fit-tul, għad-diliġenza dovuta, kodiċi ta’ kondotta li jiddeskrivi r-regoli u l-prinċipji li jridu jiġu segwiti mill-impjegati u mis-sussidjarji tal-kumpanija; deskrizzjoni tal-proċessi stabbiliti għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta, inklużi l-miżuri meħuda sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta u sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha għal relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti. Il-kodiċi ta’ kondotta jenħtieġ li japplika fil-funzjonijiet u l-operazzjonijiet korporattivi rilevanti kollha, inklużi d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist u x-xiri. Jenħtieġ li l-kumpaniji jaġġornaw ukoll il-politika tagħhom ta’ diliġenza dovuta kull sena.
(28) Sabiex jiġi żgurat li d-diliġenza dovuta tifforma parti mill-politiki korporattivi tal-kumpaniji, u f’konformità mal-qafas internazzjonali rilevanti, il-kumpaniji jenħtieġ li jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki korporattivi rilevanti tagħhom u fil-livelli kollha ta’ operazzjoni u jkollhom fis-seħħ politika ta’ diliġenza dovuta b’miżuri u miri fuq terminu qasir, medju u twil. Il-politika ta’ diliġenza dovuta jenħtieġ li jkun fiha deskrizzjoni tal-approċċ tal-kumpanija għad-diliġenza dovuta, kodiċi ta’ kondotta li jiddefinixxi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri li jridu jiġu segwiti u implimentati meta rilevanti fil-kumpanija u s-sussidjarji tagħha fl-operazzjonijiet korporattivi kollha; deskrizzjoni tal-proċessi stabbiliti u l-miżuri xierqa meħuda għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta, f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 fil-katina tal-valur, inklużi l-miżuri rilevanti meħuda biex tiġi inkorporata d-diliġenza dovuta fil-mudell kummerċjali tagħha stess, l-impjiegi u l-prattiki tax-xiri ma’ entitajiet li magħhom il-kumpanija għandha relazzjoni kummerċjali u l-miżuri meħuda għall-monitoraġġ u l-verifika tal-attivitajiet tad-diliġenza dovuta, u politiki adegwati biex jiġi evitat li l-kostijiet tal-proċess tad-diliġenza dovuta jgħaddu lis-sħab kummerċjali f’pożizzjoni aktar dgħajfa. Il-kodiċi ta’ kondotta jenħtieġ li japplika fil-funzjonijiet u l-operazzjonijiet korporattivi rilevanti kollha, inklużi l-prattiki tal-ipprezzar u d-deċiżjonijiet dwar ix-xiri, pereżempju dwar il-kummerċ u l-akkwist. Jenħtieġ li l-kumpaniji jaġġornaw ukoll il-politika tagħhom ta’ diliġenza dovuta meta jseħħu bidliet sinifikanti.
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 28a (ġdida)
(28a) Il-kumpaniji omm jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu azzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għad-diliġenza dovuta tas-sussidjarji tagħhom, meta s-sussidjarja tipprovdi l-informazzjoni rilevanti u meħtieġa kollha lill-kumpanija omm tagħha u tikkoopera magħha, tirrispetta l-politika tad-diliġenza dovuta tal-kumpanija omm tagħha, il-kumpanija omm tadatta kif xieraq il-politika tad-diliġenza dovuta tagħha biex tiżgura li jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) fir-rigward tas-sussidjarja, is-sussidjarja tintegra d-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju kollha tagħha f’konformità mal-Artikolu 5, meta meħtieġ, is-sussidjarja tkompli tieħu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikoli 7 u 8, kif ukoll tkompli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 8a, 8b u 8d, fejn il-kumpanija omm twettaq azzjonijiet speċifiċi f’isem is-sussidjarja, kemm il-kumpanija omm kif ukoll is-sussidjarja jikkomunikaw b’mod ċar u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u mal-isfera pubblika, u s-sussidjarja tintegra l-klima fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tagħha f’konformità mal-Artikolu 15. Sabiex is-sussidjarji jinżammu responsabbli, ir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li tibqa’ fil-livell tal-entità mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar obbligazzjoni in solidum.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 28b (ġdida)
(28b) F’żoni milquta mill-kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli, il-kumpaniji għandhom riskju akbar li jkunu involuti f’abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, f’dawk l-oqsma, il-kumpaniji jenħtieġ li jwettqu diliġenza dovuta msaħħa u sensittiva għall-kunflitti, sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji akbar u jiżguraw li ma jiffaċilitawx, jiffinanzjaw, jaggravaw jew ikollhom impatt negattiv fuq il-kunflitt jew jikkontribwixxu għal ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali f’żoni milquta minn kunflitti jew b’riskju għoli. Id-diliġenza dovuta msaħħa tinkludi l-ikkomplementar tad-diliġenza dovuta standard b’analiżi bir-reqqa tal-kunflitt, ibbażata fuq impenn sinifikattiv u sensittiv għall-kunflitti tal-partijiet ikkonċernati, u li għandha l-għan li tiżgura l-fehim tal-kawżi ewlenin, il-fatturi u l-partijiet li jmexxu l-kunflitt u l-impatt tal-attivitajiet tan-negozju tal-kumpanija fuq il-kunflitt. F’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat u/jew okkupazzjoni militari, il-kumpaniji jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi u l-istandards identifikati fil-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL) u l-istandards tal-Liġi Kriminali Internazzjonali (ICL). Il-kumpaniji jenħtieġ li jsegwu l-gwida pprovduta mill-korpi internazzjonali rilevanti, inkluż il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-UNDP.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 28c (ġdida)
(28c) Il-mod kif kumpanija tista’ tkun involuta f’impatt negattiv ivarja. Kumpanija tista’ tikkawża impatt negattiv meta l-attivitajiet tagħha waħedhom ikunu biżżejjed biex jirriżultaw f’impatt negattiv. Kumpanija tista’ tikkontribwixxi għal impatt negattiv meta l-attivitajiet ta’ kumpanija stess, flimkien mal-attivitajiet ta’ entitajiet oħra, jikkawżaw impatt, jew li l-attivitajiet tal-kumpanija jikkawżaw, jiffaċilitaw jew jinċentivaw entità oħra biex tikkawża impatt negattiv. Il-kontribut irid ikun sostanzjali, jiġifieri ma jinkludix kontributi minuri jew trivjali. Il-valutazzjoni tan-natura sostanzjali tal-kontribut u l-fehim ta’ meta l-azzjonijiet tal-impriża setgħu kkawżaw, iffaċilitaw jew inċentivaw lil entità oħra biex tikkawża impatt negattiv jistgħu jinvolvu l-kunsiderazzjoni ta’ diversi fatturi. Jistgħu jitqiesu diversi fatturi, inkluż il-punt sa fejn kumpanija tista’ tinkoraġġixxi jew timmotiva impatt negattiv minn entità oħra, jiġifieri l-grad sa fejn l-attività żiedet ir-riskju li jseħħ l-impatt, il-punt sa fejn kumpanija setgħet jew kellha tkun taf dwar l-impatt negattiv jew il-potenzjal ta’ impatt negattiv, jiġifieri l-grad ta’ prevedibbiltà, u l-grad sa fejn kwalunkwe attività tal-kumpanija effettivament immitigat l-impatt negattiv jew naqqset ir-riskju li jseħħ l-impatt. Is-sempliċi eżistenza ta’ relazzjoni kummerċjali jew attivitajiet li joħolqu l-kundizzjonijiet ġenerali li fihom huwa possibbli li jseħħu impatti negattivi ma tikkostitwix fiha nnifisha relazzjoni ta’ kontribut. L-attività inkwistjoni jenħtieġ li żżid sostanzjalment ir-riskju ta’ impatt negattiv. Fl-aħħar nett, kumpanija tista’ tkun marbuta direttament ma’ impatt, meta jkun hemm relazzjoni bejn l-impatt negattiv u l-prodotti, is-servizzi jew l-operazzjonijiet tal-kumpanija permezz ta’ relazzjoni kummerċjali oħra u meta l-kumpanija la tkun ikkawżat u lanqas ikkontribwiet għall-impatt. Rabta diretta mhijiex definita minn relazzjoni kummerċjali dirett. Barra minn hekk, jenħtieġ li rabta diretta ma timplikax li r-responsabbiltà tiċċaqlaq mir-relazzjoni kummerċjali li tikkawża impatt negattiv fuq il-kumpanija li magħha jkollha rabta.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta, il-kumpaniji jeħtieġ li jieħdu miżuri xierqa fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u t-tmiem tal-impatti negattivi. “Miżura xierqa” jenħtieġ li tfisser kapaċi tikseb l-objettivi tad-diliġenza dovuta, proporzjonali mal-grad ta’ severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv, u raġonevolment disponibbli għall-kumpanija, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi l-karatteristiċi tas-settur ekonomiku u tar-relazzjoni kummerċjali speċifika u l-influwenza tal-kumpanija fuqha, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-prijoritizzazmiżura li tkunzjoni tal-azzjoni. F’dan il-kuntest, f’konformità mal-oqfsa internazzjonali, l-influwenza tal-kumpanija fuq relazzjoni kummerċjali jenħtieġ li tinkludi, minn naħa, il-kapaċità tagħha li tipperswadi r-relazzjoni kummerċjali sabiex tieħu azzjoni sabiex ittemm jew tipprevjeni impatti negattivi (pereżempju permezz ta’ sjieda jew kontroll fattwali, setgħa tas-suq, ir-rekwiżiti ta’ qabel il-kwalifika, l-irbit tal-inċentivi kummerċjali mad-drittijiet tal-bniedem u l-prestazzjoni ambjentali, eċċ.) u, min-naħa l-oħra, il-grad ta’ influwenza jew ingranaġġ li l-kumpanija tista’ teżerċita b’mod raġonevoli, pereżempju permezz ta’ kooperazzjoni mas-sieħeb kummerċjali inkwistjoni jew l-involviment ma’ kumpanija oħra li tkun is-sieħeb kummerċjali dirett tar-relazzjoni kummerċjali assoċjata ma’ impatt negattiv.
(29) Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta, il-kumpaniji jeħtieġ li jieħdu miżuri xierqa fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u t-tmiem tal-impatti negattivi li kkawżaw, ikkontribwew jew huma marbuta direttament magħhom. “Miżuri xierqa” jenħtieġ li tfisser miżuri li jkunu kapaċi jilħqu l-objettivi tad-diliġenza dovuta u jindirizzaw b’mod effettiv l-impatt negattiv identifikat skont l-Artikolu 6’ mod proporzjonali mal-grad ta’ severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv u proporzjonali għad-daqs, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-kumpanija, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi n-natura tal-impatt negattiv, il-karatteristiċi tas-settur ekonomiku, in-natura tal-attivitajiet, il-prodotti, is-servizzi speċifiċi tal-kumpanija, ir-relazzjoni kummerċjali speċifika. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, f’każijiet li fihom kumpanija tkun ikkawżat jew setgħet ikkawżat impatt, miżuri xierqa jenħtieġ li jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu jew jimmitigaw impatt, u jirrimedjaw kwalunkwe dannu kkawżat minn impatt. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, f’każijiet li fihom kumpanija kkontribwiet jew setgħet ikkontribwiet għal impatt, miżuri xierqa jenħtieġ li jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu jew jimmitigaw il-kontribut għall-impatt, bl-użu jew iż-żieda tal-ingranaġġ tal-kumpanija ma’ partijiet responsabbli oħra biex jipprevjenu jew jimmitigaw l-impatt, u jikkontribwixxu għar-rimedju ta’ kwalunkwe dannu kkawżat minn impatt, sal-firxa tal-kontribut. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, f’każijiet li fihom l-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ kumpanija huma jew jistgħu jkunu direttament marbuta ma’ impatt permezz tar-relazzjonijiet tagħha ma’ entitajiet oħra, miżuri xierqa jenħtieġ li jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jużaw jew iżidu l-ingranaġġ tal-kumpanija mal-partijiet responsabbli biex ifittxu li jipprevjenu jew jimmitigaw l-impatt, u jqisu li jużaw l-ingranaġġ tagħha ma’ partijiet responsabbli biex jippermettu r-rimedju ta’ kwalunkwe dannu kkawżat minn impatt.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 30
(30) Skont l-obbligi ta’ diliġenza dovuta stipulati minn din id-Direttiva, jenħtieġ li kumpanija tidentifika l-impatti negattivi reali jew potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali. Sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni komprensiva tal-impatti negattivi, tali identifikazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva. Pereżempju, fir-rigward tal-impatti negattivi ambjentali, jenħtieġ li l-kumpanija tikseb informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-linja bażi f’siti jew f’faċilitajiet ta’ riskju ogħla fil-ktajjen tal-valur. L-identifikazzjoni tal-impatti negattivi jenħtieġ li tinkludi l-valutazzjoni tal-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali b’mod dinamiku u f’intervalli regolari: qabel attività jew relazzjoni ġdida, qabel deċiżjonijiet jew bidliet maġġuri fl-operazzjoni; b’reazzjoni għal jew b’antiċipazzjoni ta’ bidliet fl-ambjent operattiv; u perjodikament, mill-inqas kull 12-il xahar, matul il-ħajja ta’ attività jew relazzjoni. L-impriżi finanzjarji regolati li jipprovdu self, kreditu, jew servizzi finanzjarji oħra jenħtieġ li jidentifikaw l-impatti negattivi biss fil-bidu tal-kuntratt. Meta jidentifikaw impatti negattivi, il-kumpaniji jenħtieġ li jidentifikaw u jivvalutaw ukoll l-impatt tal-mudell u l-istrateġiji kummerċjali ta’ relazzjoni kummerċjali, inklużi l-prattiki tan-negozjar, tal-akkwist u tal-ipprezzar. Meta l-kumpanija ma tkunx tista’ tipprevjeni, iġġib fi tmiemhom jew timminimizza l-impatti negattivi kollha tagħha fl-istess ħin, jenħtieġ li tkun tista’ tagħti prijorità lill-azzjoni tagħha, sakemm tieħu l-miżuri raġonevolment disponibbli għall-kumpanija, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi.
(30) Skont l-obbligi ta’ diliġenza dovuta stipulati minn din id-Direttiva, jenħtieġ li kumpanija tidentifika u tivvaluta l-impatti negattivi reali jew potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali. Sabiex ikunu jistgħu isiru identifikazzjoni u valutazzjoni komprensivi tal-impatti negattivi, tali identifikazzjoni u valutazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq involviment sinifikattiv tal-partijiet ikkonċernati u informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva. Pereżempju, fir-rigward tal-impatti negattivi ambjentali, jenħtieġ li l-kumpanija tikseb informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-linja bażi f’siti jew f’faċilitajiet ta’ riskju ogħla fil-ktajjen tal-valur. L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti negattivi jenħtieġ li tinkludi l-valutazzjoni tal-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali b’mod dinamiku u kontinwu, inkluż qabel attività jew relazzjoni ġdida, qabel deċiżjonijiet jew bidliet maġġuri fl-operazzjoni; b’reazzjoni għal jew b’antiċipazzjoni ta’ bidliet fl-ambjent operattiv. L-impriżi finanzjarji regolati li jipprovdu servizzi finanzjarji jenħtieġ li jidentifikaw l-impatti negattivi fil-bidu tal-kuntratt u qabel l-operazzjonijiet finanzjarji sussegwenti, u jekk jiġu nnotifikati dwar riskji possibbli permezz tal-proċeduri fl-Artikolu 9, matul il-forniment tas-servizz. Meta jidentifikaw u jivvalutaw l-impatti negattivi, il-kumpaniji jenħtieġ li jidentifikaw ukoll u jivvalutaw l-impatt tal-mudell u l-istrateġiji kummerċjali ta’ relazzjoni kummerċjali, inkluż il-prattiki tax-xiri.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 30a (ġdida)
(30a) Meta l-kumpanija ma tkunx tista’ tipprevjeni, ittemm jew timmitiga l-impatti negattivi kollha identifikati u vvalutati simultanjament, jenħtieġ li titħalla tagħti prijorità lill-ordni li fiha tieħu miżuri xierqa bbażati fuq is-severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv u filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju, billi tiżviluppa, timplimenta u tirrieżamina b’mod regolari strateġija ta’ prijoritizzazzjoni. F’konformità mal-qafas internazzjonali rilevanti, il-gravità ta’ impatt negattiv jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi tal-iskala, l-ambitu u l-karattru irrimedjabbli tal-impatt negattiv, filwaqt li titqies il-gravità ta’ impatt negattiv, inkluż l-għadd ta’ individwi li huma jew se jiġu affettwati, il-punt sa fejn l-ambjent huwa jew jista’ jiġi danneġġat jew affettwat b’xi mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u l-limiti fuq il-kapaċità ta’ restawr tal-individwi affettwati jew tal-ambjent għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt. Ladarba jiġu indirizzati l-aktar impatti severi u negattivi, il-kumpanija jenħtieġ li tindirizza l-impatti negattivi inqas severi u inqas probabbli.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Premessa 30b (ġdida)
(30b) Il-kumpaniji jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-impatti abbażi tas-severità u l-probabbiltà. Il-grad ta’ ingranaġġ li kumpanija għandha fuq relazzjoni kummerċjali mhuwiex rilevanti għad-deċiżjonijiet jew il-proċessi ta’ prijoritizzazzjoni tagħha. Madankollu, il-grad ta’ ingranaġġ jista’ jinfluwenza l-miżuri xierqa li kumpanija tagħżel li tadotta sabiex timmitiga u/jew tipprevjeni b’mod effettiv l-impatti assoċjati mas-sħab kummerċjali.
Emenda 43 Proposta għal direttiva Premessa 31
(31) Sabiex jiġi evitat piż bla bżonn fuq il-kumpaniji iżgħar li joperaw f’setturi b’impatt għoli li huma koperti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li dawk il-kumpaniji jkunu obbligati biss jidentifikaw dawk l-impatti negattivi severi reali jew potenzjali li huma rilevanti għas-settur rispettiv.
imħassar
Emenda 44 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) F’konformità mal-istandards internazzjonali, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni kif ukoll it-tmiem u l-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi jenħtieġ li jqisu l-interessi ta’ dawk milquta b’mod negattiv. Sabiex ikun jista’ jsir involviment kontinwu mas-sieħeb kummerċjali tal-katina tal-valur minflok it-terminazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali (diżimpenn) u possibbilment jiġu aggravati l-impatti negattivi, jenħtieġ li din id-Direttiva tiżgura li d-diżimpenn ikun azzjoni tal-aħħar istanza, f’konformità mal-politika tal-Unjoni ta’ tolleranza żero fuq it-tħaddim tat-tfal. It-terminazzjoni ta’ relazzjoni kummerċjali li fiha nstab it-tħaddim tat-tfal tista’ tesponi lit-tfal għal impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem saħansitra aktar severi. Għalhekk, dan jenħtieġ li jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed.
(32) F’konformità mal-istandards internazzjonali, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni kif ukoll it-tmiem u l-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi jenħtieġ li jqisu l-interessi ta’ dawk milquta b’mod negattiv. Sabiex ikun jista’ jsir involviment kontinwu mas-sieħeb kummerċjali tal-katina tal-valur minflok it-terminazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali (diżimpenn) u possibbilment jiġu aggravati l-impatti negattivi, jenħtieġ li din id-Direttiva tiżgura li d-diżimpenn ikun azzjoni tal-aħħar istanza, f’konformità mal-politika tal-Unjoni ta’ tolleranza żero fuq it-tħaddim tat-tfal, l-istrateġija tal-Unjoni dwar id-drittijiet tat-Tfal u d-data fil-mira tal-2025 ipproklamata min-Nazzjonijiet Uniti għall-eliminazzjoni sħiħa tat-tħaddim tat-tfal madwar id-dinja. It-terminazzjoni ta’ relazzjoni kummerċjali li fiha nstab it-tħaddim tat-tfal tista’ tesponi lit-tfal għal impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem saħansitra aktar severi. Bl-istess mod, in-nisa f’kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji jistgħu jiffaċċjaw impatti negattivi aktar severi fuq id-drittijiet tal-bniedem u b’hekk tiżdied il-vulnerabbiltà tagħhom. Għalhekk, dan jenħtieġ li jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed, u d-diżimpenn jenħtieġ li jiġi evitat meta l-impatt tad-diżimpenn ikun akbar mill-impatt negattiv li l-kumpanija tkun qed tfittex li tipprevjeni jew timmitiga. F’sitwazzjonijiet ta’ xogħol furzat impost mill-Istat, fejn l-impatt negattiv huwa organizzat mill-awtoritajiet politiċi, l-involviment mingħajr xkiel ma’ dawk milquta ħażin u l-mitigazzjoni mhumiex possibbli. Din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li l-kumpaniji jtemmu relazzjoni kummerċjali fejn ikun qed iseħħ xogħol furzat impost mill-Istat. Barra minn hekk, id-diżimpenn responsabbli jenħtieġ li jqis ukoll l-impatti negattivi possibbli fuq il-kumpaniji skont il-prodott jew affettwati minn interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Premessa 34
(34) Sabiex jikkonformaw mal-obbligu ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu meħtieġa jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti. Meta jkun meħtieġ minħabba l-kumplessità tal-miżuri ta’ prevenzjoni, jenħtieġ li il-kumpaniji jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni. Jenħtieġ li l-kumpaniji jfittxu li jiksbu assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb dirett li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita miegħu li jkun se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta jew mal-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, inkluż billi jintalbuassigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti mis-sħab tiegħu sal-punt li l-attivitajiet tagħhom ikunu parti mill-katina tal-valur tal-kumpaniji. Jenħtieġ li l-assigurazzjonijiet kuntrattwali jkunu akkumpanjati minn miżuri xierqa sabiex tiġi vverifikata l-konformità. Sabiex tiġi żgurata l-prevenzjoni komprensiva tal-impatti negattivi reali u potenzjali, jenħtieġ li l-kumpaniji jagħmlu wkoll investimenti li jkollhom l-għan li jipprevjenu impatti negattivi, jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat għal SME li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita magħha bħall-finanzjament, pereżempju, permezz ta’ finanzjament dirett, self b’imgħax baxx, garanziji ta’ akkwist kontinwu, u assistenza fl-iżgurar tal-finanzjament, sabiex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta jew tal-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, jew gwida teknika bħal fil-forma ta’ taħriġ, titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni, u jikkollaboraw ma’ kumpaniji oħra.
(34) Sabiex jikkonformaw mal-obbligu ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri xierqa li ġejjin, meta jkun rilevanti. Meta jkun meħtieġ minħabba l-kumplessità tal-miżuri ta’ prevenzjoni, jenħtieġ li l-kumpaniji jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni. Jenħtieġ li l-kumpaniji jikkunsidraw li jistabbilixxu permezz ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb dirett li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita miegħu li jkun se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta u, kif meħtieġ, pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni. Is-sħab li magħhom il-kumpanija għandha relazzjoni kummerċjali jistgħu jintalbu jfittxu dispożizzjonijiet dispożizzjonijiet korrispondenti mis-sħab tagħhasal-punt li l-attivitajiet tagħhom ikunu parti mill-katina tal-valur tal-kumpaniji.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 34a (ġdida)
(34a) Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali ma jkunux tali li jirriżultaw fit-trasferiment tar-responsabbiltà għat-twettiq tad-diliġenza dovuta f’konformità ma’ din id-Direttiva u r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ dan. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li jkunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji fiċ-ċirkostanzi, u jenħtieġ li jirriflettu l-kompiti konġunti tal-partijiet li jwettqu diliġenza dovuta f’kooperazzjoni kontinwa. Il-kumpaniji jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk is-sieħeb kummerċjali jistax ikun raġonevolment mistenni li jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. Ħafna drabi termini kuntrattwali jiġu imposti unilateralment fuq fornitur minn xerrej, u kwalunkwe ksur tagħhom x’aktarx jirriżulta f’azzjoni unilaterali mix-xerrej, bħal terminazzjoni jew diżimpenn. Tali azzjoni unilaterali mhijiex xierqa fil-kuntest tad-diliġenza dovuta u probabbilment hija stess tirriżulta f’impatti negattivi. F’każijiet li fihom il-ksur ta’ tali dispożizzjonijiet kuntrattwali jwassal għal impatt negattiv potenzjali, jenħtieġ li l-kumpanija l-ewwel tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni jew timmitiga b’mod adegwat tali impatti, minflok ma tikkunsidra li ttemm jew tissospendi l-kuntratt, f’konformità mal-liġi applikabbli. Sabiex tiġi żgurata l-prevenzjoni komprensiva tal-impatti negattivi reali u potenzjali, jenħtieġ li l-kumpaniji jagħmlu wkoll investimenti li jkollhom l-għan li jipprevjenu impatti negattivi, jipprovdu appoġġ finanzjarju u amministrattiv immirat u proporzjonat għal SME li jkollhom relazzjoni kummerċjali magħha bħall-finanzjament, pereżempju, permezz ta’ finanzjament dirett, self b’imgħax baxx, garanziji ta’ akkwist kontinwu, u assistenza fl-iżgurar tal-finanzjament, sabiex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta jew tal-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, jew gwida teknika bħal fil-forma ta’ taħriġ, titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni, u jikkollaboraw ma’ kumpaniji oħra.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 35
(35) Sabiex tiġi riflessa l-firxa sħiħa ta’ għażliet għall-kumpanija f’każijiet fejn l-impatti potenzjali ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mill-miżuri ta’ prevenzjoni jew minimizzazzjoni deskritti, jenħtieġ li din id-Direttiva tirreferi wkoll għall-possibbiltà li l-kumpanija tfittex li tikkonkludi kuntratt mas-sieħeb kummerċjali indirett, bil-għan li tinkiseb konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija jew ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, u twettaq miżuri xierqa sabiex tiġi vverifikata l-konformità tar-relazzjoni kummerċjali indiretta mal-kuntratt.
imħassar
Emenda 48 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Sabiex jiżguraw l-effettività tat-tmiem jew tal-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi attwali, jenħtieġ li l-kumpaniji jipprijoritizzaw l-involviment mar-relazzjonijiet kummerċjali fil-katina tal-valur, minflok ma jitterminaw r-relazzjoni kummerċjali, bħala l-aħħar istanza wara li jipprovaw mingħajr suċċess li jġibu fi tmiemhom jew jimminimizzaw l-impatti negattivi attwali. Madankollu, jenħtieġ ukoll li d-Direttiva, għal każijiet fejn l-impatti negattivi potenzjali ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mill-miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ mitigazzjoni deskritti, tirreferi għall-obbligu għall-kumpaniji li jżommu lura milli jidħlu f’relazzjonijiet ġodda jew li jestendu r-relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb inkwistjoni u, meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk, jew jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li jsegwu l-isforzi ta’ prevenzjoni u minimizzazzjoni, jekk ikun hemm aspettattiva raġonevoli li dawn l-isforzi għandhom jirnexxu fuq perjodu ta’ żmien qasir; jew li jġibu fi tmiemha r-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati jekk l-impatt negattiv potenzjali jkun sever. Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jissodisfaw dak l-obbligu, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla li jġibu fi tmiemha r-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom. Huwa possibbli li l-prevenzjoni tal-impatti negattivi fil-livell tar-relazzjonijiet kummerċjali indiretti teħtieġ kollaborazzjoni ma’ kumpanija oħra, pereżempju kumpanija li jkollha relazzjoni kuntrattwali diretta mal-fornitur. F’xi każijiet, kollaborazzjoni bħal din tista’ tkun l-uniku mod realistiku sabiex jiġu evitati impatti negattivi, b’mod partikolari, meta r-relazzjoni kummerċjali indiretta ma tkunx lesta li tidħol f’kuntratt mal-kumpanija. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-kumpanija tikkollabora mal-entità li tista’ tipprevjeni jew tnaqqas bl-aktar mod effettiv l-impatti negattivi fil-livell tar-relazzjoni kummerċjali indiretta filwaqt li tirrispetta l-liġi tal-kompetizzjoni.
(36) Sabiex jiżguraw l-effettività tat-tmiem jew tal-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi attwali, jenħtieġ li l-kumpaniji jipprijoritizzaw l-involviment mar-relazzjonijiet kummerċjali fil-katina tal-valur, minflok ma jitterminaw r-relazzjoni kummerċjali, bħala l-aħħar istanza wara li jipprovaw mingħajr suċċess li jġibu fi tmiemhom jew jimminimizzaw l-impatti negattivi attwali. Madankollu, jenħtieġ ukoll li d-Direttiva, għal każijiet fejn l-impatti negattivi potenzjali li kumpanija kkawżat jew ikkontribwiet għalihom u li ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mill-miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ mitigazzjoni deskritti, u ma hemm l-ebda prospett raġonevoli ta’ bidla, tirreferi għall-obbligu għall-kumpaniji li jżommu lura milli jidħlu f’relazzjonijiet ġodda jew li jestendu r-relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb inkwistjoni u, meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk, bħala l-aħħar istanza, f’konformità mad-diżimpenn responsabbli, jew jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li jsegwu l-isforzi ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni; jew li jġibu fi tmiemha r-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati minħabba s-severità tal-impatt l-impatt negattiv potenzjali, jew jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet għal sospensjoni temporanja. Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jissodisfaw dak l-obbligu, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla li jġibu fi tmiemha jew jissospendu r-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom. Meta tiddeċiedi li ttemm jew tissospendi relazzjoni kummerċjali, il-kumpanija jenħtieġ li tivvaluta jekk l-impatti negattivi ta’ dik id-deċiżjoni jkunux akbar mill-impatt negattiv li huwa maħsub li jiġi pprevenut jew immitigat. Meta l-kumpaniji jissospendu temporanjament relazzjonijiet kummerċjali jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali, jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu, jimmitigaw, jew iġibu fi tmiemhom tali impatti, jipprovdu avviż raġonevoli lis-sieħeb kummerċjali u jżommu dik id-deċiżjoni taħt rieżami. Huwa possibbli li l-prevenzjoni tal-impatti negattivi fil-livell tar-relazzjonijiet kummerċjali indiretti teħtieġ kollaborazzjoni ma’ kumpanija oħra, pereżempju kumpanija li jkollha relazzjoni kuntrattwali diretta mal-fornitur. F’xi każijiet, kollaborazzjoni bħal din tista’ tkun l-uniku mod realistiku sabiex jiġu evitati impatti negattivi, b’mod partikolari, meta r-relazzjoni kummerċjali indiretta ma tkunx lesta li tidħol f’kuntratt mal-kumpanija. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-kumpanija tikkollabora mal-entità li tista’ tipprevjeni jew tnaqqas bl-aktar mod effettiv l-impatti negattivi fil-livell tar-relazzjoni kummerċjali indiretta filwaqt li tirrispetta l-liġi tal-kompetizzjoni.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Premessa 37
(37) Fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti, il-kooperazzjoni tal-industrija, l-iskemi tal-industrija u l-inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati jistgħu jgħinu sabiex jinħoloq ingranaġġ addizzjonali sabiex jiġu identifikati, imnaqqsa u evitati l-impatti negattivi. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumpaniji li jiddependu fuq inizjattivi bħal dawn sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta stabbiliti f’din id-Direttiva sal-punt li skemi u inizjattivi bħal dawn ikunu xierqa sabiex jappoġġaw it-twettiq ta’ dawk l-obbligi. Il-kumpaniji jistgħu jivvalutaw, fuq inizjattiva tagħhom stess, l-allinjament ta’ dawn l-iskemi u l-inizjattivi mal-obbligi skont din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata informazzjoni sħiħa dwar inizjattivi bħal dawn, jenħtieġ li d-Direttiva tirreferi wkoll għall-possibbiltà li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiffaċilitaw it-tixrid ta’ informazzjoni dwar skemi jew inizjattivi bħal dawn u r-riżultati tagħhom. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tista’ toħroġ gwida għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-iskemi tal-industrija u tal-inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati.
(37) L-iskemi tal-industrija u l-inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati jistgħu jgħinu sabiex jinħoloq ingranaġġ addizzjonali sabiex jiġu identifikati, imnaqqsa u evitati l-impatti negattivi. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumpaniji li jipparteċipaw f’inizjattivi bħal dawn sabiex jappoġġaw aspetti tad-diliġenza dovuta tagħhom, inkluż biex jikkoordinaw ingranaġġ konġunt, jiksbu effiċjenzi, iżidu l-aħjar prattiki, u jfittxu għarfien espert rilevanti għal setturi, ġeografiji, komoditajiet jew kwistjonijiet ta’ riskju speċifiċi. It-tifsira ta’ inizjattivi hija wiesgħa u tinkludi inizjattivi li jappoġġaw, jimmonitorjaw, jevalwaw, jiċċertifikaw u/jew jivverifikaw aspetti tad-diliġenza dovuta ta’ kumpanija, jew id-diliġenza dovuta mwettqa mis-sussidjarji u/jew ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati u ssorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija, gruppi ta’ organizzazzjonijiet ikkonċernati, sħab soċjali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jinkludu organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ, ftehimiet qafas globali, djalogi settorjali u inizjattivi li jiċċertifikaw aspetti tad-diliġenza dovuta. Sabiex tiġi żgurata informazzjoni sħiħa dwar inizjattivi bħal dawn, jenħtieġ li d-Direttiva tirreferi wkoll għall-possibbiltà li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiffaċilitaw it-tixrid ta’ informazzjoni dwar skemi jew inizjattivi bħal dawn u r-riżultati tagħhom. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, l-OECD u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li toħroġ gwida għall-valutazzjoni tal-ambitu preċiż, tal-allinjament ma’ din id-Direttiva, u tal-kredibbiltà tal-iskemi tal-industrija u tal-inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati. Il-kumpaniji li jipparteċipaw f’inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati jew li jużaw verifika minn parti terza għal aspetti tad-diliġenza dovuta tagħhom xorta jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu sanzjonati jew jinstabu responsabbli għall-ksur ta’ din id-Direttiva u għad-dannu mġarrab mill-vittmi b’riżultat ta’ dan. L-istandards minimi għall-verifikaturi ta’ partijiet terzi li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu żviluppati f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u jiġu rieżaminati fid-dawl tal-adegwatezza tagħhom f’konformità mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Il-verifikaturi ta’ partijiet terzi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet rilevanti u, meta meħtieġ, ikunu soġġetti għal sanzjonijiet, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Premessa 38
(38) Skont l-obbligi ta’ diliġenza dovuta stabbiliti minn din id-Direttiva, jekk kumpanija tidentifika impatti negattivi reali fuq id-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent, jenħtieġ li din tieħu miżuri xierqa sabiex dawn jintemmu. Jista’ jkun mistenni li kumpanija tkun tista’ ttemm l-impatti negattivi reali fl-operazzjonijiet tagħha stess u fis-sussidjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, fir-rigward ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti, meta ma jkunux jistgħu jinġiebu fi tmiemhom impatti negattivi, jenħtieġ li l-kumpaniji jimminimizzaw il-firxa ta’ tali impatti. Jenħtieġ li l-minimizzazzjoni tal-firxa tal-impatti negattivi tirrikjedi riżultat li jkun l-eqreb possibbli sabiex jinġieb fi tmiemu l-impatt negattiv. Sabiex il-kumpaniji jiġu pprovduti b’ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li din id-Direttiva tiddefinixxi liema azzjonijiet jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu meħtieġa jieħdu sabiex jinġiebu fi tmiemhom l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u dawk ambjentali u jimminimizzaw il-firxa tagħhom, meta jkun rilevanti skont iċ-ċirkostanzi.
(38) Skont l-obbligi ta’ diliġenza dovuta stabbiliti minn din id-Direttiva, jekk kumpanija tidentifika impatti negattivi reali fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, jenħtieġ li din tieħu miżuri xierqa sabiex dawn jintemmu. Jista’ jkun mistenni li kumpanija tkun tista’ ttemm l-impatti negattivi reali fl-operazzjonijiet tagħha stess u fis-sussidjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta ma jkunux jistgħu jinġiebu fi tmiemhom impatti negattivi, jenħtieġ li l-kumpaniji jimmitigaw il-firxa ta’ tali impatti, filwaqt li jagħmlu sforzi biex iġibu fi tmiemu l-impatt negattiv, u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni korrettiva, żviluppat b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati. Jenħtieġ li l-minimizzazzjoni tal-firxa tal-impatti negattivi tirrikjedi riżultat li jkun l-eqreb possibbli sabiex jinġieb fi tmiemu l-impatt negattiv. Sabiex il-kumpaniji jiġu pprovduti b’ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li din id-Direttiva tiddefinixxi liema azzjonijiet jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu meħtieġa jieħdu sabiex jinġiebu fi tmiemhom l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u dawk ambjentali u jimminimizzaw il-firxa tagħhom, meta jkun rilevanti skont iċ-ċirkostanzi.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) Sabiex jikkonformaw mal-obbligu li jġibu fi tmiemhom u jimminimizzaw il-firxa tal-impatti negattivi reali skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu meħtieġa jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti. Jenħtieġ li dawn jinnewtralizzaw l-impatt negattiv jew jimminimizzaw il-firxa tiegħu, b’azzjoni proporzjonata għas-sinifikat u l-iskala tal-impatt negattiv u għall-kontribuzzjoni tal-kondotta tal-kumpanijagħall-impatt negattiv. Meta jkun meħtieġ minħabba l-fatt li l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jinġieb fi tmiemu minnufih, jenħtieġ li l-kumpaniji jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni korrettiva bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-azzjoni u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib. Jenħtieġ li l-kumpaniji jfittxu wkoll li jiksbuassigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali dirett li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita miegħu li se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija u, kif meħtieġ, ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, inkluż billi jfittxu assigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti mis-sħab tagħhom, sal-punt li l-attivitajiet tiegħu jkunu parti mill-katina tal-valur tal-kumpanija. L-assigurazzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li jkunu akkumpanjati mill-miżuri xierqa biex tiġi vverifikata l-konformità. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-kumpaniji jagħmlu wkoll investimenti li jkollhom l-għan li jwaqqfu jew jimminimizzaw il-firxa tal-impatt negattiv, jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat għal SMEs li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita magħhom u jikkollaboraw ma’ entitajiet oħra, inkluż, meta jkun rilevanti, li tiżdied il-kapaċità tal-kumpanija li ġġib fi tmiemu l-impatt negattiv.
(39) Sabiex jikkonformaw mal-obbligu li jġibu fi tmiemhom u jimmitigaw il-firxa tal-impatti negattivi reali skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu meħtieġa jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti. Jenħtieġ li dawn jinnewtralizzaw l-impatt negattiv jew jimmitigaw b’mod adegwat il-firxa tiegħu billi jirrestawraw il-persuni, il-gruppi u l-komunitajiet affettwati u/jew l-ambjent lura għal sitwazzjoni ekwivalenti jew kemm jista’ jkun qrib is-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt negattiv. Meta jkun meħtieġ minħabba l-fatt li l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jintemm minnufih, il-kumpaniji għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni korrettiva bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u għall-azzjoni xierqau indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib. Il-kumpaniji jistgħu jistabbilixxu wkoll permezz ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali ma’ sieħeb li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita miegħu li se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija u, kif meħtieġ, ma’ pjan ta’ azzjoni korrettiva. Is-sħab li magħhom il-kumpanija għandha relazzjoni kummerċjali għandhom jintalbu jistabbilixxu dispożizzjonijiet kuntrattwali korrispondenti raġonevoli, mhux diskriminatorji u ġustimas-sħab tagħhom, sal-punt li l-attivitajiet tiegħu jkunu parti mill-katina tal-valur tal-kumpanija. Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri li jappoġġaw it-twettiq tad-diliġenza dovuta kif deskritt f’din id-Direttiva. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li jkunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, u jirriflettu l-kompiti konġunti tal-partijiet li jwettqu diliġenza dovuta f’kooperazzjoni kontinwa, b’enfasi fuq it-teħid ta’ miżuri xierqa biex jintemmu l-impatti negattivi. Il-kumpaniji jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk is-sieħeb kummerċjali jistax ikun raġonevolment mistenni li jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. Ħafna drabi xerrej jimponi termini kuntrattwali unilateralment fuq fornitur, u kwalunkwe ksur tagħhom x’aktarx jirriżulta f’azzjoni unilaterali mix-xerrej bħal terminazzjoni jew diżimpenn. Tali azzjoni unilaterali mhijiex xierqa fil-kuntest tad-diliġenza dovuta u probabbilment hija stess tirriżulta f’impatti negattivi. F’każijiet li fihom il-ksur ta’ tali dispożizzjonijiet kuntrattwali jwassal għal impatt negattiv potenzjali, jenħtieġ li l-kumpanija l-ewwel tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni jew timmitiga b’mod adegwat tali impatti, minflok ma tikkunsidra li ttemm jew tissospendi l-kuntratt, f’konformità mal-liġi applikabbli. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-kumpaniji jagħmlu wkoll investimenti li jkollhom l-għan li jwaqqfu jew jimmitigaw il-firxa tal-impatt negattiv, jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat għal SMEs li jkollhom relazzjoni kummerċjali magħhom u jikkollaboraw ma’ entitajiet oħra, inkluż, meta jkun rilevanti, li tiżdied il-kapaċità tal-kumpanija li ġġib fi tmiemu l-impatt negattiv.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Premessa 40
(40) Sabiex tiġi riflessa l-firxa sħiħa ta’ għażliet għall-kumpanija f’każijiet fejn l-impatti reali ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mill-miżuri deskritti, jenħtieġ li din id-Direttiva tirreferi wkoll għall-possibbiltà li l-kumpanija tfittex li tikkonkludi kuntratt mas-sieħeb kummerċjali indirett, bil-għan li tinkiseb konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija jew ma’ pjan ta’ azzjoni korrettiva, u twettaq miżuri xierqa sabiex tiġi vverifikata l-konformità tar-relazzjoni kummerċjali indiretta mal-kuntratt.
imħassar
Emenda 53 Proposta għal direttiva Premessa 41
(41) Sabiex jiżguraw l-effettività tat-tmiem jew tal-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi reali, jenħtieġ li l-kumpaniji jipprijoritizzaw l-involviment mar-relazzjonijiet kummerċjali fil-katina tal-valur, minflok ma jġibu fi tmiemha r-relazzjoni kummerċjali, bħala l-aħħar istanza wara li jipprovaw mingħajr suċċess li jġibu fi tmiemhom jew jimminimizzaw l-impatti negattivi reali. Madankollu, jenħtieġ ukoll li din id-Direttiva, għal każijiet fejn l-impatti negattivi reali ma jkunux jistgħu jinġiebu fi tmiemhom jew jitnaqqsu b’mod adegwat mill-miżuri deskritti, tirreferi għall-obbligu għall-kumpaniji li jżommu lura milli jidħlu f’relazzjonijiet ġodda jew li jestendu r-relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb inkwistjoni u, meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li, jew jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li jsegwu l-isforzi sabiex iġibu fi tmiemhom jew jimminimizzaw il-firxa tal-effetti negattivi, jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, jekk l-impatt negattiv jitqies bħala sever. Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jissodisfaw dak l-obbligu, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla li jġibu fi tmiemha r-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom.
(41) Sabiex jiżguraw l-effettività tat-tmiem jew tal-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi reali, jenħtieġ li l-kumpaniji jipprijoritizzaw l-involviment mar-relazzjonijiet kummerċjali fil-katina tal-provvista, minflok ma jġibu fi tmiemha r-relazzjoni kummerċjali, bħala l-aħħar istanza wara li jipprovaw mingħajr suċċess li jġibu fi tmiemhom jew jimminimizzaw l-impatti negattivi reali. Madankollu, jenħtieġ ukoll li din id-Direttiva, għal każijiet fejn l-impatti negattivi reali li kumpanija kkawżat jew ikkontribwiet għalihom ma jkunux jistgħu jinġiebu fi tmiemhom jew jitnaqqsu b’mod adegwat mill-miżura deskritta, u ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli ta’ bidla, tirreferi għall-obbligu għall-kumpaniji li jżommu lura milli jidħlu f’relazzjonijiet ġodda jew li jestendu r-relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb inkwistjoni u, meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li, bħala l-aħħar istanza, f’konformità mad-diżimpenn responsabbli, jew jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li jsegwu l-isforzi sabiex iġibu fi tmiemhom jew jimmitigaw l-effetti negattivi, jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, minħabba s-severità tal-impatt negattiv reali jew jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni temporanji. Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jissodisfaw dak l-obbligu, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla li jġibu fi tmiemha jew jissospendu r-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom. Meta tiddeċiedi li ttemm jew tissospendi relazzjoni kummerċjali, il-kumpanija jenħtieġ li tivvaluta jekk l-impatti negattivi ta’ dik id-deċiżjoni jkunux akbar mill-impatt negattiv li huwa maħsub li jintemm jew jiġi mmitigat. Meta l-kumpaniji jissospendu temporanjament relazzjonijiet kummerċjali jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali, jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu, jimmitigaw, jew iġibu fi tmiemhom tali impatti, jipprovdu avviż raġonevoli lis-sieħeb kummerċjali u jżommu d-deċiżjoni taħt rieżami.
Emenda 54 Proposta għal direttiva Premessa 41a (ġdida)
(41a) Meta kumpanija tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv reali, jenħtieġ li l-kumpanija tieħu miżuri xierqa biex tirrimedja għal dak l-impatt. Il-miżuri ta’ rimedju jenħtieġ li jkollhom l-għan li jreġġgħu lura l-persuni u l-gruppi jew il-komunitajiet affettwati u/jew l-ambjent għal sitwazzjoni ekwivalenti jew kemm jista’ jkun qrib is-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt, u jiġu żviluppati filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-fehmiet espressi mill-partijiet ikkonċernati affettwati. Dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, kumpens, restituzzjoni, riabilitazzjoni, apoloġiji pubbliċi, rikostituzzjoni jew kooperazzjoni in bona fede fl-investigazzjonijiet. F’ċerti sitwazzjonijiet, il-kumpens finanzjarju jista’ jkun mod neċessarju biex jiġi pprovdut tali restawr. Meta kumpanija tkun marbuta direttament ma’ impatt negattiv, jenħtieġ li titħalla tipparteċipa volontarjament fi kwalunkwe miżura ta’ rimedju, meta xieraq, u tikkunsidra li tuża l-ingranaġġ tagħha ma’ partijiet responsabbli biex tippermetti r-rimedju ta’ kwalunkwe dannu kkawżat minn impatt. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati affettwati minn impatt negattiv jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jfittxu rimedju qabel ma jippreżentaw talbiet fil-qorti.
Emenda 55 Proposta għal direttiva Premessa 42
(42) Jenħtieġ li l-kumpaniji jipprovdu l-possibbiltà li l-persuni u l-organizzazzjonijiet jissottomettu lmenti direttament lilhom f’każ ta’ tħassib leġittimu dwar l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, reali jew potenzjali. L-organizzazzjonijiet li jistgħu jippreżentaw ilmenti bħal dawn jenħtieġ li jinkludu t-trade unions u rappreżentanti ta’ ħaddiema oħra li jirrappreżentaw individwi li jaħdmu fil-katina tal-valur ikkonċernata u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma relatati mal-katina tal-valur ikkonċernata meta jkollhom għarfien dwar impatt negattiv potenzjali jew reali. Jenħtieġ li l-kumpaniji jistabbilixxu proċedura sabiex jittrattaw dawk l-ilmenti u jinfurmaw lill-ħaddiema, lit-trade unions u lir-rappreżentanti ta’ ħaddiema oħra, meta jkun rilevanti, dwar tali proċessi. Jenħtieġ li r-rikors għall-mekkaniżmu tal-ilmenti u tar-rimedju ma jipprevjenix lill-ilmentatur milli jirrikorri għal rimedji ġudizzjarji. F’konformità mal-istandards internazzjonali, jenħtieġ li l-ilmentaturi jkunu intitolati li jitolbu segwitu xieraq mill-kumpanija dwar l-ilment u li jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-kumpanija f’livell xieraq sabiex jiddiskutu impatti negattivi severi potenzjali jew reali li huma s-suġġett tal-ilment. Jenħtieġ li dan l-aċċess ma jwassalx għal solleċitazzjonijiet mhux raġonevoli tal-kumpaniji.
(42) Jenħtieġ li l-kumpaniji jipprovdu mekkaniżmi ta’ notifiki u ta’ lmentar mhux ġudizzjarji disponibbli pubblikament u effettivi fil-livell operazzjonali, li jistgħu jintużaw minn persuni u organizzazzjonijietbiex jinnotifikawhom jew iqajmu lmenti u jitolbu rimedju f’każ ta’ tħassib leġittimu dwar l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, ambjentali, reali jew potenzjali fil-katina tal-valur. Il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jippreżentaw ilmenti bħal dawn jenħtieġ li jinkludu persuni li huma affettwati jew li għandhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li jistgħu jiġu affettwati u r-rappreżentanti leġittimi tagħhom, it-trade unions u rappreżentanti ta’ ħaddiema oħra li jirrappreżentaw individwi li jaħdmu fil-katina tal-valur ikkonċernata u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma relatati mal-katina tal-valur ikkonċernata u organizzazzjonijiet kredibbli u esperjenzati li l-għan tagħhom jinkludi l-protezzjoni tal-ambjent. In-notifiki jistgħu jiġu ppreżentati mill-persuni u l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma relatati mal-katina tal-valur ikkonċernata meta jkollhom għarfien dwar impatt negattiv potenzjali jew reali, u persuni ġuridiċi u fiżiċi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent. Jenħtieġ li l-kumpaniji jistabbilixxu proċedura sabiex jittrattaw dawk in-notifiki u l-ilmenti u jinfurmaw lill-ħaddiema, lit-trade unions u lir-rappreżentanti ta’ ħaddiema oħra, meta jkun rilevanti, dwar tali proċessi. Jenħtieġ li l-kumpaniji jipprovdu l-possibbiltà li jissottomettu notifiki u lmenti permezz ta’ arranġamenti kollaborattivi, inklużi inizjattivi tal-industrija, ma’ kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra, billi jipparteċipaw f’mekkaniżmi ta’ lmentar b’diversi partijiet ikkonċernati jew billi jissieħbu fi ftehim qafas globali. Is-sottomissjoni ta’ notifika jew ta’ lmentar jenħtieġ li ma tkunx prerekwiżit u la ma għandha tipprekludi lill-persuna li tissottomettihom milli jkollha aċċess għall-proċedura tat-tħassib sostanzjat u lanqas għal mekkaniżmi ġudizzjarji jew oħrajn mhux ġudizzjarji, bħall-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-OECD meta jeżistu. F’konformità mal-istandards internazzjonali, il-persuni li jissottomettu lmenti jew notifiki, meta ma jissottomettuhomx b’mod anonimu, jenħtieġ li jkunu intitolati li jirċievu segwitu f’waqtu u xieraq mill-kumpanija u l-persuni li jissottomettu l-lmenti jenħtieġ li jkunu intitolati wkoll li jikkomunikawmar-rappreżentanti tal-kumpanija f’livell xieraq sabiex jiddiskutu impatti negattivi potenzjali jew reali li huma s-suġġett tal-ilment, li għandhom jingħataw ir-raġunament dwar jekk ilment ġiex ikkunsidrat fondat jew infondat u li jingħataw informazzjoni dwar il-passi u l-azzjonijiet meħuda, u li jitolbu rimedju jew kontribut għar-rimedju. Jenħtieġ li dan l-aċċess ma jwassalx għal solleċitazzjonijiet mhux raġonevoli tal-kumpaniji. Jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu wkoll responsabbli biex jiżguraw li kwalunkwe persuna li tissottometti lmenti jew notifiki tkun protetta minn ritaljazzjoni u retribuzzjoni potenzjali, inkluż billi tiżgura l-anonimità jew il-kunfidenzjalità fil-proċess ta’ notifika u lmentar, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-proċedura ta’ notifika u ta’ lmentar mhux ġudizzjarju jenħtieġ li tkun leġittima, aċċessibbli, prevedibbli, ekwa, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet, sensittiva għall-ġeneru u għall-kultura, ibbażata fuq l-involviment u d-djalogu, u adattabbli kif stabbilit fil-kriterji tal-effettività għall-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ġudizzjarji fil-Prinċipju 31 tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumment Ġenerali Nru 16 tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Il-kumpaniji jenħtieġ li jqajmu kuxjenza fost il-partijiet ikkonċernati affettwati dwar l-eżistenza, l-objettivi u l-proċessi ta’ notifiki u mekkaniżmi ta’ lmentar, fil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat fejn ikunu qed joperaw, inkluż dwar kif għandhom jiġu aċċessati, id-deċiżjonijiet u r-rimedji relatati ma’ kumpanija u kif il-kumpanija qed timplimentahom. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom jenħtieġ ukoll li jiġu protetti kif xieraq, u kwalunkwe sforz ta’ rimedju mhux ġudizzjarju jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-inkoraġġiment tan-negozjar kollettiv u r-rikonoxximent tat-trade unions u jenħtieġ li bl-ebda mod ma jdgħajjef ir-rwol tat-trade unions leġittimi jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-indirizzar tat-tilwim relatat max-xogħol.
Emenda 56 Proposta għal direttiva Premessa 43
(43) Jenħtieġ li l-kumpaniji jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta tagħhom. Jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet perjodiċi tal-operazzjonijiet tagħhom stess, dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta relatati mal-ktajjen tal-valur tal-kumpanija, dawk tar-relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti tagħhom, sabiex jimmonitorjaw l-effettività tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni, it-twaqqif u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali. Tali valutazzjonijiet jenħtieġ li jivverifikaw li l-impatti negattivi jiġu identifikati kif xieraq, li jiġu implimentati miżuri ta’ diliġenza dovuta u li fil-fatt ikunu ġew evitati jew mitmuma l-impatti negattivi. Sabiex jiġi żgurat li tali valutazzjonijiet ikunu aġġornati, jenħtieġ li dawn jitwettqu mill-inqas kull 12-il xahar u sadanittant jiġu riveduti jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li setgħu rriżultaw riskji ġodda sinifikanti ta’ impatt negattiv.
(43) Jenħtieġ li l-kumpaniji jivverifikaw kontinwament l-implimentazzjoni u jimmonitorjaw l-adegwatezza u l-effettività tagħhom meħuda f’konformità ma’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tal-operazzjonijiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom stess, dawk tas-sussidjarji tagħhom u dawk tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, sabiex jimmonitorjaw l-effettività tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni, it-twaqqif,il-mitigazzjoni u r-rimedju tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali. Tali valutazzjonijiet jenħtieġ li jivverifikaw li l-impatti negattivi jiġu identifikati kif xieraq, li jiġu implimentati miżuri ta’ diliġenza dovuta u li fil-fatt ikunu ġew evitati jew mitmuma l-impatti negattivi. Sabiex jiġi żgurat li tali valutazzjonijiet ikunu aġġornati, jenħtieġ li dawn jitwettqu kontinwament u wara li sseħħ bidla sinifikanti, u jiġu riveduti kontinwament jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li setgħu rriżultaw riskji ġodda sinifikanti ta’ impatt negattiv. Jenħtieġ li l-kumpaniji jżommu dokumentazzjoni li turi l-konformità tagħhom ma’ dan ir-rekwiżit għal 10 snin.
Emenda 57 Proposta għal direttiva Premessa 44
(44) Bħal fl-istandards internazzjonali eżistenti stabbiliti mill-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-qafas tal-OECD, dan jifforma parti mir-rekwiżit ta’ diliġenza dovuta sabiex tiġi kkomunikata informazzjoni rilevanti esternament dwar il-politiki , il-proċessi u l-attivitajiet ta’ diliġenza dovuta mwettqa sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-impatti negattivi reali jew potenzjali, inklużi s-sejbiet u l-eżiti ta’ dawk l-attivitajiet. Il-proposta sabiex tiġi emendata d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà tistabbilixxi obbligi ta’ rapportar rilevanti għall-kumpaniji koperti minn din id-Direttiva. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva ma tintroduċi l-ebda obbligu ta’ rapportar ġdid minbarra dawk skont id-Direttiva 2013/34/UE għall-kumpaniji koperti minn dik id-Direttiva kif ukoll l-istandards ta’ rapportar li jenħtieġ li jiġu żviluppati skontha. Fir-rigward ta’ kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, iżda li ma jaqgħux taħt id-Direttiva 2013/34/UE, sabiex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jikkomunikaw bħala parti mid-diliġenza dovuta skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom dikjarazzjoni annwali f’lingwa abitwali fl-isfera tan-negozju internazzjonali.
(44) Bħal fl-istandards internazzjonali eżistenti stabbiliti mill-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-qafas tal-OECD, dan jifforma parti mir-rekwiżit ta’ diliġenza dovuta sabiex tiġi kkomunikata informazzjoni rilevanti esternament dwar il-politiki , il-proċessi u l-attivitajiet ta’ diliġenza dovuta mwettqa sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-impatti negattivi reali jew potenzjali, inklużi s-sejbiet u l-eżiti ta’ dawk l-attivitajiet. Id-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà tistabbilixxi obbligi ta’ rapportar rilevanti għall-kumpaniji koperti minn din id-Direttiva kif ukoll ir-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji, għall-impriżi finanzjarji. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva ma tintroduċi l-ebda obbligu ta’ rapportar ġdid minbarra dawk skont id-Direttiva 2013/34/UE għall-kumpaniji koperti minn dik id-Direttiva kif ukoll l-istandards ta’ rapportar li jenħtieġ li jiġu żviluppati skontha, u jenħtieġ li lanqas ma tintroduċi xi obbligu ta’ rapportar ġdid minbarra dawk skont ir-Regolament (UE) 2019/2088. Fir-rigward ta’ kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, iżda li ma jaqgħux taħt id-Direttiva 2013/34/UE, sabiex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jikkomunikaw bħala parti mid-diliġenza dovuta skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom dikjarazzjoni annwali li tkun konsistenti ma’ dawk ir-rekwiżiti f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
Emenda 58 Proposta għal direttiva Premessa 44a (ġdida)
(44a) Ir-rekwiżiti fuq il-kumpaniji li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u fl-istess ħin huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar skont l-Artikoli 19a, 29a u 40a tad-Direttiva 2013/34/UE u għalhekk jenħtieġ li jirrapportaw dwar il-proċess ta’ diliġenza dovuta tagħhom kif stabbilit fl-Artikoli 19a, 29a u 40a tad-Direttiva 2013/34/UE jenħtieġ li jinftiehmu bħala rekwiżit għall-kumpaniji biex jiddeskrivu kif jimplimentaw id-diliġenza dovuta kif previst f’din id-Direttiva. Meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE biex jirrapportaw dwar azzjonijiet meħuda ħalli jiġu identifikati impatti negattivi potenzjali jew reali, il-kumpaniji għandhom jispjegaw jekk tawx prijorità lill-ordni li fih ikunu ħadu miżuri xierqa, kif ikun ġie applikat dak l-approċċ, u għaliex kien meħtieġ li jingħata prijorità. Meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE biex jirrapportaw dwar kwalunkwe azzjoni meħuda mill-impriża biex tipprevjeni, timmitiga, tirrimedja jew ittemm l-impatti negattivi reali jew potenzjali, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, jenħtieġ li l-kumpanija tiddivulga wkoll l-għadd ta’ każijiet li fihom iddeċidiet li ma tinvolvix ruħha, ir-raġuni għal dan id-diżimpenn u l-post tar-relazzjonijiet kummerċjali kkonċernati mingħajr ma tiżvela l-identità tagħhom.
Emenda 59 Proposta għal direttiva Premessa 44b (ġdida)
(44b) Mhuwiex l-objettiv ta’ din id-Direttiva li l-kumpaniji jintalbu jiddivulgaw pubblikament il-kapital intellettwali, il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni li jikkwalifikaw bħala sigrieti kummerċjali kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ rapportar previsti f’din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE.
Emenda 60 Proposta għal direttiva Premessa 44c (ġdida)
(44c) Il-kumpaniji jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jikkomunikaw b’mod sinifikattiv mal-partijiet ikkonċernati affettwati li jippermettu interazzjoni u djalogu ġenwini fil-proċess ta’ diliġenza dovuta tagħhom. L-involviment jenħtieġ li jkopri l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati u jenħtieġ li jkun komprensiv, strutturali, effettiv, f’waqtu u reattiv għall-ġeneru. Hemm sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx possibbli li ssir ħidma effettiva mal-partijiet ikkonċernati affettwati, jew fejn l-involviment ma’ perspettivi esperti addizzjonali jkun utli biex il-kumpanija tkun tista’ tikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fil-kuntest tad-deċiżjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni. . F’dawn il-każijiet il-kumpaniji jenħtieġ li jinvolvu ruħhom f’komunikazzjoni sinifikattiva ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, bħal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent sabiex jiksbu għarfien kredibbli dwar l-impatti negattivi potenzjali jew reali. Il-konsultazzjoni jenħtieġ li tkun kontinwa u l-kumpaniji jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni komprensiva, immirata u rilevanti lill-partijiet ikkonċernati affettwati. Il-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu informazzjoni addizzjonali bil-miktub, li jenħtieġ li tiġi pprovduta mill-kumpanija fi żmien raġonevoli u f’format xieraq u li jinftiehem. Meta talba bħal din tiġi rrifjutata, il-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal ġustifikazzjoni bil-miktub għal tali rifjut. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jqisu kif xieraq l-ostakli għall-involviment, jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jkunu ħielsa minn ritaljazzjoni u retribuzzjoni, inkluż billi jżommu l-kunfidenzjalità u l-anonimità, u jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati vulnerabbli, u għal vulnerabbiltajiet u fatturi intersezzjonali li jikkoinċidu, inkluż billi jiġi żgurat approċċ sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, u b’rispett sħiħ tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni. Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jenħtieġ li jiġu infurmati mill-kumpanija tagħhom dwar l-istrateġija tad-diliġenza dovuta tagħha u l-implimentazzjoni tagħha, f’konformità mad-dritt eżistenti tal-UE u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet applikabbli tagħhom għal informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni, u b’mod partikolari dawk koperti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u d-drittijiet soċjali, inkluż id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill106a, id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill107a, u d-Direttiva 2001/86/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill108a. Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li titqies rilevanti f’sitwazzjonijiet li fihom l-impatti potenzjali u reali jew l-azzjonijiet previsti skont l-Artikolu 4 sa 10 jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli li jaffettwaw id-drittijiet jew l-interess tal-partijiet ikkonċernati jew meta l-partijiet ikkonċernati affettwati jkunu talbu informazzjoni, konsultazzjoni jew djalogu.
__________________
1a Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea - Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).
1b Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-intrapriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-intrapriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).
1c Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22).
Emenda 61 Proposta għal direttiva Premessa 44d (ġdida)
(44d) Il-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika huma forma partikolari ta’ fastidju miġjub kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi biex jipprevjenu jew jippenalizzaw diskors dwarkwistjonijiet ta’ interess pubbliku. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu s-salvagwardji meħtieġa biex jindirizzaw dawk it-talbiet manifestament bla bażi jew proċedimenti abbużivi tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Emenda 62 Proposta għal direttiva Premessa 45
(45) Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-kumpaniji mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tagħhom permezz tal-katina tal-valur tagħhom u jiġi limitat it-trasferiment tal-piż tal-konformità fuq is-sħab kummerċjali tal-SMEs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-klawżoli kuntrattwali mudell.
(45) Sabiex il-kumpaniji jingħataw għodod biex jgħinuhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tagħhom permezz tal-katina tal-valur tagħhom, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li tipprovdi gwida dwar il-klawżoli kuntrattwali mudell, li jistgħu jintużaw b’mod volontarju mill-kumpaniji bħala għodda biex tgħin fit-twettiq tal-obbligi tagħhom fl-Artikoli 7 u 8. Tali klawżoli kuntrattwali jenħtieġ li jistabbilixxu, bħala minimu, allokazzjoni ċara tal-kompiti bejn il-partijiet kontraenti f’kooperazzjoni kontinwa, li ma jistgħux jirriżultaw fit-trasferiment tar-responsabbiltà għat-twettiq tad-diliġenza dovuta, u li, meta tali klawżoli jinkisru, il-kumpaniji jenħtieġ li jevitaw li jtemmu tali klawżoli billi l-ewwel jieħdu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-gwida tiċċara aktar li s-sempliċi inklużjoni ta’ assigurazzjonijiet kuntrattwali ma tistax, waħedha, tissodisfa l-istandards tad-diliġenza dovuta ta’ din id-Direttiva. Tali standards jenħtieġ li jiġu ssodisfati biss jekk jiġu assenjati obbligi ta’ diliġenza dovuta lil oħrajn b’mod diliġenti li jiżgura t-twettiq effettiv ta’ dawk l-obbligi u jinkludi miżuri xierqa għaċ-ċirkostanzi, bħal monitoraġġ, assistenza finanzjarja u mhux finanzjarja, u prattiki ta’ xiri responsabbli.
Emenda 63 Proposta għal direttiva Premessa 46
(46) Sabiex tipprovdi appoġġ u għodod prattiċi lill-kumpaniji jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif il-kumpaniji jenħtieġ li jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta, il-Kummissjoni, bl-użu ta’ linji gwida u standards internazzjonali rilevanti bħala referenza, u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri umal-partijiet ikkonċernati, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u meta jkun xieraq ma’ korpi internazzjonali li jkollhom għarfien espert fid-diliġenza dovuta, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li joħorġu linji gwida, inklużgħal setturi speċifiċi jew għal impatti negattivi speċifiċi.
(46) Sabiex tipprovdi appoġġ u għodod prattiċi lill-kumpaniji jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif il-kumpaniji jenħtieġ li jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta, il-Kummissjoni, bl-użu ta’ linji gwida u standards internazzjonali rilevanti bħala referenza, u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, is-sħab soċjali transindustrijali u settorjali Ewropej u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EISMEA), l-awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u meta jkun xieraql-OECD u korpi internazzjonali oħra li jkollhom għarfien espert fid-diliġenza dovuta, jenħtieġ li joħorġu linji gwida ċari u li jinftiehmu faċilment, inkluża gwida ġenerali u speċifika għas-settur, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità b’mod prattiku.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Premessa 46a (ġdida)
(46a) Sabiex tappoġġa lill-kumpaniji li jissodisfaw l-obbligi ta’ diliġenza dovuta tagħhom tul il-katina tal-valur tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li twettaq aktar riċerka dwar l-għodod diġitali u tippromwovihom.
Emenda 65 Proposta għal direttiva Premessa 47
(47) Għalkemm l-SMEs ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, dawn jistgħu jiġu affettwati mid-dispożizzjonijiet tagħha bħala kuntratturi jew sottokuntratturi għall-kumpaniji koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni. Madankollu, l-għan huwali jitnaqqas il-piż finanzjarju jew amministrattiv fuq l-SMEs, li ħafna minnhom diġà qed ibatu fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u sanitarja globali. Sabiex jappoġġaw lill-SMEs, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u joperaw, individwalment jew b’mod konġunt, siti web, portali jew pjattaformi dedikati, u l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw ukoll finanzjarjament lill-SMEs u jgħinuhom jibnu l-kapaċità. Tali appoġġ jenħtieġ li jsir aċċessibbli wkoll, u meta jkun meħtieġ jiġi adattat u estiż għall-operaturi ekonomiċi upstream f’pajjiżi terzi. Il-kumpaniji li s-sieħeb kummerċjali tagħhom ikun SME, huma mħeġġa wkoll jappoġġawh sabiex jikkonformaw mal-miżuri ta’ diliġenza dovuta, f’każ li tali rekwiżiti jipperikolaw il-vijabbiltà tal-SMEs u jużaw rekwiżiti ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-SMEs.
(47) Għalkemm l-SMEs ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, dawn jistgħu jiġu affettwati mid-dispożizzjonijiet tagħha bħala kuntratturi jew sottokuntratturi għall-kumpaniji koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni. Madankollu, l-għan huwali jitnaqqas il-piż finanzjarju jew amministrattiv fuq l-SMEs, li ħafna minnhom diġà qed ibatu fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u sanitarja globali. Sabiex jappoġġaw lill-SMEs, jenħtieġ li l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistabbilixxu u joperaw, individwalment jew b’mod konġunt, siti web, portali jew pjattaformi dedikati u faċli għall-utent, u l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw ukoll finanzjarjament lill-SMEs u jgħinuhom jibnu l-kapaċità. Tali appoġġ jenħtieġ li jsir aċċessibbli wkoll, u meta jkun meħtieġ jiġi adattat u estiż għall-operaturi ekonomiċi upstream f’pajjiżi terzi. Il-kumpaniji li s-sieħeb kummerċjali tagħhom ikun SME, huma mħeġġa wkoll jappoġġawh sabiex jikkonformaw mal-miżuri ta’ diliġenza dovuta, u jużaw rekwiżiti ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-SMEs. L-SMEs jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li japplikaw din id-Direttiva fuq bażi volontarja u għal dak l-għan jenħtieġ li jiġu appoġġati permezz ta’ miżuri u għodod adegwati, u jiġu inċentivati.
Emenda 66 Proposta għal direttiva Premessa 48
(48) Sabiex tikkomplementa l-appoġġ tal-Istati Membri lill-SMEs, il-Kummissjoni tista’ tibni fuq għodod, proġetti u azzjonijiet oħra eżistenti tal-UE li jgħinu fl-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fl-UE u f’pajjiżi terzi. Tista’ tistabbilixxi miżuri ġodda ta’ appoġġ li jipprovdu għajnuna lill-kumpaniji, inklużi l-SMEs dwar ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta, inkluż osservatorju għat-trasparenza tal-katina tal-valur u l-faċilitazzjoni ta’ inizjattivi konġunti tal-partijiet ikkonċernati.
(48) Sabiex tikkomplementa l-appoġġ tal-Istati Membri lill-kumpaniji fl-implimentazzjoni tagħhom, inklużi l-SMEs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibni fuq għodod, proġetti u azzjonijiet oħra eżistenti tal-UE li jgħinu fl-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fl-UE u f’pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tistabbilixxi miżuri ġodda ta’ appoġġ li jipprovdu għajnuna lill-kumpaniji, inklużi l-SMEs dwar ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta, inkluż osservatorju għat-trasparenza tal-katina tal-valur u l-faċilitazzjoni ta’ inizjattivi konġunti tal-partijiet ikkonċernati.
Emenda 67 Proposta għal direttiva Premessa 49
(49) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jaħdmu fi sħubija ma’ pajjiżi terzi sabiex jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi upstream jibnu l-kapaċità li b’mod effettiv jipprevjenu u jnaqqsu l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent tal-operazzjonijiet u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċifika lill-isfidi ffaċċjati minn sidien żgħar. Jenħtieġ li jużaw il-viċinat tagħhom, l-iżvilupp u strumenti ta’ koperazzjoni internazzjonali sabiex jappoġġaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi u lill-operaturi ekonomiċi upstream f’pajjiżi terzi li jindirizzaw id-drittijiet tal-bniedem negattivi u l-impatti ambjentali tal-operazzjonijiet tagħhom u r-relazzjonijiet kummerċjali upstream. Dan jista’ jinkludi ħidma mal-gvernijiet tal-pajjiżi sħab, mas-settur privat lokali u mal-partijiet ikkonċernati dwar l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.
(49) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jaħdmu fi sħubija ma’ pajjiżi terzi sabiex jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi upstream jibnu l-kapaċità li b’mod effettiv jipprevjenu u jnaqqsu l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent tal-operazzjonijiet u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċifika lill-isfidi ffaċċjati minn sidien żgħar. Jenħtieġ li jużaw il-viċinat tagħhom, l-iżvilupp u strumenti ta’ koperazzjoni internazzjonali, inklużi l-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles, sabiex jappoġġaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi u lill-operaturi ekonomiċi upstream f’pajjiżi terzi li jindirizzaw id-drittijiet tal-bniedem negattivi u l-impatti ambjentali tal-operazzjonijiet tagħhom u r-relazzjonijiet kummerċjali upstream. Dan jista’ jinkludi ħidma mal-gvernijiet tal-pajjiżi sħab, mas-settur privat lokali u mal-partijiet ikkonċernati dwar l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.
Emenda 68 Proposta għal direttiva Premessa 50
(50) Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-kumpaniji jadottaw pjan sabiex jiżguraw li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. F’każ li l-klima tiġi jew kellha tiġi identifikata bħala riskju prinċipali għal jew impatt prinċipali tal-operazzjonijiet tal-kumpanija, jenħtieġ li l-kumpanija tinkludi objettivi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fil-pjan tagħha.
(50) Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-kumpaniji, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jadottaw u jimplimentaw pjan ta’ tranżizzjoni f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar fl-Artikolu 19a tad-Direttiva (UE) 2022/2464 (CSRD) sabiex jiżguraw li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija jkunu allinjati mal-objettivi tat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), u l-mira klimatika għall-2030. Il-pjan jenħtieġ li jqis il-katina tal-valur u jinkludi miri marbuta biż-żmien relatati mal-objettivi klimatiċi tagħhom għall-kamp ta’ applikazzjoni 1, 2 u, meta rilevanti, 3 tal-emissjonijiet, inkluż, fejn xieraq, miri assoluti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-gassijiet serra inkluż, meta rilevanti, l-emissjonijiet tal-metan, għall-2030 u fi stadji ta’ ħames snin sal-2050 abbażi ta’ evidenza xjentifika konklużiva, ħlief meta kumpanija tkun tista’ turi li l-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tagħha ma jikkawżawx emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li għalhekk tali miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma jkunux xierqa. Il-pjanijiet jenħtieġ li jiżviluppaw azzjonijiet ta’ implimentazzjoni biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-kumpanija u jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva, jiġifieri evidenza b’validazzjoni xjentifika indipendenti li tkun konsistenti mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C kif definit mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) u filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima.
Emenda 69 Proposta għal direttiva Premessa 51
(51) Bil-għan li jiġi żgurat li tali pjan għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jiġi implimentat kif xieraq u jkun inkorporat fl-inċentivi finanzjarji tad-diretturi, il-pjan jenħtieġ li jitqies kif xieraq meta tiġi stabbilita r-rimunerazzjoni varjabbli tad-diretturi, jekk ir-rimunerazzjoni varjabbli tkun marbuta mal-kontribuzzjoni ta’ direttur għall-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija u l-interessi u s-sostenibbiltà fit-tul.
(51) Il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jinkludu obbligi ċari għad-diretturi u l-membri tal-bord biex jiġi żgurat l-indirizzar tar-riskji u l-impatti ambjentali u klimatiċi fl-istrateġija tal-kumpanija. Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi finanzjarji tad-diretturi, il-kumpaniji b’medja ta’ aktar minn 1000 impjegat jenħtieġ li jkollhom politika rilevanti u effettiva stabbiliti biex jiġi żgurat li parti mir-rimunerazzjoni varjabbli tad-diretturi tkun marbuta mal-ilħuq tal-miri tal-pjan ta’ tranżizzjoni tal-kumpanija għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Emenda 70 Proposta għal direttiva Premessa 53
(53) Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta tal-kumpaniji u jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar. Jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet superviżorji jkunu ta’ natura pubblika, indipendenti mill-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn interessi oħra tas-suq, u ħielsa minn kunflitti ta’ interess. F’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw finanzjament xieraq tal-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li jkunu intitolati jwettqu investigazzjonijiet, fuq inizjattiva tagħhom stess jew abbażi ta’ lmenti jew tħassib sostanzjat li jitqajjem skont din id-Direttiva. Meta jkunu jeżistu awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni settorjali, l-Istati Membri jistgħu jidentifikawhom bħala responsabbli għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Huma jistgħu jaħtru awtoritajiet għas-superviżjoni ta’ impriża finanzjarja regolata wkoll bħala awtoritajiet superviżorji għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
(53) Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta tal-kumpaniji u jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar. Jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet superviżorji jkunu ta’ natura pubblika, indipendenti mill-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn interessi oħra tas-suq, u ħielsa minn kunflitti ta’ interess. F’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw finanzjament xieraq tal-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li jkunu intitolati jwettqu investigazzjonijiet, inkluż, meta xieraq, spezzjonijiet fuq il-post u s-smigħ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, fuq inizjattiva tagħhom stess jew abbażi ta’ lmenti jew tħassib sostanzjat li jitqajjem skont din id-Direttiva. Meta jkunu jeżistu awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni settorjali, l-Istati Membri jistgħu jidentifikawhom bħala responsabbli għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Huma jistgħu jaħtru awtoritajiet għas-superviżjoni ta’ impriża finanzjarja regolata wkoll bħala awtoritajiet superviżorji għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri, meta jaħtru awtoritajiet superviżorji u jiddefinixxu l-proċeduri li bihom joperaw, jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni u komplementarjetà ma’ proċessi oħra disponibbli fl-ambitu ta’ strumenti internazzjonali oħra, bħall-mekkaniżmu mhux ġudizzjarju ta’ lmentar operat mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali.
Emenda 71 Proposta għal direttiva Premessa 54
(54) Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu sanzjonijiet dissważivi, proporzjonati u effettivi għall-ksur ta’ dawk il-miżuri. Sabiex tali reġim ta’ sanzjonijiet ikun effettiv, is-sanzjonijiet amministrattivi li jridu jiġu imposti mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jenħtieġ li jinkludu sanzjonijiet pekunarji. Meta s-sistema legali ta’ Stat Membru ma tipprevedix sanzjonijiet amministrattivi kif previst f’din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu applikati r-regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi b’tali mod li s-sanzjoni tinbeda mill-awtorità superviżorja kompetenti u tiġi imposta mill-awtorità ġudizzjarja. Għalhekk, huwa meħtieġ li dawk l-Istati Membri jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli u tas-sanzjonijiet ikollha effett ekwivalenti għas-sanzjonijiet amministrattivi imposti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti.
(54) Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu sanzjonijiet dissważivi, proporzjonati u effettivi għall-ksur ta’ dawk il-miżuri. Sabiex tali reġim ta’ sanzjonijiet ikun effettiv, is-sanzjonijiet amministrattivi li jridu jiġu imposti mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jenħtieġ li jinkludu sanzjonijiet pekunarji, dikjarazzjoni pubblika li tindika li l-kumpanija hija responsabbli u n-natura tal-ksur, obbligi biex titwettaq azzjoni inkluż il-waqfien tal-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur u t-tneħħija minn kwalunkwe ripetizzjoni ta’ dik l-imġiba, u s-sospensjoni tal-prodotti miċ-ċirkolazzjoni libera jew mill-esportazzjoni. Meta s-sistema legali ta’ Stat Membru ma tipprevedix sanzjonijiet amministrattivi kif previst f’din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu applikati r-regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi b’tali mod li s-sanzjoni tinbeda mill-awtorità superviżorja kompetenti u tiġi imposta mill-awtorità ġudizzjarja. Għalhekk, huwa meħtieġ li dawk l-Istati Membri jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli u tas-sanzjonijiet ikollha effett ekwivalenti għas-sanzjonijiet amministrattivi imposti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti.
Emenda 72 Proposta għal direttiva Premessa 54a (ġdida)
(54a) Sabiex jiġi pprevenut tnaqqis artifiċjali tal-multi amministrattivi potenzjali li jirriżultaw minn kumpanija omm apikali li tittrasferixxi l-fatturat nett dinji tagħha lil entitajiet terzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikoli 2(1)(b) u 2(2)(b), is-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji jiġu kkalkulati filwaqt li jitqies il-fatturat konsolidat irrapportat minn dik il-kumpanija.
Emenda 73 Proposta għal direttiva Premessa 54b (ġdida)
(54b) Skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, l-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2014/25/UE u l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw konformità mal-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kuntratti ta’ akkwist u ta’ konċessjoni. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk huwiex rilevanti li tirrieżamina dawn id-direttivi biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti u l-miżuri li l-Istati Membri għandhom jadottaw biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta’ sostenibbiltà u diliġenza dovuta skont din id-Direttiva matul il-proċessi tal-akkwist u tal-konċessjoni, mill-għażla sal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Emenda 74 Proposta għal direttiva Premessa 56
(56) Sabiex jiġi żgurat kumpens effettiv għall-vittmi ta’ impatti negattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu regoli li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili tal-kumpaniji għad-danni li jirriżultaw minħabba n-nuqqas tagħha li tikkonforma mal-proċess ta’ diliġenza dovuta. Jenħtieġ li l-kumpanija tkun responsabbli għad-danni jekk tonqos milli tikkonforma mal-obbligi għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali jew biex jinġiebu fi tmiemhom l-impatti reali u tiġi minimizzata l-firxa tagħhom kemm jista’ jkun, u b’riżultat ta’ dan in-nuqqas, impatt negattiv li kellu jiġi identifikat, evitat, imnaqqas, miġjub fi tmiemu jew il-firxa tiegħu minimizzata permezz tal-miżuri xierqa, ikun seħħ u wassal għal dannu.
(56) Sabiex jiġi żgurat kumpens effettiv għall-vittmi ta’ impatti negattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu regoli li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili tal-kumpaniji għad-danni li jirriżultaw minħabba n-nuqqas tagħha li tikkonforma mal-proċess ta’ diliġenza dovuta. Jenħtieġ li l-kumpanija tkun responsabbli għad-danni jekk tonqos milli tikkonforma mal-obbligi għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali jew biex jinġiebu fi tmiemhom l-impatti reali u timmitigahom, jew tipprovdi rimedju, u b’riżultat ta’ dan in-nuqqas il-kumpanija kkawżat impatt negattiv, jew ikkontribwiet għalih, li kellu jiġi identifikat, prijoritizzat, evitat, imnaqqas, miġjub fi tmiemu, rimedjat jew il-firxa tiegħu minimizzata permezz tal-miżuri xierqa, u wassal għal dannu. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li, f’każ li ma jkun hemm l-ebda suċċessur legali, il-kumpaniji omm jistgħu jinżammu responsabbli għas-sussidjarja tagħhom meta s-sussidjarja tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew kienet fi żmien l-impatt u ġiet xolta mill-kumpanija omm jew xoljiet lilha nnifisha b’mod intenzjonat sabiex tevita r-responsabbiltà, irrispettivament minn kwalunkwe kooperazzjoni mal-kumpanija omm fit-twettiq tad-diliġenza dovuta.
Emenda 75 Proposta għal direttiva Premessa 57
(57) Fir-rigward tad-danni li jseħħu fil-livell ta’ relazzjonijiet kummerċjali indiretti stabbiliti, jenħtieġ li r-responsabbiltà tal-kumpanija tkun soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi. Jenħtieġ li l-kumpanija ma tkunx responsabbli jekk tkun wettqet miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta. Madankollu, jenħtieġ li ma tkunx eżonerata mir-responsabbiltà permezz tal-implimentazzjoni ta’ tali miżuri f’każ li ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li l-azzjoni li tkun fil-fatt ittieħdet, inkluż fir-rigward tal-verifika tal-konformità, tkun adegwata sabiex tipprevjeni, tnaqqas, iġġib fi tmiemu jew timminimizza l-impatt negattiv. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-eżistenza u tal-firxa tar-responsabbiltà, għandhom jitqiesu l-isforzi tal-kumpanija, sa fejn dawn ikunu relatati direttament mad-dannu inkwistjoni, sabiex tikkonforma ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa minnha minn awtorità superviżorja, kwalunkwe investiment li jsir u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut kif ukoll kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn sabiex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fil-ktajjen tal-valur tagħha.
(57) Fil-valutazzjoni tal-eżistenza u tal-firxa tar-responsabbiltà, jenħtieġ li jitqiesu l-isforzi tal-kumpanija, sa fejn dawn ikunu relatati direttament mad-dannu inkwistjoni, sabiex tieħu azzjoni ta’ rimedju, inkluż dik meħtieġa minnha minn awtorità superviżorja, kwalunkwe investiment li jsir u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut kif ukoll kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati affettwati u entitajiet oħrajn sabiex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fil-ktajjen tal-valur tagħha.
Emenda 76 Proposta għal direttiva Premessa 57a (ġdida)
(57a) Barra minn hekk, il-possibbiltà li kumpanija tagħti prijorità, meta jkun meħtieġ, jenħtieġ li titqies għar-responsabbiltà potenzjali tagħha skont l-Artikolu 22. Dment li l-prijoritizzazzjoni tkun saret b’mod leali fir-rigward tas-severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv, kumpanija jenħtieġ li ma tinżammx responsabbli jekk jirriżulta impatt negattiv minn attività jew operazzjoni li b’mod leġittimu ma ngħatax prijorità.
Emenda 77 Proposta għal direttiva Premessa 58
(58) Ir-reġim ta’ responsabbiltà ma jirregolax min jenħtieġ li juri li l-azzjoni tal-kumpanija kienet raġonevolment adegwata fiċ-ċirkostanzi tal-każ, għalhekk din il-kwistjoni titħalla f’idejn il-liġi nazzjonali.
(58) Ir-reġim ta’ responsabbiltà ma jirregolax min jenħtieġ li juri li l-azzjoni tal-kumpanija kienet raġonevolment adegwata fiċ-ċirkostanzi tal-każ, madankollu l-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li meta rikorrent jipprovdi elementi prima facie li jissostanzjaw il-probabbiltà tar-responsabbiltà tal-konvenut, il-konvenut jinżamm responsabbli, sakemm ma jkunx jista’ jipprova li kkonforma mal-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva.
Emenda 78 Proposta għal direttiva Premessa 59
(59) Fir-rigward tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili, ir-responsabbiltà ċivili ta’ kumpanija għad-danni li jirriżultaw minħabba n-nuqqas tagħha li twettaq diliġenza dovuta adegwata jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tas-sussidjarji tagħha jew għar-responsabbiltà ċivili rispettiva tas-sħab kummerċjali diretti u indiretti fil-katina tal-valur. Barra minn hekk, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili relatata ma’ impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem jew impatti negattivi fuq l-ambjent li jipprevedu responsabbiltà f’sitwazzjonijiet mhux koperti minn din id-Direttiva jew li jipprevedu responsabbiltà aktar stretta minnha.
(59) Fir-rigward tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili, ir-responsabbiltà ċivili ta’ kumpanija għad-danni li tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għalihom li jirriżultaw minħabba n-nuqqas tagħha li twettaq diliġenza dovuta adegwata jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tas-sussidjarji tagħha jew għar-responsabbiltà ċivili rispettiva tas-sħab kummerċjali diretti u indiretti fil-katina tal-valur. Barra minn hekk, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili skont din id-Direttiva jenħtieġ li ma jillimitawx ir-responsabbiltà tal-kumpaniji skont is-sistemi legali tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum.
Emenda 79 Proposta għal direttiva Premessa 59a (ġdida)
(59a) Id-dritt għal rimedju effettiv huwa dritt tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment, minqux fl-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali u l-Artikolu 2(3) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u huwa wkoll dritt fundamentali tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta. Id-dewmien u d-diffikultajiet fl-aċċess għall-evidenza, kif ukoll id-disparità bejn il-ġeneri, il-lokazzjoni ġeografika, il-vulnerabbiltajiet u l-marġinalizzazzjoni jistgħu jikkostitwixxu ostakli prattiċi u proċedurali kbar għall-persuni konċernati, li jxekklu l-aċċess tagħhom għal rimedju effettiv mingħajr biża’ ta’ rappreżalji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi jkollhom aċċess għal rimedju effettiv u li l-kostijiet u t-tul tal-proċedimenti ma jipprevjenuhomx milli jkollhom aċċess għall-qrati. Dawn il-miżuri jistgħu, pereżempju, ikunu fil-forma ta’ finanzjament pubbliku, inklużi appoġġ strutturali għall-vittmi ta’ impatti negattivi reali u potenzjali, il-limitazzjoni ta’ tariffi ġudizzjarji jew amministrattivi applikabbli, jew aċċess għal għajnuna legali.
Emenda 80 Proposta għal direttiva Premessa 59b (ġdida)
(59b) It-trade unions awtorizzati, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew atturi rilevanti oħra li jaġixxu fl-interess pubbliku, bħall-Istituzzjonijiet tad-Drittijiet tal-Bniedem Nazzjonali jew l-Ombudsman, jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu azzjonijiet quddiem il-qrati tagħhom f’isem vittma jew grupp ta’ vittmi ta’ impatti negattivi, u jenħtieġ li jkollhom id-drittijiet u l-obbligi ta’ parti rikorrenti fil-proċedimenti, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali eżistenti.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Premessa 59c (ġdida)
(59c) Il-perjodi ta’ preskrizzjoni għat-tressiq ta’ talbiet għad-danni għar-responsabbiltà ċivili jenħtieġ li jkunu ta’ mill-inqas għaxar snin. Meta jistabbilixxu l-punt tat-tluq ta’ tali perjodi ta’ preskrizzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jqisu l-mument li fih ikun waqaf l-impatt li kkawża d-dannu u meta l-vittma kkonċernata kienet taf jew seta’ jkun raġonevolment mistenni li kienet taf li d-dannu li ġarrbet kienet ikkawżata mill-impatt negattiv.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Premessa 65a (ġdida)
(65a) Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet ambjentali jinsabu fuq quddiem nett tal-konsegwenzi tal-impatti negattivi fuq l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u fl-UE, u ġew mhedda, intimidati, ippersegwitati, iffastidjati jew saħansitra maqtula. Għalhekk, il-kumpaniji jenħtieġ li ma jesponuhomx għal xi tip ta’ vjolenza.
Emenda 83 Proposta għal direttiva Premessa 69
(69) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ħarsien tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima skont atti leġiżlattivi oħrajn tal-Unjoni. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjoni ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni ieħor li jkollu l-istess objettivi u li jipprevedi obbligi aktar estensivi jew aktar speċifiċi, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv tal-Unjoni l-ieħor jipprevalu sal-punt tal-kunflitt u għandhom japplikaw għal dawk l-obbligi speċifiċi.
(69) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ħarsien tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima skont atti leġiżlattivi oħrajn tal-Unjoni. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjoni ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni ieħor li jkollu l-istess objettivi u li jipprevedi obbligi aktar estensivi jew aktar speċifiċi, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv tal-Unjoni l-ieħor jipprevalu sal-punt tal-kunflitt u għandhom japplikaw għal dawk l-obbligi speċifiċi, f’dawk il-każijiet li fihom l-obbligi stabbiliti f’att leġiżlattiv ieħor japplikaw għal settur jew suġġett aktar speċifiku. Tali atti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll futura tal-UE dwar l-injam u d-deforestazzjoni, l-istazzjonar tal-ħaddiema u x-xogħol furzat.
Emenda 84 Proposta għal direttiva Premessa 70
(70) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta jekk setturi ġodda jenħtieġx li jiżdiedu mal-lista ta’ setturi b’impatt għoli koperti minn din id-Direttiva, sabiex tallinjaha mal-gwida mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew fid-dawl ta’ evidenza ċara dwar l-isfruttament tax-xogħol, ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew theddid ambjentali emerġenti ġdid, jekk il-lista ta’ konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija f’din id-Direttiva jenħtieġx li tiġi emendata, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali, jew jekk id-dispożizzjonijiet dwar id-diliġenza dovuta skont din id-Direttiva jenħtieġx li jiġu estiżi għal impatti klimatiċi negattivi.
(70) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jitnaqqas, b’mod partikolari għal ċerti setturi, sabiex tallinjaha mal-gwida mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew fid-dawl ta’ data jew evidenza ċara dwar l-isfruttament tax-xogħol, ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew theddid ambjentali emerġenti ġdid, inkluża data mill-BERŻ, l-ILO jew il-FRA.
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) dwar l-obbligi għall-kumpaniji rigward l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti negattivi ambjentali, reali u potenzjali, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom, u l-operazzjonijiet tal-katina tal-valur imwettqa minn entitajiet li l-kumpanija jkollha relazzjoni kummerċjali stabbilita magħhom u
(a) dwar l-obbligi għall-kumpaniji rigward l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti negattivi ambjentali, reali u potenzjali, li kkawżaw, ikkontribwew għalihom jew huma direttament marbuta magħhom, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, u dawk tas-sussidjarji tagħhom, u l-operazzjonijiet imwettqa minn entitajiet fil-katina tal-valur tagħhom li l-kumpanija jkollha relazzjoni kummerċjali magħhom u
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) dwar ir-responsabbiltà għal ksur tal-obbligi msemmija hawn fuq.
(b) dwar ir-responsabbiltà għal ksur tal-obbligi msemmija hawn fuq li wasslu għal dannu;
In-natura tar-relazzjonijiet kummerċjali bħala “stabbiliti” għandha tiġi vvalutata mill-ġdid perjodikament, u mill-inqas kull 12-il xahar.
imħassar
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni għat-tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-ħarsien tal-ambjent jew għall-protezzjoni tal-klima prevista mil-liġi tal-Istati Membri fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni għat-tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-impjiegi u d-drittijiet soċjali kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u dik nazzjonali, tal-ambjent jew tal-klima prevista mill-Istati Membri jew minn ftehimiet kollettivi applikabbli, fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-kumpanija kellha medja ta’ aktar minn 500 impjegat u kellha fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-aħħar sena finanzjarja li tħejjew rapporti finanzjarji annwali għaliha;
(a) Il-kumpanija kellha medja ta’ aktar minn 250 impjegat u kellha fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 40 miljun fl-aħħar sena finanzjarja li tħejjew rapporti finanzjarji annwali għaliha;
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) il-kumpanija ma tkunx laħqet il-limiti taħt il-punt (a), iżda kellha medja ta’ aktar minn 250 impjegat u kellha fatturat nett globali ta’ aktar minn EUR 40 miljun fl-aħħar sena finanzjarja li tħejjew rapporti finanzjarji annwali għaliha, dment li mill-inqas 50 % ta’ dan il-fatturat nett kien iġġenerat f’wieħed mis-setturi li ġejjin jew aktar:
(b) il-kumpanija ma tkunx laħqet il-limiti taħt (a) iżda hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li kellu 500 impjegat u fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-aħħar sena finanzjarja li tħejjew rapporti finanzjarji annwali għaliha.
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt i
(i) il-manifattura tat-tessuti, tal-ġilda u tal-prodotti relatati (inkluż ix-xedd tas-saqajn), u l-kummerċ bl-ingrossa tat-tessuti, tal-ħwejjeġ u taż-żraben;
imħassar
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt ii
(ii) l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd (inkluża l-akkwakultura), il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel, u l-kummerċ bl-ingrossa ta’ materja prima agrikola, annimali ħajjin, injam, ikel u xorb;
imħassar
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iii
(iii) l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali irrispettivament minn fejn jiġu estratti (inklużi żejt grezz, gass naturali, faħam, linjite, metalli u minerali tal-metall, kif ukoll il-minerali u l-prodotti tal-barrieri mhux metalliċi l-oħrajn kollha), il-manifattura ta’ prodotti tal-metall bażiċi, prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn u prodotti tal-metall fabbrikat (ħlief makkinarju u tagħmir), u n-negozju bl-ingrossa ta’ riżorsi minerali, prodotti minerali bażiċi u intermedji (inklużi metalli u minerali tal-metall, materjali tal-kostruzzjoni, fjuwils, sustanzi kimiċi u prodotti intermedji oħrajn).
imħassar
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a) tkun iġġenerat fatturat nett ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja;
(a) il-kumpanija tkun iġġenerat fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 150 miljun, dment li jkunu ġew iġġenerati mill-inqas EUR 40 miljun fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, inkluż il-fatturat iġġenerat minn kumpaniji terzi li magħhom il-kumpanija u/jew is-sussidjarji tagħha jkunu daħlu fi ftehim vertikali fl-Unjoni bi skambju għar-royalties;
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b) tkun iġġenerat fatturat nett ta’ aktar minn EUR 40 miljun iżda mhux aktar minn EUR 150 miljun fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, dment li mill-inqas 50 % tal-fatturat nett globali tagħha jkun ġie ġġeneratf’wieħed mis-setturi elenkati fil-paragrafu 1(b) jew aktar.
(b) il-kumpanija ma laħqitx il-limiti f’(a) iżda hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li kellu 500 impjegat u fatturat nett globali ta’ aktar minn 150 miljun u mill-inqas 40 miljun ikunu ġew iġġeneratifl-Unjoni fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha tħejjew rapporti finanzjarji annwali, inkluż il-fatturat iġġenerat minn kumpaniji terzi li magħhom il-kumpanija u/jew is-sussidjarji tagħha daħlu fi ftehim vertikali fl-Unjoni bi skambju għar-royalties.
Emenda 96 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-għadd ta’ impjegati part-time għandu jiġi kkalkolat fuq bażi ekwivalenti għall-full-time. Il-ħaddiema temporanji tal-aġenzija għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati bl-istess mod daqslikieku kienu ħaddiema impjegati direttament għall-istess perjodu ta’ żmien mill-kumpanija.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-għadd ta’ impjegati part-time għandu jiġi kkalkolat fuq bażi ekwivalenti għall-full-time. Il-ħaddiema temporanji tal-aġenzija u ħaddiema oħra f’forom ta’ impjieg mhux standard għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati bl-istess mod daqslikieku kienu ħaddiema impjegati direttament għall-istess perjodu ta’ żmien mill-kumpanija.
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt i
(i) persuna ġuridika kostitwita bħala waħda mill-forom ġuridiċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill110;
(i) persuna ġuridika kkostitwita bħala waħda mill-forom ġuridiċi elenkati fl-Anness I u l-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill110;
__________________
__________________
110 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
110 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iii
(iii) persuna ġuridika kkostitwita bħala waħda mill-forom ġuridiċi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE magħmula kompletament minn impriżi organizzati f’waħda mill-forom ġuridiċi koperti mill-punti (i) u (ii);
imħassar
Emenda 100 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iv – inċiż 8
— istituzzjonijiet tal-pensjoni li joperaw skemi tal-pensjoni li huma kkunsidrati bħala skemi tas-sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill119 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill120 kif ukoll kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-fini tal-investiment ta’ skemi bħal dawn;
imħassar
__________________
119 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
120 Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iv – inċiż 9
— fond ta’ investiment alternattiv (AIF) ġestit minn AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE jew AIF taħt superviżjoni skont il-liġi nazzjonali applikabbli;
imħassar
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iv – inċiż 10
Emenda 103 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) “kumpanija destinatarja ta’ investiment” tfisser kumpanija li fiha jinvesti investitur istituzzjonali jew maniġer tal-assi li ma tistax titqies bħala impriża kontrollata;
Emenda 104 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) “investitur istituzzjonali” tfisser entità kif definita mill-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2007/36/KE, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva;
Emenda 105 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac) “maniġer tal-assi” tfisser entità kif definita mill-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2007/36/KE, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva;
Emenda 106 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b) “impatt ambjentali negattiv” tfisser impatt negattiv ambjentali li jirriżulta mill-ksur ta’ waħda mill-projbizzjonijiet u l-obbligi skont il-konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali elenkati fil-Parti II tal-Anness;
(b) “impatt ambjentali negattiv” tfisser impatt negattiv ambjentali li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti elenkati fil-punti 18 u 19 tal-Parti I tal-Anness u fil-Parti II tal-Anness, filwaqt li jitqiesu, meta disponibbli, il-leġiżlazzjoni u l-miżuri nazzjonali marbuta ma’ dawk id-dispożizzjonijiet relatati mat-testi internazzjonali elenkati fil-punti 18 u 19 tal-Parti I tal-Anness u fil-Parti II tal-Anness;
Emenda 107 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c) “impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem” tfisser impatt negattiv fuq il-persuni protetti li jirriżulta mill-ksur ta’ wieħed mid-drittijiet jew mill-projbizzjonijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Parti I tal-Anness, kifstabbilit fil-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti I tal-Anness;
(c) “impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem” tfisser impatt negattiv fuq il-persuni li jirriżulta minn kwalunkwe azzjoni li tneħħi jew tnaqqas il-kapaċità ta’ individwu jew grupp li jgawdi d-drittijiet jew li jiġi protett mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Parti I tal-Anness u fit-Taqsima 2 tal-Parti I tal-Anness;
Emenda 108 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) “impatt negattiv” tfisser kwalunkwe impatt negattiv potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem jew fuq l-ambjent negattiv;
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d) “sussidjarja” tfisser persuna ġuridika li permezz tagħha tiġi eżerċitata l-attività ta’ “impriża kontrollata” kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (f), tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill128;
(d) “sussidjarja” tfisser persuna ġuridika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (10) tad-Direttiva 2013/34/UE u persuna ġuridika li permezz tagħha tiġi eżerċitata l-attività ta’ “impriża kontrollata” kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (f), tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill128;
__________________
__________________
128 Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
128 Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
Emenda 110 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
(e) “relazzjoni kummerċjali” tfisser relazzjoni ma’ kuntrattur, sottokuntrattur jew kwalunkwe entità ġuridika oħra (“sieħeb”)
(e) “relazzjoni kummerċjali” tfisser relazzjoni diretta jew indiretta ta’ kumpanija ma’ kuntrattur, sottokuntrattur, jew entitajiet oħra fil-katina tal-valur tagħha:
Emenda 111 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e – punt i
(i) li miegħu l-kumpanija għandha ftehim kummerċjali jew li l-kumpanija tipprovdilha finanzjament, assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew
(i) li miegħu l-kumpanija għandha ftehim kummerċjali jew li l-kumpanija tipprovdilha servizzi finanzjarji;
Emenda 112 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e – punt ii
(ii) li jwettaq operazzjonijiet kummerċjali relatati mal-prodotti jew is-servizzi tal-kumpanija għall-kumpanija jew f’isimha;
(ii) li jwettaq attivitajiet relatati mal-prodotti jew is-servizzi tal-kumpanija;
Emenda 113 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
(f) “relazzjoni kummerċjali stabbilita” tfisser relazzjoni kummerċjali, kemm diretta kif ukoll indiretta, li tkun jew tkun mistennija tkun waħda dejjiema, fid-dawl tal-intensità jew tad-durata tagħha u li ma tirrappreżentax parti negliġibbli jew sempliċiment anċillari tal-katina tal-valur;
imħassar
Emenda 114 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g
(g) “katina tal-valur” tfisser attivitajiet relatati mal-produzzjoni ta’ oġġetti jew mal-forniment ta’ servizzi minn kumpanija, inkluż l-iżvilupp tal-prodott jew tas-servizz u l-użu u d-disponiment tal-prodott kif ukoll l-attivitajiet relatati ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti upstream u downstream tal-kumpanija. Fir-rigward tal-kumpaniji skont it-tifsira tal-punt (a)(iv), “katina tal-valur” fir-rigward tal-forniment ta’ dawn is-servizzi speċifiċi għandha tinkludi biss l-attivitajiet tal-klijenti li jirċievu tali self, kreditu, u servizzi finanzjarji oħra u ta’ kumpaniji oħra li jappartjenu għall-istess grupp li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta mal-kuntratt inkwistjoni. Il-katina tal-valur ta’ tali impriżi finanzjarji regolati ma tkoprix SMEs li jirċievu self, kreditu, finanzjament, assigurazzjoni jew riassigurazzjoni ta’ tali entitajiet;
(g) “katina tal-valur” tfisser:
Emendi 115 u 422cp2 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g – punt i (ġdid)
(i) attivitajiet relatati mal-produzzjoni, id-disinn, l-akkwist, l-estrazzjoni, il-manifattura, it-trasport, il-ħżin u l-provvista ta’ materja prima, prodotti jew partijiet ta’ prodott ta’ kumpanija u l-iżvilupp ta’ prodott ta’ kumpanija jew l-iżvilupp jew il-forniment ta’ servizz, u l-entitajiet involuti fihom, u
Emenda 116 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g – punt ii (ġdid)
(ii) attivitajiet relatati mal-bejgħ, id-distribuzzjoni, it-trasport, il-ħżin, u l-immaniġġar tal-iskart tal-prodotti ta’ kumpanija jew il-forniment ta’ servizzi, u entitajiet involuti fihom, u eskluż l-immaniġġar tal-iskart tal-prodott minn konsumaturi individwali.
Emenda 117 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 –punt g – subparagrafu 1a (ġdid)
Fir-rigward tal-kumpaniji skont it-tifsira tal-punt (a)(iv), “katina tal-valur” fir-rigward tal-forniment ta’ dawn is-servizzi speċifiċi għandha tinkludi l-attivitajiet tal-klijenti li jirċievu direttament tali servizzi finanzjarji pprovduti minn impriżi finanzjarji skont il-punt (iv) u ta’ kumpaniji oħra li jappartjenu għall-istess grupp li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta mal-kuntratt inkwistjoni. Il-katina tal-valur ta’ impriżi finanzjarji regolati skont it-tifsira tal-punt (a)-(iv) ma tkoprix unitajiet domestiċi u persuni fiżiċi jew SMEs;
Emenda 118 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
(h) “verifika indipendenti minn terzi” tfisser verifika tal-konformità minn kumpanija, jew partijiet mill-katina tal-valur tagħha, mar-rekwiżiti tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva minn awditur li jkun indipendenti mill-kumpanija, ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess, li jkollu esperjenza u kompetenza fi kwistjonijiet ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem u li jkun responsabbli għall-kwalità u l-affidabbiltà tal-awditu;
(h) “verifika indipendenti minn terzi” tfisser verifika tal-aspetti tad-diliġenza dovuta ta’ kumpanija, jew partijiet mill-katina tal-valur tagħha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew minn awditur jew minn ditta tal-awditjar li tkun approvata f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/43/KE jew akkreditata fi Stat Membru għat-twettiq ta’ ċertifikazzjonijiet, jew minn fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (23) tad-Direttiva 2006/43/KE akkreditata fi Stat Membru f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14(4a) jew minn parti terza indipendenti li tkun akkreditata fi Stat Membru għat-twettiq ta’ ċertifikazzjonijiet u li tkun indipendenti mill-kumpanija, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess, li jkollha esperjenza murija, għarfien espert u kompetenza fi kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi u tad-drittijiet tal-bniedem, u li tkun responsabbli għall-kwalità u l-affidabbiltà tal-awditu jew tal-valutazzjoni, u tissodisfa l-istandards minimi stabbiliti fl-att delegat kif deskritt fl-Artikolu 14(4a);
Emenda 119 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j
(j) “inizjattiva tal-industrija” tfisser kombinament ta’ proċeduri ta’ diliġenza dovuta, għodod u mekkaniżmi volontarji tal-katina tal-valur, inklużi verifiki indipendenti minn terzi, żviluppati u ssorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija jew gruppi ta’ organizzazzjonijiet interessati;
(j) “inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati” tfisser inizjattiva li fiha jipparteċipaw il-kumpaniji, li tipprovdi standards, proċeduri, għodod u/jew mekkaniżmi, sabiex tappoġġa, timmonitorja, tevalwa, tiċċertifika, u/jew tivverifika aspetti tad-diliġenza dovuta tagħhom, jew id-diliġenza dovuta mwettqa mis-sussidjarji u/jew ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati u ssorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija, gruppi ta’ organizzazzjonijiet interessati jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
Emenda 120 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt l
(l) “impatt negattiv sever” tfisser impatt ambjentali negattiv jew impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem li huwa partikolarment sinifikanti min-natura tiegħu, jew li jaffettwa għadd kbir ta’ persuni jew żona kbira tal-ambjent, jew li huwa irriversibbli, jew huwa partikolarment diffiċli li jiġi rrimedjat bħala riżultat tal-miżuri meħtieġa sabiex tiġi restawrata s-sitwazzjoni prevalenti qabel l-impatt;
imħassar
Emenda 121 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt n
(n) “partijiet ikkonċernati” tfisser l-impjegati tal-kumpanija, l-impjegati tas-sussidjarji tagħha, u individwi, gruppi, komunitajiet jew entitajiet oħra li d-drittijiet jew l-interessi tagħhom huma jew jistgħu jiġu affettwati mill-prodotti, mis-servizzi u mill-operazzjonijiet ta’ dik il-kumpanija, mis-sussidjarji tagħha u mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha;
(n) “partijiet ikkonċernati affettwati” tfisser dawk l-individwi, gruppi jew komunitajiet li għandhom id-drittijiet jew l-interessi leġittimi li huma affettwati jew li jistgħu jiġu affettwati mill-impatti negattivi li jirriżultaw mill-attivitajiet jew l-azzjonijiet ta’ kumpanija jew l-attivitajiet jew l-azzjonijiet ta’ entitajiet fil-katina tal-valur tagħha, u r-rappreżentanti leġittimi ta’ tali individwi jew gruppi, inklużi l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom u t-trade unions tal-kumpanija, tas-sussidjarji tagħha u tul il-katina tal-valur tagħha, jew f’każijiet li fihom ma jkunx hemm individwi, gruppi jew komunitajiet affettwati minn impatt negattiv fuq l-ambjent, organizzazzjonijiet kredibbli u ta’ esperjenza li l-għan tagħhom jinkludi l-protezzjoni tal-ambjent;
Emenda 122 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)
(na) “partijiet ikkonċernati vulnerabbli” tfisser partijiet ikkonċernati affettwati li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet ta’ emarġinazzjoni u f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, minħabba kuntesti speċifiċi jew fatturi intersezzjonali, inklużi fost l-oħrajn, is-sess, il-ġeneru, l-età, ir-razza, l-etniċità, il-klassi, il-kasta, l-edukazzjoni, il-popli indiġeni, l-istatus tal-migrazzjoni, id-diżabilità, kif ukoll l-istatus soċjali u ekonomiku, u tinkludi partijiet ikkonċernati li jgħixu f’żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli, li huma l-kawżi ta’ impatti negattivi varjati u ħafna drabi sproporzjonati, u joħolqu diskriminazzjoni u ostakli addizzjonali għall-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-ġustizzja;
Emenda 123 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt q
(q) “miżura xierqa” tfisser miżura li tkun kapaċi tilħaq l-objettivi tad-diliġenza dovuta, proporzjonali mal-grad ta’ severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv, u raġonevolment disponibbli għall-kumpanija, metajitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi l-karatteristiċi tas-settur ekonomiku u tar-relazzjoni kummerċjali speċifika u l-influwenza tal-kumpanija fuqha, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-prijoritizzazzjoni tal-azzjoni.
(q) “miżuri xierqa” tfisser miżuri li kapaċi jilħqu l-objettivi tad-diliġenza dovuta u jindirizzaw b’mod effettiv l-impatt negattiv identifikat skont l-Artikolu 6’ mod proporzjonali mal-grad ta’ severità u l-probabbiltà tal-impatt negattiv, u proporzjonati għad-daqs, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-kumpanija. Dan għandu jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku, inklużi n-natura tal-impatt negattiv, il-karatteristiċi tas-settur ekonomiku, in-natura tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi speċifiċi tal-kumpanija, ir-relazzjoni kummerċjali speċifika;
Emenda 124 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)
(qa) “ingranaġġ” tfisser il-kapaċità li tiġi affettwata l-bidla fil-prattiki tal-entità li tikkawża jew tikkontribwixxi għall-impatt negattiv;
Emenda 125 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qb (ġdid)
(qb) “li tikkawża impatt negattiv” tfisser li l-attivitajiet tal-kumpanija waħedhom huma biżżejjed biex jirriżultaw f’impatt negattiv;
Emenda 126 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qc (ġdid)
(qc) “li tikkontribwixxi għal impatt negattiv” tfisser l-attivitajiet ta’ kumpanija stess flimkien mal-attivitajiet ta’ entitajiet oħra jikkawżaw impatt, jew li l-attivitajiet ta’ kumpanija jikkawżaw, jiffaċilitaw jew jinċentivaw entità oħra biex tikkawża impatt negattiv. Il-kontribut irid ikun sostanzjali, jiġifieri ma jinkludix kontributi minuri jew trivjali. Il-valutazzjoni tan-natura sostanzjali tal-kontribut u l-fehim ta’ meta l-azzjonijiet tal-impriża setgħu kkawżaw, iffaċilitaw jew inċentivaw lil entità oħra biex tikkawża impatt negattiv jistgħu jinvolvu l-kunsiderazzjoni ta’ diversi fatturi. Il-fatturi li ġejjin jistgħu jitqiesu:
– sa liema punt kumpanija tista’ tinkoraġġixxi jew timmotiva impatt negattiv minn entità oħra, jiġifieri l-livell li fih l-attività żiedet ir-riskju li l-impatt iseħħ,
– sa liema punt kumpanija setgħet jew kellha tkun taf dwar l-impatt negattiv jew il-potenzjal għal impatt negattiv, i.e. il-livell ta’ prevedibbiltà,
– il-livell li fih kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tal-kumpanija fil-fatt immitigat l-impatt negattiv jew naqqset ir-riskju li l-impatt iseħħ.
Is-sempliċi eżistenza ta’ relazzjoni kummerċjali jew attivitajiet li joħolqu l-kundizzjonijiet ġenerali li fihom huwa possibbli li jseħħu impatti negattivi ma tikkostitwix fiha nnifisha relazzjoni ta’ kontribut. L-attività inkwistjoni għandha żżid sostanzjalment ir-riskju ta’ impatt negattiv;
Emenda 127 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qd (ġdid)
(qd) “marbuta direttament ma’ impatt negattiv” tfisser li hemm relazzjoni bejn l-impatt negattiv u l-prodotti, is-servizzi jew l-operazzjonijiet tal-kumpanija permezz ta’ relazzjoni kummerċjali oħra u fejn il-kumpanija la tkun ikkawżat u lanqas ikkontribwiet għall-impatt. Rabta diretta mhijiex definita minn relazzjoni kummerċjali diretta. Barra minn hekk, rabta diretta ma timplikax li r-responsabbiltà tgħaddi mir-relazzjoni kummerċjali li tikkawża impatt negattiv fuq il-kumpanija li magħha għandha rabta;
Emenda 128 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qe (ġdid)
(qe) “ibbażata fuq ir-riskju” tfisser proporzjonat mal-probabbiltà u s-severità tal-impatti negattivi potenzjali;
Emenda 129 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qf (ġdid)
(qf) “fatturi ta’ riskju” tfisser fatturi ta’ riskju fil-livell tal-kumpanija, fatturi ta’ riskju tal-mudell kummerċjali, fatturi ta’ riskju ġeografiċi, fatturi ta’ riskju tal-prodott u s-servizz u fatturi ta’ riskju settorjali;
Emenda 130 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt qg (ġdid)
(qg) “severità ta’ impatt negattiv” tfisser l-iskala, l-ambitu u l-karattru irrimedjabbli tal-impatt negattiv, filwaqt li titqies il-gravità ta’ impatt negattiv, inkluż l-għadd ta’ individwi li huma jew li se jiġu affettwati, jew il-firxa tal-ambjent li huwa jew li jista’ jiġi danneġġat jew affettwat b’mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u kwalunkwe limitu fuq il-kapaċità ta’ restawr tal-individwi affettwati jew tal-ambjent għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt.
1a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-Anness, sabiex tiżgura li jibqa’ konsistenti mal-objettivi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.
Emenda 132 Proposta għal direttiva Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Klawżola dwar is-suq uniku
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw matul it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva u minn hemm ’il quddiem bil-ħsieb ta’ livell sħiħ ta’ armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji u tiġi pprevenuta l-frammentazzjoni tas-Suq Uniku.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jekk humiex meħtieġa bidliet fil-livell ta’ armonizzazzjoni ta’ din id-Direttiva biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fis-Suq Uniku, inkluż jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħux jinbidlu f’Regolament.
Emenda 133 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jwettqu diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali kif stabbilit fl-Artikoli 5 sa 11 (“diliġenza dovuta”) billi jwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jwettqu diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali bbażata fuq ir-riskju kif stabbilit fl-Artikoli 5 sa 11 (“diliġenza dovuta”) billi jwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:
Emenda 134 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) meta meħtieġ, il-prijoritizzazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali u reali f’konformità mal-Artikolu 8b;
Emenda 135 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) ir-rimedju ta’ impatti negattivi reali f’konformità mal-Artikolu 8c;
Emenda 136 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d) l-istabbiliment u ż-żamma ta’ proċedura għall-ilmenti f’konformità mal-Artikolu 9;
(d) l-istabbiliment jew il-parteċipazzjoni f’mekkaniżmu ta’ notifiki u ta’ lmentar mhux ġudizzjarju f’konformità mal-Artikolu 9;
Emenda 137 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-monitoraġġ tal-effettività tal-politika u l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tagħhom f’konformità mal-Artikolu 10;
(e) il-monitoraġġ u l-verifika tal-effettività tal-politika u l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tagħhom f’konformità mal-Artikolu 10;
Emenda 138 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
2a. Il-kumpaniji għandhom iżommu dokumentazzjoni li turi l-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva għal mill-inqas 10 snin.
Emenda 140 Proposta għal direttiva Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Appoġġ għad-diliġenza dovuta fil-livell ta’ grupp
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji omm jkunu jistgħu jwettqu azzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għas-sussidjarji tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 u fl-Artikolu 15. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tas-sussidjarji f’konformità mal-Artikolu 22.
2. Il-kumpanija omm tista’ twettaq azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-issodisfar tal-obbligi tad-diliġenza dovuta mill-kumpanija sussidjarja f’konformità mal-paragrafu 1, soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) is-sussidjarja tipprovdi l-informazzjoni rilevanti u neċessarja kollha lill-kumpanija omm tagħha u tikkoopera magħha;
(b) is-sussidjarja tirrispetta l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-kumpanija omm tagħha;
(c) il-kumpanija omm tadatta kif xieraq il-politika ta’ diliġenza dovuta tagħha biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jiġu ssodisfati fir-rigward tas-sussidjarja;
(d) is-sussidjarja tintegra d-diliġenza dovuta fil-politiki u s-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju kollha tagħha f’konformità mal-Artikolu 5;
(e) meta meħtieġ, is-sussidjarja tkompli tieħu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikoli 7 u 8, kif ukoll tkompli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 8a, 8b u 8d;
(f) meta l-kumpanija omm twettaq azzjonijiet speċifiċi f’isem is-sussidjarja, kemm il-kumpanija omm kif ukoll is-sussidjarja jikkomunikaw dan b’mod ċar u trasparenti lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u lid-dominju pubbliku;
(g) is-sussidjarja tintegra l-klima fil-politiki u s-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju kollha tagħha f’konformità mal-Artikolu 15.
Emenda 141 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki korporattivi kollha tagħhom u jkollhom fis-seħħ politika ta’ diliġenza dovuta. Il-politika ta’ diliġenza dovuta għandha tinkludi dan kollu li ġej:
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki korporattivi rilevanti tagħhom u jkollhom fis-seħħ politika ta’ diliġenza dovuta. Il-politika ta’ diliġenza dovuta għandha tinkludi dan kollu li ġej:
Emenda 142 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
Emenda 144 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b) kodiċi ta’ kondotta li jiddeskrivi r-regoli u l-prinċipji li jridu jiġu segwiti mill-impjegati u mis-sussidjarjital-kumpanija;
(b) kodiċi ta’ kondotta li jiddefinixxi r-regoli u l-prinċipji u l-miżuri li jridu jiġu segwiti u implimentati meta rilevanti matul il-kumpanija u s-sussidjarji tagħha fl-operazzjonijiet kollha. Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jitfassal biex jiżgura li l-kumpanija tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, u għandu jkun allinjat mal-valuri fundamentali tal-Unjoni;
Emenda 145 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c) deskrizzjoni tal-proċessi stabbiliti għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta, inklużi l-miżuri meħuda sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta u sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha għal relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti.
(c) deskrizzjoni tal-proċessi stabbiliti u l-miżuri xierqa meħuda għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta, f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 fil-katina tal-valur, inklużi l-miżuri rilevanti meħuda biex tiġi inkorporata d-diliġenza dovuta fil-mudell kummerċjali tagħha stess, l-impjiegi u l-prattiki tax-xiri ma’ entitajiet li magħhom il-kumpanija għandha relazzjoni kummerċjali u l-miżuri meħuda għall-monitoraġġ u l-verifika tal-attivitajiet ta’ diliġenza dovuta.
Emenda 146 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jaġġornaw il-politika tagħhom ta’ diliġenza dovuta kull sena.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jirrieżaminaw kontinwament il-politika tagħhom ta’ diliġenza dovuta u jaġġornawha meta jseħħu bidliet sinifikanti.
2a. Il-kumpaniji għandhom iwettqu politika ta’ diliġenza dovuta li hija proporzjonata mas-severità tal-impatti negattivi potenzjali tagħhom u s-severità tal-impatti negattivi reali tagħhom, kif ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-fatturi ta’ riskju tagħhom, b’mod partikolari s-settur tal-attività u l-post tal-attività tagħhom, id-daqs u t-tul tal-katina tal-valur tagħhom, id-daqs tal-kumpanija, il-kapaċità, ir-riżorsi u l-ingranaġġ tagħha.
2b. Meta l-kumpaniji joperaw f’żoni fi stat ta’ kunflitt armat jew f’żoni fraġli wara kunflitt, f’żoni okkupati u/jew annessjoni, kif ukoll f’żoni b’governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħal stati falluti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jirrispettaw l-obbligi skont id-dritt umanitarju internazzjonali u jwettqu diliġenza dovuta msaħħa u sensittiva għall-kunflitti fuq l-operazzjonijiet u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom permezz tal-integrazzjoni fid-diliġenza dovuta tagħhom, ta’ analiżi tal-kunflitt, ibbażata fuq l-involviment sinifikattiv u sensittiv għall-kunflitt tal-partijiet ikkonċernati, tal-kawżi prinċipali u l-partijiet li jmexxu l-kunflitt, u tal-impatt tal-attivitajiet tal-kumpanija fuq il-kunflitt.
Emenda 149 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – titolu
Identifikazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali
Identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali
Emenda 150 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa sabiex jidentifikaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti ambjentali negattivi, reali u potenzjali, li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tagħhom stess jew minn dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta jkunu relatati mal-ktajjen tal-valur tagħhom, mir-relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti tagħhom, f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa sabiex japplikaw b’mod wiesa’ l-impatti tal-operazzjonijiet, is-sussidjarji u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom sabiex jidentifikaw u jivvalutaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, reali u potenzjali, li jirriżultaw mill-operazzjonijiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom stess jew minn dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta jkunu relatati mal-ktajjen tal-valur tagħhom, u jekk jikkawżawx jew jikkontribwixxux għal dawk l-impatti jew humiex direttament marbuta magħhom.
Emenda 151 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kumpaniji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), u fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), għandhom ikunu meħtieġa biss jidentifikaw l-impatti negattivi severi reali u potenzjali rilevanti għas-settur rispettiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1).
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bħala parti mill-proċess ta’ diliġenza dovuta tagħhom, il-kumpaniji għandhom:
(a) jidentifikaw li fihom l-impatti negattivi huma l-aktar probabbli li jseħħu u huma severi, inklużi permezz tal-identifikazzjoni ta’ operazzjonijiet individwali ta’ riskju akbar, sussidjarji u relazzjonijiet kummerċjali li għandhom jingħataw prijorità, filwaqt li jitqiesu fatturi ta’ riskju rilevanti; kif ukoll
(b) iwettqu valutazzjonijiet fil-fond ta’ operazzjonijiet prijoritizzati, sussidjarji u relazzjonijiet kummerċjali sabiex jiddeterminaw in-natura u l-firxa ta’ impatti negattivi speċifiċi reali u potenzjali rilevanti.
2 a. Fl-identifikazzjoni ta’ relazzjonijiet kummerċjali individwali ta’ riskju akbar, il-fatturi ta’ riskju rilevanti fil-livell tal-kumpanija għandhom jinkludu jekk ir-relazzjoni kummerċjali hijiex kumpanija koperta minn din id-Direttiva.
Emenda 153 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Meta l-kumpaniji msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 3 jipprovdu kreditu, self jew servizzi finanzjarji oħra, l-identifikazzjoni tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti negattivi ambjentali, reali u potenzjali, għandha titwettaq biss qabel ma jiġi pprovdut dak is-servizz.
3. Meta l-kumpaniji msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 3 jipprovdu servizzi finanzjarji, l-identifikazzjoni tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti negattivi ambjentali, reali u potenzjali, għandha titwettaq qabel ma jiġi pprovdut dak is-servizz u qabel l-operazzjonijiet finanzjarji sussegwenti, u, jekk jiġu nnotifikati dwar ir-riskji possibbli permezz tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9, matul il-forniment tas-servizz.
Emenda 154 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-impatti negattivi msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’, meta jkun xieraq, informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, il-kumpaniji jkunu intitolati li jagħmlu użu minn riżorsi xierqa, inkluż rapporti indipendenti u informazzjoni miġbura permezz tal-proċedura tal-ilmentiprevista fl-Artikolu 9. Il-kumpaniji għandhom, meta jkun rilevanti, iwettqu wkoll konsultazzjonijiet ma’ gruppi potenzjalment affettwati inklużi ħaddiema u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra sabiex jiġbru informazzjoni dwar l-impatti negattivi reali jew potenzjali.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti negattivi abbażi ta’, meta jkun xieraq, informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, inkluża d-data diżaggregata rilevanti li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli minn kumpanija, il-kumpaniji għandhom jagħmlu użu minn metodi u riżorsi xierqa, inkluż rapporti pubbliċi, rapporti indipendenti u informazzjoni miġbura permezz tal-mekkaniżmu ta’ notifika u ta’ lmentar mhux ġudizzjarju previst fl-Artikolu 9. Il-kumpaniji għandhom iwettqu wkoll involviment sinifikattiv f’konformità mal-Artikolu 8d mal-partijiet ikkonċernati potenzjalment affettwati inklużi ħaddiema u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra sabiex jiġbru informazzjoni dwar kif ukoll biex jidentifikaw u jivvalutaw l-impatti negattivi reali jew potenzjali.
4a. F’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-katina tal-valur tagħha, il-kumpanija għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur tagħha, ir-raġunijiet għalfejn ma setgħetx tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet tagħha biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa fil-futur.
Emenda 156 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu, jew meta l-prevenzjoni ma tkunx possibbli jew ma tkunx possibbli minnufih, jimmitigaw b’mod adegwat l-impatti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti negattivi ambjentali potenzjali li jkunu ġew, jew kellhom jiġu identifikati skont l-Artikolu 6, f’konformità mal-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu, jew meta l-prevenzjoni ma tkunx possibbli jew ma tkunx possibbli minnufih jew tkun falliet, jimmitigaw b’mod adegwat l-impatti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti negattivi ambjentali potenzjali li jkunu ġew, jew kellhom jiġu identifikati skont l-Artikolu 6, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
1a. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, f’każijiet li fihom kumpanija tista’ tikkawża impatt negattiv potenzjali, miżuri xierqa għandhom jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu jew jimmitigaw impatt negattiv potenzjali. F’każijiet li fihom kumpanija tista’ tikkontribwixxi għal impatt negattiv, miżuri xierqa għandhom jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu jew jimmitigaw il-kontribut għall-impatt, billi jużaw jew iżidu l-ingranaġġ tal-kumpanija ma’ partijiet responsabbli oħra biex jipprevjenu jew jimmitigaw l-impatt negattiv potenzjali. F’każijiet li fihom l-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ kumpanija jistgħu jkunu marbuta direttament ma’ impatt negattiv permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ entitajiet oħra, miżuri xierqa għandhom jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jużaw jew iżidu l-ingranaġġ tal-kumpanija ma’ partijiet responsabbli biex ifittxu li jipprevjenu jew jimmitigaw l-impatt negattiv potenzjali u biex jinfluwenzaw l-entità li tikkawża l-impatt.
1b. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandu jiġi preżunt li l-impriżi finanzjarji huma direttament marbuta ma’ impatt negattiv fil-katina tal-valur tagħhom mingħajr ma jikkawżawh jew jikkontribwixxu għalih.
Emenda 159 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti:
2. Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri xierqa, inklużi l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti:
Emenda 160 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
(a) meta jkun meħtieġ minħabba n-natura jew il-kumplessità tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni, jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-azzjoni u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib. Il-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni għandu jiġi żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati;
(a) meta jkun meħtieġ minħabba n-natura jew il-kumplessità tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni, jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, bi skeda ta’ żmien raġonevoli u definita b’mod ċar għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u azzjoni xierqa, u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib. Il-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni għandu jkun applikabbli u mfassal b’mod preċiż għall-kuntest tal-operazzjonijiet tal-kumpaniji u l-katina tal-valur. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ tranżizzjoni klimatika skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżura xierqa biex jipprevjenu l-impatti negattiv ambjentali relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
Emenda 161 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
(b) ifittxu assigurazzjonijiet kuntrattwali minn sieħeb kummerċjali li jkollhom relazzjoni kummerċjali diretta miegħu li jkun se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija u, kif meħtieġ, ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni, inkluż billi jfittex assigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti mingħand is-sħab tiegħu, sal-punt li l-attivitajiet tagħhom ikunu parti mill-katina tal-valur tal-kumpanija (kaskata kuntrattwali). Meta jinkisbu assigurazzjonijiet kuntrattwali bħal dawn, għandu japplika l-paragrafu 4;
(b) tikkunsidra li tistabbilixxi permezz ta’ assigurazzjonijiet kuntrattwali ma’ sieħeb li miegħu għandha relazzjoni kummerċjali li tiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija u, kif meħtieġ, pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni. Is-sħab li magħhom il-kumpanija għandha relazzjoni kummerċjali jistgħu jintalbu jistabbilixxu assigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti raġonevoli, mhux diskriminatorji u ġusti mas-sħabtagħhom, sal-punt li l-attivitajiet tagħhom ikunu parti mill-katina tal-valur tal-kumpanija. Meta jinkisbu assigurazzjonijiet kuntrattwali bħal dawn, għandu japplika l-paragrafu 4;
Emenda 162 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
(c) jagħmlu l-investimenti meħtieġa, bħal fil-proċessi u fl-infrastrutturi ta’ ġestjoni jew ta’ produzzjoni, biex jikkonformaw mal-paragrafu 1;
(c) jagħmlu l-modifiki, it-titjib, l-irtirar jew l-investimenti meħtieġa fl-operazzjonijiet proprji tal-kumpanija, bħal fil-ġestjoni, fil-produzzjoni jew fi proċessi operazzjonali oħra, fil-faċilitajiet, fil-prodotti u fit-traċċabbiltà tal-prodotti, fil-proġetti, fis-servizzi u fil-ħiliet;
Emenda 163 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) jadattaw mudelli u strateġiji ta’ negozju, inklużi prattiki ta’ xiri, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-pagi li jiggarantixxu l-għajxien u l-introjtu għall-fornituri tagħhom, sabiex jipprevjenu impatti negattivi potenzjali, u jiżviluppaw u jużaw politiki ta’ xiri li ma jinkoraġġux impatti negattivi potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent;
Emenda 164 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d
(d) jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat għal SME li l-kumpanija jkollha relazzjoni kummerċjali diretta magħha, meta l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta jew mal-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni tipperikola l-vijabbiltà tal-SME;
(d) jipprovdu appoġġ finanzjarju u amministrattiv immirat u proporzjonat għal SME li l-kumpanija jkollha relazzjoni kummerċjali magħha;
Emenda 165 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) jinvolvu ruħhom f’relazzjoni kummerċjali dwar l-aspettattivi tal-kumpanija fir-rigward tal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali, inkluż billi jipprovdu jew jagħtu aċċess għall-bini tal-kapaċitajiet, gwida, appoġġ amministrattiv u finanzjarju bħal self jew finanzjament, filwaqt li jqisu r-riżorsi, l-għarfien u r-restrizzjonijiet tas-sieħeb kummerċjali;
Emenda 166 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e
(e) f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-kompetizzjoni, jikkollaboraw ma’ entitajiet oħrajn, inkluż, meta jkun rilevanti, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-kumpanija li ġġib fi tmiemu l-impatt negattiv, b’mod partikolari meta l-ebda azzjoni oħra ma tkun xierqa jew effettiva.
(e) f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-kompetizzjoni, jikkollaboraw ma’ entitajiet oħrajn, inkluż sabiex tiżdied il-kapaċità tal-kumpanija li ġġib fi tmiemu l-impatt negattiv, b’mod partikolari meta l-ebda azzjoni oħra ma tkun xierqa jew effettiva.
Emenda 167 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) meta jkun hemm rabta diretta mal-impatti li jseħħu fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ kumpaniji oħra li joperaw fl-Unjoni, il-miżuri xierqa jistgħu jinkludu n-notifika lill-awtorità superviżorja rilevanti filwaqt li jibqa’ jsir sforz raġonevoli biex jitfittex li jiġi pprevenut jew immitigat l-impatt.
2a. Meta jiddistribwixxu jew ibigħu prodott jew jipprovdu servizz, il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-kompożizzjoni, id-disinn u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott jew servizz ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u ma jwasslux għal impatti negattivi, kemm jekk individwali kif ukoll jekk kollettivi. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt negattiv potenzjali fuq it-tfal.
Emenda 169 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3
3. Fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali li ma setgħux jiġu evitati jew imnaqqsa b’mod adegwat mill-miżuri fil-paragrafu 2, il-kumpanija tista’ tfittex li tikkonkludi kuntratt ma’ sieħeb li jkollha relazzjoni indiretta miegħu, bil-għan li tinkiseb konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija jew ma’ pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni. Meta jiġi konkluż kuntratt bħal dan, għandu japplika l-paragrafu 4.
L-assigurazzjonijiet kuntrattwali jew il-kuntratt għandhom ikunu akkumpanjati mill-miżuri xierqa sabiex tiġi vverifikata l-konformità. Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità, il-kumpanija tista’ tirreferi għal inizjattivi industrijali xierqa jew għal verifika indipendenti minn terzi.
Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri li jappoġġaw it-twettiq tad-diliġenza dovuta.
Meta jinkisbuassigurazzjonijiet kuntrattwali minn SME, jew jiġi konkluż kuntratt ma’ SME, it-termini użati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Meta jitwettqu miżuri għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-SMEs, il-kumpanija għandha tħallas il-kost tal-verifika indipendenti minn terzi.
Meta jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet, inklużi dawk kuntrattwali, jew jiġi konkluż kuntratt b’relazzjoni kummerċjali, it-termini użati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Meta jitwettqu miżuri għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-SMEs, il-kumpanija għandha tħallas il-kost tal-verifika indipendenti minn terzi. Fuq talba tal-SME, dawn għandhom ikopru l-ispejjeż kollha jew għandhom jaqsmuhom mal-kumpanija. L-SMEs jistgħu jaqsmu r-riżultati tal-verifiki mwettqa b’rabta magħhom infushom ma’ kumpaniji multipli.
Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali mfittxija f’konformità mal-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu tali li jirriżultaw fit-trasferiment tar-responsabbiltà għat-twettiq tad-diliġenza dovuta f’konformità ma’ din id-Direttiva u tar-responsabbiltà għan-nuqqas li tagħmel dan.
Meta jfittxu tali dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-kumpaniji għandhom jivvalutaw jekk l-imsieħeb kummerċjali jistax ikun raġonevolment mistenni li jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Emenda 172 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1 li ma setgħux jiġu evitati jew imnaqqsa b’mod adegwat mill-miżuri fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-kumpanija għandha tkun meħtieġa żżomm lura milli tidħol f’relazzjonijiet ġodda jew milli testendi r-relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb li l-impatt inħoloq b’rabta miegħu jew fil-katina tal-valur li minnha jkun inħoloq l-impatt u għandha, meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk, tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
Fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1 li kumpanija tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għalihom u li ma setgħux jiġu evitati jew imnaqqsa b’mod adegwat, u meta ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli ta’ bidla, il-kumpanija għandha tkun meħtieġa żżomm lura milli tidħol f’relazzjonijiet ġodda jew milli testendi r-relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb li l-impatt inħoloq b’rabta miegħu jew fil-katina tal-valur li minnha jkun inħoloq l-impatt u għandha, meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk, tieħu l-azzjonijiet li ġejjin bħala l-aħħar istanza, f’konformità mad-diżimpenn responsabbli:
Emenda 173 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a) tissospendi temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li tipprova tagħmel sforzi ta’ prevenzjoni u minimizzazzjoni, jekk ikun hemm aspettattiva raġonevoli li dawn l-isforzi jirnexxu fit-terminu l-qasir;
(a) tissospendi temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li tipprova tagħmel sforzi ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni;
Emenda 174 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
(b) ittemm ir-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati jekk l-impatt negattiv potenzjali jkun sever.
(b) ittemm ir-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, minħabba s-severità tal-impatt negattiv potenzjali jew jekk ma jintlaħquxil-kundizzjonijiet għal sospensjoni temporanja skont il-punt (a).
Qabel ma jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali, il-kumpaniji l-ewwel għandhom ikunu meħtieġa jivvalutaw, jekk l-impatti negattivi jekk isir dan ikunux ikbar mill-impatt negattiv li huwa maħsub li jiġi evitat jew immitigat. Jekk dak ikun il-każ, il-kumpaniji jistgħu joqogħdu lura milli jissospendu relazzjonijiet kummerċjali temporanjament jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali. Meta l-kumpaniji jissospendu temporanjament relazzjonijiet kummerċjali jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali, għandhom jieħdu passi biex jipprevjenu, jimmitigaw, jew iġibu fi tmiemhom l-impatti tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni, jipprovdu avviż raġonevoli lis-sieħeb kummerċjali u jżommu dik id-deċiżjoni taħt rieżami.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla sabiex tintemm ir-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla sabiex tiġi sospiża jew tintemm relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom, ħlief għal kuntratti fejn il-partijiet huma obbligati bil-liġi li jidħlu fihom. Il-kumpaniji jistgħu jirreferu lill-awtoritajiet superviżorji biex jirċievu gwida dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.
Emenda 177 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 6
6. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 5, meta l-kumpaniji msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 3, ikunu jipprovdu kreditu, self jew servizzi finanzjarji oħra, dawn ma għandhomx ikunu meħtieġa jitterminaw il-kreditu, is-self jew servizz finanzjarju ieħor meta dan ikun raġonevolment mistenni li jikkawża preġudizzju sostanzjali lill-entità li dak is-servizz ikun qed jiġi pprovdut lilha.
6. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 5, meta l-kumpaniji msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 3, ikunu jipprovdu servizzi finanzjarji lil entitajiet li jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal impatti negattivi potenzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1, dawn ma għandhomx ikunu meħtieġa jitterminaw servizz finanzjarju jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jiġi evitat il-falliment lill-entità li dak is-servizz ikun qed jiġi pprovdut lilha. Minbarra l-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, deċiżjoni biex jiġi tterminat il-kuntratt ta’ servizz finanzjarju b’deroga mill-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tista’ tittieħed biss, bħala l-aħħar istanza, jekk l-isforzi ta’ ingranaġġ tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a)(iv) fl-aħħar mill-aħħar ikunu naqsu milli jinfluwenzaw lill-entità li lilha jkun qed jiġi pprovdut dak is-servizz biex tipprevjeni jew timmitiga b’mod adegwat l-impatti potenzjali negattivi.
Emenda 178 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa sabiex itemmu l-impatti negattivi reali li ġew, jew li kellhom jiġu, identifikati skont l-Artikolu 6, f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa sabiex itemmu l-impatti negattivi reali li ġew, jew li kellhom jiġu, identifikati skont l-Artikolu 6, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Emenda 179 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Meta l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jintemm, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jimminimizzaw il-firxa ta’ tali impatt.
2. Meta l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jintemm immedjatament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jimmitigaw b’mod adegwat il-firxa ta’ tali impatt, filwaqt li jsegwu l-isforzi kollha biex itemmu l-impatt negattiv.
2a. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, f’każijiet li fihom kumpanija tkun ikkawżat impatt reali, miżuri xierqa għandhom jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jimmitigaw il-firxa ta’ impatt negattiv reali, u jirrimedjaw għad-dannu. F’każijiet li fihom kumpanija tkun ikkontribwiet għal impatt negattiv reali, miżuri xierqa għandhom jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jimmitigaw il-kontribut għall-impatt, billi jużaw jew iżidu l-ingranaġġ tal-kumpanija ma’ partijiet responsabbli oħra biex jimmitigaw l-impatt negattiv potenzjali u jikkontribwixxu għar-rimedju tal-ħsara, sal-firxa tal-kontribut. F’każijiet li fihom l-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ kumpanija huma marbuta direttament ma’ impatt negattiv permezz tar-relazzjonijiet tagħha ma’ entitajiet oħra, miżuri xierqa għandhom jinftiehmu bħala miżuri li għandhom l-għan li jużaw jew iżidu l-ingranaġġ tal-kumpanija ma’ partijiet responsabbli biex ifittxu li jimmitigaw l-impatt negattiv. Kumpanija marbuta direttament ma’ impatt negattiv għandha tikkunsidra li tuża l-ingranaġġ tagħha ma’ partijiet responsabbli biex tippermetti r-rimedju ta’ kwalunkwe ħsara kkawżata minn impatt.
2b. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandu jiġi preżunt li l-impriżi finanzjarji huma direttament marbuta ma’ impatt negattiv fil-katina tal-valur tagħhom mingħajr ma jikkawżawh jew jikkontribwixxu għalih.
Emenda 182 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti:
3. Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri xierqa, inklużi l-azzjonijiet li ġejjin, meta jkun rilevanti:
Emenda 183 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a
(a) jinnewtralizzaw l-impatt negattiv jew jimminimizzaw il-firxa tiegħu, inkluż permezz tal-ħlas tad-dannilill-persuni affettwati u tal-kumpens finanzjarju lill-komunitajiet affettwati. L-azzjoni għandha tkun proporzjonata għas-sinifikat u l-iskala tal-impatt negattiv u għall-kontribuzzjoni tal-kondotta tal-kumpanija għall-impatt negattiv;
(a) f’konformità mal-Artikolu 8c, jinnewtralizzaw l-impatt negattiv jew jimmitigawb’mod adegwat il-firxa tiegħu billi l-persuni affettwati u/jew l-ambjent jiġu rrestawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti jew kemm jista’ jkun qrib is-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt. L-azzjoni għandha tkun proporzjonata għas-sinifikat u l-iskala tal-impatt negattiv u għall-kontribuzzjoni tal-kondotta tal-kumpanija għall-impatt negattiv u għar-riżorsi u l-ingranaġġ tagħha;
Emenda 184 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b
(b) meta jkun meħtieġ minħabba l-fatt li l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jintemm minnufih, jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni korrettiva bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-azzjoni u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib. Meta jkun rilevanti, il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jiġi żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;
(b) meta jkun meħtieġ minħabba l-fatt li l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jintemm minnufih, jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni korrettiva bi skedi ta’ żmien raġonevoli u definiti b’mod ċar għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u azzjoni xierqa, u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għall-kejl tat-titjib. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jkun applikabbli u mfassal b’mod preċiż għall-kuntest tal-operazzjonijiet tal-kumpaniji u l-katina tal-valur. Il-kumpaniji jistgħu jiżviluppaw il-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom f’kooperazzjoni mal-inizjattivi tal-industrija. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ tranżizzjoni klimatika skont l-Artikolu 15 għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżura xierqa biex jiġu mminimizzati l-impatti negattiv ambjentali relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu;
Emenda 185 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c
(c) ifittxu assigurazzjonijiet kuntrattwali mingħand sieħeb dirett li jkollhom relazzjoni kummerċjali stabbilita miegħu li jkun se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta u, kif meħtieġ, pjan ta’ azzjoni korrettiva, inkluż billi jfittex assigurazzjonijiet kuntrattwali korrispondenti mas-sħab tiegħu, sa fejn ikunu parti mill-katina tal-valur (kaskata kuntrattwali). Meta jinkisbu assigurazzjonijiet kuntrattwali bħal dawn, għandu japplika l-paragrafu 5.
(c) jagħżlu li jistabbilixxu permezz ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali ma’ sieħeb li jkollhom relazzjoni kummerċjali miegħu li jkun se jiżgura l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta ta’ kumpanija, u kif meħtieġ, pjan ta’ azzjoni korrettiva. Is-sħab li magħhom il-kumpanija għandha relazzjoni kummerċjali għandhom jintalbu jistabbilixxu dispożizzjonijiet kuntrattwali korrispondenti raġonevoliu ekwi mas-sħab tiegħu, sa fejn ikunu parti mill-katina tal-valur. Meta jinkisbu assigurazzjonijiet kuntrattwali bħal dawn, għandu japplika l-paragrafu 5;
Emenda 186 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d
(d) jagħmlu l-investimenti meħtieġa, bħal fil-proċessiu fl-infrastrutturi ta’ ġestjoni jew ta’ produzzjoni sabiex jikkonformaw mal-paragrafi 1, 2 u 3;
(d) jagħmlu l-modifiki, it-titjib, l-irtirar jew l-investimenti meħtieġa fl-operazzjonijiet proprji tal-kumpanija, bħal fil-ġestjoni, fil-produzzjoni jew fi proċessi operazzjonali oħra, fil-faċilitajiet, fil-prodotti u fit-traċċabbiltà tal-prodotti, fil-proġetti, fis-servizzi u fil-ħiliet;
Emenda 187 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) jadattaw mudelli u strateġiji ta’ negozju, inklużi prattiki ta’ xiri, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-pagi li jiggarantixxu l-għajxien u l-introjtu għall-fornituri tagħhom, sabiex iġibu fi tmiemhom jew jimmitigaw l-impatti negattivi reali, u jiżviluppaw u jużaw politiki ta’ xiri li ma jinkoraġġux impatti negattivi reali fuq id-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent;
Emenda 188 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt e
(e) jipprovdu appoġġ immirat u proporzjonat għal SME li l-kumpanija jkollha relazzjoni kummerċjali stabbilita magħha, meta l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta jew mal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tipperikola l-vijabbiltà tal-SME;
(e) jipprovdu appoġġ finanzjarju u amministrattiv immirat u proporzjonat għal SME li l-kumpanija jkollha relazzjoni kummerċjali magħha;
Emenda 189 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea) jinvolvu ruħhom f’relazzjoni kummerċjali dwar l-aspettattivi tal-kumpanija fir-rigward tat-tmiem u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi reali, inkluż billi jipprovdu jew jagħtu aċċess għall-bini tal-kapaċitajiet, gwida, appoġġ amministrattiv u finanzjarju bħal self jew finanzjament, filwaqt li jqisu r-riżorsi, l-għarfien u r-restrizzjonijiet tas-sieħeb kummerċjali;
Emenda 190 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(fa) meta jkun hemm rabta diretta mal-impatti li jseħħu fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ kumpaniji oħra li joperaw fl-Unjoni, il-miżuri xierqa jistgħu jinkludu n-notifika lill-awtorità superviżorja rilevanti filwaqt li jkomplu jsiru sforzi raġonevoli biex l-impatt jinġieb fi tmiemu jew jiġi mmitigat l-impatt.
3a. Meta jiddistribwixxu jew ibigħu prodott jew jipprovdu servizz, il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-kompożizzjoni, id-disinn u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott jew servizz ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u ma jwasslux għal impatti negattivi, kemm jekk individwali kif ukoll jekk kollettivi. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt negattiv potenzjali fuq it-tfal.
Emenda 192 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 4
4. Fir-rigward tal-impatti negattivi reali li ma setgħux jintemmu jew jittaffew b’mod adegwat mill-miżuri fil-paragrafu 3, il-kumpanija tista’ tfittex li tikkonkludi kuntratt ma’ sieħeb li jkollha relazzjoni indiretta miegħu, bil-għan li tinkiseb konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-kumpanija jew ma’ pjan ta’ azzjoni korrettiva. Meta jiġi konkluż kuntratt bħal dan, għandu japplika l-paragrafu 5.
L-assigurazzjonijiet kuntrattwali jew il-kuntratt għandhom ikunu akkumpanjati mill-miżuri xierqa sabiex tiġi vverifikata l-konformità. Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità, il-kumpanija tista’ tirreferi għal inizjattivi industrijali xierqa jew għal verifika indipendenti minn terzi.
Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri sabiex jappoġġaw it-twettiq tad-diliġenza dovuta.
Meta jinkisbuassigurazzjonijiet kuntrattwali minn SME, jew jiġi konkluż kuntratt ma’ SME, it-termini użati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Meta jitwettqu miżuri għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-SMEs, il-kumpanija għandha tħallas il-kost tal-verifika indipendenti minn terzi.
Meta jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet, inklużi dawk kuntrattwali, jew jiġi konkluż kuntratt b’relazzjoni kummerċjali, it-termini użati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Meta jitwettqu miżuri għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-SMEs, il-kumpanija għandha tħallas il-kost tal-verifika indipendenti minn terzi. L-SMEs jistgħu jaqsmu r-riżultati tal-verifiki mwettqa fir-rigward tagħhom stess ma’ kumpaniji multipli.
Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali mfittxija f’konformità mal-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu tali li jirriżultaw fit-trasferiment tar-responsabbiltà għat-twettiq tad-diliġenza dovuta f’konformità ma’ din id-Direttiva u mar-responsabbiltà għan-nuqqas li jsir dan.
Meta jfittxu tali dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-kumpaniji għandhom jivvalutaw jekk l-imsieħeb kummerċjali jistax ikun raġonevolment mistenni li jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Emenda 197 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Fir-rigward tal-impatti negattivi reali skont it-tifsira tal-paragrafu 1 li ma setgħux jintemmu jew li l-firxa tagħhom ma setgħetx tiġi minimizzata mill-miżuri previsti fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-kumpanija għandha żżomm lura milli tidħol f’relazzjonijiet ġodda jew li testendi relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb b’rabta mal-katina tal-valur jew fil-katina tal-valur li jkun inħoloq l-impatt minnha u,meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk, għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
Fir-rigward tal-impatti negattivi reali skont it-tifsira tal-paragrafu 1 li kumpanija kkawżat jew ikkontribwiet għalihom, u li ma setgħux jintemmu jew li l-firxa tagħhom ma setgħetx tiġi mmitigata, u fejn ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli ta’ bidla, il-kumpanija għandha tkun meħtieġa żżomm lura milli tidħol f’relazzjonijiet ġodda jew li testendi relazzjonijiet eżistenti mas-sieħeb b’rabta mal-katina tal-valur jew fil-katina tal-valur li jkun inħoloq l-impatt minnha u,meta l-liġi li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk, għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin bħala l-aħħar istanza, f’konformità mad-diżimpenn responsabbli:
Emenda 198 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a
(a) jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li jsegwu l-isforzi sabiex iġibu fi tmiemhom jew jimminimizzaw il-firxa tal-effetti negattivi, jew
(a) jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mas-sieħeb inkwistjoni, filwaqt li jsegwu l-isforzi ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni
Emenda 199 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b
(b) ittemm ir-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, jekk l-impatt negattiv jitqies bħala sever.
(b) ittemm ir-relazzjoni kummerċjali fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, minħabba s-severità tal-impatt negattiv reali, jew jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet għal sospensjoni temporanja skont il-punt (a).
Qabel ma jissospendu temporanjament ir-relazzjonijiet kummerċjali jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali, il-kumpaniji l-ewwel għandhom ikunu meħtieġa jivvalutaw jekk l-impatti negattivi jekk isir dan ikunux ikbar mill-impatt negattiv li huwa maħsub li jintemm jew jiġi mmitigat. Jekk dak ikun il-każ, il-kumpaniji jistgħu joqogħdu lura milli jissospendu relazzjonijiet kummerċjali temporanjament jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali. Meta l-kumpaniji jissospendu temporanjament relazzjonijiet kummerċjali jew itemmu r-relazzjoni kummerċjali, għandhom jieħdu passi biex jipprevjenu, jimmitigaw, jew iġibu fi tmiemhom l-impatti tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni, jipprovdu avviż raġonevoli lis-sieħeb kummerċjali u jżommu dik id-deċiżjoni taħt rieżami.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla sabiex tintemm ir-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-disponibbiltà ta’ għażla sabiex tiġi sospiża jew tintemm ir-relazzjoni kummerċjali f’kuntratti rregolati mil-liġijiet tagħhom, ħlief għal kuntratti fejn il-partijiet huma obbligati bil-liġi li jidħlu fihom. Il-kumpaniji jistgħu jirreferu lill-awtoritajiet superviżorji biex jirċievu gwida dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.
Emenda 202 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 7
7. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 6, meta l-kumpaniji msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 3 jipprovdu kreditu, self jew servizzi finanzjarji oħra, dawn ma għandhomx ikunu meħtieġa jitterminaw il-kuntratt ta’ kreditu, ta’ self jew ta’ servizz finanzjarju ieħor, meta dan ikun raġonevolment mistenni li jikkawża preġudizzju sostanzjali lill-entità li dak is-servizz ikun qed jiġi pprovdut lilha.
7. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 6, meta l-kumpaniji msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 3 jipprovdu servizzi finanzjarji lil entitajiet li jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal impatti negattivi reali skont it-tifsira tal-paragrafu 1, dawn ma għandhomx ikunu meħtieġa jitterminaw il-kuntratt ta’ servizz finanzjarju, jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jiġi pprevenut falliment lill-entità li dak is-servizz ikun qed jiġi pprovdut lilha. Minbarra l-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, deċiżjoni biex jiġi tterminat il-kuntratt ta’ servizz finanzjarju ieħor b’deroga mill-paragrafu 6, il-punt (b) tista’ tittieħed biss, bħala l-aħħar istanza, jekk l-isforzi ta’ ingranaġġ tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(iv) ikunu fl-aħħar mill-aħħar naqsu milli jinfluwenzaw lill-entità li dak is-servizz ikun qed jiġi pprovdut lilha biex ittemm l-impatti negattivi reali jew timminimizza l-firxa tagħhom.
Emenda 203 Proposta għal direttiva Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Miżuri xierqa mill-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi sabiex jistimulaw lid-destinatarji ta’ investiment tagħhom biex itemmu l-impatti negattivi reali kkawżati minnhom
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jieħdu miżuri xierqa kif deskritt fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu sabiex jistimulaw lill-kumpaniji destinatarji ta’ investiment tagħhom biex iġibu fi tmiemhom l-impatti negattivi reali li ġew, jew li kellhom jiġu identifikati skont l-Artikolu 6.
2. Meta l-impatt negattiv ma jkunx jista’ jintemm, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jistimulaw lid-destinatarji ta’ investiment tagħhom biex jimminimizzaw il-firxa ta’ impatt bħal dan.
3. Meta rilevanti, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom ikunu meħtieġa jikkomunikaw mal-kumpanija destinatarja ta’ investiment u jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot f’konformità mal-Artikolu 3g (1)(a) tad-Direttiva 2007/36/KE [SRD2], sabiex jistimulaw lill-korp maniġerjali ta’ kumpanija destinatarja ta’ investiment biex itemm l-impatt reali jew jimminimizza l-firxa tiegħu. L-azzjoni mfittxija mill-kumpanija destinatarja ta’ investiment għandha tkun proporzjonata għas-sinifikat u l-iskala tal-impatt negattiv u għall-kontribut tal-kondotta tal-kumpanija destinatarja ta’ investiment għall-impatt negattiv. Bl-istess mod, l-azzjonijiet meħtieġa mill-investituri istituzzjonali u mill-maniġers tal-assi għandhom ikunu proporzjonati, u għandhom iqisu kif xieraq il-grad ta’ kontroll li għandhom fuq il-kumpanija destinatarja ta’ investiment.
Emenda 204 Proposta għal direttiva Artikolu 8b (ġdid)
Artikolu 8b
Prijoritizzazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali
1. F’każijiet li fihom ma jkunx possibbli li jiġu pprevenuti, mitmuma jew immitigati l-impatti negattivi identifikati kollha simultanjament permezz ta’ miżuri xierqa kif deskritt fl-Artikoli 7 u 8, il-kumpaniji jistgħu jagħtu prijorità lill-ordni li fiha jieħdu miżuri xierqa abbażi tal-probabbiltà u s-severità tal-impatti negattivi.
2. Il-kumpaniji għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri xierqa f’konformità mal-paragrafu 1 skont is-severità u l-probabbiltà tal-impatti u filwaqt li jqisu l-fatturi ta’ riskju.
3. Ladarba impatti negattivi l-aktar severi u probabbli jiġu indirizzati f’konformità mal-Artikoli 7 jew 8 fi żmien raġonevoli, il-kumpanija għandha tindirizza l-impatti negattivi inqas severi u probabbli.
Emenda 205 Proposta għal direttiva Artikolu 8c (ġdid)
Artikolu 8c
Rimedju għall-impatti negattivi reali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kumpanija tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv reali, dik il-kumpanija għandha tieħu miżuri xierqa biex tirrimedja dak l-impatt negattiv u l-ħsara possibbli li tkun ikkawżat lin-nies jew lill-ambjent, jew tikkontribwixxi għar-rimedju tagħha. Ir-rimedju jista’ jiġi propost bħala riżultat ta’ proċedura mhux ġudizzjarja tal-ilmenti kif stabbilit fl-Artikolu 9.
2. Tali miżuri ta’ rimedju għandu jkollhom l-għan li jreġġgħu lura l-persuni u l-gruppi jew il-komunitajiet affettwati u/jew l-ambjent għal sitwazzjoni ekwivalenti jew kemm jista’ jkun qrib is-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt. Dawn jistgħu jinkludu kumpens, restituzzjoni, riabilitazzjoni, apoloġiji pubbliċi, rikostituzzjoni jew kontribut għall-investigazzjonijiet. Il-kumpaniji għandhom jipprevjenu li jiġi kkawżat dannu addizzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-helpdesk uniku kif maħtur skont l-Artikolu 14a jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-medjazzjoni tad-diliġenza dovuta sabiex jgħin lill-kumpaniji u lill-partijiet ikkonċernati jsibu soluzzjonijiet ta’ rimedju. Fit-twettiq ta’ dawk id-dmirijiet, il-helpdesk uniku għandu jkun imparzjali, prevedibbli u ekwu.
4. Meta kumpanija tkun marbuta direttament ma’ impatt negattiv, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni volontarja tagħha fi kwalunkwe miżura ta’ rimedju, meta xieraq, u jħeġġu lill-kumpaniji jikkunsidraw li jużaw l-ingranaġġ tagħhom ma’ partijiet responsabbli biex jippermettu r-rimedju ta’ kwalunkwe ħsara kkawżata minn impatt.
Emenda 206 Proposta għal direttiva Artikolu 8d (ġdid)
Artikolu 8d
It-twettiq ta’ ħidma sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati affettwati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa biex iwettqu ħidma sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati affettwati li tippermetti interazzjoni u djalogu ġenwini fil-proċess tad-diliġenza dovuta tagħhom. Għal dan l-għan, il-ħidma għandha tkopri l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati affettwati u għandha tkun komprensiva, strutturali, effettiv, f’waqtha u sensittiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u għall-kultura.
2. Meta ma jkunx possibbli li titwettaq ħidma sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati affettwati, jew meta l-involviment ma’ perspettivi esperti addizzjonali jkun utli li l-kumpanija tkun tista’ tikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fil-kuntest tad-deċiżjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni skont l-Artikolu 6, il-kumpaniji għandhom jikkomunikaw b’mod sinifikattiv ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, bħal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent sabiex jiksbu għarfien kredibbli dwar l-impatti negattivi potenzjali jew reali, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
3. Il-kumpaniji għandhom, kif xieraq, jipprovdu informazzjoni komprensiva, immirata u rilevanti lill-partijiet ikkonċernati affettwati dwar il-katina tal-valur tagħhom u l-impatti negattivi reali jew potenzjali tagħhom fuq l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba.
4. Il-partijiet ikkonċernati affettwati għandhom jitħallew jitolbu informazzjoni addizzjonali bil-miktub, li għandha tiġi pprovduta mill-kumpanija f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u f’format xieraq u li jinftiehem. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943, jekk il-kumpanija tirrifjuta talba għal informazzjoni addizzjonali, il-parti ikkonċernata affettwata għandha tkun intitolata għal ġustifikazzjoni bil-miktub għal dak ir-rifjut. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jew ġudizzjarji jkunu intitolati jordnaw l-iżvelar tal-informazzjoni.
5. Il-kumpaniji għandhom jistabbilixxu qafas xieraq għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati. Il-kumpaniji jistgħu jiddeċiedu li jidentifikaw u jikkonsultaw lil partijiet ikkonċernati affettwati differenti skont il-kuntest jew l-impatt negattiv ikkonċernat. Il-kumpaniji għandhom b’mod partikolari jinfurmaw u jikkonsultaw lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema kif ukoll lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra meta jiżviluppaw politika tad-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 5, meta jidentifikaw impatti negattivi f’konformità mal-Artikolu 6, meta jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni jew itemmu relazzjoni kummerċjali f’konformità mal-Artikoli 7 u 8, meta jagħtu prijorità lill-impatti negattivi tagħhom f’konformità mal-Artikolu 8b, meta jiżviluppaw miżuri ta’ rimedju f’konformità mal-Artikolu 8c, meta jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ notifiki jew ta’ lmentar mhux ġudizzjarju f’konformità mal-Artikolu 9 meta jwettqu l-obbligi tagħhom f’konformità mal-Artikolu 10.
6. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu infurmati mill-kumpanija tagħhom dwar il-politika tad-diliġenza dovuta tagħha u l-implimentazzjoni tagħha, u l-komunikazzjoni magħhom għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u nazzjonali fil-qasam tal-impjiegi u d-drittijiet soċjali kif ukoll il-ftehimiet kollettivi applikabbli.
7. Meta jinfurmaw u jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati affettwati, il-kumpaniji għandhom jidentifikaw u jindirizzaw l-ostakli għall-komunikazzjoni u għandhom jiżguraw li l-parteċipanti ma jkunux soġġetti għal ritaljazzjoni jew retribuzzjoni, inkluż billi jżommu l-kunfidenzjalità jew l-anonimità. Il-kumpaniji għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati vulnerabbli, u l-vulnerabbiltajiet li jikkoinċidu u fatturi li jinkroċjaw, jiżguraw approċċ sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, u jirrispettaw bis-sħiħ id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni.
Emenda 207 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – titolu
Proċedura għall-ilmenti
Mekkaniżmu ta’ notifiki jew ta’ lmentar mhux ġudizzjarju
Emenda 208 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jipprovdu l-possibbiltà li l-persuni u l-organizzazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 jkunu jistgħu jippreżentawlhom ilmenti meta jkollhom tħassib leġittimu dwar l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti ambjentali negattivi, reali jew potenzjali, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom u l-ktajjen tal-valur tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jipprovdu mekkaniżmi ta’ notifika u ta’ lmentar mhux ġudizzjarji disponibbli pubblikament u effettivi fil-livell operazzjonali, li jistgħu jintużaw minn persuni u organizzazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 jkunu jistgħu jinnotifikawhom jew iqajmu lmenti u jitolbu rimedju, meta jkollhom informazzjoni leġittima jew tħassib leġittimu dwar id-drittijiet tal-bniedem jew l-impatti ambjentali, reali jew potenzjali, fir-rigward tal-operazzjonijiet stess tal-kumpaniji, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom u l-ktajjen tal-valur tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jkunu jistgħu jipprovdu tali possibbiltà li jippreżentaw notifiki u lmenti permezz ta’ arranġamenti kollaborattivi, inklużi inizjattivi tal-industrija, ma’ kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra, billi jipparteċipaw f’mekkaniżmi ta’ lmentar multilaterali u billi jissieħbu ma’ ftehim qafas dinji.
Emenda 209 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilmenti jkunu jistgħu jiġu ppreżentati minn:
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilmenti jkunu jistgħu jitqajmu minn:
Emenda 210 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a) persuni affettwati jew li jkollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li jistgħu jiġu affettwati minn impatt negattiv,
(a) persuni affettwati jew li jkollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li jistgħu jiġu affettwati minn impatt negattiv, u r-rappreżentanti leġittimi ta’ tali individwi, jew, f’każijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda individwu, grupp jew komunità affettwata minn impatt negattiv fuq l-ambjent, organizzazzjonijiet kredibbli u ta’ esperjenza li l-għan tagħhom jinkludi l-protezzjoni tal-ambjent,
Emenda 211 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c) organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma relatati mal-katina tal-valur ikkonċernata.
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifiki jkunu jistgħu jiġu ppreżentati mill-persuni u l-organizzazzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, u barra minn hekk, sa fejn ma jkunux koperti taħt dawk il-punti, minn dawn li ġejjin:
(a) persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent;
(b) organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma relatati mal-katina tal-valur ikkonċernata.
Emenda 213 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jistabbilixxu proċedura għat-trattament tal-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1, inkluża proċedura meta l-kumpanija tqis li l-ilment ikun infondat, u jinfurmaw lill-ħaddiema u lit-trade unions rilevanti b’dawk il-proċeduri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-ilment ikun fondat sew, l-impatt negattiv li jkun is-suġġett tal-ilment jitqies li jkun identifikat skont it-tifsira tal-Artikolu 6.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jistabbilixxu proċedura għat-trattament tan-notifiki u tal-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1, inkluża proċedura meta l-kumpanija tqis li n-notifika jew l-ilment ikun infondat, u jinfurmaw lill-partijiet ikkonċernati affettwati rilevanti, u lir-rappreżentanti tagħhom meta applikabbli, u lil persuni jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra koperti mill-paragrafi 2 u 2a, b’dawk il-proċeduri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta n-notifika jew l-ilment ikun fondat sew, l-impatt negattiv li jkun is-suġġett tan-notifika jew tal-ilment jitqies li jkun identifikat skont it-tifsira tal-Artikolu 6.
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-kumpaniji jistabbilixxu jew jipparteċipaw f’mekkaniżmi ta’ notifiki u ta’ lmentar, dawk il-mekkaniżmi jkunu leġittimi, aċċessibbli, prevedibbli, ekwi, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet, sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u għall-kultura, u bbażati fuq il-komunikazzjoni u d-djalogu. Il-mekkaniżmi ta’ notifiki u ta’ lmentar għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’mod li jkun infurmat mill-perspettivi tal-partijiet ikkonċernati u adattati għall-ħtiġijiet tan-nies li jistgħu jkunu l-aktar vulnerabbli għall-impatti negattivi. Il-kumpaniji għandhom jadottaw u jimplimentaw politiki u proċessi biex iżommu l-indipendenza tal-mekkaniżmu ta’ notifiki u ta’ lmentar.
3b. Il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-persuni li jissottomettu notifiki jew ilmenti jkunu ħielsa minn ritaljazzjoni jew retribuzzjoni, inkluż billi jiżguraw li n-notifiki u l-ilmenti jistgħu jitqajmu jew b’mod anonimu jew kunfidenzjali, f’konformità mal-liġi nazzjonali, u jadottaw u jimplimentaw politiki għal dak il-għan. Meta l-informazzjoni tkun teħtieġ li tiġi kondiviża, din għandha tkun b’mod li ma jipperikolax is-sikurezza tal-partijiet ikkonċernati, inkluż billi ma tiġix żvelata l-identità tagħhom.
3c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jressqu lmenti skont il-paragrafu 2, meta ma jagħmlux dan b’mod anonimu, ikunu intitolati li jirċievu segwitu f’waqtu u xieraq mill-kumpanija li magħha jkunu ppreżentaw ilment skont il-paragrafu 1 u għandhom ikunu intitolati wkoll:
(a) li jiġu pprovduti bir-raġunament dwar jekk ilment ġiex ikkunsidrat fondat jew infondat u pprovdut b’informazzjoni dwar il-passi u l-azzjonijiet meħuda;
(b) li jikkomunikaw mar-rappreżentanti tal-kumpanija f’livell xieraq sabiex jiġu diskussi l-impatti negattivi potenzjali jew reali li jkunu s-suġġett tal-ilment;
(c) li jitolbu li l-kumpaniji jirrimedjaw jew jikkontribwixxu għar-rimedju tal-impatti negattivi reali, f’konformità mal-Artikolu 8c.
Emenda 217 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilmentaturijkunu intitolati
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jissottomettu notifiki skont il-paragrafu 2a, meta ma jagħmlux dan b’mod anonimu, ikunu intitolati li jirċievu segwitu f’waqtu u xieraq mill-kumpanija li magħha jkunu ppreżentaw notifika skont il-paragrafu 1.
Emenda 218 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt a
(a) li jitolbusegwitu xieraq dwar l-ilment mill-kumpanija li jkunu ppreżentawlha lment skont il-paragrafu 1, u
imħassar
Emenda 219 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt b
(b) li jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-kumpanija f’livell xieraq sabiex jiġu diskussi l-impatti negattivi severi potenzjali jew reali li jkunu s-suġġett tal-ilment.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw is-setgħa li joħorġu gwida lill-kumpaniji u lil atturi rilevanti oħra responsabbli għall-iżvilupp u l-amministrazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ notifiki u ta’ lmentar, inkluż fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu, u f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.
4b. Is-sottomissjoni ta’ notifika jew ta’ lment skont dan l-Artikolu ma għandhiex tkun prerekwiżit għal jew tipprekludi lill-persuni li jissottomettuhom milli jkollhom aċċess għall-proċedura tat-tħassib sostanzjat skont l-Artikolu 19 jew għal mekkaniżmi ġudizzjarji jew mekkaniżmi oħrajn mhux ġudizzjarji, bħall-Punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-OECD fejn jeżistu.
Emenda 222 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – titolu
Monitoraġġ
Monitoraġġ u verifika
Emenda 223 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jwettqu valutazzjonijiet perjodiċi tal-operazzjonijiet u l-miżuri tagħhom stess, dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta relatati mal-ktajjen tal-valur tal-kumpanija, dawk tar-relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti tagħhom, sabiex jimmonitorjaw l-effettività tal-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, it-twaqqif u l-minimizzazzjoni tal-firxa tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem utal-impatti negattivi ambjentali. Tali valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati, meta jkun xieraq, fuq indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi u għandhom jitwettqu mill-inqas kull 12-il xahar u kull meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li jkunu jistgħu jinħolqu riskji ġodda sinifikanti tal-okkorrenza ta’ dawk l-impatti negattivi. Il-politika ta’ diliġenza dovuta għandha tiġi aġġornata f’konformità mal-eżitu ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jivverifikaw kontinwament l-implimentazzjoni u jimmonitorjaw l-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet tagħhom meħuda f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-monitoraġġ u l-verifika għandhom ikunu bbażati, meta jkun xieraq, fuq indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi u għandhom jitwettqu kontinwament, filwaqt li jitqiesu n-natura, is-severità u l-probabbiltà tal-impatti negattivi inkwistjoni u kull meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li jkunu jistgħu jinħolqu riskji ġodda tal-okkorrenza ta’ dawk l-impatti negattivi. Meta xieraq, il-politika tad-diliġenza dovuta, il-pjan ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni u l-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati f’konformità mal-eżitu ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
Emenda 224 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma humiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE jirrapportaw dwar il-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva billi jippubblikaw fis-sit web tagħhom dikjarazzjoni annwali f’lingwa abitwali fl-isfera tan-negozju internazzjonali. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April ta’ kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma humiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont l-Artikoli 19a, 29a u 40a tad-Direttiva 2013/34/UE jirrapportaw dwar il-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva billi jippubblikaw fis-sit web tagħhom dikjarazzjoni annwali f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ tas-sena finanzjarja li għaliha tkun tfasslet id-dikjarazzjoni. Għal kumpaniji mhux tal-UE, id-dikjarazzjoni se tinkludi informazzjoni dwar il-mod kif jiġi kkuntattjat ir-rappreżentant awtorizzat tal-kumpanija kif definit fl-Artikolu 16.
Emenda 225 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 dwar il-kontenut u l-kriterji għal tali rapportar skont il-paragrafu 1, li jispeċifikaw informazzjoni dwar id-deskrizzjoni tad-diliġenza dovuta, l-impatti negattivi potenzjali u reali u l-azzjonijiet meħuda fuqhom.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 dwar il-kontenut u l-kriterji għal tali rapportar skont il-paragrafu 1, filwaqt li tiżgura li dan ikun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ żvejar għad-diliġenza dovuta deskritti fl-Artikolu 40b tad-Direttiva 2013/34/UE, u li jispeċifikaw informazzjoni dwar id-deskrizzjoni tad-diliġenza dovuta, l-impatti negattivi potenzjali u reali u l-azzjonijiet meħuda fuqhom. Dan ir-rapportar għandu jkun dettaljat biżżejjed biex juri l-konformità tiegħu mal-obbligi skont din id-Direttiva.
Meta tadotta atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni fir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a)(iv), li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar u għandha tqis l-impatti negattivi prinċipali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li żżomm bis-sħiħ l-obbligi minimi stabbiliti f’din id-Direttiva.
Għall-kumpaniji li ma għandhomx sit web, l-Istati Membri għandhom jiddedikaw sit web għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-kumpaniji kkonċernati.
Emenda 226 Proposta għal direttiva Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw dikjarazzjonijiet annwali mfassla skont l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva, il-kumpaniji jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP, kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP]1b jew, meta meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c;
(b) l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:
(i) l-ismijiet kollha tal-kumpanija li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii) l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-impriża, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];
(iii) id-daqs tal-kumpanija skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];
(iv) it-tip ta’ informazzjoni kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];
(v) il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, meta rilevanti.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].
3. Sa [jum qabel ma jibda japplika l-obbligu għall-kumpaniji li jissottomettu lill-korp ta’ ġbir], għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jinkludu wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 21, il-punt (2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Sabiex jiġu żgurati ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
(a) kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b) l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;
(c) jekk huwiex meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).
1b Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
1c Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
Emenda 227 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1
Sabiex tipprovdi appoġġ lill-kumpaniji biex tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-punt (b) tal-Artikolu 7(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni għandha tadotta gwida dwar klawżoli tal-mudell tal-kuntratt volontarju.
Sabiex tipprovdi appoġġ lill-kumpaniji biex tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-punt (b) tal-Artikolu 7(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tadotta gwida, imfassla għas-settur u għad-daqs tal-kumpaniji, dwar klawżoli tal-mudell tal-kuntratt volontarju sad-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk il-mudelli ta’ klawżoli kuntrattwali għandhom jistabbilixxu, bħala minimu:
Emenda 228 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
(a) l-allokazzjoni ċara tal-kompiti bejn iż-żewġ partijiet kontraenti, f’kooperazzjoni kontinwa, u li l-klawżoli kuntrattwali ma għandhomx ikunu tali li jirriżultaw fit-trasferiment tar-responsabbiltà għat-twettiq tad-diliġenza dovuta; kif ukoll;
Emenda 229 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
(b) li mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 8(6), meta jinkisru klawżoli kuntrattwali, il-kumpaniji għandhom l-ewwel jieħdu miżuri xierqa f’konformità mal-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 8(5) u għandhom jevitaw li jtemmu tali klawżoli.
Emenda 230 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1
Sabiex tipprovdi appoġġ lill-kumpaniji jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif jenħtieġ li l-kumpaniji jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u meta jkun xieraq ma’ korpi internazzjonali li jkollhom għarfien espert fid-diliġenza dovuta, tista’ toħroġ linji gwida, inkluż għal setturi speċifiċi jew impatti negattivi speċifiċi.
1. Sabiex tipprovdi appoġġ lill-kumpaniji jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif jenħtieġ li l-kumpaniji jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta, inkluż fir-rigward tad-drittijiet u l-protezzjonijiet minquxa fl-Anness, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mas-sħab soċjali transindustrijali u settorjali Ewropej u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EISMEA), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u meta jkun xieraq l-OECD u korpi internazzjonali oħra li jkollhom għarfien espert fid-diliġenza dovuta, għandhom joħorġu linji gwida ċari u li jinftiehmu faċilment, inkluża gwida ġenerali u speċifika għas-settur, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità b’mod prattiku.
1a. Sabiex jingħata appoġġ lill-kumpaniji jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif il-kumpaniji għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta, il-linji gwida għandhom jinkludu:
(a) informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ambjentali applikabbli għan-negozji abbażi tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali kif iċċarat fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju kif ukoll il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
(b) listi ta’ fatturi tar-riskju u gwida ta’ akkumpanjament, inklużi fatturi tar-riskju fil-livell tal-intrapriżi, fatturi tar-riskju ġeografiċi u fatturi tar-riskju settorjali;
(c) gwida speċifika għas-settur, b’mod partikolari għas-settur li ġej, f’konformità mal-linji gwida attwali jew futuri tal-OECD:
(i) il-manifattura u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut tat-tessuti, l-ilbies, il-fer, il-ġilda u prodotti relatati (inkluż iż-żraben),
(ii) l-agrikoltura, il-provvista tal-ilma, il-ġestjoni tal-art u r-riżorsi, inklużi l-konservazzjoni tan-natura, il-forestrija, is-sajd (inkluża l-akkwakultura), l-industrija tal-lasktu, il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel, il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tal-ikel u x-xorb, u l-kummerċ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ materja prima agrikola, annimali ħajjin, prodotti tal-annimali, injam, ikel u xorb, u l-immaniġġar tal-iskart,
(iii) il-minjieri u l-barrieri, l-estrazzjoni, ir-raffinament, it-trasport u l-immaniġġar ta’ riżorsi minerali irrispettivament minn fejn jiġu estratti (inklużi żejt grezz, gass naturali, faħam, linjite, metalli u minerali tal-metall, kif ukoll il-minerali u l-prodotti tal-barrieri mhux metalliċi l-oħrajn kollha), il-manifattura ta’ prodotti tal-metall bażiċi, prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn u prodotti tal-metall fabbrikat (ħlief makkinarju u tagħmir), u n-negozju bl-ingrossa ta’ riżorsi minerali, prodotti minerali bażiċi u intermedji (inklużi metalli u minerali tal-metall, materjali tal-kostruzzjoni, fjuwils, sustanzi kimiċi u prodotti intermedji oħrajn), il-kostruzzjoni, is-settur tal-enerġija,
(iv) il-forniment ta’ servizzi finanzjarji, servizzi u attivitajiet ta’ investiment, u servizzi finanzjarji oħra;
(d) informazzjoni dwar kif għandha titwettaq id-diliġenza dovuta msaħħa u sensittiva għall-kunflitti fiż-żoni affettwati minn kunflitti;
(e) informazzjoni dwar kif għandhom jiġu kondiviżi r-riżorsi u l-informazzjoni fost il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u r-rimedju tal-impatti negattivi f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni;
(f) informazzjoni dwar kif għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs;
(g) informazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ notifiki u ta’ lmentar mhux ġudizzjarju;
(h) informazzjoni dwar id-diżimpenn responsabbli u valutazzjoni u elenkar dinamiku ta’ kuntesti meta l-impatti negattivi huma sponsorjati mill-Istat b’mod sistemiku;
(i) gwida prattika dwar kif jiġu identifikati u ssir komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati;
(j) informazzjoni dwar il-faċilitazzjoni mill-Istati Membri tal-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi u l-prevenzjoni tar-ritaljazzjoni tal-partijiet ikkonċernati affettwati;
(k) gwida prattika dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ prijoritizzazzjoni, inkluża gwida prattika dwar kif il-proporzjonalità u l-prijoritizzazzjoni, f’termini ta’ impatti, setturi u żoni ġeografiċi, jistgħu jiġu applikati għall-obbligi ta’ diliġenza dovuta skont id-daqs u s-settur tal-kumpanija;
(l) informazzjoni dwar prattiki ta’ akkwist responsabbli;
(m) informazzjoni dwar diliġenza dovuta reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u għall-kultura, u miżuri li l-kumpaniji għandhom jieħdu biex jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċaw is-sidien żgħar, inkluż l-aċċess għal introjtu li jiggarantixxi l-għajxien.
(n) informazzjoni dwar kif jiġi appoġġat il-ġbir parteċipatorju sikur ta’ data indipendenti dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem u danni ambjentali u dwar kif għandhom jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex id-data tiġi kkunsidrata;
(o) informazzjoni għall-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni tal-Unjoni biex tgħin il-fondi u l-krediti għall-esportazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri joperaw f’konformità mal-prinċipji ta’ din id-Direttiva.
1b. Il-linji gwida għandhom ikunu disponibbli mhux aktar tard minn ... [sena qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi għall-kumpaniji skont din id-Direttiva], f’format mingħajr ħlas u aċċessibbli faċilment, inkluż dak diġitali, u fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina perjodikament ir-rilevanza tal-linji gwida tagħha u tadattahom, inkluż għall-aħjar prattiki ġodda.
1c. L-iskedi informattivi tal-pajjiżi għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari mill-Kummissjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku sabiex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar il-Konvenzjonijiet u t-Trattati internazzjonali ratifikati minn kull wieħed mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tippubblika data kummerċjali u doganali dwar l-oriġini ta’ materja prima, u prodotti intermedji u lesti, u tippubblika informazzjoni dwar l-impatti negattivi potenzjali jew reali fuq id-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u l-governanza assoċjati ma’ xi pajjiżi jew reġjuni, setturi u sottosetturi, u prodotti.
Emenda 234 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom, sabiex jipprovdu informazzjoni u appoġġ lill-kumpaniji u lis-sħab li jkunustabbilew relazzjonijiet kummerċjali magħhom fil-ktajjen tal-valur tagħhom fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva, jistabbilixxu u joperaw siti web, pjattaformi jew portali ddedikati individwalment jew b’mod konġunt. F’dak ir-rigward, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika lill-SMEs li huma preżenti fil-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji.
1. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri u settijiet ta’ għodod, sabiex jipprovdu informazzjoni, pariri u appoġġ lill-kumpaniji u lis-sħab li għandhom relazzjonijiet kummerċjali magħhom fil-ktajjen tal-valur tagħhom fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva, u jistabbilixxu u joperaw siti web, pjattaformi jew portali faċli għall-utent u ddedikati individwalment jew b’mod konġunt. Tali informazzjoni, pariri u appoġġ għandhom ikunu prattiċi u mfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari, tal-SMEs. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkun disponibbli taħriġ dwar kif titwettaq id-diliġenza dovuta għall-kumpaniji. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u l-koerenza ma’ miżuri simili li diġà jeżistu, bħall-informazzjoni u l-promozzjoni pprovduti mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-OECD.
1a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi portal diġitali ddedikat għall-kumpaniji biex jaċċessaw mingħajr ħlas il-mudelli u l-informazzjoni kollha relatati mar-rekwiżiti ta’ rapportar kollha li jirriżultaw minn din id-Direttiva u strumenti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni speċifiċi għal kumpanija partikolari abbażi tad-daqs, is-settur, il-prodott u s-servizz tagħha, l-esponiment għar-riskju eċċ., kif ukoll l-aċċess għal informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament u offerti sabiex jimplimentaw, jissodisfaw u jagħmlu qligħ mill-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta.
1b. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni u appoġġ lill-partijiet ikkonċernati u lir-rappreżentanti tagħhom biex jeżerċitaw l-involviment tagħhom fid-diliġenza dovuta, għall-iżvilupp tal-kapaċità tagħhom, u jipprovdulhom informazzjoni u assistenza biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja. Dan għandu jinkludi konsulenza legali u l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ siti web, pjattaformi jew portali ddedikati b’mod individwali jew konġunt. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ finanzjarju lill-partijiet ikkonċernati għall-fini tas-sensibilizzazzjoni tagħhom u l-iffaċilitar tal-aċċess għad-drittijiet ipprovduti lilhom minn din id-Direttiva, kif ukoll appoġġ u protezzjoni għall-partijiet ikkonċernati affettwati fir-rigward tal-impatti negattivi potenzjali jew reali relatati mal-operazzjonijiet tan-negozju.
Emenda 237 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2
2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħujappoġġawfinanzjarjament lill-SMEs.
2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lill-SMEs, meta rilevanti.
Emenda 238 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni tista’ tikkomplementa l-miżuri ta’ appoġġ tal-Istati Membri li jibnu fuq azzjoni eżistenti tal-Unjoni sabiex jappoġġaw id-diliġenza dovuta fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi u tista’ tfassal miżuri ġodda, inkluż l-iffaċilitar ta’ inizjattivi konġunti ta’ partijiet ikkonċernati sabiex jgħinu lill-kumpaniji jissodisfaw l-obbligi tagħhom.
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi konsulenti għad-diliġenza dovuta taħt l-ambitu tan-Network Enterprise Europe u għandha, inkluż bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza, tikkomplementa l-miżuri ta’ appoġġ tal-Istati Membri li jibnu fuq azzjoni eżistenti tal-Unjoni sabiex jappoġġaw id-diliġenza dovuta fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi u tista’ tfassal miżuri ġodda, inkluż l-iffaċilitar ta’ inizjattivi konġunti ta’ partijiet ikkonċernati sabiex jgħinu lill-kumpaniji jissodisfaw l-obbligi tagħhom.
3a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrumenti ta’ kooperazzjoni u kummerċ tal-Unjoni jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ambjent abilitanti f’pajjiżi terzi, kif ukoll jiżviluppaw u jsaħħu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u sħubija ma’ pajjiżi terzi, u jibbażaw minn strumenti eżistenti, biex jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, u jibnu l-kapaċità tal-atturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li jirrispettaw l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 240 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 4
4. Il-kumpaniji jistgħu jiddependu fuq skemi tal-industrija u inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 5 sa 11 ta’ din id-Direttiva sal-punt li skemi u inizjattivi bħal dawn ikunu xierqa sabiex jappoġġaw it-twettiq ta’ dawk l-obbligi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw it-tixrid ta’ informazzjoni dwar skemi jew inizjattivi bħal dawn u l-eżitu tagħhom. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tista’ toħroġ gwida għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-iskemi tal-industrija u tal-inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 18, 19 u 22, il-kumpaniji jistgħu jipparteċipaw f’inizjattivi tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ aspetti tal-obbligi tad-diliġenza dovuta tagħhom imsemmija fl-Artikoli 5 sa 11 ta’ din id-Direttiva sal-punt li inizjattivi bħal dawn ikunu xierqa sabiex jappoġġaw it-twettiq tal-obbligi rilevanti. Dawn jistgħu jkunu partikolarment xierqa biex jappoġġaw l-identifikazzjoni tar-riskju fis-settur kollu, jipprovdu għodod għall-mitigazzjoni ta’ riskji speċifiċi, jikkoordinaw l-użu tal-ingranaġġ tal-kumpaniji biex jippermettu r-rimedju, u jipprovdu aċċess għal mekkaniżmu ta’ lmentar. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, l-OECD, l-OHCHR u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha:
Emenda 241 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a (ġdid)
(a) toħroġ gwida u metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, għall-allinjament ma’ din id-Direttiva, u għall-kredibbiltà inkluż fir-rigward tat-trasparenza, il-governanza, il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u l-obbligu ta’ rendikont tal-kumpaniji parteċipanti, ta’ inizjattivi individwali tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati, li jibnu fuq il-metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-allinjament tal-OECD;
Emenda 242 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt b (ġdid)
(b) tistabbilixxi pjattaforma diġitali ċentralizzata u pubblika għall-kumpaniji, il-gvernijiet u partijiet ikkonċernati oħra biex jaċċessaw mingħajr ħlas valutazzjonijiet indipendenti minn partijiet terzi tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-allinjament, u l-kredibbiltà ta’ inizjattivi individwali tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati bl-użu tal-metodoloġija żviluppata mill-Kummissjoni skont il-punt (a). Jistgħu jitwettqu valutazzjonijiet indipendenti minn partijiet terzi mill-Istati Membri, l-OECD jew minn assessuri indipendenti oħra minn partijiet terzi;
Emenda 243 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt c (ġdid)
(c) tiffaċilita t-tixrid ta’ informazzjoni rilevanti oħra dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, l-allinjament u l-kredibbiltà tal-inizjattivi tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati u l-eżiti tagħhom. L-Istati Membri għandhom irawmu l-iżvilupp ta’ inizjattivi xierqa tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati biex jappoġġaw lill-kumpaniji f’setturi partikolari jew dwar kwistjonijiet partikolari li jinvolvu riskji serji għas-sostenibbiltà iżda li ma jkollhomx inizjattivi bħal dawn.
4a. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 18, 19 u 22, il-kumpaniji jistgħu jużaw verifika indipendenti minn parti terza biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ aspetti tal-obbligi tad-diliġenza dovuta tagħhom imsemmija fl-Artikoli 5 sa 11 ta’ din id-Direttiva sa fejn tali verifika tkun xierqa biex tappoġġa t-twettiq tal-obbligi rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 28 biex tispeċifika l-istandards minimi, inklużi standards ta’ trasparenza, għall-verifika indipendenti minn parti terza.
4b. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti jistgħu jissottomettu notifiki u lmenti skont l-Artikolu 9 permezz ta’ inizjattivi tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati li l-kumpanija tipparteċipa fihom.
Emenda 246 Proposta għal direttiva Artikolu 14a (ġdid)
Artikolu 14a
Helpdesk uniku
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar helpdesk nazzjonali wieħed jew aktar dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva. L-Istati Membri jistgħu jassenjaw dan ir-rwol lil awtorità eżistenti bħal Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali fejn jeżistu iżda għandhom jiżguraw li l-helpdesks uniċi jkunu funzjonalment indipendenti mill-kompiti u r-rwol tal-awtoritajiet superviżorji.
2. Il-kumpaniji jistgħu jfittxu gwida addizzjonali u jiksbu aktar appoġġ u informazzjoni dwar kif l-aħjar jissodisfaw l-obbligi tad-diliġenza dovuta tagħhom permezz ta’ dan il-punt ta’ kuntatt, inkluż dwar ir-rwol tal-industrija kollaborattiva u l-inizjattivi ta’ diversi partijiet ikkonċernati fl-appoġġ u l-assistenza lill-kumpaniji biex jissodisfaw aspetti speċifiċi tal-obbligi tad-diliġenza dovuta tagħhom.
3. Il-helpdesks uniċi jistgħu wkoll jikkomunikaw ma’ xulxin biex jiżguraw kooperazzjoni transfruntiera, u, meta rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-helpdesks uniċi jikkoordinaw ma’ korpi ta’ implimentazzjoni oħra jew ma’ strumenti internazzjonali rilevanti oħra, bħall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-OECD.
Emenda 247 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), u l-punt (a) tal-Artikolu 2(2) għandhom jadottaw pjan sabiex jiżguraw li l-mudell kummerċjali u l-istrateġija tal-kumpanija jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. Dan il-pjan għandu, b’mod partikolari, jidentifika, abbażi ta’ informazzjoni raġonevolment disponibbli għall-kumpanija, sa liema punt it-tibdil fil-klima huwa riskju għall-operazzjonijiet tal-kumpanija jew impatt tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2 jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ tranżizzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar fl-Artikolu 19a tar-Regolament (UE) 2021/0104 (CSRD), sabiex jiżguraw li l-mudell kummerċjali u l-istrateġija tal-kumpanija jkunu allinjati mal-objettivi tat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5°C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni, inkluż il-mira tan-newtralità klimatika tal-2050 u l-mira klimatika tal-2030. Dan il-pjan għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:
Emenda 248 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
(a) ir-reżiljenza tal-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija għal riskji relatati ma’ kwistjonijiet klimatiċi;
Emenda 249 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
(b) l-opportunitajiet għall-kumpanija relatati ma’ kwistjonijiet klimatiċi;
Emenda 250 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)
(c) meta xieraq, identifikazzjoni u spjegazzjoni tal-ixpruni tad-dekarbonizzazzjoni fi ħdan l-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-kumpanija, inkluż l-iskopertura tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-faħam, iż-żejt u l-gass, kif imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 19a(2), u l-punt (a)(iii) tal-Artikolu 29a(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;
Emenda 251 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)
(d) kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija jqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati milquta tal-kumpanija u tal-impatti tal-kumpanija fuq it-tibdil fil-klima;
Emenda 252 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt e (ġdid)
(e) kif l-istrateġija tal-kumpanija ġiet implimentata u kif se tiġi implimentata fir-rigward tal-kwistjonijiet klimatiċi, inklużi pjanijiet finanzjarji u ta’ investiment relatati;
Emenda 253 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt f (ġdid)
(f) il-miri marbuta mal-ħin, relatati mat-tibdil fil-klima stabbiliti mill-kumpanija għall-kamp ta’ applikazzjoni 1, 2 u, meta rilevanti, 3 tal-emissjonijiet, inklużi meta xieraq, il-miri assoluti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-gassijiet serra għall-2030 u fi stadji ta’ ħames snin sal-2050 ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva, u deskrizzjoni tal-progress li l-kumpanija għamlet sabiex tilħaq dawn il-miri;
Emenda 254 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt g (ġdid)
(g) deskrizzjoni tar-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet klimatiċi.
Emenda 255 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’każ li t-tibdil fil-klima jiġi jew kellu jiġi identifikat bħala riskju prinċipali għall-operazzjonijiet tal-kumpanija jew impatt prinċipali tagħhom, il-kumpanija tinkludi objettivi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fil-pjan tagħha.
imħassar
Emenda 256 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jqisu kif xieraq l-issodisfar tal-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta jistabbilixxu rimunerazzjoni varjabbli, jekk rimunerazzjoni varjabbli tkun marbuta mal-kontribuzzjoni ta’ direttur għall-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u l-interessi u s-sostenibbiltà fit-tul.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-diretturi jkunu responsabbli għas-sorveljanza tal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u li l-kumpaniji b’aktar minn 1000 impjegat bħala medja jkollhom politika rilevanti u effettiva stabbilita biex jiżguraw li parti minn kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli għad-diretturi tkun marbuta mal-pjan ta’ tranżizzjoni tal-kumpanija msemmi f’dan l-Artikolu. Tali politika għandha tiġi approvata mil-Laqgħa Ġenerali Annwali.
Emenda 257 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità superviżorja waħda jew aktar biex tissorvelja l-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 6 sa 11 u l-Artikolu 15(1) u (2) (“awtorità superviżorja”).
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità superviżorja waħda jew aktar biex tissorvelja l-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva (“awtorità superviżorja”).
Emenda 258 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 6
6. Sad-data indikata fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1), l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet superviżorji maħtura skont dan l-Artikolu, kif ukoll bil-kompetenza rispettiva tagħhom meta jkun hemm diversi awtoritajiet superviżorji maħtura. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla dwar dan.
6. Sad-data indikata fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1), l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet superviżorji u, meta applikabbli, il-kompetenzi rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet, maħtura skont dan l-Artikolu, kif ukoll bil-kompetenza rispettiva tagħhom meta jkun hemm diversi awtoritajiet superviżorji maħtura. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla dwar dan.
Emenda 259 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż fuq is-sit web tagħha, lista tal-awtoritajiet superviżorji. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment il-lista abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri.
7. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż fuq is-sit web tagħha, lista tal-awtoritajiet superviżorji, u, meta Stat Membru jkollu diversi awtoritajiet superviżorji, il-kompetenzi rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment il-lista abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri.
Emenda 260 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 8
8. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji u għandhom jiżguraw li huma, u l-persuni kollha li jaħdmu għalihom jew li ħadmu għalihom u l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isimhom, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u bir-rispett dovut għall-obbligi tas-segretezza professjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tkun legalment u funzjonalment indipendenti mill-kumpaniji koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn interessi oħra tas-suq, li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jkunu ħielsa minn kunflitti ta’ interess, soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità, u li jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom.
8. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji u jiżguraw li huma, u l-persuni kollha li jaħdmu għalihom jew li ħadmu għalihom u l-persuni li jaġixxu f’isimhom, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u bir-rispett dovut għall-obbligi tas-segretezza professjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tkun legalment u funzjonalment indipendenti mill-kumpaniji koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn interessi oħra tas-suq, li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jkunu ħielsa minn kunflitti ta’ interess, soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità, u li jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom.
8a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jippubblikaw u jagħmlu disponibbli fuq sit web rapport annwali li jagħti dettalji dwar l-attivitajiet, il-pjan ta’ ħidma u l-prijoritajiet futuri tagħhom, u l-aktar kwistjonijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità.
8b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jirrikonoxxu r-rwol tal-korpi ta’ implimentazzjoni ta’ strumenti internazzjonali rilevanti oħra, bħall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-OECD. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-korpi internazzjonali rilevanti, tista’ tiżviluppa linji gwida dwar il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u tali korpi ta’ implimentazzjoni.
Emenda 263 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom setgħat u riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom skont din id-Direttiva, inkluża s-setgħa li jitolbu informazzjoni u jwettqu investigazzjonijiet relatati mal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkunu indipendenti u imparzjali u jkollhom setgħat, riżorsi u għarfien espert adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom skont din id-Direttiva, inkluża s-setgħa li jirrikjedu lill-kumpaniji jipprovdu informazzjoni u jwettqu investigazzjonijiet, li jistgħu jinkludu meta xieraq spezzjonijiet fuq il-post u s-smigħ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, relatati mal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.
It-teħid ta’ azzjoni ta’ rimedju ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew l-iskattar ta’ responsabbiltà ċivili f’każ ta’ danni, f’konformità mal-Artikoli 20 u 22, rispettivament.
It-teħid ta’ azzjoni ta’ rimedju ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew l-iskattar ta’ responsabbiltà ċivili inkluż f’każ ta’ danni, inkluż f’konformità mal-Artikoli 20 u 22, rispettivament.
Emenda 265 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 5– punt b
(b) li jimponu sanzjonijiet pekunarji skont l-Artikolu 20;
(b) li jimponu sanzjonijiet skont l-Artikolu 20;
Emenda 266 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 5 – punt c
(c) li jadottaw miżuri interim biex jiġi evitat ir-riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli.
(c) li jadottaw miżuri interim biex jiġi evitat ir-riskju ta’ dannu gravi jew irreparabbli;
Emenda 267 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)
(ca) li jivvalutaw il-validità tal-istrateġiji ta’ prijoritizzazzjoni kif previst skont l-Artikolu 8b u jordnaw rieżami jekk ir-rekwiżiti għal tali strateġiji ma jkunux ġew issodisfati.
Emenda 268 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 7
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti minn awtorità superviżorja dwarhom.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti minn awtorità superviżorja dwarhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Istati Membri dwar id-dritt tal-kumpaniji għal appell fil-qorti u salvagwardji rilevanti oħra.
7a. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment lista tal-kumpaniji kollha soġġetti għal din id-Direttiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, mingħajr ma jkun fiha l-ebda data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-listi ta’ kumpaniji soġġetti għal din id-Direttiva għandhom juru konnessjonijiet għall-aċċess tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta tal-kumpaniji meta applikabbli.
7b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jżommu rekords tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u jindikaw b’mod partikolari n-natura u r-riżultat tagħhom, kif ukoll ir-rekord ta’ kwalunkwe notifika ta’ azzjonijiet ta’ rimedju ppubblikata skont il-paragrafu 5.
7c. Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji dwar il-konformità ta’ kumpanija ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tal-kumpanija skont l-Artikolu 22. Fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ responsabbiltà ċivili li għaddejjin u fuq talba ta’ qorti, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar kumpanija partikolari mal-qorti li quddiemha għandhom jinstemgħu l-proċedimenti mressqa skont l-Artikolu 22.
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-persuni li jippreżentaw tħassib sostanzjat jitolbu hekk, l-awtorità superviżorja tieħu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni xierqa tal-identità ta’ dik il-persuna u l-informazzjoni personali tagħha, li, jekk tiġi żvelata, tkun ta’ ħsara għal dik il-persuna.
Emenda 273 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 2
2. Meta t-tħassib sostanzjat jaqa’ taħt il-kompetenza ta’ awtorità superviżorja oħra, l-awtorità li tirċievi t-tħassib għandha tibagħtu lil dik l-awtorità.
2. Meta t-tħassib sostanzjat jaqa’ taħt il-kompetenza ta’ awtorità superviżorja oħra, l-awtorità li tirċievi t-tħassib għandha tibagħtu lil dik l-awtorità u tinforma lill-persuna li tkun ippreżentat tħassib sostanzjat kif previst fil-paragrafu 1.
Emenda 274 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw it-tħassib sostanzjat u, meta jkun xieraq, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 18.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw it-tħassib sostanzjat u, meta jkun xieraq, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 18 f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
Emenda 275 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 4
4. L-awtorità superviżorja għandha, mill-aktar fis possibbli u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, tinforma lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 bir-riżultat tal-valutazzjoni tat-tħassib sostanzjat tagħha u għandha tipprovdi r-raġunament għaliha.
4. L-awtorità superviżorja għandha, mill-aktar fis possibbli u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, tinforma lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 bir-riżultat tal-valutazzjoni tat-tħassib sostanzjat tagħha bid-deċiżjoni tagħha li tilqa’ jew tirrifjuta t-talba għal azzjoni, u għandha tipprovdi r-raġunament għaliha, u deskrizzjoni tal-passi u l-miżuri ulterjuri li se tieħu. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jippermettu li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali mill-persuna li tkun ippreżentat it-tħassib.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jistabbilixxu kanali aċċessibbli faċilment biex jirċievu tħassib. Il-proċeduri biex jiġi ppreżentat tħassib sostanzjat għandhom ikunu ġusti, ekwi, f’waqthom u mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika ssir disponibbli għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ta’ rimedju ġudizzjarju.
Emenda 277 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jippreżentaw it-tħassib sostanzjat skont dan l-Artikolu u li jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, interess leġittimu fil-kwistjoni, ikollhom aċċess għal qorti jew għal korp pubbliku indipendenti u imparzjali ieħor kompetenti biex jirrevedi l-legalità proċedurali u sostantiva tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tan-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtorità superviżorja.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jippreżentaw it-tħassib sostanzjat skont dan l-Artikolu jkollhom aċċess għal qorti jew għal korp pubbliku indipendenti u imparzjali ieħor kompetenti biex jirrevedi l-legalità proċedurali u sostantiva tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tan-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtorità superviżorja.
Emenda 278 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2
2. Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet u, jekk iva, fid-determinazzjoni tan-natura u tal-livell xieraq tagħhom, għandhom jitqiesu l-isforzi tal-kumpanija biex tikkonforma ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa minnhom minn awtorità superviżorja, kwalunkwe investiment li jkun sar u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut skont l-Artikoli 7 u 8, kif ukoll kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fil-ktajjen tal-valur tagħha, skont il-każ.
2. Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet u, jekk iva, fid-determinazzjoni tan-natura u tal-livell xieraq tagħhom, għandhom jitqiesu:
Emenda 279 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)
(a) l-isforzi tal-kumpanija biex tikkonforma ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa minnhom minn awtorità superviżorja;
Emenda 280 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt b (ġdid)
(b) kwalunkwe investiment li jkun sar u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut skont l-Artikoli 7 u 8;
Emenda 281 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt c (ġdid)
(c) kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fil-ktajjen tal-valur tagħha;
Emenda 282 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt d (ġdid)
(d) is-serjetà u t-tul ta’ żmien tal-ksur tal-kumpanija, jew is-severità tal-impatti li jkunu seħħew;
Emenda 283 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt e (ġdid)
(e) il-punt sa fejn id-deċiżjonijiet ta’ prijoritizzazzjoni kienu raġonevoli, kredibbli u meħuda in bona fede;
Emenda 284 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt f (ġdid)
(f) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kumpanija tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva;
Emenda 285 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt g (ġdid)
(g) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kumpanija minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
Emenda 286 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt h (ġdid)
(h) il-penali imposti fir-rigward ta’ ksur simili fi Stati Membri oħra;
Emenda 287 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt i (ġdid)
(i) jekk il-kumpanija tkunx ittrattat b’mod effettiv l-ilmenti jew il-proposti mqajma minn persuni jew partijiet ikkonċernati affettwati, inkluż f’konformità mal-Artikolu 9;
Emenda 288 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt j (ġdid)
(j) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
2a. Mill-inqas għandhom jiġu previsti l-miżuri u s-sanzjonijiet li ġejjin:
(a) sanzjonijiet pekunarji;
(b) stqarrija pubblika li tindika kumpanija hija responsabbli u n-natura tal-ksur;
(c) l-obbligu li titwettaq azzjoni, inkluż biex twaqqaf il-kondotta li tikkostitwixxi ksur u li ma jkun hemm l-ebda ripetizzjoni ta’ dik il-kondotta;
(d) is-sospensjoni tal-prodotti miċ-ċirkolazzjoni libera jew mill-esportazzjoni.
Emenda 290 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 3
3. Meta jiġu imposti sanzjonijiet pekunarji, dawn għandhom ikunu bbażati fuq il-fatturat tal-kumpanija.
3. Meta jiġu imposti sanzjonijiet pekunarji, dawn għandhom ikunu bbażati fuq il-fatturat nett dinji tal-kumpanija. Il-limitu massimu ta’ sanzjonijiet pekunarji ma għandux ikun inqas minn 5 % tal-fatturat nett dinji tal-kumpanija fis-sena kummerċjali ta’ qabel id-deċiżjoni dwar il-multi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b) u fl-Artikolu 2(2), il-punt (b), is-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji jiġu kkalkulati filwaqt li jitqies il-fatturat konsolidat irrapportat minn dik il-kumpanija.
3a. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli sabiex il-kumpaniji li jiġu ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 2(2) jiġu esklużi mill-proċessi tal-akkwist pubbliku jekk jonqsu milli jaħtru rappreżentant awtorizzat skont l-Artikolu 16.
Emenda 293 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji li jkun fiha sanzjonijiet relatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu rekord tas-sanzjonijiet li jkunu ġew imposti u jiżguraw li tiġi ppubblikata kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji li jkun fiha sanzjonijiet relatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Id-deċiżjoni ppubblikata ma għandu jkun fiha l-ebda data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji, magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji. In-Network għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji u l-koordinazzjoni u l-allinjament ta’ prattiki regolatorji, investigattivi, ta’ sanzjonar u superviżorji tal-awtoritajiet superviżorji u, kif xieraq, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejniethom.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji, magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji. In-Network għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji u l-koordinazzjoni u l-allinjament ta’ prattiki regolatorji, investigattivi, ta’ sanzjonar u superviżorji tal-awtoritajiet superviżorji u, kif xieraq, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejniethom, kif ukoll jiżgura komunikazzjoni pubblika regolari dwar l-attivitajiet tan-Network.
Il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-aġenziji tal-Unjoni b’għarfien espert rilevanti fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva biex jissieħbu fin-Network Ewropew tal-Awtoritajiet Superviżorji.
Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-aġenziji tal-Unjoni b’għarfien espert rilevanti fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva biex jissieħbu fin-Network Ewropew tal-Awtoritajiet Superviżorji.
2a. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw man-Network sabiex jidentifikaw il-kumpaniji fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi vvalutat jekk kumpanija mhux Ewropea tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2.
8a. In-Network Ewropew tal-Awtoritajiet Superviżorji għandu jippubblika reġistru tal-kumpaniji mhux tal-UE u l-konformità tagħhom.
Emenda 298 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a
(a) ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 u;
(a) ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva u;
Emenda 299 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b
(b) b’riżultat ta’ dan in-nuqqas, ikun seħħ impatt negattiv li kellu jiġi identifikat, evitat, imnaqqas, miġjub fi tmiemu jew li l-firxa tiegħu kellha tiġi mminimizzata permezz tal-miżuri xierqa stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 u dan wassal għal dannu.
(b) b’riżultat ta’ dan in-nuqqas, il-kumpanija kkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv reali li kellu jiġi identifikat, prijoritizzat, evitat, imnaqqas, miġjub fi tmiemu, rimedjat jew li l-firxa tiegħu kellha tiġi mminimizzata permezz tal-miżuri xierqa stabbiliti f’din id-Direttiva u dan wassal għal dannu.
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kumpanija tkun ħadet l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2), u l-Artikolu 7(4), jew fil-punt (c) tal-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 8(5), hija ma għandhiex tkun responsabbli għad-danni kkawżati minn impatt negattiv li jirriżulta mill-attivitajiet ta’ sieħeb indirett li jkollha relazzjoni kummerċjali stabbilita miegħu, sakemm ma kienx raġonevoli, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, li wieħed jistenna li l-azzjoni fil-fatt tkun ittieħdet, inkluż fir-rigward tal-verifika tal-konformità, tkun adegwata sabiex tipprevjeni, tnaqqas, iġġib fi tmiemha jew timminimizza l-firxa tal-impatt negattiv.
Fil-valutazzjoni tal-eżistenza u tal-firxa tar-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, għandhom jitqiesul-isforzi tal-kumpanija, sa fejn dawn ikunu relatati direttament mad-dannu inkwistjoni, biex tikkonforma ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa mingħandhom minn awtorità superviżorja, kwalunkwe investiment li jsir u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut skont l-Artikoli 7 u 8, kif ukoll kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra sabiex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fil-ktajjen tal-valur tagħha.
Fil-valutazzjoni tal-eżistenza u tal-firxa tar-responsabbiltà, għandha titqiesb’mod xieraq il-firxa tal-isforzi tal-kumpanija, sa fejn dawn ikunu relatati direttament mad-dannu inkwistjoni, biex tittieħed azzjoni ta’ rimedju, inkluż dik meħtieġa mingħandhom minn awtorità superviżorja, kwalunkwe investiment li jsir u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut skont l-Artikoli 7 u 8, kif ukoll kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra u partijiet ikkonċernati affettwati sabiex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fil-ktajjen tal-valur tagħha.
(a) il-perjodu ta’ preskrizzjoni għat-tressiq ta’ azzjonijiet għad-danni huwa ta’ mill-inqas għaxar snin u hemm stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat li l-ispejjeż tal-proċedimenti ma jkunux għaljin b’mod projbittiv għar-rikorrenti biex ifittxu ġustizzja;
(b) ir-rikorrenti jistgħu jfittxu miżuri inġuntivi, inklużi proċedimenti sommarji. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ miżura definittiva jew provviżorja biex titwaqqaf azzjoni li tista’ tkun bi ksur ta’ din id-Direttiva, jew biex tintlaħaq konformità ma’ miżura skont din id-Direttiva;
(c) ikun hemm stabbiliti miżuri li jiżguraw li t-trade unions awtorizzati, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew atturi rilevanti oħra li jaġixxu fl-interess pubbliku jkunu jistgħu jressqu azzjonijiet quddiem qorti f’isem vittma jew grupp ta’ vittmi ta’ impatti negattivi, u li dawn l-entitajiet ikollhom id-drittijiet u l-obbligi ta’ parti rikorrenti fil-proċedimenti, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali eżistenti;
(d) meta jitressaq ilment, li rikorrent jipprovdi elementi li jissostanzjaw il-probabbiltà tar-responsabbiltà ta’ kumpanija skont din id-Direttiva u jkun indika li evidenza addizzjonali tinsab taħt il-kontroll tal-kumpanija, il-qrati jistgħu jordnaw li tali evidenza tiġi żvelata mill-kumpanija f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, soġġetta għar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità u l-proporzjonalità.
2b. Il-kumpaniji li pparteċipaw f’inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati, inizjattivi b’diversi partijiet ikkonċernati, jew li użaw verifiki minn partijiet terzi jew klawżoli kuntrattwali biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta tagħhom xorta jistgħu jinżammu responsabbli f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Emenda 304 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 3
3. Ir-responsabbiltà ċivili ta’ kumpanija għad-danni li jinħolqu skont din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tas-sussidjarji tagħha jew ta’ kwalunkwe sieħeb kummerċjali dirett u indirett fil-katina tal-valur.
3. Ir-responsabbiltà ċivili ta’ kumpanija għad-danni li jinħolqu skont din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tas-sussidjarji tagħha jew ta’ kwalunkwe sieħeb kummerċjali dirett u indirett fil-katina tal-valur. F’każijiet bħal meta sussidjarja tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tkun ġiet xolta mill-kumpanija omm jew tkun xoljiet lilha nnifisha b’mod intenzjonat sabiex tevita r-responsabbiltà, ir-responsabbiltà tista’ tiġi imputata lill-kumpanija omm f’każ li ma jkun hemm l-ebda suċċessur legali.
Emenda 305 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 4
4. Ir-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili skont din id-Direttiva għandhomikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili relatati mal-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem jew mal-impatti ambjentali negattivi li jipprevedu responsabbiltà f’sitwazzjonijiet mhux koperti minn din id-Direttiva jew li jipprevedu responsabbiltà aktar stretta minnha.
4. Ir-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili skont din id-Direttiva ma għandhomx jillimitaw ir-responsabbiltà tal-kumpaniji skont is-sistemi legali tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum.
Emenda 306 Proposta għal direttiva Artikolu 24 – titolu
Appoġġ pubbliku
Appoġġ pubbliku, akkwist pubbliku u konċessjonijiet pubbliċi
Emenda 307 Proposta għal direttiva Artikolu 24 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li japplikaw għall-appoġġ pubbliku jiċċertifikaw li ma ġiet imposta l-ebda sanzjoni fuqhom minħabba nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konformità (jew nuqqas tiegħu) mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva jew l-implimentazzjoni volontarja tagħhom tikkwalifika bħala wieħed mill-aspetti ambjentali u soċjali li għandhom jitqiesu f’konformità mar-regoli applikabbli għall-għoti ta’ appoġġ pubbliku jew l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet.
Emendi 391 u 405 Proposta għal direttiva Artikolu 26
Artikolu 26
imħassar
Stabbiliment u sorveljanza tad-diliġenza dovuta
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-diretturi tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1) ikunu responsabbli biex jistabbilixxu u jissorveljaw l-azzjonijiet ta’ diliġenza dovuta msemmija fl-Artikolu 4 u b’mod partikolari l-politika ta’ diliġenza dovuta msemmija fl-Artikolu 5, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kontribut rilevanti mill-partijiet ikkonċernati u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Id-diretturi għandhom jirrapportaw lill-bord tad-diretturi f’dak ir-rigward.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-diretturi jieħdu passi sabiex jadattaw l-istrateġija korporattiva biex iqisu l-impatti negattivi reali u potenzjali identifikati skont l-Artikolu 6 u kwalunkwe miżura meħuda skont l-Artikoli 7 sa 9.
Emenda 308 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 14(4a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.
Emenda 309 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 11 jew fl-Artikolu 14(4a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 310 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 6
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’ [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 11 jew l-Artikolu 14 (4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’ [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 311 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – titolu
Stħarriġ
Stħarriġ u rapportar
Emenda 312 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Mhux aktar tard minn …[UP jekk jogħġbok daħħal id-data = 7 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jevalwa l-effettività ta’ din id-Direttiva fl-ilħuq tal-objettivi tagħha u jivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin:
1. Mhux aktar tard minn …[UP jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jevalwa l-effettività ta’ din id-Direttiva fl-ilħuq tal-objettivi tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-effettività tagħha fil-prevenzjoni tal-impatti negattivi potenzjali, biex itemmu l-impatti negattivi reali jew jimminimizzaw il-firxa tagħhom globalment, toħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet u għandha tkun akkumpanjata, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapportgħandu jivvaluta b’mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:
Emenda 313 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
(-a) l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-SMEs, akkumpanjat minn kont u valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri u l-għodod differenti għall-appoġġ ipprovduti lill-SMEs mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri;
Emenda 314 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid)
(-aa) valutazzjoni tal-għadd ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju li japplikaw b’mod volontarju s-sostenibbiltà korporattiva u d-diliġenza dovuta f’konformità ma’ din id-Direttiva;
Emenda 315 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt -ab (ġdid)
(-ab) l-effettività ta’ din id-Direttiva fl-ilħuq tal-objettivi tagħha, inklużi l-ispejjeż indiretti assoċjati u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha kif ukoll l-effetti fuq il-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea;
Emenda 316 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt a
(a) jekk il-limiti rigward l-għadd ta’ impjegati u l-fatturat nett stabbiliti fl-Artikolu 2(1) għandhomx jitnaqqsu;
(a) jekk il-limiti rigward l-għadd ta’ impjegati u l-fatturat nett stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhomx jitnaqqsu, b’mod partikolari għal ċerti setturi, jekk il-modalitajiet għall-kalkolu tal-livelli limitu humiex xierqa u jekk hemmx bżonn li jingħalqu lakuni sinifikanti biex id-Direttiva tapplika għall-forom legali rilevanti kollha ta’ operaturi ekonomiċi u strutturi korporattivi kumplessi;
Emenda 317 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ infurzar stabbiliti fil-livell nazzjonali u tas-sanzjonijiet u tal-proċeduri għar-responsabbiltà ċivili b’mod partikolari;
Emenda 318 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) il-konverġenza u d-diverġenza bejn il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva;
Emenda 319 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b
(b) jekk il-lista tas-setturi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) jeħtieġx li tinbidel, inkluż sabiex tiġi allinjata mal-gwida mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi;
imħassar
Emenda 320 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt c
(c) jekk l-Anness jeħtieġx li jiġi modifikat, inkluż fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali;
imħassar
Emenda 321 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt d
(d) jekk jenħtieġx li l-Artikoli 4 sa 14 jiġu estiżi għal impatti klimatiċi negattivi.
(d) jekk jenħtieġx li l-Artikoli 4 sa 14 jiġu estiżi għal impatti negattivi addizzjonali, b’mod partikolari biex jinkludu wkoll impatti negattivi fuq il-governanza tajba.
Emenda 322 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) jekk pjan ta’ sostenibbiltà wiesa’ li jindirizza impatti ambjentali oħrajn minbarra dawk klimatiċi, għandux jiġi żviluppat;
Emenda 323 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db) jekk id-definizzjoni ta’ “katina tal-valur” fir-rigward ta’ impriżi finanzjarji regolati għandhiex tiġi estiża għal firxa usa’ ta’ kumpaniji;
1a. Il-Kummissjoni għandha tibda u tikkoordina valutazzjoni annwali fl-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kumpaniji għax-xenarji negattivi relatati mal-ktajjen tal-valur tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi din il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 325 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet kif ġej:
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn… [ĠU għandu jiddaħħal: 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1) li kellhom medja ta’ aktar minn 1000 impjegat u kellhom fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-aħħar sena finanzjarja, jew kienu l-kumpanija omm apikali ta’ grupp b’tali għadd ta’ impjegati u li ġġeneraw tali fatturat, u l-Artikolu 2(2) li ġġenera fatturat nett ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, jew kienu l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li jiġġenera tali fatturat.
Humagħandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn… [ĠU: daħħal id-data4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), li kellhom medja ta’ aktar minn 500 impjegat u li kellhom fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-aħħar sena finanzjarja, jew li kienu l-kumpanija omm apikali ta’ grupp b’tali għadd ta’ impjegati u li ġġeneraw tali fatturat.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn… [ĠU: daħħal id-data 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), li kellhom medja ta’ aktar minn 250 impjegat u kellhom fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 40 miljun, u l-Artikolu 2(2) li ġġenera fatturat nett ta’ aktar minn EUR 40 miljun fl-Unjoni u EUR 150 miljun madwar id-dinja fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja jew li kienu l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li jiġġenera tali fatturat.
B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), li kellhom medja ta’ aktar minn 250 impjegat u kellhom fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 40 miljun iżda mhux aktar minn EUR 150 miljun fl-aħħar sena finanzjarja jistgħu jiddeċiedu li ma jissodisfawx l-obbligi skont din id-Direttiva sa [ĠU: daħħal id-data 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. F’każijiet bħal dawn, il-kumpanija għandha tinnotifika lill-awtorità superviżorja, filwaqt li tipprovdi dikjarazzjoni qasira dwar għaliex huwa l-każ.
Emenda 326 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a) minn... [ĠU biex daħħal: sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), punt (a), u l-Artikolu 2(2), punt (a);
imħassar
Emenda 327 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) minn... [ĠU biex daħħal: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), punt (b) u l-Artikolu 2(2), punt (b).
imħassar
Emenda 328 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – titolu
1. Ksur tad-drittijiet u projbizzjonijiet inklużi fil-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem
1. Drittijiet u projbizzjonijiet inklużi fil-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem
Emenda 329 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 1
1. Ksur tad-dritt tal-poplu li jiddisponi mir-riżorsi naturali ta’ art u li ma jiġix imċaħħad minn mezzi ta’ sussistenza skont l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
1. Id-dritt tal-poplu li jiddisponi mir-riżorsi naturali ta’ art u li ma jiġix imċaħħad minn mezzi ta’ sussistenza skont l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
Emenda 330 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 2
2. Ksur tad-dritt għall-ħajja u s-sigurtà skont l-Artikolu 3 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
2. Id-dritt għall-ħajja u s-sigurtà skont l-Artikolu 3 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 331 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 3
3. Ksur tal-projbizzjoni tat-tortura, trattament krudili, inuman jew degradanti skont l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
3. Il-projbizzjoni tat-tortura, trattament krudili, inuman jew degradanti skont l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 332 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 4
4. Ksur tad-dritt għal-libertà u għas-sigurtà skont l-Artikolu 9 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
4. Id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà skont l-Artikolu 9 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 333 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 5
5. Ksur tal-projbizzjoni ta’ interferenza arbitrarja jew illegali fil-privatezza, il-familja, id-dar jew il-korrispondenza ta’ persuna u attakki fuq ir-reputazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
5. Il-projbizzjoni ta’ interferenza arbitrarja jew illegali fil-privatezza, il-familja, id-dar jew il-korrispondenza ta’ persuna u attakki fuq ir-reputazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 334 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 6
6. Ksur tal-projbizzjoni tal-interferenza mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon skont l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
6. Il-projbizzjoni tal-interferenza mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon skont l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 335 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 7
7. Ksur tad-dritt li wieħed igawdi minn kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u favorevoli inklużi paga ġusta, għajxien deċenti, kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u limitazzjoni raġonevoli tas-sigħat tax-xogħol skont l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
7. Id-dritt li wieħed igawdi minn kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u favorevoli inklużi rimunerazzjoni li tipprovdi għal għajxien deċenti, kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u limitazzjoni raġonevoli tas-sigħat tax-xogħol. Dan jinkludi kemm id-dritt għal paga li tiggarantixxi l-għajxien għall-impjegati kif ukoll id-dritt għal introjtu li jiggarantixxi l-għajxien għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u għas-sidien żgħar skont l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Artikolu 23(3) tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 336 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 7a (ġdid)
7a. Id-dritt ta’ kulħadd għal standard tal-għajxien adegwat għalih innifsu u għall-familja tiegħu, inkluż ikel, ħwejjeġ u akkomodazzjoni adegwati, u għal titjib kontinwu tal-kundizzjonijiet tal-għajxien f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
Emenda 337 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 8
8. Ksur tal-projbizzjoni li jiġi ristrett l-aċċess tal-ħaddiema għal akkomodazzjoni adegwata, jekk il-forza tax-xogħol tkun akkomodata f’akkomodazzjoni pprovduta mill-kumpanija, u li jiġi ristrett l-aċċess tal-ħaddiema għal ikel, ħwejjeġ u ilma u sanitazzjoni adegwati fil-post tax-xogħol skont l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
8. Il-projbizzjoni li jiġi ristrett l-aċċess tal-ħaddiema għal akkomodazzjoni adegwata, jekk il-forza tax-xogħol tkun akkomodata f’akkomodazzjoni pprovduta mill-kumpanija, u li jiġi ristrett l-aċċess tal-ħaddiema għal ikel, ħwejjeġ u ilma u sanitazzjoni adegwati fil-post tax-xogħol skont l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
Emenda 338 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 9
9. Ksur tad-dritt tat-tfal li l-aħjar interessi tagħhom jingħataw kunsiderazzjoni primarja fid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet kollha li jaffettwaw it-tfal skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; ksur tad-dritt tat-tfal li jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; ksur tad-dritt tat-tfal għall-ogħla standard ta’ saħħa li jista’ jintlaħaq skont l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; ksur tad-dritt għas-sigurtà soċjali u standard ta’ għajxien adegwat skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; ksur tad-dritt għall-edukazzjoni skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; ksur tad-dritt tat-tfal li jkunu protetti minn kull forma ta’ sfruttament sesswali u abbuż sesswali u li jkunu protetti milli jiġu maħtufa, mibjugħa jew spostati illegalment lejn post differenti fil-pajjiż tagħhom jew barra mill-pajjiż għall-fini ta’ sfruttament, skont l-Artikoli 34 u 35 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
9. Id-dritt tat-tfal li l-aħjar interessi tagħhom jingħataw kunsiderazzjoni primarja fid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet kollha li jaffettwaw it-tfal skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt tat-tfal li jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt tat-tfal għall-ogħla standard ta’ saħħa li jista’ jintlaħaq skont l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt għas-sigurtà soċjali u standard ta’ għajxien adegwat skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt għall-edukazzjoni skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; id-dritt tat-tfal li jkunu protetti minn kull forma ta’ sfruttament sesswali u abbuż sesswali u li jkunu protetti milli jiġu maħtufa, mibjugħa jew spostati illegalment lejn post differenti fil-pajjiż tagħhom jew barra mill-pajjiż għall-fini ta’ sfruttament, skont l-Artikoli 34 u 35 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
Emenda 339 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 10
10. Ksur tal-projbizzjoni tal-impjegar ta’ tfal taħt l-età tat-tmiem tal-iskola obbligatorja u li, fi kwalunkwe każ, ma tkunx inqas minn 15-il sena, ħlief meta l-liġi tal-post tal-impjieg tipprevedi hekk skont l-Artikolu 2(4) u l-Artikoli 4 sa 8 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138);
10. Il-projbizzjoni tal-impjegar ta’ tfal taħt l-età tat-tmiem tal-iskola obbligatorja u li, fi kwalunkwe każ, ma tkunx inqas minn 15-il sena, ħlief meta l-liġi tal-post tal-impjieg tipprevedi hekk skont l-Artikolu 2(4) u l-Artikoli 4 sa 8 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138);
Emenda 340 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 11 – parti introduttorja
11. Ksur tal-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal skont l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inkluż l-agħar forom tax-xogħol tat-tfal għat-tfal (persuni taħt l-età ta’ 18-il sena) skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182). Dan jinkludi:
11. Il-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal skont l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inkluż l-agħar forom tax-xogħol tat-tfal għat-tfal (persuni taħt l-età ta’ 18-il sena) skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182). Dan jinkludi:
Emenda 341 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 12
12. Ksur tal-projbizzjoni tax-xogħol furzat; dan jinkludi x-xogħol jew is-servizz kollu li jiġi mġiegħel isir minn kwalunkwe persuna bit-theddid ta’ kwalunkwe piena u li t-tali persuna ma tkunx offriet ruħha volontarjament għalih, pereżempju b’riżultat ta’ jasar tad-dejn jew traffikar ta’ bnedmin; esklużi mix-xogħol furzat huma kwalunkwe xogħol jew servizzi li jikkonformaw mal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, 1930 (Nru 29) jew mal-Artikolu 8(3)(b) u (c) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
12. Il-projbizzjoni tax-xogħol furzat; dan jinkludi x-xogħol jew is-servizz kollu li jiġi mġiegħel isir minn kwalunkwe persuna bit-theddid ta’ kwalunkwe piena u li t-tali persuna ma tkunx offriet ruħha volontarjament għalih, pereżempju b’riżultat ta’ jasar tad-dejn jew traffikar ta’ bnedmin; esklużi mix-xogħol furzat huma kwalunkwe xogħol jew servizzi li jikkonformaw mal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, 1930 (Nru 29) jew mal-Artikolu 8(3)(b) u (c) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
Emenda 342 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 13
13. Ksur tal-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ skjavitù, prattiki simili għall-iskjavitù, servitù jew forom oħrajn ta’ dominazzjoni jew oppressjoni fuq il-post tax-xogħol, bħal umiljazzjoni u sfruttament ekonomiku jew sesswali estrem skont l-Artikolu 4 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
13. Il-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ skjavitù, prattiki simili għall-iskjavitù, servitù jew forom oħrajn ta’ dominazzjoni jew oppressjoni fuq il-post tax-xogħol, bħal umiljazzjoni u sfruttament ekonomiku jew sesswali estrem skont l-Artikolu 4 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
Emenda 343 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 14
14. Ksur tal-projbizzjoni tat-traffikar tal-bnedmin f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Palermo għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta’ Persuni, speċjalment ta’ Nisa u Tfal, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali;
14. Il-projbizzjoni tat-traffikar tal-bnedmin f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Palermo għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta’ Persuni, speċjalment ta’ Nisa u Tfal, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali;
Emenda 344 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 15 – parti introduttorja
15. Ksur tad-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ għaqda, tad-drittijiet ta’ organizzazzjoni u ta’ negozjar kollettiv skont l-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikoli 21 u 22 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87) u l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98), inklużi d-drittijiet li ġejjin:
15. Id-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ għaqda, tad-drittijiet ta’ organizzazzjoni u ta’ negozjar kollettiv skont l-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikoli 21 u 22 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 8 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87) u l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98), inklużi d-drittijiet li ġejjin:
Emenda 345 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 16
16. Ksur tal-projbizzjoni ta’ trattament inugwali fl-impjieg, sakemm dan ma jkunx iġġustifikat mir-rekwiżiti tal-impjieg skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ir-Rimunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru 100), l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru 111) u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali; trattament inugwali jinkludi, b’mod partikolari, il-ħlas ta’ rimunerazzjoni inugwali għal xogħol ta’ valur ugwali;
16. Il-projbizzjoni ta’ trattament inugwali fl-impjieg, sakemm dan ma jkunx iġġustifikat mir-rekwiżiti tal-impjieg skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ir-Rimunerazzjoni Indaqs, 1951 (Nru 100), l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), 1958 (Nru 111) u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali; trattament inugwali jinkludi, b’mod partikolari, il-ħlas ta’ rimunerazzjoni inugwali għal xogħol ta’ valur ugwali;
Emenda 346 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 17
17. Ksur tal-projbizzjoni taż-żamma ta’ paga adegwata li tiggarantixxi l-għajxien skont l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
17. Il-projbizzjoni taż-żamma ta’ paga adegwata li tiggarantixxi l-għajxien skont l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
Emenda 347 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 18 – parti introduttorja
18. Ksur tal-projbizzjoni mill-ikkawżar ta’ kwalunkwe degradazzjoni ambjentali li tista’ titkejjel, bħal tibdil dannuż tal-ħamrija, tniġġis tal-ilma jew tal-arja, emissjonijiet dannużi jew konsum eċċessiv tal-ilma jew impatt ieħor fuq ir-riżorsi naturali, li
18. Il-projbizzjoni mill-ikkawżar ta’ kwalunkwe degradazzjoni ambjentali, bħal tibdil dannuż tal-ħamrija, tniġġis tal-ilma jew tal-arja, emissjonijiet dannużi jew konsum eċċessiv tal-ilma jew impatt ieħor fuq ir-riżorsi naturali, li
Emenda 348 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 18 – punt a
(a) ifixkel il-bażijiet naturali għall-preservazzjoni u l-produzzjoni tal-ikel jew
(a) ifixkel il-bażijiet naturali għall-preservazzjoni u l-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf jew
Emenda 349 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 18 – punt da (ġdid)
(da) ifixkel is-saħħa, bħal pereżempju jikkawża epidemiji, filwaqt li jqis l-approċċ “Saħħa Waħda” jew
Emenda 350 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 18 – punt e
(e) jaffettwa l-integrità ekoloġika, bħad-deforestazzjoni,f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 5 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,
Emenda 351 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 19
19. Ksur tal-projbizzjoni ta’ evakwazzjoni jew teħid illegali ta’ art, foresti u ilmijiet meta jiġu akkwistati, żviluppati jew użati b’mod ieħor art, foresti u ilmijiet, inkluż permezz tad-deforestazzjoni, li l-użu tagħhom jiżgura l-għajxien ta’ persuna skont l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
19. Il-projbizzjoni ta’ evakwazzjoni jew teħid illegali ta’ art, foresti u ilmijiet meta jiġu akkwistati, żviluppati jew użati b’mod ieħor art, foresti u ilmijiet, inkluż permezz tad-deforestazzjoni, li l-użu tagħhom jiżgura l-għajxien ta’ persuna skont l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
Emenda 352 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 19a (ġdid)
19a. Id-drittijiet tal-popli indiġeni għall-awtodeterminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali, u d-dritt tagħhom li jagħtu, jimmodifikaw, iżommu jew jirtiraw il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom għal interventi, deċiżjonijiet u attivitajiet li jistgħu jaffettwaw l-artijiet, it-territorji, ir-riżorsi u d-drittijiet tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 27 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 15 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Artikoli 2 u 5 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali;
Emenda 353 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 20
20. Ksur tad-dritt tal-popli indiġeni għall-artijiet, it-territorji u r-riżorsi li tradizzjonalment kienu proprjetà tagħhom, okkupaw jew b’xi mod ieħor użaw jew akkwistaw skont l-Artikolu 25, 26(1) u (2), 27, u 29(2) tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;
20. Il-popli indiġeni għall-artijiet, it-territorji u r-riżorsi li tradizzjonalment kienu proprjetà tagħhom, okkupaw jew b’xi mod ieħor użaw jew akkwistaw skont l-Artikoli 1 u 27 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikoli 1, 2 u 15 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali
Emenda 354 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 1 – punt 21
21. Ksur ta’ projbizzjoni jew dritt mhux kopert mill-punti 1 sa 20 hawn fuq iżda inkluż fil-ftehimiet dwar id-drittijiet tal-bniedem elenkati fit-Taqsima 2 ta’ din il-Parti, li jfixkel direttament interess legali protett f’dawk il-ftehimiet, dment li l-kumpanija kkonċernata setgħet tistabbilixxi b’mod raġonevoli r-riskju ta’ tali indeboliment u kwalunkwe miżura xierqa li trid tittieħed sabiex tikkonforma mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tagħhom, bħas-settur u l-kuntest operazzjonali.
21. Projbizzjoni jew dritt mhux kopert mill-punti 1 sa 20 hawn fuq iżda inkluż fil-ftehimiet dwar id-drittijiet tal-bniedem elenkati fit-Taqsima 2 ta’ din il-Parti, fejn ikun hemm riskju prevedibbli li tali projbizzjoni jew dritt jista’ jiġi affettwat.
Emenda 355 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – titolu
2. Konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
2. Konvenzjonijiet u strumenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
Emenda 356 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 11
— Id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi;
— Id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi;
Emenda 357 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 11a (ġdid)
— Id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bdiewa u Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali;
Emenda 358 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 12a (ġdid)
— Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, 2003;
Emenda 359 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 12b (ġdid)
— Il-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim, 1997;
Emenda 360 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 14a (ġdid)
— Il-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, 1989 (Nru 169);
Emenda 361 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 15 – subinċiż 5a (ġdid)
— Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, l-1981 (Nru 155)
Emenda 362 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 15 – subinċiż 5b (ġdid)
Emenda 363 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 15a (ġdid)
— L-istrumenti tal-liġi umanitarja Internazzjonali kif stabbiliti fil-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u protokolli addizzjonali
Emenda 364 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – subintestatura 2 – inċiż 15b (ġdid)
— Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika
Emenda 365 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – titolu
ksur ta’ objettivi u projbizzjonijiet rikonoxxuti internazzjonalment inklużi fil-konvenzjonijiet ambjentali
objettivi u projbizzjonijiet tal-Unjoni u rikonoxxuti internazzjonalment inklużi fil-konvenzjonijiet ambjentali u dwar it-tibdil fil-klima u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
Emenda 366 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt -1 (ġdid)
- 1. L-obbligu li jiġi identifikat u pprevenut, immitigat jew imwaqqaf impatt negattiv fuq waħda mill-kategoriji ambjentali li ġejjin:
a) tibdil fil-klima;
b) it-telfien tal-bijodiversità;
c) it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija;
d) id-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-art, tal-baħar u tal-ilma ħelu;
e) id-deforestazzjoni;
f) il-konsum żejjed ta’ materjal, ilma, enerġija u riżorsi naturali oħra;
g) il-ġenerazzjoni ta’ ħsara u l-ġestjoni ħażina ta’ skart, inklużi sustanzi perikolużi;
Emenda 367 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – Punt 1
1. Ksur tal-obbligu li jittieħdu l-miżuri meħtieġa relatati mal-użu ta’ riżorsi bijoloġiċi sabiex jiġu evitati jew minimizzati l-impatti negattivi fuq id-diversità bijoloġika, skont l-Artikolu 10(b) tal-Konvenzjoni tal-1992 dwar id-Diversità Bijoloġika u [b’kont meħud tal-emendi possibbli wara l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika ta’ wara l-2020], inklużi l-obbligi tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar l-iżvilupp, l-immaniġġar, it-trasport, l-użu, it-trasferiment u r-rilaxx ta’ organiżmi modifikati ħajjin u tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tatl-12 ta’ Ottubru 2014;
imħassar
Emenda 368 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 2
2. Ksur tal-projbizzjoni fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kwalunkwe eżemplar inkluż fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) tat-3 ta’ Marzu 1973 mingħajr permess, skont l-Artikoli III, IV u V;
2. Il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kwalunkwe eżemplar inkluż fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) tat-3 ta’ Marzu 1973 mingħajr permess, skont l-Artikoli III, IV u V;
Emenda 369 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 3
3. Ksur tal-projbizzjoni tal-manifattura ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju skont l-Artikolu 4(1) u l-Anness A Parti I tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju tal-10 ta’ Ottubru 2013 (il-Konvenzjoni ta’ Minamata);
3. Il-projbizzjoni tal-manifattura ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju skont l-Artikolu 4(1) u l-Anness A Parti I tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju tal-10 ta’ Ottubru 2013 (il-Konvenzjoni ta’ Minamata);
Emenda 370 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 4
4. Ksur tal-projbizzjoni tal-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fil-proċessi tal-manifattura skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) u l-Parti I tal-Anness B tal-Konvenzjoni ta’ Minamata mid-data tal-eliminazzjoni gradwali speċifikata fil-Konvenzjoni għall-prodotti u l-proċessi rispettivi;
4. Il-projbizzjoni tal-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fil-proċessi tal-manifattura skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) u l-Parti I tal-Anness B tal-Konvenzjoni ta’ Minamata mid-data tal-eliminazzjoni gradwali speċifikata fil-Konvenzjoni għall-prodotti u l-proċessi rispettivi;
Emenda 371 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 5
5. Ksur tal-projbizzjoni tat-trattament tal-iskart tal-merkurju li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni ta’ Minamata;
5. Il-projbizzjoni tat-trattament tal-iskart tal-merkurju li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni ta’ Minamata;
Emenda 372 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 6
6. Ksur tal-projbizzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi kimiċi skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (il-Konvenzjoni POPs), fil-verżjoni tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169 tal-25 ta’ Ġunju 2019 p. 45-77;
6. Il-projbizzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi kimiċi skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (il-Konvenzjoni POPs), fil-verżjoni tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169 tal-25 ta’ Ġunju 2019 p. 45-77;
Emenda 373 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 7
7. Ksur tal-projbizzjoni tal-immaniġġjar, il-ġbir, il-ħżin u r-rimi tal-iskart b’mod li ma jkunx ambjentalment korrett skont ir-regolamenti fis-seħħ fil-ġuriżdizzjoni applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1)(d)(i) u (ii) tal-Konvenzjoni POPs;
7. Il-projbizzjoni tal-immaniġġjar, il-ġbir, il-ħżin u r-rimi tal-iskart b’mod li ma jkunx ambjentalment korrett skont ir-regolamenti fis-seħħ fil-ġuriżdizzjoni applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1)(d)(i) u (ii) tal-Konvenzjoni POPs;
Emenda 374 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 8
8. Ksur tal-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ sustanza kimika elenkata fl-Anness III tal-Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO), adottata fl-10 ta’ Settembru 1998, kif indikat mill-Parti importatriċi fil-Konvenzjoni f’konformità mal-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel (PIC);
imħassar
Emenda 375 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 9
9. Ksur tal-projbizzjoni tal-produzzjoni u l-konsum ta’ sustanzi speċifiċi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (jiġifieri CFCs, Aloni, CTC, TCA, BCM, MB, HBFCs u HCFCs) wara t-tneħħija gradwali tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-Saff tal-Ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal tagħha dwar sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu;
9. Il-projbizzjoni tal-produzzjoni u l-konsum ta’ sustanzi speċifiċi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (jiġifieri CFCs, Aloni, CTC, TCA, BCM, MB, HBFCs u HCFCs) wara t-tneħħija gradwali tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-Saff tal-Ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal tagħha dwar sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu;
Emenda 376 Proposta għal direttiva Anness I – Parti I – punt 10 – parti introduttorja
10. Ksur tal-projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) u skart ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta’ Riskju u d-Disponiment minnhom tat-22 ta’ Marzu 1989 (il-Konvenzjoni ta’ Basilea) u skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190 tat-12 ta’ Lulju 2006 p. 1-98) (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006), kif emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 433 tat-22 ta’ Diċembru 2020 p. 11-19)
10. Il-projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) u skart ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta’ Riskju u d-Disponiment minnhom tat-22 ta’ Marzu 1989 (il-Konvenzjoni ta’ Basilea) u skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190 tat-12 ta’ Lulju 2006 p. 1-98) (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006), kif emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 433 tat-22 ta’ Diċembru 2020 p. 11-19)
Emenda 377 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 12a (ġdid)
12a. L-obbligu li jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra interpretat f’konformità mal-Artikolu 2(1)(a), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u l-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan.
Emenda 378 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 12b (ġdid)
12b. L-obbligu biex jittieħdu l-miżuri kollha konsistenti mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) li huma neċessarji għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar minn kull sors, li għall-finijiet ta’ dan jintużaw l-aqwa mezzi prattikabbli għad-dispożizzjoni tagħhom u f’konformità mal-kapaċitajiet tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 194(1) tal-UNCLOS, inkluż l-Artikolu 194(3)(a), l-Artikolu 194(3)(b), l-Artikolu 194(3)(c), u l-Artikolu 194(3)(d) tal-UNCLOS.
Emenda 379 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 12c (ġdid)
12c. Id-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali f’konformità, b’mod partikolari, mal-Artikoli 4, 6, u 9 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus).
Emenda 380 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 12d (ġdid)
12d. L-obbligu li jiġi żgurat li l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjoni li jippromwovu u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fi kwistjonijiet ambjentali relatati mal-katina tal-valur ta’ kumpanija huma kapaċi jaġixxu mingħajr theddid, restrizzjoni u insikurezza u ma jiġux ippenalizzati, persegwitati jew iffastidjati bi kwalunkwe mod għall-involviment tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 3(8) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.
Emenda 381 Proposta għal direttiva Anness I – Parti II – punt 12e (ġdid)
12e. L-obbligu li jittieħdu l-miżuri xierqa kollha għall-prevenzjoni, il-kontroll u t-tnaqqis ta’ kwalunkwe impatt transkonfinali fuq ibħra transkonfinali f’konformità mal-Konvenzjoni tal-1992 fuq il-Protezzjoni u l-Użu ta’ Passaġġi tal-Ilma Transkonfinali u Għadajjar Internazzjonali.