Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra (11908/2022 – C9-0429/2022 – 2022/0252(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11908/2022),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iii), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0429/2022),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023 (2) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0191/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u r-Renju tat-Tajlandja.