Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11714/2022 – C9-0430/2022 – 2022/0221(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11714/2022),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11732/2022),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iii), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0430/2022),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0190/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Malażja.