Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0032(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0014/2023

Testi mressqa :

A9-0014/2023

Dibattiti :

PV 11/07/2023 - 4
CRE 11/07/2023 - 4

Votazzjonijiet :

PV 11/07/2023 - 8.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2023)0266

Testi adottati
PDF 159kWORD 66k
It-Tlieta, 11 ta' Lulju 2023 - Strasburgu
L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep
P9_TA(2023)0266A9-0014/2023
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta' miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi (l-Att dwar iċ-Ċipep) (COM(2022)0046 – C9-0039/2022 – 2022/0032(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0046),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3), 182(1), 183 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0039/2022),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 173(3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 40 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0014/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 365, 23.9.2022, p. 34.
(2) ĠU C 498, 30.12.2022, p. 94.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi qafas ta' miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (l-Att dwar iċ-Ċipep)
P9_TC1-COD(2022)0032

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1781.)


Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

Dikjarazzjoni politika konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi diżimpenjati f’Orizzont Ewropa

Allokazzjoni ta’ EUR 500 miljun fil-pakkett eżistenti

Fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi diżimpenjati b'rabta mal-programm ta’ riċerka(1), il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jerġgħu jagħmlu disponibbli għall-benefiċċju tal-programm ta’ riċerka approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jikkorrispondu għall-ammont sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) fil-perjodu 2021-2027 ta’ diżimpenji, li jirriżulta minn nuqqas totali jew parzjali ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti li jappartjenu għall-Programm Qafas “Orizzont Ewropa” jew il-predeċessur tiegħu “Orizzont 2020”(2), kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità tal-baġit fil-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali u għas-setgħat tal-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li, fi ħdan l-allokazzjoni ta’ EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) li tirriżulta mid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi diżimpenjati msemmija hawn fuq, ammont indikattiv ta’ EUR 75 miljun (fi prezzijiet attwali) ser jiġi allokat għall-attivitajiet ta’ riċerka ta’ Ċipep għall-Ewropa, filwaqt li jiġu ppreservati kemm jista’ jkun l-allokazzjonijiet ta’ raggruppamenti(3) li mhumiex relatati mill-qrib maċ-ċipep.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-Ewropa (l-Att dwar iċ-Ċipep)

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità tal-baġit fil-qafas tal-proċeduri tal-baġit annwali futuri, u skont l-impenn baġitarju tagħhom espress b’mod komuni għall-Att dwar iċ-Ċipep, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tesplora bħala kwistjoni ta’ prijorità proposti biex jissaħħaħ il-baġit għall-Att dwar iċ-Ċipep bi kwalunkwe finanzjament fi ħdan l-Intestatura 1 jkun disponibbli biex jintlaħaq l-ammont ta’ EUR 50 miljun biex jitlesta l-pakkett finanzjarju ta’ EUR 3,3 biljun imsemmi fir-Regolament dwar l-Att dwar iċ-Ċipep.

(1) ĠU L 444 I, 22.12.2020, p. 3.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(3) ĠU L 185 I, 12.05.2021, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Diċembru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza