Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 160kWORD 46k
Il-Ħamis, 13 ta' Lulju 2023 - Strasburgu
Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon
P9_TA(2023)0291
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (COM(2023)0237 – C9-0161/2023 – 2023/0140(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2023)0237),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0161/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Lulju 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP)
P9_TC1-COD(2023)0140

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1525.)


Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL MAL-ADOZZJONI TAR-REGOLAMENT DWAR L-APPOĠĠ GĦALL-PRODUZZJONI TAL-MUNIZZJON (ASAP)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-urġenza tal-ħtieġa li tiġi megħjuna l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) biex tiżdied il-produzzjoni fil-kuntest tal-isfidi maħluqa mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jfakkru li r-Regolament dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) jipprovdi rispons immedjat għal dik il-ħtieġa urġenti billi jistabbilixxi strument temporanju ġdid li jiffaċilita investimenti industrijali.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jisħqu fuq il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-miżuri xierqa kollha biex tissaħħaħ u tiġi żviluppata l-EDTIB, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex jitneħħew l-ostakli u l-effetti lembut sabiex l-industrija tkun tista’ tipproduċi aktar tul il-ktajjen tal-valur.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għalhekk jistiednu lill-Kummissjoni tikkunsidra, kif xieraq, li tressaq malajr kemm jista’ jkun kwalunkwe inizjattiva ulterjuri meħtieġa biex issaħħaħ l-EDTIB, inkluż finanzjament adegwat, pereżempju fil-kuntest tal-Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża, kif ukoll qafas legali mmirat biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista u jappoġġa l-produzzjoni tal-munizzjon.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jeżaminaw kwalunkwe inizjattiva bħal din mingħajr dewmien u fi spirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera reċiproka.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Diċembru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza