Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (07424/2023 – C9-0145/2023 – 2022/0372(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (07424/2023),
– wara li kkunsidra l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (11510/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0145/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0237/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.