Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/2818(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0364/2023

Testi mressqa :

B9-0364/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2023)0309

Testi adottati
PDF 126kWORD 45k
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2023 - Strasburgu
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal impenji pluriennali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex minħabba avvenimenti meteoroloġiċi avversi
P9_TA(2023)0309B9-0364/2023

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jidderoga mir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-sena 2023 fir-rigward tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, l-istrateġija nazzjonali u l-irkupru tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal impenji pluriennali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex minħabba avvenimenti meteoroloġiċi avversi (C(2023)05369 – 2023/2818(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni C(2023)05369,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Awwissu 2023, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 30 ta’ Awwissu 2023,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 173 u l-Artikolu 227(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 111(6), it-tielet u r-raba’ inċiżi, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skadew fit-12 ta’ Settembru 2023,

A.  billi, minħabba l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi (fost oħrajn in-nixfa u l-għargħar) li fl-2023 affettwaw diversi reġjuni tal-Istati Membri, saret ħsara drammatika lill-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex, u din affettwat kemm il-volum prodott kif ukoll il-kwalità tiegħu;

B.  billi ħafna organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jimplimentaw il-programmi operattivi approvati tagħhom;

C.  billi xi wħud mill-azzjonijiet u l-miżuri approvati mhux se jiġu implimentati fl-2023 u għalhekk parti mill-fondi operazzjonali mhux se jintefqu; billi organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti oħra qed jemendaw il-programmi operazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jimplimentaw azzjonijiet u miżuri biex jindirizzaw l-impatt tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi fuq is-settur tal-frott u l-ħxejjex, bħall-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.

D.  billi l-Kummissjoni, bil-għan li tindirizza l-konsegwenzi tan-natura bla preċedent tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi li seħħew fir-Rebbiegħa tal-2023, ipproponiet li huwa meħtieġ li jittaffew dawk id-diffikultajiet billi ssir deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891(2) applikabbli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex; billi, għalhekk, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu eżentati fis-sena 2023 mid-dispożizzjonijiet rigward l-obbligu li l-valur ekonomiku ta’ prodotti mibjugħa minn produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi jrid ikun taħt il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; billi, barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu eżentati mill-obbligu tagħhom li jistabbilixxu fl-istrateġija nazzjonali l-perċentwali massimi tal-fond operattiv li jistgħu jintefqu fuq miżuri individwali jew tipi ta’ azzjoni;

E.  billi, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni riċevuta għall-impenji pluriennali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, bħal pereżempju azzjonijiet ambjentali, m’għandhiex tiġi rkuprata u rimborżata fil-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif previst fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, jekk l-objettivi fit-tul tagħhom ma setgħux jintlaħqu minħabba li ġew interrotti fl-2023 għal raġunijiet marbuta mal-konsegwenzi tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-Rebbiegħa tal-2023;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza