Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/0804(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0259/2023

Testi mressqa :

A9-0259/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2023 - 7.2

Testi adottati :

P9_TA(2023)0312

Testi adottati
PDF 122kWORD 44k
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2023 - Strasburgu
Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri - Katarína Kaszasová
P9_TA(2023)0312A9-0259/2023

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2023 dwar il-ħatra proposta ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0220/2023 – 2023/0804(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0220/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0259/2023),

A.  billi, bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki ta’ Katarína Kaszasová, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva minn Katarína Kaszasová curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;

C.  billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-4 ta’ Settembru 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ta’ Katarína Kaszasová, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza