Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/0088(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0242/2023

Testi mressqa :

A9-0242/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2023 - 7.3

Testi adottati :

P9_TA(2023)0313

Testi adottati
PDF 120kWORD 42k
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2023 - Strasburgu
L-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka
P9_TA(2023)0313A9-0242/2023

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (08892/2023) – C9-0186/2023 – 2023/0088(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08892/2023),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0186/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0242/2023),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka.

(1) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza