Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2022)0707 – C9-0017/2023 – 2022/0413(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0707),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0017/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0236/2023),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa jirrappreżentaw sfida ewlenija għall-Unjoni u fil-livell globali. L-iskambju tal-informazzjoni huwa kruċjali fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki.
(1) Il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa jirrappreżentaw sfida ewlenija għall-Unjoni u fil-livell globali. Huwa stmat li l-Istati Membri jitilfu sa EUR 170 biljun fis-sena1a bħala riżultat tal-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, li jikkomprometti b’mod sinifikanti l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi pubbliċi ta’ kwalità. L-iskambju tal-informazzjoni huwa parti kruċjali mill-iżvilupp ta’ qafas tal-Unjoni li jiffunzjona tajjeb u effettiv fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki ta’ ħsara.
__________________
1a L-Istitut Ekonomiku Pollakk, “Tax unfairness in the European Union:” (L-inġustizzja tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea:) https://pie.net.pl/wp-content/uploads/2018/07/PIE_Report_Tax_Havens_EU.pdf
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida)
(2a) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, informazzjoni rilevanti dwar l-ostakli li jiltaqgħu magħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki nazzjonali fost l-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2b (ġdida)
(2b) Il-Parlament Ewropew talab approċċ aktar ambizzjuż dwar is-sistema u l-infrastruttura tal-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, b’mod partikolari permezz tad-diversi opinjonijiet tiegħu dwar ir-reviżjonijiet tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC) u Rapport ta’ Implimentazzjoni.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2c (ġdida)
(2c) Minħabba l-moviment liberu tal-kapital, approċċi nazzjonali awtonomi ma jipprovdux tweġibiet effiċjenti għall-abbuż tat-taxxa. L-implimentazzjoni ta’ politiki fl-Unjoni kollha u, kull meta jkun possibbli, ftehimiet internazzjonali, tibqa’, għalhekk, dimensjoni kruċjali fl-isforzi biex tittejjeb il-ġustizzja tas-sistemi tat-taxxa.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Is-suq tal-kriptoassi kiseb importanza u żdied fil-kapitalizzazzjoni b’mod sostanzjali u rapidu matul l-aħħar 10 snin. Il-kriptoassi huma rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li tista’ tiġi ttrasferita u maħżuna elettronikament, bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili.
(5) Is-suq tal-kriptoassi kiseb importanza u żdied fil-kapitalizzazzjoni b’mod sostanzjali u rapidu matul l-aħħar 10 snin. Il-kriptoassi huma rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li tista’ tiġi ttrasferita u maħżuna elettronikament, bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili. Minħabba n-natura opaka u volatili tagħhom, il-kriptoassi jistgħu jintużaw għal finijiet illeċiti. It-traċċar tat-trasferimenti tal-kriptoassi huwa ta’ importanza kbira.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) L-Istati Membri għandhom regoli u gwida fis-seħħ, għalkemm dawn ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, għall-introjtu mit-taxxa dderivat minn tranżazzjonijiet tal-kriptoassi. Madankollu, minħabba n-natura deċentralizzata tal-kriptoassi l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jsibuha diffiċli jiżguraw il-konformità mat-taxxa.
(6) L-Istati Membri għandhom regoli u gwida fis-seħħ, għalkemm dawn ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, għall-introjtu mit-taxxa dderivat minn tranżazzjonijiet tal-kriptoassi. Madankollu, xi Stati Membri fasslu benefiċċji tat-taxxa mmirati speċifikament biex jattiraw kriptoassi li jistgħu jwasslu għal prattiki dannużi fir-rigward tat-taxxa u t-telf ta’ dħul mit-taxxa.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Ir-Regolament XXX dwar is-Swieq tal-Kriptoassi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 (ir-Regolament XXX) estenda l-perimetru regolatorju tal-Unjoni għall-kwistjonijiet ta’ kriptoassi li s’issa ma kinux irregolati minn atti tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi fir-rigward ta’ dawn il-kriptoassi (“fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi”). Ir-Regolament XXX jistabbilixxi d-definizzjonijiet li jintużaw għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva tqis ukoll ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont ir-Regolament XXX sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. In-natura transfruntiera intrinsika tal-kriptoassi tirrikjedi kooperazzjoni amministrattiva internazzjonali b’saħħitha biex tiġi żgurata regolamentazzjoni effettiva.
(7) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a estenda l-perimetru regolatorju tal-Unjoni għall-kwistjonijiet ta’ kriptoassi li s’issa ma kinux irregolati minn atti tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi fir-rigward ta’ dawn il-kriptoassi (“fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi”). Dak ir-Regolament jistabbilixxi d-definizzjonijiet li jintużaw għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva tqis ukoll ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont dak ir-Regolament sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. In-natura transfruntiera intrinsika tal-kriptoassi tirrikjedi kooperazzjoni amministrattiva internazzjonali b’saħħitha biex tiġi żgurata regolamentazzjoni effettiva. Huwa essenzjali li tiġi ggarantita koerenza sistematika fl-atti legali tal-Unjoni fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-kriptoassi. Għal dak l-għan, ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b huwa kkunsidrat ukoll f’din ir-reviżjoni tad-DAC. Madankollu, din id-Direttiva tirrikonoxxi wkoll li għal skambju effettiv ta’ informazzjoni hija meħtieġa kopertura usa’.
__________________
__________________
26
1a Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).
1b Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1).
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) Il-qafas tal-Unjoni Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) jestendi l-ambitu tal-entitajiet obbligati soġġetti għar-regoli tal-AML/CFT, għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament XXX. Barra minn hekk, ir-Regolament XXX27 jestendi l-obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li mat-trasferimenti tal-fondi jibagħtu wkoll l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-kriptoassi għall-fini tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
(8) Il-qafas tal-Unjoni Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) jestendi l-ambitu tal-entitajiet obbligati soġġetti għar-regoli tal-AML/CFT, għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament (UE) 2023/1114. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/1113 jestendi l-obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li mat-trasferimenti tal-fondi jibagħtu wkoll l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-kriptoassi għall-fini tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
__________________
27
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) Fil-livell internazzjonali, il-Qafas ta’ Rapportar tal-Kriptoassi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)28 għandu l-għan li jintroduċi aktar trasparenza fiskali dwar il-kriptoassi u r-rapportar tagħhom. Jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni jqisu l-qafas żviluppat mill-OECD sabiex tiżdied l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv.
(9) Fil-livell internazzjonali, il-Qafas ta’ Rapportar tal-Kriptoassi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)28 għandu l-għan li jintroduċi aktar trasparenza fiskali dwar il-kriptoassi u r-rapportar tagħhom. Jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni jqisu l-qafas żviluppat mill-OECD sabiex tiżdied l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw il-Kummentarji dwar il-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti u l-Qafas ta’ Rapportar tal-Kriptoassi, żviluppati mill-OECD, sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva.
(14) Id-Direttiva tapplika għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament XXX u awtorizzati minnu, u għall-operaturi tal-kriptoassi li ma humiex. It-tnejn jissejħu fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti peress li skont din id-Direttiva huma meħtieġa jirrapportaw. Il-fehim ġenerali ta’ x’jikkostitwixxi kriptoassi huwa wiesa’ ħafna u jinkludi dawk il-kriptoassi li nħarġu b’mod deċentralizzat, kif ukoll stablecoins, u ċerti tokens mhux funġibbli (NFTs). Il-kriptoassi li jintużaw għall-finijiet ta’ pagament jew ta’ investiment huma rapportabbli skont din id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jikkunsidraw każ b’każ jekk il-kriptoassi jistgħux jintużaw għall-finijiet ta’ pagament u investiment, filwaqt li jqisu l-eżenzjonijiet previsti fir-Regolament XXX, b’mod partikolari fir-rigward ta’ network limitat u ta’ ċerti tokens ta’ utilità.
(14) Id-Direttiva tapplika għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament (UE) 2023/1114 u awtorizzati minnu, u għall-operaturi tal-kriptoassi li ma humiex. It-tnejn jissejħu fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti peress li skont din id-Direttiva huma meħtieġa jirrapportaw. Il-fehim ġenerali ta’ x’jikkostitwixxi kriptoassi huwa wiesa’ ħafna u jinkludi dawk il-kriptoassi li nħarġu b’mod deċentralizzat, kif ukoll stablecoins, inklużi tokens tal-flus elettroniċi, kif definit fir-Regolament (UE) 2023/1114, u ċerti tokens mhux funġibbli (NFTs). Il-kriptoassi li jintużaw għall-finijiet ta’ pagament jew ta’ investiment huma rapportabbli skont din id-Direttiva.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi koperti mir-Regolament XXX jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Unjoni permezz tal-passaportar ladarba jkunu rċevew l-awtorizzazzjoni tagħhom fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, l-ESMA għandha reġistru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati. Barra minn hekk, l-ESMA żżomm ukoll lista sewda ta’ operaturi li jeżerċitaw servizzi tal-kriptoassi li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont ir-Regolament XXX.
(17) Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi koperti mir-Regolament (UE) 2023/1114 jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Unjoni permezz tal-passaportar ladarba jkunu rċevew l-awtorizzazzjoni tagħhom fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, l-ESMA għandha reġistru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati. Barra minn hekk, l-ESMA żżomm ukoll lista sewda ta’ operaturi li jeżerċitaw servizzi tal-kriptoassi li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont dak ir-Regolament.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni amministrattiva f’dan il-qasam ma’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, l-operaturi tal-kriptoassi li jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u jipprovdu servizzi lill-utenti tal-kriptoassi fl-UE, bħall-fornituri ta’ servizzi tal-NFT jew l-operaturi li jipprovdu servizzi fuq bażi ta’ solleċitazzjoni inversa, jenħtieġ li jitħallew jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi residenti fl-Unjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni sa fejn biss l-informazzjoni rrapportata tkun tikkorrispondi mal-informazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva u sa fejn ikun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni bejn il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u Stat Membru. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament XXX jistgħu jkunu eżentati mir-rapportar ta’ din l-informazzjoni fl-Istati Membri fejn ikunu detenturi tal-awtorizzazzjoni jekk ir-rapportar korrispondenti jsir f’ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u sa fejn ikun hemm ftehim effettiv ta’ awtorità kompetenti kwalifikanti fis-seħħ. Il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni kkwalifikata min-naħa tagħha tikkomunika din l-informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk l-Istati Membri fejn l-utenti tal-kriptoassi jkunu residenti. Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li dan il-mekkaniżmu jkun attivat sabiex jiġi evitat li l-informazzjoni korrispondenti tiġi rrapportata u trażmessa aktar minn darba.
(19) Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni amministrattiva f’dan il-qasam ma’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, l-operaturi tal-kriptoassi li jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u jipprovdu servizzi lill-utenti tal-kriptoassi fl-UE, bħall-fornituri ta’ servizzi tal-NFT jew l-operaturi li jipprovdu servizzi fuq bażi ta’ solleċitazzjoni inversa, jenħtieġ li jitħallew jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi residenti fl-Unjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni sa fejn biss l-informazzjoni rrapportata tkun tikkorrispondi mal-informazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva u sa fejn ikun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni bejn il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u Stat Membru. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 jistgħu jkunu eżentati mir-rapportar ta’ din l-informazzjoni fl-Istati Membri fejn ikunu detenturi tal-awtorizzazzjoni jekk ir-rapportar korrispondenti jsir f’ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u sa fejn ikun hemm ftehim effettiv ta’ awtorità kompetenti kwalifikanti fis-seħħ. Il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni kkwalifikata min-naħa tagħha tikkomunika din l-informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk l-Istati Membri fejn l-utenti tal-kriptoassi jkunu residenti. Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li dan il-mekkaniżmu jkun attivat sabiex jiġi evitat li l-informazzjoni korrispondenti tiġi rrapportata u trażmessa aktar minn darba.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Din id-Direttiva ma tissostitwixxi l-ebda obbligu usa’ li jirriżulta mir-Regolament XXX.
(23) Din id-Direttiva ma tissostitwixxi l-ebda obbligu usa’ li jirriżulta mir-Regolament (UE) 2023/1114 jew mir-Regolament (UE) 2023/1113.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 24
(24) Sabiex titrawwem il-konverġenza u tiġi promossa s-superviżjoni konsistenti fir-rigward tar-Regolament XXX, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jikkooperaw ma’ awtoritajiet jew ma’ istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali oħrajn u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti.
(24) Sabiex titrawwem il-konverġenza u tiġi promossa s-superviżjoni konsistenti fir-rigward tar-Regolament (UE) 2023/1114,l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jikkooperaw ma’ awtoritajiet jew ma’ istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali oħrajn u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti, b’mod effettiv u leali.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 26
(26) Huwa kruċjali li jissaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jew skambjata biex isir adattament għal żviluppi ġodda ta’ swieq diversi u konsegwentement tiġi indirizzata b’mod effettiv l-imġiba li tiġi identifikata bħala frodi tat-taxxa, evitar tat-taxxa u evażjoni tat-taxxa. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-iżviluppi osservati fis-suq intern u fil-livell internazzjonali li jwasslu għal rapportar u skambju effettivi ta’ informazzjoni. Konsegwentement, id-Direttiva tinkludi fost l-oħrajn l-aħħar żidiet għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar tal-OECD, l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-flus elettroniċi u l-munita diġitali tal-bank ċentrali, qafas ċar u armonizzat għall-miżuri ta’ konformità, u l-estensjoni tal-ambitu tad-deċiżjonijiet transfruntiera għall-individwi b’valur nett għoli.
(26) Huwa kruċjali li jissaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jew skambjata biex isir adattament għal żviluppi ġodda ta’ swieq diversi u konsegwentement tiġi indirizzata b’mod effettiv l-imġiba li tiġi identifikata bħala frodi tat-taxxa, evitar tat-taxxa u evażjoni tat-taxxa. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-iżviluppi osservati fis-suq intern u fil-livell internazzjonali li jwasslu għal rapportar u skambju effettivi ta’ informazzjoni. Konsegwentement, id-Direttiva tinkludi fost l-oħrajn l-aħħar żidiet għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar tal-OECD, l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-flus elettroniċi u l-munita diġitali tal-bank ċentrali, qafas ċar u armonizzat għall-miżuri ta’ konformità, u l-estensjoni tal-ambitu tad-deċiżjonijiet transfruntiera għall-individwi b’valur nett għoli. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw il-Kummentarji dwar il-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti u l-Istandard Komuni ta’ Rapportar, żviluppati mill-OECD, sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 26a (ġdida)
(26a) Filwaqt li diversi pajjiżi, inklużi ħafna Stati Membri, qed joħorġu informazzjoni anonimizzata u aggregata għal kull pajjiż - estratta mir-rapporti għal kull pajjiż meħtieġa skont id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 jew l-Azzjoni 13 mill-Pjan ta’ Azzjoni BEPS, hija ħasra li xi Stati Membri mhumiex qed jippubblikaw din l-informazzjoni fil-bażijiet tad-data internazzjonali. Valutazzjoni tal-prattika tal-pubblikazzjoni dwar informazzjoni anonimizzata u aggregata għal kull pajjiż u l-valutazzjoni tas-siwi ta’ approċċ armonizzat jenħtieġ li jkunu s-suġġett tar-reviżjoni li jmiss tad-DAC.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 27
(27) Il-prodotti tal-flus elettroniċi, kif iddefiniti mid-Direttiva 2009/110/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 ta’ spiss jintużaw fl-Unjoni u l-volum tat-tranżazzjonijiet, u l-valur ikkombinat tagħhom qiegħed jiżdied b’mod kostanti. Madankollu, il-prodotti tal-flus elettroniċi ma humiex koperti b’mod espliċitu mid-Direttiva 2011/16/UE. L-Istati Membri jadottaw approċċi differenti għall-flus elettroniċi. B’riżultat ta’ dan, il-prodotti relatati mhux dejjem huma koperti mill-kategoriji eżistenti ta’ introjtu u kapital tad-Direttiva 2011/16/UE. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti regoli li jiżguraw li l-obbligi ta’ rapportar japplikaw għall-flus elettroniċi u għat-tokens tal-flus elettroniċi skont ir-Regolament XXX.
(27) Il-prodotti tal-flus elettroniċi, kif iddefiniti mid-Direttiva 2009/110/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 ta’ spiss jintużaw fl-Unjoni u l-volum tat-tranżazzjonijiet, u l-valur ikkombinat tagħhom qiegħed jiżdied b’mod kostanti. Madankollu, il-prodotti tal-flus elettroniċi ma humiex koperti b’mod espliċitu mid-Direttiva 2011/16/UE. L-Istati Membri jadottaw approċċi differenti għall-flus elettroniċi. B’riżultat ta’ dan, il-prodotti relatati mhux dejjem huma koperti mill-kategoriji eżistenti ta’ introjtu u kapital tad-Direttiva 2011/16/UE. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti regoli li jiżguraw li l-obbligi ta’ rapportar japplikaw għall-flus elettroniċi u għat-tokens tal-flus elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114.
__________________
__________________
31 Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
31 Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 28
(28) Sabiex jingħalqu l-lakuni li jippermettu l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiskambjaw l-informazzjoni relatata mal-introjtu miksub minn dividendi mhux ta’ kustodja. Għalhekk, jenħtieġ li l-introjtu minn dividendi mhux ta’ kustodja jiġi inkluż fil-kategoriji ta’ introjtu soġġetti għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni.
(28) Sabiex jingħalqu l-lakuni li jippermettu l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiskambjaw l-informazzjoni relatata mal-introjtu miksub minn dividendi mhux ta’ kustodja u l-qligħ kapitali mill-proprjetà immobbli. L-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni jitqies li jkun ġie osservat jekk tali informazzjoni tkun tista’ tiġi kkonsultata permezz ta’ reġistri nazzjonali jew interkonnessi mill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 28a (ġdida)
(28a) Xi tipi ta’ introjtu u assi għadhom esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, u dan jippreżenta riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-obbligi tat-taxxa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ħtieġa u l-aktar mod xieraq, u li tippreżenta proposti konkreti, li tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar is-sjieda, l-elementi ta’ introjtu u l-assi (mhux) finanzjarji fl-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni: is-sidien benefiċjarji ta’ proprjetà immobbli u kumpaniji; assi finanzjarji; assi mhux finanzjarji bħal flus kontanti, arti, deheb jew oġġetti oħra ta’ valur miżmuma f’portijiet ħielsa, deposti jew kaxxi ta’ sikurezza għad-depożiti; is-sjieda ta’ yachts u ta’ jets privati; u kontijiet fi pjattaformi akbar ta’ self bejn il-pari, finanzjament kollettiv u pjattaformi simili;
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) In-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent (“TIN”) huwa essenzjali biex l-Istati Membri jqabblu l-informazzjoni li jiriċievu mad-data li jkollhom fil-bażijiet tad-data nazzjonali. Dan iżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw il-kontribwenti rilevanti u li jivvalutaw b’mod korrett it-taxxi relatati. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jeżiġu li t-TIN jiġi indikat fil-kuntest ta’ skambji relatati mal-kontijiet finanzjarji, ma’ deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u ma’ arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, ma’ rapporti pajjiż b’pajjiż, ma’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli, u ma’ informazzjoni dwar il-bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali.
(29) In-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent (“TIN”) huwa essenzjali biex l-Istati Membri jqabblu l-informazzjoni li jiriċievu mad-data li jkollhom fil-bażijiet tad-data nazzjonali. Dan iżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw il-kontribwenti rilevanti u li jivvalutaw b’mod korrett it-taxxi relatati. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jeżiġu li t-TIN jiġi indikat fil-kuntest ta’ skambji relatati mal-kontijiet finanzjarji, ma’ deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u ma’ arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, ma’ rapporti pajjiż b’pajjiż, ma’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli, u ma’ informazzjoni dwar il-bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali u kriptoassi.Madankollu, meta t-TIN ma jkunx disponibbli, tali obbligu ma jistax jiġi ssodisfat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 29a (ġdida)
(29a) TIN Ewropew jippermetti lil kwalunkwe awtorità tidentifika u tirreġistra malajr, faċilment u korrettament it-TIN f’relazzjonijiet transfruntiera u jservi ta’ bażi għall-iskambju awtomatiku effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina mill-ġdid il-ħolqien ta’ TIN Ewropew, inkluż il-valur miżjud u l-impatt potenzjali tiegħu.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Huwa importanti li, bi prinċipju, l-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar ta’ taxxi li huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dik id-Direttiva. Għalkemm sa issa dan ma kienx prekluż, irriżultaw inċertezzi fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni minħabba qafas mhux ċar. Minħabba r-rabtiet bejn il-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-sinerġiji f’termini ta’ infurzar, jixraq li jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tad-dazji doganali u kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.
(33) Huwa importanti li, bi prinċipju, l-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar ta’ taxxi li huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dik id-Direttiva. Għalkemm sa issa dan ma kienx prekluż, irriżultaw inċertezzi fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni minħabba qafas mhux ċar. Minħabba r-rabtiet bejn il-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-sinerġiji f’termini ta’ infurzar, jixraq li jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tad-dazji doganali u kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, id-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva jenħtieġ li ma jirdoppjawx id-dispożizzjonijiet fil-qafas tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus, u lanqas jikkoinċidaw materjalment magħhom.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 34
(34) Id-Direttiva 2011/16/UE tipprevedi l-possibbiltà li l-informazzjoni skambjata tintuża għal skopijiet oħrajn għajr għal finijiet ta’ taxxa diretta u indiretta sal-punt li l-Istat Membru emittenti jkun iddikjara l-iskop permess għall-użu ta’ din l-informazzjoni f’lista. Madankollu, il-proċedura għal dan l-użu hija kkumplikata peress li jeħtieġ li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat qabel ma jkun jista’ juża l-informazzjoni għal skopijiet oħrajn l-Istat Membru riċeventi. It-tneħħija tar-rekwiżit għal din il-konsultazzjoni tkun ittaffi l-piż amministrattiv u tippermetti azzjoni rapida mill-awtoritajiet tat-taxxa meta din tkun meħtieġa. B’hekk ma jkunx hemm bżonn li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat meta l-użu intenzjonat tal-informazzjoni jkun kopert f’lista abbozzata minn qabel mill-Istat Membru emittenti.
(34) Id-Direttiva 2011/16/UE tipprevedi l-possibbiltà li l-informazzjoni skambjata tintuża għal skopijiet oħrajn għajr għal finijiet ta’ taxxa diretta u indiretta sal-punt li l-Istat Membru emittenti jkun iddikjara l-iskop permess għall-użu ta’ din l-informazzjoni f’lista. Madankollu, il-proċedura għal dan l-użu hija kkumplikata peress li jeħtieġ li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat qabel ma jkun jista’ juża l-informazzjoni għal skopijiet oħrajn l-Istat Membru riċeventi. It-tneħħija tar-rekwiżit għal din il-konsultazzjoni tkun ittaffi l-piż amministrattiv u tippermetti azzjoni rapida mill-awtoritajiet tat-taxxa meta din tkun meħtieġa. B’hekk ma jkunx hemm bżonn li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat meta l-użu intenzjonat tal-informazzjoni jkun kopert f’lista abbozzata minn qabel mill-Istat Membru emittenti. Tali lista tista’ tinkludi l-użu ta’ informazzjoni ta’ data mhux relatata mat-taxxa mill-awtoritajiet lokali fil-qafas ta’ limiti u limitazzjonijiet marbuta mat-twassil ta’ ċerti servizzi bħal servizzi pprovduti permezz ta’ pjattaforma online b’mod partikolari.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 35a (ġdida)
(35a) L-informazzjoni miksuba permezz tar-rapportar jew l-iskambju ta’ informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE jenħtieġ li tintuża b’mod effettiv minn kull Stat Membru. Għalhekk, f’kull Stat Membru jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu li jiżgura użu effettiv, inkluża analiżi tar-riskju tad-data.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Sabiex jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u tiġi evitata l-ħtieġa li kull Stat Membru jagħmel bidliet simili fis-sistemi tiegħu għall-ħżin tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit direttorju ċentrali, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha, u għall-finijiet ta’ statistika biss, għall-Kummissjoni, li fih l-Istati Membri jtellgħu u jaħżnu l-informazzjoni rrapportata, minflok ma jiskambjaw dik l-informazzjoni permezz ta’ posta elettronika sigura. Jenħtieġ li l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-istabbiliment ta’ dan id-direttorju ċentrali jiġu adottati mill-Kummissjoni.
(36) Sabiex jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u tiġi evitata l-ħtieġa li kull Stat Membru jagħmel bidliet simili fis-sistemi tiegħu għall-ħżin tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit direttorju ċentrali, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha, u għall-finijiet ta’ statistika biss, għall-Kummissjoni, li fih l-Istati Membri jtellgħu u jaħżnu l-informazzjoni rrapportata, minflok ma jiskambjaw dik l-informazzjoni permezz ta’ posta elettronika sigura. Dak l-isforz jenħtieġ li jsaħħaħ ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar kif għandhom jiġu implimentati l-għodod diġitali fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u l-burokrazija, filwaqt li jittejbu l-effettività u l-effiċjenza, u titqies il-ħtieġa li jiġu kkwalifikati r-riżorsi umani. Jenħtieġ li l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-istabbiliment ta’ dan id-direttorju ċentrali jiġu adottati mill-Kummissjoni.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 36a (ġdida)
(36a) Il-Kummissjoni għandha d-dritt tfassal rapporti u dokumenti, permezz tal-informazzjoni skambjata b’mod anonimizzat, biex tqis id-drittijiet tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ statistika anonimizzata u aggregata tar-rapporti għal kull pajjiż, inkluż dwar ir-rati tat-taxxa effettivi, fuq bażi annwali għall-Istati Membri kollha tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tad-dibattiti pubbliċi dwar kwistjonijiet ta’ tassazzjoni.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u miżuri oħrajn ta’ konformità li jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jenħtieġ li kull Stat Membru japplika dawk ir-regoli f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tiegħu u mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
(39) Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tar-regoli skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskambju obbligatorju ta’ informazzjoni rrappurtata minn fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, li jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jidentifikaw b’mod korrett il-parti ħatja għal kull ksur. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu reġim temporanju ta’ tnaqqis tal-penali għal mill-inqas tliet snin għall-SMEs fir-rigward tal-Artikolu 8ad.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 40
(40) Sabiex jiġi ggarantit livell adegwat ta’ effettività fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi ta’ penali fir-rigward ta’ żewġ tipi ta’ mġiba li jitqiesu bħala gravi: jiġifieri n-nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi u meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li taffettwa sostanzjalment l-integrità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata. Data mhux kompluta, mhux korretta jew falza taffettwa sostanzjalment l-integrità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata meta tammonta għal aktar minn 25 % tad-data totali li l-kontribwent jew l-entità notifikanti kellhom jirrapportaw b’mod korrett f’konformità mal-informazzjoni rikjesta stabbilita fl-Anness VI, it-Taqsima II, is-subparagrafu (B). Jenħtieġ li dawn l-ammonti minimi ta’ penali ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli japplikaw sanzjonijiet aktar stretti għal dawn iż-żewġ tipi ta’ ksur. L-Istati Membri xorta għandhom japplikaw penali effettivi, dissważivi u proporzjonali għal tipi oħrajn ta’ ksur.
(40) Sabiex jiġi ggarantit livell adegwat ta’ effettività fl-Istati Membri kollha filwaqt li jiġu implimentati d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 l-aktar partikolarment, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi ta’ penali fir-rigward ta’ żewġ tipi ta’ mġiba li jitqiesu bħala gravi: jiġifieri n-nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi u meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li taffettwa sostanzjalment l-integrità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata. Data mhux kompluta, mhux korretta jew falza taffettwa sostanzjalment l-integrità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata meta tammonta għal aktar minn 25 % tad-data totali li l-kontribwent jew l-entità notifikanti kellhom jirrapportaw b’mod korrett f’konformità mal-informazzjoni rikjesta stabbilita fl-Annessi. Jenħtieġ li dawn l-ammonti minimi ta’ penali ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli japplikaw penali aktar stretti għal dawn iż-żewġ tipi ta’ ksur. L-Istati Membri xorta għandhom japplikaw penali effettivi, dissważivi u proporzjonali għal tipi oħrajn ta’ ksur.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 42a (ġdida)
(42a) Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-694/20, id-Direttiva 2011/16/UE jenħtieġ li tiġi emendata b’tali mod li d-dispożizzjonijiet tagħha ma jkollhomx l-effett li jirrikjedu lill-avukati li jaġixxu bħala intermedjarji, fejn huma jkunu eżentati mill-obbligu ta’ rapportar minħabba l-privileġġ professjonali legali li huma marbuta bih, li jinnotifikaw lil kwalunkwe intermedjarju ieħor li ma jkunux il-klijenti tagħhom dwar l-obbligi ta’ rapportar ta’ dawk l-intermedjarji filwaqt li jippreservaw l-obbligu tal-intermedjarji li jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-klijenti tagħhom dwar l-obbligi tagħhom ta’ rapportar.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 44a (ġdida)
(44a) L-iskambju internazzjonali ta’ data għal finijiet ta’ taxxa jikkostitwixxi strument meħtieġ biex tiġi miġġielda l-frodi tat-taxxa f’dinja globalizzata. L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għat-taxxa ma’ pajjiżi terzi, ibbażat fuq ftehim internazzjonali, għaldaqstant jenħtieġ li jitqies ta’ interess pubbliku.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 44b (ġdida)
(44b) Ir-reviżjonijiet suċċessivi tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni jenħtieġ li jkunu riflessi fil-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi. Għaldaqstant, fejn hemm ftehim iffirmat, jenħtieġ li jiġu previsti rieżamijiet.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 9 – punt a
(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a sa 8ad, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b’intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), ir-referenza għall-informazzjoni disponibbli hija relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru;
(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a sa 8ad, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni ddefinita minn qabel u ġdida lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b’intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), ir-referenza għall-informazzjoni disponibbli hija relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru;
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 14
(aa) il-punt (14) huwa emendat kif ġej:
14. “deċiżjoni antiċipata transkonfinali” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b’effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta’ awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
“14. “deċiżjoni antiċipata” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b’effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta’ awditu tat-taxxa, u, indipendentement min-natura formali, informali, ġuridikament vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħha, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f’isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b’mod effettiv;
(a) tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f’isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b’mod effettiv;
(b) tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta’ persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta’ persuni huwa intitolat li jinvoka;
(b) tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta’ persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta’ persuni huwa intitolat li jinvoka;
(c) tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali;
(c) tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali;
(d) tkun relatata ma’ transazzjoni transkonfinali jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna f’ġurisdizzjoni oħra joħolqux stabbiliment permanenti jew le; u
(e) issir qabel it-transazzjonijiet jew l-attivitajiet f’ġurisdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-transazzjoni jew is-serje ta’ transazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew. It-transazzjoni transkonfinali tista’ tinvolvi t-twettiq ta’ investimenti, il-provvista ta’ prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta’ assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista’ ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata transkonfinali;
(e) issir qabel it-tranżazzjonijiet jew l-attivitajiet f’ġuriżdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-tranżazzjoni jew is-serje ta’ tranżazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew. It-tranżazzjoni tista’ tinvolvi t-twettiq ta’ investimenti, il-provvista ta’ prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta’ assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista’ ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata;”
(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ab (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 16
(ab) il-punt (16) huwa mħassar.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 33
33. “Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif iddefinit fir-Regolament XXX.
33. “Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (33), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 34
34. “indirizz tar-reġistru distribwit” tfisser indirizz tar-reġistru distribwit kif iddefinit fir-Regolament XXX.
34. “indirizz tar-reġistru distribwit” tfisser indirizz tar-reġistru distribwit kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2023/1113.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 34a (ġdid)
34a. “sid benefiċjarju” tfisser sid benefiċjarju kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt 22, tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 34b (ġdid)
34b. “Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2011/16/UE Artikolu 3 – punt 34c (ġdid)
34c. “Operatur tal-Kriptoassi” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi għajr Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi.
(1a) fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“4a. Jekk meta tirċievi l-informazzjoni mitluba, l-awtorità rikjedenti tippreżenta talba ta’ segwitu, l-awtorità rikjesta għandha tipprovdi dik l-informazzjoni meħtieġa ulterjuri malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-wasla tat-talba ta’ segwitu.”
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt i Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e
(e) is-sjieda tal-beni immobbli u l-introjtu minnha;
(e) is-sjieda, l-introjtu u l-qligħ kapitali minn beni immobbli;
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
(ba) Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għandu jitqies li jkun hemm konformità mal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni fir-rigward tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikunu jistgħu jaċċessaw tali informazzjoni permezz tar-reġistri nazzjonali jew permezz tas-sistemi nazzjonali għall-irkupru tad-data jew permezz tar-reġistri interkonnessi kif previst fil-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849].”
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bb (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8 – paragrafu 3
(bb) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tindika lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar waħda mill-kategoriji tad-dħul u l-kapital imsemmija fil-paragrafu 1 jew bosta minnhom. Hija għandha tinforma wkoll lill-Kummissjoni b’dan.
“3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tindika lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar waħda mill-kategoriji tad-dħul u l-kapital imsemmija fil-paragrafu 1 jew bosta minnhom. Hija għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.”
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bc (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8 – paragrafu 3a – subparagrafu 2 – punt a
(bc) fil-paragrafu 3a, it-tieni subparagrafu, il-punt a huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a) l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta’ twelid (f’każ ta’ individwu) ta’ kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta’ Kont tal-kont u, fil-każ ta’ kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta’ Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta’ diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta’ twelid ta’ kull Persuna Rapportabbli;
“(a) l-isem, l-indirizz, it-TINs ud-data u l-post ta’ twelid (f’każ ta’ individwu) ta’ kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta’ Kont tal-kont u, fil-każ ta’ kwalunkwe Entità li tkun id-Detentur benefiċjarju aħħari ta’ Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta’ diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta’ twelid ta’ kull Persuna Rapportabbli;”
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – titolu
(-a) it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
Kamp ta’ applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment
Kamp ta’ applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment
(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn tkun inħarġet, ġiet emendata jew imġedda deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem transfruntiera għal individwu b’valur nett għoli wara l-31 ta’ Diċembru 2023 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn tkun inħarġet, ġiet emendata jew imġedda deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem għal individwu b’valur nett għoli wara l-31 ta’ Diċembru 2023 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt i Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha, f’konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21, tikkomunika wkoll l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha kif ukoll lill-Kummissjoni, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment maħruġin, emendati jew imġeddin fi żmien perjodu li jibda 5 snin qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għal individwi b’valur nett għoli maħruġin, emendati jew imġeddin fi żmien perjodu li jibda 5 snin qabel l-1 ta’ Jannar 2026.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha, f’konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21, tikkomunika wkoll l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha kif ukoll lill-Kummissjoni, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment maħruġin, emendati jew imġeddin fi żmien perjodu li jibda 5 snin qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għal individwi b’valur nett għoli maħruġin, emendati jew imġeddin fi żmien perjodu li jibda 5 snin qabel l-1 ta’ Jannar 2024.
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt ii Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)
Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għal individwi b’valur nett għoli bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2025, din il-komunikazzjoni għandha ssir bil-kundizzjoni li kienu għadhom validi fl-1 ta’ Jannar 2026.
Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati għal individwi b’valur nett għoli bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2023, din il-komunikazzjoni għandha ssir bil-kundizzjoni li kienu għadhom validi fl-1 ta’ Jannar 2026.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt iia (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – paragrafu 2 – subparagrafu 4
(iia) jitħassar ir-raba’ subparagrafu.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
(ba) fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-awtorità kompetenti ma għandhiex tinnegozja u tikkonkludi arranġamenti preliminari transfruntiera bilaterali jew multilaterali ġodda ta’ prezzijiet ta’ trasferiment ma’ pajjiżi terzi li ma jippermettux l-iżvelar tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem.”
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt d – punt ia (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8a – paragrafu 6 – punt b
(ia) il-punt b huwa sostitwit b’dan li ġej:
(b) sommarju tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew tal-arranġament preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew tas-serje ta’ tranżazzjonijiet rilevanti u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, mingħajr ma twassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku;
“(b) sommarju tad-deċiżjoni antiċipata jew tal-arranġament preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet rilevanti, l-implikazzjonijiet rilevanti kollha ta’ taxxa diretta u indiretta bħar-rati tat-taxxa effettiva, u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, iżda mhux l-informazzjoni li tista’ twassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku;”
(3a) fl-Artikolu 8aa, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-Rapport għal kull Pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku u sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 4, tikkomunika r-rapport għal kull pajjiż lil kull Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti tkun residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew inkella tkun soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta’ stabbiliment permanenti.
“2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-Rapport għal kull Pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku u sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 4, tikkomunika r-rapport għal kull pajjiż lil kull Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti tkun residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew inkella tkun soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-rapport għal kull pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha tikkomunika wkoll dak ir-rapport lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti għal kull pajjiż. Il-Kummissjoni għandha tippubblika statistika anonimizzata u aggregata dwar ir-rapport għal kull pajjiż fuq bażi annwali għall-Istati Membri kollha.”
(3b) fl-Artikolu 8ab, il-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:
5. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta’ rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli fejn l-obbligu ta’ rappurtar jikser il-privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. F’tali ċirkostanzi, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi lill-intermedjarji jinnotifikaw, mingħajr dewmien, kwalunkwe intermedjarju ieħor jew, jekk ma jkun hemm ebda tali intermedjarju, lill-kontribwent rilevanti dwar l-obbligi tagħhom ta’ rappurtar taħt il-paragrafu6.
“5. Kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta’ rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli fejn l-obbligu ta’ rapportar jikser il-privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. F’tali ċirkostanzi, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi lil kwalunkwe intermedjarju li jkun ingħata eżenzjoni jinnotifika, mingħajr dewmien, lill-klijent tiegħu jew tagħha, jekk dak il-klijent huwa intermedjarju jew, jekk ma jkun hemm ebda tali intermedjarju, jekk dak il-klijent huwa l-kontribwent rilevanti, dwar l-obbligi tagħhom ta’ rapportar taħt il-paragrafu 6. ”
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8ab – paragrafu 14 – punt c
(c) sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli, inkluża referenza għall-isem li bih huwa magħruf b’mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni tal-arranġamenti rilevanti u kull informazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, mingħajr ma dan iwassal biex jiġi divulgat xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew dwar proċess kummerċjali, jew xi informazzjoni li d-divulgazzoni tagħha tmur kontra l-politika pubblika;
(c) sommarju tal-kontenut tal-arranġament rapportabbli, inkluża referenza għall-isem li bih huwa magħruf b’mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni tal-arranġamenti rilevanti, l-impatt mistenni fuq ir-rata tat-taxxa effettiva tal-kontribwent fl-Istat Membru mitlub u kull informazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, iżda mhux l-informazzjoni li tista’ twassal biex jiġi divulgat xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew dwar proċess kummerċjali, jew xi informazzjoni li d-divulgazzoni tagħha tmur kontra l-politika pubblika;
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8ab – paragrafu 14 – punt ha (ġdid)
(4a) fl-Artikolu 8ab, il-paragrafu 14, jiżdied il-punt li ġej:
“(ha) il-lista tal-benefiċjarji, aġġornata fuq bażi annwali.”
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8ad – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jwettaq il-miżuri meħtieġa biex jeżiġi li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jwettqu l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fit-Taqsimiet II u III tal-Anness VI. Kull Stat Membru għandu jiżgura wkoll l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri, u l-konformità magħhom, f’konformità mat-Taqsima V tal-Anness VI.
1. Kull Stat Membru għandu jwettaq il-miżuri adegwati biex jeżiġi li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jwettqu l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fit-TaqsimietII u III tal-AnnessVI. Kull Stat Membru għandu jiżgura wkoll l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri, u l-konformità magħhom, f’konformità mat-Taqsima V tal-Anness VI.
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8ad – paragrafu 3 – punt c – punt i
(i) l-valur tas-suq ġust aggregat, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet tal-valur tat-Trasferimenti mwettqa mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-indirizzi tar-reġistru distribwit kif iddefiniti fir-Regolament XXX mhux magħrufin li huma assoċjati ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ assi virtwali jew ma’ istituzzjoni finanzjarja.
(i) l-valur tas-suq ġust aggregat, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet tal-valur tat-Trasferimenti mwettqa mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-indirizzi tar-reġistru distribwit kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1), il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2023/1113.
Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-punt, il-valur ġust tas-suq għandu jiġi ddeterminat u rrapportat f’munita ta’ kors legali waħda, stmata fil-ħin ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.
Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-punt, il-valur ġust tas-suq għandu jiġi ddeterminat u rrapportat f’munita ta’ kors legali waħda, stmata fil-ħin ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. Il-Kummissjoni Ewropea, wara li tikkonsulta l-Grupp ta’ Esperti dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, għandha toħroġ linji gwida dwar valutazzjoni tas-suq ġusta.
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8ad – paragrafu 5
5. Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir billi jintuża l-format kompjuterizzat standard imsemmi fl-Artikolu 20(5) fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena kalendarja li magħha huma relatati r-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2027.
5. Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir billi jintuża l-format kompjuterizzat standard imsemmi fl-Artikolu 20(5) fi żmien tliet xhur wara tmiem is-sena kalendarja li magħha huma relatati r-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2027.
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 8ad – paragrafu 6
6. Minkejja l-paragrafu 3, ma huwiex meħtieġ li tiġi rrapportata l-informazzjoni fir-rigward ta’ Utent tal-Kriptoassi fejn il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun kiseb assigurazzjonijiet adegwati li Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ieħor jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ rapportar ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dak l-Utent tal-Kriptoassi.
Għall-finijiet tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli meħtieġa biex Operatur tal-Kriptoassi jintalab jirreġistra fl-Unjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha talloka numru ta’ identifikazzjoni individwali lil dan l-Operatur tal-Kriptoassi.
Għall-finijiet tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli adegwati biex Operatur tal-Kriptoassi jintalab jirreġistra fl-Unjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha talloka numru ta’ identifikazzjoni individwali lil dan l-Operatur tal-Kriptoassi.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba motivata minn kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddetermina jekk l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi skambjata awtomatikament skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni, tikkorrispondix ma’ dik speċifikata fit-Taqsima II, il-paragrafu B, tal-Anness VI, skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), Tal-Anness VI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu26(2).
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba motivata minn kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddetermina jekk l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi skambjata awtomatikament skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni, tikkorrispondix ma’ dik speċifikata fit-Taqsima II, il-paragrafu B, tal-Anness VI, skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), Tal-Anness VI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), mingħajr dewmien bla bżonn.
11a. Il-paragrafu 11 m’għandux japplika jekk il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni attwalment tkun elenkata fl-Anness I jew II tal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, jew identifikata fil-lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi AML/CFT tagħhom, jew jekk kienet tagħmel parti minn waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji fit-12-il xahar preċedenti.
Barra minn hekk, kwalunkwe elenkar futur fl-Anness I jew fl-Anness II tal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet mhux koperattivi għal skopijiet ta’ taxxa jew identifikazzjoni bħala pajjiż terz li għandu nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim AML/CFT tiegħu għandu jissospendi l-effett ta’ kwalunkwe att ta’ implimentazzjoni eżistenti fir-rigward ta’ dik il-ġuriżdizzjoni speċifika.
(6a) fl-Artikolu 8b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-istatistika dwar il-volum ta’ skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8(1), 8(3a), 8aa u 8ac, u bl-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u ma’ kwalunkwe bidla potenzjali, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-partijiet terzi.
“1. Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni materjali kollha rilevanti, inkluż l-istatistika dwar il-volum ta’ skambji awtomatiċi kif ukoll valutazzjoni tal-użabbiltà tad-data skambjata skont l-Artikoli 8(1), 8(3a), 8aa, 8ac u 8ad, u l-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u ma’ kwalunkwe bidla potenzjali, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-partijiet terzi.”
(6b) fl-Artikolu 11(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
“F’każijiet fejn jiġi pprovdut rifjut motivat, l-awtorità rikjedenti tista’ terġa’ tikkuntattja lill-awtorità kompetenti b’elementi addizzjonali, sabiex tikseb awtorizzazzjoni biex l-uffiċjal tagħha jwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), (b) jew (c). L-awtorità kompetenti għandha twieġeb dik it-tieni talba fi żmien 30 jum minn meta tirċeviha.”
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c – punt a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 12a – paragrafu 1
(6c) L-Artikolu 12a huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tista’ titlob lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor (jew Stati Membri oħra) biex twettaq awditu konġunt. L-awtoritajiet kompetenti li ssirilhom it-talba għandhom iwieġbu t-talba għal awditu konġunt fi żmien 60jum minn meta jirċevuha. L-awtoritajiet kompetenti li ssirilhom it-talba jistgħu jirrifjutaw talba għal awditu konġunt mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għal raġunijiet ġustifikati.
“1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tista’ titlob lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor (jew Stati Membri oħra) biex twettaq awditu konġunt. L-awtoritajiet kompetenti li ssirilhom it-talba għandhom iwieġbu t-talba għal awditu konġunt fi żmien 60 jum minn meta jirċevuha.”
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c – punt b (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 12a – paragrafu 1a (ġdid)
(b) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. Talba għal awditu konġunt minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tiġi rrifjutata għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) l-awditu konġunt mitlub ikun jinvolvi t-twettiq ta’ inkjesti jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li ssirlu t-talba;
(b) l-awtorità rikjedenti ma tkunx tista’, minħabba raġunijiet ġuridiċi, tikkomunika informazzjoni li tkun simili għal dak li l-Istat Membru li ssirlu t-talba jkun mistenni jipprovdi matul l-awditu konġunt.
Meta awtorità rikjesta tirrifjuta t-talba, hi għandha tinforma lir-rikjedent bir-raġuni, miż-żewġ raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, li għaliha tkun ġiet irrifjutata t-talba.”
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a Direttiva 2011/16/UE Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista’ tintuża għall-valutazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar it-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll tal-VAT, ta’ taxxi indiretti oħrajn, ta’ dazji doganali u kontra l-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.
L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista’ tintuża għall-valutazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll tal-VAT, ta’ taxxi indiretti oħrajn, ta’ dazji doganali, tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u reati predikati assoċjati, tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u penali finanzjarji mmirati.
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b Direttiva 2011/16/UE Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Bil-permess tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni skont din id-Direttiva, u biss sa fejn dan huwa permissibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti li jaslu skont din id-Direttiva jistgħu jintużaw għal finijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 1.
Sa fejn dan huwa permissibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti li jaslu skont din id-Direttiva jistgħu jintużaw għal finijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. Tali permess għandu jingħata b’mod dirett jekk l-informazzjoni tista’ tintuża għal finijiet simili fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tikkomunika l-informazzjoni.
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c Direttiva 2011/16/UE Artikolu 16 – paragrafu 7
7. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv biex tiżgura l-valutazzjoni tad-data miksuba permezz tar-rapportar jew l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.;
7. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv biex tiżgura l-użu u l-valutazzjoni tal-kwalità u l-kompletezza tad-data miksuba u kondiviża permezz tar-rapportar jew l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kif ukoll proċeduri għall-analiżi sistematika tar-riskju ta’ din l-informazzjoni u għall-analiżi sistematika ta’ informazzjoni mhux imqabbla skambjata skont l-Artikoli 5 u 8.
(7a) fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“4a. Il-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 4 li jiġi rrifjutat l-għoti ta’ informazzjoni ma għandhiex tapplika jekk l-awtorità rikjedenti tkun tista’ turi li l-informazzjoni mhijiex se tiġi żvelata lill-pubbliku u se tintuża biss għall-fini tal-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-kwistjonijiet tat-taxxa rilevanti tal-persuna jew tal-grupp ta’ persuni kkonċernati mit-talba għal informazzjoni.”
(9a) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa.
“2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa u għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-ispejjeż tal-konformità li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjoni possibbli ta’ rapportar żejjed. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, darba kull sena, ir-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Għandu jiġi ppubblikat sommarju ta’ dawk ir-riżultati, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-kunfidenzjalità tal-kontribwenti. L-informazzjoni ma għandhiex tkun diżaggregata sa tali livell li tkun tista’ tiġi attribwita lil kontribwent wieħed.”
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 23 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8ab kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba msemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 u tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8 sa 8ad, il-grad ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba, inkluż id-dħul mit-taxxa inkrementali assoċjat u l-prattiċi illeċiti identifikati b’kooperazzjoni amministrattiva. L-informazzjoni kkomunikata għandha tkun diżaggregata mill-Kummissjoni, bħala minimu f’livell ta’ kull pajjiż. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a – punt a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 23a – paragrafu 1
(11a) L-Artikolu 23a huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali mill-Kummissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni u ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe fini ieħor minn dawk meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-Istati Membri jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
“1. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali, dment li n-nuqqas ta’ żvelar tagħha ma jagħmilx ħsara lill-interess pubbliku, li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi attribwita lil kontribwent uniku u li l-iżvelar tagħha jkun jikser id-drittijiet tal-kontribwenti.”
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a – punt b (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 23a – paragrafu 2
(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni permezz tal-użu ta’ tali informazzjoni, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Tali informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha.
“2. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni permezz tal-użu ta’ tali informazzjoni attribwibbli, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Tali informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha.
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi, u ma għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal ebda persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi.
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull sena l-Kummissjoni tista’ tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f’konformità mal-Artikolu 23(4).
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f’konformità mal-Artikolu 23(4).
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 25a – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikolu 8(3a), u l-Artikoli 8aa sa 8ad, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati u inforzati. Il-penali u l-miżuri ta’ konformità previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikolu 8(3a), u l-Artikoli 8aa sa 8ad, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati u inforzati. Il-penali u l-miżuri ta’ konformità previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali jiġu infurzati kontra l-partijiet li fil-fatt ikunu ħatja.
1a. Meta Stat Membru jipprevedi penali li jaqbżu l-EUR 150 000, huwa għandu jistabbilixxi reġim temporanju ta’ tnaqqis tal-penali għal 3 snin għall-SMEs fir-rigward tal-Artikolu 8ad.
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 25a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c
(c) l-awtorità li teżerċita l-kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
F’każijiet ta’ nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi jew meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li tammonta għal aktar minn 25 % tal-informazzjoni li kellha tiġi rrapportata f’konformità mal-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI, it-Taqsima II, is-subparagrafu (B), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas il-penali pekunarji minimi li ġejjin.
F’każijiet ta’ nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi jew meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li tammonta għal aktar minn 25 % tal-informazzjoni li kellha tiġi rrapportata f’konformità mal-informazzjoni stabbilita fl-Annessi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas il-penali pekunarji minimi li ġejjin.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 25a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8ab, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-intermedjarju jew tal-kontribwent rilevanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun EUR 6 miljun jew aktar; il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 20 000 meta l-intermedjarju jew il-kontribwent rilevanti jkun persuna fiżika;
imħassar
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 25a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
(d) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8ac, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun EUR 6 miljun jew aktar, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 20 000 meta l-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun persuna fiżika;
imħassar
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 25a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e
(e) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8ad, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun EUR 6 miljun jew aktar, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 20 000 meta l-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun persuna fiżika.
Fi żmien ... [sena wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tevalwa l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-ammonti pprovduti f’dan il-paragrafu.
(13a) Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. Kull ħames snin wara l-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
“1. Kull ħames snin wara l-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti speċifiċi, inklużi proposti leġiżlattivi, għat-titjib ta’ din id-Direttiva.”
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 27 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw b’rabta mal-ġuriżdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f’konformità ma’ din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u kull sena għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw b’rabta mal-ġuriżdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f’konformità ma’ din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u kull sena għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tqis tali eżiti tal-valutazzjoni mill-Istati Membri sabiex tavvanza b’aktar rieżamijiet leġiżlattivi ħalli tindirizza l-lakuni u d-dgħufijiet persistenti ta’ din id-Direttiva.
(14a) Fl-Artikolu 27, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2a. Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta qafas komuni għall-kejl tal-impatt u l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 Direttiva 2011/16/UE Artikolu 27c – paragrafu 1
Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-TIN ta’ individwi jew ta’ entitajiet irrapportati maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jkun inkluż fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u (3a), fl-Artikolu 8a(6), fl-Artikolu 8aa(3), fl-Artikolu 8ab(14), fl-Artikolu 8ac(2) u fl-Artikolu 8ad(3). It-TIN għandu jiġi pprovdut anke meta ma jkunx speċifikament rikjest minn dawk l-Artikoli.
Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2027 jew wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-TIN ta’ individwi jew ta’ entitajiet irrapportati maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza, fejn disponibbli, ikun inkluż fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u (3a), fl-Artikolu 8a(6), fl-Artikolu 8aa(3), fl-Artikolu 8ab(14), fl-Artikolu 8ac(2) u fl-Artikolu 8ad(3). It-TIN għandu jiġi pprovdut anke meta ma jkunx speċifikament rikjest minn dawk l-Artikoli.
Sa Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk huwiex mixtieq li jiġi introdott TIN Ewropew. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE Artikolu 27d (ġdid)
(15a) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“L-Artikolu 27d
Rieżami
Sa Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hux meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni u titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprevedi li:
(a) il-kategoriji ta’ introjtu stabbiliti fl-Artikolu 8(1) jiġu estiżi għal assi finanzjarji inkluż in-negozjar tal-muniti u assi mhux finanzjarji bħal beni immobbli, arti jew ġojjellerija u forom ġodda għall-ħżin tal-ġid bħal portijiet ħielsa u kaxex ta’ depożitu sikur inkluż id-data dwar is-sjieda benefiċjarja aħħarija u l-kapital bħala garanzija;
(b) il-listi ta’ elementi stabbiliti fl-Artikolu 8(3a) jiġu estiżi biex jinkludu d-data dwar is-sjieda benefiċjarja aħħarija u biex jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni permezz tat-tieni residenza fiskali jew residenzi fiskali multipli.”
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2026.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2027.
Emenda 95 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i Direttiva 2011/16/UE ANNESS I – Taqsima I – punt A – paragrafu 1 – punt c
(c) jekk il-kont ikunx kont konġunt, u l-għadd ta’ Detenturi tal-Kont konġunt.
(c) jekk il-kont ikunx kont konġunt, u l-għadd ta’ Detenturi tal-Kont konġunt u s-sehem ta’ kull Detentur tal-Kont.
Emenda 96 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt iia (ġdid) Direttiva 2011/16/UE ANNESS I – Taqsima I – punt A – subparagrafu 7a (ġdid)
(iia) jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“7a. fil-każ li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda kont li jkun irid jiġi rrapportat skont din id-Direttiva, notifika negattiva, inkluża spjegazzjoni dwar għaliex l-istituzzjoni finanzjarja ma tkun qed tirrapporta l-ebda informazzjoni.”
Emenda 97 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid) Direttiva 2011/16/UE ANNESS I – Taqsima I – punt Fa (ġdid)
(ca) jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Fa. Kull Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha notifika negattiva, inkluża spjegazzjoni dwar għaliex l-istituzzjoni finanzjarja ma tkun qed tirrapporta l-ebda informazzjoni jew informazzjoni dwar liema istituzzjoni finanzjarja oħra tkun qed tirrapporta f’isimha.”
Emenda 98 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 1a – punt a (ġdid) Direttiva 2011/16/UE ANNESS I – Taqsima V – punt A
(1a) It-Taqsima V huwa emendat kif ġej:
(a) il-punt A huwa mħassar;
Emenda 99 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 1a – punt b (ġdid) Direttiva 2011/16/UE ANNESS I – Taqsima V – punt B
(b) il-punt B huwa sostitwit b’dan li ġej:
B. Kontijiet ta’ Entità soġġetti għal Eżami. Kont ta’ Entità Preeżistenti li għandu bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta’ Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta’ kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000 , u Kont ta’ Entità Preeżistenti li ma jaqbiżx, fil-31 ta’ Diċembru 2015, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta’ kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu eżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar ’il quddiem fil-paragrafu D.
“B. Kontijiet ta’ Entità Soġġetti għal Eżami. Kont ta’ Entità Preeżistenti għandu jiġi eżaminat skont il-proċeduri stipulati iktar ’il quddiem fil-paragrafu D.”
Emenda 100 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – punt a Direttiva 2011/16/UE Anness 1 – Taqsima VIII – punt A – subparagrafu 6 – punt b
(b) li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, għall-investiment mill-ġdid jew għan-negozjar ta’Assi Finanzjarji jew Kriptoassi Rapportabbli, jekk l-Entità tkun ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta’ Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6), il-punt (a).
(Ma jaffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 101 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – punt b Direttiva 2011/16/UE Anness I – Taqsima VIII – punt A – subparagrafu 10
10. It-terminu “Token tal-Flus Elettroniċi” jew “Token tal-E-flus” ifisser Token tal-Flus Elettroniċi jew Token tal-E-flus kif iddefinit fir-Regolament XXX.
10. It-terminu “Token tal-Flus Elettroniċi” jew “Token tal-E-flus” ifisser Token tal-Flus Elettroniċi jew Token tal-E-flus kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 102 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – punt b Direttiva 2011/16/UE Anness I – Taqsima VIII – punt A – subparagrafu 13
13. It-terminu “Kriptoassi” jfisser Kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX.
Emenda 103 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima I – punt A – subparagrafu 1
1. Entità awtorizzata skont ir-Regolament XX;
1. Entità awtorizzata skont ir-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 104 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima II – punt Ba (ġdid)
Ba. Minkejja s-subparagrafu A(1), il-post tat-twelid mhux meħtieġ li jiġi rrapportat sakemm il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jkunx b’mod ieħor meħtieġ li jikseb u jirrapporta dan skont id-dritt nazzjonali.
Emenda 105 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima II – punt C
C. L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 għandha tiġi rrapportata sal-31 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena li magħha tkun relatata l-informazzjoni. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2026.
C. L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 għandha tiġi rrapportata sal-31 ta’ Lulju tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena li magħha tkun relatata l-informazzjoni. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2026.
Emenda 106 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV – punt A – subparagrafu 1
1. “Kriptoassi” tfisser Kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX.
1. “Kriptoassi” tfisser Kriptoassi kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 107 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV – punt A – subparagrafu 5
5. “Flus Elettroniċi” jew “E-flus” tfisser Flus Elettroniċi jew E-flus kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/110/KE.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “Flus Elettroniċi” jew “E-flus” ma jinkludix prodott maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi minn klijent lil persuna oħra skont l-istruzzjonijiet tal-klijent. Prodott ma jkunx maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi jekk, fix-xogħol normali tan-negozju tal-Entità trasferenti, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-istruzzjonijiet biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment, jew, jekk ma jaslux struzzjonijiet, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-fondi.
5. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “Flus Elettroniċi” jew “E-flus” tfisser kwalunkwe Kriptoassi li: (a) huwa rappreżentazzjoni diġitali ta’ munita ta’ kors legali waħda; (b) jinħareġ mal-wasla ta’ fondi bil-għan li jsiru tranżazzjonijiet ta’ pagament; (c) huwa rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent denominata fl-istess munita ta’ kors legali; (d) huwa aċċettat b’pagament minn persuna fiżika jew ġuridika għajr l-emittent; u (e) bis-saħħa ta’ rekwiżiti regolatorji li l-emittent huwa soġġett għalihom, jista’ jinfeda fi kwalunkwe ħin u b’valur nominali għall-istess munita ta’ kors legali fuq talba tad-detentur tal-prodott. It-terminu “Flus Elettroniċi” jew “E-flus” ma jinkludix prodott maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi minn klijent lil persuna oħra skont l-istruzzjonijiet tal-klijent. Prodott ma jkunx maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi jekk, fix-xogħol normali tan-negozju tal-Entità trasferenti, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-istruzzjonijiet biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment, jew, jekk ma jaslux struzzjonijiet, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-fondi.
Emenda 108 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV – punt A – subparagrafu 6
6. “Token tal-Flus Elettroniċi” jew “Token tal-E-flus” tfisser Token tal-Flus Elettroniċi jew Token tal-E-flus kif iddefinit fir-Regolament XXX.
6. “Token tal-Flus Elettroniċi” jew “Token tal-E-flus” tfisser Token tal-Flus Elettroniċi jew Token tal-E-flus kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 109 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV – punt A – subparagrafu 7
7. “Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit (DLT)” tfisser Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit jew DLT kif iddefinita fir-Regolament XXX.
7. “Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit (DLT)” tfisser Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit jew DLT kif iddefinita fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 110 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV– punt B – subparagrafu 1
1. “Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX.
1. “Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefinit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 111 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV – punt B – punt 4
4. “Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefiniti fir-Regolament XXX inkluż l-involviment u s-self.
4. “Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Emenda 112 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima IV – punt C – punt 4
4. “Tranżazzjoni ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli” tfisser Trasferiment ta’ Kriptoassi Rapportabbli b’korrispettiv għal oġġetti jew servizzi ta’ valur li jaqbeż l-EUR 50 000.
4. “Tranżazzjoni ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli” tfisser Trasferiment ta’ Kriptoassi Rapportabbli b’korrispettiv għal oġġetti jew servizzi ta’ valur li jaqbeż l-USD 50 000 (jew l-ammont ekwivalenti fi kwalunkwe munita oħra).
Emenda 113 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima V – punt A – punt 2
2. Meta Utent tal-Kriptoassi ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa skont it-Taqsima III wara żewġ tfakkiriet wara t-talba inizjali mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, iżda mhux qabel l-iskadenza ta’ 60 jum, il-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandhom jipprevjenu lill-Utent tal-Kriptoassi milli jwettaq Tranżazzjonijiet ta’ Skambju.
2. Meta Utent tal-Kriptoassi ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa skont it-Taqsima III wara żewġ tfakkiriet wara t-talba inizjali mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, iżda mhux qabel l-iskadenza ta’ 60 jum, il-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandhom jipprevjenu lill-Utent tal-Kriptoassi milli jwettaq Tranżazzjonijiet ta’ Skambju; tali limitazzjoni għandha titneħħa immedjatament wara li l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta mill-Utent tal-Kriptoassi.
Emenda 114 Proposta għal direttiva ANNESS III Direttiva 2011/16/UE Anness VI – Taqsima V – punt E
L-Istat Membru domiċiljari li jipprovdi l-awtorizzazzjoni lill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi f’konformità mar-Regolament XXX għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti lista tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi awtorizzati kollha fuq bażi regolari u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru.
L-Istat Membru domiċiljari li jipprovdi l-awtorizzazzjoni lill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1114 għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti lista tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi awtorizzati kollha fuq bażi regolari u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru.