Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument għas-Suq Uniku f’emerġenza u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (COM(2022)0459 – C9-0315/2022 – 2022/0278(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi strumentgħas-Suq Uniku f’emerġenza u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98
li jistabbilixxi qafas għal miżuri ta’ emerġenza u reżiljenza tas-Suq Intern (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-kriżijiet tal-passat, speċjalment il-jiem bikrija tal-pandemija tal-COVID-19, urew li s-suq intern (imsejjaħ ukoll is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu jistgħu jiġu affettwati b’mod serju minn tali kriżijiet, u hemm nuqqas ta’ għodod u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni xierqa għall-immaniġġar tal-kriżijiet, ma jkoprux l-aspetti kollha tas-Suq Uniku jew ma jippermettux rispons f’waqtu għal tali impatti.
(1) Il-kriżijiet tal-passat, speċjalment il-jiem bikrija tal-pandemija tal-COVID-19, urew li s-suq intern u l-ktajjen tal-provvista tiegħu jistgħu jiġu affettwati b’mod serju, u hemm nuqqas ta’ għodod u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni xierqa għall-immaniġġar tal-kriżijiet, ma jkoprux l-aspetti kollha tas-Suq Intern jew ma jippermettux rispons f’waqtu u effettiv għal tali kriżijiet.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) L-Unjoni ma kinitx imħejjija biżżejjed biex tiżgura l-manifattura, l-akkwist u d-distribuzzjoni effiċjenti ta’ oġġetti mhux mediċi rilevanti għall-kriżijiet bħat-tagħmir protettiv personali, speċjalment fil-fażi bikrija tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ad hoc meħuda mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-funzjonament tas-Suq Uniku u biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ oġġetti mhux mediċi rilevanti għall-kriżijiet matul il-pandemija tal-COVID-19 kienu neċessarjament reattivi. Mill-pandemija ħarġet ukoll ħarsa ġenerali insuffiċjenti lejn il-kapaċitajiet tal-manifattura madwar l-Unjoni kif ukoll il-vulnerabbiltajiet relatati mal-ktajjen tal-provvista globali.
(2) L-Unjoni ma kinitx imħejjija biżżejjed biex tiżgura l-manifattura, l-akkwist u d-distribuzzjoni effiċjenti ta’ oġġetti mhux mediċi rilevanti għall-kriżijiet bħat-tagħmir protettiv personali, speċjalment fil-fażi bikrija tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ad hoc meħuda mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-funzjonament tas-Suq Intern u biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ oġġetti mhux mediċi rilevanti għall-kriżijiet matul il-pandemija tal-COVID-19 kienu neċessarjament reattivi. Mill-pandemija ħarġet ukoll ħarsa ġenerali insuffiċjenti lejn il-kapaċitajiet tal-manifattura madwar l-Unjoni kif ukoll il-vulnerabbiltajiet relatati mal-ktajjen tal-provvista globali.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Matul il-pandemija tal-COVID-19, miżuri mhux koordinati li llimitaw l-moviment liberu tal-persuni kellhom impatt partikolari fuq setturi kritiċi, b’mod partikolari dawk li jiddependu fuq ħaddiema mobbli, inklużi ħaddiema fruntaliera u transfruntiera, li kellhom rwol essenzjali sabiex l-ekonomija tal-Unjoni tibqa’ għaddejja matul dak iż-żmien.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) L-azzjonijiet mill-Kummissjoni ddewmu b’diversi ġimgħat minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura ta’ ppjanar ta’ kontinġenza madwar l-Unjoni u ta’ ċarezza dwar liema parti mill-amministrazzjoni nazzjonali kellha tiġi kkuntattjata biex jinstabu soluzzjonijiet rapidi għall-impatt fuq is-Suq Uniku li kkawżat il-kriżi. Barra minn hekk, ħareġ biċ-ċar li l-azzjonijiet restrittivi mhux ikkoordinati meħuda mill-Istati Membri jkomplu jaggravaw l-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku. Irriżulta li hemm bżonn ta’ arranġamenti bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar ta’ kontinġenza, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tekniku u l-iskambju ta’ informazzjoni.
(3) L-azzjonijiet mill-Kummissjoni ddewmu b’diversi ġimgħat minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura ta’ ppjanar ta’ kontinġenza madwar l-Unjoni u ta’ ċarezzadwar liema awtorità nazzjonali kellha tiġi kkuntattjata biex jinstabu soluzzjonijiet rapidi għall-impatt fuq is-Suq Intern li kkawżat il-kriżi. Barra minn hekk, ħareġ biċ-ċar li l-azzjonijiet restrittivi mhux ikkoordinati meħuda mill-Istati Membri jkomplu jaggravaw l-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Intern. Irriżulta li hemm bżonn ta’ arranġamenti bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar ta’ kontinġenza, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tekniku u l-iskambju ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, sar evidenti li n-nuqqas ta’ koordinazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri aggrava n-nuqqasijiet ta’ oġġetti u ħoloq aktar ostakli għall-moviment liberu tas-servizzi u tal-persuni.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi ssuġġerew li l-operaturi ekonomiċi ma kellhomx biżżejjed informazzjoni dwar il-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Istati Membri matul il-pandemiji, parzjalment minħabba li ma kinux jafu fejn għandhom jiksbu tali informazzjoni, parzjalment minħabba r-restrizzjonijiet lingwistiċi u l-piż amministrattiv implikat fit-twettiq ta’ inkjesti ripetuti fl-Istati Membri kollha, speċjalment f’ambjent regolatorju li qiegħed jinbidel b’mod kostanti.Dan waqqafhom milli jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali informati dwar sa liema punt jistgħu jibbażaw fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu jew ikomplu operazzjonijiet kummerċjali transfruntiera matul il-kriżi. Huwa neċessarju li tittejjeb id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni
(4) Madankollu, minkejja n-nuqqas inizjali ta’ koordinazzjoni, ir-regoli tas-Suq Intern kellhom rwol ewlieni fil-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tal-kriżi u fl-iżgurar ta’ rkupru rapidu tal-ekonomija tal-Unjoni, jiġifieri billi pprekludew restrizzjonijiet nazzjonali mhux ġustifikati u sproporzjonati li jinsabu fir-reazzjonijiet unilaterali mill-Istati Membri u billi pprovdew inċentiv qawwi biex jinstabu soluzzjonijiet komuni, u b’hekk tiġi promossa s-solidarjetà.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Dawn l-avvenimenti reċenti enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li l-Unjoni tkun imħejjija aħjar għal kriżijiet futuri possibbli, speċjalment meta nikkunsidraw l-effetti kontinwi tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali li jirriżultaw kif ukoll l-instabbilitajiet ekonomiċi u ġeopolitiċi globali. Minħabba l-fatt li ma huwiex magħruf liema tip ta’ kriżijiet jistgħu jfeġġu fil-futur u jipproduċuimpattiserji fuq is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu fil-futur, huwa neċessarju li jiġi previst strument li jkun japplika fir-rigward tal-impatti fuq is-Suq Uniku ta’ firxa wiesgħa ta’ kriżijiet.
(5) Dawn l-avvenimenti reċenti enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li l-Unjoni tkun imħejjija aħjar għal kriżijiet futuri possibbli, b’mod partikolari meta jitqiesu l-effetti kontinwi tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali li jirriżultaw kif ukoll l-instabbilitajiet ekonomiċi u ġeopolitiċi globali. Minħabba l-fatt li ma huwiex magħruf liema tip ta’ kriżijiet futuri jistgħu jseħħu u jkollhomimpattserju fuq is-Suq Intern u l-ktajjen tal-provvista tiegħu, huwa neċessarju li jiġi previst strument li jkun japplika fil-każ tal-okkorrenza ta’ firxa wiesgħa ta’ kriżijiet li jkollhom impatt fuq is-suq intern u effett transfruntier.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) L-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku jista’ jkun doppju. Minn naħa waħda, kriżi tista’ twassal għal ostakli għall-moviment liberu fi ħdan is-Suq Uniku, u b’hekk tfixkel il-funzjonament normali tiegħu. Min-naħa l-oħra, kriżi tista’ tamplifika n-nuqqasijiet ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Uniku. Ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza ż-żewġ tipi ta’ impatti fuq is-Suq Uniku.
(6) L-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Intern jista’ jwassal għal ostakli għall-moviment liberu fi ħdan is-Suq Intern, u b’hekk ifixkel il-funzjonament normali tiegħu. Kriżi tista’ taggrava n-nuqqasijiet ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Intern. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza l-impatt detrimentali fuq il-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi jew persuni fis-Suq Intern.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Peress li kwalunkwe aspett speċifiku tal-kriżijiet futuri li jkollhom impatt fuq is-Suq Uniku u fuq il-ktajjen tal-provvista tiegħu huwa diffiċli li jiġi previst, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi qafas ġenerali li jantiċipa l-impatti negattivi li kwalunkwe kriżi tista’ tikkawża fuq is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu, iħejji għalihom, jimmitigahom u jimminimizzahom. .
(7) Peress li kwalunkwe aspett speċifiku tal-kriżijiet futuri li jkollhom impatt fuq is-Suq Intern u fuq il-ktajjen tal-provvista tiegħu huwa diffiċli li jiġi previst, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi qafas ġenerali li jantiċipa l-impatti negattivi li kwalunkwe kriżi tista’ tikkawża fuq is-Suq Intern u l-ktajjen tal-provvista tiegħu, iħejji għalihom, jimmitigahom u jimminimizzahom u sabiex isaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Il-qafas ta’ miżuristabbilitskont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintuża b’mod koerenti, trasparenti, effiċjenti, proporzjonat u f’waqtu, filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jinżammu l-funzjonijiet tas-soċjetà vitali, jiġifieri inklużi s-sigurtà pubblika, is-sikurezza, l-ordni pubblika, jew is-saħħa pubblika, b’rispett għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet essenzjali oħrajn tal-istat, inkluż li jiżguraw l-integrità territorjali tal-Istat u jżommu l-liġi u l-ordni.
(8) Il-miżuristabbilitif’dan ir-Regolament jenħtieġ li jintużaw b’mod koerenti, trasparenti, effiċjenti, proporzjonat u f’waqtu, filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jinżammu l-funzjonijiet tas-soċjetà vitali, inklużi s-sigurtà pubblika, is-sikurezza, l-ordni pubblika, jew is-saħħa pubblika, b’rispett għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet essenzjali oħrajn tal-istat, inkluż li jiżguraw l-integrità territorjali tal-Istat u jżommu l-liġi u l-ordni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u d-difiża nazzjonali.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jipprovdi:
(9) Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jipprovdi l-mezzi meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament kontinwu tas-Suq Intern, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi ħaddiema, u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi fiż-żminijiet ta’ kriżi.
— il-mezzi neċessarji biex jiġi żgurat il-funzjonament kontinwu tas-Suq Uniku, in-negozji li joperaw fis-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista strateġiċi tiegħu, inkluża ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti, tas-servizzi u tal-persuni fi żminijiet ta’ kriżi u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi fiż-żmien ta’ kriżi;
— forum għal koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambju adegwati ta’ informazzjoni; u
— l-mezzi għall-aċċessibbiltà f’waqtha u għad-disponibbiltà tal-informazzjoni li hija meħtieġa għal rispons immirat u għal imġiba adegwata tas-suq min-negozji u miċ-ċittadini matul kriżi.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Fejn possibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-antiċipazzjoni ta’ avvenimenti u kriżijiet, filwaqt li jibni fuq analiżi kontinwa li tikkonċerna oqsma strateġikament importanti tal-ekonomija tas-Suq Uniku u l-ħidma kontinwa ta’ prospettiva tal-Unjoni.
imħassar
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jidduplikax il-qafas eżistenti għall-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħrajn skont il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż ir-Regolament (UE) …/… dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa [ir-Regolament SCBH (COM/2020/727)], ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …/… dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet [ir-Regolament dwar Qafas ta’ Emerġenza (COM/2021/577)], ir-Regolament (UE) …/… dwar il-mandat estiż tal-ECDC [ir-Regolament ECDC (COM/2020/726)] u r-Regolament (UE) 2022/123 dwar il-mandat estiż tal-EMA [ir-Regolament EMA]. Għalhekk, il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħra, meta jkunu tqiegħdu fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar Qafas ta’ Emerġenza, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-moviment liberu matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, u b’mod partikolari dawk imfassla biex jistabbilixxu mill-ġdid u jiffaċilitaw il-moviment liberu kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ notifika.
(11) Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jidduplikax il-qafas eżistenti għall-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħrajn skont il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż ir-Regolament (UE) 2022/123 u r-Regolament (UE) 2022/2371. Għalhekk, il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku jew kontromiżuri mediċi oħra, li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-moviment liberu matul l-emerġenza tas-Suq Intern, u b’mod partikolari dawk imfassla biex jistabbilixxu mill-ġdid u jiffaċilitaw il-moviment liberu kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ notifika.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi operati mill-Kunsill skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 fir-rigward tal-ħidma tiegħu dwar l-impatti tas-Suq Uniku ta’ kriżijiet transsettorjali li jirrikjedu t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi.
(12) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi operati mill-Kunsill skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 fir-rigward tal-ħidma tiegħu dwar l-impatti tas-Suq Intern ta’ kriżijiet transsettorjali li jirrikjedu t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Sabiex titqies in-natura eċċezzjonali u l-konsegwenzi potenzjali fit-tul għall-operat fundamentali tas-Suq Uniku ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata setgħat ta’ implimentazzjoni b’mod eċċezzjonali għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku skont l-Artikolu 281(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(16) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tax-xogħol jew għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u għad-drittijiet ta’ negozjar kollettiv u l-awtonomija tas-sħab soċjali.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) L-Artikolu 21 tat-TFUE jistabbilixxi d-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqalqu minn post għal ieħor u li joqogħdu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġetti għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati sabiex dan jitwettaq. Il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet dettaljati huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali applikabbli għal dawn il-limitazzjonijiet u r-raġunijiet li jistgħu jintużaw biex jiġġustifikaw tali miżuri. Dawn ir-raġunijiet huma l-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. F’dan il-kuntest, ir-restrizzjonijiet għal-libertà tal-moviment jistgħu jiġu ġġustifikati jekk ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. Dan ir-Regolament ma huwiex maħsub biex jipprevedi raġunijiet addizzjonali għal-limitazzjoni tad-dritt għall-moviment liberu tal-persuni lil hinn minn dawk previsti fil-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE.
(17) Meta l-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, tali pproċessar jenħtieġ li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, notevolment ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1).
1b Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Fir-rigward tal-miżuri għall-istabbiliment mill-ġdid u l-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni u kwalunkwe miżura oħra li taffettwa l-moviment liberu tal-persuni prevista skont dan ir-Regolament, dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 21 tat-TFUE u jikkomplementaw id-Direttiva 2004/38/KE mingħajr ma jaffettwaw l-applikazzjoni tagħha fiż-żmien tal-emerġenzi tas-Suq Uniku. Tali miżuri jenħtieġ li ma jirriżultawx fl-awtorizzazzjoni jew fil-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjonijiet għall-moviment liberu li jmorru kontra t-Trattati jew dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni.
(18) Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, inkluża kwalunkwe assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi, li joffru prodotti jew servizzi ta’ importanza kritika fis-suq. Barra minn hekk, jiddefinixxi oqsma ta’ importanza kritika li huma ta’ importanza sistemika u vitali għall-funzjonament tas-Suq Intern, b’mod partikolari oqsma relatati mal-moviment liberu transfruntier ta’ oġġetti, servizzi jew persuni, pereżempju fl-oqsma tal-ikel, it-trasport, il-manutenzjoni, is-saħħa, jew it-teknoloġiji tal-informazzjoni.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) L-Artikolu 45 tat-TFUE jistabbilixxi d-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex dawn jingħataw effett. Dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet li jikkomplementaw il-miżuri eżistenti sabiex jissaħħaħ il-moviment liberu tal-persuni, tiżdied it-trasparenza u tiġi pprovduta assistenza amministrattiva matul l-emerġenzi tas-Suq Uniku. Tali miżuri jinkludu l-istabbiliment u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-punti uniċi ta’ kuntatt għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku skont dan ir-regolament.
(19) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi Bord għall-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern (“il-Bord”) biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa għall-antiċipazzjoni, il-prevenzjoni jew ir-rispons għall-impatt ta’ kriżi. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun jista’ jaħtar espert bħala membru tal-Bord. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistieden rappreżentanti ta’ korpi oħra rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni bħala osservaturi għal-laqgħat rilevanti tal-Bord, inkluż, fejn xieraq, rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-Parlament Ewropew jirċievi d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħar-rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkollu wkoll aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-Bord li għalih jiġu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA bħala osservaturi tiġi żgurata f’konformità mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll f’konformità mal-ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Bord jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom impatt fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema, b’enfażi speċjali fuq il-ħaddiema mobbli, inklużi l-ħaddiema fruntaliera u dawk transfruntiera.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Jekk l-Istati Membri jadottaw miżuri li jaffettwaw il-moviment liberu tal-oġġetti jew tal-persuni, jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bi tħejjija għal emerġenzi tas-Suq Uniku, u matulhom, jenħtieġ li dawn jillimitaw tali miżuri għal dak li huwa neċessarju u jneħħuhom malli s-sitwazzjoni tippermetti dan. Tali miżuri jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni u jenħtieġ li jqisu s-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni tal-fruntiera.
(20) Huwa essenzjali li jiġu garantiti aktar trasparenza u responsabbiltà, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ kriżi, f’konformità mal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Il-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni fl-iżgurar tar-responsabbiltà demokratika. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli biex jissaħħaħ id-djalogu dwar l-emerġenza u r-reżiljenza bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku jenħtieġ li tiskatta obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu rilevanti għall-kriżijiet.
(21) Sabiex jiġu żgurati koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effettivi f’każijiet ta’ emerġenza, dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jaħtru uffiċċji ċentrali ta’ kollegament, responsabbli għall-kuntatt mal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni maħtur mill-Kummissjoni u mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħra.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Meta teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe abbozz notifikat jew miżuri adottati mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis kif xieraq is-sitwazzjoni ta’ kriżi li qiegħda tevolvi u l-informazzjoni ta’ spiss limitata li hija għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri meta jfittxu li jnaqqsu r-riskji emerġenti fil-kuntest tal-kriżi. Fejn ikun iġġustifikat u neċessarju fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli, inkluża informazzjoni speċjalizzata jew xjentifika, il-merti tal-argumenti tal-Istati Membri li jibbażaw fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni bħala raġuni għall-adozzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni. Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tiżgura li tali miżuri jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u ma joħolqux ostakli mhux ġustifikati għall-funzjonament tas-Suq Uniku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirreaġixxi għan-notifiki tal-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi tal-kriżi partikolari, u mhux aktar tard mil-limiti ta’ żmien stabbiliti minn dan ir-Regolament.
(22) Ir-reżiljenza hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-Suq Intern jilħaq wieħed mill-għanijiet aħħarija tiegħu li jappoġġa l-ekonomija tal-Unjoni.Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-antiċipazzjoni ta’ avvenimenti u kriżijiet, filwaqt li jibni fuq analiżi kontinwa li tikkonċerna oqsma ta’ importanza kritika tal-ekonomija tas-Suq Intern u l-ħidma kontinwa ta’ prospettiva tal-Unjoni.Sabiex tiġi żgurata t-tħejjija għall-kriżijiet tal-atturi kollha, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-testijiet tal-istress li għandhom jitwettqu mill-anqas darba kull sentejn, u dwar it-taħriġ u l-protokolli ta’ kriżi li jinvolvu mhux biss lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, iżda wkoll lill-partijiet ikkonċernati bħan-negozji, is-sħab soċjali u l-esperti. Huwa essenzjali wkoll li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-riżervi strateġiċi ta’ oġġetti ta’ importanza kritika, sabiex jiġi żgurat skambju xieraq ta’ informazzjoni u jingħata appoġġ lill-Istati Membri sabiex jgħinuhom jikkoordinaw u jissimplifikaw l-isforzi tagħhom.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri speċifiċi ta’ emerġenza tas-Suq Uniku previsti f’dan ir-Regolament jintużaw biss meta dan ikun indispensabbli għar-rispons għal emerġenza partikolari tas-Suq Uniku, tali miżuri jenħtieġ li jirrikjedu attivazzjoni individwali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, li jindikaw ir-raġunijiet għal tali attivazzjoni u l-oġġetti jew is-servizzi rilevanti għall-kriżi li tali miżuri japplikaw għalihom.
(23) Sabiex jiġu ddeterminati s-setturi kritiċi, jenħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija li tqis kriterji speċifiċi, jiġifieri l-flussi kummerċjali, id-domanda u l-provvista, il-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni u globali fi stadji differenti tal-katina tal-valur u l-interdipendenzi bejn l-operaturi ekonomiċi.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-atti ta’ implimentazzjoni u r-rispett dovut għar-rwol tal-operaturi ekonomiċi fl-immaniġġar tal-kriżijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikorri biss għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, fejn l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu soluzzjoni fuq bażi volontarja fi żmien raġonevoli.Ir-raġuni għaliex dan huwa l-każ jenħtieġ li tiġi indikata f’kull tali att, u fir-rigward tal-aspetti partikolari kollha ta’ kriżi.
(24) Huwa importanti li jiġu identifikati u mmonitorjati l-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti, is-servizzi ta’ importanza kritika matul il-modalità ta’ viġilanza, kif ukoll il-moviment liberu ta’ kategoriji ta’ ħaddiema ta’ importanza kritika, qabel emerġenza tas-Suq Intern. Sabiex titqies l-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza u l-konsegwenzi potenzjali fit-tul għall-funzjonament xieraq tas-Suq Intern li tiskatta, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-attivazzjoni tal-modalità skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-modalità ta’ viġilanza jenħtieġ li tiġi attivata għal perjodu massimu ta’ sitt xhur bil-possibbiltà ta’ estensjoni tal-istess tul ta’ żmien, filwaqt li titqies kif xieraq l-opinjoni pprovduta mill-Bord. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tagħha dwar il-monitoraġġ, imwettaq matul il-modalità ta’ viġilanza, tal-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti, is-servizzi ta’ importanza kritika, il-moviment liberu ta’ kategoriji ta’ ħaddiema ta’ importanza kritika u l-inventarju tal-operaturi ekonomiċi l-aktar rilevanti.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) It-talbiet għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jintużaw mill-Kummissjoni biss meta l-informazzjoni li tkun neċessarja biex ikun hemm rispons adegwat għall-emerġenza tas-Suq Uniku, bħall-informazzjoni neċessarja għall-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri jew l-istima tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-manifatturi ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet li l-ktajjen tal-provvista tagħhom ġew imfixkla, ma tkunx tista’ tinkiseb minn sorsi disponibbli għall-pubbliku jew bħala riżultat tal-informazzjoni pprovduta b’mod volontarju.
(25) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa s-severità tat-tfixkil għall-funzjonament tas-Suq Intern u l-impatt ta’ kriżi abbażi ta’ evidenza konkreta u affidabbli, u tqis kif xieraq il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, fejn meħtieġ, jenħtieġ li tiskatta wkoll l-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri ta’ rispons għall-kriżijiet li jintroduċu aġġustamenti għar-regoli li jirregolaw id-disinn, il-manifattura, il-valutazzjoni tal-konformità u t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti soġġetti għal regoli armonizzati tal-Unjoni. Dawn il-proċeduri ta’ rispons għall-kriżijiet jenħtieġ li jippermettu li l-prodotti, indikati bħala prodotti rilevanti għall-kriżijiet jitqiegħdu malajr fis-suq f’kuntest ta’ emerġenza. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-valutazzjoni tal-konformità ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet fuq kwalunkwe applikazzjoni oħra li tkun għaddejja għal prodotti oħrajn. Min-naħa l-oħra, f’każijiet, fejn ikun hemm dewmien żejjed fil-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, li ma jkunux għaddew mill-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jitqiegħdu fis-suq rispettiv tagħhom, dment li jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi biss fit-territorju tal-Istat Membru emittenti u limitati għad-durata tal-emerġenza tas-Suq Uniku. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata ż-żieda fil-provvista ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti flessibilitajiet fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ preżunzjoni ta’ konformità.Fil-kuntest ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-manifatturi ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu wkoll minn standards nazzjonali u internazzjonali, li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-istandards armonizzati Ewropej.F’każijiet li fihom dawn tal-aħħar ma jkunux jeżistu jew li fihom il-konformità magħhom issir eċċessivament diffiċli minħabba t-tfixkil fis-Suq Uniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ toħroġ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ta’ applikazzjoni volontarja jew obbligatorja sabiex tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi lesti għall-użu lill-manifatturi.
(26) Sabiex jitqiesu n-natura eċċezzjonali u l-konsegwenzi potenzjalment estensivi tal-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern, li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, u sabiex jiġi żgurat skrutinju pubbliku xieraq, il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern jenħtieġ li tiġi attivata biss permezz ta’ att leġiżlattiv fil-forma ta’ deċiżjoni dwar proposta magħmula mill-Kummissjoni u adottata b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għal teħid rapidu ta’ deċiżjonijiet fi żminijiet ta’ kriżi, id-deċiżjonijiet biex tiġi attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern jistgħu jiġu adottati billi jintużaw il-proċeduri ta’ urġenza, peress li dawn il-proċeduri diġà ntużaw b’suċċess fil-passat.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) L-introduzzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti rilevanti għall-kriżijiet fir-regoli armonizzati settorjali rilevanti tal-Unjoni tirrikjedi aġġustamenti mmirati għad-19-il qafas settorjali li ġejjin: Id-Direttiva 2000/14/KE, id-Direttiva 2006/42/UE, id-Direttiva 2010/35/UE, id-Direttiva 2013/29/UE, id-Direttiva 2014/28/UE, id-Direttiva 2014/29/UE, id-Direttiva 2014/30/UE, id-Direttiva 2014/31/UE, id-Direttiva 2014/32/UE, id-Direttiva 2014/33/UE, id-Direttiva 2014/34/UE, id-Direttiva 2014/35/UE, id-Direttiva 2014/53/UE, id-Direttiva 2014/68/UE, ir-Regolament (UE) 2016/424, ir-Regolament (UE) 2016/425, ir-Regolament (UE) 2016/426, ir-Regolament (UE) 2019/1009 u r-Regolament (UE) 305/2011. L-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza jenħtieġ li tkun soġġetta għall-attivazzjoni tal-emerġenza tas-Suq Uniku u jenħtieġ li tkun limitata għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżijiet.
(27) L-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza jenħtieġ li tkun soġġetta għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern u jenħtieġ li tkun limitata għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżijiet. Għalhekk, l-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern, fejn meħtieġ, jenħtieġ li tiskatta wkoll l-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri ta’ rispons għall-kriżijiet li jirregolaw id-disinn, il-manifattura, il-valutazzjoni tal-konformità u t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti soġġetti għar-regoli armonizzati tal-Unjoni jew li jaqgħu taħt ir-regoli ta’ qafas ġenerali dwar is-sikurezza, limitati għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) F’każijiet li fihom ikun hemm riskji sostanzjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku jew f’każijiet ta’ nuqqasijiet kbar jew ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika, miżuri fil-livell tal-Unjoni mmirati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, bħall-ordnijiet klassifikati bħala prijorità, jistgħu juru li huma indispensabbli għar-ritorn tal-funzjonament normali tas-Suq Uniku.
(28) Restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi u persuni imposti mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu pprojbiti, sakemm ma jkunux nondiskriminatorji, ġustifikati u proporzjonati. Jenħtieġ li ma jkunx possibbli li jiġu sospiżi l-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat fi żminijiet ta’ kriżi u l-Istati Membri jenħtieġ li ma jużawx is-sitwazzjoni ta’ emerġenza bħala skuża biex jadottaw restrizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-regoli tat-Trattat. Kwalunkwe rispons għal emerġenza tas-Suq Intern jenħtieġ li jikkonforma strettament ma’ dawn ir-regoli, kif ukoll mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jekk l-Istati Membri jadottaw miżuri li jaffettwaw il-moviment liberu tal-oġġetti jew tal-persuni, jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bi tħejjija għal u matul emerġenzi tas-Suq Intern, huma jenħtieġ li jillimitaw dawn il-miżuri għal dak li huwa meħtieġ u jneħħuhom hekk kif il-modalità ta’ emerġenza tiġi diżattivata jew qabel, meta ma jkunux għadhom meħtieġa.Tali miżuri jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni u jenħtieġ li jqisu s-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni tal-fruntiera.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Sabiex jiġu mmassimizzati l-kapaċità tal-akkwist u l-pożizzjoni tan-negozjar tal-Kummissjoni matul il-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku u l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex twettaq akkwisti f’isimhom.
(29) L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi ssuġġerew li l-operaturi ekonomiċi ma kellhomx biżżejjed informazzjoni dwar il-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Istati Membri matul il-pandemiji, parzjalment minħabba li ma kinux jafu fejn għandhom jiksbu tali informazzjoni, u parzjalment minħabba r-restrizzjonijiet lingwistiċi u l-piż amministrattiv implikat fit-twettiq ta’ inkjesti ripetuti fl-Istati Membri kollha, speċjalment f’ambjent regolatorju li qiegħed jinbidel b’mod kostanti. Dan waqqafhom milli jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali informati dwar sa liema punt jistgħu jibbażaw fuq id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu jew ikomplu operazzjonijiet kummerċjali transfruntiera matul il-kriżi.Huwa neċessarju li tittejjeb id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Fejn ikun hemm nuqqas kbir ta’ prodotti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Uniku matul emerġenza tas-Suq Uniku, u jkun ċar li l-operaturi ekonomiċi li joperaw fis-Suq Uniku ma jipproduċu l-ebda tali oġġett, iżda fil-prinċipju jistgħu jadattaw il-linja ta’ produzzjoni tagħhom għal skop differenti jew ikollhom kapaċità insuffiċjenti biex jipprovdu l-oġġetti jew is-servizzi meħtieġa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri bħala l-aħħar alternattiva biex jieħdu miżuri ħalli jiffaċilitaw jew jitolbu ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-manifatturi jew fil-kapaċità tal-fornituri tas-servizzi biex jipprovdu servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew biex jadattawhom għal skop differenti. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar is-severità tan-nuqqas u t-tip ta’ prodotti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma meħtieġa u tipprovdi appoġġ u pariri fir-rigward tal-flessibilitajiet fl-acquis tal-UE għal tali finijiet.
(30) L-Artikolu 21 TFUE jistabbilixxi d-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, suġġett għal-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex dawn jitwettqu. Il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet dettaljati huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE. Dik id-Direttiva tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali applikabbli għal dawk il-limitazzjonijiet u r-raġunijiet li jistgħu jintużaw biex jiġġustifikaw tali miżuri. Dawk ir-raġunijiet huma l-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. F’dan il-kuntest, ir-restrizzjonijiet għal-libertà tal-moviment jistgħu jiġu ġġustifikati jekk ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji. Dan ir-Regolament ma huwiex maħsub biex jipprevedi raġunijiet addizzjonali għal-limitazzjoni tad-dritt għall-moviment liberu tal-persuni lil hinn minn dawk previsti fil-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Il-miżuri li jiżguraw il-flessibbiltà regolatorja jippermettu lill-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jaċċelleraw il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi li jkunu neċessarji għat-titjib tal-kapaċità li jiġu prodotti oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew li jiġu pprovduti servizzi rilevanti għall-kriżijiet.
(31) Il-miżuri li jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-persuni u kwalunkwe miżura oħra li taffettwa l-moviment liberu tal-persuni prevista skont dan ir-Regolament, huma bbażati fuq l-Artikolu 21 tat-TFUE u jikkomplementaw id-Direttiva 2004/38/KE mingħajr ma jaffettwaw l-applikazzjoni tagħha f’każ ta’ emerġenzi tas-Suq Intern. Tali miżuri jenħtieġ li ma jirriżultawx fl-awtorizzazzjoni jew fil-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjonijiet għall-moviment liberu li jmorru kontra t-Trattati jew dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-prodotti rilevanti għall-kriżi jkunu disponibbli matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi li joperaw fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet biex jagħtu prijorità lill-ordnijiet ta’ inputs neċessarji għall-produzzjoni tal-oġġetti finali li huma rilevanti għall-kriżijiet, jew l-ordnijiet ta’ tali oġġetti finali huma stess. Jekk operatur ekonomiku jirrifjuta li jaċċetta u jipprijoritizza tali ordnijiet, wara evidenza oġġettiva li d-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet hija indispensabbli, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tistieden lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet, li l-issodisfar tagħhom imbagħad jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ieħor tad-dritt privat jew pubbliku. F’każ ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni, l-operatur inkwistjoni jenħtieġ li jispjega r-raġunijiet leġittimi tiegħu talli rrifjuta t-talba. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel tali spjegazzjoni motivata jew partijiet minnha disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tqis kif xieraq il-kunfidenzjalità tan-negozju.
(32) L-Artikolu 45 tat-TFUE jistabbilixxi d-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex dawn jingħataw effett. Dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet li jikkomplementaw il-miżuri eżistenti sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni, tiżdied it-trasparenza u tiġi pprovduta assistenza amministrattiva matul l-emerġenzi tas-Suq Intern. Tali miżuri jinkludu l-istabbiliment u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-punti uniċi ta’ kuntatt għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mħeġġa jużaw strumenti eżistenti għat-twaqqif u l-operat ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Tali punti ta’ kuntatt jenħtieġ li jkunu attivi anke barra mill-modalità ta’ emerġenza u jenħtieġ li jservu biex jgħinu fil-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Bord.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Barra minn hekk, biex tiġi żguratad-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda li l-Istati Membri jiddistribwixxu riżervi strateġiċi, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tas-solidarjetà, tan-neċessità u tal-proporzjonalità.
(33) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-possibbiltà li tadotta miżuri ta’ appoġġ għall-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Meta l-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, tali pproċessar jenħtieġ li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, jiġifieri r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42.
(34) L-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza jew ta’ emerġenza tas-Suq Intern jenħtieġ li tiskatta obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ miżuri rigward ir-restrizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-persuni, inklużi l-ħaddiema, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tiġġustifika l-introduzzjoni ta’ tali miżuri. Id-dikjarazzjoni dwar il-proporzjonalità ta’ tali miżuri jenħtieġ li tqis l-impatt tal-miżuri, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u t-tul ta’ żmien mistenni tagħhom.
__________________
41 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
42 Ir-Regolament (UE) 2016/769 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1).
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-possibbiltà li tadotta miżuri ta’ appoġġ għall-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni, għall-istabbiliment ta’ lista ta’ miri individwali (kwantitajiet u skadenzi) għal dawk ir-riżervi strateġiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza u l-miżuri ta’ viġilanza sabiex timmonitorja bir-reqqa l-ktajjen tal-provvista strateġiċi u tikkoordina l-bini ta’ riżervi strateġiċi għall-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika.Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-attivazzjoni ta’ miżuri speċifiċi ta’ rispons ta’ emerġenza fi żmien ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, biex tippermetti rispons rapidu u koordinat. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(35) Meta teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe abbozz notifikat jew miżuri adottati mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis kif xieraq is-sitwazzjoni ta’ kriżi li qiegħda tevolvi u l-informazzjoni ta’ spiss limitata li hija għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri meta jfittxu li jnaqqsu r-riskji emerġenti fil-kuntest tal-kriżi. Fejn ikun iġġustifikat u neċessarju fiċ-ċirkostanzi,il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli, inkluża informazzjoni speċjalizzata jew xjentifika, il-merti tal-argumenti tal-Istati Membri. Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tiżgura li tali miżuri jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u ma joħolqux ostakli mhux ġustifikati għall-funzjonament tas-Suq Intern.Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirreaġixxi għan-notifiki tal-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi tal-kriżi partikolari, u mhux aktar tard mil-limiti ta’ żmien stabbiliti minn dan ir-Regolament.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). B’mod partikolari, dan jirrispetta d-dritt għall-privatezza tal-operaturi ekonomiċi stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta, il-libertà ta’ intrapriża u l-libertà kuntrattwali, li huma protetti mill-Artikolu 16 tal-Karta, id-dritt għall-proprjetà, protett mill-Artikolu 17 tal-Karta, id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni protett mill-Artikolu 26 tal-Karta u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u għal proċess imparzjali kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta. Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-awtonomija tas-sħab soċjali kif rikonoxxuta mit-TFUE.
(36) Jekk il-Kummissjoni ssib li l-miżuri notifikati ma humiex f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, hija tista’ toħroġ deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru joqgħod lura milli jadotta l-abbozz ta’ miżura notifikat. L-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet hija mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, li għandha r-responsabbiltà li tiżgura r-rispett għall-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni. Biex tiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rispons effettiv għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) L-Unjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ fir-rigward tas-solidarjetà internazzjonali u tappoġġa bis-sħiħ il-prinċipju li kwalunkwe miżura meqjusa neċessarja meħuda skont dan ir-Regolament, inklużi dawk neċessarji għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ nuqqasijiet kritiċi, tiġi implimentata b’mod li jkun immirat, trasparenti, proporzjonat, temporanju u konsistenti mal-obbligi tad-WTO.
(37) Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom jingħataw assistenza f’każ ta’ emerġenza, huwa importanti li jiġu stabbiliti punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali u punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun possibbli għal kull min ikun affettwat mill-miżuri nazzjonali ta’ rispons għall-kriżijiet li jirċievi informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti, ipprovduta b’lingwaġġ ċar, li jinftiehem u komprensibbli, u b’mod faċilment aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) Il-qafas tal-Unjoni għandu jinkludi elementi interreġjonali biex jiġu stabbiliti miżuri koerenti, transsettorjali, transfruntiera ta’ viġilanza u ta’ rispons għal emerġenza tas-Suq Uniku, b’mod partikolari billi jitqiesu r-riżorsi, il-kapaċitajiet u l-vulnerabbiltajiet fir-reġjuni ġirien, b’mod speċifiku fir-reġjuni tal-fruntieri.
(38) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri speċifiċi ta’ emerġenza tas-Suq Internprevisti f’dan ir-Regolament jintużaw biss fejn dan ikun indispensabbli għar-rispons għal emerġenza partikolari tas-Suq Intern, tali miżuri jenħtieġ li jirrikjedu attivazzjoni individwali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, li jindikaw ir-raġunijiet għal tali attivazzjoni u l-oġġetti jew is-servizzi rilevanti għall-kriżi li għalihom japplikaw tali miżuri.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Il-Kummissjoni għandha wkoll, fejn xieraq, tidħol f’konsultazzjonijiet jew f’kooperazzjoni, f’isem l-Unjoni, ma’ pajjiżi terzi rilevanti, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet kooperattivi biex jiġi indirizzat it-tfixkil fil-katina tal-provvista, f’konformità mal-obbligi internazzjonali. Dan għandu jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f’fora internazzjonali rilevanti.
(39) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-atti ta’ implimentazzjoni u r-rispett dovut għar-rwol tal-operaturi ekonomiċi fl-immaniġġar tal-kriżijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikorri biss għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern, fejn l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu soluzzjoni fuq bażi volontarja fi żmien raġonevoli. Ir-raġunijiet għal tali attivazzjoni jenħtieġ li tiġi indikata f’kull att, u jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti partikolari kollha ta’ kriżi.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ protokolli ta’ kriżi, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta l-qafas regolatorju stabbilit f’dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tal-Unjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, l-iskambju sigur ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(40) It-talbiet għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jintużaw mill-Kummissjoni bħala l-aħħar istanza biss meta l-informazzjoni li tkun neċessarja biex ikun hemm rispons adegwat għall-emerġenza tas-Suq Intern, bħall-informazzjoni neċessarja għall-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri jew l-istima tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-manifatturi ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżi li l-ktajjen tal-provvista tagħhom ġew imfixkla, ma tkunx tista’ tinkiseb minn sorsi disponibbli għall-pubbliku jew bħala riżultat tal-informazzjoni pprovduta b’mod volontarju, f’kooperazzjoni mal-Bord u mal-Istati Membri.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2679/98 li jipprevedi mekkaniżmu għal diskussjonijiet bilaterali dwar l-ostakli għall-funzjonament tas-Suq Uniku rari intuża u huwa skadut. L-evalwazzjoni tiegħu wriet li s-soluzzjonijiet ipprovduti minn dak ir-Regolament ma jistgħux jindirizzaw ir-realtajiet ta’ kriżijiet kumplessi, li ma humiex limitati għal inċidenti li jseħħu fil-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri ġirien.Għalhekk jenħtieġ li jitħassar.
(41) Fejn ikun hemm riskji sostanzjali għall-funzjonament tas-Suq Intern jew f’każijiet ta’ nuqqasijiet kbar jew ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ oġġetti ta’ importanza kritika, miżuri fil-livell tal-Unjoni mmirati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, bħall-ordnijiet klassifikati bħala prijorità, jistgħu juru li huma indispensabbli għar-ritorn tal-funzjonament normali tas-Suq Intern.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 41a (ġdida)
(41a) Fejn ikun hemm nuqqas kbir ta’ oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Intern matul emerġenza tas-Suq Intern, u jkun ċar li l-operaturi ekonomiċi li joperaw fis-Suq Intern ma jipproduċux tali oġġetti, iżda fil-prinċipju jistgħu jadattaw il-linja ta’ produzzjoni tagħhom għal skop differenti jew ikollhom kapaċità insuffiċjenti biex jipprovdu l-oġġetti jew is-servizzi meħtieġa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri bħala l-aħħar istanza biex jieħdu miżuri ħalli jiffaċilitaw jew jitolbu ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-manifatturi jew fil-kapaċità tal-fornituri tas-servizzi biex jipprovdu servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew biex jadattawhom għal skop differenti. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istati Membri dwar is-severità tan-nuqqas u t-tip ta’ oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma meħtieġa u tipprovdi appoġġ u pariri fir-rigward tal-flessibilitajiet fl-acquis tal-UE għal tali finijiet.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 41b (ġdida)
(41b) Il-miżuri li jiżguraw il-flessibbiltà regolatorja jippermettu lill-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jaċċelleraw il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi li jkunu neċessarji għat-titjib tal-kapaċità li jiġu prodotti oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew li jiġu pprovduti servizzi rilevanti għall-kriżijiet.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 41c (ġdida)
(41c) Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jkunu disponibbli matul l-emerġenza tas-Suq Intern, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi li joperaw fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet biex jagħtu prijorità lill-ordnijiet ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew inputs neċessarji għall-produzzjoni tal-oġġetti finali li huma rilevanti għall-kriżijiet. F’każ li operatur ekonomiku jirrifjuta li jaċċetta l-istedina biex jipprijoritizza tali ordnijiet, minkejja evidenza oġġettiva li d-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet hija indispensabbli, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet, li l-issodisfar tagħhom imbagħad jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ieħor tad-dritt privat jew pubbliku. F’każ ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni, l-operatur inkwistjoni jenħtieġ li jispjega r-raġunijiet leġittimi tiegħu talli rrifjuta t-talba.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 41d (ġdida)
(41d) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-attivazzjoni ta’ miżuri speċifiċi ta’ rispons ta’ emerġenza fi żmien ta’ emerġenza tas-Suq Intern, biex tippermetti rispons rapidu u koordinat. L-ordni kklassifikata skont il-prijorità jenħtieġ li titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli, inkluż, fejn rilevanti, kumpens xieraq għall-kostijiet addizzjonali kollha mġarrba mill-operatur ekonomiku, inklużi l-kostijiet li jirriżultaw minn, pereżempju, kuntratti barra mill-Unjoni jew minn bidliet fil-linji ta’ produzzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 41e (ġdida)
(41e) Barra minn hekk, fejn nuqqasijiet serji ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet jaffettwaw Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jinforma lill-Kummissjoni b’dan u jindika l-kwantitajiet meħtieġa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tittrażmetti l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kollha u tissimplifika l-koordinazzjoni tat-tweġibiet tal-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet matul emerġenza tas-Suq Intern, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda li l-Istati Membri jiddistribwixxu riżervi strateġiċi, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tas-solidarjetà, tan-neċessità u tal-proporzjonalità.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 41f (ġdida)
(41f) Sabiex jiġu sfruttati l-kapaċità tal-akkwist u l-pożizzjoni tan-negozjar tal-Kummissjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex twettaq akkwisti f’isimhom. Huwa essenzjali wkoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom bl-appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Bord qabel it-tnedija ta’ proċeduri għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet. It-trasparenza hija prinċipju ewlieni ta’ akkwist pubbliku effettiv li ttejjeb il-kompetizzjoni, iżżid l-effiċjenza u toħloq kundizzjonijiet ekwi. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi informat dwar proċeduri li jikkonċernaw akkwisti konġunti skont dan ir-Regolament u, fuq talba, jingħata aċċess għall-kuntratti konklużi bħala riżultat ta’ dawk il-proċeduri, soġġett għall-protezzjoni adegwata ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva, inklużi sigrieti kummerċjali.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 41g (ġdida)
(41g) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-għodod diġitali sabiex tiġi żgurata t-tħejjija meta jkun hemm reazzjoni għal emerġenzi futuri possibbli fil-ħin u b’mod effiċjenti, kif ukoll biex jiġi ggarantit il-funzjonament kontinwu tas-Suq Intern, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni fi żminijiet ta’ kriżi u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi. Meta tistabbilixxi tali għodod, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfittex li tiżgura l-interoperabbiltà ma’ għodod diġitali diġà eżistenti, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti u kwalunkwe piż amministrattiv addizzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll regoli għall-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni adegwati, u jistabbilixxi għodod diġitali li jiggarantixxu l-funzjonament ta’ korsiji rapidi għal oġġetti u servizzi kritiċi, bil-għan li jiġu aċċellerati l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni. Barra minn hekk, sabiex issaħħaħ l-involviment tal-atturi ekonomiċi kollha, b’mod partikolari n-negozji u s-soċjetà ċivili, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma għall-partijiet ikkonċernati biex tiffaċilita u tħeġġeġ rispons volontarju għall-emerġenzi tas-Suq Intern.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 41h (ġdida)
(41h) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). B’mod partikolari, dan jirrispetta d-dritt għall-privatezza tal-operaturi ekonomiċi minqux fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta, il-libertà ta’ intrapriża u l-libertà kuntrattwali, li huma protetti mill-Artikolu 16 tal-Karta, id-dritt għall-proprjetà, protett mill-Artikolu 17 tal-Karta, id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni, protett mill-Artikolu 28 tal-Karta u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u għal proċess imparzjali kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 41i
(41i) Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 41j (ġdida)
(41j) Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-effettività ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża evalwazzjoni tal-ħidma tal-Bord, testijiet tal-istress, protokolli ta’ taħriġ u ta’ kriżi, il-kriterji għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza kif ukoll l-użu ta’ għodod diġitali. Barra minn hekk, ir-rapporti jenħtieġ li jiġu ppreżentati wara d-diżattivazzjoni tal-modalitajiet ta’ emerġenza. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jinkludu evalwazzjoni tal-funzjonament tas-sistema ta’ rispons ta’ emerġenza u tal-impatt tal-miżuri ta’ emerġenza fuq id-drittijiet fundamentali, bħal-libertà ta’ intrapriża, il-libertà li wieħed ifittex impjieg u li jaħdem, u d-dritt għal negozjar u azzjoni kollettivi, inkluż id-dritt tal-istrajkjar. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala li jaffettwa d-dritt ta’ negozjar kollettiv u d-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), inkluż id-dritt tal-ħaddiema u tal-impjegati li jieħdu azzjoni kollettiva biex jiddefendu l-interessi tagħhom, inkluż permezz ta’ azzjoni ta’ strajk. Barra minn hekk, dan r-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-awtonomija tas-sħab soċjali kif rikonoxxuta mit-TFUE.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 41k (ġdida)
(41k) Kwalunkwe azzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali rilevanti. L-Unjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ fir-rigward tas-solidarjetà internazzjonali u tappoġġa bis-sħiħ il-prinċipju li kwalunkwe miżura meqjusa neċessarja meħuda skont dan ir-Regolament, inklużi dawk neċessarji għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ nuqqasijiet kritiċi, tiġi implimentata b’mod li jkun immirat, trasparenti, proporzjonat, temporanju u konsistenti mal-obbligi tad-WTO.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 41l (ġdida)
(41l) Il-qafas tal-Unjoni jenħtieġ li jinkludi elementi interreġjonali biex jiġu stabbiliti miżuri koerenti, transsettorjali u transfruntiera ta’ viġilanza u ta’ rispons għal emerġenza tas-Suq Intern, b’mod partikolari billi jitqiesu r-riżorsi, il-kapaċitajiet u l-vulnerabbiltajiet fir-reġjuni ġirien, b’mod speċifiku fir-reġjuni tal-fruntieri.
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 41m (ġdida)
(41m) Sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ protokolli ta’ kriżi, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tal-Unjoni matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern, kif ukoll il-modalitajiet tal-iskambju sigur ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 41n (ġdida)
(41n) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2679/98 jipprevedi mekkaniżmu għal diskussjonijiet bilaterali u notifika tal-ostakli għall-funzjonament tas-Suq Intern. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ notifika f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, dak ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan. Ir-Regolament (KE) Nru 2679/98 jenħtieġ li bl-ebda mod ma jaffettwa l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajkjar jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri f’konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi, jew li jieħu azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ta’ miżuri biex jiġi antiċipat, jitħejja u jingħata rispons għall-impatti tal-kriżijiet fuq is-Suq Uniku, bil-għan li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet fis-Suq Uniku.
1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-Suq Intern billi jistabbilixxi qafas ta’ regoli armonizzati biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tiegħu, jiġu antiċipati u evitati b’mod effettiv il-kriżijiet, jiġi żgurat rispons effettiv għall-kriżijiet, u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu:
imħassar
(a) grupp konsultattiv biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa għall-antiċipazzjoni, il-prevenzjoni jew ir-rispons għall-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku;
(b) miżuri għall-ksib, il-kondiviżjoni u l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti;
(c) miżuri ta’ kontinġenza mmirati lejn l-antiċipazzjoni u l-ippjanar;
(d) miżuri biex jiġu indirizzati l-impatti tas-Suq Uniku ta’ inċidenti sinifikanti li għadhom ma rriżultawx f’emerġenza tas-Suq Uniku (viġilanza tas-Suq Uniku), inkluż sett ta’ miżuri ta’ viġilanza u
(e) miżuri biex jiġu indirizzati emerġenzi tas-Suq Uniku, inkluż sett ta’ miżuri ta’ rispons ta’ emerġenza.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bejniethom u mal-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni tista’ tikseb kwalunkwe għarfien speċjalizzat u/jew xjentifiku rilevanti, li jkun neċessarju għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu
Il-kamp ta’ applikazzjoni
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
1. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament japplikaw fir-rigward tal-impatti sinifikanti ta’ kriżi fuq il-funzjonament tas-Suq Unikuu l-ktajjen tal-provvista tiegħu.
1. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament japplikaw fir-rigward tal-impatti sinifikanti ta’ kriżi fuq il-funzjonament tas-Suq Intern,mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-intrapriża, kif stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a) prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1, il- punt (2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c) kontromiżuri mediċi oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) …/… dwar Theddid Transkonfinali Serju għas-Saħħa [ir-Regolament SCBH]44 u inklużi fil-lista stabbilita f’konformità mal-Artikolu 6(1) tal-proposta għal] ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …/… dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi45;
(c) kontromiżuri mediċi oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (UE) 2022/2371tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45;
__________________
__________________
44 [Referenza għall-Att adottat li għandha tiddaħħal ladarba tkun disponibbli]
45 [Referenza għall-Att adottat li għandha tiddaħħal ladarba tkun disponibbli]
45Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
(f) servizzi finanzjarji, bħas-settur bankarju, il-kreditu, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-pensjonijiet okkupazzjonali jew personali, it-titoli, il-fondi ta’ investiment, il-pariri dwar il-pagamenti u l-investiment, inklużi s-servizzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36, kif ukoll l-attivitajiet ta’ saldu u ta’ kklerjar u l-konsulenza, l-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħrajn.
(f) servizzi finanzjarji, bħas-settur bankarju, il-kreditu, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-pensjonijiet okkupazzjonali jew personali, it-titoli, il-fondi ta’ investiment, il-pariri dwar il-pagamenti u l-investiment, inklużi s-servizzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll l-attivitajiet ta’ saldu u ta’ kklerjar u l-konsulenza, l-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħrajn.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), l-Artikoli 16 sa 20 u l-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija f’dawk il-punti.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), l-Artikoli 16 sa 20 u l-Artikoli 41 sa 41c għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija f’dawk il-punti.
3a. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Arranġamenti Integrati għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 5
5. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (l-Artikoli 101 sa 109 tat-TFUE u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni), inklużi r-regoli dwar l-antitrust, il-fużjoni u l-għajnuna mill-Istat.
5. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar l-antitrust, il-fużjoni u l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Kummissjoni:
6. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 6 – punt a
(a) li tidħol f’konsultazzjonijiet jew f’kooperazzjoni, f’isem l-Unjoni, ma’ pajjiżi terzi rilevanti, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet kooperattivi biex jiġi evitat tfixkil fil-katina tal-provvista, f’konformità mal-obbligi internazzjonali. Dan jista’ jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f’fora internazzjonali rilevanti; or
imħassar
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 6 – punt b
(b) valutazzjoni ta’ jekk huwiex xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48.
6a. Dan ir-Regolament ma għandu bl-ebda mod jaffettwa l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti mill-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-istrajkjar jew id-dritt li tittieħed azzjoni oħra koperta mis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali. Lanqas ma għandu jaffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi, jew li jieħu azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u l-prassi nazzjonali.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 7
7. Kwalunkwe azzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali
imħassar
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 8
8. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali jew is-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet tal-Istat essenzjali, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.
imħassar
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
(1) “kriżi” tfisser avveniment eċċezzjonali mhux mistenni u f’daqqa, naturali jew magħmul mill-bniedem ta’ natura u skala straordinarja li jseħħ fl-Unjoni jew lil hinn minnha;
(1) “kriżi” tfisser avveniment eċċezzjonali, naturali jew magħmul mill-bniedem ta’ natura u skala straordinarja li jseħħ fl-Unjoni jew lil hinn minnha, li jkollu impatt detrimentali fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi jew tal-persunifis-Suq Intern;
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2) “modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku” tfisser qafas għall-indirizzar ta’ theddidata’ tfixkil sinifikanti fil-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u li għandha l-potenzjal li teskala f’emerġenza tas-Suq Uniku fis-sitt xhur li jmiss;
(2) “modalità ta’ viġilanza tas-Suq Intern” tfisser qafas għall-indirizzar tat-theddida għal kriżi li twassal għal tfixkil sinifikanti fil-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika u li għandha l-potenzjal li teskala f’emerġenza tas-Suq Intern fis-sitt xhur li jmiss;
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3) “emerġenza tas-Suq Uniku” tfisser impatt wiesa’ ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku li jfixkel b’mod serju l-moviment liberu fis-Suq Uniku jew il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista li huma indispensabbli fiż-żamma tal-attivitajiet soċjali jew ekonomiċi vitali fis-Suq Uniku;
(3) “modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern” tfisser qafas biex jiġi indirizzat impatt sinifikanti wiesa’ ta’ kriżi fuq is-Suq Intern li jfixkel b’mod serju l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, jew il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista li huma indispensabbli fiż-żamma tal-attivitajiet soċjali jew ekonomiċi vitali fis-Suq Intern;
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
(4) “oqsma importanti mill-aspett strateġiku” tfisser dawk l-oqsma b’importanza kritika għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha, fis-sens li huma ta’ importanza sistemika u vitali għas-sigurtà pubblika, għas-sikurezza pubblika, għall-ordni pubblika jew għas-saħħa pubblika, u li t-tfixkil, il-falliment, it-telf jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku;
(4) “oqsma importanti mill-aspett kritiku” tfisser l-oqsma li huma ta’ importanza kritika għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha, u li huma ta’ importanza sistemika u vitali għas-sigurtà pubblika, għas-sikurezza pubblika, għall-ordni pubblika, għas-saħħa pubblika jew għall-ambjent, u li t-tfixkil, il-falliment, it-telf jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tas-Suq Intern, b’mod partikolari fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi jew tal-persuni;
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5
(5) “oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika” tfisser oġġetti u servizzi li huma indispensabbli biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-Suq Uniku f’oqsma importanti mill-aspett strateġiku u li ma jistgħux jiġu sostitwiti jew diversifikati;
(5) “oġġetti, servizzi u ħaddiema ta’ importanza kritika” tfisser oġġetti, servizzi u kategoriji ta’ ħaddiema li huma indispensabbli biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-Suq Intern f’oqsma importanti mill-aspett kritiku u li ma jistgħux jiġu sostitwiti jew, fejn rilevanti, diversifikati;
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6
(6) “oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżi” tfisser oġġetti u servizzi li huma indispensabbli biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi jew biex jiġu indirizzati l-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku matul emerġenza tas-Suq Uniku;
(6) “oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżi” tfisser oġġetti u servizzi li huma indispensabbli biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi jew biex jiġu indirizzati l-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Intern matul emerġenza tas-Suq Intern;
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7
(7) “riżervi strateġiċi” tfisser stokk ta’ oġġetti ta’ importanza strateġika li għalihom jista’ jkun neċessarju il-bini ta’ riżerva sabiex issir tħejjija għal emerġenza tas-Suq Uniku, taħt il-kontroll ta’ Stat Membru.
(7) “riżervi strateġiċi” tfisser stokk ta’ oġġetti ta’ importanza kritikataħt il-kontroll ta’ Stat Membru li għalihom jista’ jkun neċessarju il-bini ta’ riżerva sabiex issir tħejjija għal emerġenza tas-Suq Intern.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 4 – titolu
Grupp konsultattiv
Bord għall-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Huwa stabbilit grupp konsultattiv.
1. Huwa stabbilit Bord għall-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern (il-Bord).
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Il-grupp konsultattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina rappreżentant u rappreżentant sostitut.
2. Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u espert wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew. Kull Stat Membru għandu jinnomina rappreżentant u rappreżentant sostitut.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-grupp konsultattiv u tiżgura s-segretarjat tiegħu. Il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentant tal-Parlament Ewropew, rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea49, rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, sħab soċjali u esperti, biex jattendu l-laqgħat tal-grupp konsultattiv bħala osservaturi. Din għandha tistieden lir-rappreżentanti ta’ korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni bħala osservaturi għal-laqgħat rilevanti tal-grupp konsultattiv.
3. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Bord u tipprovdi s-segretarjat tiegħu. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji tal-Bord għall-fini tal-eżaminar ta’ kwistjonijiet speċifiċi.
3a. Il-Kummissjoni għandha tistieden rappreżentanti ta’ korpi oħra rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni bħala osservaturi għal-laqgħat rilevanti tal-Bord, kif ukoll rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, f’konformità mal-ftehimiet bilaterali jew internazzjonali. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tistieden organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw partijiet interessati, b’mod partikolari rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u sħab soċjali, biex jattendu l-laqgħat tal-Bord bħala osservaturi. Il-Kummissjoni tista’ tistieden ukoll esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett rilevanti għall-kriżijiet biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord fuq bażi ad hoc.
3b. Il-Bord jista’ jadotta opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew rapporti, li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-data personali jew għas-sigrieti kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tal-Bord b’mod trasparenti.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Għall-finijiet tal-ippjanar ta’ kontinġenza skont l-Artikoli 6 sa 8, il-grupp konsultattiv għandu jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti li ġejjin:
4. Sabiex isaħħaħ r-reżiljenza tas-Suq Intern, għall-finijiet tal-ippjanar ta’ kontinġenza skont l-Artikoli 6 sa 8, il-Bord għandu jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti li ġejjin:
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt a
(a) il-proponiment ta’ arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fiż-żmien tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku li jkunu inklużi fil-protokolli ta’ kriżi;
(a) il-proponiment ta’ arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fiż-żmien tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern li jkunu inklużi fil-protokolli ta’ kriżi msemmijin fl-Artikolu 6;
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b
(b) il-valutazzjoni ta’ inċidenti sinifikanti li l-Istati Membri jkunu wissew lill-Kummissjoni dwarhom.
(b) il-valutazzjoni ta’ inċidenti li l-Istati Membri jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jkunu wissew lill-Kummissjoni dwarhom f’konformità mal-Artikolu 8 u l-impatt tagħhom fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema;
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)
(ba) ir-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jibnu riżerva ta’ oġġetti kritiċi sabiex iħejju għal emerġenza tas-Suq Intern, filwaqt li jqisu l-probabbiltà u l-impatt tan-nuqqasijiet;
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt bb (ġdid)
(bb) il-ġbir ta’ previżjoni dwar il-possibbiltà li sseħħ kriżi, it-twettiq ta’ analiżi tad-data u l-forniment ta’ informazzjoni dwar is-suq;
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt bc (ġdid)
(bc) il-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, inklużi l-SMEs, u l-organizzazzjonjiet rappreżentattivi kif ukoll, fejn rilevanti, sħab soċjali, sabiex tinġabar l-informazzjoni dwar is-suq;
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt bd (ġdid)
(bd) l-analiżi tad-data aggregata li tasal mingħand korpi rilevanti għall-kriżijiet oħrajn fil-livell tal-Unjoni u f’dak internazzjonali;
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt be (ġdid)
(be) iż-żamma ta’ repożitorju ta’ miżuri ta’ kriżi nazzjonali u tal-Unjoni li ntużaw fi kriżijiet preċedenti u li kellhom impatt fuq is-Suq Intern u l-ktajjen tal-provvista tiegħu;
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt bf (ġdid)
(bf) it-teħid ta’ miżuri li jsaħħu r-reżiljenza tas-Suq Intern f’konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-organizzazzjoni ta’ taħriġ u simulazzjonijiet, u l-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi u ktajjen tal-provvista rilevanti bħala parti mit-testijiet tal-istress.
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5. Għall-finijiet tal-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-grupp konsultattiv għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:
5. Għall-finijiet tal-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Intern kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-Bord għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt a
(a) l-istabbiliment ta’ jekk it-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2) hijiex preżenti, u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali theddida;
(a) l-istabbiliment ta’ jekk il-kriterji humiex preżenti għall-attivazzjoni jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza u, b’mod partikolari, it-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2), u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali theddida;
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b
(b) il-ġbir ta’ previżjoni, analiżi tad-data u intelliġenza tas-suq;
imħassar
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt c
(c) il-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, inklużi l-SMEs, u l-industrija biex tinġabar l-intelliġenza tas-suq;
imħassar
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt d
(d) l-analiżi tad-data aggregata li tasal mingħand korpi rilevanti għall-kriżijiet oħrajn fil-livell tal-Unjoni u f’dak internazzjonali;
imħassar
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt e
(e) l-iffaċilitar tal-iskambji u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż ma’ korpi rilevanti oħrajn u korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, kif xieraq, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija).
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt f
(f) iż-żamma ta’ repożitorju ta’ miżuri ta’ kriżi nazzjonali u tal-Unjoni li ntużaw fi kriżijiet preċedenti li kellhom impatt fuq is-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu
imħassar
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. Għall-finijiet tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 14, il-grupp konsultattiv għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:
6. Għall-finijiet tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Intern kif imsemmi fl-Artikolu 14, il-Bord għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 – punt b
(b) l-istabbiliment ta’ jekk il-kriterji għall-attivazzjoni jew għad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza ġewx issodisfati;
(b) l-istabbiliment ta’ jekk il-kriterji għall-attivazzjoni jew għad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza ġewx issodisfati, abbażi ta’ evidenza suffiċjenti u affidabbli;
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 – punt c
(c) l-għoti ta’ pariri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri magħżula biex ikun hemm reazzjoni għall-emerġenza tas-Suq Uniku fil-livell tal-Unjoni;
(c) l-għoti ta’ pariri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri magħżula biex ikun hemm reazzjoni għall-emerġenza tas-Suq Intern fil-livell tal-Unjoni;
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 – punt e
(e) l-iffaċilitar tal-iskambji u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż ma’ korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll, kif xieraq, ma’ pajjiżi terzi, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.
(e) l-iffaċilitar tal-iskambji u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż ma’ korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll, kif xieraq, ma’ pajjiżi terzi, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-membri tal-EFTA, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-parteċipazzjoni tal-korpi kollha fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-kriżi rispettiva. Il-grupp konsultattiv għandu jikkoopera u jikkoordina mill-qrib, fejn xieraq, ma’ korpi rilevanti oħrajn relatati mal-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni mal-miżuri implimentati permezz ta’ mekkaniżmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) jew il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa. Il-grupp konsultattiv għandu jiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni maċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza fl-ambitu tal-UCPM.
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-korpi kollha fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-kriżi rispettiva. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tiżgura aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin. Il-Bord għandu jikkoopera u jikkoordina mill-qrib, fejn xieraq, ma’ korpi rilevanti oħrajn relatati mal-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni mal-miżuri implimentati permezz ta’ mekkaniżmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), il-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, jew il-mekkaniżmu skont l-Att dwar iċ-Ċipep. Il-Bord għandu jiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni maċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza fl-ambitu tal-UCPM.
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 8
8. Il-grupp konsultattiv għandu jiltaqa’ mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Fl-ewwel laqgħa tiegħu, fuq proposta tal-Kummissjoni u bi qbil magħha, il-grupp konsultattiv għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
8. Il-Bord għandu jiltaqa’ mill-anqas tliet darbiet fis-sena. Fl-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
8a. Il-Bord għandu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jadotta kull sena r-rapport tal-attività tiegħu u jgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 9
9. Il-grupp konsultattiv jista’ jadotta opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew rapporti fil-kuntest tal-kompiti tiegħu stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 6.
imħassar
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Djalogu dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza
1. Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta’ rendikont akbar, il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-espert maħtur tiegħu u lill-Kummissjoni biex jiddiskutu li ġej:
(a) opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti adottati mill-Bord;
(b) l-eżitu tat-testijiet tal-istress;
(c) l-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza, l-estensjoni tagħha u d-diżattivazzjoni, u kwalunkwe miżura adottata skont il-Parti III;
(d) l-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza, l-estensjoni tagħha u d-diżattivazzjoni, u kwalunkwe miżura adottata skont il-Parti IV;
(e) kwalunkwe miżura li tillimita l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni;
2. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jipparteċipaw fid-djalogu msemmi fil-paragrafu 1.
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru uffiċċji ċentrali ta’ kollegament responsabbli għal kuntatti, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħrajn u mal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Tali uffiċċji ta’ kollegament għandhom jikkoordinaw u jiġbru l-inputs mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti.
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru uffiċċji ċentrali ta’ kollegament responsabbli għal kuntatti, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħrajn u mal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Tali uffiċċji ta’ kollegament għandhom jikkoordinaw u jiġbru l-inputs mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, inkluż, fejn rilevanti, fil-livell reġjonali u dak lokali. Tali uffiċċji ta’ kollegament għandhom jittrażmettu wkoll lill-punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali, imsemmija fl-Artikolu 21, l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kriżijiet, f’ħin reali fejn possibbli.
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 5 - paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni għal kuntatti mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku skont dan ir-Regolament. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.
2. Il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni għal kuntatti mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern skont dan ir-Regolament, u fejn applikabbli, ma’ korpi oħra fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-kriżi rispettiva. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern, inkluż fir-rigward tal-informazzjoni rilevanti għall-kriżijiet, li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 41.
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-grupp konsultattiv u l-kontribut tal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, għandha s-setgħa, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, li tadotta att delegat biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’qafas li jistabbilixxi protokolli ta’ kriżi rigward il-kooperazzjoni f’każ ta’ kriżi, l-iskambju ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-kriżijiet għall-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, b’mod partikolari:
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjoni tal-Bord u l-kontribut tal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha s-setgħa li tadotta att delegat biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’qafas ġenerali li jistabbilixxi protokolli ta’ kriżi rigward it-tħejjija, il-kooperazzjoni f’każ ta’ kriżi, l-iskambju ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-kriżijiet għall-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern, u b’mod partikolari, fir-rigward ta’ dan li ġej:
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Unikufis-setturi kollha tas-Suq Uniku;
(a) il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, inklużi dawk fil-livell lokali u dak reġjonali, u awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-Suq Intern;
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c) approċċ koordinat għall-komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi anke fir-rigward tal-pubbliku bi rwol ta’ koordinazzjoni għall-Kummissjoni;
(c) approċċ koordinat għall-komunikazzjoni dwar il-kriżi anke fir-rigward tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-operaturi ekonomiċi, bi rwol ta’ koordinazzjoni għall-Kummissjoni;
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-ġestjoni tal-qafas.
imħassar
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a) inventarju tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament maħtura f’konformità mal-Artikolu 5 u tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 21, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet assenjati matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza ta’ dan ir-Regolament skont il-liġi nazzjonali;
(a) inventarju tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament maħtura f’konformità mal-Artikolu 5 u tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 21, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet assenjati matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza skont dan ir-Regolament, f’konformità mal-liġi nazzjonali;
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi u tas-sħab soċjali, inklużi l-SMEs, dwar l-inizjattivi u l-azzjonijiet tagħhom biex jimmitigaw u jirrispondu għal tfixkil potenzjali fil-katina tal-provvista u jegħlbu n-nuqqas potenzjali ta’ oġġetti u servizzi fis-Suq Uniku;
(b) il-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, inklużi l-SMEs, dwar l-inizjattivi u l-azzjonijiet tagħhom biex jimmitigaw u jirrispondu għal emerġenzi potenzjali tas-Suq Intern;
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) il-konsultazzjoni tas-sħab soċjali dwar l-implikazzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-oqsma ta’ importanza kritika;
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-kooperazzjoni fil-livell tekniku fil-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza fis-setturi kollha tas-Suq Uniku;
(c) il-kooperazzjoni fil-livell tekniku fil-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza fis-setturi kollha tas-Suq Intern;
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d
(d) komunikazzjoni ta’ riskju u ta’ emerġenza, bi rwol ta’ koordinazzjoni għall-Kummissjoni, billi jitqiesu b’mod adegwat l-istrutturi diġà eżistenti;
(d) komunikazzjoni ta’ riskju u ta’ emerġenza, bi rwol ta’ koordinazzjoni għall-Kummissjoni, billi jitqiesu l-istrutturi diġà eżistenti;
2a. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord, tista’ tagħti bidu, tħeġġeġ u tiffaċilita t-tfassil ta’ protokolli ta’ kriżi volontarji mill-operaturi ekonomiċi sabiex jiġu indirizzati emerġenzi tas-Suq Intern, strettament limitati għal ċirkostanzi straordinarji. Meta meħtieġ u xieraq, fit-tfassil tal-protokolli ta’ kriżi, il-Kummissjoni tista’ tinvolvi wkoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra fit-tfassil ta’ protokolli ta’ kriżi volontarji. Il-protokolli ta’ kriżi volontarji għandhom jistabbilixxu:
(a) il-parametri speċifiċi tat-tfixkil li l-protokoll ta’ kriżi volontarju jfittex li jindirizza u l-objettivi li jsegwi;
(b) ir-rwol ta’ kull parteċipant, il-miżuri li jridu jiġu stabbiliti waqt it-tħejjija u r-rwol tagħhom ladarba jiġi attivat il-protokoll ta’ kriżi;
(c) il-proċedura li tiddetermina kif il-protokoll ta’ kriżi se jopera;
(d) l-azzjonijiet li jimmitigaw u jindirzzaw l-emerġenzi potenzjali tas-Suq Intern, li huma strettament limitati għal dak li hu neċessarju biex jiġu indirizzati;
(e) is-salvagwardji biex jiġi indirizzat kwalunkwe effett negattiv fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-ħaddiema.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ twettaq testijiet tal-istress, simulazzjonijiet u rieżamijiet tal-azzjoni u ta’ wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u tipproponi lill-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni u lill-Istati Membri sabiex jaġġornaw il-qafas kif neċessarju.
imħassar
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha torganizza t-taħriġ dwar il-koordinazzjoni tal-kriżijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 għall-persunal tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament maħtura. Hija għandha torganizza simulazzjonijiet li jinvolvu l-persunal tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament mill-Istati Membri kollha abbażi ta’ xenarji potenzjali ta’ emerġenzi tas-Suq Uniku.
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u torganizza b’mod regolari taħriġ dwar it-tħejjija u l-koordinazzjoni tal-kriżijiet, il-kooperazzjoni, il-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 għall-persunal tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament u l-operaturi ekonomiċi maħtura. Hija għandha torganizza simulazzjonijiet li jinvolvu l-persunal tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament kif ukoll għal atturi, inklużi operaturi ekonomiċi, jew korpi rilevanti oħra involuti fil-prevenzjoni ta’ emerġenzi tas-Suq Intern, fit-tħejjija u fir-rispons għalihom.
1a. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tiġġestixxi programm ta’ taħriġ miksub mit-tagħlimiet meħuda minn kriżijiet preċedenti, inklużi aspetti taċ-ċiklu sħiħ tal-ġestjoni ta’ emerġenzi, sabiex tipprovdi rispons rapidu għall-kriżijiet. Dak il-programm għandu jinkludi:
(a) il-monitoraġġ, l-analiżi u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet rilevanti kollha biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni;
(b) il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u, fejn xieraq, l-aħjar prattiki, żviluppati minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;
(c) l-iżvilupp ta’ gwida dwar it-tixrid tal-għarfien u l-implimentazzjoni ta’ kompiti differenti fil-livell nazzjonali u, fejn rilevanti, dak reġjonali u lokali;
(d) it-tħeġġiġ tal-introduzzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji u għodod diġitali ġodda rilevanti għall-fini ta’ rispons għal emerġenzi tas-Suq Intern.
1b. Fuq talba ta’ Stat Membru li jkun qed jiffaċċja tfixkil, il-Kummissjoni tista’ tistazzjona tim ta’ esperti fuq il-post biex jipprovdi pariri dwar miżuri ta’ tħejjija u ta’ rispons, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-ħtiġijiet u l-interessi ta’ dak l-Istat Membru.
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Testijiet tal-istress
1. Sabiex tiżgura l-moviment liberu u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika u sabiex tantiċipa u tħejji għal tfixkil fis-Suq Intern, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord, għandha twettaq u tikkoordina testijiet tal-istress, inklużi simulazzjonijiet u evalwazzjonijiet bejn il-pari, b’mod partikolari għal setturi kritiċi identifikati mill-Kummissjoni.
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tistieden persunal mill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw f’simulazzjonijiet u għandha:
(a) tiżviluppa xenarji u parametri li jaqbdu r-riskji speċifiċi assoċjati ma’ emerġenzi tas-Suq Intern li għandhom l-għan li jidentifikaw vulnerabbiltajiet f’oqsma ta’ importanza kritika, kif ukoll li jivvalutaw l-impatt potenzjali fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni;
(b) tidentifika l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti, kif ukoll atturi jew korpi rilevanti oħra involuti fil-prevenzjoni ta’ emerġenzi, fit-tħejjija għalihom u fir-rispons għalihom u tistedinhom jipparteċipaw fuq bażi volontarja;
(c) tiffaċilita l-evalwazzjonijiet bejn il-pari u tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strateġiji għat-tħejjija f’każ ta’ emerġenza;
(d) tidentifika, f’kooperazzjoni mal-atturi kollha involuti, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji wara t-tlestija tat-testijiet tal-istress.
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress b’mod regolari u mill-inqas darba kull sentejn, li jkopru testijiet tal-istress komprensivi fl-Unjoni kollha jew fiż-żoni ġeografiċi jew fir-reġjuni tal-fruntiera speċifiċi.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tat-testijiet tal-istress lill-Bord u tippubblika rapport.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 7b (ġdid)
Artikolu 7b
Immappjar ta’ setturi kritiċi
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord u l-kontribut tal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha s-setgħa li tadotta att delegat biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija għal eżerċizzju ta’ mmappjar għall-identifikazzjoni ta’ setturi kritiċi.
2. Għall-finijiet tal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a) il-flussi kummerċjali;
(b) id-domanda u l-provvista;
(c) il-konċentrazzjoni tal-provvista;
(d) il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-Unjoni u globali fi stadji differenti tal-katina tal-valur;
(e) interdipendenzi fost l-operaturi ekonomiċi, kemm ma’ operaturi li joperaw fis-Suq Intern kif ukoll barra minnu.
3. Il-Kummissjoni bl-użu tal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord, għandha twettaq b’mod regolari l-eżerċizzju ta’ mmappjar tagħha biex tidentifika setturi kritiċi. Dawk l-eżerċizzji ta’ mmappjar għandhom ikunu bbażati biss fuq data disponibbli pubblikament jew kummerċjalment u fuq informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti mill-impriżi.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta’ dan l-eżerċizzju ta’ mmappjar.
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħrajn mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe inċident li jfixkel b’mod sinifikanti jew li jkollu l-potenzjal li jfixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu (inċidenti sinifikanti).
1. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ Stat Membru għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħrajn bi kwalunkwe inċident li x’aktarx iwassal għal emerġenza tas-Suq Intern.
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 8 − paragrafu 2
2. L-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament u kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, jittrattaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità tagħha, jipproteġi s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, u jipproteġi s-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
2. L-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament u kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jittrattaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità tagħha, jipproteġi s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, u jipproteġi s-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tfixkil jew it-tfixkil potenzjali tal-funzjonament tas-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu ta’ oġġetti u servizzi humiex sinifikanti u jekk jenħtieġx li jkunu l-oġġett ta’ twissija, l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ Stat Membru għandu jqis dan li ġej:
3. Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-inċidenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhomx ikunu l-oġġett ta’ twissija, l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ Stat Membru għandu jqis dan li ġej:
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi affettwati mit-tfixkil jew it-tfixkil potenzjali;
(a) l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi affettwati madwar l-Unjoni;
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b
(b) it-tul ta’ żmien jew it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ tfixkil jew ta’ tfixkil potenzjali;
(b) it-tul ta’ żmien jew it-tul ta’ żmien antiċipat tal-inċidenti;
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c
(c) iż-żona ġeografika; il-proporzjon tas-Suq Uniku affettwat mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali; l-impatt fuq żoni ġeografiċi speċifiċi partikolarment vulnerabbli jew esposti għal interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista inklużir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE;
(c) iż-żona ġeografika; il-proporzjon tas-Suq Intern affettwat u l-effetti transfruntiera tiegħu; l-impatt fuq żoni ġeografiċi partikolarment vulnerabbli jew esposti bħar-reġjuni ultraperiferiċi;
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d
(d) l-effett tat-tfixkil jew tat-tfixkil potenzjali fuq l-inputs mhux diversifikabbli u mhux sostitwibbli.
(d) l-effett ta’ dawk l-inċidenti fuq l-inputs mhux diversifikabbli u mhux sostitwibbli.
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Riżervi strateġiċi
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jibnu riżervi strateġiċi ta’ oġġetti ta’ importanza kritika. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri sabiex tgħinhom jikkoordinaw u jissimplifikaw l-isforzi tagħhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, u għandha tippromwovi s-solidarjetà bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ nuqqasijiet ta’ oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew il-bini ta’ riżervi strateġiċi għal oġġetti ta’ importanza kritika. Il-kapaċitajiet li huma parti mir-riżerva rescEU f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
2. L-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru b’mod partikolari:
(a) il-probabbiltà u l-impatt potenzjali tan-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 1;
(b) il-livell ta’ ħażniet eżistenti tal-operaturi ekonomiċi u r-riżervi strateġiċi madwar l-Unjoni, u kwalunkwe informazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet li jkunu għaddejjin tal-operaturi ekonomiċi biex iżidu l-ħażniet tagħhom;
(c) il-kost għall-bini u ż-żamma ta’ tali riżervi strateġiċi;
(d) l-għażliet għall-provvista alternattiva u l-potenzjal għal provvista alternattiva;
(e) aktar informazzjoni li tista’ tiżgura d-disponibbiltà ta’ tali oġġetti u servizzi.
Tali informazzjoni u l-aħjar prattiki għandhom jiġu skambjati permezz ta’ mezz sigur ta’ komunikazzjoni.
Emenda 137 Proposta għal regolament Parti III – titolu
Viġilanza tas-Suq Uniku
Modalità ta’ viġilanza tas-Suq Intern
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tqis li hemm it-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2), hija għandha tattiva l-modalità ta’ viġilanza għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jkun fih dan li ġej:
1. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis bix-xieraq l-opinjoni pprovduta mill-Bord, kif ukoll il-kriterja stabbiliti fl-Artikolu 8(3), tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) huma ssodisfati, hija għandha tattiva l-modalità ta’ viġilanza għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Meta l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni tiddevja mill-opinjoni tal-Bord, il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll ġustifikazzjoni sostanzjata. Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jkun fih dan li ġej:
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
(b) lista tal-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika kkonċernati, u
(b) lista tal-oġġetti, is-servizziu l-kategoriji ta’ ħaddiema ta’ importanza kritika kkonċernati, u
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-miżuri ta’ viġilanza li għandhom jittieħdu.
(c) il-miżuri ta’ viġilanza li għandhom jittieħdu, inklużi ġustifikazzjoni fir-rigward tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ tali miżuri.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 10 − paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni, jekk tqis li r-raġunijiet għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza skont l-Artikolu 9(1) jibqgħu validi, u filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tista’ testendi l-modalità ta’ viġilanza għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
1. Il-Kummissjoni, jekk tqis li r-raġunijiet għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza skont l-Artikolu 9(1) jibqgħu validi, u filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-Bord, tista’ testendi l-modalità ta’ viġilanza għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Meta l-Bord ikollu evidenza konkreta u affidabbli li l-modalità ta’ emerġenza għandha tiġi diżattivata, dan jista’ jifformula opinjoni għal dak il-għan u jibgħatha lill-Kummissjoni.
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, issib li t-theddida msemmija fl-Artikolu 3(2) ma għadhiex preżenti, fir-rigward ta’ xi miżuri ta’ viġilanza jew il-miżuri kollha ta’ viġilanza jew għal xi wħud mill-oġġetti u servizzi jew għal kollha kemm huma, hija għandha tiddiżattiva l-modalità ta’ viġilanza bis-sħiħ jew parzjalment permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
2. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis bix-xieraq l-opinjoni pprovduta mill-Bord, issib li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ma għadhomx issodisfati, fir-rigward ta’ xi miżuri ta’ viġilanza jew il-miżuri kollha ta’ viġilanza jew għal xi wħud mill-oġġetti, is-servizzi u l-kategoriji ta’ ħaddiema jew għal kollha kemm huma, hija għandha tiddiżattiva l-modalità ta’ viġilanza bis-sħiħ jew parzjalment permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
1. Meta l-modalità ta’ viġilanza tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 9, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u tas-servizzi ta’ importanza strateġika li jkunu ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni li jattiva l-modalità ta’ viġilanza.
1. Meta l-modalità ta’ viġilanza tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 9, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u tas-servizzi ta’ importanza kritika u l-moviment liberu ta’ kategoriji ta’ ħaddiema ta’ importanza kritika li jkunu ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni li jattiva l-modalità ta’ viġilanza.
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi mezzi standardizzati u siguri għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, permezz ta’ mezzi elettroniċi. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li l-informazzjoni miġbura inklużi s-sigrieti kummerċjali tinżamm kunfidenzjali, għandha tiġi żgurata l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u l-informazzjoni li taffettwa s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu inventarju tal-aktar operaturi ekonomiċi rilevanti stabbiliti fit-territorju nazzjonali rispettiv tagħhom li joperaw tul il-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika li ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni li jattiva l-modalità ta’ viġilanza.
3. L-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jistabbilixxu, jaġġornaw u jżommu inventarju tal-aktar operaturi ekonomiċi rilevanti stabbiliti fit-territorju nazzjonali rispettiv tagħhom li joperaw tul il-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi kif ukoll kategoriji ta’ ħaddiema ta’ importanza kritika li ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni li jattiva l-modalità ta’ viġilanza. Il-kontenut tal-inventarju għandu jkun kunfidenzjali f’kull ħin.
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4
4. Abbażi tal-inventarju stabbilit skont l-Artikolu 6, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jindirizzaw it-talbiet għall-għoti volontarju ta’ informazzjoni lill-aktar operaturi rilevanti tul il-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9 u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn stabbiliti fit-territorju nazzjonali rispettiv tagħhom. Tali talbiet għandhom jiddikjaraw b’mod partikolari liema informazzjoni dwar fatturi li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-oġġetti u s-servizzi identifikati ta’ importanza strateġika hija mitluba. Kull operatur ekonomiku/parti kkonċernata li tipprovdi informazzjoni b’mod volontarju għandha tagħmel dan fuq bażi individwali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jibagħtu s-sejbiet rilevanti lill-Kummissjoni u lill-grupp konsultattiv mingħajr dewmien żejjed permezz tal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament rispettiv.
4. Abbażi tal-inventarju stabbilit skont l-Artikolu 3, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, meta meħtieġ, jindirizzaw it-talbiet għall-għoti volontarju ta’ informazzjoni lill-aktar operaturi rilevanti tul il-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika kif identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9 stabbilit fit-territorju nazzjonali rispettiv tagħhom. Tali talbiet għandhom jiddikjaraw b’mod partikolari liema informazzjoni dwar fatturi li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-oġġetti u s-servizzi identifikati ta’ importanza kritika hija mitluba. Kull operatur ekonomiku li jipprovdi informazzjoni b’mod volontarju għandu jagħmel dan fuq bażi individwali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jibagħtu s-sejbiet rilevanti lill-Kummissjoni u lill-Bord mingħajr dewmien żejjed permezz tal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament rispettiv.
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5
5. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu kif xieraq il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs, li jistgħu jkunu assoċjati mat-talbiet għall-informazzjoni u jiżguraw li jinżamm baxx kemm jista’ jkun.
5. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu kif xieraq il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs, li jistgħu jkunu assoċjati mat-talbiet għall-informazzjoni, u jiżguraw li tali piż amministrattiv jinżamm baxx kemm jista’ jkun u li l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni tiġi rispettata.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-grupp konsultattiv jiddiskuti s-sejbiet u l-prospetti ta’ evoluzzjoni bbażati fuq il-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza strateġika.
6. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Bord jiddiskuti s-sejbiet u l-prospetti ta’ evoluzzjoni bbażati fuq il-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti u s-servizzi ta’ importanza kritika.
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 7
7. Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi rapport tas-sejbiet aggregati.
7. Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-sejbiet aggregati.
7a. Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-oġġetti ta’ importanza kritika elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9(1):
(a) il-livelli ta’ riżervi strateġiċi fit-territorju tagħhom;
7d. It-talba għal informazzjoni ma tistax taqbeż perjodu ta’ sitt xhur u ma tistax tiġġedded.
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 12
[...]
imħassar
Emenda 156 Proposta għal regolament Parti IV – titolu
Emerġenza tas-Suq Uniku
Emerġenza tas-suq intern
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Meta tivvaluta l-gravità ta’ tfixkil biex jiġi aċċertat jekk l-impatt ta’ kriżi fuq is-Suq Uniku jikkwalifikax bħala emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ evidenza konkreta u affidabbli, tqis mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:
1. Meta tivvaluta l-gravità ta’ tfixkil biex jiġi aċċertat jekk l-impatt ta’ kriżi fuq is-suq intern jikkwalifikax bħala emerġenza tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ evidenza konkreta u affidabbli, tqis mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-kriżi kkawżat l-attivazzjoni ta’ kwalunkwe mekkaniżmu rilevanti ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Kunsill, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jew il-mekkaniżmi stabbiliti fil-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż [il-proposta għal] ir-Regolament (UE) …/… dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u [il-proposta għal] ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …/… dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżijiet;
(a) il-kriżi skattat l-attivazzjoni ta’ mekkaniżmu rilevanti ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Kunsill, inkluż ir-Rispons Politiku Integrat f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jew kwalunkwe wieħed mill-mekkaniżmi stabbiliti fil-Qafas tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż il-qafas ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2022/2372;
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b
(b) stima tal-għadd ta’ operazzjonijiet ekonomiċi jew utenti li jibbażaw fuq is-settur jew is-setturi tas-Suq Uniku li jkunu ġew imfixkla għall-provvista tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati;
(b) stima tal-għadd jew tas-sehem mis-suq u d-domanda tas-suq ta’ operazzjonijiet ekonomiċi jew utenti li jibbażaw fuq is-settur jew is-setturi tas-suq intern li jkunu ġew imfixkla għall-provvista tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati;
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-importanza tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati għal setturi oħrajn;
(c) l-importanza kritika tal-oġġetti, tas-servizzi jew tal-ħaddiema kkonċernati għal setturi oħrajn;
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) in-nuqqas stmat ta’ oġġetti u servizzi fis-suq intern;
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d
(d) l-impatti f’termini ta’ grad u tul ta’ żmien, fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà, l-ambjent u s-sigurtà pubblika;
(d) l-impatt effettiv jew potenzjali tal-kriżi f’termini ta’ grad u tul ta’ żmien, fuq l-attivitajiet ekonomiċi u vitali tas-soċjetà, l-ambjent u s-sigurtà pubblika;
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt e
(e) l-operaturi ekonomiċi affettwati ma setgħux jipprovdu soluzzjoni fi żmien raġonevoli għall-aspetti partikolari tal-kriżi fuq bażi volontarja.
(e) il-fatt li l-operaturi ekonomiċi affettwati mit-tfixkil ma setgħux jipprovdu soluzzjoni fi żmien raġonevoli għall-aspetti partikolari tal-kriżi fuq bażi volontarja;
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt g
(g) iż-żona ġeografika li hija affettwata u li tista’ tiġi affettwata, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier fuq il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista li huma indispensabbli fiż-żamma ta’ attivitajiet soċjali jew ekonomiċi vitali fis-Suq Uniku;
(g) iż-żona ġeografika, inklużi r-reġjuni tal-fruntiera u r-reġjuni ultraperiferiċi, li hija affettwata u li tista’ tiġi affettwata mit-tfixkil, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier fuq il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista li huma indispensabbli fiż-żamma ta’ attivitajiet tas-soċjetà jew ekonomiċi vitali fis-suq intern;
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt i
(i) in-nuqqas ta’ oġġetti, inputs jew servizzi ta’ sostituzzjoni.
(i) in-nuqqas jew l-iskarsezza ta’ sostitut għal oġġetti, inputs jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet;
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
(ia) l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew ta’ kontrolli fil-fruntieri.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1
1. Il-modalità ta’ Emerġenza tas-Suq Uniku tista’ tiġi attivata mingħajr ma tkun ġiet attivata l-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku fir-rigward tal-istess oġġetti jew servizzi. Meta l-modalità ta’ viġilanza tkun ġiet attivata qabel, il-modalità ta’ emerġenza tista’ tissostitwiha parzjalment jew kompletament.
1. Il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tista’ tiġi attivata mingħajr ma tkun ġiet attivata l-modalità ta’ viġilanza tas-suq intern fir-rigward tal-istess oġġetti jew servizzi. Meta l-modalità ta’ viġilanza tkun ġiet attivata qabel, il-modalità ta’ emerġenza tista’ tissostitwiha parzjalment jew kompletament.
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2
2. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tqis li hemm emerġenza tas-Suq Uniku, hija għandha tipproponi lill-Kunsill biex jattiva l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.
2. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjoni tal-Bord, tqis li hemm emerġenza tas-suq intern, hija għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tattiva l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3
3. Il-Kunsill jista’ jattiva l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. It-tul ta’ żmien tal-attivazzjoni, għandu jiġi speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni, u ma għandux ikun aktar minn sitt xhur.
3. Il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tista’ tiġi attivata permezz ta’ att leġiżlattiv adottat abbażi tal-proposta leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 2. It-tul ta’ żmien tal-attivazzjoni għandu jiġi speċifikat f’dak l-att leġiżlattiv, u għandu jkun ristrett għal mhux aktar minn sitt xhur.
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4
4. L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u servizzi ma tipprevjenix l-attivazzjoni jew l-applikazzjoni kontinwa tal-modalità ta’ viġilanza u l-varar tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 11 u 12 rigward l-istess oġġetti u servizzi.
4. L-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u servizzi ma tipprevjenix l-attivazzjoni jew l-applikazzjoni kontinwa tal-modalità ta’ viġilanza u l-varar tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 8a rigward l-istess oġġetti u servizzi.
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 5
5. Hekk kif tiġi attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta lista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Il-lista tista’ tiġi emendata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
5. Meta tipproponi l-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet. Hekk kif il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tiġi attivata permezz tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta tali lista permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dik il-lista tista’ tiġi emendata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 6
6. L-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
6. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-suq intern, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
1. Meta l-Kummissjoni tqis, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, li tkun neċessarja estensjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, hija għandha tipproponi lill-Kunsill biex jestendi l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku. Soġġetta għal bidliet urġenti u eċċezzjonali fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel dan mhux aktar tard minn 30 jum qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.Il-Kunsill jista’ jestendi l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku b’mhux aktar minn sitt xhur fi żmien partikolari permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
1. Meta l-Kummissjoni tqis, filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjoni pprovduta mill-Bord u abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), li tkun neċessarja estensjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, hija għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jestendu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Soġġetta għal bidliet urġenti u eċċezzjonali fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel dan mhux aktar tard minn 30 jum qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.
Il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tista’ tiġi estiża permezz ta’ att leġislattiv abbażi tal-proposta leġislattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu.It-tul ta’ żmien tal-estensjoni għandu jiġi speċifikat f’dak l-att leġiżlattiv, u għandu jkun ristrett għal mhux aktar minn sitt xhur.
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2
2. Meta l-grupp konsultattiv ikollu evidenza konkreta u affidabbli li l-emerġenza tas-Suq Uniku għandha tiġi diżattivata, dan jista’ jifformula opinjoni għal dak il-għan u jibgħatha lill-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tqis li ma għadhiex teżisti emerġenza tas-Suq Uniku, hija għandha tipproponi lill-Kunsill mingħajr dewmien id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku.
2. Meta l-Bord ikollu evidenza konkreta u affidabbli li l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern għandha tiġi diżattivata, dan jista’ jifformula opinjoni għal dak il-għan u jibgħatha lill-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-Bord, tqis li ma għadhiex teżisti emerġenza tas-suq intern, hija għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mingħajr dewmien, id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3
3. Il-miżuri meħuda f’konformità mal-Artikoli 24 sa 33 u skont il-proċeduri ta’ emerġenza introdotti fl-oqfsa legali rispettivi tal-Unjoni permezz tal-emendi għal-leġiżlazzjoni settorjali dwar il-prodotti stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/424, ir-Regolament (UE) 2016/425, ir-Regolament (UE) 2016/426, ir-Regolament (UE) 2019/1009 u r-Regolament (UE) Nru 305/2011 u li jintroduċu proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ emerġenzi fis-Suq Uniku u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, u 2014/68/UE u li jintroduċu fir-rigward ta’ proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ Suq Uniku għandhom jieqfu japplikaw mad-diżattivazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill valutazzjoni dwar l-effettività tal-miżuri meħuda fl-indirizzar tal-emerġenza tas-Suq Uniku mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza tal-miżuri, abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ previst mill-Artikolu 11.
3. Il-miżuri meħuda f’konformità mal-Artikoli 24 sa 33 għandhom jieqfu japplikaw mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni dwar l-effettività tal-miżuri meħuda fl-indirizzar tal-emerġenza tas-suq intern mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza tal-miżuri, abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Artikolu 11.
Emenda 176 Proposta għal regolament Parti IV − Titolu II − titolu
moviment liberu matul l-emerġenza tas-Suq Uniku
Moviment liberu matul l-emerġenza tas-suq intern
Emenda 177 Proposta għal regolament Parti IV − Titolu II − Kapitolu I − titolu
Miżuri għall-istabbiliment mill-ġdid u għall-iffaċilitar tal-moviment liberu
Miżuri għall-iffaċilitar tal-moviment liberu
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 16 – titolu
Rekwiżiti ġenerali għall-miżuri li jirrestrinġu l-moviment liberu biex tiġi indirizzata emerġenza tas-Suq Uniku
Restrizzjonijiet ipprojbiti għall-moviment liberu matul emerġenza tas-suq intern
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. Meta jadottaw u japplikaw miżuri nazzjonali b’reazzjoni għal emerġenza tas-Suq Uniku u għall-kriżi sottostanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet tagħhom jikkonformaw bis-sħiħ mat-Trattat u mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.
1. Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni imposti mill-Istati Membri b’reazzjoni għal emerġenza tas-suq intern għandhom ikunu pprojbiti, sakemm ma jkunux ġustifikati għal raġunijiet ta’ objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku, bħall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika, u jkunu konformi mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità.
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2
2. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun limitata fiż-żmien u titneħħa malli s-sitwazzjoni tkun tippermetti dan. Barra minn hekk, kwalunkwe restrizzjoni jenħtieġ li tqis is-sitwazzjoni tar-reġjuni tal-fruntiera.
2. Kwalunkwe restrizzjoni bħal din għandha tkun limitata fiż-żmien u titneħħa minnufih malli l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tiġi diżattivata jew qabel, fil-każ li r-restrizzjoni ma tibqax ġustifikata jew proporzjonata.
2a. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tqis is-sitwazzjoni tar-reġjuni tal-fruntiera u r-reġjuni ultraperiferiċi, speċjalment għall-ħaddiema transfruntiera.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3
3. Kwalunkwe rekwiżit impost fuq iċ-ċittadini u n-negozji ma għandux joħloq piż amministrattiv żejjed jew mhux neċessarju.
3. Kwalunkwe rekwiżit impost fuq iċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi ma għandux joħloq piż amministrattiv żejjed jew mhux neċessarju. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura disponibbli biex jillimitaw u jnaqqsu kwalunkwe piż amministrattiv.
3a. L-Istati Membri ma għandhom jadottaw l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
(a) restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni intra-UE ta’ oġġetti jew il-provvista jew il-wasla ta’ servizzi, jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti;
(b) diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri jew bejn iċ-ċittadini, inkluż fir-rwol tagħhom bħala fornituri ta’ servizzi jew ħaddiema, ibbażata direttament jew indirettament fuq in-nazzjonalità jew, fil-każ ta’ kumpaniji, il-post tal-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju; jew
(c) ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni jew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq persuni involuti fil-produzzjoni, iż-żamma jew it-trasport ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5) u l-partijiet jew ir-restrizzjonijiet tagħhom fuq persuni involuti fil-provvista ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5), jew miżuri oħrajn li għandhom effett ekwivalenti, li:
(i) jikkawżaw nuqqasijiet ta’ forza tax-xogħol neċessarja fis-suq intern u b’hekk ifixklu l-ktajjen tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew joħolqu jew iżidu n-nuqqasijiet ta’ tali oġġetti u servizzi fis-suq intern; jew
(ii) ikunu direttament jew indirettament diskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tal-persuna.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 17
[...]
imħassar
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ tipprevedi miżuri ta’ appoġġ biex issaħħaħ il-moviment liberu tal-persuni msemmija fl-Artikolu 17(6) u 17(7) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 422(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
1. Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tipprevedi miżuri ta’ appoġġ biex tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-Istati Membri stabbilew mudelli biex jikkonfermaw li l-operatur individwali jew ekonomiku huwa fornitur ta’ servizzi li jipprovdi servizzi rilevanti għall-kriżijiet, rappreżentant tan-negozju jew ħaddiem li jkun involut fil-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew fil-forniment ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet jew ħaddiem tal-protezzjoni ċivili u tqis li l-użu ta’ mudelli differenti minn kull Stat Membru huwa ostaklu għall-moviment liberu fiż-żmien ta’ emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni tista’ toħroġ, jekk tqis li huwa neċessarju għall-appoġġ tal-moviment liberu ta’ tali kategoriji ta’ persuni u t-tagħmir tagħhom matul l-emerġenza tas-Suq Uniku li tkun għaddejja, mudelli biex tikkonferma li dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17(6) fl-Istati Membri kollha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
2. Matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-Istati Membri stabbilew mudelli biex jikkonfermaw li l-operatur individwali jew ekonomiku huwa fornitur ta’ servizzi li jipprovdi servizzi rilevanti għall-kriżijiet, rappreżentant tan-negozju jew ħaddiem li jkun involut fil-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew fil-forniment ta’ servizzi rilevanti għall-kriżijiet, jew ħaddiem tal-protezzjoni ċivili, u tqis li l-użu ta’ mudelli differenti minn kull Stat Membru huwa ostaklu għall-moviment liberu fiż-żmien ta’ emerġenza tas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, toħroġ, jekk tqis li huwa neċessarju għall-appoġġ tal-moviment liberu ta’ tali kategoriji ta’ persuni u t-tagħmir tagħhom matul l-emerġenza tas-suq intern li tkun għaddejja, mudelli biex tikkonferma li dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 fl-Istati Membri kollha.
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-suq intern, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 19 – titolu
Matul l-emerġenza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżuri rilevanti għall-kriżijiet li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll restrizzjonijiet rilevanti għall-kriżijiet tal-moviment liberu tal-persuni, inklużi l-ħaddiema flimkien mar-raġunijiet għal dawk il-miżuri.
Matul il-modalità ta’ viġilanza tas-suq intern jew il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżuri marbut mal-kriżi u li jirrestrinġi l-moviment liberu tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll miżuri adottati li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-persuni, inklużi l-ħaddiema, flimkien mar-raġunijiet għal dawk il-miżuri.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jagħmlu l-promulgazzjoni ta’ tali miżura ġġustifikata u proporzjonata, fejn dawk ir-raġunijiet ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fil-miżura notifikata. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test sħiħ tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji nazzjonali li jinkludu l-miżura jew li huma modifikati minnha.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni li turi li l-promulgazzjoni ta’ tali miżuri hija nondiskriminatorja, iġġustifikata u proporzjonata u, fejn possibbli, akkumpanjata minn evidenza konkreta. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test sħiħ tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji nazzjonali li jinkludu jew li huma modifikati b’tali miżura.
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-miżuri notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien u għandha tikkondividihom fl-istess ħin mal-grupp konsultattiv.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-miżuri notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien u għandha tikkondividihom fl-istess ħin mal-Bord.
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 5
5. Jekk il-grupp konsultattiv jagħżel li jagħti opinjoni dwar miżura notifikata, dan għandu jagħmel dan fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika dwar dik il-miżura.
5. Jekk il-Bord jagħżel li jagħti opinjoni dwar miżura notifikata, dan għandu jagħmel dan fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mid-data li fiha jirċievi n-notifika.
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jiġu informati bil-miżuri notifikati, sakemm l-Istati Membri ma jitolbux li l-miżuri jibqgħu kunfidenzjali, jew il-Kummissjoni tqis li d-divulgazzjoni ta’ dawk il-miżuri taffettwa s-sigurtà u l-ordni pubblika tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll tad-deċiżjonijiet u l-kummenti tal-Istati Membri adottati f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jiġu informati bil-miżuri notifikati, sakemm l-Istati Membri ma jitolbux li l-miżuri jibqgħu kunfidenzjali f’konformità mal-paragrafu 15 ta’ dan l-Artikolu, jew il-Kummissjoni tqis li d-divulgazzjoni ta’ dawk il-miżuri taffettwa s-sigurtà u l-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll tad-deċiżjonijiet u l-kummenti tal-Istati Membri adottati f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 8
8. Fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha tirċievi n-notifika, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe abbozz jew miżura adottata mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-Artikoli 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni, u tista’ tipprovdi kummenti dwar il-miżura notifikata meta jkun hemm raġunijiet ovvji u serji biex wieħed jemmen li ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni. Tali kummenti għandhom jitqiesu mill-Istat Membru notifikanti. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari biex jaslu pariri xjentifiċi, evidenza jew għarfien espert tekniku fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li qiegħda tevolvi, il-perjodu ta’ għaxart ijiem jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe tali estensjoni, għandha tistabbilixxi skadenza ġdida u għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iskadenza l-ġdida u r-raġunijiet għall-estensjoni mingħajr dewmien.
8. Fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha tirċievi n-notifika, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe abbozz jew miżura adottata mad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni, u tista’ tipprovdi kummenti dwar il-miżura notifikata meta jkun hemm raġunijiet ovvji u serji biex wieħed jemmen li ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni. Tali kummenti għandhom jitqiesu mill-Istat Membru notifikanti. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari biex jaslu pariri xjentifiċi, evidenza jew għarfien espert tekniku fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li qiegħda tevolvi, il-perjodu ta’ għaxart ijiem jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe tali estensjoni, u għandha tistabbilixxi skadenza ġdida, li ma għandhiex taqbeż it-30 jum. Din għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iskadenza l-ġdida u r-raġunijiet għall-estensjoni mingħajr dewmien.
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 9
9. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll kummenti lill-Istat Membru li jkun innotifika miżura; dak l-Istat Membru għandu jqis tali kummenti.
9. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll kummenti lill-Istat Membru li jkun innotifika miżura u dak l-Istat Membru għandu jqis tali kummenti.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 10
10. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika l-miżuri li jkun beħsiebu jadotta sabiex jikkonforma mal-kummenti mogħtija f’konformità mal-paragrafu8 lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem wara li jirċevihom.
10. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika l-miżuri li jkun beħsiebu jadotta u ġustifikazzjoni dwar kif jikkonforma mal-kummenti mogħtija f’konformità mal-paragrafu 8 lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem wara li jirċevihom.
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 11
11. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-miżuri kkomunikati mill-Istat Membru notifikanti għadhom ma humiex f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, hija tista’ toħroġ fi żmien 30 jum minn dik il-komunikazzjoni, deċiżjoni li tirrikjedi lil dak l-Istat Membru joqgħod lura milli jadotta l-abbozz ta’ miżura notifikat. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika t-test adottat ta’ abbozz ta’ miżura notifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
11. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-miżuri kkomunikati mill-Istat Membru notifikanti għadhom ma humiex f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, hija tista’ toħroġ, fi żmien 15-il jum minn dik il-komunikazzjoni, deċiżjoni li tirrikjedi lil dak l-Istat Membru jimmodifika jew joqgħod lura milli jadotta l-abbozz ta’ miżura notifikat. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika t-test adottat ta’ abbozz ta’ miżura notifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 12
12. Jekk il-Kummissjoni ssib li miżura diġà adottata li tkun ġiet innotifikata lilha, ma tkunx f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, fi żmien 30 jum minn dik in-notifika tista’ toħroġ deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru jabolixxiha. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika t-test ta’ miżura riveduta f’każ li jimmodifika l-miżura adottata notifikata mingħajr dewmien.
12. Jekk il-Kummissjoni ssib li miżura diġà adottata li tkun ġiet innotifikata lilha, ma tkunx f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, fi żmien 15-il jum minn dik in-notifika tista’ toħroġ deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru jabolixxiha. L-Istat Membru notifikanti għandu jikkomunika t-test ta’ miżura riveduta f’każ li jimmodifika l-miżura adottata notifikata mingħajr dewmien.
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 13
13. Il-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafi 11 u 12 jista’ jiġi estiż b’mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sabiex titqies bidla fiċ-ċirkostanzi, b’mod partikolari biex jingħataw pariri xjentifiċi, evidenza jew għarfien espert tekniku fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tkun qiegħda tevolvi. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe tali estensjoni u għandha tistabbilixxi skadenza ġdida u għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iskadenza l-ġdida u r-raġunijiet għall-estensjoni mingħajr dewmien.
13. Il-perjodu ta’ 15-il jum imsemmi fil-paragrafi 11 u 12 jista’ jiġi estiż b’mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sabiex titqies bidla fiċ-ċirkostanzi, b’mod partikolari biex jingħataw pariri xjentifiċi, evidenza jew għarfien espert tekniku fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tkun qiegħda tevolvi. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe tali estensjoni u għandha tistabbilixxi skadenza ġdida u għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iskadenza l-ġdida u r-raġunijiet għall-estensjoni mingħajr dewmien.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 14
14. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 11 u 12 għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli u jistgħu jinħarġu meta jkun hemm immedjatament raġunijiet ovvji u serji biex wieħed jemmen li l-miżuri notifikati ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-Artikolu 16 jew 17 ta’ dan ir-Regolament, il-prinċipju tal-proporzjonalità jew il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. L-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta miżuri fi stadju aktar tard, inkluża t-tnedija ta’ proċedura ta’ ksur abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE.
14. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 11 u 12 għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli u jistgħu jinħarġu meta jkun hemm immedjatament raġunijiet ovvji u serji biex wieħed jemmen li l-miżuri notifikati ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, il-prinċipju tal-proporzjonalità jew il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. L-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta miżuri fi stadju aktar tard, inkluża t-tnedija ta’ proċedura ta’ ksur abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE.
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 15
15. L-informazzjoni fornuta skont dan l-Artikolu ma għandhiex tkun kunfidenzjali għajr fuq it-talba espressa tal-Istat Membru notifikanti. Kwalunkwe tali talba għandha tkun relatata ma’ abbozzi ta’ miżuri u għandha tkun ġustifikata.
15. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha ssir pubblika. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-informazzjoni relatata ma’ abbozzi ta’ miżuri tinżamm kunfidenzjali. Dik it-talba għandha tkun ġustifikata.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 16
16. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-test tal-miżuri adottati mill-Istati Membri fil-kuntest tal-emerġenza tas-Suq Uniku li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema, li jkunu ġew ikkomunikati permezz tan-notifiki msemmija f’dan l-Artikolu kif ukoll permezz ta’ sorsi oħrajn. It-test tal-miżuri għandu jiġi ppubblikat fi żmien jum tax-xogħol minn meta jasal permezz ta’ pjattaforma elettronika ġestita mill-Kummissjoni.
16. Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu ħlief informazzjoni li titqies kunfidenzjali f’konformità mal-paragrafu 15.
16a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri adottati mill-Istati Membri fil-kuntest tal-emerġenza tas-suq intern li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema, li jkunu ġew ikkomunikati. Dawk il-miżuri għandhom jiġi ppubblikati fi żmien jum tax-xogħol minn meta jaslu permezz ta’ pjattaforma elettronika ġestita mill-Kummissjoni.
16b. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lin-negozji, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom u lil kwalunkwe parti kkonċernata affettwata, b’mod ċar u mhux ambigwu, dwar miżuri li jaffettwaw il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi l-ħaddiema u l-fornituri tas-servizzi, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, b’mod partikolari permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 21. L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu kontinwu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-sħab soċjali u s-sħab internazzjonali.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a
(a) assistenza fit-talba u l-ksib ta’ informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-ħaddiema li huma relatati ma’ emerġenza attivata tas-Suq Uniku;
(a) assistenza fit-talba u l-ksib ta’ informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-ħaddiema li huma relatati ma’ modalità ta’ emerġenza attivata tas-suq intern;
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b
(b) assistenza fit-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura u formalità ta’ kriżi fil-livell nazzjonali li jkunu ġew stabbiliti minħabba l-emerġenza attivata tas-Suq Uniku.
(b) assistenza fit-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura u formalità ta’ kriżi fil-livell nazzjonali li jkunu ġew stabbiliti minħabba l-modalità ta’ emerġenza attivata tas-suq intern.
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) assistenza fit-tixrid ta’ informazzjoni liċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom.
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-operaturi ekonomiċi u għall-ħaddiema u għar-rappreżentanti tagħhom li jirċievu, fuq talba tagħhom u permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt rispettivi, informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih il-miżuri nazzjonali rispettivi ta’ rispons għall-kriżijiet jiġu interpretati u applikati b’mod ġenerali. Fejn xieraq, tali informazzjoni għandha tinkludi gwida pass b’pass. L-informazzjoni għandha tingħata b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Din għandha tkun aċċessibbli faċilment mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi u għandha tinżamm aġġornata.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-operaturi ekonomiċi u għall-ħaddiema u għar-rappreżentanti tagħhom li jirċievu, fuq talba tagħhom u permezz tal-punti uniċi ta’ kuntatt rispettivi, informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih il-miżuri nazzjonali rispettivi ta’ rispons għall-kriżijiet jiġu interpretati u applikati b’mod ġenerali. Fejn xieraq, tali informazzjoni għandha tinkludi gwida pass b’pass. L-informazzjoni għandha tingħata b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Din għandha tkun aċċessibbli faċilment mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi u għandha tinżamm aġġornata. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipprovdu tali informazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, b’attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tar-reġjuni tal-fruntiera.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni għandu jipprovdi liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lill-operaturi ekonomiċi, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom bl-assistenza li ġejja:
2. Il-punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni għandu jipprovdi liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-operaturi ekonomiċi, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom bl-assistenza li ġejja:
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-assistenza fit-talba u fil-ksib ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-emerġenza attivata tas-Suq Uniku jew li jaffettwaw l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-ħaddiema;
(a) l-assistenza fit-talba u fil-ksib ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-modalità ta’ emerġenza attivata tas-suq intern jew li jaffettwaw l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, inklużi tal-ħaddiema;
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-assistenza fit-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura u formalità ta’ kriżi li jkunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni minħabba l-emerġenza attivata tas-suq Uniku;
(b) l-assistenza fit-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura u formalità ta’ kriżi li jkunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni minħabba l-modalità ta’ emerġenza attivata tas-suq intern;
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-ġbir flimkien ta’ lista bil-miżuri nazzjonali kollha ta’ kriżi u bil-punti ta’ kuntatt nazzjonali kollha.
(c) l-assistenza fl-istabbiliment ta’ lista bil-miżuri nazzjonali kollha ta’ kriżi u bil-punti ta’ kuntatt nazzjonali kollha.
2a. Għandhom jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji lill-punt uniku ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 214 Proposta għal regolament Titolu III – titolu
Miżuri ta’ rispons f’emerġenza tas-Suq Uniku
Miżuri ta’ rispons f’emerġenza tas-suq intern
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. Il-miżuri vinkolanti inklużi f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 24(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26 u l-Artikolu 27(2) u jistgħu jiġu adottati biss wara li tkun ġiet attivata Emerġenza tas-Suq Uniku permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 14.
1. Il-miżuri vinkolanti inklużi f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni biss meta tkun ġiet attivata modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 14.
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2
2. Att ta’ implimentazzjoni li jintroduċi miżura inkluża f’dan il-Kapitolu għandu jelenka b’mod ċar u speċifiku l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet li għalihom tapplika tali miżura. Dik il-miżura għandha tapplika biss għat-tul ta’ żmien tal-modalità ta’ emerġenza.
2. Att ta’ implimentazzjoni li jintroduċi miżura inkluża f’dan il-Kapitolu għandu jelenka b’mod ċar u speċifiku l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 14(5) li għalih tapplika tali miżura. Dik il-miżura għandha tapplika biss għat-tul ta’ żmien tal-modalità ta’ emerġenza.
2a. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatt tal-kriżi fuq is-suq intern, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
1. Fejn ikun hemm nuqqasijiet kbar relatati ma’ kriżi jew theddida immedjata tagħha, il-Kummissjoni tista’ tistieden lil organizzazzjonijiet rappreżentattivi jew operaturi ekonomiċi fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżi biex jibagħtu fuq bażi volontarja, f’limitu ta’ żmien stabbilit, informazzjoni speċifika lill-Kummissjoni dwar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-ħażniet eżistenti possibbli ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżi u l-komponenti tagħhom f’faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-Unjoni u f’faċilitajiet ta’ pajjiżi terzi li hija topera, għandha kuntratt magħhom jew tixtri provvista mingħandhom, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe tfixkil rilevanti fil-katina tal-provvista fi ħdan skadenza partikolari.
1. Fejn ikun hemm nuqqas kbir relatat ma’ kriżi jew theddida immedjata tagħha, il-Kummissjoni tista’ tistieden lil operaturi ekonomiċi fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżi biex jibagħtu, f’konformità mal-paragrafu 3, informazzjoni speċifika li tkun rilevanti għall-emerġenza tas-suq intern, fuq bażi volontarja u f’limitu ta’ żmien raġonevoli.
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2
2. Jekk id-destinatarji ma jibagħtux l-informazzjoni mitluba f’konformità mal-paragrafu 1 fil-limitu ta’ żmien u ma jipprovdux ġustifikazzjoni valida talli ma għamlux dan, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tirrikjedi li huma jibagħtu l-informazzjoni, billi tindika fl-att ta’ implimentazzjoni għaliex huwa proporzjonat u neċessarju li jsir dan, filwaqt li tispeċifika l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet u d-destinatarji kkonċernati mit-talba għal informazzjoni, u l-informazzjoni li qiegħda tintalab, u tipprovdi, fejn neċessarju, mudell bil-mistoqsijiet li jistgħu jiġu indirizzati lill-operaturi ekonomiċi.
2. Jekk id-destinatarji ma jibagħtux l-informazzjoni mitluba f’konformità mal-paragrafu 1 fil-limitu ta’ żmien u ma jipprovdux ġustifikazzjoni valida talli ma għamlux dan, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ rakkomandazzjoni, titlob li huma jibagħtu l-informazzjoni mitluba, billi tindika għaliex huwa proporzjonat u neċessarju li jsir dan, filwaqt li tispeċifika l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet u d-destinatarji kkonċernati mit-talba għal informazzjoni, u l-informazzjoni li qiegħda tintalab, u tipprovdi, meta meħtieġ, mudell bil-mistoqsijiet li jistgħu jiġu indirizzati lill-operaturi ekonomiċi.
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. It-talbiet għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonċernaw dan li ġej:
3. It-talbiet għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jikkonċernaw:
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt a
(a) informazzjoni mmirata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-ħażniet eżistenti possibbli tal-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet u l-komponenti tagħhom f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu fl-Unjoni u f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu f’pajjiż terz li l-organizzazzjoni jew l-operatur imsemmi fil-paragrafu 1, jopera, jikkuntratta jew jixtri provvisti mingħandhom, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ is-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u jiġu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni skeda tal-output tal-produzzjoni mistenni għat-tliet xhur ta’ wara għall-faċilità tal-produzzjoni li tinsab fl-Unjoni kif ukoll kwalunkwe tfixkil rilevanti fil-katina tal-provvista;
(a) informazzjoni mmirata lill-Kummissjoni dwar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-ħażniet eżistenti possibbli tal-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet u l-komponenti tagħhom f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu fl-Unjoni u f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu f’pajjiż terz li l-organizzazzjoni jew l-operatur imsemmi fil-paragrafu 1 jopera jew jikkuntratta;
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt b
(b) informazzjoni oħra neċessarja għall-valutazzjoni tan-natura jew tad-daqs ta’ interruzzjoni jew nuqqas partikolari fil-katina tal-provvista.
(b) skeda tal-output tal-produzzjoni mistenni tal-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet għat-3 xhur wara t-talba għal informazzjoni dwar il-faċilitajiet tal-produzzjoni li jinsabu fl-Unjoni jew f’pajjiż terz li fih l-operatur jopera jew jikkuntratta.
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 4
4. Wara l-attivazzjoni tat-talbiet obbligatorji għal informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tindirizza deċiżjoni formali lil kull waħda minn dawk l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi jew l-operaturi ekonomiċi fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet li jkunu ġew identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jintalbu jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża, fejn possibbli, fuq il-listi ta’ kuntatt rilevanti u disponibbli tal-operaturi ekonomiċi attivi fil-ktajjen tal-provvista magħżula ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, ikkompilati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ tikseb l-informazzjoni neċessarja dwar l-operaturi ekonomiċi rilevanti mill-Istati Membri.
4. Meta tistieden jew titlob lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibbaża, fejn possibbli, fuq il-listi ta’ kuntatt rilevanti u disponibbli tal-operaturi ekonomiċi attivi fil-ktajjen tal-provvista magħżula ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, ikkompilati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ tikseb l-informazzjoni neċessarja dwar l-operaturi ekonomiċi rilevanti mill-Istati Membri.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 5
5. Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jkun fihom talbiet għal informazzjoni individwali għandu jkun fihom referenza għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 li fuqu jkunu bbażati u għas-sitwazzjonijiet ta’ nuqqasijiet kbar relatati mal-kriżijiet jew ma’ theddida immedjata tagħhom li tkun tat lok għal dan. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata u proporzjonata f’termini tal-volum, in-natura u l-granularità tad-data, kif ukoll il-frekwenza tal-aċċess għad-data mitluba, u għandha tkun neċessarja għall-ġestjoni tal-emerġenza jew għall-ġbir tal-istatistika uffiċjali rilevanti. Talba għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni. Din għandha tqis l-isforz meħtieġ biex tinġabar id-data u biex din issir disponibbli mill-operatur ekonomiku jew mill-organizzazzjoni rappreżentattiva. Id-deċiżjoni formali għandu jkun fiha wkoll salvagwardji għall-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, salvagwardji għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju li tinsab fit-tweġiba f’konformità mal-Artikolu 25, u informazzjoni dwar il-possibbiltà li tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u l-multi previsti fl-Artikolu 28 għan-nuqqas ta’ konformità u l-iskeda ta’ żmien għal tweġiba.
5. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li jkun fiha talbiet għal informazzjoni individwali għandu jkun fiha referenza għas-sitwazzjonijiet ta’ nuqqasijiet kbar relatati mal-kriżijiet jew ma’ theddida immedjata tagħhom li tkun tat lok għal dan. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata u proporzjonata f’termini tal-volum, in-natura u l-granularità tad-data, kif ukoll il-frekwenza tal-aċċess għad-data mitluba, u għandha tkun neċessarja għall-ġestjoni tal-emerġenza. Talba għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li ma jaqbiżx l-14-il jum li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni. L-operatur jista’ jitlob estensjoni ta’ darba għal-limitu ta’ żmien sa jumejn qabel l-iskadenza tiegħu fil-każ li l-gravità tas-sitwazzjoni tirrikjedi dan. Il-Kummissjoni għandha twieġeb, fi żmien jum tax-xogħol, għal kwalunkwe talba bħal din għal estensjoni tal-limitu ta’ żmien. Din għandha tqis l-isforz meħtieġ biex tinġabar id-data u biex din issir disponibbli mill-operatur ekonomiku. Ir-rakkomandazzjoni għandu jkun fiha wkoll salvagwardji għall-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu39 ta’ dan ir-Regolament, salvagwardji għan-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva u salvagwardji għan-nuqqas ta’ żvelar ta’ sigrieti kummerċjali u proprjetà intellettwali fir-risposta f’konformità mal-Artikolu 25.
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 6
6. Is-sidien tal-operaturi ekonomiċi jew tar-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, kumpaniji jew ditti, jew assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f’isem l-operatur ekonomiku jew l-assoċjazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi kkonċernati. Kull operatur ekonomiku jew assoċjazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq bażi individwali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni. L-avukati awtorizzati kif xieraq biex jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli għalkollox jekk l-informazzjoni pprovduta tkun inkompleta, skorretta jew qarrieqa.
6. Is-sidien tal-operaturi ekonomiċi jew il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f’isem l-operatur ekonomiku kkonċernat. Kull operatur ekonomiku għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq bażi individwali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni. L-avukati awtorizzati kif xieraq biex jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli għalkollox jekk l-informazzjoni pprovduta tkun inkompleta, skorretta jew qarrieqa.
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 7
7. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti sabiex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun imponiet talba obbligatorja għall-informazzjoni lil operatur ekonomiku.
imħassar
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 8
8. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura tal-kumitat imsemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
imħassar
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. L-informazzjoni li tasal b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun intalbet.
1. L-informazzjoni li tasal mingħand l-uffiċċji ta’ kollegament tal-Istati Membri, il-Bord, l-operaturi ekonomiċi jew kwalunkwe sors ieħor b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun intalbet.
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u professjonali u informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali oħra miksuba u ġġenerata bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi rakkomandazzjonijiet u miżuri li għandhom jittieħdu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali rispettiva.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u professjonali, il-proprjetà intellettwali, u informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali oħra miksuba u ġġenerata bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi rakkomandazzjonijiet u miżuri li għandhom jittieħdu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali rispettiva.
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta lill-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 4 informazzjoni aggregata bbażata fuq kwalunkwe informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 24.
4. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta lill-Bord informazzjoni aggregata bbażata fuq kwalunkwe informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 24.
5a. Kwalunkwe informazzjoni miksuba permezz ta’ talbiet għal informazzjoni għandha titħassar immedjatament malli tiskadi l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, jew aktar kmieni jekk ikunu ġew ippreżentati r-rapporti rilevanti kollha relatati mal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibagħtu konferma tat-tħassir ta’ dik l-informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi affettwati immedjatament wara li titħassar.
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 26
Artikolu 26
imħassar
Emendi mmirati għal-leġiżlazzjoni armonizzata dwar il-prodotti
Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku tkun ġiet attivata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottat skont l-Artikolu 14, u jkun hemm nuqqas ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, il-Kummissjoni tista’ tattiva, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-proċeduri ta’ emerġenza inklużi fl-oqfsa legali tal-Unjoni emendati minn [ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/424, ir-Regolament (UE) 2016/425, ir-Regolament (UE) 2016/426, ir-Regolament (UE) 2019/1009 u r-Regolament (UE) Nru 305/2011 u li jintroduċi proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ emerġenzi fis-Suq Uniku u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35 2014/UE, 2013 28/29/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, u 2014/68/UE u li jintroduċi fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ Suq Uniku] fir-rigward ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, filwaqt li tindika liema oġġetti rilevanti għall-kriżijiet u proċeduri ta’ emerġenza huma soġġetti għall-attivazzjoni, tipprovdi raġunijiet għal tali attivazzjoni u l-proporzjonalità tagħha, u tindika t-tul ta’ żmien ta’ tali attivazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-impatti tal-kriżi fuq is-Suq Uniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(3).
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni tista’ tistieden operatur ekonomiku wieħed jew aktar fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet stabbiliti fl-Unjoni biex jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet għall-produzzjoni jew għall-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet (“ordni klassifikata bħala prijorità”).
1. Il-Kummissjoni tista’ tistieden, fuq bażi volontarja, operatur ekonomiku wieħed jew aktar fi ktajjen tal-provvista rilevanti għall-kriżijiet stabbiliti fl-Unjoni biex jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet għall-produzzjoni jew għall-provvista ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet (“ordni klassifikata bħala prijorità”). Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża l-kwantità tal-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet, il-ħin tal-kunsinna u l-prezz u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b’dan.
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Jekk operatur ekonomiku ma jaċċettax u ma jipprijoritizzax ordnijiet klassifikati bħala prijorità, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ 14-il Stat Membru, tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li wieħed jirrikorri għal ordnijiet klassifikati bħala prijorità f’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operatur ekonomiku kkonċernat kif ukoll lil kwalunkwe parti affettwata b’mod ċar mill-ordni potenzjali klassifikata bħala prijorità, l-opportunità li jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom f’limitu ta’ żmien raġonevoli stabbilit mill-Kummissjoni fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara tali valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tindirizza att ta’ implimentazzjoni lill-operatur ekonomiku kkonċernat, li jirrikjedi li huwa jew jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet klassifikati bħala prijorità speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni jew inkella jispjega għaliex ma huwiex possibbli jew xieraq li dak l-operatur jagħmel dan. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq data oġġettiva li turi li tali prijoritizzazzjoni hija indispensabbli biex tiġi żgurata ż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi tas-soċjetà vitali fis-Suq Uniku
2. Jekk operatur ekonomiku ma jaċċettax jew ma jipprijoritizzax ordnijiet klassifikati bħala prijorità, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ 14-il Stat Membru, tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li wieħed jirrikorri għal ordnijiet klassifikati bħala prijorità. F’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operatur ekonomiku kkonċernat kif ukoll lil kwalunkwe parti affettwata b’mod ċar mill-ordni potenzjali klassifikata bħala prijorità, l-opportunità li jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom f’limitu ta’ żmien raġonevoli stabbilit mill-Kummissjoni fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara tali valutazzjoni u filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjoni tal-Bord, il-Kummissjoni tista’ tindirizza att ta’ implimentazzjoni lill-operatur ekonomiku kkonċernat, li jirrikjedi li huwa jew jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet klassifikati bħala prijorità speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni jew inkella jispjega bil-miktub għaliex ma huwiex possibbli jew xieraq li dak l-operatur jagħmel dan. Meta l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni tiddevja mill-opinjoni tal-Bord, il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll ġustifikazzjoni sostanzjata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq data oġġettiva li tkun fattwali, li tista’ titkejjel u sostanzjata, li turi li tali prijoritizzazzjoni hija indispensabbli biex tiġi żgurata ż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi tas-soċjetà vitali fis-suq intern.
Meta l-operatur ekonomiku li lilu tiġi indirizzata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 jirrifjuta li jaċċetta r-rekwiżit li jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet speċifikati fid-deċiżjoni, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni, spjegazzjoni motivata li tistabbilixxi raġunijiet debitament ġustifikati għaliex ma huwiex possibbli jew xieraq, fid-dawl tal-objettivi ta’ din id-dispożizzjoni, li jikkonforma mar-rekwiżit. Tali raġunijiet jinkludu l-inabbiltà tal-operatur li jwettaq l-ordni klassifikata bħala prijorità minħabba kapaċità ta’ produzzjoni insuffiċjenti jew riskju serju li l-aċċettazzjoni tal-ordni tkun tinvolvi tbatija jew piż ekonomiku partikolari għall-operatur, jew kunsiderazzjonijiet oħrajn ta’ gravità komparabbli.
Meta l-operatur ekonomiku li lilu tiġi indirizzata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 jirrifjuta li jaċċetta r-rekwiżit li jaċċetta u jipprijoritizza l-ordnijiet speċifikati fid-deċiżjoni, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni, spjegazzjoni motivata li tistabbilixxi raġunijiet debitament ġustifikati għaliex ma huwiex possibbli jew xieraq li jikkonforma mar-rekwiżit. Tali raġunijiet jinkludu l-inabbiltà tal-operatur li jwettaq l-ordni klassifikata bħala prijorità minħabba kapaċità ta’ produzzjoni insuffiċjenti jew riskju serju li l-aċċettazzjoni tal-ordni tkun tinvolvi tbatija jew piż ekonomiku partikolari għall-operatur, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-prezzijiet u l-kwantitajiet speċifikati mill-Kummissjoni, jew kunsiderazzjonijiet oħrajn ta’ gravità komparabbli. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinvolvu l-għanijiet leġittimi tal-impriża kkonċernata u l-kost, l-isforz, il-prattiċità teknika, u l-konsegwenzi kummerċjali fit-tul, meħtieġa għal kwalunkwe bidla fis-sekwenza tal-produzzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel tali spjegazzjoni motivata jew partijiet minnha disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tqis kif xieraq il-kunfidenzjalità tan-negozju.
imħassar
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, u l-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. Id-deċiżjoni għandha b’mod partikolari tqis l-interessi leġittimi tal-operatur ekonomiku kkonċernat u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-kost u l-isforz meħtieġa għal kwalunkwe bidla fis-sekwenza tal-produzzjoni. Hija għandha tiddikjara l-bażi legali għall-adozzjoni tagħha, tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien li fihom għandha titwettaq l-ordni klassifikata bħala prijorità u, fejn applikabbli, tispeċifika l-prodott u l-kwantità. Hija għandha tiddikjara l-multi previsti fl-Artikolu 28 għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni. L-ordni klassifikata bħala prijorità għandha titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli.
6. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, u l-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. Id-deċiżjoni għandha b’mod partikolari tqis l-interessi leġittimi tal-operatur ekonomiku kkonċernat u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-kost u l-isforz meħtieġa għal kwalunkwe bidla fis-sekwenza tal-produzzjoni. Hija għandha tiddikjara l-bażi legali għall-adozzjoni tagħha, tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien li fihom għandha titwettaq l-ordni klassifikata bħala prijorità u, fejn applikabbli, tispeċifika l-prodott, il-prezz u l-kwantità. Hija għandha tiddikjara l-multi previsti fl-Artikolu 28 għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni. L-ordni klassifikata bħala prijorità għandha titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli, li għandu jinkludi, fejn rilevanti, kumpens xieraq għall-kostijiet addizzjonali kollha mġarrba mill-operatur ekonomiku.
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 28 – titolu
Multi lill-operaturi għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ tweġiba għal talbiet obbligatorji għal informazzjoni jew ta’ konformità ma’ ordnijiet klassifikati bħala prijorità
Multi lill-operaturi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ ordnijiet klassifikati bħala prijorità
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
(a) meta organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ operaturi ekonomiċi jew operatur ekonomiku, intenzjonalment jew permezz ta’ negliġenza serja, jipprovdu informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 24, jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien preskritt;
imħassar
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhomx jaqbżu l-EUR 200 000.
2. Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ma għandhomx jaqbżu l-EUR 200 000.Il-multi imposti fuq l-operaturi ekonomiċi li huma SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ma għandhomx jaqbżu l-EUR 25 000.
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti għal kull jum tax-xogħol ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu skont l-Artikolu 27 (ordnijiet klassifikati bħala prijorità) ikkalkulat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni li ma jaqbiżx il-1 % tal-fatturat totali fis-sena tan-negozju preċedenti.
3. Il-multi imposti fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti għal kull jum tax-xogħol ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu skont l-Artikolu 27 (ordnijiet klassifikati bħala prijorità) ikkalkulat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni li ma jaqbiżx il-1 % tal-fatturat globali fis-sena kummerċjali preċedenti. Il-multi imposti fuq operaturi ekonomiċi li huma SMEs, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, ma għandhomx jaqbżu 0,25 % tal-fatturat totali globali fis-sena kummerċjali preċedenti.
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 4
4. Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, għandhom jitqiesu d-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operatur ekonomiku kkonċernat, in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza.
4. Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs u r-riżorsi ekonomiċi tal-operatur ekonomiku kkonċernat, in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza. Għandhom jitqiesu wkoll l-impatt tal-kriżi fuq l-operatur ekonomiku u l-attivitajiet kummerċjali tiegħu.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt a
(a) sentejn fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 24;
imħassar
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b
(b) tliet snin fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligu li tingħata prijorità lill-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet skont l-Artikolu 26(2).
(b) tliet snin fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligu li tingħata prijorità lill-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet skont l-Artikolu 27.
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 28, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operatur ekonomiku jew lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu dwar:
1. Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 28, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operatur ekonomiku kkonċernat l-opportunità li jinstema’ dwar:
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2
2. L-impriżi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fis-sejbiet preliminari tagħha u li ma jistax ikun inqas minn 21 jum.
2. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fis-sejbiet preliminari tagħha u li ma jistax ikun inqas minn 21 jum.
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati setgħu jikkummentaw dwarhom.
3. Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati setgħu jikkummentaw dwarhom.
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 4
4. Id-drittijiet tad-difiża tal-operatur ekonomiku jew tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ fi kwalunkwe proċedura. L-operatur ekonomiku jew l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni skont it-termini ta’ divulgazzjoni nnegozjata, soġġett għall-interess leġittimu tal-operaturi ekonomiċi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali u għal dokumenti interni tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet tal-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt ta’ aċċess ma għandux jestendi għall-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddivulga u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tagħti prova li jkun sar ksur.
4. Id-drittijiet tad-difiża tal-operatur ekonomiku kkonċernat għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ fi kwalunkwe proċedura. L-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni skont it-termini ta’ divulgazzjoni nnegozjata, soġġett għall-interess leġittimu tal-operaturi ekonomiċi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali u għal dokumenti interni tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet tal-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt ta’ aċċess ma għandux jestendi għall-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddivulga u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tagħti prova li jkun sar ksur.
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 32 – titolu
Distribuzzjoni koordinata tar-riżervi strateġiċi
Solidarjetà u distribuzzjoni koordinata tar-riżervi strateġiċi
-1. F’każ ta’ nuqqas ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan u jindikaw il-kwantitajiet meħtieġa u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kollha u tissimplifika l-koordinazzjoni tat-tweġibiet tal-Istati Membri.
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1
Meta r-riżervi strateġiċi magħmula mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 12 juru li ma humiex suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet relatati mal-emerġenza tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-grupp konsultattiv, tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiddistribwixxu r-riżervi strateġiċi b’mod immirat, fejn possibbli, filwaqt li titqies il-ħtieġa li ma jiġix aggravat ulterjorment it-tfixkil fis-Suq Uniku, inkluż f’żoni ġeografiċi partikolarment affettwati minn tali tfixkil u f’konformità mal-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tas-solidarjetà u l-istabbiliment tal-aktar użu effiċjenti tar-riżervi bil-għan li tintemm l-emerġenza tas-Suq Uniku.
Meta r-riżervi strateġiċi magħmula mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 8a juru li ma humiex suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet relatati mal-emerġenza tas-suq intern, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni pprovduta mill-Bord, tista’ tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiddistribwixxu r-riżervi strateġiċi b’mod immirat, fejn possibbli, filwaqt li titqies il-ħtieġa li ma jiġix aggravat ulterjorment it-tfixkil fis-suq intern, inkluż f’żoni ġeografiċi partikolarment affettwati minn tali tfixkil u f’konformità mal-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tas-solidarjetà u l-istabbiliment tal-aktar użu effiċjenti tar-riżervi bil-għan li tintemm l-emerġenza tas-suq intern.
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 33 – titolu
Miżuri li jiżguraw id-disponibbiltà u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet
Miżuri li jiżguraw id-disponibbiltà u l-provvista ta’ oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni tista’, meta tqis li hemm riskju ta’ nuqqas ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, tirrakkomanda li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri speċifiċi biex jiżguraw l-organizzazzjoni mill-ġdid effiċjenti tal-ktajjen tal-provvista u tal-linji tal-produzzjoni u biex jużaw il-ħażniet eżistenti ħalli jżidu d-disponibbiltà u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, kemm jista’ jkun malajr.
1. Il-Kummissjoni tista’, meta tqis li hemm riskju ta’ nuqqas ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord, tirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi, inkluż biex jiżguraw il-ktajjen tal-provvista u l-linji tal-produzzjoni effiċjenti.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-iffaċilitar tal-espansjoni jew tal-għoti ta’ skop ġdid ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda għall-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet;
(a) l-iffaċilitar tal-espansjoni jew tal-għoti ta’ skop ġdid ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda għall-oġġetti jew servizzi rilevanti għall-kriżijiet;
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) l-iffaċilitar tal-moviment liberu ta’ servizzi rilevanti għall-kriżi.
Emenda 256 Proposta għal regolament Parti IV – titolu
Akkwist
L-akkwist pubbliku
Emenda 257 Proposta għal regolament Parti V – Kapitolu 1 – titolu
L-akkwist ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika u ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza
L-akkwist pubbliku ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika u ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri matul il-modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1
1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni tniedi akkwist f’isem l-Istati Membri li jixtiequ jkunu rrappreżentati mill-Kummissjoni (“Stati Membri parteċipanti”), għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9(1) jew ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5).
1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni tniedi akkwist f’isem l-Istati Membri li jixtiequ jkunu rrappreżentati mill-Kummissjoni (“Stati Membri parteċipanti”), għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 9(1) jew ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5).
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-utilità, in-neċessità u l-proporzjonalità tat-talba. Meta l-Kummissjoni ma jkunx beħsiebha ssegwi t-talba, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u lill-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 4 u tagħti raġunijiet għar-rifjut tagħha.
2. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Bord, għandha tivvaluta mingħajr dewmien in-neċessità u l-proporzjonalità tat-talba msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-Kummissjoni ma jkunx beħsiebha ssegwi dik it-talba, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Bord u tagħti r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 3
3. Meta l-Kummissjoni taqbel li twettaq akkwisti f’isem l-Istati Membri, hija għandha tfassal proposta għal ftehim qafas li għandu jiġi konkluż mal-Istati Membri parteċipanti li jippermetti lill-Kummissjoni twettaq akkwisti f’isimhom.Dan il-ftehim għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dettaljati għall-akkwist f’isem l-Istati Membri parteċipanti msemmija fil-paragrafu 1.
3. Meta l-Kummissjoni taqbel li twettaq akkwisti f’isem l-Istati Membri, hija għandha:
(a) tinforma lill-Istati Membri kollha u lill-Bord bl-intenzjoni tagħha li twettaq il-proċedura ta’ akkwist u tistieden lill-Istati Membri interessati biex jipparteċipaw;
(b) tfassal proposta għal ftehim qafas li għandu jiġi konkluż mal-Istati Membri parteċipanti li jippermetti lill-Kummissjoni twettaq akkwisti f’isimhom.Dan il-ftehim għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dettaljati għall-akkwist, inklużi l-arranġamenti prattiċi, ir-regoli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-kwantitajiet proposti, f’isem l-Istati Membri parteċipanti.
3a. Meta l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tagħti l-kuntratt lil operatur ekonomiku xieraq, hija għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri b’dan sabiex tippermettilhom jibdew il-proċessi tal-akkwist tagħhom stess mingħajr dewmien.
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1
1. Il-ftehim [imsemmi fl-Artikolu 34(3) għandu jistabbilixxi mandat ta’ negozjar biex il-Kummissjoni taġixxi bħala korp ċentrali għall-akkwisti għall-oġġetti u s-servizzi rilevanti ta’ importanza strateġika jew għall-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet f’isem l-Istati Membri parteċipanti permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratti ġodda.
1. Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 34(3), il-punt (b) għandu jistabbilixxi mandat ta’ negozjar, li għandu jinkludi elementi bħall-kriterji tal-għoti u kif għandhom jiġu vvalutati l-offerti, biex il-Kummissjoni taġixxi bħala korp ċentrali għall-akkwisti għall-oġġetti u s-servizzi rilevanti ta’ importanza kritika jew għall-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżijiet f’isem l-Istati Membri parteċipanti permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratti ġodda.
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2
2. F’konformità mal-ftehim, il-Kummissjoni tista’ tkun intitolata, f’isem l-Istati Membri parteċipanti, li tidħol f’kuntratti ma’ operaturi ekonomiċi, inklużi produtturi individwali ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza strateġika jew oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, dwar ix-xiri ta’ tali oġġetti jew servizzi.
2. F’konformità ma’ dak il-ftehim, il-Kummissjoni tista’ tkun intitolata, f’isem l-Istati Membri parteċipanti, li tidħol f’kuntratti ma’ operaturi ekonomiċi, inklużi produtturi individwali ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika jew oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet, dwar ix-xiri ta’ tali oġġetti jew servizzi.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 3
3. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jew l-esperti nnominati mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu żjarat fuq il-post fil-postijiet tal-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ oġġetti rilevanti ta’ importanza strateġika jew ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet.
3a. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri parteċipanti jaħtru rappreżentanti biex jieħdu sehem fit-tħejjija tal-proċeduri ta’ akkwist.
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2
2. Il-kuntratti jistgħu jinkludu klawżola li tiddikjara li Stat Membru li ma jkunx ħa sehem fil-proċedura ta’ akkwist jista’ jsir parti għall-kuntratt wara li jkun ġie ffirmat, li tistabbilixxi fid-dettall il-proċedura biex isir dan u l-effetti tiegħu.
2. Il-kuntratti għandhom jinkludu klawżola li tiddikjara li Stat Membru li ma jkunx ħa sehem fil-proċedura ta’ akkwist jista’, soġġett għall-qbil tal-maġġoranza tal-Istati Membri parteċipanti, isir parti għall-kuntratt wara li jkun ġie ffirmat, li tistabbilixxi fid-dettall il-proċedura biex isir dan u l-effetti tiegħu.
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1
Fejn ikun neċessarju li jitwettaq akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri jistgħu jiksbu jew jikru kompletament il-kapaċitajiet akkwistati b’mod konġunt.
1. Il-Kummissjoni u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri jistgħu jinvolvu ruħhom, bħala partijiet kontraenti, fi proċedura ta’ akkwist konġunt imwettqa skont l-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 bil-ħsieb tax-xiri ta’ oġġetti rilevanti għall-kriżijiet jew ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
1a. Il-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist konġunt għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, kif ukoll, b’deroga mill-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għall-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u għall-pajjiżi kandidati tal-Unjoni kif ukoll għall-Prinċipat ta’ Andorra, il-Prinċipat ta’ Monaco, ir-Repubblika ta’ San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, b’mod partikolari meta dan kien speċifikament previst fi trattat bilaterali jew multilaterali.
1b. Il-proċedura ta’ akkwist konġunt għandha tkun preċeduta minn ftehim ta’ akkwist konġunt bejn il-partijiet sabiex jiġu ddeterminati l-arranġamenti prattiċi li jirregolaw dik il-proċedura u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-għażla tal-proċedura, kif l-offerti għandhom jiġu vvalutati u l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt, f’konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni.
1c. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-proċedura ta’ akkwist konġunt:
(a) ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern u ma għandhiex tikkostitwixxi diskriminazzjoni jew restrizzjoni tal-kummerċ, u lanqas m’għandha tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni;
(b) ma għandux ikollha impatt finanzjarju dirett fuq il-baġit tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1a li ma jipparteċipawx fil-proċedura ta’ akkwist konġunt.
1d. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-proċeduri ta’ akkwist konġunt imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu u, fuq talba, tagħti aċċess għall-kuntratti li jiġu konklużi bħala riżultat ta’ dawk il-proċeduri, soġġett għall-protezzjoni adegwata ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva, inklużi sigrieti kummerċjali, relazzjonijiet kummerċjali u l-interessi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika informazzjoni lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi f’konformità mal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1
Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku tkun ġiet attivata skont l-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni u mar-rappreżentanti tal-Istati Membri l-oħrajn fil-grupp konsultattiv qabel ma jniedu l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5) f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55.
Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata skont l-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni u mar-rappreżentanti tal-Istati Membri l-oħrajn fil-Bord qabel ma jniedu l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(5) f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55. Il-Bord jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet.
__________________
__________________
55 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
55 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
Emenda 273 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1
Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-Suq Uniku tkun ġiet attivata skont l-Artikolu 16 u l-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri jkun tnieda f’konformità mal-Artikoli 34 sa 36, l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri parteċipanti ma għandhomx jakkwistaw oġġetti jew servizzi koperti minn tali akkwist b’mezzi oħrajn.
Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata skont l-Artikolu 14 u l-akkwist mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri jkun tnieda f’konformità mal-Artikoli 34 sa 36, l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri parteċipanti ma għandhomx jakkwistaw oġġetti jew servizzi koperti minn tali akkwist b’mezzi oħrajn, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 34(3a).Kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist konkluż bi ksur ta’ dan l-artikolu għandu jitqies null.
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 40
Artikolu 40
imħassar
Protezzjoni tad-data personali
1. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tagħhom ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, jew l-obbligi tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, relatati mal-ipproċessar tagħhom ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
2. Id-data personali ma għandhiex tiġi pproċessata jew ikkomunikata ħlief f’każijiet li fihom dan ikun strettament neċessarju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. F’tali każijiet, għandhom japplikaw kif xieraq il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u tar-Regolament (UE) 2018/1725.
3. Fejn l-ipproċessar ta’ data personali ma jkunx strettament neċessarju għall-issodisfar tal-mekkaniżmi stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-data personali għandha ssir anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx identifikabbli.
Emenda 275 Proposta għal regolament Parti Va (ġdida)
Parti Va
Għodod diġitali
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 41 – titolu
Għodod diġitali
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għodod diġitali
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għodod diġitali interoperabbli jew infrastrutturi tal-IT li jappoġġaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Tali għodod jew infrastrutturi jistgħu jiġu żviluppati barra mit-tul ta’ żmien tal-Emerġenza tas-Suq Uniku.
1. Sa ... [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, iżommu u jaġġornaw regolarment għodod diġitali interoperabbli jew infrastrutturi tal-IT li jappoġġaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Tali għodod jew infrastrutturi għandhom jiġu żviluppati barra mit-tul ta’ żmien tal-emerġenza tas-suq intern bil-għan li jirrispondu għall-emerġenzi futuri possibbli fil-ħin u b’mod effiċjenti.Dawn għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, għodod diġitali standardizzati, siguri u effettivi għall-ġbir sigur u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7a, informazzjoni f’ħin reali dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 41a, korsiji rapidi kif imsemmi fl-Artikolu 41b u l-pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 41c.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali għodod jew infrastrutturi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali għodod jew infrastrutturi bl-użu, fejn possibbli, ta’ għodod jew portali tal-IT diġà eżistenti, bħal Your Europe. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).
2a. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bejniethom u mal-Kummissjoni permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni sigur.
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 41a (ġdid)
Artikolu 41a
Informazzjoni f’ħin reali dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web pubbliku ddedikat li jikkombina informazzjoni mill-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali previsti fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, kif innotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19, inkluża informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tagħhom. Is-sit web pubbliku ddedikat għandu jinkludi mappa interattiva b’informazzjoni rilevanti f’ħin reali dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali.
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 41b (ġdid)
Artikolu 41b
Korsiji rapidi
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi korsiji rapidi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-ħaddiema, speċjalment oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżijiet. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudelli rilevanti jew formoli ta’ dikjarazzjoni, reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni diġitali uniċi għal attivitajiet transfruntiera, b’mod partikolari għal servizzi professjonali fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija, il-kostruzzjoni u l-ikel u l-agrikoltura biex jaċċelleraw il-proċeduri ta’ dikjarazzjoni, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ awtorizzazzjoni, inkluż ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jew l-istazzjonar tal-ħaddiema. Dawk il-mudelli jew il-forom diġitali għandhom ikunu disponibbli mingħajr ħlas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, u validi fl-Istati Membri kollha.
2. Fejn f’każijiet debitament ġustifikati u f’konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, l-Istati Membri jkunu introduċew restrizzjonijiet fuq il-fruntieri, il-Kummissjoni għandha tindika l-qsim tal-fruntieri tal-korsiji rapidi li jkun ġie stabbilit, inkluż, fejn possibbli, informazzjoni f’ħin reali, biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni.
Emenda 282 Proposta għal regolament Artikolu 41c (ġdid)
Artikolu 41c
Pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati ta’ emerġenza u ta’ reżiljenza
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-partijiet ikkonċernati sabiex tiffaċilita d-djalogu u s-sħubijiet speċifiċi għas-settur billi tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin, jiġifieri r-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, is-sħab soċjali, ir-riċerkaturi u s-soċjetà ċivili. Dik il-pjattaforma għandu jkollha l-għan li tħeġġeġ lill-operaturi ekonomiċi jfasslu pjanijiet direzzjonali volontarji b’reazzjoni għal emerġenza tas-suq intern. B’mod partikolari, dik il-pjattaforma għandha tipprovdi funzjonalità li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati interessati:
(a) jindikaw l-azzjonijiet volontarji meħtieġa biex jirrispondu b’suċċess għal emerġenza tas-suq intern;
(b) jipprovdu pariri xjentifiċi, opinjonijiet jew rapporti dwar kwistjonijiet relatati mal-kriżijiet;
(c) jikkontribwixxu għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki.
2. Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom iqisu l-eżiti tad-djalogu u s-sħubijiet speċifiċi għas-settur, kif ukoll kwalunkwe kontribut rilevanti pprovdut mill-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-paragrafu 1 fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tal-Istrument ta’ Emerġenza tas-Suq Uniku. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat ta’ emerġenza u reżiljenza tas-suq intern. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3a. Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, u filwaqt li titqies l-urġenza tiegħu, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz tiegħu u tistieden lill-partijiet interessati kollha jissottomettu l-kummenti tagħhom f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin.Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
5a. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 44 – titolu
Rapportar u rieżami
Rapportar, rieżami u evalwazzjoni
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1
1. Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-sistema tal-ippjanar ta’ kontinġenza, ta’ viġilanza u ta’ rispons f’emerġenza tas-Suq Uniku, filwaqt li tissuġġerixxi kwalunkwe titjib jekk ikun neċessarju, akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti.
1. Sa ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-effettività ta’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, evalwazzjoni ta’ dan li ġej:
(a) il-ħidma tal-Bord, kif ukoll il-ħidma tiegħu fir-rigward tal-ħidma ta’ korpi rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni għall-immaniġġar ta’ kriżijiet;
(b) it-testijiet tal-istress, it-taħriġ u l-protokolli ta’ kriżi, imsemmija f’dan ir-Regolament;
(c) il-kriterji għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza, imsemmija fl-Artikolu 13;
1a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, wara kull diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza, dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ rispons f’emerġenza b’suġġerimenti għal titjib, jekk ikun meħtieġ. Dak ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jevalwa l-impatt tal-miżuri ta’ emerġenza fuq id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fuq il-libertà tal-intrapriża, il-libertà li wieħed ifittex impjieg u li jaħdem, u fuq id-dritt għal negozjar u azzjoni kollettivi, inkluż id-dritt tal-istrajkjar.
2a. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-Bord u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha disponibbli fuq talba tagħha.
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 45 – titolu
Tħassir
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2679/98
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2679/98 jitħassar b’effett minn [data].
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Dan ir-Regolament ma għandu bl-ebda mod jaffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew mal-prattika nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt tan-negozjar, il-konklużjoni u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi, jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali.”;
(2) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 5a
1. Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament.../2023 [IMERA] tkun ġiet attivata, l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jibqgħu japplikaw għat-tul ta’ żmien ta’ dik il-modalità.
2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn dan ir-Regolament qabel l-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza f’konformità mar-[Regolament IMERA].”.
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 46 – titolu