Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/0806(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0293/2023

Testi mressqa :

A9-0293/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/11/2023 - 5.9

Testi adottati :

P9_TA(2023)0384

Testi adottati
PDF 120kWORD 43k
Il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2023 - Brussell
Ħatra proposta ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Alejandro Blanco Fernández
P9_TA(2023)0384A9-0293/2023

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0333/2023 – 2023/0806(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0333/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0293/2023),

A.  billi, bl-ittra tat-8 ta’ Settembru 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva curriculum vitae mingħand Alejandro Blanco Fernández, kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.  billi dan il-kumitat imbagħad, fit-12 ta’ Ottubru 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ma’ Alejandro Blanco Fernández, li matulha huwa għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Frar 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza