Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0074(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0047/2023

Testi mressqa :

A9-0047/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/11/2023 - 5.14

Testi adottati :

P9_TA(2023)0389

Testi adottati
PDF 148kWORD 51k
Il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2023 - Brussell
Dixxiplina tas-saldu, il-forniment transfruntier ta’ servizzi, il-kooperazzjoni superviżorja, il-forniment ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju u r-rekwiżiti għal depożitorji ċentrali tat-titoli ta’ pajjiżi terzi
P9_TA(2023)0389A9-0047/2023
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 909/2014 fir-rigward tad-dixxiplina tas-saldu, il-forniment transfruntier ta' servizzi, il-kooperazzjoni superviżorja, il-forniment ta' servizzi anċillari tat-tip bankarju u r-rekwiżiti għal depożitorji ċentrali tat-titoli ta' pajjiżi terzi (COM(2022)0120 – C9-0118/2022 – 2022/0074(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0120),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0118/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Lulju 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Lulju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0047/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 367, 26.9.2022, p. 3.
(2) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 87.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tad-9 ta' Novembru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 909/2014 fir-rigward tad-dixxiplina tas-saldu, il-forniment ta' servizzi transkonfinali, il-kooperazzjoni superviżorja, il-forniment ta' servizzi anċillari ta' tip bankarju u r-rekwiżiti għal depożitorji ċentrali tat-titoli ta' pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 236/2012
P9_TC1-COD(2022)0074

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/2845.)

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Frar 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza