Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/0025(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0311/2023

Testi mressqa :

A9-0311/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/11/2023 - 5.17
CRE 09/11/2023 - 5.17
PV 06/02/2024 - 5.6

Testi adottati :

P9_TA(2023)0392
P9_TA(2024)0059

Testi adottati
PDF 160kWORD 47k
Il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2023 - Brussell
L-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)
P9_TA(2023)0392A9-0311/2023

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-9 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (COM(2023)0063 – C9-0016/2023 – 2023/0025(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet ukoll li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni li tmur kontra direttiva tal-Unjoni qabel l-adozzjoni ta’ din id-direttiva ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ksur tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-kisba tar-riżultat previst minn din id-direttiva ma tistax titqies li hija serjament kompromessa qabel ma din tkun tifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Sabiex jinżamm il-prinċipju taċ-ċertezza legali fir-reviżjonijiet futuri tad-Direttiva 2012/19/UE, huwa importanti li tingħata attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni li potenzjalment jista’ jkollha effetti retroattivi mhux ġustifikati. Jeħtieġ tingħata ċarezza u prevedibbiltà għall-produtturi tal-EEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi li kienu fis-seħħ meta l-prodotti tagħhom tqiegħdu fis-suq. Dak l-approċċ jgħin biex jiġi evitat ir-riskju li jiġġarrbu spejjeż imprevedibbli assoċjati mal-ġestjoni futura tal-WEEE. Barra minn hekk, tali reviżjonijiet għandhom jiżguraw ir-rispett għall-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  It-trattament mhux korrett tal-iskart tal-pannelli fotovoltajċi u tal-WEEE b’kamp ta’ applikazzjoni mhux ristrett iwassal għal impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u fuq l-ambjent. It-trattament xieraq tal-pannelli fotovoltajċi u l-massimizzazzjoni tal-irkupru tal-iskart mill-pannelli fotovoltajċi fi tmiem ħajjithom għandhom għalhekk jiġu żgurati. Mingħajr preġudizzju għall-bidliet fl-obbligi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-ġbir u t-trattament tal-iskart tal-pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq qabel it-13 ta’ Awwissu 2012 u tal-iskart mill-EEE kollu “b’kamp ta’ applikazzjoni mhux ristrett” imqiegħed fis-suq qabel il-15 ta’ Awwissu 2018 introdotti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-ġestjoni ambjentalment korretta tal-WEEE relatat. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-produtturi, permezz tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi individwali jew kollettivi tagħhom biex jiġbru u jittrattaw kif xieraq il-WEEE storiku relatat ta’ pannelli fotovoltajċi u EEE b’kamp ta’ applikazzjoni mhux ristrett.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Meta tkun qed tiġi riveduta d-Direttiva 2012/19/UE, u meta jkunu qed jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħha, huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-WEEE ma jiġux trasferiti fuq il-konsumaturi jew iċ-ċittadini. Dan jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, l-indirizzar ta’ dispożizzjonijiet potenzjali relatati mal-miri tal-ġbir tal-WEEE u l-aderenza mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 2a (ġdid)
(-1)  Jiżdied l-Artikolu 2a li ġej:
Artikolu 2a
1.  Sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2026], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal reviżjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva f’dak ir-rigward, akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u ambjentali bir-reqqa.
2.  Fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta dan li ġej:
(a)  id-dispożizzjonijiet li jiżguraw b’mod speċifiku li l-prinċipju taċ-ċertezza legali jiġi rispettat u li ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni li tista’ tinvolvi effett retroattiv mhux ġustifikat fi kwalunkwe Stat Membru;
(b)  id-dispożizzjonijiet li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)  id-dispożizzjonijiet li jiżguraw li ċ-ċittadini u l-konsumaturi ma jitgħabbewx bi spejjeż sproporzjonati, f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;
(d)  id-dispożizzjonijiet li jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miri adegwati ta’ ġbir, kif ukoll il-prevenzjoni tal-kummerċ illegali tal-WEEE;
(e)  il-ħolqien ta’ kategorija ġdida ta’ “pannelli fotovoltajċi” skont din id-Direttiva bl-għan li l-pannelli fotovoltajċi jiġu diżassoċjati mill-kategorija 4 eżistenti tal-WEEE, “tagħmir kbir”, kif imsemmi fl-Annessi III u IV, u jiġu kkalkulati l-miri tal-ġbir abbażi tal-iskart ta’ pannelli fotovoltajċi disponibbli għall-ġbir abbażi tal-ħajja proġettata tagħhom, aktar milli fuq il-kwantità ta’ prodotti mqiegħda fis-suq;
(f)  jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura li f’każ ta’ falliment jew likwidazzjoni tal-produttur, l-ispejjeż futuri tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi ambjentalment korrett tal-iskart mill-pannelli fotovoltajċi kemm mid-djar privati kif ukoll minn utenti għajr djar privati jkunu finanzjarjament koperti.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 13 - paragrafu 1 - subparagrafu 2
(2a)  fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Għal skart storiku li qed jinbidel bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li utenti għajr djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament.
Il-finanzjament tal-ispejjeż mill-WEEE storiku (“l-iskart storiku”), li jirriżulta mill-EEE kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, li qed jinbidel bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, għandu jkun ipprovdut mill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li utenti għajr djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 2b (ġdid)
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 13 - paragrafu 1 - subparagrafu 3
(2b)  fl-Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Għal skart storiku ieħor, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill-utenti għajr djar privati.
“Għal skart storiku ieħor mill-EEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu (2)(1), punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun previst mill-utenti għajr djar privati.
(02012L0019)
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - paragrafu 1 - subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0311/2023).

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Frar 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza