Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (11565/2023 – C9-0336/2023 – 2023/0264(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni inkluża d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (11565/2023 – C9‑0336/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2023 (COM(2023)0300),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottata mill-Kunsill fil-5 ta’ Settembru 2023 u li ntbagħatet lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Settembru 2023 (11565/2023 – C9‑0336/2023),
– wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, ippreżentata mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Ottubru 2023 (COM(2023)0531),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027(4),
– wara li kkunsidrat il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (A9-0362/2023),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni tiegħu kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Baġit 2024 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. Baġit 2024
2. Baġit 2023 – Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4/2023
3. Dikjarazzjonijiet
Ħarsa ġenerali fil-qosor
A. Baġit 2024
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
— Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2024 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 189 385,4 miljun. B’mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2019 ta’ EUR 360,1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
— Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2024 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 142 630,3 miljun. B’mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2024 ta’ EUR 31 018,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
— L-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2024 huwa mobilizzat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 1 635,5 miljun, li minnhom EUR 289,5 miljun għas-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri, EUR 317,2 miljun għall-intestatura 5 Sigurtà u Difiża u EUR 28,9 miljun għall-intestatura 6 Il-Viċinat u d-Dinja.
— F’konformità mal-Artikolu 11(1)a tar-Regolament QFP, l-Istrument ta’ Marġini Uniku huwa mobilizzat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 586,1 miljun, li minnhom EUR 371,1 miljun huma għall-intestatura 6 Viċinat u d-Dinja u EUR 215,0 miljun huma għall-intestatura 7 Amministrazzjoni Pubblika Ewropea.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2024 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin mill-2021 sal-2024 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 1 734,4 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmata tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
L-Istrument ta’ Flessibbiltà – profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR)
Sena ta’ mobilizzazzjoni
2024
2025
2026
2027
Total
2021
7,6
0,0
0,0
0,0
7,6
2022
49,8
36,7
0,0
0,0
86,5
2023
279,0
120,6
83,2
0,0
482,8
2024
1 398,0
107,6
83,7
46,3
1 635,5
Total
1 734,4
265,0
166,9
46,3
2 212,5
B. Baġit 2023
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 4/2023 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
1. Baġit 2024
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit għall-2024 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
Barra minn hekk, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-linji baġitarji kollha emendati mill-Kunsill u maqbula mill-Parlament fil-qari tiegħu huma kkonfermati kif emendati mill-Kunsill.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta’ hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ) u l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit għall-2024 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
— Taħt is-subintestatura 2b:
— L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, l-artikolu baġitarju 07 10 08), li għalih żdiedu 13-il pożizzjoni fit-tabella tal-persunal u li għalih il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament qed jiżdied b’EUR 4 miljun.
— Taħt l-intestatura 4:
— L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, l-artikolu baġitarju 10 10 01) li għaliha l-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament qed jiżdied b’EUR 1 miljun biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ 10 pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali addizzjonali.
— L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, l-artikolu baġitarju 11 10 01) li għaliha l-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tnaqqas bi EUR 15-il miljun.
Aġenziji Eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament) u l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta’ 46 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), li minnhom 36 huma ġodda, għal ammont totali ta’ EUR 107,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif propost mill-Parlament.
Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta’ dan li ġej:
Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
1.0.11
Orizzont Ewropa
12 812 088 532
12 897 088 532
85 000 000
01 02 01 01
Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
2 164 231 124
2 176 231 124
12 000 000
01 02 01 02
L-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie
891 754 891
899 754 891
8 000 000
01 02 02 10
Cluster “Saħħa”
650 549 025
675 549 025
25 000 000
01 02 02 20
Cluster “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva”
298 612 665
306 612 665
8 000 000
01 02 02 50
Cluster “Klima, Enerġija u Mobbiltà”
1 288 842 641
1 309 842 641
21 000 000
01 02 02 60
Cluster “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”
1 050 696 938
1 061 696 938
11 000 000
1.0.13
Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)
556 299 898
436 299 898
-120 000 000
01 04 01
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea ITER — u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
548 002 426
428 002 426
-120 000 000
1.0.221
FNE Trasport
1 727 250 201
1 757 250 201
30 000 000
02 03 01
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport
1 717 181 785
1 747 181 785
30 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
67 020 000
Total
62 020 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 21 493,4 miljun, li jħalli marġni ta’ EUR 104,6 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.
Subintestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, mingħajr ebda aġġustament. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 64 665,2 miljun, u dan iħalli marġni ta’ EUR 17,8-il miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2a.
Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2.2.23
Il-kost ta’ finanzjament tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI)
3 796 000 000
3 340 000 000
-456 000 000
06 04 01
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq
3 790 000 000
3 334 000 000
-456 000 000
2.2.24
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (RescEU)
230 311 354
240 311 354
10 000 000
06 05 01
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
230 311 354
240 311 354
10 000 000
2.2.32
Erasmus+
3 736 131 530
3 796 131 530
60 000 000
07 03 01 01
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta
2 566 731 926
2 617 731 926
51 000 000
07 03 02
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
384 913 639
393 913 639
9 000 000
2.2.34
Ewropa Kreattiva
331 788 132
334 788 132
3 000 000
07 05 01
Il-fergħa Kultura
101 802 039
103 802 039
2 000 000
07 05 03
Il-fergħa transsettorjali
27 603 081
28 603 081
1 000 000
2.2.352
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri
214 962 993
219 462 993
4 500 000
07 06 01
L-ugwaljanza u d-drittijiet
36 019 970
37 519 970
1 500 000
07 06 02
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni
55 671 418
57 671 418
2 000 000
07 06 03
Daphne
25 146 868
26 146 868
1 000 000
2.2.3 DAG
Aġenziji deċentralizzati
290 845 169
294 845 169
4 000 000
07 10 08
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
66 307 729
70 307 729
4 000 000
2.2.3 SPEC
Prerogattivi
181 077 079
183 077 079
2 000 000
07 20 04 06
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali
22 221 446
23 221 446
1 000 000
07 20 04 09
Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema
22 728 699
23 728 699
1 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
25 827 500
Total
-346 672 500
F’kuntest ta’ livell ogħla tal-għoli tal-ħajja, Erasmus+ huwa msaħħaħ b’EUR 60 miljun, b’mod partikolari biex il-programm isir aktar aċċessibbli għal persuni b’inqas opportunitajiet.
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 9 895,5 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 1 289,5 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tal-QFP.
Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
744 949 659
764 949 659
20 000 000
09 02 01
Natura u bijodiversità
285 202 126
300 202 126
15 000 000
09 02 02
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
177 796 220
178 796 220
1 000 000
09 02 03
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih
122 679 608
125 679 608
3 000 000
09 02 04
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
133 496 971
134 496 971
1 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
14 540 000
Total
-50 260 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 57 338,6 miljun, u dan iħalli marġni ta’ EUR 110,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 3.
Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
4.0.11
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 500 715 253
1 508 215 253
7 500 000
10 02 01
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
L-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi
1 017 832 303
1 020 332 303
2 500 000
4.0.2 DAG
Aġenziji deċentralizzati
1 063 483 939
1 048 483 939
-15 000 000
11 10 01
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
824 329 442
809 329 442
-15 000 000
Total
-4 000 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 3 892,7 miljun, u jħalli marġni ta’ EUR 127,3 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
5.0.11
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
314 885 754
321 885 754
7 000 000
12 02 01
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
312 435 754
319 435 754
7 000 000
5.0.22
Mobbiltà Militari
241 367 376
251 367 376
10 000 000
13 04 01
Mobbiltà militari
239 640 880
249 640 880
10 000 000
Total
17 000 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 2 321,2 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 1 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament QFP.
Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
6.0.111
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali (NDICI - Ewropa Globali)
11 373 889 314
11 523 889 314
150 000 000
14 02 01 10
Il-Viċinat tan-Nofsinhar
1 630 931 763
1 730 931 763
100 000 000
14 02 01 11
Il-Viċinat tal-Lvant
622 537 696
672 537 696
50 000 000
6.0.12
Għajnuna Umanitarja (HUMA)
1 660 704 480
1 910 704 480
250 000 000
14 03 01
Għajnuna Umanitarja
1 569 106 062
1 819 106 062
250 000 000
Total
400 000 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 16 230,0 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 28,9 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament QFP u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Marġni Uniku għal ammont ta’ EUR 371,1 miljun f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP.
Intestatura 7 – L-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
L-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 huma maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: it-taqsimiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huma aġġustati biex jirriflettu l-fatt li n-nefqa relatata mal-Membri li jirċievu salarji mill-baġit tal-UE, li huma soġġetti għall-indiċjar, għandha tiġi kklassifikata bħala nefqa fuq is-salarji u għaldaqstant eskluża mil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar li ż-żieda għan-nefqa mhux relatata mas-salarji tiġi limitata għal 2 %.
L-aġġustament kumplessiva tirriżulta f’żieda ta’ EUR 33,8 miljun fl-intestatura 7.
L-emendi ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess jerġgħu jiddaħħlu mingħajr modifiki. Kumplessivament, dan jirriżulta f’livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ EUR 2 383,1 miljun, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 27 707 693 meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
Għat-taqsimiet l-oħra kkonċernati, meta jitqiesu l-ammonti oriġinali mitluba fil-linji mhux relatati mas-salarji, id-dettalji skont il-linji baġitarji huma stabbiliti hawn taħt filwaqt li jiġu rrispettati l-linji gwida ta’ 2 %:
Taqsima 2 – Kunsill Ewropew u Kunsill
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2 0 1 1
Assigurazzjoni Nefqa oħra relatata mal-binjiet Titolu Kapitolu Artikolu
6 302 000
6 340 180
38 180
Total
38 180
Taqsima 3 – Il-Kummissjoni Ewropea
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
20 03 01 02
Nefqa relatata ma’ binjiet
88 593 000
90 535 400
1 942 400
20 03 02 02
Nefqa relatata ma’ binjiet
24 636 000
25 466 000
830 000
20 03 13 01
Nefqa għat-traduzzjoni
13 000 000
14 000 000
1 000 000
Total
3 772 400
Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
1 0 0 0
Rimunerazzjoni u gratifiki
36 403 711
37 675 000
1 271 289
2 0 2 4
Il-konsum ta’ enerġija
3 163 000
3 230 531
67 531
Total
1 338 820
Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2 0 2 4
Il-konsum ta’ enerġija
1 197 070
1 719 530
522 460
Total
522 460
Taqsima 9 – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2 0 0
Kirjiet, piżijiet u nfiq ieħor fuq il-binjiet
1 650 000
1 751 494
101 494
3 0 4 5
Konsulenza u studji esterni
150 000
456 000
306 000
Total
407 494
It-tabella tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tinkludi wkoll korrezzjoni teknika biex tinkorpora l-aġġustamenti preċedenti maqbula kemm fil-Baġit Emendatorju Nru 1/2023 kif ukoll fil-Baġit Emendatorju Nru 3/2023 b’impatt fuq l-ammont ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-ħtiġijiet għall-2024, skont il-metodoloġija applikata.
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 11 988,0 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 7 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ ta’ Marġini Uniku għal ammont ta’ EUR 215,0 miljun f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP.
Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR) u r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.
1.4. Approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament globali fil-Baġit tal-2024 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:
1. Jitqies il-livell maqbul ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa ugwali għal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn. Dan japplika għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b’EUR 456,0 miljun u t-tnaqqis ġenerali għall-FAEG b’EUR 84,8 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta’ EUR 550,8 miljun;
2. L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f’żieda ta’ EUR 33,8 miljun;
3. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta’ 25 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. Fil-każ ta’ estensjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa l-livell definit fl-Abbozz ta’ Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja Nru 1/2024 flimkien ma’ 25 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta’ EUR 26,8 miljun;
4. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta’ EUR 134,5 miljun.
L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta’ EUR 355,7 miljun, huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
Intestatura 1
1.0.13
Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)
614 170 726
509 170 726
-105 000 000
01 04 01
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea ITER — u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
459 482 428
354 482 428
-105 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
16 755 000
Total Intestatura 1
-88 245 000
Subintestatura 2b
2.2.23
Il-kost ta’ finanzjament tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI)
3 796 000 000
3 340 000 000
-456 000 000
06 04 01
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq
3 790 000 000
3 334 000 000
-456 000 000
2.2.24
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (RescEU)
249 908 000
259 908 000
10 000 000
06 05 01
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
211 000 000
221 000 000
10 000 000
2.2.32
Erasmus+
3 491 138 893
3 522 138 893
31 000 000
07 03 01 01
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta
2 498 750 000
2 524 750 000
26 000 000
07 03 02
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
369 700 000
374 700 000
5 000 000
2.2.34
Ewropa Kreattiva
364 763 754
365 763 754
1 000 000
07 05 03
Il-fergħa transsettorjali
25 430 875
26 430 875
1 000 000
2.2.352
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri
221 064 096
225 564 096
4 500 000
07 06 01
L-ugwaljanza u d-drittijiet
51 815 746
53 315 746
1 500 000
07 06 02
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni
46 911 774
48 911 774
2 000 000
07 06 03
Daphne
23 877 030
24 877 030
1 000 000
2.2.3 DAG
Aġenziji deċentralizzati
282 083 169
286 083 169
4 000 000
07 10 08
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
66 307 729
70 307 729
4 000 000
2.2.3 SPEC
Prerogattivi
165 953 586
166 953 586
1 000 000
07 20 04 06
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali
19 500 000
20 000 000
500 000
07 20 04 09
Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 354 073 000
1 359 073 000
5 000 000
10 02 01
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
1 035 023 000
1 040 023 000
5 000 000
4.0.1 DAG
Aġenziji deċentralizzati
168 101 176
169 101 176
1 000 000
10 10 01
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)
168 101 176
169 101 176
1 000 000
4.0.2 DAG
Aġenziji deċentralizzati
1 055 455 267
1 040 455 267
-15 000 000
11 10 01
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
824 329 442
809 329 442
-15 000 000
Total Intestatura 4
-9 000 000
Intestatura 5
5.0.11
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
230 580 000
237 580 000
7 000 000
12 02 01
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
175 130 000
182 130 000
7 000 000
Total Intestatura 5
7 000 000
Intestatura 6
6.0.111
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali (NDICI - Ewropa Globali)
10 743 801 966
10 763 801 966
20 000 000
14 02 01 10
Il-Viċinat tan-Nofsinhar
761 962 895
776 962 895
15 000 000
14 02 01 11
Il-Viċinat tal-Lvant
416 206 581
421 206 581
5 000 000
6.0.12
Għajnuna Umanitarja (HUMA)
1 737 373 786
1 897 373 786
160 000 000
14 03 01
Għajnuna Umanitarja
1 649 312 168
1 809 312 168
160 000 000
Total Intestatura 6
180 000 000
Intestatura 7
7.2
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
9 141 588 794
9 175 375 841
33 787 047
7.1.21
Il-Parlament Ewropew
2 354 555 881
2 382 263 574
27 707 693
7.1.22
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
676 842 943
676 881 123
38 180
7.2
Il-Kummissjoni
4 218 068 825
4 221 841 225
3 772 400
7.1.24
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
502 443 711
503 782 531
1 338 820
7.1.25
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
185 133 430
185 655 890
522 460
7.1.29
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
23 921 966
24 329 460
407 494
Total Intestatura 7
33 787 047
TOTAL
-355 666 078
Kumplessivament dan jirriżulta f’livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 142 630,3 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ EUR 355,7 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
1.5. Riżervi
Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
1.6. Kummenti baġitarji
It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 bl-aġġustamenti li ġejjin proposti fl-ittra ta’ eżegwibbiltà u maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:
— Il-linji baġitarji segwenti li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki:
— Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi
It-test huwa emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni tinkludi pakkett ta’ EUR 362 040 167 040 relatat mal-persunal tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
— Artikolu 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra
It-test huwa emendat kif ġej:
– xiri varju marbut mar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Parlament (inkluża l-EMAS),l-EMAS).
– servizzi varji marbuta mal-ġestjoni finanzjarja u tal-inventarju tal-Parlament.
— Artikolu 2 3 9 — L-attivitajiet tal-EMAS, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju
It-titolu huwa emendat kif ġej:
L-attivitajiet tal-EMAS u tas-sostenibbiltà, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju
It-test huwa emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-attivitajiet tal-EMAS li għandhom l-għan li jippromwovu s-sostenibbiltàmal-attivitajiet ta’ sostenibbiltà fil-Parlament Ewropew u l-attivitajiet tal-EMAS li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament Ewropew, inkluża l-promozzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju.
Dan huwa bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi ġuridika eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista’ tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda. Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jaqbel ukoll dwar it-tħassir ta’ linja baġitarja fit-taqsima tal-Parlament Ewropew (Artikolu 5 0 2 – Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Pagi u allowances).
2. Baġit 2023
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 4/2023 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
3. Dikjarazzjonijiet
3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b’mod attiv matul is-sena 2024 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b’mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b’mod f’waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2024 (b’kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2024 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn, abbozz ta’ baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perjodu ta’ tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2024 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tal-eżitu tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP fil-baġit għall-2024
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reviżjoni proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027. Il-Kunsill ġie mistieden mill-Kunsill Ewropew biex imexxi ’l quddiem il-ħidma, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil ġenerali dwar il-QFP rivedut propost sa tmiem is-sena, biex b’hekk tkun tista’ ssir adozzjoni rapida b’kont debitu meħud tar-rwol tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattati. Għalhekk, l-impatt ta’ tali ftehim għas-sena finanzjarja 2024 jista’ jiġi introdott biss permezz ta’ abbozz ta’ baġit emendatorju.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għalhekk jistiednu lill-Kummissjoni tipproponi abbozz ta’ baġit emendatorju immedjatament hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-reviżjoni tar-Regolament QFP bil-ħsieb li l-baġit tal-2024 jiġi allinjat mar-Regolament QFP rivedut.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jqisu l-urġenza tal-kwistjoni.
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tipproponi l-miżuri baġitarji xierqa sabiex jiġu lliberati r-riżorsi allokati għas-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+ (l-Artikolu baġitarju 14 07 01) għas-sena finanzjarja 2024, jekk tinstab soluzzjoni alternattiva ta’ finanzjament fi żmien debitu.
3.4. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Parlament Ewropew dwar is-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+
Il-Parlament Ewropew jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ifakkar li, skont ir-Regolament (UE) 2022/2463, is-sussidju tar-rata tal-imgħax fir-rigward tal-AMF+ għall-Ukrajna għandu jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri u li l-baġit tal-UE jista’ jikkontribwixxi soġġett għar-riżorsi disponibbli. F’dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew jenfasizza li l-entrata proviżorja tal-approprjazzjoni fil-linja baġitarja 14 07 01 hija eċċezzjoni ta’ darba u ma tikkostitwixxix preċedent għal proċeduri baġitarji futuri.
ANNESS: LISTA TA’ ENTITAJIET JEW PERSUNI
LI R-RAPPORTEURS IRĊEVEW KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Il-lista li ġejja hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteurs. Ir-rapporteurs irċevew kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport:
Entity and/or person
Spanish Secretary of State, President-in-Office, Council of the European Union
Permanent Representative of Spain to the European Union
Permanent Representative of the Federal Republic of Germany to the European Union
Permanent Representative of France to the European Union
Permanent Representative of the Netherlands to the European Union
Permanent Representative of Belgium to the European Union
Commissioner for Budget and Administration
Commissioner for Promoting our European Way of Life
Commissioner for Justice
Commissioner for Crisis Management
Director-General for Budget, European Commission
Director-General for Communication, European Commission
Federal Ministry of Finance, Federal Government of Germany
Registrar of the Court of Justice of the European Union
President of the European Court of Auditors
Vice-President of the European Economic and Social Committee
Secretary-General of the European Committee of the Regions
EU High Representative for Foreign Affairs
Secretary-General of the European External Action Service
Executive Director, European Union Agency for Fundamental Rights
Executive Director, European Union Asylum Agency
Executive Director, Frontex
European Chief Prosecutor, European Public Prosecutor's Office
Executive Director, World Food Programme Global Office to the EU
Representative Office for Europe, United Nations Relief and Works Agency for Palestine Refugees in the Near East (UNRWA)