Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (06551/2023 – C9-0142/2023 – 2020/0126(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill (06551/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0142/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0352/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.