Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (COM(2022)0701 – C9-0021/2023 – 2022/0407(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0701),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0021/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0327/2023),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida)
(1a) Il-pakkett “il-VAT fl-Era Diġitali”, li minnu tifforma parti din id-Direttiva, għandu l-għan li jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward, minn naħa waħda, tal-objettiv tal-ġlieda kontra l-frodi u, min-naħa l-oħra, tad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tar-regoli proposti għall-kumpaniji, speċjalment għall-SMEs u l-mikroimpriżi, f’termini tat-tmexxija ta’ kuljum tan-negozji, kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali. L-obbligi l-ġodda tal-VAT li jirriżultaw mir-riforma jenħtieġ li jkunu sempliċi, ċari, effettivi u bbilanċjati għall-partijiet kollha involuti sabiex jaħdmu fil-prattika għan-negozji u għall-awtoritajiet amministrattivi.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1b (ġdida)
(1b) Il-pakkett “il-VAT fl-Era Diġitali” għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll l-applikabbiltà tar-Regolamenti (UE) 2016/6791a u (UE) 2018/17251b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ipproċessar ta’ data personali. L-informazzjoni miġbura jenħtieġ li tkun tista’ tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi mill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti.
________
1a Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
1b Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1c (ġdida)
(1c) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li d-drittijiet tal-kontribwenti jiġu rispettati, peress minħabba l-fatt li l-awtoritajiet tat-taxxa se jkollhom aċċess għal ammonti kbar ta’ data, inkluż minn sistemi ta’ analiżi ta’ data algoritmika. L-użu ta’ teknoloġiji ġodda jenħtieġ li jirrispetta l-valuri tal-Unjoni, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi primarja.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 1d (ġdida)
(1d) Il-ġbir tad-data personali tal-individwi jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikser id-dritt għall-privatezza tal-individwi.Inkella, jitqies bħala ekwivalenti għal sorveljanza illegali.L-informazzjoni fil-fatturi tista’ tiżvela informazzjoni sensittiva dwar persuni fiżiċi speċifiċi, bħal informazzjoni dwar merkanzija mixtrija (inklużi prodotti intimi), arranġamenti tal-ivvjaġġar jew servizzi legali.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) L-obbligi ta’ rapportar tal-VAT jenħtieġ li jiġu adattati biex jindirizzaw l-isfidi tal-ekonomija tal-pjattaformi u biex titnaqqas il-ħtieġa għal reġistrazzjonijiet multipli tal-VAT fl-Unjoni.
(2) L-obbligi ta’ rapportar tal-VAT jenħtieġ li jiġu adattati biex jindirizzaw l-isfidi tal-ekonomija tal-pjattaformi, biex titnaqqas il-ħtieġa għal reġistrazzjonijiet multipli tal-VAT fl-Unjoni u biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-kostijiet ta’ konformità għall-kontribwenti, jiġifieri l-SMEs, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) It-telf fid-dħul mill-VAT, magħruf bħala d-“Diskrepanza tal-VAT”, fl-2020 kien stmat għal EUR 93 biljun61 fl-Unjoni, li parti sinifikanti minnhom tikkonsisti fi frodi, b’mod partikolari frodi intra-Komunitarja62 b’negozjant nieqes, stmata bejn EUR 40-60 biljun63. Fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini jappellaw biex jiġu armonizzati u kkoordinati l-politiki tat-taxxa fi ħdan l-Istati Membri tal-UE għall-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa”, u “tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE biex jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha fl-UE jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxi”. L-inizjattiva tal-VAT fl-Era Diġitali hija konsistenti ma’ dawn l-għanijiet.
(3) It-telf fid-dħul mill-VAT, magħruf bħala d-“Diskrepanza tal-VAT”, fl-2020 kien stmat għal EUR 93 biljun61 fl-Unjoni, li parti sinifikanti minnhom tikkonsisti fi frodi, b’mod partikolari frodi intra-Komunitarja62 b’negozjant nieqes, stmata bejn EUR 40-60 biljun63. Id-diskrepanza attwali tal-VAT turi l-ħtieġa li jiġu ttrattati l-frodi transfruntiera tal-VAT u l-frodi karusell permezz tal-implimentazzjoni xierqa ta’ skambju effiċjenti ta’ mekkaniżmi ta’ informazzjoni u ta’ mezzi adegwati għal tali skambju, inklużi mezzi umani, finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi. Barra minn hekk, il-kobor tal-valuri tad-diskrepanza tal-VAT ivarja b’mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor u għalhekk huwa importanti li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE.
_________________
_________________
61 Id-Diskrepanza tal-VAT hija d-differenza ġenerali bejn id-dħul mistenni mill-VAT ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-VAT u r-regolamenti anċillari u l-ammont effettivament miġbur: https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/vat-gap_en
61 Id-Diskrepanza tal-VAT hija d-differenza ġenerali bejn id-dħul mistenni mill-VAT ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-VAT u r-regolamenti anċillari u l-ammont effettivament miġbur: https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/vat-gap_en
63 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_24/SR_VAT_FRAUD_MT.pdf
63 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_24/SR_VAT_FRAUD_MT.pdf
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida)
(3a) Id-“diskrepanza tal-VAT” talimenta n-nuqqas ta’ fiduċja bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Unjoni u tirrappreżenta ħafna aktar minn sempliċi frodi intra-Komunitarja b’negozjant nieqes (MTIC). L-aħjar mod biex tiġi miġġielda l-frodi MTIC, inkluża l-frodi karusell, ikun li titneħħa l-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u servizzi, peress li dak it-tip ta’ frodi huwa fil-biċċa l-kbira dovut għal waqfa fil-ġbir frazzjonat tal-VAT. Sabiex il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tiġi limitata aħjar, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq aktar analiżi dwar kif l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ tpoġġi l-pedament għat-tneħħija tal-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u servizzi (jiġifieri, is-“sistema definittiva tal-VAT”).
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdida)
(3b) Il-ġbir tad-data għall-istatistika tal-kummerċ internazzjonali (Intrastat) fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji huwa għodda essenzjali għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u jenħtieġ li jinżamm.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 3c (ġdida)
(3c) L-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u servizzi tista’ żżid il-possibbiltà ta’ frodi, speċjalment fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Sabiex jiżdied il-ġbir tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet transfruntiera u biex tintemm il-frammentazzjoni eżistenti li tirriżulta mill-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ rappurtar diverġenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali tal-Unjoni. Tali regoli jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sabiex jippermettu t-tqabbil reċiproku tad-data, iżidu l-kapaċitajiet ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u joħolqu effett ta’ deterrent fuq in-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità għan-negozji li joperaw fi Stati Membri differenti u jiġu eliminati l-ostakli fis-suq intern.
(4) Sabiex jiżdied il-ġbir tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet transfruntiera u biex tintemm il-frammentazzjoni eżistenti li tirriżulta mill-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ rappurtar diverġenti, li jirriżultaw f’piż sinifikanti fuq in-negozji u kontrolli transfruntiera ineffettivi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali tal-Unjoni. Tali regoli jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sabiex jippermettu t-tqabbil reċiproku tad-data, iżidu l-kapaċitajiet ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u joħolqu effett ta’ deterrent fuq in-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità għan-negozji li joperaw fi Stati Membri differenti u jiġu eliminati l-ostakli fis-suq intern.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida)
(4a) Il-frodi tal-VAT ħafna drabi hija marbuta mal-kriminalità organizzata, u għadd żgħir ħafna ta’ dawn in-networks organizzati jista’ jkun responsabbli għal frodi transfruntiera tal-VAT li tammonta għal biljuni ta’ euro, li tolqot mhux biss il-ġbir tad-dħul fl-Istati Membri iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni.Għalhekk, l-Istati Membri għandhom responsabbiltà kondiviża għall-ħarsien tad-dħul mill-VAT tal-Istati Membri kollha.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 4b (ġdida)
(4b) Il-Kummissjoni se tiżgura li r-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali jqisu l-esperjenza miksuba f’ċerti Stati Membri li diġà jkunu investew fil-fatturazzjoni u r-rappurtar diġitali sabiex ma jintilfux investimenti eżistenti f’dawk l-Istati Membri u biex ikunu jistgħu jibbenefikaw il-partijiet ikkonċernati kollha.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 4c (ġdida)
(4c) Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni jenħtieġ li jkunu ġusti, li jistgħu jinkisbu u bbilanċjati, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-affidabbiltà tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-individwazzjoni tal-frodi jenħtieġ li tirriżulta f’aktar ċertezza legali għall-kontribwenti.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Sabiex tiġi ffaċilitata l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta’ rappurtar kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jiġu ddokumentati b’mod elettroniku. L-użu tal-fatturazzjoni elettronika jenħtieġ li jsir is-sistema prestabbilita għall-ħruġ tal-fatturi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jawtorizzaw mezzi oħra għall-provvisti domestiċi. Il-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi mill-fornitur u t-trażmissjoni tagħhom lill-klijenti jenħtieġ li ma jkunux kundizzjonali fuq awtorizzazzjoni jew verifika minn qabel mill-amministrazzjoni tat-taxxa.
(5) Sabiex tiġi ffaċilitata l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta’ rappurtar kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jiġu ddokumentati b’mod elettroniku. L-użu tal-fatturazzjoni elettronika jista’ jsir is-sistema prestabbilita għall-ħruġ tal-fatturi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jawtorizzaw mezzi oħra għall-provvisti domestiċi. Il-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi mill-fornitur u t-trażmissjoni tagħhom lill-klijenti jenħtieġ li ma jkunux kundizzjonali fuq awtorizzazzjoni jew verifika minn qabel mill-amministrazzjoni tat-taxxa mill-1 ta’ Jannar 2028.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Id-definizzjoni ta’ fattura elettronika jenħtieġ li tiġi allinjata ma’ dik użata fid-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64, biex tinkiseb standardizzazzjoni fil-qasam tar-rappurtar tal-VAT.
(6) Fi tmiem il-perjodu tranżitorju, id-definizzjoni ta’ fattura elettronika jenħtieġ li tiġi allinjata ma’ dik użata fid-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64, biex tinkiseb standardizzazzjoni fil-qasam tar-rappurtar tal-VAT. Madankollu, in-negozji, b’mod partikolari l-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE64a u l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ, jenħtieġ li jibqgħu liberi li jadottaw standards oħra f’konformità mal-Artikolu 217 tad-Direttiva 2006/112/KE.
__________________
__________________
64 Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).
64 Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).
64a Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida)
(6a) Sabiex jiġu megħjuna n-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, il-kontenut tal-istandard Ewropew tal-fatturazzjoni elettronika jenħtieġ li jsir aċċessibbli, sempliċi u ċar, b’mod partikolari billi tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha relatata ma’ dak l-istandard. Minħabba l-fatt li l-istandard Ewropew tal-fatturazzjoni elettronika msemmi fid-Direttiva 2014/55/UE huwa adattat għal kuntest minn “negozju għal gvern” (B2G), l-evoluzzjoni tiegħu jenħtieġ li tkun ippjanata biex tqis il-ħtiġijiet minn “negozju għal negozju” (B2B).
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Sabiex is-sistema ta’ rappurtar tal-VAT tiġi implimentata b’mod effiċjenti, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tasal għand l-amministrazzjoni tat-taxxa mingħajr dewmien. Għalhekk, l-iskadenza għall-ħruġ ta’ fattura għal tranżazzjonijiet transfruntiera jenħtieġ li tiġi stabbilita għal jumejn xogħol wara li jkun seħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.
(7) Sabiex is-sistema ta’ rappurtar tal-VAT tiġi implimentata b’mod effiċjenti, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tasal għand l-amministrazzjoni tat-taxxa mingħajr dewmien. Għalhekk, l-iskadenza għall-ħruġ ta’ fattura għal tranżazzjonijiet transfruntiera jenħtieġ li tiġi stabbilita għal tmint ijiem xogħol wara li jkun seħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas. Il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-prosekuzzjoni ta’ frodi tal-VAT jenħtieġ li jiġu aġġustati skont dan.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) L-implimentazzjoni tal-fattura elettronika bħala l-metodu prestabbilit għad-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT ma tkunx possibbli jekk l-użu tal-fattura elettronika jibqa’ soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur. Għalhekk, tali aċċettazzjoni jenħtieġ li ma tibqax meħtieġa għall-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi.
(9) L-implimentazzjoni tal-fattura elettronika bħala l-metodu prestabbilit għad-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT ma tkunx possibbli jekk l-użu tal-fattura elettronika jibqa’ soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur. Għalhekk, l-aċċettazzjonimir-riċevitur jenħtieġ li ma tibqax meħtieġa mill-1 ta’ Jannar 2028.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida)
(10a) Il-fatturi sommarji jiffrankaw il-ħin u l-ispejjeż u jnaqqsu l-piż amministrattiv relatat mal-fatturazzjoni.Barra minn hekk, inaqqsu l-possibbiltà ta’ żbalji u jissimplifikaw ix-xogħol għall-fornituri u l-klijenti bis-saħħa taż-żamma ta’ rekords simplifikata.Madankollu, dawn jistgħu jintużaw ħażin ukoll għall-frodi.Għalhekk, jenħtieġ li l-fatturi ta’ sommarju jinżammu biss għal tranżazzjonijiet domestiċi minn negozju għal ieħor u jenħtieġ li jkopru biss perjodu ta’ żmien limitat.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tad-data tal-fattura għall-persuni taxxabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni taxxabbli l-mezzi meħtieġa għal tali trażmissjoni, li jenħtieġ li jippermettu li d-data tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli.
(12) Il-fluss dejjem jikber ta’ informazzjoni skambjata kuljum jirrikjedi software tal-kompjuter ta’ prestazzjoni għolja li kapaċi jittrażmetti l-informazzjoni b’mod kontinwu lill-amministrazzjonijiet nazzjonali b’mod sikur. Sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tad-data tal-fattura għall-persuni taxxabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni taxxabbli, u b’mod partikolari ta’ mikroimpriżi u impriżi żgħar kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE u entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ,il-mezzi meħtieġa għal tali trażmissjoni, li jenħtieġ li jippermettu li d-data tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Filwaqt li l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa permezz tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tkun simili għal dik li ġiet trażmessa permezz tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi, huwa meħtieġ li l-persuni taxxabbli jintalbu jipprovdu data addizzjonali, inklużi d-dettalji bankarji u l-ammonti ta’ pagament, sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkunu jistgħu jsegwu mhux biss il-merkanzija iżda wkoll il-flussi finanzjarji.
(13) Filwaqt li l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa permezz tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tkun simili għal dik li ġiet trażmessa permezz tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi, huwa meħtieġ li l-persuni taxxabbli jintalbu jipprovdu data addizzjonali, inklużi d-dettalji bankarji u l-ammonti ta’ pagament, sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkunu jistgħu jsegwu mhux biss il-merkanzija iżda wkoll il-flussi finanzjarji u jiksbu informazzjoni xierqa dwar dawk il-flussi.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 14
(14) Jenħtieġ li jiġi evitat il-piż amministrattiv bla bżonn fuq il-persuni taxxabbli li joperaw fi Stati Membri differenti. Għalhekk, tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom bl-użu tal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187065, li jissodisfa t-talba stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/55/UE biex jinħoloq standard Ewropew għall-mudell tad-data semantika tal-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jipprevedu metodi addizzjonali biex jirrappurtaw id-data li tista’ tkun aktar faċli għal ċerti persuni taxxabbli biex jikkonformaw magħha.
(14) Jenħtieġ li jiġi evitat il-piż amministrattiv bla bżonn fuq il-persuni taxxabbli li joperaw fi Stati Membri differenti. Għalhekk, tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom bl-użu tal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187065, li jissodisfa t-talba stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/55/UE biex jinħoloq standard Ewropew għall-mudell tad-data semantika tal-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jipprevedu metodi oħra biex jirrappurtaw id-data li tista’ tkun aktar faċli għal ċerti persuni taxxabbli biex jikkonformaw magħha u li tista’ twassal għal tnaqqis ta’ piżijiet bla bżonn.
_________________
_________________
65 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1870 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet tiegħu skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 19).
65 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1870 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet tiegħu skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 19).
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Sabiex tinkiseb l-armonizzazzjoni meħtieġa fir-rappurtar ta’ data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jenħtieġ li tkun l-istess fl-Istati Membri kollha, mingħajr il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu data addizzjonali.
(15) Sabiex tinkiseb l-armonizzazzjoni meħtieġa fir-rappurtar ta’ data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jenħtieġ li tkun l-istess fl-Istati Membri kollha, mingħajr il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu data addizzjonali. Il-ġbir ta’ dik id-data jenħtieġ li jagħmilha possibbli li jkun hemm statistika aħjar sal-punt ta’ frodi tal-VAT u jenħtieġ li jagħmilha possibbli li titnaqqas dik il-frodi.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida)
(16a) Id-diġitalizzazzjoni tagħmel lill-kumpaniji dejjem aktar vulnerabbli għaċ-ċiberkriminalità u l-attakki mill-hackers. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw kull wieħed, kemm jista’ jkun, il-protezzjoni tad-data minn attakki ċibernetiċi u attakki minn hackers jew zappers, matul it-trażmissjoni tagħha, fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni, u matul il-ħażna tagħha mill-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 16b (ġdida)
(16b) Ir-regoli li jirregolaw il-fatturazzjoni elettronika u r-rekwiżiti tar-rappurtar diġitali ma japplikawx għal xiri relatat mad-difiża eżentati skont l-Artikoli 143 u 151 tad-Direttiva 2006/112/KE.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 16c (ġdida)
(16c) Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data trażmessa, jenħtieġ li titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet awtorizzati biex jeżaminaw id-data, flimkien ma’ proċedura għall-ipproċessar tad-data. L-UPPE, l-OLAF u l-Europol jenħtieġ li jkunu inklużi f’dik il-lista.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ rekwiżiti ta’ rappurtar diverġenti għat-tranżazzjonijiet fit-territorji tagħhom, li wasslu għal piżijiet amministrattivi sinifikanti għal persuni taxxabbli li joperaw fi Stati Membri differenti, peress li jeħtieġ li jadattaw is-sistemi kontabilistiċi tagħhom biex jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. Sabiex jiġu evitati l-kostijiet li jirriżultaw minntali diverġenza, is-sistemi implimentati fl-Istati Membri biex jirrappurtaw il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom jenħtieġ li jikkonformaw mal-istess karatteristiċi tas-sistema implimentata għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu l-mezzi elettroniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u, kif inhu l-każ għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, jenħtieġ li jkun possibbli għall-persuna taxxabbli li tissottometti d-data f’konformità mal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1870, minkejja li l-Istat Membru rilevanti jista’ jipprevedi mezzi addizzjonali biex tiġi trażmessa d-data. Id-data jenħtieġ li titħalla tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna.
(17) Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112/KE, rekwiżiti diverġenti ta’ rapportar għal tranżazzjonijiet fit-territorji tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti diverġenti ta’ rappurtar jippreġudikaw il-funzjonament tas-suq intern. Sabiex jiġu evitati l-kostijiet li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tal-qafas regolatorju, is-sistemi implimentati fl-Istati Membri biex jirrappurtaw il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom jista’ jkollhom l-istess karatteristiċi tas-sistema implimentata għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu l-mezzi elettroniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u, kif inhu l-każ għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, jenħtieġ li jkun possibbli għall-persuna taxxabbli li tissottometti d-data f’konformità mal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1870, sakemm l-Istat Membru rilevanti ma jkunx jista’ jipprevedi mezzi oħra, daqstant effettivi biex tiġi trażmessa d-data. Id-data jenħtieġ li titħalla tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jimplimentaw rekwiżit ta’ rappurtar diġitali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom. Madankollu, jekk iridu jimplimentaw tali rekwiżit fil-futur, jenħtieġ li dawn jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.L-Istati Membri li diġà għandhom sistema ta’ rappurtar għal dawn it-tranżazzjonijiet fis-seħħ jenħtieġ li jadattaw tali sistemi biex jiżguraw li d-data tiġi rrappurtata f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.
(18) L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jimplimentaw rekwiżit ta’ rappurtar diġitali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom. Fi tmiem il-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri xorta se jkunu jistgħu jintroduċu standards oħra, minkejja li jridu jaċċettaw fatturi elettroniċi bbażati fuq l-Istandard Ewropew.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdida)
(18a) Il-ġbir tad-data personali tal-individwi jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikser id-dritt għall-privatezza tagħhom.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport ta’ valutazzjoni li jevalwa l-impatt tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali fuq it-tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT u fil-kostijiet ta’ implimentazzjoni u konformità għall-persuni taxxabbli u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema laħqitx l-objettivi tagħha jew teħtieġx aktar aġġustamenti.
(19) Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-rekwiżiti intra-Komunitarji ta’ rappurtar diġitali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport ta’ valutazzjoni li jevalwa l-impatt tar-rekwiżiti intra-Komunitarji ta’ rappurtar diġitali fuq it-tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT u fil-kostijiet ta’ implimentazzjoni u konformità għall-persuni taxxabbli u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema laħqitx l-objettivi tagħha jew teħtieġx aktar aġġustamenti jew kwalunkwe estensjoni għat-tranżazzjonijiet domestiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkummissjona studju indipendenti li jkun fih analiżi komprensiva dwar il-frodi b’negozjant nieqes, li hija kategorija partikolari ta’ frodi tal-VAT, u b’mod partikolari dwar l-effettività tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali fil-ġlieda kontra tali frodi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tordna li jsir studju indipendenti biex titwettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi li l-punt uniku ta’ servizz għall-importazzjonijiet (IOSS) isir obbligatorju.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw miżuri oħra biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni. Madankollu, jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jimponu obbligi ta’ rappurtar addizzjonali fuq it-tranżazzjonijiet li huma koperti mir-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali.
(20) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw miżuri oħra biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida)
(20a) Sabiex jitnaqqas ir-riskju legali li għalih huma esposti n-negozji, speċjalment l-SMEs u l-mikroimpriżi minħabba l-kumplessità tar-rati tal-VAT fl-Unjoni, il-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni jistgħu jiġu estiżi f’għodda aġġornata li tkun faċilment aċċessibbli għan-negozji, billi tipprovdi informazzjoni kważi f’ħin reali dwar ir-rati tal-VAT tal-Unjoni u tweġibiet għal mistoqsijiet dwar it-taxxa.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 22
(22) L-ekonomija tal-pjattaformi wasslet għal distorsjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejn il-provvisti mwettqa permezz ta’ pjattaformi online li jevitaw it-tassazzjoni tal-VAT, u l-provvisti mwettqa fl-ekonomija tradizzjonali li huma soġġetti għall-VAT. Id-distorsjoni kienet l-aktar akuta fl-akbar żewġ setturi tal-ekonomija tal-pjattaformi wara l-kummerċ elettroniku, jiġifieri s-settur tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u s-settur tat-trasport tal-passiġġieri.
(22) Hemm riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-provvisti mwettqa permezz ta’ pjattaformi online li jevitaw it-tassazzjoni tal-VAT, u l-provvisti mwettqa fl-ekonomija tradizzjonali li huma soġġetti għall-VAT.
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-setturi tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri billi jinbidel ir-rwol li l-pjattaformi għandhom fil-ġbir tal-VAT (li jsiru l-“fornitur meqjus”). Skont dan il-mudell, jenħtieġ li l-pjattaformi jkunu meħtieġa jimponu l-VAT fejn il-VAT hija dovuta iżda l-fornitur sottostanti ma jimponihiex minħabba li, pereżempju, huwa persuna fiżika jew persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar.
(23) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari, ibbilanċjati u proporzjonati biex jiġu indirizzati distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni fis-setturi tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri permezz tal-introduzzjoni tal-mudell tal-fornitur meqjus. Skont dan il-mudell, il-pjattaformi huma meħtieġa jimponu u jikkunsidra l-VAT fuq il-provvista sottostanti fejn l-ebda VAT ma tiġi imposta mill-fornitur, u jistgħu jkunu soġġetti għal obbligi ta’ rappurtar. Filwaqt li l-prinċipju tan-newtralità tal-VAT huwa essenzjali għas-sistema tal-VAT, u jenħtieġ li jiġi rispettat kemm jista’ jkun, il-karatteristiċi tas-setturi tas-servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri jirrikjedu approċċ iddedikat permezz tal-mudell tal-fornitur meqjus.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 23a (ġdida)
(23a) Billi l-istabbiliment ta’ mudell tal-fornitur meqjus se jinvolvi kostijiet addizzjonali għal pjattaformi żgħar, jenħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi biex iħeġġuhom jikkonformaw malajr kemm jista’ jkun sabiex jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwivalenti u kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta f’dawk is-swieq.
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 23b (ġdida)
(23b) L-iskema ta’ fornitur meqjus jenħtieġ li ma tapplikax għal pjattaformi li huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE, eż. fornituri żgħar ta’ servizz ta’ Kiri ta’ Akkomodazzjoni għal Żmien Qasir (STR) (ospitanti jew negozji eżentati mill-VAT) li jikkontribwixxu għal turiżmu sostenibbli fl-Unjoni u jippromwovu l-ivvjaġġar għal postijiet inqas iffrekwentati. Barra minn hekk, l-iskema ta’ fornitur meqjus jenħtieġ li tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti u ma tipprovdix vantaġġ kompetittiv lil pjattaformi kbar, li huma kapaċi jġarrbu aħjar kostijiet addizzjonali.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 24
(24) L-Istati Membri jinterpretaw il-post tal-provvista tas-servizz ta’ faċilitazzjoni pprovdut mill-pjattaformi lill-persuni mhux taxxabbli b’mod differenti. Għalhekk huwa meħtieġ li din ir-regola tiġi ċċarata.
(24) L-Istati Membri jinterpretaw il-post tal-provvista tas-servizz ta’ faċilitazzjoni pprovdut mill-pjattaformi lill-persuni mhux taxxabbli b’mod differenti. Huwa meħtieġ li din ir-regola tiġi ċċarata sabiex l-użu ta’ pjattaforma ta’ faċilitazzjoni bl-ebda mod ma joħloq vantaġġ kompetittiv għal fornitur. Huwa meħtieġ ukoll, minħabba raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, li tiġi stabbilita definizzjoni uniformi tat-terminu “intermedjarju tal-pjattaforma”.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 31a (ġdida)
(31a) L-implimentazzjoni ta’ diversi reġimi ta’ punt uniku ta’ servizz tal-Unjoni (UOSS) fl-Istati Membri tirrikjedi li l-kumpaniji jiġu pprovduti bi speċifikazzjonijiet tekniċi suffiċjenti biex jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz (OSS) ma jvarjawx minn pajjiż għall-ieħor kif ukoll li l-kumpaniji jingħataw l-għażla li jitniżżel fajl biex tiġi sottomessa dikjarazzjoni ta’ OSS.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 31b (ġdida)
(31b) Sabiex tissimplifika t-tmexxija ta’ kuljum tan-negozji, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tikkonsolida t-tliet reġistrazzjonijiet attwali, jiġifieri, punt uniku ta’ servizz tal-importazzjoni (IOSS), punt uniku ta’ servizz tal-Unjoni (UOSS) u punt uniku ta’ servizz mhux tal-Unjoni (non-UOSS), sabiex il-provvisti kollha (jiġifieri, merkanzija importata, servizzi u bejgħ domestiku) ikunu jistgħu jiġu ddikjarati permezz ta’ portal wieħed.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) Fost miżuri oħra, id-Direttiva (UE) 2017/2455 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir biex isir OSS usa’, li jkopri l-provvisti transfruntiera kollha ta’ servizzi lill-persuni mhux taxxabbli li jseħħu fl-Unjoni u l-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju kollu tal-merkanzija. B’mod eċċezzjonali, l-interfaċċi elettroniċi, bħall-postijiet tas-suq u l-pjattaformi, li jsiru fornituri meqjusa għal ċerti provvisti ta’ merkanzija fl-Unjoni jistgħu jiddikjaraw ukoll ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija fl-iskema tal-OSS tal-Unjoni. Biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż aktar biex ikopri provvisti oħra ta’ merkanzija, inkluż provvisti domestiċi min-negozju għall-konsumatur ta’ merkanzija fl-Unjoni minn persuni taxxabbli li mhumiex identifikati għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru tal-konsum, filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji ma jkollhomx għalfejn jirreġistraw għall-VAT f’kull Stat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija lill-konsumaturi. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi wkoll provvisti domestiċi ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni lil kwalunkwe persuna, meta dik il-merkanzija tiġi pprovduta minn persuna taxxabbli (negozjant taxxabbli) li ma tkunx identifikata fl-Istat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija. Din l-emenda tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet tal-OSS, u tippermetti li l-VAT dovuta fuq dawk il-provvisti tiġi ddikjarata u mħallsa fi Stat Membru wieħed ta’ identifikazzjoni permezz tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni mkabbra.
(32) Fost miżuri oħra, id-Direttiva (UE) 2017/2455 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir biex isir OSS usa’, li jkopri l-provvisti transfruntiera kollha ta’ servizzi lill-persuni mhux taxxabbli li jseħħu fl-Unjoni u l-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju kollu tal-merkanzija. B’mod eċċezzjonali, l-interfaċċi elettroniċi, bħall-postijiet tas-suq u l-pjattaformi, li jsiru fornituri meqjusa għal ċerti provvisti ta’ merkanzija fl-Unjoni jistgħu jiddikjaraw ukoll ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija fl-iskema tal-OSS tal-Unjoni. Biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż aktar biex ikopri provvisti oħra ta’ merkanzija, inkluż provvisti domestiċi min-negozju għall-konsumatur ta’ merkanzija fl-Unjoni minn persuni taxxabbli li ma humiex identifikati għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru tal-konsum, filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji ma jkollhomx għalfejn jirreġistraw għall-VAT f’kull Stat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija lill-konsumaturi. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi wkoll provvisti domestiċi ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni lil kwalunkwe persuna, meta dik il-merkanzija tiġi pprovduta minn persuna taxxabbli (negozjant taxxabbli) li ma tkunx identifikata fl-Istat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija. Din l-emenda tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet tal-OSS, u tippermetti li l-VAT dovuta fuq dawk il-provvisti tiġi ddikjarata u mħallsa fi Stat Membru wieħed ta’ identifikazzjoni permezz tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni mkabbra. Madankollu, jenħtieġ li tiġi evitata kwalunkwe estensjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi minn persuna taxxabbli għal persuna taxxabbli oħra. Il-libertà, għall-persuni taxxabbli bi stabbilimenti fissi fi Stati Membri differenti, li jagħżlu l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-OSS iżżid ma’ suq intern favorevoli għat-tkabbir.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Il-VAT normalment tiġi imposta u kkunsidrata mill-fornitur tal-oġġetti jew servizzi. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, taħt il-mekkaniżmu tar-reverse charge, ir-riċevitur tal-provvista, aktar milli l-fornitur, huwa obbligat li jikkunsidra l-VAT dovuta. Sabiex jiġi appoġġat aktar l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni obbligatorja mill-Istati Membri tal-mekkaniżmu tar-reverse charge f’sitwazzjonijiet fejn fornitur ma jkunx stabbilit għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Fornitur li jagħmel provvisti ta’ merkanzija jew servizzi lil persuna identifikata għall-VAT fl-Istat Membru fejn il-provvista hija taxxabbli, jenħtieġ li jkun intitolat li japplika r-reverse charge. Għall-finijiet ta’ kontroll, tali provvisti jenħtieġ li jiġu rrapportati fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva.
(33) Il-VAT normalment tiġi imposta u kkunsidrata mill-fornitur tal-oġġetti jew servizzi. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, taħt il-mekkaniżmu tar-reverse charge, ir-riċevitur tal-provvista, aktar milli l-fornitur, huwa obbligat li jikkunsidra l-VAT dovuta. Sabiex jiġi appoġġat aktar l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni obbligatorja mill-Istati Membri tal-mekkaniżmu tar-reverse charge f’sitwazzjonijiet fejn fornitur ma jkunx stabbilit għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Għall-finijiet ta’ kontroll, tali provvisti jenħtieġ li jiġu rrapportati fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Premessa 35a (ġdida)
(35a) L-IOSSs jenħtieġ li joperaw b’mod trasparenti u sigur. Approċċ unifikat bejn l-IOSSminn naħa, u l-leġiżlazzjoni u l-prattika doganali min-naħa l-oħra, jgħin biex jintemmu l-inkonsistenzi, l-iżbalji u t-tassazzjoni doppja.
Emenda 43 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tiżgura aħjar l-użu korrett u l-proċess ta’ verifika tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’dik id-Direttiva. Dan l-għoti tas-setgħa jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali għall-prevenzjoni ta’ ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. Tali miżuri speċjali jinvolvu, fost l-oħrajn, ir-rabta tan-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u għal dan l-għan il-kumitat jenħtieġ li jkun dak stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill72.
(36) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tiżgura aħjar l-użu korrett u l-proċess ta’ verifika tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’dik id-Direttiva. Dan l-għoti tas-setgħa jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali għall-prevenzjoni ta’ ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. Tali miżuri speċjali jinvolvu, fost l-oħrajn, ir-rabta tan-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u għal dan l-għan il-kumitat jenħtieġ li jkun dak stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill72. Is-setgħat tal-Kummissjoni jenħtieġ li jqisu d-drittijiet tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità. Kwalunkwe abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
__________________
__________________
71 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
71 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
72 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
72 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
Emenda 44 Proposta għal direttiva Premessa 38
(38) Id-Direttiva 2006/112/KE tipprevedi trattament simplifikat tal-VAT tal-merkanzija ttrasferita skont arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet preskritti. Peress li l-iskema ta’ simplifikazzjoni tal-OSS għat-trasferimenti ta’ merkanzija proprja hija komprensiva u tinkludi movimenti transfruntiera ta’ merkanzija li bħalissa huma koperti minn arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat skont l-Artikolu 17a ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dawn l-arranġamenti jitneħħew gradwalment billi tiġi inkluża data tat-tmiem qabel it-tneħħija sħiħa tad-dispożizzjonijiet dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-data tat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2024 li warajha ma jkunx aktar possibbli li jsir kwalunkwe arranġament ġdid dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat. Għall-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat li jibdew fil-31 ta’ Diċembru 2024 jew qabel, jenħtieġ li jkomplu japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti, inkluż il-limitu ta’ żmien ta’ 12-il xahar għat-trasferiment tas-sjieda ta’ dik il-merkanzija lix-xerrej maħsub. B’mod parallel mal-inklużjoni ta’ din id-data tat-tmiem il-ġdida, jenħtieġ li jiddaħħal paragrafu ġdid fid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat biex jiġi żgurat li dawk l-arranġamenti ma jibqgħux japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2025, peress li mhux se jibqgħu meħtieġa wara dik id-data.
(38) Id-Direttiva 2006/112/KE tipprevedi trattament simplifikat tal-VAT tal-merkanzija ttrasferita skont arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet preskritti. Peress li l-iskema ta’ simplifikazzjoni tal-OSS għat-trasferimenti ta’ merkanzija proprja hija komprensiva u tinkludi movimenti transfruntiera ta’ merkanzija li bħalissa huma koperti minn arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat skont l-Artikolu 17a ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dawn l-arranġamenti jitneħħew gradwalment billi tiġi inkluża data tat-tmiem qabel it-tneħħija sħiħa tad-dispożizzjonijiet dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-data tat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2025 li warajha ma jkunx aktar possibbli li jsir kwalunkwe arranġament ġdid dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat. Għall-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat li jibdew fil-31 ta’ Diċembru 2025 jew qabel, jenħtieġ li jkomplu japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti, inkluż il-limitu ta’ żmien ta’ 12-il xahar għat-trasferiment tas-sjieda ta’ dik il-merkanzija lix-xerrej maħsub. B’mod parallel mal-inklużjoni ta’ din id-data tat-tmiem il-ġdida, jenħtieġ li jiddaħħal paragrafu ġdid fid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat biex jiġi żgurat li dawk l-arranġamenti ma jibqgħux japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2026, peress li mhux se jibqgħu meħtieġa wara dik id-data.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) L-iskema ta’ marġni topera billi tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jħallsu l-VAT fuq id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri tal-merkanzija koperta mill-iskema, jiġifieri l-oġġetti użati, ix-xogħlijiet tal-arti, l-oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet. Sabiex jiġi żgurat li t-tassazzjoni ta’ dawk il-provvisti speċifiċi sseħħ fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-klijent, fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tintroduċi regola ġdida dwar il-post tal-provvista. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex teskludi speċifikament il-provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni mill-applikazzjoni obbligatorja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge. Madankollu, biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, u biex jiġu minimizzati l-piżijiet ta’ konformità, in-negozjanti taxxabbli li joperaw taħt l-iskema ta’ marġni jistgħu jagħżlu li jirreġistraw biex jużaw l-iskema tal-OSS tal-Unjoni ħalli jiddikjaraw u jħallsu l-VAT dovuta fuq ċerti provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni permezz ta’ dik l-iskema, mingħajr il-ħtieġa li jirreġistraw f’diversi Stati Membri.
(39) L-iskema ta’ marġni topera billi tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jħallsu l-VAT fuq id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri tal-merkanzija koperta mill-iskema, jiġifieri l-oġġetti użati, inkluża merkanzija kapitali bħall-bini, il-makkinarju, l-għodda u l-apparat, ix-xogħlijiet tal-arti, l-oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet. Sabiex jiġi żgurat li t-tassazzjoni ta’ dawk il-provvisti speċifiċi sseħħ fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-klijent, fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tintroduċi regola ġdida dwar il-post tal-provvista. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex teskludi speċifikament il-provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni mill-applikazzjoni obbligatorja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge. Madankollu, biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, u biex jiġu minimizzati l-piżijiet ta’ konformità, in-negozjanti taxxabbli li joperaw taħt l-iskema ta’ marġni jistgħu jagħżlu li jirreġistraw biex jużaw l-iskema tal-OSS tal-Unjoni ħalli jiddikjaraw u jħallsu l-VAT dovuta fuq ċerti provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni permezz ta’ dik l-iskema, mingħajr il-ħtieġa li jirreġistraw f’diversi Stati Membri.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 39a (ġdida)
(39a) Filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-prattiki sostenibbli, huwa importanti li jiġi żgurat li l-metodu għall-kalkolu tal-VAT fuq il-marġni ta’ profitt għall-bejgħ ta’ merkanzija użata u ta’ ġbir ikun sempliċi u ċar. L-Unjoni jenħtieġ li tqis jekk humiex meħtieġa metodi oħra ta’ kalkolu (pereżempju, rata medja ta’ marġni tal-VAT ipprovduta mill-bejjiegħ u skont il-kategorija tal-oġġetti) sabiex jittejbu l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-iskema tal-marġni tal-VAT għall-merkanzija użata.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 39b (ġdida)
(39b) Xi Stati Membri ma jeżentawx donazzjonijiet in natura mill-VAT, minkejja li tali eżenzjoni hija possibbli skont id-Direttiva tal-VAT eżistenti, li twassal lin-negozji biex jeqirdu merkanzija tal-konsumatur, b’mod partikolari ritorni, aktar milli jagħtuhom għal kawżi ta’ karità.Il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ gwida għall-Istati Membri, li jiċċaraw li l-eżenzjonijiet tal-VAT għad-donazzjonijiet in natura huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ fil-qasam tal-VAT.
Emenda 48 Proposta għal direttiva Premessa 41a (ġdida)
(41a) L-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali fis-swieq tal-Istati Membri kollha simultanjament fl-2028 se tkun ta’ sfida kbira. Implimentazzjoni progressiva tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali tiżgura d-disponibbiltà ta’ persunal ikkwalifikat biżżejjed għall-adattament tas-software kollu tan-negozji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ implimentazzjoni lin-negozji qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Premessa 41b (ġdida)
(41b) Il-pakkett “il-VAT fl-Era Diġitali” jenħtieġ li jiddaħħal gradwalment mill-1 ta’ Jannar 2025.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Premessa 41c (ġdida)
(41c) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/17251a u ta l-opinjoni tiegħu fit-3 ta’ Marzu 20231b.
________________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
1b ĠU C 113, 28.3.2023, p. 26.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Premessa 41d (ġdida)
(41d) L-espansjoni tas-servizzi tal-cloud computing, bħala riżultat tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali, tista’ twassal għal żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu miżuri u tipprovdi inċentivi biex tiżgura l-“ekoloġizzazzjoni” tas-settur diġitali, pereżempju billi tiċċentralizza ċ-ċentri tad-data biex jottimizzaw il-funzjonament tagħhom, billi tgħin lill-kumpaniji jużaw l-enerġiji rinnovabbli minflok il-fjuwils fossili biex iħaddmu ċ-ċentri tad-data tagħhom u billi tuża l-intelliġenza artifiċjali biex tnaqqas it-tniġġis tagħhom.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Premessa 41e (ġdida)
(41e) Din id-Direttiva tinkludi diversi bidliet fil-mod kif għandu jiġi ddikjarat id-dħul mill-VAT.Dan jaf ikollu impatt sinifikanti fuq in-natura tax-xogħol tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa.Għalhekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jiżguraw li l-impjegati tagħhom ikollhom aċċess għat-taħriġ meħtieġ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – titolu
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 217
Artikolu 217
Artikolu 217
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “fattura elettronika” għandha tfisser fattura li fiha l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva, u li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta f’format elettroniku strutturatli jippermetti l-ipproċessar awtomatiku u elettroniku tagħha.”;
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “fattura elettronika” tfisser fattura li fiha l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva, u li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta fi kwalunkwe format elettroniku.
Għall-finijiet tat-Titolu XI, Kapitolu 6, Taqsimiet 1 u 2, “fattura elettronika” tfisser fattura li fiha l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva, u li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta f’format elettroniku strutturat li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku u elettroniku tagħha.;
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 218 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti jew messaġġi stampati jew f’forma elettronika bħala fatturi jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti jew messaġġi stampati jew f’format diġitali jew f’forma elettronika bħala fatturi jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 218 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu li jinħarġu fatturi elettroniċi. L-Istati Membri li jimponu dan l-obbligu għandhom jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Il-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi minn persuni taxxabbli u t-trażmissjoni tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni jew verifika obbligatorja minn qabel mill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċjali awtorizzati skont l-Artikolu 395 u diġà implimentati fiż-żmien li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.
2. L-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu li jinħarġu fatturi elettroniċi. L-Istati Membri li jimponu dan l-obbligu għandhom jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi f’format differenti, f’konformità mal-Artikolu 217 ta’ din id-Direttiva, sakemm jippermettu wkoll l-użu tal-istandard Ewropew. Għal tranżazzjonijiet domestiċi, l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lil persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom joħorġu fatturi elettroniċi għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi fit-territorju tagħhom.
__________________
__________________
* Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).”;
* Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).”;
2a. L-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2b. Il-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE u l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ jistgħu jużaw standards rikonoxxuti u fis-seħħ fl-Istat Membru għajr dak l-istandard fid-Direttiva 2014/55/UE, sakemm dawk l-istandards jikkonformaw mal-Artikolu 217 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 232
(9) l-Artikolu 232 jitħassar;
(9) l-Artikolu 232 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 232
Artikolu 232
Artikolu 232
L-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur.
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur għall-akkwist ta’ merkanzija mwettaq f’konformità mal-Artikolu 20 u għal provvisti ta’ servizz li huwa taxxabbli fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li l-fornitur huwa stabbilit fih.
Sal-1 ta’ Jannar 2028, l-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur għall-akkwist ta’ merkanzija mwettaq f’konformità mal-Artikolu 20 u għal provvisti ta’ servizz li huwa taxxabbli fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li l-fornitur huwa stabbilit fih.
2. Għall-bqija tal-akkwisti u l-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li ma humiex imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-użu ta’ fatturi elettroniċi maħruġa minn persuni taxxabbli stabbiliti fi ħdan it-territorju tagħhom m’għandux ikun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur stabbilit fit-territorju tagħhom.
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – titolu
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 2
2. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija fil-Komunità minn persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dik il-merkanzija.
2. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija fil-Komunità minn persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dik il-merkanzija. Il-fornitur meqjus jista’ jinvoka l-bona fide u ma jkunx responsabbli fil-każ li fornitur sottostanti jonqos deliberatament milli jiddikjara li ma huwiex jew ma hijiex persuna taxxabbli.
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 3
3. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1) minn persuna taxxabbli, għajr merkanzija kapitali kif definit mill-Istat Membru li lejh tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 189, il-punt (a), jew merkanzija li fir-rigward tagħha ma jkun hemm l-ebda dritt sħiħ għal tnaqqis f’dak l-Istat Membru, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita t-trasferiment għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dik il-merkanzija.
3. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1) minn persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita t-trasferiment għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dik il-merkanzija. Il-fornitur meqjus jista’ jinvoka l-bona fide u ma jinżammx responsabbli fil-każ li fornitur sottostanti ma jiddikjarax deliberatament li ma huwiex persuna taxxabbli.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 4a (ġdid)
4a. L-Istati Membri għandhom jippreparaw u jagħmlu disponibbli gwida apposta għal dawk l-individwi elenkati fl-Artikolu 28a ta’ din id-Direttiva li jagħżlu li jirreġistraw bħala persuni taxxabbli, wara l-introduzzjoni tar-reġim tal-fornitur meqjus fis-setturi tal-akkomodazzjoni u tat-trasport tal-passiġġieri fl-ekonomija tal-pjattaformi.
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 4b (ġdid)
4b. Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona studju indipendenti wara l-31 ta’ Diċembru 2027, biex tivvaluta jekk ir-regoli dwar fornituri meqjusa kinux ta’ suċċess u, jekk dan ikun il-każ, biex tidentifika setturi ġodda f’sitwazzjoni simili, kif ukoll sabiex jiġu vvalutati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jagħmlu l-IOSS obbligatorju. Hija għandha tippreżenta dan l-istudju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 28a – paragrafu 1 – parti introduttorja
Minkejja l-Artikolu 28, persuna taxxabbli li tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal, jew mezzi simili, il-provvista ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, kif imsemmi fl-Artikolu 135(3), jew it-trasport tal-passiġġieri, għandha titqies li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess meta l-persuna li tipprovdi dawk is-servizzi tkun waħda minn dawn li ġejjin:
Minkejja l-Artikolu 28, persuna taxxabbli li tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal, jew mezzi simili, il-provvista ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, kif imsemmi fl-Artikolu 135(3), jew it-trasport tal-passiġġieri bit-triq fl-Unjoni, għandha titqies li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess meta l-persuna li tipprovdi dawk is-servizzi tkun waħda minn dawn li ġejjin:
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt f
(f) persuna taxxabbli soġġetta għall-iskema speċjali għal intrapriżi żgħar.”;
L-iskema tal-fornitur meqjus kif prevista fl-ewwel paragrafu ma għandhiex tapplika għal pjattaformi li huma impriżi żgħar skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/34/UE1a.
Barra minn hekk, l-ewwel paragrafu ma għandux japplika għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri jew għall-forniment ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir iffaċilitat permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika meta servizz tat-trasport tal-passiġġieri jew kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir ipprovdut minn persuna deskritta fl-ewwel paragrafu u mhux iffaċilitat permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika ma jkunx soġġett għall-VAT.
______________________________
1a Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 35
(4) l-Artikolu 35 jitħassar;
(4) l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 35
Artikolu 35
Artikolu 35
L-Artikolu 33 ma għandux japplika għal provvisti ta’ oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, kif iddefiniti fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta’ mezzi ta’ trasport użati, kif iddefiniti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skont l-arranġamenti speċjali rilevanti.”;
L-Artikolu 33 ma għandux japplika għal provvisti ta’ oġġetti użati, kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta’ mezzi ta’ trasport użati, kif iddefiniti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skont l-arranġamenti speċjali rilevanti.”;
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 46a
(6) Jiddaħħal l-Artikolu 46a li ġej:
imħassar
“Artikolu 46a
Il-post tal-provvista tas-servizz ta’ faċilitazzjoni pprovdut lil persuna mhux taxxabbli minn pjattaforma, portal jew mezzi simili għandu jkun il-post fejn it-tranżazzjoni sottostanti tiġi pprovduta f’konformità ma’ din id-Direttiva.
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 3
3. Il-kiri mingħajr interruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għal massimu ta’ 45 jum bil-forniment ta’ servizzi anċillari oħra jew mingħajrhomgħandu jitqies li għandu funzjoni simili għas-settur tal-lukandi.;
3. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li għandhom funzjoni simili għas-settur tal-lukandi:
(a) il-kiri mingħajr interruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għal massimu ta’ 31 lejl bil-forniment ta’ servizzi anċillari oħra jew mingħajrhom;
(b) il-forniment ta’ tliet servizzi anċillari sinifikanti jew aktar matul il-kiri tal-akkomodazzjoni.
Għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-punt (ca), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali ħalli tipprevjeni ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa billi, fost l-oħrajn, torbot in-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 369q.
Għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-punt (ca), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali ħalli tipprevjeni ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa billi, fost l-oħrajn, torbot in-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 369q. Għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-UPPE, lill-OLAF u lill-Europol b’dan.
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 194 – paragrafu 1
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 195 u 196, fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li mhijiexstabbilita fl-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna li lilha jiġu fornuti l-merkanzija jew is-servizzi jekk dik il-persuna tkun diġà identifikata f’dak l-Istat Membru.
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 195 u 196, fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li ma hijiexidentifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT, il-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tkun il-persuna li lilha jiġu fornuti l-merkanzija jew is-servizzi jekk dik il-persuna tkun diġà identifikata għall-finijiet tal-VAT f’dak l-Istat Membru.
2a. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività ta’ dan l-Artikolu u l-valur miżjud tiegħu fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, jiġifieri l-frodi b’negozjant nieqes, u tinforma kif xieraq lill-Parlament u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni.
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 242a – paragrafu 1a
1a. Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew ta’ trasport tal-passiġġieri, u dik il-persuna ma titqiesx li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess skont l-Artikolu 28a, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata żżomm rekords ta’ dawk il-provvisti.”;
1a. Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew ta’ trasport tal-passiġġieri bit-triq fl-Unjoni, u dik il-persuna ma titqiesx li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess skont l-Artikolu 28a, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata żżomm rekords ta’ dawk il-provvisti.;
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 242a – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Dawk ir-rekords iridu jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin mill-aħħar tas-sena li matulha tkun twettqet it-tranżazzjoni.;
Dawk ir-rekords għandhom jinżammu mill-persuna taxxabbli kkonċernata għal perjodu ta’ seba’ snin mill-aħħar tas-sena li matulha tkun twettqet it-tranżazzjoni.;
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369xa – paragrafu 1 – punt 1
(1) “trasferiment ta’ merkanzija proprja” tfisser it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1), inklużi trasferimenti skont l-Artikolu 14a(3), u ma għandhiex tinkludi trasferimenti ta’ merkanzija kapitali kif definiti mill-Istat Membru li fih tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 189(a) jew merkanzija li fir-rigward tagħha ma jkun hemm l-ebda dritt sħiħ għal tnaqqis f’dak l-Istat Membru.
(1) “trasferiment ta’ merkanzija proprja” tfisser it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1), inklużi trasferimenti skont l-Artikolu 14a(3).
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369xe – paragrafu 1 – punt b
(b) jekk inkella jista’ jiġi preżunt li l-attivitajiet taxxabbli ta’ dik il-persuna taxxabbli koperti minn din l-iskema speċjali jkunu waqfu;
Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha ssir f’euro jew, għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, fil-munita nazzjonali tagħhom.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2027
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 138 – paragrafu 1a
(2) fl-Artikolu 138, il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej:
imħassar
1a. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika meta l-fornitur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu previst fl-Artikoli 262 u 263 biex jikkomunika d-data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, jew li d-data mibgħuta ma fihiex l-informazzjoni korretta dwar il-provvista kif meħtieġ skont l-Artikolu 264, sakemm il-fornitur ma jkunx jista’ jiġġustifika kif xieraq kwalunkwe nuqqas għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.;
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 218
Artikolu 218
Artikolu 218
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-fatturi għandhom jinħarġu f’format elettroniku strutturat. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dokumenti stampati jew formati oħra bħala fatturi għal tranżazzjonijiet mhux soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fit-Titolu XI, il-Kapitolu 6. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-ħruġ tal-fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-ħruġ tal-fatturi elettroniċi minn persuni taxxabbli u t-trażmissjoni tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni jew verifika obbligatorja minn qabel mill-awtoritajiet tat-taxxa.;
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-fatturi għandhom jinħarġu f’format elettroniku strutturat. Għal tranżazzjonijiet mhux soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fit-Titolu XI, il-Kapitolu 6, l-Istati Membri jistgħu ma jippermettux il-ħruġ ta’ dokumenti stampati jew formati oħra bħala fatturi mill-1 ta’ Jannar 2028. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-ħruġ tal-fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi f’format differenti, f’konformità mal-Artikolu 217 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 222 – paragrafu 1
Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT hija pagabbli mill-klijent skont l-Artikoli 194 u 196, fattura għandha tinħareġ mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-avveniment taxxabbli.;
Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT hija pagabbli mill-klijent skont l-Artikoli 194 u 196, fattura għandha tinħareġ mhux aktar tard minn tmint ijiem tax-xogħol wara l-avveniment taxxabbli;
Soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lin-negozji qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Dan l-Artikolu ma għandux japplikaw għal xiri relatat mad-difiża eżentat skont l-Artikoli 143 u 151.
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 223
(5) l-Artikolu 223 jitħassar;
imħassar
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – paragrafu 1 – punt 16
(16) fil-każ ta’ fattura korrettiva, in-numru sekwenzjali li jidentifika l-fattura kkoreġuta, kif imsemmi fil-punt (2);
(16) fil-każ ta’ fattura korrettiva, in-numru sekwenzjali li jidentifika l-fattura kkoreġuta, kif imsemmi fil-punt (2), jew in-numru tas-serje tal-fattura kkoreġuta, jew in-numru jew identifikatur ieħor simili tal-ftehim li minnu tirriżulta l-korrezzjoni, kif imsemmi fil-punt (2);
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – paragrafu 1 – punt 17
(17) in-numru tal-IBAN tal-kont bankarju tal-fornitur li fih se jiġi kkreditat il-ħlas għall-fattura.Jekk in-numru tal-IBAN ma jkunx disponibbli, kwalunkwe identifikatur ieħor li b’mod mhux ambigwu jidentifika l-kont bankarju li fih se tiġi kkreditata l-fattura.
imħassar
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – paragrafu 1 – punt 18
(18) Id-data li fiha huwa dovut il-ħlas tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi jew, meta jiġu miftiehma pagamenti parzjali, id-data u l-ammont ta’ kull ħlas.;
(18a) l-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/55/UE, bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (b), (i) u (k), li ma humiex meħtieġa f’termini ta’ loġika tal-VAT;
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 262 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tissottometti lill-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun stabbilita jew identifikata għall-finijiet tal-VAT, id-data li ġejja dwar kull provvista u trasferiment ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-Artikolu 138, fuq kull akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 20 u kull provvista ta’ servizz li tkun taxxabbli fi Stat Membru għajr dak li fih ikun stabbilit il-fornitur:;
Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tissottometti mingħajr dewmien żejjed lill-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun stabbilita jew identifikata għall-finijiet tal-VAT, id-data li ġejja dwar kull provvista u trasferiment ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-Artikolu 138, fuq kull akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 20 u kull provvista ta’ servizz li tkun taxxabbli fi Stat Membru għajr dak li fih ikun stabbilit il-fornitur:;
Id-data msemmija fl-Artikolu 262(1) għandha tiġi trażmessa għal kull tranżazzjoni individwali mwettqa mill-persuna taxxabbli mhux aktar tard minn jumejn xogħol wara l-ħruġ tal-fattura, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. Id-data għandha tiġi trażmessa mill-persuna taxxabbli jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-mezzi elettroniċi għas-sottomissjoni ta’ tali data.
Id-data msemmija fl-Artikolu 262(1) għandha tiġi trażmessa għal kull tranżazzjoni individwali mwettqa mill-persuna taxxabbli mhux aktar tard minn tlett ijiem xogħol wara d-data tad-dħul fil-kotba tal-kontabilità tal-persuna taxxabbli, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. Id-data għandha tiġi trażmessa mill-persuna taxxabbli jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-mezzi elettroniċi għas-sottomissjoni ta’ tali data.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trażmissjoni tad-data minn fatturi elettroniċi bl-użu ta’ formati oħra tad-data li jiżguraw l-interoperabbiltà mal-Istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trażmissjoni mingħajr ħlas tad-data minn fatturi elettroniċi bl-użu ta’ formati oħra tad-data li jiżguraw l-interoperabbiltà mal-Istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika.
2a. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal xiri relatat mad-difiża eżentat skont l-Artikoli 143 u 151.
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271a – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tagħhom jibagħtu b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom data dwar il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi magħmula bi ħlas lil persuni taxxabbli oħra fit-territorju tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tagħhom jibagħtu b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom data dwar il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi magħmula bi ħlas lil persuni taxxabbli oħra fit-territorju tagħhom u data dwar il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi għall-kunsiderazzjoni magħmula disponibbli lilhom minn persuni taxxabbli oħra.
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271a – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tagħhom jibagħtu b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom data dwar tranżazzjonijiet taxxabbli għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 262.
imħassar
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271b – paragrafu 1
Fejn Stat Membru jeħtieġ li jibgħat id-data skont l-Artikolu 271a, il-persuna taxxabbli, jew parti terza f’isem il-persuna taxxabbli, għandha tittrażmetti dik id-data fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sa mhux aktar tard minn jumejn xogħol wara litinħareġ il-fattura, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trażmissjoni ta’ data minn fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skontid-Direttiva 2014/55/UE.
Fejn Stat Membru jeħtieġ li jibgħat id-data skont l-Artikolu 271a, il-persuna taxxabbli, jew parti terza f’isem il-persuna taxxabbli, għandha tittrażmetti dik id-data fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sa mhux aktar tard minn ħamestijiem xogħol wara d-data tad-dħul fil-kotba tal-kontabilità tal-persuna taxxabbli, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trażmissjoni ta’ data minn fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika msemmi fid-Direttiva 2014/55/UE li jkopri standards semantiċi u sintattiċi, iżda mhux modi ta’ trażmissjoni.
Għal tranżazzjonijiet bejn in-negozju u l-konsumatur u tranżazzjonijiet ma’ operaturi mhux tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trażmissjoni tad-data, li mhux bilfors jittieħdu minn fatturi elettroniċi bl-użu ta’ formati oħra tad-data.
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271c – paragrafu 1
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ rappurtar domestiku stabbiliti f’din it-Taqsima. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aktar miżuri ta’ armonizzazzjoni u, jekk jitqies meħtieġ, għandha tagħmel proposta xierqa għal tali miżuri.;
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2034, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ rappurtar domestiku stabbiliti f’din it-Taqsima.
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 18 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 273 – paragrafu 1
L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħra li huma jqisu meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni, soġġett għar-rekwiżit ta’ trattament indaqs bejn tranżazzjonijiet domestiċi u tranżazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u dment li dawn l-obbligi, fil-kummerċ bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri.
L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħra li huma jqisu meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni, soġġett għall-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament indaqs bejn tranżazzjonijiet domestiċi u tranżazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u dment li dawn l-obbligi, fil-kummerċ bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2024.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2025 għall-kumpaniji b’aktar minn 250 impjegat u mill-1 ta’ Jannar 2026 għall-kumpaniji l-oħra kollha.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2026.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2027.
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Rieżami
(1) Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-punt uniku ta’ servizz tal-VAT lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.Ir-rapport għandu, b’mod partikolari:
(a) janalizza l-effettività tal-punt uniku ta’ servizz tal-VAT u jidentifika n-nuqqasijiet li fadal;
(b) jesplora l-merti ta’ estensjoni ulterjuri tal-punt uniku ta’ servizz tal-VAT għall-oqsma li fadal ta’ tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur li għadhom ma humiex koperti;
(c) jesplora l-merti tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt uniku ta’ servizz biex ikopri wkoll it-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju;
(d) jesplora oqsma biex jiġu ssimplifikati aktar il-proċeduri għal kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u b’hekk tiġi mħeġġa l-integrazzjoni tas-suq uniku.
Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.