Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0196(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0339/2023

Testi mressqa :

A9-0339/2023

Dibattiti :

PV 21/11/2023 - 2
CRE 21/11/2023 - 2

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2023 - 8.13
CRE 22/11/2023 - 8.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2023)0424

Testi adottati
PDF 122kWORD 47k
L-Erbgħa, 22 ta' Novembru 2023 - Strasburgu
Użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
P9_TA(2023)0424A9-0339/2023

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 (COM(2022)0305 – C9-0207/2022 – 2022/0196(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0305),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0207/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta’ Marzu 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, u l-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0339/2023),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 100, 16.3.2023, p. 137.
(2) ĠU C 188, 30.5.2023, p. 43.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Frar 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza