Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa fis-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri (COM(2023)0256 – C9-0178/2023 – 2023/0155(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Madankollu, l-ispeċifiċitajiet tas-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri bit-triq ma humiex kondiviżi mit-trasport tal-merkanzija bit-triq jew mis-settur tat-trasport regolari tal-passiġġieri bit-triq. It-trasport okkażjonali tal-passiġġieri bit-triq huwa kkaratterizzat minn staġjonalità għolja u tul ta’ ħin differenti mqatta’ fuq sewqan li jiddependi fuq l-attivitajiet turistiċi li jwettqu l-passiġġieri. Jeħtieġ li jakkomoda talbiet mhux skedati u għal għarrieda mingħand il-passiġġieri f’termini ta’ waqfiet addizzjonali u bidliet fir-rotta jew fl-iskeda, kull fejn ikun fattibbli. It-trasport okkażjonali tal-passiġġieri bit-triq ġeneralment jinvolvi inqas ħin tas-sewqan meta mqabbel mat-trasport tal-merkanzija jew mas-servizzi regolari tax-xarabank. Barra minn hekk, is-sewwieqa normalment jorqdu fil-lukandi, u rari jsuqu billejl. Min-naħa l-oħra, is-sewwieqa matul il-ħin tax-xogħol jistgħu jkunu soġġetti għal xi attivitajiet addizzjonali, li spiss jirriżultaw minn interazzjonijiet mal-passiġġieri.
(3) Madankollu, l-ispeċifiċitajiet tas-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri bit-triq ma humiex kondiviżi mit-trasport tal-merkanzija bit-triq jew mis-settur tat-trasport regolari tal-passiġġieri bit-triq. It-trasport okkażjonali tal-passiġġieri bit-triq huwa kkaratterizzat minn staġjonalità għolja u tul ta’ ħin differenti mqatta’ fuq sewqan kif ukoll distanzi ta’ sewqan differenti li jiddependu fuq l-attivitajiet turistiċi li jwettqu l-passiġġieri. Jeħtieġ li jakkomoda l-ħtiġijiet tal-passiġġieri, bħal rikjesti mhux skedati u għal għarrieda mingħand il-passiġġieri għal waqfiet addizzjonali u bidliet fir-rotta jew fl-iskeda, kull fejn ikun fattibbli. It-trasport okkażjonali tal-passiġġieri bit-triq ġeneralment jinvolvi inqas ħin tas-sewqan meta mqabbel mat-trasport tal-merkanzija jew mas-servizzi regolari tax-xarabank. Barra minn hekk, is-sewwieqa normalment jorqdu fil-lukandi, u rari jsuqu billejl. Min-naħa l-oħra, is-sewwieqa matul il-ħin tax-xogħol jistgħu jkunu soġġetti għal xi attivitajiet addizzjonali, li spiss jirriżultaw minn interazzjonijiet mal-passiġġieri.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Ir-regoli aktar flessibbli fl-iskedar tal-pawżi u tal-perjodi ta’ mistrieħ tas-sewwieqa involuti fis-servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq jenħtieġ li bl-ebda mod ma jipperikolaw is-sikurezza tas-sewwieqa, ma jipperikolaw is-sikurezza fit-toroq, ma jżidu l-livell ta’ għeja tas-sewwieqa jew iwasslu għal deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Għalhekk, tali flessibbiltà jenħtieġ li ma tibdilx ir-regoli attwali dwar il-pawżi minimi totali, dwar il-perjodi massimi ta’ sewqan kuljum u fil-ġimgħa u dwar il-ħin massimu ta’ sewqan kull ġimagħtejn.
(6) Ir-regoli aktar flessibbli fl-iskedar tal-pawżi u tal-perjodi ta’ mistrieħ tas-sewwieqa involuti fis-servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq jenħtieġ li bl-ebda mod ma jipperikolaw is-sikurezza tas-sewwieqa, ma jipperikolaw is-sikurezza fit-toroq, ma jżidu l-livell ta’ għeja tas-sewwieqa jew iwasslu għal deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Għalhekk, tali flessibbiltà jenħtieġ li ma tibdilx ir-regoli attwali dwar il-pawżi minimi totali, dwar il-perjodi massimi ta’ sewqan kuljum u fil-ġimgħa, dwar il-ħin massimu ta’ sewqan kull ġimagħtejn u dwar il-ħin tax-xogħol massimu.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Aktar flessibbiltà fl-iskedar ta’ pawżi għal sewwieqa involuti f’servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq jenħtieġ li ma tipprevjenix lil dawk is-sewwieqa milli jieħdu pawżi tad-durata minima meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jistrieħu kif suppost. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita durata minima għal kull pawża. Għaldaqstant, is-sewwieqa involuti f’servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq jenħtieġ li jitħallew jaqsmu l-pawża obbligatorja tagħhom fi tliet pawżi separati ta’ mill-inqas 15-il minuta kull waħda, minbarra l-possibbiltà l-oħra li jaqsmu pawża.
(8) Aktar flessibbiltà fl-iskedar ta’ pawżi għal sewwieqa involuti f’servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq jenħtieġ li bl-ebda mod ma tikkawża għeja jew stress ulterjuri għas-sewwieqa u jenħtieġ li jiġi żgurat li dawn jieħdu pawżi tad-durata minima meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jistrieħu kif suppost u biżżejjed. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita durata minima għal kull pawża. Għaldaqstant, is-sewwieqa involuti f’servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq jenħtieġ li jitħallew jaqsmu l-pawża obbligatorja tagħhom f’żewġ pawżi separati ta’ mill-inqas 15-il minuta kull waħda, filwaqt li jirrispettaw id-durata minima totali ta’ mistrieħ meħtieġa ta’ 45 minuta. Jenħtieġ liaktar flessibbiltà fit-tqassim ta’ dawn il-pawżi, madankollu, ma tipprevjenix lis-sewwieqa milli jkollhom pawżi itwal mid-durata minima meħtieġa jew milli jieħdu pawżi addizzjonali.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Sabiex jiġi żgurat li flessibbiltà akbar fl-iskedar tal-perjodi ta’ mistrieħ tas-sewwieqa involuti f’servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma tiġix abbużata, huwa essenzjali li jiġi ddefinit b’mod ċar l-ambitu ta’ tali flessibbiltà u wkoll li jiġu previsti kontrolli xierqa. Għalhekk, is-sewwieqa jenħtieġ li jkunu jistgħu jipposponu l-bidu tal-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum tagħhom għal perjodu massimu ta’ siegħa jew sagħtejn, f’każijiet fejn il-perjodu ta’ sewqan għal dak il-jum ma jkunx qabeż il-5 jew is-7 sigħat rispettivament, u jenħtieġ li jipposponu l-bidu biss meta jwettqu vjaġġi ta’ 8 ijiem jew aktar. Tali flessibbiltà jenħtieġ li tiġi limitata ulterjorment għal waħda biss minn kull deroga matul il-perjodu tat-tour. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tali ċirkostanzi jiġu kkontroverifikati b’kopja stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew mill-iskeda tax-xift, minbarra r-rekords tat-takografu.
(9) Sabiex jiġi żgurat li flessibbiltà akbar fl-iskedar tal-perjodi ta’ mistrieħ tas-sewwieqa involuti f’servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma tiġix abbużata, huwa essenzjali li jiġi ddefinit b’mod ċar l-ambitu ta’ tali flessibbiltà u wkoll li jiġu previsti kontrolli xierqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti appoġġati mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA). Għalhekk, is-sewwieqa jenħtieġ li jkunu jistgħu jipposponu l-bidu tal-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum tagħhom għal perjodu massimu ta’ siegħa, f’każijiet fejn il-perjodu ta’ sewqan għal dak il-jum ma jkunx qabeż il-5 jew is-7 sigħat rispettivament, u jenħtieġ li jipposponu l-bidu biss meta jwettqu vjaġġi ta’ 6 ijiem jew aktar. Għal vjaġġi ta’ mill-inqas 6 ijiem, jenħtieġ li s-sewwieqa jitħallew jipposponu darba l-mistrieħ tagħhom ta’ kuljum b’siegħa. Tali flessibbiltà jenħtieġ li ma tipperikolax is-sikurezza fit-toroq u jenħtieġ li tiġi limitata matul il-perjodu tat-tour. Bl-intenzjoni ta’ infurzar effettiv u effiċjenti u sabiex tali ċirkostanzi jiġu kontroverifikati, jenħtieġ li tiġi rreġistrata formola diġitali tal-vjaġġ qabel il-bidu tal-vjaġġ minbarra r-rekords tat-takografu u l-kopja stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew mill-iskeda tax-xift.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Il-limitazzjoni tal-possibbiltà li l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jiġi pospost għal massimu ta’ 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa esklużivament għal servizzi internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri għandha impatt negattiv f’termini ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjoni u ġusta bejn l-operaturi, speċjalment bejn l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Is-servizzi nazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri jistgħu jipprovdu wkoll is-servizzi tagħhom bl-istess kundizzjonijiet tas-servizzi internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri f’termini tad-distanza vvjaġġata jew id-durata jew is-servizzi mogħtija lill-passiġġieri. Għalhekk, is-servizzi nazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll minn tali possibbiltà.
(10) Il-limitazzjoni tal-possibbiltà li l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jiġi pospost għal massimu ta’ 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa esklużivament għal servizzi internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri għandha impatt negattiv f’termini ta’ trattament ugwali u ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjoni u ġusta bejn l-operaturi, speċjalment bejn l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Is-servizzi nazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri jistgħu jipprovdu wkoll is-servizzi tagħhom bl-istess kundizzjonijiet tas-servizzi internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri f’termini tad-distanza vvjaġġata jew id-durata jew is-servizzi mogħtija lill-passiġġieri. Għalhekk, is-servizzi nazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll minn tali possibbiltà.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv u effiċjenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri u rekwiżiti ta’ kontroll imtejba, li jisfruttaw bis-sħiħ l-għodod diġitali. Sabiex ikunu jistgħu jsiru verifiki fuq id-deroga li jiġi pospost il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-possibbiltà li l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jiġi pospost għal massimu ta’ 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa, jenħtieġ li tiġi rreġistrata elettronikament formola diġitali tal-vjaġġ minbarra r-rekords tat-takografu u l-kopja mit-tagħmir tar-reġistrazzjoni jew l-iskeda tax-xift. Il-formoli diġitali jenħtieġ li jkunu aċċessibbli f’ħin reali waqt il-verifiki mal-ġenb tat-triq u jintużaw biss għall-kontrolli tal-konformità u l-infurzar. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa interfaċċa multilingwi abbażi tas-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) biex l-operaturi jkunu jistgħu jtellgħu l-formoli diġitali tal-vjaġġ tagħhom.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10b (ġdida)
(10b) Sabiex jiġu ggarantiti servizzi okkażjonali effiċjenti u ta’ kwalità għolja tat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sewqan għas-sewwieqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport ta’ valutazzjoni sentejn wara li jiġu adottati dawn ir-regoli l-ġodda sabiex jiġi studjat l-effett tagħhom fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-attrattività tas-settur kif ukoll biex jiġi evlawat l-infurzar ta’ dawn ir-regoli. Meta rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi miżuri ġodda abbażi tas-sejbiet tar-rapport.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a) L-infurzar xieraq tar-regoli huwa prekundizzjoni għal suq uniku funzjonali u r-rispett tal-interessi tas-sewwieqa, tal-passiġġieri u tan-negozji. Is-Sħab Soċjali fil-livell Ewropew u dak nazzjonali jista’ jkollhom rwol essenzjali fl-infurzar tar-regolamenti eżistenti dwar il-ħin tas-sewqan u tax-xogħol tal-ħaddiema tat-trasport bit-triq, inklużi s-sewwieqa ta’ servizzi okkażjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni mas-Sħab Soċjali u l-awtoritajiet tal-infurzar u bejniethom, bl-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta’ linji gwida u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti lis-Sħab Soċjali f’dan ir-rigward. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, wara li tirċievi inputs mill-partijiet ikkonċernati interessati, għandha tħejji linji gwida biex tippromwovi approċċ komuni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, bil-għan li tistabbilixxi interpretazzjoni komuni mill-awtoritajiet ta’ infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 11b (ġdida)
(11b) Sabiex ikun jista’ jsir infurzar xieraq ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida li temenda r-Regolament (UE) Nru 165/2014 u leġiżlazzjoni rilevanti oħra b’tali mod li tiffaċilita l-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet ta’ kontroll, sabiex it-takografu intelliġenti jirreġistra wkoll jekk il-vettura tkunx intużat għat-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri, kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 561/2006, u, jekk il-ġarr tal-passiġġieri jkunx regolari jew okkażjonali.
Għal sewwieq involut f’servizz okkażjonali tal-passiġġieri, il-pawża msemmija fl-ewwel paragrafu tista’ tiġi sostitwita wkoll bi tliet pawżi ta’ mill-inqas 15-il minuta kull waħda, imqassma matul il-perjodu ta’ sewqan imsemmi fl-ewwel paragrafu, b’tali mod li jkun hemm konformità mal-ewwel paragrafu.;
Għal sewwieq involut f’servizz okkażjonali tal-passiġġieri, il-pawża msemmija fl-ewwel paragrafu tista’ tiġi sostitwita wkoll b’żewġ pawżi, ta’ mill-inqas 15-il minuta kull waħda, imqassma matul il-perjodu ta’ sewqan imsemmi fl-ewwel paragrafu, b’tali mod li jkun hemm konformità mal-ewwel paragrafu.;
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 2a – subparagrafu 1
2a. Sakemm is-sikurezza fit-toroq ma tkunx b’hekk ipperikolata, sewwieq involut f’servizz okkażjonali tal-passiġġieri b’durata ta’ mill-inqas 8 ijiem jista’ jidderoga mill-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, bil-modi li ġejjin:
2a. Sakemm is-sikurezza fit-toroq u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieq ma jkunux b’hekk ipperikolati, sewwieq involut f’servizz okkażjonali tal-passiġġieri wieħed akkumpanjat minn formola ta’ vjaġġ wieħed, b’durata ta’ mill-inqas 6 ijiem jista’ jidderoga mill-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, billi jipposponi l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum b’mhux aħjar minn siegħa, diment li l-ħin tas-sewqan totali akkumulat għal dak il-jum ma jkunx qabeż is-7 sigħat u li l-ħin tax-xogħol massimu ta’ kuljum taħt il-liġi applikabbli jkun ġie rispettat:
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt a
(a) il-posponiment tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum b’mhux aktar minn siegħa, diment li l-ħin ta’ sewqan akkumulat totali għal dak il-jum ma jkunx qabeż is-7 sigħat;
imħassar
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt b
(b) il-posponiment tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum b’mhux aktar minn sagħtejn, diment li l-ħin ta’ sewqan akkumulat totali għal dak il-jum ma jkunx qabeż il-5 sigħat.
imħassar
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 2a – subparagrafu 2
Kull waħda mid-derogi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), tista’ tintuża darba biss matul il-vjaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Tali deroga tista’ tintuża darba biss matul il-vjaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 6a – subparagrafu 1 – punt a
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid) Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 6a – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ba) fil-paragrafu 6a, l-ewwel subparagrafu, jiddaħħal il-punt li ġej:
(ab) formola diġitali tal-vjaġġ bl-informazzjoni kollha meħtieġa stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tkun ġiet irreġistrata elettronikament qabel il-bidu tal-vjaġġ;
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid) Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 6a – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(bb) fil-paragrafu 6a, l-ewwel subparagrafu, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
(e) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll speċifiċi fis-settur tat-trasport bit-triq, li jisfruttaw bis-sħiħ l-għodod diġitali;
(f) Sabiex jitħallew isiru verifiki fuq id-deroga li jiġi pospost il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-possibbiltà li jiġi pospost il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa sa massimu ta’ 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa li jitwettqu matul l-ispezzjonijiet mal-ġenb tat-triq, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżviluppa interfaċċa multilingwi, li l-operaturi jkollhom aċċess għaliha u li permezz tagħha għandhom jissottomettu l-formoli elettroniċi tal-vjaġġ qabel il-bidu tiegħu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ tesplora wkoll il-possibbiltà li tiżviluppa modulu ġdid wieħed jew aktar għall-IMI.
(g) Biex jiġi ffaċilitat il-kontroll tal-konformità mar-regoli ta’ deroga ta’ 12-il jum stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-kotba tal-formoli tal-vjaġġi speċifikati fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, għandhom jiġu ssostitwiti b’formoli elettroniċi tal-vjaġġi fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tad-deroga emendata. Il-forma elettronika għandha tinkludi l-karatteristiċi kollha speċifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009;
(h) L-operatur jiżgura li s-sewwieq għandu għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħha formola elettronika tal-vjaġġ u obbligu li s-sewwieq għandu jżommha u jagħmilha disponibbli meta jintalab mal-ġenb tat-triq, u kopja tal-formola elettronika tal-vjaġġ sottomessa permezz tal-IMI qabel il-bidu tal-vjaġġ. Il-formola għandha tkun aċċessibbli f’ħin reali u użata unikament għall-iskop tal-kontrolli u l-infurzar.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bc (ġdid) Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 6a – subparagrafu 2
(bc) Fil-paragrafu 6(a), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib u regolarment l-użu li jsir minn din id-deroga biex tiżgura l-preservazzjoni tas-sikurezza fit-toroq taħt kundizzjonijiet stretti ħafna, b’mod partikolari billi tiċċekkja li l-ħin ta’ sewqan totali akkumulat matul il-perjodu kopert mid-deroga ma jkunx eċċessiv u ma jikkontribwixxix għall-għeja u l-istress tas-sewwieq, u b’kont meħud ukoll tas-sewqan professjonali addizzjonali u ta’ attivitajiet oħra li jkunu wettqu s-sewwieqa. Sal-4 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jevalwa l-konsegwenzi tad-deroga fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq kif ukoll l-aspetti soċjali. Jekk tqis li dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament f’dan ir-rigward.
Il-Kummissjoni għandha, sa [sena wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ] tippreżenta l-proposti leġiżlattivi li tqis meħtieġa biex temenda r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u leġiżlazzjoni rilevanti oħra sabiex tqis dan ir-Regolament b’mod li t-takografi intelliġenti joffru l-għażliet “servizz regolari tal-passiġġieri” u “servizz okkażjonali tal-passiġġieri” għall-għażla tas-servizzi tax-xarabanks kif xieraq għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
_____________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).