Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 14 ta' Ġunju 2023 - Strasburgu
Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Tajlandja
 Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Tajlandja
 Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Malażja
 Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Malażja
 Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd UE/Mauritius: protokoll ta’ implimentazzjoni
 Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
 Il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji
 L-iżgurar tas-sigurtà alimentari u r-reżiljenza fit-tul tal-agrikoltura tal-UE
 Traineeships ta’ kwalità fl-UE

Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Tajlandja
PDF 122kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra (11908/2022 – C9-0429/2022 – 2022/0252(NLE))
P9_TA(2023)0231A9-0191/2023

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11908/2022),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iii), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0429/2022),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023 (2) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0191/2023),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u r-Renju tat-Tajlandja.

(1) ĠU L 330, 23.12.2022, p. 72.
(2) Testi adottati, P9_TA(2023)0232.


Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Tajlandja
PDF 174kWORD 50k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra (11908/2022 – C9-0429/2022 – 2022/0252M(NLE))
P9_TA(2023)0232A9-0193/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11908/2022),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iii), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0429/2022),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku” (JOIN(2021)0024) u tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Global Gateway” (JOIN(2021)0030),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku(2) u tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar l-istrateġija għall-Indo-Paċifiku fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja maqbula fis-summit kommemorattiv UE-ASEAN li sar fl-14 ta’ Diċembru 2022 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN(4),

–  wara li kkundisra l-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malażja, il-Filippini, Singapore u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, iffirmat fis-7 ta’ Marzu 1980, li jikkostitwixxi l-qafas legali għar-relazzjonijiet UE-ASEAN(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2015 dwar is-sitwazzjoni fit-Tajlandja(6) u tas-6 ta’ Ottubru 2016 dwar it-Tajlandja, b’mod partikolari s-sitwazzjoni ta’ Andy Hall(7),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tajlandja tal-14 ta’ Ottubru 2019,

–  wara li kkunsidra t-12-il laqgħa Interparlamentari UE-Tajlandja, li saret b’mod remot fit-8 ta’ Diċembru 2022,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet dwar l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966, li t-Tajlandja hija Stat firmatarju tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-15 ta’ Diċembru 1989, li jimmira lejn l-abolizzjoni tal-piena kapitali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat tat-23 ta’ Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-10 ta’ Diċembru 1984 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta’ Lulju 1998,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Is-saħħa tas-sħubijiet tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust” (COM(2022)0409),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0193/2023),

A.  billi r-reġjun Indo-Paċifiku fih sħab politiċi, kummerċjali u ta’ sigurtà dejjem aktar importanti għall-UE, inkluża t-Tajlandja; billi reġjun Indo-Paċifiku ħieles, konness u stabbli bbażat fuq regoli u rispett għad-dritt internazzjonali, f’konformità mal-prinċipji u l-istandards Ewropej, huwa mixtieq ħafna għas-sigurtà u l-interessi tal-UE;

B.  billi t-Tajlandja hija membru fundatur tal-ASEAN; billi l-ewwel summit li qatt sar bejn il-mexxejja tal-UE u l-Istati Membri tal-ASEAN, li sar fl-14 ta’ Diċembru 2022, immarka 45 sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u l-ASEAN u kkonferma mill-ġdid l-impenn reċiproku tagħhom favur is-sħubija strateġika tagħhom;

C.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tajlandja huma mibnija fuq rabtiet politiċi, ekonomiċi u kulturali li ilhom jeżistu;

D.  billi l-kooperazzjoni attwali tal-UE u tat-Tajlandja hija bbażata fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni UE-ASEAN tal-1980;

E.  billi fl-2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim individwali ta’ sħubija u kooperazzjoni (FSK) mat-Tajlandja;

F.  billi l-UE u t-Tajlandja temmew in-negozjati dwar FSK f’Marzu 2013, iżda l-kolp ta’ stat militari fit-Tajlandja fl-2014 waqqaf il-proċess u konsegwentement dewwem l-elezzjoni ta’ gvern ċivili sal-2019;

G.  billi wara l-elezzjonijiet ta’ Marzu 2019 fit-Tajlandja, il-Kunsill iddikjara fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ottubru 2019 li kien xieraq li l-UE tieħu passi lejn it-twessigħ tal-involviment tagħha mat-Tajlandja billi tħejji għall-iffirmar f’waqtu tal-FSK;

H.  billi n-negozjati mġedda dwar il-FSK ġew konklużi fil-11 ta’ Ġunju 2022;

I.  billi t-Tajlandja hija kemm vulnerabbli ħafna għat-tibdil fil-klima kif ukoll produttur relattivament kbir ta’ emissjonijiet globali; billi fis-26 Konferenza tal-Partijiet dwar it-Tibdil fil-Klima tan-NU (COP26), it-Tajlandja wiegħdet li tikseb in-newtralità karbonika sal-2050;

J.  billi l-UE u t-Tajlandja għandhom l-għan li jistabbilixxu sħubija moderna, wiesgħa u ta’ benefiċċju reċiproku, ibbażata fuq interessi u prinċipji kondiviżi; billi, huma jaffermaw mill-ġdid permezz tal-FSK ir-rispett tagħhom għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-1948;

K.  billi t-Tajlandja kienet fost l-ewwel pajjiżi li ffirmaw id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, iżda r-rekord ġenerali tagħha tad-drittijiet tal-bniedem għadu problematiku;

L.  billi t-Tajlandja kklassifikat fid-79 post fl-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2021 u n-nisa Tajlandiżi għadhom sottorappreżentati ħafna fl-impjiegi u fil-politika, għalkemm il-pajjiż ra inverżjoni tad-disparità bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni għolja, billi kklassifika fl-ewwel post fid-dinja għall-proporzjon ta’ studenti bejn in-nisa u l-irġiel;

M.  billi l-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar l-Għajbien Furzat jew Involontarju rreġistra 76 każ pendenti ta’ għajbien furzat fit-Tajlandja;

N.  billi l-piena tal-mewt għadha tiġi applikata fit-Tajlandja, minkejja li r-raba’ Pjan Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-pajjiż (2019-2023) fih impenn favur l-abolizzjoni tal-piena kapitali; billi t-Tajlandja mhix firmatarja tat-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi bil-għan li tiġi abolita l-piena tal-mewt;

O.  billi t-Tajlandja mhijiex firmatarja tal-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati tal-1951 jew tal-Protokoll tagħha tal-1967, u hija nieqsa minn qafas legali domestiku biex speċifikament tirrikonoxxi u tipprovdi protezzjoni lir-rifuġjati, b’mod partikolari lil dawk mill-Myanmar, li, b’mod regolari, jew huma ristretti għal kampijiet jew jiffaċċjaw arrest arbitrarju, detenzjoni jew deportazzjoni furzata lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, bi ksur tad-dritt għall-ażil u l-prinċipju ta’ non-refoulement;

P.  billi l-Gvern Tajlandiż reċentement irrestrinġa d-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda, inkluż bl-arrest arbitrarju ta’ attivisti favur id-demokrazija u mexxejja tal-oppożizzjoni, u fl-2022 introduċa abbozz ta’ liġi biex jikkontrolla b’mod strett l-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili;

Q.  billi t-Tajlandja għadha ma rratifikatx il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv; billi fil-prattika, il-mexxejja tal-unions u l-ħaddiema spiss jiffaċċjaw akkużi kriminali jew jitkeċċew minħabba l-attività tal-unjoni tagħhom; billi ssir diskriminazzjoni kontra aktar minn żewġ miljun ħaddiem migrant fil-pajjiż u ma jgawdux l-istess drittijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema lokali, inkluż id-dritt li jorganizzaw ruħhom;

R.  billi aktar minn nofs il-bastimenti tas-sajd tad-dinja joperaw fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, li waħdu jirrappreżenta madwar 12 % tas-sajd tad-dinja; billi l-UE hija involuta fi djalogu mat-Tajlandja u waqqfet grupp ta’ ħidma dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) fil-pajjiż; billi minkejja r-riformi stabbiliti mill-gvern fl-industrija tas-sajd, ħafna ħaddiema migranti fit-Tajlandja għadhom soġġetti għal xogħol furzat;

S.  billi t-Tajlandja hija l-produttur ewlieni fid-dinja tat-tonn fil-laned u l-kompetitur ewlieni tal-UE f’dan is-settur; billi ftehim ta’ kummerċ ħieles mat-Tajlandja jista’ jkun ta’ theddida serja għall-industrija tal-ħut u tal-frott tal-baħar fil-laned tal-UE, li hija ta’ importanza kruċjali għal għadd ta’ reġjuni kostali minħabba r-rwol ewlieni tagħha fil-ġenerazzjoni tal-ġid u l-impjiegi u fil-provvista ta’ impjiegi li jirrikjedu ħafna ħaddiema għan-nisa;

T.  billi l-UE u r-reġjun tal-ASEAN huma t-tielet l-akbar sħab kummerċjali ta’ xulxin, billi l-UE hija r-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tat-Tajlandja u t-tieni l-akbar investitur fit-Tajlandja;

U.  billi n-negozjati bejn l-UE u t-Tajlandja dwar ftehim bilaterali ta’ kummerċ ħieles (FTA) bdew fl-2013, iżda l-UE ssospendiet in-negozjati fl-2014; billi l-UE u t-Tajlandja nedew mill-ġdid in-negozjati fil-15 ta’ Marzu 2023;

L-impenn tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku

1.  Jenfasizza l-fatt li t-Tajlandja hija sieħba importanti fir-reġjun Indo-Paċifiku, li sar waħda mill-prijoritajiet ġeopolitiċi tal-UE;

2.  Jissottolinja l-impenn tal-UE favur reġjun Indo-Paċifiku ħieles, miftuħ u bbażat fuq ir-regoli; itenni li l-istrateġija Indo-Paċifika l-ġdida tal-UE jeħtieġ li tiġi implimentata malajr biex toffri lis-sħab tal-UE fir-reġjun opportunità biex jindirizzaw l-isfidi komuni flimkien, biex jiddefendu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u biex jiddefendu l-valuri u l-prinċipji kondiviżi mill-UE-ASEAN; huwa favur kooperazzjoni aktar b’saħħitha mal-pajjiżi fir-reġjun, inkluż b’mod partikolari mal-pajjiżi tal-ASEAN;

3.  Itenni s-sinifikat politiku ta’ relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom, ibbażati fuq valuri u prinċipji kondiviżi, bejn l-ASEAN u l-UE b’mod ġenerali, u bejn it-Tajlandja u l-UE b’mod partikolari; jilqa’ s-summit UE-ASEAN ta’ Diċembru 2022 u l-impenn li din is-sħubija strateġika tkompli tiġi approfondita;

4.  Itenni t-talba tiegħu għall-implimentazzjoni rapida tal-istrateġija tal-Global Gateway tal-UE b’koordinazzjoni mal-istrateġija għall-Indo-Paċifiku; jenfasizza ċ-ċentralità ġeopolitika ta’ dan l-approċċ, li jintegra dimensjonijiet orjentati lejn l-iżvilupp sostenibbli, trasformattivi, li jsaħħu r-reżiljenza u bbażati fuq il-valuri f’approċċ ta’ Tim Ewropa; jilqa’ t-tħabbira ta’ pakkett finanzjarju ta’ EUR 10 biljun biex jiġu aċċellerati l-investimenti fl-infrastruttura fil-pajjiżi tal-ASEAN bl-għan li tinbena sħubija ġdida u ekonomikament sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u l-konnettività sostenibbli;

5.  Jinnota li r-reġjun tal-ASEAN huwa wieħed mill-aktar vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-inizjattiva tat-Tim Ekoloġiku Ewropa biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ekoloġika fil-pajjiżi tal-ASEAN; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tar-rwol tat-Tajlandja bħala l-Koordinatur tal-ASEAN dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli;

6.  Jinnota li l-appoġġ tas-sħab fir-reġjun Indo-Paċifiku kien u għadu siewi ħafna fir-rigward tal-votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali tan-NU relatata mal-gwerra mhux ġustifikata, mhux provokata u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’ l-fatt li t-Tajlandja vvutat favur ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU biex tikkundanna l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u japprezza l-għajnuna umanitarja pprovduta mit-Tajlandja lill-Ukrajna; iħeġġeġ lit-Tajlandja tippromwovi r-rispett għad-dritt internazzjonali, tappoġġja lill-Ukrajna u tieħu pożizzjoni ċara kontra l-gwerra ta’ aggressjoni Russa anke fil-qafas tal-ASEAN;

Il-FSK bejn l-UE u t-Tajlandja

7.  Jafferma mill-ġdid l-importanza li l-UE tagħti lir-relazzjonijiet mat-Tajlandja; jilqa’ l-konklużjoni tal-FSK, li se jipprovdi qafas legali għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bilaterali li ilhom jeżistu u l-kollaborazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ tħassib globali u jirrappreżenta pass importanti lejn it-tisħiħ tar-rwol tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku;

8.  Jinnota li l-FSK huwa ftehim komprensiv u modern u se jagħmilha possibbli li nimxu lejn mudelli ġodda ta’ tkabbir u żvilupp sostenibbli u li nirreaġixxu aħjar għall-isfidi attwali f’għadd kbir ta’ oqsma ta’ politika, inklużi l-ambjent, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-trasport, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-kummerċ, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, il-migrazzjoni, il-kultura, in-nonproliferazzjoni nukleari, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

9.  Jesprimi t-tama li l-konklużjoni tal-FSK se tipprovdi impetu qawwi għal kooperazzjoni akbar bejn l-UE u t-Tajlandja għall-benefiċċju taċ-ċittadini, ir-residenti, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħra tal-UE u Tajlandiżi kollha; jitlob li ċ-ċittadini kollha tal-UE jivvjaġġaw mingħajr viża lejn it-Tajlandja; jappoġġja l-ħidma lejn reġim mingħajr viża għall-ivvjaġġar lejn l-UE għaċ-ċittadini Tajlandiżi;

10.  Jilqa’ l-adozzjoni mit-Tajlandja ta’ Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, li għamilha l-ewwel pajjiż fir-reġjun Asja-Paċifiku li jinkorpora pjan bħal dan, u jitlob l-implimentazzjoni effettiva tiegħu;

11.  Jistieden lill-partijiet jimpenjaw ruħhom li jappoġġjaw l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni domestika dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva, jaqblu dwar obbligi aktar speċifiċi fid-dawl ta’ valutazzjonijiet tal-impatt sostenibbli, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, bħal dwar l-għadd ta’ investigazzjonijiet, kontrolli u azzjonijiet ta’ infurzar, u jipprovdu taħriġ jew assistenza teknika lill-kumpaniji dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva;

12.  Jenfasizza l-fatt li l-partijiet jaqblu li jikkooperaw f’oqsma ta’ interess reċiproku fl-oqsma kollha tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni; jilqa’ l-iffirmar ta’ arranġament amministrattiv fid-9 ta’ Settembru 2022 għall-kollaborazzjoni bejn l-UE u t-Tajlandja dwar ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien;

13.  Jisħaq fuq l-objettiv komuni tal-partijiet li jsaħħu r-rispons globali għat-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu u li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar politiki li jgħinu fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi; jenfasizza l-impenji tal-partijiet biex jimplimentaw b’mod effettiv il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Ftehim ta’ Pariġi;

14.  Jenfasizza li t-Tajlandja hija d-disa’ pajjiż l-aktar milqut fid-dinja fir-rigward tat-tibdil fil-klima; jilqa’ l-fatt li, fil-COP26, it-Tajlandja wiegħdet li ssaħħaħ il-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tagħha bl-għan li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha bi 30 % sal-2030; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-pajjiż fl-2022 ta’ strateġija ta’ żvilupp riveduta fit-tul b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra;

15.  Jenfasizza l-isforz tal-partijiet biex isaħħu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, inkluż dwar l-aċċess għal servizzi tal-enerġija affordabbli u sostenibbli, l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija sostenibbli u rinnovabbli u l-promozzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li tikkontribwixxi għal tranżizzjoni lejn enerġija nadifa; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet iżidu l-isforzi biex jindirizzaw l-effetti tat-tibdil fil-klima billi jadottaw u jimplimentaw politiki dwar il-klima aktar effettivi dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni;

16.  Jenfasizza li t-Tajlandja qed tiffaċċja degradazzjoni ambjentali dejjem akbar f’ħafna reġjuni, inkluż it-telf tal-bijodiversità u t-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-organiżmi selvaġġi, id-deforestazzjoni, id-deżertifikazzjoni, l-iskarsezza tal-ilma, u t-tniġġis tal-arja u tal-ilma; iħeġġeġ lill-partijiet jikkooperaw biex jindirizzaw dawn l-isfidi;

17.  Jilqa’ l-inklużjoni fil-FSK ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni dwar sistemi tal-ikel sostenibbli; jenfasizza li s-settur agrikolu għandu sensittivitajiet importanti kemm għat-Tajlandja kif ukoll għall-UE;

18.  Iqis li l-UE għandha żżomm l-impenn tagħha għal sajd sostenibbli fl-Indo-Paċifiku u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mat-Tajlandja fil-ġlieda kontra s-sajd żejjed, il-kapaċità żejda u s-sajd IUU fl-Indo-Paċifiku;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal darb’oħra żżomm f’moħħha li ftehim bilaterali ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u t-Tajlandja jrid ikun preċedut minn studji rigorużi tal-impatt fuq is-sostenibbiltà u analiżi dettaljata tar-riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali;

20.  Iħeġġeġ għal darb’oħra lill-Kummissjoni tinkludi l-ħut u l-frott tal-baħar fil-laned bħala “prodotti sensittivi” għall-finijiet ta’ negozjati kummerċjali possibbli mat-Tajlandja;

21.  Jilqa’ l-fatt li l-FSK jappoġġja l-iskambji bejn il-persuni, bħall-mobilità akkademika taħt il-programm Erasmus+, u l-iskambji tal-aħjar prattika fil-politiki taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ;

22.  Jilqa’ l-fatt li l-FSK jappoġġja l-kooperazzjoni dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; jilqa’ l-leġiżlazzjoni tat-Tajlandja għall-avvanz tad-drittijiet tan-nisa, inkluża l-adozzjoni tal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015; jistieden lill-awtoritajiet Tajlandiżi jżidu l-isforzi ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll l-isforzi biex jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jagħtu s-setgħa lin-nisa u l-bniet, b’mod partikolari n-nisa migranti, in-nisa minn żoni rurali u n-nisa li jappartjenu għal minoranzi, f’konformità mal-Artikolu 21 tal-FSK;

23.  Jenfasizza li l-Artikolu 1(1) tal-FSK jipprevedi li d-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-FSK;

24.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-ripressjoni vjolenti kontra dimostranti paċifiċi fit-Tajlandja fl-2020 u l-2021; jistieden lill-awtoritajiet Tajlandiżi jinvestigaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra d-dimostranti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Tajlandiżi jeħilsu lil dawk il-priġunieri li ġew detenuti arbitrarjament talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal għaqda paċifika;

25.  Jistieden lill-Gvern Tajlandiż jirrispetta r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tad-difensuri tad-demokrazija, tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, tal-ġurnalisti u ta’ oħrajn, jiżgura l-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda, jirrieżamina l-liġi leża maestà (delitt ta’ offiża kontra s-sovran) tal-pajjiż u jeħles minnufih lill-individwi kollha arrestati skont din il-liġi, u jirrieżamina l-Abbozz ta’ Att tiegħu dwar l-Operazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet li ma Jwettqux il-Profitt tal-2021, il-liġi tiegħu dwar il-kriminalità bil-kompjuter u l-liġi tiegħu dwar id-diffamazzjoni kriminali, f’konformità mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li t-Tajlandja ffirmat u rratifikat;

26.  Jinnota ż-żieda fil-protezzjoni li l-Att dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2015 joffri lill-komunità LGBTI; jistieden lit-Tajlandja taħdem fuq il-promozzjoni u l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-komunità LGBTI;

27.  Jinsab imħasseb ħafna dwar l-immirar bla preċedent tat-tfal skont il-liġi tal-leża maestà u jistieden lit-Tajlandja tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li l-pajjiż irratifika;

28.  Jilqa’ l-fatt li t-Tajlandja fl-2022 għaddiet l-Att dwar il-Prevenzjoni u s-Soppressjoni tat-Tortura u l-Għajbien Sfurzat bħala pass kritiku fil-ġlieda kontra t-tortura, it-trattament ħażin u l-għajbien furzat fit-Tajlandja; jiddispjaċih għall-fatt li, fl-14 ta’ Frar 2023, il-Gvern Tajlandiż approva digriet li jipposponi l-infurzar ta’ partijiet mill-att minn Frar sa Ottubru 2023; jitlob li jidħol fis-seħħ malajr u l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tiegħu; iħeġġeġ lit-Tajlandja tirratifika malajr l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;

29.  Itenni t-talbiet tiegħu li jħeġġu lit-Tajlandja tieħu passi konkreti lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, inkluż billi tiffirma u tirratifika t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, bl-għan li tiġi abolita l-piena tal-mewt; jenfasizza l-importanza tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 23 tal-FSK sabiex jiġi żgurat li l-ebda sentenza tal-mewt ma tingħata jew titwettaq fil-futur;

30.  Jitlob lit-Tajlandja tiffirma u tirratifika l-Konvenzjoni dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Tajlandiżi jwaqqfu minnufih id-deportazzjonijiet ta’ Rohingya u Ujguri etniċi u persuni oħra li jfittxu ażil, li jiksru b’mod sfaċċat l-obbligi internazzjonali fundamentali li huma vinkolanti fuq it-Tajlandja, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement; jilqa’ l-programmi ta’ għajnuna umanitarja tal-UE li jipprovdu servizzi ta’ protezzjoni u assistenza tal-kura tas-saħħa lir-rifuġjati Rohingya li jgħixu f’kampijiet tar-rifuġjati fil-pajjiż;

31.  Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Gvern Tajlandiż biex jindirizza l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati mat-traffikar u x-xogħol furzat; jibqa’, madankollu, imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema migranti;

32.  Jilqa’ l-ftehim tal-partijiet li jikkooperaw u jipprovdu assistenza teknika bl-għan li jaħdmu lejn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jistieden lit-Tajlandja tirratifika l-Konvenzjonijiet tal-ILO Nri 87, 98 u 155, tiggarantixxi b’mod effettiv id-drittijiet tal-ħaddiema li jorganizzaw u jistrajkjaw u tirrikonoxxi l-istess drittijiet għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, kif ukoll tikkoopera mal-UE dwar il-promozzjoni tar-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ konvenzjonijiet oħra aktar reċenti tal-ILO;

33.  Iħeġġeġ lit-Tajlandja tirratifika l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 tal-FSK u d-dikjarazzjoni konġunta rigward dak l-artikolu;

34.  Ifakkar li jekk xi waħda mill-partijiet tqis li l-parti l-oħra ma ssodisfatx kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħha fl-ambitu tal-FSK, b’mod notevoli fir-rigward tal-elementi essenzjali tiegħu, tista’ tieħu miżuri xierqa, inkluża s-sospensjoni tal-FSK;

35.  Jinnota li fin-negozjati tal-FTA mnedija mill-ġdid, il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħti spinta lill-kummerċ u lill-investiment billi tindirizza l-aċċess għas-suq għall-prodotti, is-servizzi, l-investiment u l-akkwist pubbliku mill-gvern; proċeduri sanitarji u fitosanitarji rapidi u effettivi; il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; u t-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ diġitali u l-kummerċ fl-enerġija u l-materja prima, filwaqt li jiġu appoġġjati livelli għoljin ta’ protezzjoni għad-drittijiet tal-ħaddiema, l-ambjent u l-kisba ta’ għanijiet klimatiċi ambizzjużi;

36.  Ifakkar li l-Artikolu 1(2) tal-FSK jikkonferma l-impenn tal-partijiet li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, li jikkooperaw biex jindirizzaw l-isfidi tat-tibdil fil-klima u l-globalizzazzjoni, u li jikkontribwixxu għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; jenfasizza l-approċċ ġdid tal-UE f’dan ir-rigward, kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Is-saħħa tas-sħubijiet tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust”;

37.  Jenfasizza li t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jiġi kkunsidrat matul kwalunkwe negozjati mat-Tajlandja;

38.  Jenfasizza li l-FTAs tal-UE jinkludu l-hekk imsejħa klawżola ta’ noneżekuzzjoni, li tipprevedi s-sospensjoni tal-preferenzi kummerċjali fil-każ ta’ ksur tal-elementi essenzjali tal-PCAs;

o
o   o

39.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tat-Tajlandja.

(1) ĠU L 330, 23. 12. 2022, p. 72.
(2) ĠU C 493, 27.12.2022, p. 32.
(3) ĠU C 47, 7.2.2023, p. 15.
(4) ĠU C 346, 27.09.2018, p. 44.
(5) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 2.
(6) ĠU C 349, 17.10.2017, p. 26.
(7) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 37.


Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Malażja
PDF 121kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11714/2022 – C9-0430/2022 – 2022/0221(NLE))
P9_TA(2023)0233A9-0190/2023

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11714/2022),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11732/2022),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iii), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0430/2022),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0190/2023),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Malażja.

(1) Testi adottati, P9_TA(2023)0234.


Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Malażja
PDF 168kWORD 52k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11714/2022 – C9-0430/2022 – 2022/0221M(NLE))
P9_TA(2023)0234A9-0194/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11714/2022),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iii) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0430/2022),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Malażja, min-naħa l-oħra (11732/2022),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku” (JOIN(2021)0024) u tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Global Gateway” (JOIN(2021)0030),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku(1) u tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar l-istrateġija għall-Indo-Paċifiku fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja maqbula fis-summit kommemorattiv bejn l-UE u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) li sar fl-14 ta’ Diċembru 2022 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malażja, il-Filippini, Singapore u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, iffirmat fis-7 ta’ Marzu 1980(4), li jikkostitwixxi l-qafas legali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN,

–  wara li kkunsidra t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-15 ta’ Diċembru 1989, li jimmira lejn l-abolizzjoni tal-piena kapitali,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tas-16 ta’ Diċembru 1966 u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-10 ta’ Diċembru 1984 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha minn Għajbien Sfurzat tat-23 ta’ Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet dwar l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Il-Konvenzjonijiet tal-ILO),

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta’ Lulju 1998,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966 u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2013 li fiha r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni UE-Malażja(5), tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar il-Malażja(6) u tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni - rapport annwali 2022(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0194/2023),

A.  billi l-UE u l-Indo-Paċifiku huma marbuta b’mod inseparabbli minħabba l-interdipendenza tal-ekonomiji tagħhom u l-isfidi globali kondiviżi tagħhom;

B.  billi l-Parlament esprima impenn qawwi biex jappoġġa lill-ASEAN bħala l-organizzazzjoni ċentrali għall-kooperazzjoni reġjonali; billi l-Malażja hija membru fundatur tal-ASEAN u kellha rwol kruċjali fl-iffaċilitar tal-progress ġenerali ta’ din l-organizzazzjoni;

C.  billi fl-2022, l-UE u l-ASEAN iċċelebraw il-45 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom; billi l-mexxejja UE-ASEAN tennew f’dikjarazzjoni konġunta maħruġa fis-summit kommemorattiv tal-14 ta’ Diċembru 2022 li l-UE u l-ASEAN kienu sħab strateġiċi b’interess komuni f’reġjun paċifiku, stabbli u prosperu;

D.  billi l-kooperazzjoni attwali bejn l-UE u l-Malażja hija bbażata fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni UE-ASEAN tal-1980; billi l-Malażja storikament kienet sieħba mill-qrib tal-UE;

E.  billi fl-2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja FSK individwali mal-Malażja;

F.  billi l-UE u l-Malażja bdew negozjati għal FSK fi Frar 2011 u kkonkludewhom fit-12 ta’ Diċembru 2015;

G.  billi fil-5 ta’ Awwissu 2016, l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-FSK ġew ippreżentati lill-Kunsill bħala ftehim “UE biss” bejn l-Unjoni Ewropea u l-Malażja; billi fis-17 ta’ Marzu 2017, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kien tal-fehma li l-FSK kellu jiġi ffirmat u konkluż bħala ftehim “imħallat”;

H.  billi filwaqt li l-Malażja qablet li l-FSK ikun imħallat, hija ppreferiet li ma tapplikax il-FSK b’mod proviżorju;

I.  billi l-UE u l-Malażja ffirmaw il-FSK fl-14 ta’ Diċembru 2022;

J.  billi l-FSK se jsaħħaħ il-kooperazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata, il-kummerċ, il-migrazzjoni, l-ambjent, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-trasport, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni, l-agrikoltura u l-kultura;

K.  billi ż-żewġ partijiet tal-FSK UE-Malażja tennew ir-rispett tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali rilevanti oħra tad-drittijiet tal-bniedem; billi r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Malażja għadu problematiku;

L.  billi l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jeħtieġ li jiżguraw li l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u tal-Istati Membri qed jiġu implimentati b’mod konsistenti fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE;

M.  billi l-gvern ta’ unità l-ġdid tal-Malażja qed jiffaċċja sfidi kbar fit-twettiq ta’ riformi demokratiċi, inkluż fil-qasam tal-istat tad-dritt, id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u biex tingħeleb il-polarizzazzjoni profonda fis-soċjetà;

N.  billi fil-Malażja, l-Att dwar is-Sedizzjoni u l-Att dwar il-Komunikazzjonijiet u l-Multimedia ntużaw, f’xi każijiet biex jillimitaw il-libertà tal-kelma, kontra membri tal-Parlament nazzjonali; billi l-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda fil-Malażja bħalissa qed tiġi attakkata, u dan l-attakk huwa megħjun mill-eżistenza ta’ liġijiet wiesgħa u fformulati b’mod vag, inkluż l-Att dwar is-Sedizzjoni, l-Att dwar l-Istamperiji u l-Pubblikazzjonijiet, u t-taqsimiet 504 u 505(b) tal-Kodiċi Penali, li jikkriminalizzaw diskors li jwassal għal ksur tat-“trankwillità pubblika”; billi skont rapporti differenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-awtoritajiet Malażjani qed jagħmlu użu dejjem akbar mill-investigazzjonijiet kriminali biex jagħtu fastidju lill-ġurnalisti, lill-attivisti tas-soċjetà ċivili, lill-akkademiċi u liċ-ċittadini ordinarji li jużaw il-midja soċjali;

O.  billi l-Malażja mhijiex firmatarja tal-Konvenzjoni dwar ir-Rifuġjati tan-NU tal-1951; billi madwar 185 000 rifuġjat u applikant għall-ażil, inkluż aktar minn 100 000 Musulman Rohingya, huma rreġistrati mal-aġenzija tar-rifuġjati tan-NU (Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati) iżda ma ngħatawx status legali; billi l-Malażja qed tiddeporta r-rifuġjati lura lejn il-Myanmar/Burma, bi ksur apparenti tad-dritt għall-asil u tal-prinċipju ta’ non-refoulement;

P.  billi l-ħaddiema migranti jikkostitwixxu madwar 20-30 % tal-forza tax-xogħol fil-pajjiż, u spiss ikunu vittmi ta’ xogħol furzat u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; billi r-rifuġjati, il-persuni li jfittxu asil u l-persuni apolidi jiffaċċjaw ukoll riskju kbir ta’ xogħol furzat, peress li huma mċaħħda mill-aċċess għal impjieg legali minħabba l-istatus tagħhom mhux rikonoxxut; billi nstabet evidenza reċenti tal-eżistenza ta’ xogħol furzat u ta’ tħaddim tat-tfal fil-Malażja;

Q.  billi l-Malażja mhix firmatarja tat-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li għandu l-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt;

R.  billi fit-3 ta’ April 2023, il-Parlament Malażjan approva abbozz ta’ liġi li jwaqqaf l-użu obbligatorju tal-piena tal-mewt u jillimita l-piena kapitali għal delitti serji;

S.  billi l-UE u l-ASEAN huma t-tielet l-akbar sħab kummerċjali ta’ xulxin; billi l-UE hija l-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Malażja, u l-Malażja hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fi ħdan l-ASEAN;

T.  billi n-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Malażja ġew varati fl-2010 iżda ġew sospiżi wara seba’ ċikli fl-2012, fuq talba tal-Malażja;

Strateġija tal-UE għall-Indo-Paċifiku u sħubija strateġika mal-ASEAN

1.  Jinnota li r-reġjun Indo-Paċifiku għandu sinifikat strateġiku dejjem akbar għall-Ewropa; itenni l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija għall-kooperazzjoni tal-UE fl-Indo-Paċifiku;

2.  Jissottolinja l-impenn tal-UE favur reġjun Indo-Paċifiku ħieles, miftuħ u bbażat fuq ir-regoli; itenni li l-istrateġija Indo-Paċifika l-ġdida tal-UE jeħtieġ li tiġi implimentata malajr biex toffri lis-sħab tal-UE fir-reġjun opportunità biex jindirizzaw l-isfidi komuni flimkien, biex jiddefendu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u biex jiddefendu l-valuri u l-prinċipji kondiviżi tal-UE u l-ASEAN; huwa favur kooperazzjoni aktar b’saħħitha mal-pajjiżi fir-reġjun, inkluż b’mod partikolari mal-pajjiżi tal-ASEAN;

3.  Jenfasizza li l-ASEAN hija sieħeb strateġiku għall-UE fl-Indo-Paċifiku; jilqa’ s-summit kommemorattiv bejn l-UE u l-ASEAN fl-14 ta’ Diċembru 2022; jesprimi t-tama li l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja UE-ASEAN se tirriżulta f’kooperazzjoni aktar b’saħħitha mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u b’mod partikolari mal-Malażja; itenni l-valur politiku ta’ relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom bejn l-ASEAN u l-UE b’mod ġenerali, u bejn il-Malażja u l-UE b’mod partikolari;

4.  Itenni t-talba tiegħu għall-implimentazzjoni rapida tal-istrateġija tal-Global Gateway tal-UE b’koordinazzjoni mal-istrateġija għall-Indo-Paċifiku; jenfasizza ċ-ċentralità ġeopolitika ta’ dan l-approċċ, li jintegra dimensjonijiet orjentati lejn l-iżvilupp sostenibbli, trasformattivi, li jsaħħu r-reżiljenza u bbażati fuq il-valuri f’approċċ ta’ Tim Ewropa; jilqa’ t-tħabbira ta’ pakkett finanzjarju ta’ EUR 10 biljun biex jiġu aċċellerati l-investimenti fl-infrastruttura fil-pajjiżi tal-ASEAN, b’mod partikolari fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u l-konnettività sostenibbli;

5.  Jilqa’ l-fatt li l-mexxejja UE-ASEAN affermaw mill-ġdid ir-rispett reċiproku tagħhom għall-prinċipji tas-sovranità u l-integrità territorjali kif stabbilit fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; itenni li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna hija ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali; jilqa’ l-fatt li l-Malażja vvutat favur ir-riżoluzzjonijiet tan-NU b’appoġġ għall-Ukrajna, inkluż ir-riżoluzzjoni li titlob li r-Russja tirtira immedjatament, kompletament u mingħajr kundizzjonijiet il-forzi militari kollha tagħha mit-territorju tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment; iħeġġeġ lill-Malażja tippromwovi r-rispett għad-dritt internazzjonali, tappoġġja lill-Ukrajna u tieħu pożizzjoni ċara kontra l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, anke fil-qafas tal-ASEAN;

6.  Jinnota li x-Xlokk tal-Asja huwa fost l-aktar reġjuni f’riskju fid-dinja inkwantu l-impatt tat-tisħin globali; jistenna bil-ħerqa li jitlaqqa’ l-ewwel Djalogu Ministerjali ASEAN-UE dwar l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima fl-2023; jinnota li d-diskussjoni dwar iż-żejt tal-palm kienet sfida fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Malażja;

FSK UE-Malażja

7.  Jilqa’ l-konklużjoni tal-FSK mal-Malażja; iqis li dan il-FSK jipprovdi qafas legali sod għat-tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet bilaterali politiċi u ekonomiċi li ilhom jeżistu u għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib reġjonali u globali bħall-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja internazzjonali, it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għan-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, fost l-oħrajn;

8.  Jissottolinja li FSK modern u orjentat lejn il-futur jeħtieġ li jipprovdi qafas ambizzjuż rigward il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; jistieden lill-UE tqiegħed dawn l-aspetti fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Malażja fl-implimentazzjoni tal-FSK;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet Malażjani jibdlu l-liġijiet diskriminatorji dwar in-nazzjonalità u ċ-ċittadinanza li jdgħajfu d-drittijiet tal-bniedem bażiċi tan-nisa u jieħdu azzjoni effettiva biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fuq il-post tax-xogħol, inkluż id-diskriminazzjoni fl-aċċess għal opportunitajiet ta’ impjieg u fit-trattament, l-assenza ta’ liv tal-maternità u pagi inugwali bejn l-irġiel u n-nisa;

10.  Jistieden lill-partijiet jimpenjaw ruħhom li jappoġġaw l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni domestika dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva, jaqblu dwar obbligi aktar speċifiċi fid-dawl ta’ valutazzjonijiet tal-impatt sostenibbli, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, bħal pereżempju l-għadd ta’ investigazzjonijiet, verifiki u azzjonijiet ta’ infurzar, u jipprovdu taħriġ jew assistenza teknika lill-kumpaniji dwar id-diliġenza dovuta korporattiva u r-responsabbiltà korporattiva;

11.  Jenfasizza li l-partijiet jaqblu li jikkooperaw fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, kif ukoll fis-setturi tat-teknoloġija ekoloġika, l-enerġija u t-trasport;

12.  Ifakkar li l-FSK jikkonferma l-impenn tal-partijiet li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, jikkooperaw sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tibdil fil-klima u tal-globalizzazzjoni, u li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-iżvilupp miftiehma fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari għat-tisħiħ tas-sħubija globali għall-iżvilupp, kif imġedda fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet iżidu l-isforzi biex jindirizzaw l-effetti tat-tibdil fil-klima billi jadottaw u jimplimentaw politiki aktar effettivi dwar il-klima fir-rigward tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tad-dekarbonizzazzjoni;

13.  Jenfasizza l-impenn tal-partijiet li jsaħħu l-kooperazzjoni biex jindirizzaw il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-kwistjonijiet ta’ adattament skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali multilaterali applikabbli, inkluż il-Ftehim ta’ Pariġi, għandha titqies fl-attivitajiet kollha mwettqa mill-partijiet fl-ambitu tal-FSK;

14.  Jenfasizza li l-Malażja qed tiffaċċja degradazzjoni ambjentali dejjem akbar f’ħafna reġjuni, inkluż id-deforestazzjoni, it-telf tal-bijodiversità, u t-tniġġis tal-arja u tal-ilma; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet jagħmlu enfasi importanti fuq l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet fil-kooperazzjoni tagħhom dwar il-ġlieda kontra dawn il-problemi;

15.  Jilqa’ l-fatt li l-FSK jappoġġa l-promozzjoni tal-edukazzjoni u l-kooperazzjoni kulturali, inkluż l-iskambji bejn il-persuni;

16.  Jenfasizza li l-Artikolu 1(1) tal-FSK jipprevedi li d-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għat-tisħiħ tal-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-FSK; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskambji tal-aħjar prattiki, l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-istabbiliment ta’ djalogu b’sinifikat u b’bażi wiesa’ dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kooperazzjoni fi ħdan il-korpi rilevanti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem; ifaħħar lill-Malażja, f’dan l-isfond, talli ħarġet stedina permanenti għall-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-26 ta’ Frar 2019; iħeġġeġ lill-Malażja tistieden lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għal żjara fil-pajjiż;

17.  Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Malażjani biex iħassru l-Att dwar is-Sedizzjoni li huwa wiesa’ żżejjed u jagħmlu l-leġiżlazzjoni kollha, inklużi l-Att dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu, l-Att dwar l-Istamperiji u l-Pubblikazzjonijiet, l-Att dwar il-Komunikazzjoni u l-Multimedia, l-Att dwar l-Għaqda Paċifika, u d-dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-Kodiċi Penali, konformi mal-istandards internazzjonali dwar il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Malażjani biex jiffaċilitaw l-għaqda paċifika u jiggarantixxu s-sikurezza tal-parteċipanti kollha u l-libertà tal-espressjoni tagħhom;

18.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-adozzjoni tal-Att dwar il-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali fl-2016, li jagħti setgħat straordinarji lill-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali u lill-forzi tas-sigurtà; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Malażjani biex jirrevokaw din il-liġi, li tikser l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-ħtieġa li tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali ma tistax tinjora l-obbligu li jiġu protetti d-drittijiet ċivili u politiċi;

19.  Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Malażjani biex jirratifikaw u jimplimentaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

20.  Jistieden lill-Gvern Malażjan biex jirratifika u jimplimenta minnufih il-Konvenzjonijiet fundamentali kollha tal-ILO, inkluż dawk dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87), dwar id-Diskriminazzjoni (Nru 111), u dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (Nru 155); jilqa’ r-ratifika reċenti tal-Malażja tal-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-1930; iħeġġeġ lill-Gvern Malażjan jaġixxi b’mod sod kontra x-xogħol furzat, inkluż l-abbużi tal-ħaddiema domestiċi u jipprojbixxi lil min iħaddem milli jżomm passaporti mingħajr il-kunsens tal-impjegati; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Malażjani jżidu l-isforzi biex jidentifikaw il-vittmi tat-traffikar fost il-ħaddiema tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) fuq proġetti ta’ infrastruttura affiljati mal-gvern tar-RPĊ;

21.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi u etniċi u tal-komunitajiet indiġeni fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Malażjani jipprovdu qafas komprensiv għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-gruppi indiġeni u ta’ minoranza kollha fil-pajjiż, bir-rispett dovut għad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż il-libertà reliġjuża u d-drittijiet kulturali;

22.  Jikkundanna d-diskriminazzjoni mifruxa kontra l-komunità LGBTIQ+; jistieden lill-Gvern Malażjan jadotta malajr qafas legali biex jipproteġi lill-komunità LGBTIQ+ mid-diskriminazzjoni, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u f’konformità mal-istandards internazzjonali;

23.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati fil-Malażja, b’mod partikolari fir-rigward tad-detenzjoni u d-deportazzjoni ta’ rifuġjati u persuni li jfittxu asil lejn pajjiżi fejn jiffaċċjaw ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rifuġjati Rohingya; jikkundanna d-deportazzjoni sommarja ta’ eluf ta’ ċittadini tal-Myanmar mingħajr ma jiġu vvalutati t-talbiet għall-asil tagħhom jew ħtiġijiet oħra ta’ protezzjoni tagħhom, bi ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement; jistieden lill-awtoritajiet Malażjani jwaqqfu minnufih id-deportazzjonijiet furzati u jagħtu malajr lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati aċċess għaċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-immigrazzjoni; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Malażjani biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tal-1967 tal-istess Konvenzjoni;

24.  Jissottolinja li l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni jeħtieġ li tiġi implimentata b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali; jistieden lill-UE tippromwovi, tirrispetta u tipproteġi l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u b’mod partikolari l-prinċipji ta’ non-refoulement u ta’ ritorn volontarju fil-kooperazzjoni tagħhom mal-Malażja fil-qasam tal-migrazzjoni;

25.  Ifaħħar lill-Malażja għall-abolizzjoni tal-użu obbligatorju tal-piena tal-mewt; jistieden lill-Gvern Malażjan iżomm il-moratorju uffiċjali fuq l-eżekuzzjonijiet kollha sakemm il-piena tal-mewt tiġi abolita kompletament u s-sentenzi tal-mewt kollha jiġu mibdula;

26.  Jistieden lill-awtoritajiet Malażjani u lill-UE jinvolvu lis-soċjetà ċivili, lit-trade unions u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b’mod sinifikattiv fl-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim;

27.  Jenfasizza li t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ li jiġi kkunsidrat waqt kwalunkwe negozjati mal-Malażja;

28.  Jenfasizza li l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE jipprevedu l-“klawżola ta’ noneżekuzzjoni” li twassal għas-sospensjoni tal-preferenzi kummerċjali fil-każ ta’ ksur tal-elementi essenzjali tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles;

o
o   o

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi r-riżoluzzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Malażja.

(1) ĠU C 493, 27.12.2022, p. 32.
(2) ĠU C 47, 7.2.2023, p. 15.
(3) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 44.
(4) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 2.
(5) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 89.
(6) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 137.
(7) Testi adottati, P9_TA(2023)0011.


Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd UE/Mauritius: protokoll ta’ implimentazzjoni
PDF 120kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026) (12787/2022 – C9-0001/2023 – 2022/0249(NLE))
P9_TA(2023)0235A9-0196/2023

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12787/2022),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll li jimplementa l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026) (12785/2022),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0001/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0196/2023),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Mauritius.


Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
PDF 1042kWORD 288k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ġunju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (L-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021)0206 – C9-0146/2021 – 2021/0106(COD))(1)
P9_TA(2023)0236A9-0188/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 4b (ġdida)
wara li kkunsidra l-opinjoni konġunta tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi qbil mal-valuri tal-Unjoni. Dan ir-Regolament isegwi għadd ta’ raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku, fosthom livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, u ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali, u jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-AI, u b’hekk jevita li l-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-sistemi tal-AI, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament minn dan ir-Regolament.
(1)  Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jippromwovi l-adozzjoni ta’ intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli u li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u tal-ambjent mill-effetti dannużi tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni filwaqt li tiġi appoġġata l-innovazzjoni u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi qbil mal-valuri tal-Unjoni u jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-AI, u b’hekk jevita li l-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali (is-sistemi tal-AI), sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament minn dan ir-Regolament. Ċerti sistemi tal-AI jista’ jkollhom ukoll impatt fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ambjent. Dan it-tħassib huwa indirizzat speċifikament fis-setturi kritiċi u l-każijiet ta’ użu elenkati fl-annessi ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippreserva l-valuri tal-Unjoni li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni tal-benefiċċji tal-intelliġenza artifiċjali fis-soċjetà kollha, jipproteġu lill-individwi, il-kumpaniji, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-ambjent mir-riskji filwaqt li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-impjiegi u jagħmlu lill-Unjoni mexxejja f’dan il-qasam.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (is-sistemi tal-AI) jistgħu faċilment jibdew jintużaw f’bosta setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà, inkluż dawk transfruntieri, u jiċċirkolaw madwar l-Unjoni. Ċerti Stati Membri diġà esploraw l-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali biex jiżguraw li l-intelliġenza artifiċjali tkun sikura u li tiġi żviluppata u tintuża skont l-obbligi tad-drittijiet fundamentali. Regoli nazzjonali differenti jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern u jnaqqsu ċ-ċertezza legali lill-operaturi li jiżviluppaw jew jużaw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jenħtieġ ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha, filwaqt li jenħtieġ jiġu evitat d-diverġenzi li jfixklu ċ-ċirkolazzjoni libera tas-sistemi tal-AI u tal-prodotti u tas-servizzi relatati fi ħdan is-suq intern, billi jiġu stabbiliti obbligi uniformi għall-operaturi u tkun żgurata l-protezzjoni uniformi tar-raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u tad-drittijiet tal-persuni fis-suq intern kollu abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Peress li dan ir-Regolament fih regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali rigward restrizzjonijiet tal-użu ta’ sistemi tal-AI għal identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, ikun xieraq li, fejn jidħlu dawk ir-regoli speċifiċi, dan ir-Regolament jiġi bbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE. Fid-dawl ta’ dawk ir-regoli speċifiċi u tar-rikors għall-Artikolu 16 tat-TFUE, jixraq jiġi kkonsultat il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
(2)  Is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali jistgħu faċilment jibdew jintużaw f’bosta setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà, inkluż dawk transfruntieri, u jiċċirkolaw madwar l-Unjoni. Ċerti Stati Membri diġà esploraw l-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali biex jiżguraw li l-intelliġenza artifiċjali tkun affidabbli u sikura u li tiġi żviluppata u tintuża skont l-obbligi tad-drittijiet fundamentali. Regoli nazzjonali differenti jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern u jnaqqsu ċ-ċertezza legali lill-operaturi li jiżviluppaw jew jużaw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jenħtieġ li jkun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha sabiex tinkiseb AI affidabbli, filwaqt li jenħtieġ li jiġu evitati d-diverġenzi li jfixklu ċ-ċirkolazzjoni libera, l-innovazzjoni, l-użu u l-adozzjoni tas-sistemi tal-AI u tal-prodotti u tas-servizzi relatati fi ħdan is-suq intern, billi jiġu stabbiliti obbligi uniformi għall-operaturi u tkun żgurata l-protezzjoni uniformi tar-raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u tad-drittijiet tal-persuni fis-suq intern kollu abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Peress li l-intelliġenza artifiċjali spiss tiddependi mill-ipproċessar ta’ volumi kbar ta’ data, u ħafna sistemi u applikazzjonijiet tal-AI mill-ipproċessar tad-data personali, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi bbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, li jistabbilixxi d-dritt għall-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u jipprevedi l-adozzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
(2b)  Id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ data personali huwa salvagwardjat b’mod partikolari mir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2016/680. Barra minn hekk, id-Direttiva 2002/58/KE tipproteġi l-ħajja privata u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni, inkluż billi tipprovdi kundizzjonijiet għal kwalunkwe ħżin ta’ data personali u mhux personali u l-aċċess minn tagħmir terminali. Dawk l-atti legali jipprovdu l-bażi ta’ pproċessar sostenibbli u responsabbli tad-data, inkluż fejn is-settijiet ta’ data jinkludu taħlita ta’ data personali u mhux personali. Dan ir-Regolament ma jfittixx li jaffettwa l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni eżistenti li jirregola l-ipproċessar tad-data personali, inkluż il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk l-istrumenti. Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-drittijiet fundamentali għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali kif previst mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-data u kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”).
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 2c (ġdida)
(2c)  Is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti li tipprovdi qafas li jipproteġi lill-konsumaturi minn prodotti perikolużi b’mod ġenerali u jenħtieġ li tkompli tapplika din il-leġiżlazzjoni. Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, inklużi r-Regolament (UE) 2017/2394, ir-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u d-Direttiva 2013/11/UE.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 2d (ġdida)
(2d)  F’konformità mal-Artikolu 114(2) tat-TFUE, dan ir-Regolament jikkomplementa u jenħtieġ li ma jimminax id-drittijiet u l-interessi tal-persuni impjegati. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dritt tal-Unjoni dwar il-politika soċjali u l-liġi u l-prattika nazzjonali tax-xogħol, jiġifieri kwalunkwe dispożizzjoni legali u kuntrattwali li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiema, inkluż l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajkjar jew li tittieħed azzjoni oħra koperta mis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali. Lanqas ma jenħtieġ li jaffettwa l-prattiki miftiehma, id-dritt tan-negozjar, tal-konklużjoni u tal-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Kummissjoni milli tipproponi leġiżlazzjoni speċifika dwar id-drittijiet u l-libertajiet tal-ħaddiema affettwati mis-sistemi tal-AI.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 2e (ġdida)
(2e)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi stabbiliti fid-Direttiva ... [COD 2021/414/KE].
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 2f (ġdida)
(2f)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jgħin fl-appoġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni u jenħtieġ li ma jimminax l-attività ta’ riċerka u żvilupp u jirrispetta l-libertà tar-riċerka xjentifika. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu s-sistemi tal-AI żviluppati speċifikament għall-iskop uniku ta’ riċerka u żvilupp xjentifiċi u li jiġi żgurat li r-Regolament ma jaffettwax b’mod ieħor l-attività xjentifika ta’ riċerka u żvilupp dwar is-sistemi tal-AI. Fiċ-ċirkostanzi kollha, jenħtieġ li kwalunkwe attività ta’ riċerka u żvilupp titwettaq f’konformità mal-Karta, id-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-liġi nazzjonali;
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tevolvi malajr u tista’ tikkontribwixxi għal firxa wiesgħa ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjetali fl-ispettru kollu tal-industriji u tal-attivitajiet soċjali. B’titjib fil-previżjoni, b’ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u b’personalizzazzjoni tas-soluzzjonijiet diġitali disponibbli għall-individwi u l-organizzazzjonijiet, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jipprovdi vantaġġi kompetittivi ewlenin lill-kumpaniji u jappoġġa eżiti b’benefiċċji soċjali u ambjentali, bħal pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-biedja, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-ġestjoni tal-infrastruttura, fl-enerġija, fit-trasport u l-loġistika, fis-servizzi pubbliċi, fis-sigurtà, fil-ġustizzja, fl-effiċjenza tar-riżorsi u enerġetika, u fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.
(3)  L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tevolvi malajr li tista’ u diġà qed tikkontribwixxi għal firxa wiesgħa ta’ benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjetali fl-ispettru kollu tal-industriji u tal-attivitajiet soċjali, jekk tiġi żviluppata f’konformità mal-prinċipji ġenerali rilevanti skont il-Karta u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. B’titjib fil-previżjoni, b’ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u b’personalizzazzjoni tas-soluzzjonijiet diġitali disponibbli għall-individwi u l-organizzazzjonijiet, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jipprovdi vantaġġi kompetittivi ewlenin lill-kumpaniji u jappoġġa eżiti b’benefiċċji soċjali u ambjentali, bħal pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-biedja, fis-sikurezza tal-ikel, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-midja, fl-isports, fil-kultura, fil-ġestjoni tal-infrastruttura, fl-enerġija, fit-trasport u l-loġistika, fl-immaniġġjar tal-kriżijiet, fis-servizzi pubbliċi, fis-sigurtà, fil-ġustizzja, fl-effiċjenza tar-riżorsi u enerġetika, fil-monitoraġġ ambjentali, fil-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi u fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Sabiex jilħqu l-miri tan-newtralità karbonika, il-kumpaniji Ewropej jenħtieġ li jfittxu li jużaw l-avvanzi teknoloġiċi kollha disponibbli li jistgħu jgħinu biex jintlaħaq dan l-għan. L-Intelliġenza Artifiċjali hija teknoloġija li għandha l-potenzjal li tintuża biex tipproċessa l-ammont dejjem jikber ta’ data maħluqa matul il-proċessi industrijali, ambjentali, tas-saħħa u oħrajn. Sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fl-analiżi bbażata fuq l-AI u għodod ta’ ottimizzazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi ambjent prevedibbli u proporzjonat għal soluzzjonijiet industrijali b’riskju baxx.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Fl-istess ħin, skont iċ-ċirkostanzi rigward l-applikazzjoni u l-użu speċifiċi tagħha, l-intelliġenza artifiċjali tista’ toħloq riskji u tikkawża dannu lill-interessi u lid-drittijiet pubbliċi mħarsa bil-liġi tal-Unjoni. Dan id-dannu jista’ jkun materjali jew mhux materjali.
(4)  Fl-istess ħin, skont iċ-ċirkostanzi rigward l-applikazzjoni u l-użu speċifiċi tagħha, kif ukoll il-livell ta’ żvilupp teknoloġiku, l-intelliġenza artifiċjali tista’ toħloq riskji u tikkawża dannu lill-interessi pubbliċi jew privati u lid-drittijiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi mħarsa bid-dritt tal-Unjoni. Dan id-dannu jista’ jkun materjali jew mhux materjali, inkluż dannu fiżiku, psikoloġiku, soċjetali jew ekonomiku.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Minħabba l-impatt kbir li jista’ jkollha l-intelliġenza artifiċjali fuq is-soċjetà u l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja, huwa vitali li l-intelliġenza artifiċjali u l-qafas regolatorju tagħha jiġu żviluppati skont il-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali minquxa fit-Trattati, il-Karta u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Bħala prerekwiżit, l-intelliġenza artifiċjali jenħtieġ li tkun teknoloġija ċċentrata fuq il-bniedem. Din jenħtieġ li ma tissostitwix l-awtonomija jew tassumi t-telf tal-libertà individwali u jenħtieġ li sservi primarjament il-ħtiġijiet tas-soċjetà u tal-ġid komuni. Jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji biex jiġi żgurat l-iżvilupp u l-użu ta’ intelliġenza artifiċjali integrata b’mod etiku li tirrispetta l-valuri tal-Unjoni u l-Karta.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Għalhekk, hu meħtieġ qafas legali tal-Unjoni li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali biex jitrawwem l-iżvilupp, l-użu u l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-suq intern li fl-istess ħin jissodisfa livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza, u ħarsien tad-drittijiet fundamentali, kif rikonoxxuti u mħarsa bil-liġi tal-Unjoni. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta’ ċerti sistemi tal-AI, u b’hekk ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u dawk is-sistemi jitħallew jibbenefikaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk ir-regoli, u għalhekk jappoġġa l-objettiv li l-Unjoni tkun mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ intelliġenza artifiċjali sigura, affidabbli u etika kif iddikjara l-Kunsill Ewropew33, u tkun żgurata l-protezzjoni tal-prinċipji etiċi kif mitlub speċifikament mill-Parlament Ewropew34.
(5)  Għalhekk, hu meħtieġ qafas legali tal-Unjoni li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali biex jitrawwem l-iżvilupp, l-użu u l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-suq intern li fl-istess ħin jissodisfa livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-ambjent, kif rikonoxxuti u mħarsa bid-dritt tal-Unjoni. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz u l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI, u b’hekk ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u dawk is-sistemi jitħallew jibbenefikaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jkunu ċari u robusti fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, jappoġġaw soluzzjonijiet innovattivi ġodda, u jippermettu ekosistema Ewropea ta’ atturi pubbliċi u privati li joħolqu sistemi tal-AI f’konformità mal-valuri tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk ir-regoli kif ukoll miżuri li jappoġġaw l-innovazzjoni b’enfasi partikolari fuq l-SMEs u n-negozji ġodda, u għalhekk jappoġġa l-objettiv li jippromwovi l-AI magħmula fl-Ewropa, li l-Unjoni tkun mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ intelliġenza artifiċjali sigura, affidabbli u etika kif iddikjara l-Kunsill Ewropew33, u tkun żgurata l-protezzjoni tal-prinċipji etiċi kif mitlub speċifikament mill-Parlament Ewropew34.
__________________
__________________
33 Il-Kunsill Ewropew, Laqgħa Speċjali tal-Kunsill Ewropew (l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020) – Konklużjonijiet (EUCO 13/20, 2020, p. 6).
33 Il-Kunsill Ewropew, Laqgħa Speċjali tal-Kunsill Ewropew (l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020) – Konklużjonijiet (EUCO 13/20, 2020, p. 6).
34 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u teknoloġiji relatati (2020/2012(INL)).
34 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u teknoloġiji relatati (2020/2012(INL)).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Barra minn hekk, sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ sistemi tal-AI f’konformità mal-valuri tal-Unjoni, l-Unjoni jeħtieġ li tindirizza l-lakuni u l-ostakli ewlenin li qed jimblukkaw il-potenzjal tat-trasformazzjoni diġitali inkluż in-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet diġitali, it-tħassib dwar iċ-ċibersigurtà, in-nuqqas ta’ investiment u ta’ aċċess għall-investiment, u lakuni eżistenti u potenzjali bejn il-kumpaniji kbar, l-SMEs u n-negozji ġodda. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-AI u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji ġodda jinħassu fir-reġjuni kollha tal-Unjoni u li jiġu pprovduti investiment u riżorsi suffiċjenti speċjalment lil dawk ir-reġjuni li jista’ jkun li qegħdin jaqgħu lura f’ċerti indikaturi diġitali.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-kunċett ta’ sistema tal-AI jenħtieġ jiġi ddefinit b’mod ċar biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu akkomodati l-iżviluppi teknoloġiċi futuri. Jenħtieġ li d-definizzjoni tibbaża fuq il-karatteristiċi funzjonali ewlenin tas-software, b’mod partikolari l-kapaċità, għal sett partikolari ta’ objettivi definiti mill-bniedem, li jiġu ġġenerati outputs bħal kontenut, previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjent li miegħu tinteraġixxi s-sistema, sew f’dimensjoni fiżika u sew diġitali. Is-sistemi tal-AI jistgħu jitfasslu biex joperaw b’livelli varji ta’ awtonomija u jintużaw b’mod awtonomu jew bħala komponent ta’ prodott, irrispettivament minn jekk is-sistema tkunx integrata fiżikament fil-prodott (inkorporata) jew taqdix il-funzjonalità tal-prodott mingħajr ma tkunx integrata fih (mhux inkorporata). Jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ sistema tal-AI tiġi kkumplimentata b’lista ta’ tekniki u approċċi speċifiċi użati għall-iżvilupp tagħha, li jenħtieġ tinżamm aġġornata fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq bl-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni li jemendaw dik il-lista.
(6)  Il-kunċett ta’ sistema tal-AI f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit b’mod ċar u allinjat mill-qrib mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu fuq l-intelliġenza artifiċjali biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali, l-armonizzazzjoni u l-aċċettazzjoni wiesgħa, filwaqt li tingħata l-flessibbiltà biex jiġu akkomodati l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi f’dan il-qasam. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun ibbażata fuq karatteristiċi ewlenin tal-intelliġenza artifiċjali, bħall-kapaċitajiet ta’ apprendiment, ta’ raġunament jew ta’ mmudellar tagħha, sabiex jiddistingwuha minn sistemi ta’ software u approċċi ta’ programmar aktar sempliċi. Is-sistemi tal-AI huma ddisinjati biex joperaw b’livelli varji ta’ awtonomija, li jfisser li għandhom mill-inqas ċertu livell ta’ indipendenza tal-azzjonijiet mill-kontrolli mill-bniedem u tal-kapaċitajiet biex joperaw mingħajr intervent mill-bniedem. It-terminu “bbażati fuq il-magni” jirreferi għall-fatt li s-sistemi tal-AI jaħdmu bil-magni. Ir-referenza għal objettivi espliċiti jew impliċiti tenfasizza li s-sistemi tal-AI jistgħu joperaw skont objettivi espliċiti definiti mill-bniedem jew skont objettivi impliċiti. L-objettivi tas-sistema tal-AI jistgħu jkunu differenti mill-għan maħsub tas-sistema tal-AI f’kuntest speċifiku. Ir-referenza għall-previżjonijiet tinkludi l-kontenut, li f’dan ir-Regolament jitqies bħala forma ta’ previżjoni bħala wieħed mill-outputs possibbli prodotti minn sistema tal-AI. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-ambjenti jinftiehmu bħala l-kuntesti li fihom joperaw is-sistemi tal-AI, filwaqt li l-outputs iġġenerati mis-sistema tal-AI, jiġifieri previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet, jirrispondu għall-objettivi tas-sistema, abbażi tal-inputs mill-ambjent imsemmi. Tali output ikompli jinfluwenza l-ambjent imsemmi, anke billi sempliċiment jintroduċi informazzjoni ġdida għalih.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Is-sistemi tal-AI spiss ikollhom kapaċitajiet ta’ apprendiment awtomatiku li jippermettulhom jadattaw u jwettqu kompiti ġodda b’mod awtonomu. L-apprendiment awtomatiku jirreferi għall-proċess komputazzjonali ta’ ottimizzazzjoni tal-parametri ta’ mudell mid-data, li huwa kostruzzjoni matematika li tiġġenera output ibbażat fuq data tal-input. L-approċċi tal-apprendiment awtomatiku jinkludu, pereżempju, l-apprendiment taħt superviżjoni, mingħajr superviżjoni u rinforzat, bl-użu ta’ varjetà ta’ metodi inkluż l-apprendiment profond b’networks newrali. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza riskji potenzjali ġodda li jistgħu jinħolqu billi l-kontroll jiġi ddelegat lis-sistemi tal-AI, b’mod partikolari lil dawk is-sistemi tal-AI li jistgħu jevolvu wara l-użu. Il-funzjoni u l-outputs ta’ ħafna minn dawn is-sistemi tal-AI huma bbażati fuq relazzjonijiet matematiċi astratti li huma diffiċli għall-bnedmin biex jifhmu, jimmonitorjaw u jittraċċaw lura għal inputs speċifiċi. Dawn il-karatteristiċi kumplessi u opaki (element tal-black box) għandhom impatt fuq ir-responsabbiltàu l-ispjegabbiltà. Tekniki komparabbli aktar sempliċi bħal approċċi bbażati fuq l-għarfien, stimi ta’ Bayes jew siġar tad-deċiżjonijiet jistgħu jwasslu wkoll għal lakuni legali li jeħtieġ li jiġu indirizzati minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jintużaw flimkien ma’ approċċi ta’ apprendiment awtomatiku f’sistemi ibridi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Is-sistemi tal-AI jistgħu jintużaw bħala sistema ta’ software awtonoma, integrata fi prodott fiżiku (inkorporata), użata biex isservi l-funzjonalità ta’ prodott fiżiku mingħajr ma tkun integrata fih (mhux inkorporata) jew tintuża bħala komponent tal-AI ta’ sistema akbar. Jekk din is-sistema akbar ma taħdimx mingħajr il-komponent tal-AI inkwistjoni, allura s-sistema kollha akbar jenħtieġ li titqies bħala sistema waħda tal-AI skont dan ir-Regolament.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-kunċett ta’ data bijometrika użat f’dan ir-Regolament hu allinjat mal-kunċett ta’ data bijometrika, u jenħtieġ jiġi interpretat b’mod konsistenti miegħu kif definit fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, fl-Artikolu 3(18) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36 u fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37.
(7)  Il-kunċett ta’ data bijometrika użat f’dan ir-Regolament hu allinjat mal-kunċett ta’ data bijometrika, u jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod konsistenti miegħu kif definit fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Data bbażata fuq il-bijometrika hija data addizzjonali li tirriżulta minn ipproċessar tekniku speċifiku relatat ma’ sinjali fiżiċi, fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika, bħal espressjonijiet tal-wiċċ, movimenti, frekwenza tal-polz, vuċi, tendenzi ewlenin tal-mixi jew il-mod ta’ kif persuna timxi, li jistgħu jew li ma jistgħux jippermettu jew jikkonfermaw l-identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika.
__________________
__________________
35 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
35 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
36 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)
37 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Il-kunċett ta’ identifikazzjoni bijometrika kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit bħala r-rikonoxximent awtomatizzat ta’ karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi, komportamentali u psikoloġiċi tal-bniedem bħall-wiċċ, il-moviment tal-għajnejn, l-espressjonijiet tal-wiċċ, il-forma tal-ġisem, il-vuċi, id-diskors, il-mixi, il-qagħda, ir-rata tal-qalb, il-pressjoni tad-demm, ir-riħa, l-ittastjar, ir-reazzjonijiet psikoloġiċi (rabja, tbatija, niket, eċċ.) għall-fini tal-istabbiliment tal-identità ta’ individwu billi titqabbel id-data bijometrika ta’ dak l-individwu ma’ data bijometrika ta’ individwi maħżuna f’bażi tad-data (identifikazzjoni one-to-many), irrispettivament minn jekk l-individwu tax il-kunsens tiegħu jew le.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  Il-kunċett ta’ kategorizzazzjoni bijometrika kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit bħala l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi għal kategoriji speċifiċi jew l-inferenza tal-karatteristiċi tagħhom bħall-ġeneru, is-sess, l-età, il-kulur tax-xagħar, il-kulur tal-għajnejn, it-tattoos, l-oriġini etnika jew soċjali, is-saħħa, l-abbiltà mentali jew fiżika, il-karatteristiċi komportamentali jew tal-personalità, il-lingwa, ir-reliġjon jew l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, jew l-orjentazzjoni sesswali jew politika, abbażi tad-data bijometrika jew tad-data bbażata fuq il-bijometrija tagħhom, jew dak li jista’ jiġi dedott minn tali data.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-kunċett ta’ sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ jiġi definit b’mod funzjonali, bħala sistema tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bit-tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel dwar jekk il-persuna fil-mira hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata, irrispettivament mit-teknoloġija, mill-proċessi jew mit-tipi partikolari ta’ data bijometrika użati. Meta jitqiesu l-karatteristiċi u l-modi differenti tagħhom li fihom jintużaw, kif ukoll ir-riskji differenti involuti, jenħtieġ issir distinzjoni bejn is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”. Fil-każ ta’ sistemi “fil-ħin reali”, il-qbid tad-data bijometrika, it-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru b’mod istantanju, kważi istantanju jew fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien sinifikanti. F’dan ir-rigward, jenħtieġ ma jkun hemm l-ebda lok li jiġu evitati r-regoli ta’ dan ir-Regolament dwar l-użu “fil-ħin reali” tas-sistemi tal-AI inkwistjoni billi jiġi previst xi dewmien żgħir. Is-sistemi “fil-ħin reali” jinvolvu l-użu ta’ materjal “dirett” jew “kważi dirett”, bħal filmat, iġġenerat minn kamera jew minn apparat ieħor b’funzjonalità simili. Għall-kuntrarju, fil-każ tas-sistemi “f’ħin aktar tard”, id-data bijometrika tkun diġà nkisbet u t-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru biss wara ċertu dewmien sinifikanti. Dan jinvolvi materjal, bħal stampi jew filmati ġġenerati minn kameras tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq jew minn apparati privati, li jkun ġie ġġenerat qabel tintuża s-sistema fir-rigward tal-persuni fiżiċi kkonċernati.
(8)  Il-kunċett ta’ sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit b’mod funzjonali, bħala sistema tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bit-tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel dwar jekk il-persuna fil-mira hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata, irrispettivament mit-teknoloġija, mill-proċessi jew mit-tipi partikolari ta’ data bijometrika użati, filwaqt li jiġu esklużi s-sistemi ta’ verifika li sempliċiment iqabblu d-data bijometrika ta’ individwu mad-data bijometrika pprovduta qabel (one-to-one). Meta jitqiesu l-karatteristiċi u l-modi differenti tagħhom li fihom jintużaw, kif ukoll ir-riskji differenti involuti, jenħtieġ issir distinzjoni bejn is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”. Fil-każ ta’ sistemi “fil-ħin reali”, il-qbid tad-data bijometrika, it-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru b’mod istantanju, kważi istantanju jew fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien sinifikanti. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda lok li jiġu evitati r-regoli ta’ dan ir-Regolament dwar l-użu “fil-ħin reali” tas-sistemi tal-AI inkwistjoni billi jiġi previst xi dewmien żgħir. Is-sistemi “fil-ħin reali” jinvolvu l-użu ta’ materjal “dirett” jew “kważi dirett”, bħal filmat, iġġenerat minn kamera jew minn apparat ieħor b’funzjonalità simili. Għall-kuntrarju, fil-każ tas-sistemi “f’ħin aktar tard”, id-data bijometrika tkun diġà nkisbet u t-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru biss wara ċertu dewmien sinifikanti. Dan jinvolvi materjal, bħal stampi jew filmati ġġenerati minn kameras tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq jew minn apparati privati, li jkun ġie ġġenerat qabel tintuża s-sistema fir-rigward tal-persuni fiżiċi kkonċernati. Minħabba li l-kunċett ta’ identifikazzjoni bijometrika huwa indipendenti mill-kunsens tal-individwu, din id-definizzjoni tapplika anke meta l-avviżi ta’ twissija jitqiegħdu fil-post li jkun taħt sorveljanza tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota, u ma tkunx de facto annullata minn qabel ir-reġistrazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  L-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi tinftiehem li tiddistingwi sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota minn sistemi ta’ verifika individwali ta’ prossimità mill-qrib li jużaw mezzi ta’ identifikazzjoni bijometrika, li l-iskop uniku tagħhom huwa li jikkonfermaw jekk persuna fiżika speċifika li tippreżenta ruħha għall-identifikazzjoni hijiex permessa jew le, bħal pereżempju sabiex tikseb aċċess għal servizz, apparat, jew bini.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ spazju aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ jinftiehem li jirreferi għal kull post fiżiku li hu aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk il-post inkwistjoni hux proprjetà privata jew pubblika. Għalhekk, il-kunċett ma jkoprix il-postijiet li fin-natura tagħhom huma privati u li normalment ma jkunux aċċessibbli liberament għal partijiet terzi, inkluż awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, sakemm dawk il-partijiet ma jkunux ġew mistiedna jew awtorizzati speċifikament, bħal djar, għaqdiet privati, uffiċini, imħażen u fabbriki. Lanqas l-ispazji online ma huma koperti għax dawn mhumiex spazji fiżiċi. Iżda s-sempliċi fatt li għal aċċess għal spazju partikolari jaf ikunu japplikaw ċerti kundizzjonijiet, bħal biljetti tad-dħul jew restrizzjonijiet fuq l-età, ma jfissirx li l-ispazju mhux aċċessibbli għall-pubbliku skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, minbarra l-ispazji pubbliċi bħat-toroq, il-partijiet rilevanti tal-binjiet tal-gvern u l-biċċa l-kbira tal-infrastruttura tat-trasport, spazji bħal swali taċ-ċinema, teatri, ħwienet u ċentri kummerċjali normalment ikunu aċċessibbli għall-pubbliku wkoll. Iżda jekk spazju partikolari jkunx aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ jiġi determinat abbażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni individwali inkwistjoni.
(9)  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ spazju aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jinftiehem li jirreferi għal kull post fiżiku li hu aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk il-post inkwistjoni hux proprjetà privata jew pubblika u irrispettivament mir-restrizzjonijiet potenzjali tal-kapaċità. Għalhekk, il-kunċett ma jkoprix il-postijiet li fin-natura tagħhom huma privati u li normalment ma jkunux aċċessibbli liberament għal partijiet terzi, inkluż awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, sakemm dawk il-partijiet ma jkunux ġew mistiedna jew awtorizzati speċifikament, bħal djar, għaqdiet privati, uffiċini, imħażen u fabbriki. Lanqas l-ispazji online ma huma koperti għax dawn mhumiex spazji fiżiċi. Iżda s-sempliċi fatt li għal aċċess għal spazju partikolari jaf ikunu japplikaw ċerti kundizzjonijiet, bħal biljetti tad-dħul jew restrizzjonijiet fuq l-età, ma jfissirx li l-ispazju mhux aċċessibbli għall-pubbliku skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, minbarra l-ispazji pubbliċi bħat-toroq, il-partijiet rilevanti tal-binjiet tal-gvern u l-biċċa l-kbira tal-infrastruttura tat-trasport, spazji bħal swali taċ-ċinema, teatri, grawnds tal-isport, skejjel, universitajiet, partijiet rilevanti tal-isptarijiet u l-banek, parks tad-divertiment, festivals, ħwienet u ċentri kummerċjali jkunu aċċessibbli għall-pubbliku wkoll. Iżda jekk spazju partikolari jkunx aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jiġi determinat abbażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni individwali inkwistjoni.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Huwa importanti li wieħed jinnota li s-sistemi tal-AI jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar sforzi biex jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali li jistabbilixxu qafas ta’ livell għoli li jippromwovi approċċ koerenti ċċentrat fuq il-bniedem għal AI etika u affidabbli f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, inkluż il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-intervent u s-sorveljanza tal-bniedem, ir-robustezza teknika u s-sikurezza, il-privatezza u l-governanza tad-data, it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-ġustizzja u l-benesseri soċjetali u ambjentali.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
(9b)  “Il-litteriżmu fl-AI” jirreferi għal ħiliet, għarfien u fehim li jippermettu lill-fornituri, lill-utenti kif ukoll lill-persuni affettwati, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, jagħmlu użu infurmat tas-sistemi tal-AI, kif ukoll jiksbu għarfien dwar l-opportunitajiet u r-riskji tal-AI u l-ħsara possibbli li tista’ tikkawża u b’hekk issir promozzjoni tal-kontroll demokratiku tagħha. Il-litteriżmu fl-AI jenħtieġ li ma jkunx limitat għall-apprendiment dwar l-għodod u t-teknoloġiji, iżda jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jgħammar lill-fornituri u lill-utenti bil-kunċetti u l-ħiliet meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-infurzar tiegħu. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri kif ukoll il-fornituri u l-utenti tas-sistemi tal-AI, b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, jippromwovu l-iżvilupp fuq livell suffiċjenti tal-litteriżmu fl-AI, fis-setturi kollha tas-soċjetà, għall-persuni ta’ kull età, inklużi n-nisa u l-bniet, u li dak il-progress f’dak ir-rigward jiġi segwit mill-qrib.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ħarsien effettiv tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi madwar l-Unjoni, ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ japplikaw għall-fornituri tas-sistemi tal-AI b’mod mhux diskriminatorju, irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz, u għall-utenti tas-sistemi tal-AI stabbiliti fl-Unjoni.
(10)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ħarsien effettiv tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi madwar l-Unjoni u fil-livell internazzjonali, ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-fornituri tas-sistemi tal-AI b’mod mhux diskriminatorju, irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz, u għall-amministraturi tas-sistemi tal-AI stabbiliti fl-Unjoni. Sabiex l-Unjoni tkun vera għall-valuri fundamentali tagħha, jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal prattiki li jitqiesu inaċċettabbli minn dan ir-Regolament, jitqiesu ugwalment inaċċettabbli barra mill-Unjoni minħabba l-effett partikolarment dannuż tagħhom għad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprojbita l-esportazzjoni ta’ dawn is-sistemi tal-AI lejn pajjiżi terzi minn fornituri residenti fl-Unjoni.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Fid-dawl tan-natura diġitali tagħhom, jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament anki meta ma jitqegħdux fis-suq, ma jitqegħdux fis-servizz, jew ma jintużawx fl-Unjoni. Pereżempju, dan hu l-każ ta’ operatur stabbilit fl-Unjoni li jikkuntratta ċerti servizzi lil operatur stabbilit barra mill-Unjoni fir-rigward ta’ attività li tkun se titwettaq minn sistema tal-AI u li tikkwalifika bħala ta’ riskju kbir u li l-effetti tagħha jħallu impatt fuq persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi, is-sistema tal-AI użata mill-operatur barra mill-Unjoni tista’ tipproċessa d-data miġbura legalment fl-Unjoni u trasferita minnha, u tipprovdi lill-operatur kontraenti fl-Unjoni l-output ta’ dik is-sistema tal-AI li jirriżulta minn dak l-ipproċessar, mingħajr ma dik is-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq, titqiegħed fis-servizz jew tintuża fl-Unjoni. Biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-fornituri u għall-utenti tas-sistemi tal-AI li huma stabbiliti f’pajjiż terz, sa fejn l-output prodott minn dawk is-sistemi jintuża fl-Unjoni. Madankollu, biex jitqiesu l-arranġamenti eżistenti u l-ħtiġijiet speċjali għall-kooperazzjoni mas-sħab barranin li magħhom jiġu skambjati informazzjoni u evidenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz u għal organizzazzjonijiet internazzjonali meta jaġixxu fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi fil-livell nazzjonali jew Ewropew għall-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew mal-Istati Membri tagħha. Dawn il-ftehimiet ġew konklużi b’mod bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jew bejn l-Unjoni Ewropea, il-Europol u aġenziji oħra tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
(11)  Fid-dawl tan-natura diġitali tagħhom, jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament anke meta ma jitqegħdux fis-suq, ma jitqegħdux fis-servizz, jew ma jintużawx fl-Unjoni. Pereżempju, dan hu l-każ ta’ operatur stabbilit fl-Unjoni li jikkuntratta ċerti servizzi lil operatur stabbilit barra mill-Unjoni fir-rigward ta’ attività li tkun se titwettaq minn sistema tal-AI u li tikkwalifika bħala ta’ riskju kbir u li l-effetti tagħha jħallu impatt fuq persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi, is-sistema tal-AI użata mill-operatur barra mill-Unjoni tista’ tipproċessa d-data miġbura legalment fl-Unjoni u trasferita minnha, u tipprovdi lill-operatur kontraenti fl-Unjoni l-output ta’ dik is-sistema tal-AI li jirriżulta minn dak l-ipproċessar, mingħajr ma dik is-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq, titqiegħed fis-servizz jew tintuża fl-Unjoni. Biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-fornituri u għall-amministraturi tas-sistemi tal-AI li huma stabbiliti f’pajjiż terz, sa fejn l-output prodott minn dawk is-sistemi jkun maħsub biex jintuża fl-Unjoni. Madankollu, biex jitqiesu l-arranġamenti eżistenti u l-ħtiġijiet speċjali għall-kooperazzjoni mas-sħab barranin li magħhom jiġu skambjati informazzjoni u evidenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz u għal organizzazzjonijiet internazzjonali meta jaġixxu fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi fil-livell nazzjonali jew Ewropew għall-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew mal-Istati Membri tagħha. Dawn il-ftehimiet ġew konklużi b’mod bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jew bejn l-Unjoni Ewropea, il-Europol u aġenziji oħra tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, din l-eċċezzjoni jenħtieġ li tkun limitata għall-organizzazzjoni internazzjonali u l-pajjiżi fdati li jikkondividu l-valuri tal-Unjoni.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni meta dawn jaġixxu bħala fornitur jew utent ta’ sistema tal-AI. Is-sistemi tal-AI żviluppati jew użati esklussivament għal skopijiet militari jenħtieġ jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dak l-użu jkun fil-mandat esklussiv tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni regolata skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji tas-servizzi stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [kif emendata bl-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
(12)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni meta dawn jaġixxu bħala fornitur jew amministratur ta’ sistema tal-AI. Is-sistemi tal-AI żviluppati jew użati esklussivament għal skopijiet militari jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dak l-użu jkun fil-mandat esklussiv tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni regolata skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji tas-servizzi stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [kif emendata bl-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Is-software u d-data li huma kondiviżi b’mod miftuħ u fejn l-utenti jistgħu jaċċessawhom, jużawhom, jimmodifikawhom u jqassmuhom mill-ġdid b’mod liberu jew verżjonijiet modifikati tagħhom, jistgħu jikkontribwixxu għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-suq. Ir-riċerka mill-Kummissjoni turi wkoll li s-software bla ħlas u b’sors miftuħ jista’ jikkontribwixxi bejn EUR 65 biljun u EUR 95 biljun għall-PDG tal-Unjoni Ewropea, u li jista’ jipprovdi opportunitajiet sinifikanti ta’ tkabbir għall-ekonomija Ewropea. L-utenti jitħallew iħaddmu, jikkuppjaw, iqassmu, jistudjaw, ibiddlu u jtejbu s-software u d-data, inklużi mudelli permezz ta’ liċenzji bla ħlas u b’sors miftuħ. Biex jitrawmu l-iżvilupp u l-użu tal-AI, speċjalment mill-SMEs, in-negozji ġodda, ir-riċerka akkademika iżda wkoll minn individwi, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal tali komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ ħlief sal-punt li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz minn fornitur bħala parti minn sistema tal-AI b’riskju kbir jew ta’ sistema tal-AI li taqa’ taħt it-Titolu II jew IV ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
(12b)  La l-iżvilupp kollaborattiv ta’ komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ u lanqas it-tqegħid tagħhom disponibbli fuq repożitorji miftuħa ma għandhom jikkostitwixxu tqegħid fis-suq jew tqegħid fis-servizz. Attività kummerċjali, fil-fehma li ssir disponibbli fis-suq, tista’ madankollu tkun ikkaratterizzata billi jiġi impost prezz, bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet bejn il-mikrointrapriżi, għal komponent tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ iżda wkoll billi jiġi impost prezz għal servizzi ta’ appoġġ tekniku, billi tiġi pprovduta pjattaforma tas-software li permezz tagħha l-fornitur jimmonetizza servizzi oħra, jew bl-użu ta’ data personali għal raġunijiet għajr esklussivament għat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà tas-software.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
(12c)  L-iżviluppaturi ta’ komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ jenħtieġ li ma jingħatawx mandat skont dan ir-Regolament biex jikkonformaw mar-rekwiżiti mmirati lejn il-katina tal-valur tal-AI u, b’mod partikolari, mhux lejn il-fornitur li jkun uża dak il-komponent tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ. Madankollu, l-iżviluppaturi ta’ komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ jenħtieġ li jitħeġġu jimplimentaw prattiki ta’ dokumentazzjoni adottati b’mod wiesa’, bħal mudelli u kards tad-data, bħala mod biex titħaffef il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tul il-katina tal-valur tal-AI, u dan jippermetti l-promozzjoni ta’ sistemi tal-AI affidabbli fl-Unjoni.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Biex ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza, u ħarsien tad-drittijiet fundamentali, jenħtieġ jiġu stabbiliti standards normattivi komuni għas-sistemi kollha tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u jenħtieġ ma jkunux diskriminatorji filwaqt li jkunu konformi mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni.
(13)  Biex ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi fir-rigward tas-saħħa, is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali kif ukoll id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ambjent, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards normattivi komuni għas-sistemi kollha tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu konsistenti mal-Karta, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Drittijiet Diġitali tal-Unjoni u l-Linji Gwida dwar l-Etika għal Intelliġenza Artifiċjali (AI) Affidabbli tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, u jenħtieġ li ma jkunux diskriminatorji filwaqt li jkunu konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Biex jiddaħħal sett proporzjonat u effettiv ta’ regoli vinkolanti għas-sistemi tal-AI, jenħtieġ jitħaddem approċċ definit b’mod ċar u bbażat fuq ir-riskji. Dak l-approċċ jenħtieġ ifassal it-tip u l-kontenut ta’ dawk ir-regoli skont l-intensità u l-ambitu tar-riskji li jistgħu jiġġeneraw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jeħtieġ jiġu pprojbiti ċerti prattiki tal-intelliġenza artifiċjali, jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir u obbligi għall-operaturi rilevanti, u jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI.
(14)  Biex jiddaħħal sett proporzjonat u effettiv ta’ regoli vinkolanti għas-sistemi tal-AI, jenħtieġ li jitħaddem approċċ definit b’mod ċar u bbażat fuq ir-riskji. Dak l-approċċ jenħtieġ li jfassal it-tip u l-kontenut ta’ dawk ir-regoli skont l-intensità u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riskji li jistgħu jiġġeneraw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jeħtieġ jiġu pprojbiti ċerti prattiki mhux aċċettabbli tal-intelliġenza artifiċjali, jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir u obbligi għall-operaturi rilevanti, u jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Minbarra l-ħafna użi ta’ benefiċċju tal-intelliġenza artifiċjali, dik it-teknoloġija tista’ tintuża ħażin ukoll u tipprovdi għodod ġodda u qawwijin għal prattiki manipulattivi, ta’ sfruttament u ta’ kontroll soċjali. Dawn il-prattiki huma partikolarment dannużi u jenħtieġ jiġu pprojbiti għax imorru kontra l-valuri tal-Unjoni ta’ rispett għad-dinjità umana, ta’ libertà, ta’ ugwaljanza, ta’ demokrazija u tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, fosthom id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, għal protezzjoni tad-data u għal privatezza u d-drittijiet tat-tfal.
(15)  Minbarra l-ħafna użi ta’ benefiċċju tal-intelliġenza artifiċjali, dik it-teknoloġija tista’ tintuża ħażin ukoll u tipprovdi għodod ġodda u qawwijin għal prattiki manipulattivi, ta’ sfruttament u ta’ kontroll soċjali. Dawn il-prattiki huma partikolarment dannużi u abbużivi u jenħtieġ li jiġu pprojbiti għax imorru kontra l-valuri tal-Unjoni ta’ rispett għad-dinjità tal-bniedem, ta’ libertà, ta’ ugwaljanza, ta’ demokrazija u tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, fosthom id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, għal protezzjoni tad-data u għal privatezza u d-drittijiet tat-tfal.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ jiġu pprojbiti t-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI maħsuba biex ifixklu l-imġiba tal-bniedem, li aktarx joħolqu dannu fiżiku jew psikoloġiku. Sistemi tal-AI bħal dawn jużaw komponenti subliminali li l-individwi ma jistgħux jipperċepixxu jew jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tat-tfal u tal-persuni minħabba l-età, inkapaċitajiet fiżiċi jew mentali tagħhom. Dawn jagħmlu dan bl-intenzjoni li jfixklu materjalment l-imġiba ta’ persuna u b’mod li jikkawża jew li aktarx jikkawża dannu lil dik il-persuna jew lil xi persuna oħra. L-intenzjoni tista’ ma tiġix preżunta jekk it-tfixkil tal-imġiba tal-bniedem tirriżulta minn fatturi esterni għas-sistema tal-AI li ma jkunux fil-kontroll tal-fornitur jew tal-utent. Jenħtieġ li r-riċerka għal skopijiet leġittimi fir-rigward ta’ sistemi tal-AI bħal dawn ma tinħonoqx mill-projbizzjoni, diment li din ir-riċerka ma twassalx biex is-sistema tal-AI tintuża f’relazzjonijiet bejn il-bniedem u l-magni li jesponu lil persuni fiżiċi għal dannu u diment li din ir-riċerka ssir skont standards etiċi rikonoxxuti għar-riċerka xjentifika.
(16)  Jenħtieġ li jiġu pprojbiti t-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI bl-objettiv jew bl-effett li jfixklu materjalment l-imġiba tal-bniedem, li aktarx joħolqu dannu fiżiku jew psikoloġiku. Din il-limitazzjoni jenħtieġ li tinftiehem li tinkludi n-newroteknoloġiji assistiti minn sistemi tal-AI li jintużaw għall-monitoraġġ, l-użu, jew l-influwenza ta’ data newrali miġbura permezz ta’ interfaċċi bejn il-moħħ u l-kompjuter sakemm dawn ma jkunux qed ifixklu materjalment l-imġiba ta’ persuna fiżika b’mod li jikkawża jew li x’aktarx jikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna jew lil persuna oħra. Sistemi tal-AI bħal dawn jużaw komponenti subliminali li l-individwi ma jistgħux jipperċepixxu jew jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet ta’ individwi u gruppi speċifiċi ta’ persuni minħabba l-karatteristiċi magħrufa jew imbassra tal-personalità tagħhom, l-età, l-inkapaċitajiet fiżiċi jew mentali u s-sitwazzjoni soċjali jew ekonomika. Jagħmlu dan bl-intenzjoni jew bl-effett li jfixklu materjalment l-imġiba ta’ persuna u b’mod li jikkawża jew li aktarx jikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna jew lil xi persuna oħra jew lil gruppi ta’ persuni, inklużi danni li jistgħu jiġu akkumulati maż-żmien. L-intenzjoni ta’ tfixkil tal-imġiba tista’ ma tiġix preżunta jekk it-tfixkil jirriżulta minn fatturi esterni għas-sistema tal-AI li ma jkunux fil-kontroll tal-fornitur jew tal-utent, bħal fatturi li jistgħu ma jkunux previsti u mtaffija raġonevolment mill-fornitur jew mill-amministratur tas-sistema tal-AI. Fi kwalunkwe każ, ma huwiex meħtieġ li l-fornitur jew l-amministratur ikollhom l-intenzjoni li jikkawżaw id-dannu sinifikanti, sakemm tali dannu ma jirriżultax mill-prattiki manipulattivi jew ta’ sfruttament li ġejjin mill-AI. Il-projbizzjonijiet għal prattiki tal-AI bħal dawn huma komplementari għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2005/29/KE, li skonthom il-prattiki kummerċjali inġusti huma pprojbiti, irrispettivament minn jekk twettqux b’rikors għal sistemi tal-AI jew b’xi mod ieħor. F’dan il-kuntest, il-prattiki kummerċjali legali, pereżempju fil-qasam tar-reklamar, li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni ma għandhomx fihom infushom jitqiesu bħala li jiksru l-projbizzjoni. Jenħtieġ li r-riċerka għal skopijiet leġittimi fir-rigward ta’ sistemi tal-AI bħal dawn ma tinħonoqx mill-projbizzjoni, dment li din ir-riċerka ma twassalx biex is-sistema tal-AI tintuża f’relazzjonijiet bejn il-bniedem u l-magni li jesponu lil persuni fiżiċi għal dannu u dment li din ir-riċerka ssir f’konformità ma’ standards etiċi rikonoxxuti għar-riċerka xjentifika u abbażi ta’ kunsens infurmat speċifiku tal-individwi li huma esposti għalihom jew, meta applikabbli, tal-kustodju legali tagħhom.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Is-sistemi tal-AI li jikkategorizzaw il-persuni fiżiċi billi jassenjawhom għal kategoriji speċifiċi, skont karatteristiċi sensittivi jew protetti magħrufa jew inferiti huma partikolarment intrużivi, jiksru d-dinjità tal-bniedem u għandhom riskju kbir ta’ diskriminazzjoni. Dawn il-karatteristiċi jinkludu l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, ir-razza, l-oriġini etnika, il-migrazzjoni jew l-istatus taċ-ċittadinanza, l-orjentazzjoni politika, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon, id-diżabilità jew kwalunkwe raġuni oħra li għaliha d-diskriminazzjoni hija pprojbita skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/769. Għalhekk, jenħtieġ li dawn is-sistemi tal-AI jiġu pprojbiti.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Sistemi tal-AI li jipprovdu punteġġ soċjali ta’ persuni fiżiċi għal skop ġenerali mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom jistgħu jwasslu għal eżiti diskriminatorji u għall-esklużjoni ta’ ċerti gruppi. Jistgħu jiksru d-dritt għad-dinjità u ta’ nondiskriminazzjoni u l-valuri tal-ugwaljanza u tal-ġustizzja. Dawn is-sistemi tal-AI jevalwaw jew jikklassifikaw l-affidabbiltà tal-persuni fiżiċi abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom f’diversi kuntesti jew abbażi ta’ karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufin jew imbassrin. Il-punteġġ soċjali miksub minn dawn is-sistemi tal-AI jista’ jwassal għal trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali, li ma jkunux relatati mal-kuntest li fih kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret id-data, jew għal trattament detrimentali sproporzjonat jew mhux ġustifikat għall-gravità tal-imġiba soċjali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li sistemi tal-AI bħal dawn jiġu pprojbiti.
(17)  Sistemi tal-AI li jipprovdu punteġġ soċjali ta’ persuni fiżiċi għal skop ġenerali jistgħu jwasslu għal eżiti diskriminatorji u għall-esklużjoni ta’ ċerti gruppi. Dawn jimminaw id-dritt għad-dinjità u ta’ nondiskriminazzjoni u l-valuri tal-ugwaljanza u tal-ġustizzja. Dawn is-sistemi tal-AI jevalwaw jew jikklassifikaw persuni fiżiċi jew gruppi abbażi ta’ diversi punti ta’ data u okkorrenzi ta’ ħin relatati mal-imġiba soċjali tagħhom f’diversi kuntesti jew abbażi ta’ karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufin, inferiti jew imbassrin. Il-punteġġ soċjali miksub minn dawn is-sistemi tal-AI jista’ jwassal għal trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali, li ma jkunux relatati mal-kuntest li fih kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret id-data, jew għal trattament detrimentali sproporzjonat jew mhux ġustifikat għall-gravità tal-imġiba soċjali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li sistemi tal-AI bħal dawn jiġu pprojbiti.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  L-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” ta’ persuni fiżiċi fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi jitqies partikolarment intrużiv għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, sal-punt li dan jista’ jaffettwa l-ħajja privata ta’ parti kbira tal-popolazzjoni, jevoka sentiment ta’ sorveljanza kostanti u indirettament jiddisswadi l-eżerċitar tal-libertà ta’ għaqda u ta’ drittijiet fundamentali oħra. Barra minn hekk, l-immedjatezza tal-impatt u l-opportunitajiet limitati għal aktar kontrolli jew korrezzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ dawn is-sistemi li joperaw “fil-ħin reali” jikkawżaw riskji akbar għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati mill-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi.
(18)  L-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” ta’ persuni fiżiċi fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku huwa partikolarment intrużiv għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, u jista’ fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-ħajja privata ta’ parti kbira tal-popolazzjoni, jevoka sentiment ta’ sorveljanza kostanti, jagħti lill-partijiet li jużaw l-identifikazzjoni bijometrika fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku pożizzjoni ta’ setgħa inkontrollabbli u indirettament jiddisswadi l-eżerċitar tal-libertà ta’ għaqda u ta’ drittijiet fundamentali oħra fil-qalba tal-Istat tad-Dritt. L-ineżattezzi tekniċi tas-sistemi tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi jistgħu jwasslu għal riżultati preġudikati u jħallu effetti diskriminatorji. Dan hu partikolarment rilevanti fir-rigward tal-età, tal-etniċità, tas-sess jew tad-diżabilità. Barra minn hekk, l-immedjatezza tal-impatt u l-opportunitajiet limitati għal aktar kontrolli jew korrezzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ dawn is-sistemi li joperaw “fil-ħin reali” jikkawżaw riskji akbar għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati mill-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, l-użu ta’ dawk is-sistemi f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jiġi pprojbit. Bl-istess mod, is-sistemi tal-AI użati għall-analiżi ta’ filmati rreġistrati ta’ spazji aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “f’ħin aktar tard” jenħtieġ li jiġu pprojbiti wkoll, sakemm ma jkunx hemm awtorizzazzjoni preġudizzjarja għall-użu fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, meta jkun strettament meħtieġ għat-tfittxija mmirata konnessa ma’ reat kriminali serju speċifiku li jkun diġà seħħ, u jkun soġġett biss għal awtorizzazzjoni preġudizzjarja.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk is-sistemi għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi jiġi pprojbit, għajr fi tliet sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett, meta l-użu hu strettament meħtieġ biex jinkiseb interess pubbliku sostanzjali li l-importanza tiegħu tisboq ir-riskji. Dawk is-sitwazzjonijiet jinvolvu t-tiftix għal vittmi potenzjali tal-kriminalità, inkluż tfal neqsin; ċerti theddidiet għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi jew ta’ attakk terroristiku; u s-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awturi jew ta’ persuni suspettati tar-reati kriminali msemmija fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI38 jekk dawk ir-reati kriminali jkunu punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin u kif ikunu definiti fil-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Dak il-limitu fil-piena li ċċaħħad il-libertà jew l-ordni ta’ detenzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali jikkontribwixxi biex jiżgura li r-reat jenħtieġ ikun serju biżżejjed biex potenzjalment jiġġustifika l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali”. Barra minn hekk, mit-32 reat kriminali elenkat fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, uħud aktarx li fil-prattika jkunu aktar rilevanti minn oħrajn, fis-sens li r-rikors għal identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” jkun prevedibbilment meħtieġ u proporzjonat sa gradi varji ħafna biex fil-prattika jkun hemm is-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awtur jew ta’ persuna suspettata bir-reati kriminali differenti elenkati u b’kunsiderazzjoni tad-differenzi probabbli fil-gravità, fil-probabbiltà u fl-iskala tad-dannu jew tal-konsegwenzi negattivi possibbli.
imħassar
__________________
38 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Biex ikun żgurat li dawk is-sistemi jintużaw b’mod responsabbli u proporzjonat, hu importanti wkoll li jiġi stabbilit li, f’kull waħda minn dawk it-tliet sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett, jenħtieġ jitqiesu ċerti elementi, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tas-sitwazzjoni li twassal għat-talba u l-konsegwenzi tal-użu għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati u s-salvagwardji u l-kundizzjonijiet previsti fl-użu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal limiti xierqa fiż-żmien u fl-ispazju, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-evidenza jew l-indikazzjonijiet dwar it-theddidiet, il-vittmi jew l-awtur. Jenħtieġ li l-bażi tad-data ta’ referenza tal-persuni tkun adattata għal kull każ ta’ użu f’kull waħda mit-tliet sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
imħassar
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Jenħtieġ li kull użu tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal awtorizzazzjoni espliċita u speċifika minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità amministrattiva indipendenti ta’ Stat Membru. Jenħtieġ li, fil-prinċipju, din l-awtorizzazzjoni tinkiseb qabel l-użu, għajr f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza debitament ġustifikati, jiġifieri, f’sitwazzjonijiet meta l-ħtieġa li jintużaw is-sistemi inkwistjoni tkun tali li tagħmilha effettivament u oġġettivament impossibbli li tinkiseb awtorizzazzjoni qabel ma jibda l-użu. F’sitwazzjonijiet ta’ urġenza bħal dawn, jenħtieġ li l-użu jkun ristrett għall-minimu assolut meħtieġ u jkun soġġett għal salvagwardji u għal kundizzjonijiet xierqa, kif determinati fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-kuntest ta’ kull każ individwali ta’ użu urġenti mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi nnifisha. Barra minn hekk, jenħtieġ li f’sitwazzjonijiet bħal dawn l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tfittex li tikseb awtorizzazzjoni mill-aktar fis possibbli, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għalfejn ma setgħetx titlobha qabel.
imħassar
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Barra minn hekk, jixraq li, fi ħdan il-qafas eżawrjenti stabbilit b’dan ir-Regolament, ikun previst li dan l-użu fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament jeħtieġ ikun possibbli biss meta u sa fejn l-Istat Membru inkwistjoni jkun iddeċieda li jipprevedi b’mod espliċitu l-possibbiltà li jawtorizza dan l-użu fir-regoli dettaljati tiegħu tal-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma liberi skont dan ir-Regolament li ma jipprevedu l-ebda possibbiltà bħal din jew li jipprevedu biss din il-possibbiltà fir-rigward ta’ wħud mill-objettivi li jistgħu jiġġustifikaw l-użu awtorizzat identifikat f’dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  L-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” ta’ persuni fiżiċi fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi bilfors jinvolvi l-ipproċessar ta’ data bijometrika. Ir-regoli ta’ dan ir-Regolament li jipprojbixxu dan l-użu, soġġetta għal ċerti eċċezzjonijiet, u li huma bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, jenħtieġ japplikaw bħala lex specialis fir-rigward tar-regoli dwar l-ipproċessar tad-data bijometrika li jinsabu fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u b’hekk jirregolaw dan l-użu u l-ipproċessar tad-data bijometrika involuta b’mod eżawrjenti. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-użu u l-ipproċessar ikunu possibbli biss sa fejn ikun kompatibbli mal-qafas stabbilit b’dan ir-Regolament, mingħajr ma jkun hemm ambitu, barra minn dak il-qafas, għall-awtoritajiet kompetenti, meta jaġixxu għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, li jużaw dawn is-sistemi u jipproċessaw din id-data b’rabta magħhom abbażi tar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680. F’dan il-kuntest, dan ir-Regolament mhux maħsub biex jipprovdi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2016/680. Madankollu, l-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet oħra għajr l-infurzar tal-liġi, inkluż minn awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ ma jkunx kopert mill-qafas speċifiku rigward dan l-użu għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi stabbilit b’dan ir-Regolament. Għalhekk, dan l-użu għal finijiet oħra għajr l-infurzar tal-liġi jenħtieġ ma jkunx soġġett għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament u r-regoli dettaljati applikabbli tal-liġi nazzjonali li jistgħu jdaħħluh fis-seħħ.
imħassar
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Kull ipproċessar tad-data bijometrika u ta’ data personali oħra involuta fl-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika, għajr b’rabta mal-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kif regolat b’dan ir-Regolament, inkluż meta dawk is-sistemi jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet oħra għajr l-infurzar tal-liġi, jenħtieġ jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, skont kif ikun applikabbli.
(24)  Kull ipproċessar tad-data bijometrika u ta’ data personali oħra involuta fl-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika, għajr b’rabta mal-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku kif regolat b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, skont kif ikun applikabbli.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fil-punt (d), (2) u (3) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, meta l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli li jirregolaw il-forom ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jew ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE.
(25)  F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (d) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, meta l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli li jirregolaw il-forom ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jew ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fil-punt (d), (2) u (3) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE, u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom, relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu l-attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE.
(26)  F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (d) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE, u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom, relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu l-attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Is-sistemi tal-AI użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom biex jagħmlu previżjonijiet, profili jew valutazzjonijiet tar-riskju bbażati fuq it-tfassil tal-profil ta’ persuni fiżiċi jew analiżi tad-data abbażi ta’ karatteristiċi u karatteristiċi tal-personalità, inkluż il-post tal-persuna, jew l-imġiba kriminali fil-passat ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni għall-fini tal-previżjoni tal-okkorrenza jew l-okkorrenza mill-ġdid ta’ reat(i) kriminali attwali jew potenzjali jew ta’ mġiba soċjali kriminalizzata jew reati amministrattivi oħra, inkluż sistemi ta’ previżjoni tal-frodi, għandhom riskju partikolari ta’ diskriminazzjoni kontra ċerti persuni jew gruppi ta’ persuni, peress li dawn jiksru d-dinjità tal-bniedem kif ukoll il-prinċipju legali ewlieni tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Għalhekk jenħtieġ li dawn is-sistemi tal-AI jiġu pprojbiti.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)  L-iscraping indiskriminat u mhux immirat ta’ data bijometrika mill-midja soċjali jew filmati tas-CCTV biex jinħolqu jew jitwessgħu l-bażijiet tad-data tar-rikonoxximent tal-wiċċ iżidu mas-sens ta’ sorveljanza tal-massa u jistgħu jwasslu għal ksur gravi tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ sistemi tal-AI b’dan l-għan maħsub jiġi pprojbit.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 26c (ġdida)
(26c)  Hemm tħassib serju dwar il-bażi xjentifika tas-sistemi tal-AI li għandhom l-għan li jidentifikaw l-emozzjonijiet, il-karatteristiċi fiżiċi jew fiżjoloġiċi bħall-espressjonijiet tal-wiċċ, il-movimenti, il-frekwenza tal-polz jew il-vuċi. L-emozzjonijiet jew l-espressjonijiet tal-emozzjonijiet u l-perċezzjonijiet tagħhom ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn il-kulturi u s-sitwazzjonijiet, u anke f’individwu wieħed. Fost in-nuqqasijiet ewlenin ta’ teknoloġiji bħal dawn hemm l-affidabbiltà limitata (il-kategoriji ta’ emozzjoni la huma espressi b’mod affidabbli permezz ta’ sett komuni ta’ movimenti fiżiċi jew fiżjoloġiċi u lanqas ma huma assoċjati b’mod inekwivoku miegħu), in-nuqqas ta’ speċifiċità (l-espressjonijiet fiżiċi jew fiżjoloġiċi ma jaqblux perfettament mal-kategoriji ta’ emozzjoni) u l-ġeneralizzabbiltà limitata (l-effetti tal-kuntest u tal-kultura ma humiex ikkunsidrati biżżejjed). Kwistjonijiet ta’ affidabbiltà u konsegwentement, riskji kbar ta’ abbuż, jistgħu jinħolqu b’mod speċjali meta tintuża s-sistema f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali relatati mal-infurzar tal-liġi, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-post tax-xogħol u l-istituzzjonijiet edukattivi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz, jew l-użu ta’ sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw f’dawn il-kuntesti biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali tal-individwi.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 26d (ġdida)
(26d)  Jenħtieġ li l-prattiki li huma pprojbiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, il-liġi dwar in-nondiskriminazzjoni, il-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-liġi tal-kompetizzjoni, ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew fis-servizz biss jekk ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir disponibbli fl-Unjoni jew li l-output tagħhom jintuża b’xi mod ieħor fl-Unjoni ma jkunux joħolqu riskji inaċċettabbli għal interessi pubbliċi importanti tal-Unjoni kif rikonoxxuti u mħarsa bil-liġi tal-Unjoni. Is-sistemi tal-AI identifikati li għandhom riskju kbir jenħtieġ ikunu limitati għal dawk li jħallu impatt dannuż sinifikanti fuq is-saħħa, fuq is-sikurezza u fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuni fl-Unjoni u din il-limitazzjoni tnaqqas kemm jista’ jkun kull restrizzjoni potenzjali fuq il-kummerċ internazzjonali, jekk ikun hemm.
(27)  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew fis-servizz biss jekk ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir disponibbli fl-Unjoni jew li l-output tagħhom jintuża b’xi mod ieħor fl-Unjoni ma jkunux joħolqu riskji inaċċettabbli għal interessi pubbliċi importanti tal-Unjoni kif rikonoxxuti u mħarsa bid-dritt tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt jew l-ambjent. Sabiex jiġi żgurat l-allinjament mal-leġiżlazzjoni settorjali u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi rekwiżiti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bħar-Regolament (UE) 2017/745 dwar Apparati Mediċi u r-Regolament (UE) 2017/746 dwar Apparati Dijanjostiċi In Vitro jew id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju. Is-sistemi tal-AI identifikati li għandhom riskju kbir jenħtieġ li jkunu limitati għal dawk li jħallu impatt dannuż sinifikanti fuq is-saħħa, fuq is-sikurezza u fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuni fl-Unjoni u din il-limitazzjoni tnaqqas kemm jista’ jkun kull restrizzjoni potenzjali fuq il-kummerċ internazzjonali, jekk ikun hemm. Minħabba l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku, kif ukoll il-bidliet potenzjali fl-użu tas-sistemi tal-AI, il-lista ta’ żoni ta’ riskju kbir u każijiet ta’ użu fl-Anness III jenħtieġ li madankollu tkun soġġetta għal rieżami permanenti permezz tal-eżerċizzju ta’ valutazzjoni regolari.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Is-sistemi tal-AI jistgħu jipproduċu eżiti negattivi għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b’mod partikolari meta dawn is-sistemi jaħdmu bħala komponenti ta’ prodotti. B’mod konsistenti mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern u biex ikun żgurat li prodotti sikuri u konformi b’xi mod ieħor biss jitqiegħdu fis-suq, hu importanti li jiġu evitati u mmitigati kif xieraq ir-riskji għas-sikurezza li jistgħu jiġu ġġenerati minn prodott sħiħ minħabba l-komponenti diġitali tiegħu, inkluż sistemi tal-AI. Pereżempju, robots dejjem aktar awtonomi, sew fil-kuntest tal-manifattura u sew fil-kuntest tal-assistenza u l-kura personali, jenħtieġ ikunu jistgħu jitħaddmu b’mod sikur u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom f’ambjenti kumplessi. Bl-istess mod, fis-settur tas-saħħa fejn l-interessi għall-ħajja u għas-saħħa huma partikolarment għoljin, jenħtieġ li s-sistemi dijanjostiċi dejjem aktar sofistikati u s-sistemi li jappoġġaw id-deċiżjonijiet umani jkunu affidabbli u eżatti. Il-firxa tal-impatt negattiv ikkawżat mis-sistema tal-AI fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta għandha rilevanza partikolari meta sistema tal-AI tiġi kklassifikata li għandha riskju kbir. Dawk id-drittijiet jinkludu d-dritt għad-dinjità umana, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, u n-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, id-dritt għad-difiża u l-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Minbarra dawk id-drittijiet, hu importanti li jiġi enfasizzat li t-tfal għandhom drittijiet speċifiċi kif stabbiliti fl-Artikolu 24 tal-Karta tal-UE u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (elaborata aktar fil-Kumment Ġenerali Nru 25 tal-UNCRC fir-rigward tal-ambjent diġitali), li t-tnejn li huma jeħtieġu kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tat-tfal u l-għoti ta’ tali protezzjoni u kura kif meħtieġ għall-benesseri tagħhom. Id-dritt fundamentali għal livell għoli ta’ ħarsien ambjentali, kif stabbilit fil-Karta u implimentat fil-politiki tal-Unjoni, jenħtieġ jitqies ukoll waqt il-valutazzjoni tas-severità tad-dannu li sistema tal-AI tista’ tikkawża, inkluż rigward is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni.
(28)  Is-sistemi tal-AI għandhom impatt negattiv għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b’mod partikolari meta dawn is-sistemi jaħdmu bħala komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti. B’mod konsistenti mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern u biex ikun żgurat li prodotti sikuri u konformi b’xi mod ieħor biss jitqiegħdu fis-suq, hu importanti li jiġu evitati u jittaffew kif xieraq ir-riskji għas-sikurezza li jistgħu jiġu ġġenerati minn prodott sħiħ minħabba l-komponenti diġitali tiegħu, inkluż sistemi tal-AI. Pereżempju, robots dejjem aktar awtonomi, sew fil-kuntest tal-manifattura u sew fil-kuntest tal-assistenza u l-kura personali, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitħaddmu b’mod sikur u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom f’ambjenti kumplessi. Bl-istess mod, fis-settur tas-saħħa fejn l-interessi għall-ħajja u għas-saħħa huma partikolarment għoljin, jenħtieġ li s-sistemi dijanjostiċi dejjem aktar sofistikati u s-sistemi li jappoġġaw id-deċiżjonijiet umani jkunu affidabbli u eżatti.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Il-firxa tal-impatt negattiv ikkawżat mis-sistema tal-AI fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta għandha rilevanza partikolari meta sistema tal-AI tiġi kklassifikata li għandha riskju kbir. Dawk id-drittijiet jinkludu d-dritt għad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, id-dritt għad-difiża u l-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Minbarra dawk id-drittijiet, hu importanti li jiġi enfasizzat li t-tfal għandhom drittijiet speċifiċi kif minquxa fl-Artikolu 24 tal-Karta tal-UE u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (elaborata aktar fil-Kumment Ġenerali Nru 25 tal-UNCRC fir-rigward tal-ambjent diġitali), li t-tnejn li huma jeħtieġu kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tat-tfal u l-għoti ta’ tali protezzjoni u kura kif meħtieġ għall-benesseri tagħhom. Id-dritt fundamentali għal livell għoli ta’ ħarsien ambjentali, kif minqux fil-Karta u implimentat fil-politiki tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqies ukoll waqt il-valutazzjoni tas-severità tad-dannu li sistema tal-AI tista’ tikkawża, inkluż rigward is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Rigward is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40, tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41, tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45, u tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, jixraq li dawk l-atti jiġu emendati biex ikunżgurat li l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tekniċi u regolatorji ta’ kull settur, u mingħajr ma tinterferixxi mal-mekkaniżmi u mal-awtoritajiet eżistenti ta’ governanza, ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ infurzar stabbiliti fihom, ir-rekwiżiti obbligatorji għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir stabbiliti f’dan ir-Regolament meta tadotta xi att delegat jew ta’ implimentazzjoni futur rilevanti abbażi ta’ dawk l-atti.
(29)  Rigward is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40, tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41, tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45, u tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, jixraq li dawk l-atti jiġu emendati biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tekniċi u regolatorji ta’ kull settur, u mingħajr ma tinterferixxi mal-mekkaniżmi u mal-awtoritajiet eżistenti ta’ governanza, ta’ valutazzjoni tal-konformità, ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar stabbiliti fihom, ir-rekwiżiti obbligatorji għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir stabbiliti f’dan ir-Regolament meta tadotta xi att delegat jew ta’ implimentazzjoni futur rilevanti abbażi ta’ dawk l-atti.
__________________
__________________
39 Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).
39 Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).
40 Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
40 Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
41 Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
41 Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
42 Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
42 Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
43 Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
43 Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
44 Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
44 Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
45 Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
45 Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
46 Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).
46 Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Fir-rigward tas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti, li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir skont dan ir-Regolament jekk il-prodott inkwistjoni ssirlu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn korp terz tal-valutazzjoni tal-konformità skont dik il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B’mod partikolari, dawn il-prodotti huma makkinarju, ġugarelli, liftijiet, tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għal użu f’ambjenti potenzjalment esplożivi, tagħmir tar-radju, apparat tal-pressa, tagħmir ta’ opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, installazzjonijiet tal-funikular, apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, apparati mediċi, u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.
(30)  Fir-rigward tas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti, li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerta liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir skont dan ir-Regolament jekk il-prodott inkwistjoni ssirlu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali mwettqa minn korp terz tal-valutazzjoni tal-konformità skont dik il-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B’mod partikolari, dawn il-prodotti huma makkinarju, ġugarelli, liftijiet, tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għal użu f’ambjenti potenzjalment esplożivi, tagħmir tar-radju, apparat tal-pressa, tagħmir ta’ opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, installazzjonijiet tal-funikular, apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, apparati mediċi, u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-AI bħala li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament mhux bilfors tkun tfisser li l-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu jkun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jitqiesu li għandhom “riskju kbir” skont il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tapplika għall-prodott. Dan hu partikolarment il-każ għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47 u għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48, meta ssir valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għall-prodotti b’riskju medju u b’riskju kbir.
(31)  Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-AI bħala li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament ma tkunx tfisser li l-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu jkun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jitqiesu li għandhom “riskju kbir” skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tapplika għall-prodott. Dan hu partikolarment il-każ għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47 u għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48, meta ssir valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għall-prodotti b’riskju medju u b’riskju kbir.
__________________
__________________
47 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);
47 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);
48 Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
48 Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Fir-rigward tas-sistemi awtonomi tal-AI, jiġifieri s-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti, jixraq jiġi klassifikat li għandhom riskju kbir jekk, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, dawn jippreżentaw riskju kbir ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu s-severità tad-dannu possibbli u l-probabbiltà li dan iseħħ, u jintużaw f’għadd ta’ oqsma speċifikament definiti minn qabel kif speċifikat fir-Regolament. L-identifikazzjoni ta’ dawk is-sistemi timxi bl-istess metodoloġija u kriterji previsti wkoll għal kwalunkwe emenda futura tal-lista tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.
(32)  Fir-rigward tas-sistemi awtonomi tal-AI, jiġifieri s-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti u li huma elenkati f’wieħed mill-oqsma u l-każijiet ta’ użu fl-Anness III, jixraq jiġi klassifikat li għandhom riskju kbir jekk, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, dawn jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-persuni u, meta s-sistema tal-AI tintuża bħala komponent tas-sikurezza ta’ infrastruttura kritika, għall-ambjent. Tali riskju sinifikanti ta’ dannu jenħtieġ li jiġi identifikat billi jiġi vvalutat minn naħa waħda l-effett ta’ tali riskju fir-rigward tal-livell ta’ severità, intensità, probabbiltà li dan iseħħ u durata kkombinati flimkien u min-naħa l-oħra jekk id-dannu jistax jaffettwa individwu, pluralità ta’ persuni jew grupp partikolari ta’ persuni. Tali kombinazzjoni tista’ pereżempju tirriżulta f’severità għolja iżda probabbiltà baxxa li taffettwa persuna fiżika, jew probabbiltà għolja li taffettwa grupp ta’ persuni b’intensità baxxa fuq perjodu twil ta’ żmien, skont il-kuntest. L-identifikazzjoni ta’ dawk is-sistemi timxi bl-istess metodoloġija u kriterji previsti wkoll għal kwalunkwe emenda futura tal-lista tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdida)
(32a)  Jenħtieġ li l-fornituri li s-sistemi tal-AI tagħhom jaqgħu taħt wieħed mill-oqsma u l-każijiet ta’ użu elenkati fl-Anness III li jqisu li s-sistema tagħhom ma toħloqx riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali jew l-ambjent, jinfurmaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi jissottomettu notifika motivata. Din tista’ tieħu l-forma ta’ sommarju ta’ paġna waħda tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema tal-AI inkwistjoni, inkluż l-għan maħsub tagħha u għaliex ma toħloqx riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali jew l-ambjent. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika kriterji li jippermettu lill-kumpaniji jivvalutaw jekk is-sistema tagħhom toħloqx riskji bħal dawn, kif ukoll tiżviluppa mudell faċli biex jintuża u standardizzat għan-notifika. Il-fornituri jenħtieġ li jissottomettu n-notifika kmieni kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ qabel it-tqegħid tas-sistema tal-AI fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tagħha, idealment fl-istadju tal-iżvilupp, u jenħtieġ li jkunu liberi li jqegħduha fis-suq fi kwalunkwe ħin wara n-notifika. Madankollu, jekk l-awtorità tistma li s-sistema tal-AI inkwistjoni ġiet ikklassifikata ħażin, jenħtieġ li toġġezzjona għan-notifika fi żmien tliet xhur. L-oġġezzjoni jenħtieġ li tiġi sostanzjata u tispjega kif xieraq għaliex is-sistema tal-AI ġiet ikklassifikata ħażin. Il-fornitur jenħtieġ li jżomm id-dritt ta’ appell billi jipprovdi aktar argumenti. Jekk wara t-tliet xhur ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għan-notifika, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali xorta jistgħu jintervjenu jekk is-sistema tal-AI tippreżenta riskju fil-livell nazzjonali, bħal kwalunkwe sistema oħra tal-AI fis-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jissottomettu rapporti annwali lill-Uffiċċju tal-AI bid-dettalji tan-notifiki riċevuti u d-deċiżjonijiet meħuda.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  L-ineżattezzi tas-sistemi tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi jistgħu jwasslu għal riżultati preġudikati u jħallu effetti diskriminatorji. Dan hu partikolarment rilevanti fir-rigward tal-età, tal-etniċità, tal-ġeneru jew tad-diżabbiltà. Għaldaqstant, is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard” jenħtieġ jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Fid-dawl tar-riskji li joħolqu, iż-żewġ tipi ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota jenħtieġ ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi dwar il-kapaċitajiet tal-illoggjar u s-sorveljanza umana.
imħassar
Emenda 63
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
(33a)  Peress li d-data bijometrika tikkostitwixxi kategorija speċjali ta’ data personali sensittiva f’konformità mar-Regolament 2016/679, huwa xieraq li diversi każijiet kritiċi ta’ użu ta’ sistemi bijometriċi u bbażati fuq il-bijometrika jiġu kklassifikati bħala ta’ riskju kbir. Għalhekk, jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika ta’ persuni fiżiċi u ta’ sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw ħalli jsiru inferenzi dwar il-karatteristiċi personali ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ data bijometrika jew data bbażata fuq il-bijometrika, inklużi sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma pprojbiti skont dan ir-Regolament, jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Jenħtieġ li dan ma jinkludix sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-verifika bijometrika, li tinkludi l-awtentikazzjoni, li l-iskop uniku tagħha huwa li tikkonferma li persuna fiżika speċifika hija l-persuna li tiddikjara li hija u li tikkonferma l-identità ta’ persuna fiżika għall-iskop uniku li jkollha aċċess għal servizz, apparat jew bini (verifika one-to-one). Jenħtieġ li s-sistemi bijometriċi u dawk ibbażati fuq il-bijometrika li huma previsti fid-dritt tal-Unjoni biex jippermettu miżuri taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data personali ma jitqisux li joħolqu riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Fir-rigward tal-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura kritika, jixraq li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku tat-triq u fil-provvista tal-ilma, tal-gass, tat-tisħin u tal-elettriku jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, għax il-falliment jew il-funzjonament ħażin fihom jistgħu jqiegħdu f’riskju l-ħajja u s-saħħa tal-persuni fuq skala kbira u jwasslu għal tfixkil sinifikanti fl-eżekuzzjoni ordinarja tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi.
(34)  Fir-rigward tal-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura kritika, jixraq li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tal-provvista tal-ilma, tal-gass, tat-tisħin, tal-elettriku u tal-infrastruttura diġitali kritika jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, għax il-falliment jew il-funzjonament ħażin fihom jistgħu jiksru s-sigurtà u l-integrità ta’ din l-infrastruttura kritika jew ipoġġu f’riskju l-ħajja u s-saħħa tal-persuni fuq skala kbira u jwasslu għal tfixkil sinifikanti fl-eżekuzzjoni ordinarja tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi. Il-komponenti tas-sikurezza tal-infrastruttura kritika, inkluża l-infrastruttura diġitali kritika, huma sistemi użati biex jipproteġu direttament l-integrità fiżika tal-infrastruttura kritika jew is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u tal-proprjetà. Il-falliment jew il-funzjonament ħażin ta’ tali komponenti jista’ jwassal direttament għal riskji għall-integrità fiżika tal-infrastruttura kritika u b’hekk għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-proprjetà. Il-komponenti maħsuba biex jintużaw biss għal finijiet taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li ma jikkwalifikawx bħala komponenti ta’ sikurezza. Eżempji ta’ tali komponenti ta’ sikurezza jistgħu jinkludu sistemi għall-monitoraġġ tal-pressjoni tal-ilma jew sistemi ta’ kontroll tal-allarm tan-nar fiċ-ċentri tal-cloud computing.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Is-sistemi tal-AI użati fl-edukazzjoni jew it-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-aċċess jew għall-assenjazzjoni ta’ persuni f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali jew għall-evalwazzjoni ta’ persuni b’testijiet bħala parti mill-edukazzjoni tagħhom jew bħala prekundizzjoni għal din, jenħtieġ jitqiesu li għandhom riskju kbir għax jistgħu jiddeterminaw il-kors edukattiv u professjonali tal-ħajja ta’ persuna u għalhekk jaffettwaw l-abbiltà tagħhom li jiżguraw l-għajxien tagħhom. Meta jitfasslu u jintużaw b’mod mhux xieraq, dawn is-sistemi jistgħu jiksru d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ, u d-dritt ta’ nondiskriminazzjoni u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni.
(35)  L-użu ta’ sistemi tal-AI fl-edukazzjoni huwa importanti sabiex jgħin fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni sħaħ, itejjeb il-kwalità edukattiva, kemm offline kif ukoll online, u jaċċellera l-edukazzjoni diġitali, u b’hekk issir disponibbli wkoll għal udjenza usa’. Is-sistemi tal-AI użati fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-aċċess jew biex jiġu influwenzati materjalment id-deċiżjonijiet dwar l-ammissjoni jew għall-assenjazzjoni ta’ persuni f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali jew għall-evalwazzjoni ta’ persuni b’testijiet bħala parti mill-edukazzjoni tagħhom jew bħala prekundizzjoni għal din jew għall-valutazzjoni tal-livell xieraq ta’ edukazzjoni għal individwu u biex jiġi influwenzat materjalment il-livell ta’ edukazzjoni u t-taħriġ li l-individwi se jirċievu jew ikunu jistgħu jaċċessaw jew jimmonitorjaw u jidentifikaw imġiba pprojbita tal-istudenti matul it-testijiet jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala sistemi tal-AI li għandhom riskju kbir, għax jistgħu jiddeterminaw il-kors edukattiv u professjonali tal-ħajja ta’ persuna u għalhekk jaffettwaw l-abbiltà tagħhom li jiżguraw l-għajxien tagħhom. Meta jiġu ddisinjati u jintużaw b’mod mhux xieraq, dawn is-sistemi jistgħu jkunu partikolarment intrużivi u jistgħu jiksru d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ, u d-dritt ta’ nondiskriminazzjoni u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju kontra n-nisa, ċerti gruppi ta’ età, persuni b’diżabilità, jew persuni ta’ ċerti oriġini razzjali jew etnika jew orjentazzjoni sesswali.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Anki s-sistemi tal-AI użati fl-impjiegi, fil-ġestjoni tal-ħaddiema u fl-aċċess għal impjieg indipendenti, b’mod partikolari għar-reklutaġġ u għall-għażla tal-persuni, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni u għall-allokazzjoni tal-kompiti, għall-monitoraġġ jew għall-evalwazzjoni tal-persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, jenħtieġ jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prospetti futuri tal-karriera u tal-għajxien ta’ dawk il-persuni. Jenħtieġ li r-relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti relatati max-xogħol ikunu jinvolvu lill-impjegati u lill-persuni li jipprovdu servizzi permezz ta’ pjattaformi kif imsemmi fil-Programm ta’ Ħidma 2021 tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li, fil-prinċipju, dawn il-persuni ma jitqisux bħala utenti skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Tul il-proċess tar-reklutaġġ u fl-evalwazzjoni, fil-promozzjoni, jew fiż-żamma ta’ persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, dawn is-sistemi jistgħu jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju kontra n-nisa, ċerti gruppi ta’ età, persuni b’diżabbiltà, jew persuni ta’ ċerta oriġini razzjali jew etnika jew orjentazzjoni sesswali. Is-sistemi tal-AI użati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-imġiba ta’ dawn il-persuni jistgħu jħallu impatt ukoll fuq id-drittijiet tagħhom għal protezzjoni tad-data u privatezza.
(36)  Anke s-sistemi tal-AI użati fl-impjiegi, fil-ġestjoni tal-ħaddiema u fl-aċċess għal impjieg indipendenti, b’mod partikolari għar-reklutaġġ u għall-għażla tal-persuni, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew biex jiġu influwenzati materjalment id-deċiżjonijiet dwar il-bidu, il-promozzjoni u t-terminazzjoni u għall-allokazzjoni personalizzata tal-kompiti abbażi ta’ mġiba individwali, karatteristiċi personali jew data bijometrika, għall-monitoraġġ jew għall-evalwazzjoni tal-persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, jenħtieġ li jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, għax jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prospetti futuri tal-karriera, l-għajxien ta’ dawk il-persuni u d-drittijiet tal-ħaddiema. Jenħtieġ li r-relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti relatati max-xogħol ikunu jinvolvu b’mod sinifikattiv lill-impjegati u lill-persuni li jipprovdu servizzi permezz ta’ pjattaformi kif imsemmi fil-Programm ta’ Ħidma 2021 tal-Kummissjoni. Tul il-proċess tar-reklutaġġ u fl-evalwazzjoni, fil-promozzjoni, jew fiż-żamma ta’ persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, dawn is-sistemi jistgħu jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju kontra n-nisa, ċerti gruppi ta’ età, persuni b’diżabilità, jew persuni ta’ ċerta oriġini razzjali jew etnika jew orjentazzjoni sesswali. Is-sistemi tal-AI użati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-imġiba ta’ dawn il-persuni jistgħu jimminaw ukoll l-essenza tad-dritt fundamentali tagħhom għal protezzjoni tad-data u privatezza. Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jipprevedu regoli aktar speċifiċi għall-użu tas-sistemi tal-AI fil-kuntest tal-impjiegi.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Qasam ieħor li fih l-użu tas-sistemi tal-AI jixirqilhom kunsiderazzjoni speċjali hu l-aċċess għal ċerti servizzi u benefiċċji privati u pubbliċi essenzjali u t-tgawdija ta’ dawn is-servizzi u l-benefiċċji meħtieġa biex in-nies jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà jew biex itejbu l-istandard tal-għajxien tagħhom. B’mod partikolari, is-sistemi tal-AI użati bħala sistema ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu jew għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ xi persuni fiżiċi jenħtieġ jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jiddeterminaw l-aċċess ta’ dawk il-persuni għal riżorsi finanzjarji jew għal servizzi essenzjali bħal akkomodazzjoni, elettriku, u servizzi tat-telekomunikazzjoni. Is-sistemi tal-AI użati għal dan il-għan jistgħu jikkawżaw diskriminazzjoni ta’ persuni jew ta’ gruppi u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju bbażati fuq l-oriġini razzjali jew etnika, diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, jew joħolqu forom ġodda ta’ impatti diskriminatorji. Meta jitqiesu l-iskala limitata ħafna tal-impatt u l-alternattivi disponibbli fis-suq, jixraq li s-sistemi tal-AI jiġu eżentati għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu meta jitqiegħdu fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess. Il-persuni fiżiċi li japplikaw għal jew li jirċievu benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika mill-awtoritajiet pubbliċi, tipikament ikunu dipendenti fuq dawk il-benefiċċji u s-servizzi u f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-awtoritajiet responsabbli. Jekk is-sistemi tal-AI jintużaw biex jiġi determinat jekk dawn il-benefiċċji u s-servizzi jenħtieġx jiċċaħħdu, jitnaqqsu, jitneħħew jew jittieħdu lura mill-awtoritajiet, dawn jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-għajxien tal-persuni u jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom, bħad-dritt għal protezzjoni soċjali, ta’ nondiskriminazzjoni, id-dinjità umana jew għal rimedju effettiv. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sistemi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi innovattivi fl-amministrazzjoni pubblika, li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn użu aktar mifrux ta’ sistemi tal-AI konformi u sikuri, diment li dawk is-sistemi ma jkunux jinvolvu riskju kbir għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li anki s-sistemi tal-AI użati biex tintbagħat jew tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jieħdu deċiżjonijiet f’sitwazzjonijiet kritiċi ħafna għall-ħajja u għas-saħħa tal-persuni u għall-proprjetà tagħhom.
(37)  Qasam ieħor li fih l-użu tas-sistemi tal-AI jixirqilhom kunsiderazzjoni speċjali hu l-aċċess għal ċerti servizzi privati u pubbliċi essenzjali, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi essenzjali, inkluż iżda mhux limitati għall-akkomodazzjoni, l-elettriku, it-tisħin/it-tkessiħ u l-internet, u l-benefiċċji meħtieġa biex in-nies jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà jew biex itejbu l-istandard tal-għajxien tagħhom. B’mod partikolari, is-sistemi tal-AI użati bħala sistema ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu jew għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ xi persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jiddeterminaw l-aċċess ta’ dawk il-persuni għal riżorsi finanzjarji jew għal servizzi essenzjali bħal akkomodazzjoni, elettriku, u servizzi tat-telekomunikazzjoni. Is-sistemi tal-AI użati għal dan il-għan jistgħu jikkawżaw diskriminazzjoni ta’ persuni jew ta’ gruppi u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju bbażati fuq l-oriġini razzjali jew etnika, il-ġeneru, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, jew joħolqu forom ġodda ta’ impatti diskriminatorji. Madankollu, jenħtieġ li s-sistemi tal-AI previsti mid-dritt tal-Unjoni għall-fini li tiġi identifikata frodi fl-offerta ta’ servizzi finanzjarji ma jitqisux li għandhom riskju kbir skont dan ir-Regolament. Il-persuni fiżiċi li japplikaw għal jew li jirċievu benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi essenzjali, inkluż iżda mhux limitati għall-akkomodazzjoni, l-elettriku, it-tisħin/it-tkessiħ u l-internet, tipikament ikunu dipendenti fuq dawk il-benefiċċji u s-servizzi u f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-awtoritajiet responsabbli. Jekk is-sistemi tal-AI jintużaw biex jiġi determinat jekk dawn il-benefiċċji u s-servizzi jenħtieġx li jiċċaħħdu, jitnaqqsu, jitneħħew jew jittieħdu lura mill-awtoritajiet, dawn jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-għajxien tal-persuni u jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom, bħad-dritt għal protezzjoni soċjali, ta’ nondiskriminazzjoni, id-dinjità tal-bniedem jew għal rimedju effettiv. Bl-istess mod, is-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bil-għan li jittieħdu deċiżjonijiet jew biex jiġu influwenzati materjalment id-deċiżjonijiet dwar l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għall-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ħajja jista’ jkollhom ukoll impatt sinifikanti fuq l-għajxien tal-persuni u jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom pereżempju billi jillimitaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa jew billi jkattru diskriminazzjoni abbażi ta’ karatteristiċi personali. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sistemi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi innovattivi fl-amministrazzjoni pubblika, li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn użu aktar mifrux ta’ sistemi tal-AI konformi u sikuri, dment li dawk is-sistemi ma jkunux jinvolvu riskju kbir għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li anke s-sistemi tal-AI użati biex jiġu evalwati u kklassifikati telefonati ta’ emerġenza minn persuni fiżiċi jew biex tintbagħat jew tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jieħdu deċiżjonijiet f’sitwazzjonijiet kritiċi ħafna għall-ħajja u għas-saħħa tal-persuni u għall-proprjetà tagħhom.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
(37a)  Minħabba r-rwol u r-responsabbiltà tal-pulizija u tal-awtoritajiet ġudizzjarji, u l-impatt tad-deċiżjonijiet li jieħdu għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, xi każijiet ta’ użu speċifiċi ta’ applikazzjonijiet tal-AI fl-infurzar tal-liġi jridu jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, b’mod partikolari f’każijiet fejn hemm il-potenzjal li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ħajjiet jew id-drittijiet fundamentali tal-individwi.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  L-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu ċerti użi tas-sistemi tal-AI huma kkaratterizzati minn grad sinifikanti ta’ żbilanċ tal-poter u jistgħu jwasslu għal sorveljanza, għal arrest jew għal ċaħda tal-libertà ta’ persuna fiżika u għal impatti negattivi oħra fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta. B’mod partikolari, jekk is-sistema tal-AI ma tkunx imħarrġa b’data ta’ kwalità għolja, ma tkunx tissodisfa rekwiżiti adegwati mil-lat ta’ eżattezza jew robustezza tagħha, jew ma tkunx imfassla u ttestjata kif xieraq qabel ma titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz b’xi mod ieħor, din tista’ tindividwa persuni b’mod diskriminatorju jew b’mod skorrett jew inġust. Barra minn hekk, l-eżerċitar ta’ drittijiet fundamentali proċedurali importanti, bħad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-dritt għal difiża u l-preżunzjoni tal-innoċenza, jista’ jitfixkel, b’mod partikolari, meta dawn is-sistemi tal-AI ma jkunux trasparenti, spjegabbli u dokumentati biżżejjed. Għalhekk, dawn is-sistemi tal-AI maħsubin biex jintużaw fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta l-eżattezza, l-affidabbiltà u t-trasparenza jkunu partikolarment importanti biex jiġu evitati impatti negattivi, tinżamm il-fiduċja pubblika u jiġu żgurati l-akkontabbiltà u rimedju effettiv. Fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet inkwistjoni u tar-riskji relatati magħhom, jenħtieġ li dawk is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jinkludu b’mod partikolari s-sistemi tal-AI maħsubin biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal valutazzjonijiet tar-riskju individwali, għal poligrafi u għal għodod simili jew biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika, biex jiġu identifikati “deep fakes”, għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-provi fi proċedimenti kriminali, għal previżjoni ta’ okkorrenza jew riokkorrenza ta’ reat kriminali attwali jew potenzjali abbażi ta’ profilar ta’ persuni fiżiċi, jew għall-valutazzjoni tal-aspetti u tal-karatteristiċi tal-personalità jew tal-imġiba kriminali fil-passat ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi, għall-profilar waqt is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, kif ukoll għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsubin speċifikament biex jintużaw għal proċedimenti amministrattivi mill-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana ma jitqisux bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ sejbien, ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.
(38)  L-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu ċerti użi tas-sistemi tal-AI huma kkaratterizzati minn grad sinifikanti ta’ żbilanċ tal-poter u jistgħu jwasslu għal sorveljanza, għal arrest jew għal ċaħda tal-libertà ta’ persuna fiżika u għal impatti negattivi oħra fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta. B’mod partikolari, jekk is-sistema tal-AI ma tkunx imħarrġa b’data ta’ kwalità għolja, ma tkunx tissodisfa rekwiżiti adegwati mil-lat tal-prestazzjoni tagħha, ta’ eżattezza jew robustezza tagħha, jew ma tkunx iddisinjata u ttestjata kif xieraq qabel ma titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz b’xi mod ieħor, din tista’ tindividwa persuni b’mod diskriminatorju jew b’mod skorrett jew inġust. Barra minn hekk, l-eżerċitar ta’ drittijiet fundamentali proċedurali importanti, bħad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-dritt għal difiża u l-preżunzjoni tal-innoċenza, jista’ jitfixkel, b’mod partikolari, meta dawn is-sistemi tal-AI ma jkunux trasparenti, spjegabbli u dokumentati biżżejjed. Għalhekk, dawn is-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta l-eżattezza, l-affidabbiltà u t-trasparenza jkunu partikolarment importanti biex jiġu evitati impatti negattivi, tinżamm il-fiduċja pubblika u jiġu żgurati l-akkontabbiltà u rimedju effettiv. Fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet inkwistjoni u tar-riskji relatati magħhom, jenħtieġ li dawk is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jinkludu b’mod partikolari s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħala poligrafi u għodod simili sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak nazzjonali, għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-provi fi proċedimenti kriminali, għat-tfassil tal-profil waqt is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, kif ukoll għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsubin speċifikament biex jintużaw għal proċedimenti amministrattivi mill-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana ma jiġux ikklassifikati bħala sistemi tal-AI li għandhom riskju kbir użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ sejbien, ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Jenħtieġ li l-użu tal-għodod tal-AI mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji ma jsirx fattur ta’ inugwaljanza, ksur soċjali jew esklużjoni. Jenħtieġ li l-impatt tal-użu tal-għodod tal-AI fuq id-drittijiet tad-difiża tal-persuni suspettati ma jiġix injorat, b’mod partikolari d-diffikultà biex tinkiseb informazzjoni sinifikattiva dwar il-funzjonament tagħhom u d-diffikultà konsegwenti biex jiġu kkontestati r-riżultati tagħhom fil-qorti, b’mod partikolari minn individwi li qed jiġu investigati.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Is-sistemi tal-AI użati fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri jaffettwaw lil persuni li spiss ikunu f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli u li jiddependu fuq l-eżitu tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għalhekk, l-eżattezza, in-natura nondiskriminatorja u t-trasparenza tas-sistemi tal-AI użati f’dawk il-kuntesti huma partikolarment importanti biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ data personali, ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ amministrazzjoni tajba. Għalhekk jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, dawk is-sistemi maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti inkarigati b’kompiti fl-oqsma tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri bħal poligrafi u għodod simili jew biex jidentifikaw l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika; għall-valutazzjoni ta’ ċerti riskji ppreżentati minn persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li japplikaw għal viża jew għal ażil; għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti rilevanti ta’ persuni fiżiċi; għall-assistenza lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżaminar tal-applikazzjonijiet għal ażil, għal viża u għal permessi ta’ residenza u tal-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-objettiv li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi li japplikaw għal status. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll fil-fruntieri koperti b’dan ir-Regolament ikunu konformi mar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49, mir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra.
(39)  Is-sistemi tal-AI użati fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri jaffettwaw lil persuni li spiss ikunu f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli u li jiddependu mill-eżitu tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għalhekk, l-eżattezza, in-natura nondiskriminatorja u t-trasparenza tas-sistemi tal-AI użati f’dawk il-kuntesti huma partikolarment importanti biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ data personali, ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ amministrazzjoni tajba. Għalhekk jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, dawk is-sistemi maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew mill-aġenziji, l-uffiċċji jew il-korpi tal-Unjoni inkarigati b’kompiti fl-oqsma tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri bħal poligrafi u għodod simili sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak nazzjonali, għall-valutazzjoni ta’ ċerti riskji ppreżentati minn persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li japplikaw għal viża jew għal ażil; għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti rilevanti ta’ persuni fiżiċi; għall-assistenza lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżaminar u l-valutazzjoni tal-veraċità tal-evidenza fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal ażil, għal viża u għal permessi ta’ residenza u tal-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-objettiv li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi li japplikaw għal status; għall-monitoraġġ, is-sorveljanza jew l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, għall-fini tad-detezzjoni, ir-rikonoxximent jew l-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi; għat-tbassir jew il-previżjoni tax-xejriet relatati mal-movimenti migratorji u l-qsim tal-fruntieri. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll fil-fruntieri koperti b’dan ir-Regolament ikunu konformi mar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49, mir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri fl-ebda ċirkostanza ma jintużaw mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji jew mill-korpi tal-Unjoni bħala mezz biex jiġu evitati l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati kif emendata mill-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967, u jenħtieġ li lanqas ma jintużaw b’xi mod biex jiksru l-prinċipju ta’ non-refoulement, jew jiċħdu perkorsi legali sikuri u effettivi fit-territorju tal-Unjoni, inkluż id-dritt għall-protezzjoni internazzjonali.
__________________
__________________
49 Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
49 Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
50 Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
50 Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
Emenda 71
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI maħsubin għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja u għall-proċessi demokratiċi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta jitqies l-impatt potenzjalment sinifikanti tagħhom fuq id-demokrazija, fuq l-istat tad-dritt, fuq il-libertajiet individwali u fuq id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. B’mod partikolari, biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ preġudizzji, ta’ erruri u ta’ opaċità potenzjali, jixraq li s-sistemi maħsubin biex jgħinu lill-awtoritajiet ġudizzjarji fir-riċerka u fl-interpretazzjoni tal-fatti u tal-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti, jikkwalifikaw bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir. Madankollu, jenħtieġ li din il-kwalifika ma testendix għal sistemi tal-AI maħsuba għal attivitajiet amministrattivi purament anċillari li ma jaffettwawx l-amministrazzjoni attwali tal-ġustizzja f’każijiet individwali, bħall-anonimizzazzjoni jew il-psewdonimizzazzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, ta’ dokumenti jew ta’ data, il-komunikazzjoni bejn il-persunal, il-kompiti amministrattivi jew l-allokazzjoni ta’ riżorsi.
(40)  Jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI maħsuba għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja u għall-proċessi demokratiċi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta jitqies l-impatt potenzjalment sinifikanti tagħhom fuq id-demokrazija, fuq l-istat tad-dritt, fuq il-libertajiet individwali u fuq id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. B’mod partikolari, biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ preġudizzji, ta’ erruri u ta’ opaċità potenzjali, jixraq li s-sistemi maħsuba biex jintużaw minn awtorità ġudizzjarja jew korp amministrattiv jew f’isimhom biex jassistu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-korpi amministrattivi fir-riċerka u fl-interpretazzjoni tal-fatti u tal-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti jew jintużaw b’mod simili fis-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim. L-użu ta’ għodod tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jappoġġa, iżda jenħtieġ li ma jissostitwixxix is-setgħa tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-imħallfin jew l-indipendenza ġudizzjarja, peress li t-teħid finali ta’ deċiżjonijiet irid jibqa’ attività u deċiżjoni mmexxija mill-bniedem. Madankollu, jenħtieġ li din il-kwalifika ma testendix għal sistemi tal-AI maħsuba għal attivitajiet amministrattivi purament anċillari li ma jaffettwawx l-amministrazzjoni attwali tal-ġustizzja f’każijiet individwali, bħall-anonimizzazzjoni jew il-psewdonimizzazzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, ta’ dokumenti jew ta’ data, il-komunikazzjoni bejn il-persunal, il-kompiti amministrattivi jew l-allokazzjoni ta’ riżorsi.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
(40a)  Sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ interferenza esterna mhux dovuta fid-dritt tal-vot minqux fl-Artikolu 39 tal-Karta, u ta’ effetti sproporzjonati fuq il-proċessi demokratiċi, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt, is-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bil-għan li jinfluwenzaw l-eżitu ta’ elezzjoni jew referendum jew l-imġiba tal-votazzjoni ta’ persuni fiżiċi fl-eżerċizzju tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet jew fir-referenda jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir bl-eċċezzjoni ta’ sistemi tal-AI li l-output tagħhom ma jkunx espost għal persuni fiżiċi, bħal għodod użati għall-organizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-istruttura ta’ kampanji politiċi minn perspettiva amministrattiva u loġistika.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Premessa 40b (ġdida)
(40b)  Meta titqies l-iskala ta’ persuni fiżiċi li jużaw is-servizzi pprovduti minn pjattaformi tal-midja soċjali ddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna, tali pjattaformi online jistgħu jintużaw b’mod li jinfluwenza b’mod qawwi s-sikurezza online, it-tiswir tal-opinjoni u d-diskors pubbliku, il-proċessi elettorali u demokratiċi u t-tħassib tas-soċjetà. Għalhekk huwa xieraq li s-sistemi tal-AI użati minn dawk il-pjattaformi online fis-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-AI jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti skont dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tekniċi dwar il-governanza tad-data, id-dokumentazzjoni teknika u t-traċċabbiltà, it-trasparenza, is-sorveljanza tal-bniedem, l-eżattezza u r-robustezza. Il-konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tippermetti lil tali pjattaformi online kbar ħafna jikkonformaw mal-obbligi usa’ tagħhom ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni tar-riskju fl-Artikolu 34 u 35 tar-Regolament UE 2022/2065. L-obbligi f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065 u jenħtieġ li jikkomplementaw l-obbligi meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 meta l-pjattaforma tal-midja soċjali tkun ġiet iddeżinjata bħala pjattaforma online kbira ħafna. Minħabba l-impatt mifrux mal-Ewropa kollha tal-pjattaformi tal-midja soċjali ddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna, l-awtoritajiet iddeżinjati skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 jenħtieġ li jaġixxu bħala awtoritajiet tal-infurzar għall-finijiet tal-infurzar ta’ din id-dispożizzjoni.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Jenħtieġ li l-fatt li sistema tal-AI tiġi kklassifikata li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala indikatur li l-użu tas-sistema jkun legali biss skont atti oħra tal-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, bħal dwar il-protezzjoni tad-data personali, dwar l-użu tal-poligrafi u ta’ għodod simili jew ta’ sistemi oħra biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuni fiżiċi. Jenħtieġ li kull użu bħal dan ikompli għaddej biss meta jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli li jirriżultaw mill-Karta u mill-atti applikabbli tal-liġi sekondarja tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinftehemx li jipprovdi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali, inkluż kategoriji speċjali ta’ data personali, meta rilevanti.
(41)  Jenħtieġ li l-fatt li sistema tal-AI tiġi kklassifikata bħala sistema tal-AI li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala indikatur li l-użu tas-sistema jkun legali jew illegali biss skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, bħal dwar il-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li kull użu bħal dan ikompli għaddej biss meta jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli li jirriżultaw mill-Karta u mill-atti applikabbli tad-dritt sekondarju tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Premessa 41a (ġdida)
(41a)  Għadd ta’ regoli legalment vinkolanti fil-livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali diġà japplikaw jew huma rilevanti għas-sistemi tal-AI illum, inkluż iżda mhux limitat għal-liġi primarja tal-UE (it-Trattati tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha), id-dritt sekondarju tal-UE (bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti, ir-Regolament dwar il-Moviment Liberu ta’ Data Mhux Personali, id-Direttivi kontra d-diskriminazzjoni, id-Direttivi dwar il-Liġi tal-Konsumatur u s-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol), it-trattati tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa (bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem), u l-liġi nazzjonali. Minbarra r-regoli applikabbli orizzontalment, jeżistu diversi regoli speċifiċi għad-dominji li japplikaw għal applikazzjonijiet partikolari tal-AI (bħal pereżempju r-Regolament dwar Apparati Mediċi fis-settur tal-kura tas-saħħa).
Emenda 76
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Biex jittaffew ir-riskji tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew imqiegħda fis-servizz b’xi mod ieħor għall-utenti u l-persuni affettwati, jenħtieġ ikunu japplikaw ċerti rekwiżiti obbligatorji, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tal-użu tas-sistema u skont is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju li jrid jistabbilixxi l-fornitur.
(42)  Biex jittaffew ir-riskji tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew imqiegħda fis-servizz b’xi mod ieħor għall-amministraturi u l-persuni affettwati, jenħtieġ li jkunu japplikaw ċerti rekwiżiti obbligatorji, filwaqt li jitqies l-għan maħsub, l-użu ħażin raġonevolment prevedibbli tas-sistema u skont is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju li jrid jistabbilixxi l-fornitur. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu xprunati mill-objettiv, adatti għall-għan, raġonevoli u effettivi, mingħajr ma jżidu piżijiet jew kostijiet regolatorji żejda fuq l-operaturi.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-kwalità tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti tal-informazzjoni lill-utenti, is-sorveljanza umana, u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà. Dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex itaffu b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali, kif applikabbli fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema, u l-ebda miżura oħra anqas restrittiva għall-kummerċ ma tkun raġonevolment disponibbli, u b’hekk jiġu evitati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-kummerċ.
(43)  Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-kwalità u r-rilevanza tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti tal-informazzjoni lill-amministraturi, is-sorveljanza tal-bniedem, u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà. Dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex itaffu b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għall-ambjent, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif applikabbli fid-dawl tal-għan maħsub jew l-użu ħażin raġonevolment prevedibbli tas-sistema, u l-ebda miżura oħra anqas restrittiva għall-kummerċ ma tkun raġonevolment disponibbli, u b’hekk jiġu evitati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-kummerċ.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Il-kwalità għolja tad-data hi essenzjali għall-prestazzjoni ta’ ħafna sistemi tal-AI, speċjalment meta jintużaw tekniki li jinvolvu t-taħriġ tal-mudelli, biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir taħdem kif suppost u b’mod sikur u ma ssirx is-sors ta’ diskriminazzjoni pprojbita mil-liġi tal-Unjoni. Settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ta’ kwalità għolja jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ prattiki xierqa ta’ governanza u ġestjoni tad-data. Jenħtieġ li s-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ikunu rilevanti biżżejjed, rappreżentattivi u mingħajr erruri u kompluti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema. Jenħtieġ li jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż fir-rigward tal-persuni jew tal-gruppi ta’ persuni li fuqhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir. B’mod partikolari, jenħtieġ li s-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ikunu jqisu, sa fejn ikun meħtieġ fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, il-karatteristiċi jew l-elementi partikolari għall-ambjent jew għall-kuntest ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI. Biex jitħares id-dritt ta’ ħaddieħor minn diskriminazzjoni li tista’ tirriżulta mill-preġudizzju fis-sistemi tal-AI, jenħtieġ li l-fornituri jkunu jistgħu jipproċessaw ukoll kategoriji speċjali ta’ data personali, bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku sostanzjali, biex ikunu żgurati l-monitoraġġ, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzji fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.
(44)  L-aċċess għal data ta’ kwalità għolja għandu rwol vitali fil-provvista tal-istruttura u fl-iżgurar tal-prestazzjoni ta’ ħafna sistemi tal-AI, speċjalment meta jintużaw tekniki li jinvolvu t-taħriġ tal-mudelli, biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir taħdem kif suppost u b’mod sikur u ma ssirx sors ta’ diskriminazzjoni pprojbita mid-dritt tal-Unjoni. Settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ta’ kwalità għolja jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ prattiki xierqa ta’ governanza u ġestjoni tad-data. Is-settijiet tad-data għal taħriġ, u meta applikabbli, għal validazzjoni u ttestjar, inklużi t-tikketti, jenħtieġ li jkunu rilevanti biżżejjed, rappreżentattivi, eżaminati b’mod xieraq għall-iżbalji u kompluti kemm jista’ jkun fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema. Jenħtieġ li jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż fir-rigward tal-persuni jew tal-gruppi ta’ persuni li fir-rigward tagħhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir, b’attenzjoni speċifika għall-mitigazzjoni ta’ preġudizzji possibbli fis-settijiet tad-data, li jistgħu jwasslu għal riskji għad-drittijiet fundamentali jew eżiti diskriminatorji għall-persuni affettwati mis-sistema tal-AI b’riskju kbir. Il-preġudizzji jistgħu pereżempju jkunu inerenti fis-settijiet tad-data sottostanti, speċjalment meta tkun qed tintuża data storika, introdotta mill-iżviluppaturi tal-algoritmi, jew iġġenerata meta s-sistemi jiġu implimentati f’ambjenti reali; Ir-riżultati pprovduti mis-sistemi tal-AI huma influwenzati minn tali preġudizzji inerenti li huma inklinati li jiżdiedu gradwalment u b’hekk ikomplu jippermettu u jamplifikaw id-diskriminazzjoni eżistenti, b’mod partikolari għall-persuni li jappartjenu għal ċerti gruppi vulnerabbli jew etniċi jew komunitajiet razzjalizzati; B’mod partikolari, jenħtieġ li s-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ikunu jqisu, sa fejn ikun meħtieġ fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, il-karatteristiċi jew l-elementi partikolari għall-ambjent jew għall-kuntest ġeografiku, kuntestwali, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI. Biex jitħares id-dritt ta’ ħaddieħor minn diskriminazzjoni li tista’ tirriżulta mill-preġudizzju fis-sistemi tal-AI, jenħtieġ li l-fornituri, eċċezzjonalment u wara l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti skont dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725, ikunu jistgħu jipproċessaw ukoll kategoriji speċjali ta’ data personali, bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku sostanzjali, biex ikunu żgurati d-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzju negattiv fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Il-preġudizzju negattiv jenħtieġ li jinftiehem bħala preġudizzju li joħloq effett diskriminatorju dirett jew indirett kontra persuna fiżika. Ir-rekwiżiti relatati mal-governanza tad-data jistgħu jiġu rrispettati billi jsir rikors għal partijiet terzi li joffru servizzi ta’ konformità ċċertifikati inkluża l-verifika tal-governanza tad-data, l-integrità tas-sett tad-data, u t-taħriġ tad-data, il-validazzjoni u l-prattiki tal-ittestjar.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Premessa 45
(45)  Għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li ċerti atturi, bħal fornituri, korpi notifikati u entitajiet rilevanti oħra, bħaċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, il-faċilitajiet tal-esperimentazzjoni u ttestjar, u r-riċerkaturi, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw settijiet tad-data ta’ kwalità għolja fl-oqsma tal-attivitajiet rispettivi tagħhom relatati ma’ dan ir-Regolament. L-ispazji komuni Ewropej tad-data stabbiliti mill-Kummissjoni u l-faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u mal-gvern fl-interess pubbliku se jkunu strumentali biex jipprovdu aċċess affidabbli, responsabbli u nondiskriminatorju għal data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI. Pereżempju, fil-qasam tas-saħħa, l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa se jiffaċilita aċċess nondiskriminatorju għal data dwar is-saħħa u t-taħriġ ta’ algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali abbażi ta’ dawk is-settijiet tad-data, b’mod li jiżgura l-privatezza, sigur, fil-ħin, trasparenti u affidabbli, u b’governanza istituzzjonali xierqa. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż dawk settorjali, li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, jistgħu jappoġġaw ukoll il-forniment tad-data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI.
(45)  Għall-iżvilupp u l-valutazzjoni ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li ċerti atturi, bħal fornituri, korpi notifikati u entitajiet rilevanti oħra, bħaċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, il-faċilitajiet tal-esperimentazzjoni u ttestjar, u r-riċerkaturi, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw settijiet tad-data ta’ kwalità għolja fl-oqsma tal-attivitajiet rispettivi tagħhom relatati ma’ dan ir-Regolament. L-ispazji komuni Ewropej tad-data stabbiliti mill-Kummissjoni u l-faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u mal-gvern fl-interess pubbliku se jkunu strumentali biex jipprovdu aċċess affidabbli, responsabbli u nondiskriminatorju għal data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI. Pereżempju, fil-qasam tas-saħħa, l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa se jiffaċilita aċċess nondiskriminatorju għal data dwar is-saħħa u t-taħriġ ta’ algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali abbażi ta’ dawk is-settijiet tad-data, b’mod li jiżgura l-privatezza, sigur, fil-ħin, trasparenti u affidabbli, u b’governanza istituzzjonali xierqa. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż dawk settorjali, li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, jistgħu jappoġġaw ukoll il-forniment tad-data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Premessa 45a (ġdida)
(45a)  Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali jrid jiġi ggarantit tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-AI. F’dan ir-rigward, il-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, kif stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, huma essenzjali meta l-ipproċessar tad-data jinvolvi riskji sinifikanti għad-drittijiet fundamentali tal-individwi. Il-fornituri u l-utenti tas-sistemi tal-AI jenħtieġ li jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku sabiex jipproteġu dawk id-drittijiet. Tali miżuri jenħtieġ li jinkludu mhux biss l-anonimizzazzjoni u l-kriptaġġ, iżda wkoll l-użu ta’ teknoloġija li ssir dejjem aktar disponibbli li tippermetti li jiġu introdotti l-algoritmi fid-data u tippermetti li jiġi derivat għarfien siewi mingħajr it-trażmissjoni bejn il-partijiet jew l-ikkupjar mhux meħtieġ tad-data mhux ipproċessata jew strutturata nnifisha.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Hu essenzjali li jkun hemm informazzjoni dwar kif ġew żviluppati s-sistemi tal-AI b’riskju kbir u dwar il-prestazzjoni tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, hemm bżonn jinżammu rekords, u jkun hemm disponibbiltà ta’ dokumentazzjoni teknika bl-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti rilevanti. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun tinkludi l-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, tal-algoritmi, tad-data, tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-proċessi ta’ validazzjoni użati kif ukoll dokumentazzjoni dwar is-sistema rilevanti tal-ġestjoni tar-riskji. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm aġġornata.
(46)  Hu essenzjali li jkun hemm informazzjoni ċara dwar kif ġew żviluppati s-sistemi tal-AI b’riskju kbir u dwar il-prestazzjoni tagħhom tul il-ħajja tagħhom biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, hemm bżonn jinżammu rekords, u jkun hemm disponibbiltà ta’ dokumentazzjoni teknika bl-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti rilevanti. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun tinkludi l-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, tal-algoritmi, tad-data, tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-proċessi ta’ validazzjoni użati kif ukoll dokumentazzjoni dwar is-sistema rilevanti tal-ġestjoni tar-riskji. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm aġġornata b’mod xieraq matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tal-AI. Is-sistemi tal-AI jista’ jkollhom impatt ambjentali importanti kbir u konsum għoli tal-enerġija matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Biex jinftiehem aħjar l-impatt tas-sistemi tal-AI fuq l-ambjent, jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika abbozzata mill-fornituri tinkludi informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tas-sistema tal-AI, inkluż il-konsum matul l-iżvilupp u l-konsum mistenni waqt l-użu. Jenħtieġ li tali informazzjoni tqis il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Din l-informazzjoni rrapportata jenħtieġ li tkun ċara, komparabbli u verifikabbli u għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida dwar metolodoġija armonizzata għall-kalkolu u r-rapportar ta’ din l-informazzjoni. Biex jiġi żgurat li tkun possibbli dokumentazzjoni waħda, jenħtieġ li t-termini u d-definizzjonijiet relatati mad-dokumentazzjoni meħtieġa u kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jiġu allinjati kemm jista’ jkun.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Premessa 46a (ġdida)
(46a)  Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI jqisu l-metodi tal-ogħla livell u l-istandards applikabbli rilevanti biex jitnaqqsu l-użu tal-enerġija, l-użu tar-riżorsi u l-iskart, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tagħhom u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema. L-aspetti ambjentali tas-sistemi tal-AI li huma sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija tas-sistema tal-AI fil-fażi tal-iżvilupp, tat-taħriġ u tal-użu kif ukoll ir-reġistrazzjoni u r-rapportar u l-ħżin ta’ din id-data. Id-disinn tas-sistemi tal-AI jenħtieġ li jippermetti l-kejl u l-illoggjar tal-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi f’kull stadju tal-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-AI jridu jkunu robusti, trasparenti, konsistenti u preċiżi. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u ekosistema legali stabbli għall-fornituri u l-amministraturi fis-Suq Uniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa speċifikazzjoni komuni għall-metodoloġija biex tissodisfa r-rekwiżit ta’ rapportar u dokumentazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u r-riżorsi matul l-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu. Tali speċifikazzjonijiet komuni dwar il-metodoloġija tal-kejl jistgħu jiżviluppaw linja bażi li fuqha l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi aħjar jekk humiex meħtieġa interventi regolatorji futuri, meta twettaq valutazzjoni tal-impatt li tqis il-liġi eżistenti.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Premessa 46b (ġdida)
(46b)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u jingħata kontribut għall-objettivi ambjentali tal-Unjoni filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet u linji gwida u, eventwalment, miri għas-sostenibbiltà. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni hija intitolata tiżviluppa metodoloġija li tikkontribwixxi biex ikun hemm Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) u referenza għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). L-għan jenħtieġ li jkun li jippermetti tqabbil ġust bejn l-għażliet ta’ implimentazzjoni tal-AI li jipprovdu inċentivi għall-promozzjoni tal-użu ta’ teknoloġiji tal-AI aktar effiċjenti li jindirizzaw it-tħassib dwar l-enerġija u r-riżorsi. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi biex jiġi stabbilit ġbir bażi ta’ data rrapportata dwar l-emissjonijiet mill-iżvilupp u t-taħriġ u għall-użu;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Premessa 47a (ġdida)
(47a)  Ir-rekwiżiti dwar it-trasparenza u dwar l-ispjegabbiltà tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-AI jenħtieġ li jgħinu fil-ġlieda kontra l-effetti deterrenti tal-assimetrija diġitali u l-hekk imsejħa “elementi qarrieqa” mmirati lejn l-individwi u l-kunsens infurmat tagħhom.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jissodisfaw livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà f’konformità mal-aħħar avvanzi rikonoxxuti b’mod ġenerali. Jenħtieġ li l-livell ta’ eżattezza u l-metrika tal-eżattezza jiġu kkomunikati lill-utenti.
(49)  Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jissodisfaw livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali. Jenħtieġ li l-metriċi tal-prestazzjoni u l-livell mistenni tagħhom jiġu definiti bl-objettiv primarju li jtaffu r-riskji u l-impatt negattiv tas-sistema tal-AI. Jenħtieġ li l-livell mistenni ta’ metriċi tal-prestazzjoni jiġi kkomunikat lill-amministraturi b’mod ċar, trasparenti, li jinftiehem faċilment u intelliġibbli. Id-dikjarazzjoni tal-metriċi tal-prestazzjoni ma tistax titqies bħala prova tal-livelli futuri, iżda jeħtieġ li jiġu applikati metodi rilevanti biex jiġu żgurati livelli konsistenti matul l-użu. Filwaqt li jeżistu organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni biex jistabbilixxu standards, hija meħtieġa koordinazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva biex jiġi stabbilit kif jenħtieġ li jitkejlu dawn ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi standardizzati tas-sistemi tal-AI. L-Uffiċċju Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali jenħtieġ li jlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet nazzjonali tal-metroloġija u tal-valutazzjoni komparattiva u jipprovdi gwida mhux vinkolanti biex jiġu indirizzati l-aspetti tekniċi ta’ kif jitkejlu l-livelli xierqa ta’ eżattezza u robustezza.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Premessa 50
(50)  Ir-robustezza teknika hi rekwiżit ewlieni għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ ikunu reżiljenti kontra r-riskji konnessi mal-limitazzjonijiet tas-sistema (eż. erruri, ħsarat, inkonsistenzi, sitwazzjonijiet mhux mistennija) kif ukoll kontra azzjonijiet malizzjużi li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tas-sistema tal-AI u jikkawżaw imġiba dannuża jew mhux mixtieqa. In-nuqqas ta’ protezzjoni kontra dawn ir-riskji jista’ jwassal għal impatti fuq is-sikurezza jew jaffettwa ħażin id-drittijiet fundamentali, pereżempju minħabba deċiżjonijiet żbaljati jew outputs ħżiena jew preġudikati ġġenerati mis-sistema tal-AI.
(50)  Ir-robustezza teknika hi rekwiżit ewlieni għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li jkunu reżiljenti kontra r-riskji konnessi mal-limitazzjonijiet tas-sistema (eż. erruri, ħsarat, inkonsistenzi, sitwazzjonijiet mhux mistennija) kif ukoll kontra azzjonijiet malizzjużi li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tas-sistema tal-AI u jikkawżaw imġiba dannuża jew mhux mixtieqa. In-nuqqas ta’ protezzjoni kontra dawn ir-riskji jista’ jwassal għal impatti fuq is-sikurezza jew jaffettwa ħażin id-drittijiet fundamentali, pereżempju minħabba deċiżjonijiet żbaljati jew outputs ħżiena jew preġudikati ġġenerati mis-sistema tal-AI. Jenħtieġ li l-utenti tas-sistema tal-AI jieħdu passi biex jiżguraw li l-kompromess possibbli bejn ir-robustezza u l-eżattezza ma jwassalx għal eżiti diskriminatorji jew negattivi għal sottogruppi minoritarji.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Premessa 51
(51)  Iċ-ċibersigurtà taqdi rwol kruċjali biex ikunu żgurati sistemi tal-AI reżiljenti kontra tentattivi biex jinbidlu l-użu, l-imġiba jew il-prestazzjoni tal-proprjetajiet tas-sigurtà tagħhom jew li dawn il-proprjetajiet jiġu kompromessi minn partijiet terzi malizzjużi li jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema. Iċ-ċiberattakki kontra s-sistemi tal-AI jistgħu jingranaw assi speċifiċi għall-AI, bħal settijiet tad-data għal taħriġ (eż. avvelenament tad-data) jew mudelli mħarrġin (eż. attakki avversarjali), jew jisfruttaw vulnerabbiltajiet fl-assi diġitali tas-sistema tal-AI jew fl-infrastruttura sottostanti tal-ICT. Għalhekk, biex ikun żgurat livell taċ-ċibersigurtà xieraq għar-riskji, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ jieħdu l-miżuri xierqa filwaqt li jqisu wkoll kif xieraq l-infrastruttura sottostanti tal-ICT.
(51)  Iċ-ċibersigurtà taqdi rwol kruċjali biex ikunu żgurati sistemi tal-AI reżiljenti kontra tentattivi biex jinbidlu l-użu, l-imġiba jew il-prestazzjoni tal-proprjetajiet tas-sigurtà tagħhom jew li dawn il-proprjetajiet jiġu kompromessi minn partijiet terzi malizzjużi li jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema. Iċ-ċiberattakki kontra s-sistemi tal-AI jistgħu jingranaw assi speċifiċi għall-AI, bħal settijiet tad-data għal taħriġ (eż. avvelenament tad-data) jew mudelli mħarrġin (eż. attakki avversarjali jew attakki ta’ kunfidenzjalità), jew jisfruttaw vulnerabbiltajiet fl-assi diġitali tas-sistema tal-AI jew fl-infrastruttura sottostanti tal-ICT. Għalhekk, biex ikun żgurat livell taċ-ċibersigurtà xieraq għar-riskji, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, kif ukoll il-korpi notifikati, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa filwaqt li jqisu wkoll kif xieraq l-infrastruttura sottostanti tal-ICT. L-AI b’riskju kbir jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn soluzzjonijiet jew patches ta’ sikurezza għat-tul tal-ħajja tal-prodott, jew f’każ ta’ nuqqas ta’ dipendenza minn prodott speċifiku, għal żmien li jeħtieġ li jiġi ddikjarat mill-manifattur.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Premessa 53a (ġdida)
(53a)  Bħala firmatarji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri huma legalment obbligati li jipproteġu lill-persuni b’diżabilità mid-diskriminazzjoni u li jippromwovu l-ugwaljanza tagħhom, li jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess, fuq bażi ugwali ma’ oħrajn, għat-teknoloġiji u s-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u li jiżguraw ir-rispett għall-privatezza tal-persuni b’diżabilità. Minħabba l-importanza u l-użu dejjem akbar tas-sistemi tal-AI, l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-disinn universali għat-teknoloġiji u s-servizzi l-ġodda kollha jenħtieġ li tiżgura aċċess sħiħ, ugwali u mingħajr restrizzjonijiet għal kulħadd li potenzjalment jista’ jiġi affettwat minn jew li juża teknoloġiji tal-AI, inklużi persuni b’diżabilità, b’mod li jqis bis-sħiħ id-dinjità u d-diversità inerenti tagħhom. Għalhekk huwa essenzjali li l-Fornituri jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, inklużi d-Direttiva (UE) 2016/2102 u d-Direttiva (UE) 2019/882. Jenħtieġ li l-fornituri jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti mid-disinn. Għalhekk, il-miżuri meħtieġa jenħtieġ li jiġu integrati kemm jista’ jkun fid-disinn tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Premessa 54
(54)  Jenħtieġ li l-fornitur jistabbilixxi sistema soda għall-ġestjoni tal-kwalità, jiżgura t-twettiq tal-proċedura meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, ifassal id-dokumentazzjoni rilevanti u jistabbilixxi sistema soda ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. L-awtoritajiet pubbliċi li jqiegħdu fis-servizz sistemi tal-AI b’riskju kbir għall-użu tagħhom stess jistgħu jadottaw u jimplimentaw ir-regoli għas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità adottata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif xieraq, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u l-kompetenzi u l-organizzazzjoni tal-awtorità pubblika inkwistjoni.
(54)  Jenħtieġ li l-fornitur jistabbilixxi sistema soda tal-ġestjoni tal-kwalità, jiżgura t-twettiq tal-proċedura meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, ifassal id-dokumentazzjoni rilevanti u jistabbilixxi sistema robusta ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Għall-fornituri li diġà għandhom fis-seħħ sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità bbażati fuq standards bħall-ISO 9001 jew standards rilevanti oħra, jenħtieġ li ma tkun mistennija l-ebda sistema tal-ġestjoni tal-kwalità duplikata b’mod sħiħ iżda pjuttost adattament tas-sistemi eżistenti tagħhom għal ċerti aspetti marbuta mal-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan jiġi rifless ukoll f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni jew gwida futuri adottati mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. L-awtoritajiet pubbliċi li jqiegħdu fis-servizz sistemi tal-AI b’riskju kbir għall-użu tagħhom stess jistgħu jadottaw u jimplimentaw ir-regoli għas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità adottata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif xieraq, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u l-kompetenzi u l-organizzazzjoni tal-awtorità pubblika inkwistjoni.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Premessa 56
(56)  Biex ikun jista’ jiġi infurzat dan ir-Regolament u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi, u filwaqt li jitqiesu l-forom differenti ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodotti diġitali, hu importanti li jkun żgurat li, fiċ-ċirkostanzi kollha, persuna stabbilita fl-Unjoni tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet dwar il-konformità tas-sistema tal-AI. Għalhekk, qabel ma jagħmlu s-sistemi tal-AI tagħhom disponibbli fl-Unjoni, meta importatur ma jkunx jista’ jiġi identifikat, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-Unjoni.
(56)  Biex ikun jista’ jiġi infurzat dan ir-Regolament u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi, u filwaqt li jitqiesu l-forom differenti ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodotti diġitali, hu importanti li jkun żgurat li, fiċ-ċirkostanzi kollha, persuna stabbilita fl-Unjoni tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet dwar il-konformità tas-sistema tal-AI. Għalhekk, qabel ma jagħmlu s-sistemi tal-AI tagħhom disponibbli fl-Unjoni, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-Unjoni.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Premessa 58
(58)  Minħabba n-natura tas-sistemi tal-AI u r-riskji għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali assoċjati possibbilment mal-użu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa li jkun żgurat monitoraġġ xieraq tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI f’ambjent tal-ħajja reali, jixraq jiġu stabbiliti responsabbiltajiet speċifiċi għall-utenti. B’mod partikolari, l-utenti jenħtieġ jużaw sistemi tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu u jenħtieġ jiġu previsti ċerti obbligi oħra fir-rigward tal-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistemi tal-AI u fir-rigward taż-żamma tar-rekords, kif xieraq.
(58)  Minħabba n-natura tas-sistemi tal-AI u r-riskji għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali assoċjati possibbilment mal-użu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa li jkun żgurat monitoraġġ xieraq tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI f’ambjent tal-ħajja reali, jixraq jiġu stabbiliti responsabbiltajiet speċifiċi għall-amministraturi. B’mod partikolari, l-amministraturi jenħtieġ li jużaw sistemi tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu u jenħtieġ li jiġu previsti ċerti obbligi oħra fir-rigward tal-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistemi tal-AI u fir-rigward taż-żamma tar-rekords, kif xieraq.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Premessa 58a (ġdida)
(58a)  Filwaqt li r-riskji relatati mas-sistemi tal-AI jistgħu jirriżultaw mill-mod kif jiġu ddisinjati sistemi bħal dawn, ir-riskji jistgħu jirriżultaw ukoll minn kif jintużaw sistemi tal-AI bħal dawn. L-amministraturi ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom rwol kritiku fl-iżgurar li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jikkomplementaw l-obbligi tal-fornitur meta jiżviluppa s-sistema tal-AI. L-amministraturi jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jifhmu kif is-sistema tal-AI b’riskju kbir se tintuża b’mod konkret u għalhekk jistgħu jidentifikaw riskji sinfikanti potenzjali li ma kinux previsti fil-fażi tal-iżvilupp, minħabba għarfien aktar preċiż tal-kuntest tal-użu, tan-nies jew tal-gruppi ta’ persuni li x’aktarx jiġu affettwati, inklużi gruppi emarġinati u vulnerabbli. Jenħtieġ li l-amministraturi jidentifikaw strutturi ta’ governanza xierqa f’dak il-kuntest speċifiku tal-użu, bħal arranġamenti għas-sorveljanza tal-bniedem, proċeduri għat-trattament tal-ilmenti u proċeduri ta’ rimedju, minħabba li l-għażliet fl-istrutturi ta’ governanza jistgħu jkunu strumentali fil-mitigazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali f’każijiet konkreti ta’ użu. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat b’mod effiċjenti li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, jenħtieġ li l-amministratur tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir iwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali qabel ma jibda jużahom. Il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan dettaljat li jiddeskrivi l-miżuri jew l-għodod li se jgħinu fil-mitigazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali identifikati mhux aktar tard miż-żmien li jibdew jintużaw. Jekk tali pjan ma jkunx jista’ jiġi identifikat, l-amministratur jenħtieġ li jżomm lura milli juża s-sistema. Meta jwettaq din il-valutazzjoni tal-impatt, l-amministratur jenħtieġ li jinnotifika lill-awtorità superviżorja nazzjonali u, kemm jista’ jkun possibbli lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll lir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ persuni li x’aktarx jiġu affettwati mis-sistema tal-AI sabiex jiġbor l-informazzjoni rilevanti li titqies meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt u jitħeġġu jagħmlu s-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web online tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-obbligi ma japplikawx għall-SMEs li, minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi, jistgħu jsibuha diffiċli biex iwettqu tali konsultazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li jistinkaw ukoll biex jinvolvu lil dawn ir-rappreżentanti meta jwettqu l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, minħabba l-impatt potenzjali u l-ħtieġa ta’ sorveljanza u skrutinju demokratiċi, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll l-amministraturi li huma impriżi ddeżinjati bħala gwardjan skont ir-Regolament (UE) 2022/1925 jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw l-użu ta’ kwalunkwe sistema tal-AI b’riskju kbir f’bażi tad-data pubblika. Amministraturi oħra jistgħu jirreġistraw b’mod volontarju.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Premessa 59
(59)  Jixraq jiġi previst li l-utent tas-sistema tal-AI jenħtieġ ikun il-persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li fl-awtorità tiegħu titħaddem is-sistema tal-AI għajr meta l-użu jsir waqt attività personali mhux professjonali.
(59)  Jixraq jiġi previst li l-amministratur tas-sistema tal-AI jenħtieġ li jkun il-persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li fl-awtorità tiegħu titħaddem is-sistema tal-AI għajr meta l-użu jsir waqt attività personali mhux professjonali.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Premessa 60
(60)  Fid-dawl tal-kumplessità tal-katina tal-valur tal-intelliġenza artifiċjali, partijiet terzi rilevanti, b’mod partikolari dawk involuti fil-bejgħ u fil-forniment ta’ software, għodod u komponenti tas-software, mudelli mħarrġa minn qabel u data, jew il-fornituri tas-servizzi tan-network, jenħtieġ jikkooperaw, kif xieraq, mal-fornituri u l-utenti biex jiffaċilitaw il-konformità tagħhom mal-obbligi skont dan ir-Regolament u mal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.
(60)  Fil-katina tal-valur tal-AI diversi entitajiet spiss jipprovdu għodod u servizzi iżda wkoll komponenti jew proċessi li mbagħad jiġu inkorporati mill-fornitur fis-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-ġbir u l-ipproċessar minn qabel tad-data, it-taħriġ tal-mudell, it-taħriġ mill-ġdid tal-mudell, l-ittestjar u l-evalwazzjoni tal-mudell, l-integrazzjoni fis-software, jew aspetti oħra tal-iżvilupp tal-mudell. L-entitajiet involuti jistgħu jagħmlu l-offerta tagħhom disponibbli kummerċjalment b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ interfaċċi, bħal Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (API), u distribwiti b’liċenzji bla ħlas u b’sors miftuħ iżda wkoll aktar u aktar minn pjattaformi tal-forza tax-xogħol tal-AI, bejgħ mill-ġdid ta’ parametri mħarrġa, kits tad-DIY biex jinbnew mudelli jew l-offerta ta’ aċċess bi ħlas għal mudell li jservi arkitettura biex jiġu żviluppati u jitħarrġu mudelli. Fid-dawl ta’ din il-kumplessità tal-katina tal-valur tal-AI, il-partijiet terzi rilevanti kollha, b’mod partikolari dawk li huma involuti fl-iżvilupp, fil-bejgħ u fil-provvista kummerċjali ta’ għodod tas-software, komponenti, mudelli mħarrġin minn qabel jew data inkorporata fis-sistema tal-AI, jew fornituri tas-servizzi tan-network, jenħtieġ li mingħajr ma jikkompromettu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew sigrieti kummerċjali tagħhom stess, jagħmlu disponibbli l-informazzjoni, it-taħriġ jew l-għarfien espert meħtieġa u jikkooperaw, kif xieraq, mal-fornituri biex jippermettu l-kontroll tagħhom fuq l-aspetti rilevanti kollha tal-konformità tas-sistema tal-AI li taqa’ taħt dan ir-Regolament. Biex ikun hemm governanza kosteffettiva tal-katina tal-valur tal-AI, il-livell ta’ kontroll għandu jiġi żvelat b’mod espliċitu minn kull parti terza li tforni lill-fornitur b’għodda, servizz, komponent jew proċess li aktar tard jiġi inkorporat mill-fornitur fis-sistema tal-AI.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Premessa 60a (ġdida)
(60a)  Meta parti waħda tkun f’pożizzjoni ta’ negozjar aktar b’saħħitha, hemm riskju li dik il-parti tista’ tingrana tali pożizzjoni għad-detriment tal-parti kontraenti l-oħra meta tinnegozja l-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati. Żbilanċi kuntrattwali bħal dawn jagħmlu ħsara b’mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll lin-negozji ġodda, sakemm ma jkunux proprjetà ta’ intrapriża li tkun kapaċi tikkumpensa lis-sottokuntrattur b’mod xieraq jew ikunu sottokuntrattati minnha, peress li huma mingħajr kapaċità sinifikanti li jinnegozjaw il-kundizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali, u ma jista’ jkollhom l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċettaw termini kuntrattwali tat-tip “dawn jew xejn”. Għalhekk, termini kuntrattwali inġusti li jirregolaw il-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati jenħtieġ li ma jkunux vinkolanti għal tali intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju u negozji ġodda meta jkunu ġew imposti fuqhom b’mod unilaterali.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Premessa 60b (ġdida)
(60b)  Ir-regoli dwar it-termini kuntrattwali jenħtieġ li jqisu l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali bħala kunċett essenzjali fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju. Għalhekk, mhux it-termini kuntrattwali kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal test tal-inġustizzja, iżda biss għal dawk it-termini li huma imposti b’mod unilaterali fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u negozji ġodda. Dan jikkonċerna sitwazzjonijiet tat-tip “dawn jew xejn” fejn parti waħda tforni ċertu terminu kuntrattwali u l-intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju u n-negozju ġdid ma jistgħux jinfluwenzaw il-kontenut ta’ dak it-terminu minkejja tentattiv biex tinnegozjah. Terminu kuntrattwali li huwa sempliċiment ipprovdut minn parti waħda u aċċettat mill-intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju jew negozju ġdid jew terminu li jiġi negozjat u sussegwentement miftiehem b’mod emendat bejn il-partijiet kontraenti jenħtieġ li ma jitqiesx bħala impost b’mod unilaterali.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Premessa 60c (ġdida)
(60c)  Barra minn hekk, ir-regoli dwar termini kuntrattwali inġusti jenħtieġ li japplikaw biss għal dawk l-elementi ta’ kuntratt li huma relatati mal-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati. Partijiet oħra tal-istess kuntratt, mhux relatati ma’ dawn l-elementi, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għat-test tal-inġustizzja stabbilit f’dan ir-Regolament.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Premessa 60d (ġdida)
(60d)  Il-kriterji biex jiġu identifikati termini kuntrattwali inġusti jenħtieġ li jiġu applikati biss għal termini kuntrattwali eċċessivi, fejn tiġi abbużata pożizzjoni ta’ negozjar aktar b’saħħitha. Il-maġġoranza l-kbira tat-termini kuntrattwali li huma kummerċjalment aktar favorevoli għal parti waħda milli għal oħra, inklużi dawk li huma normali f’kuntratti minn negozju għal negozju, huma espressjoni normali tal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali u jibqgħu japplikaw. Jekk terminu kuntrattwali ma jkunx inkluż fil-lista ta’ termini li dejjem jitqiesu inġusti, tapplika d-dispożizzjoni ġenerali dwar in-nuqqas ta’ ġustizzja. F’dan ir-rigward, it-termini elenkati bħala termini inġusti jenħtieġ li jservu bħala kejl biex tiġi interpretata d-dispożizzjoni ġenerali dwar in-nuqqas ta’ ġustizzja.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Premessa 60e (ġdida)
(60e)  Il-mudelli bażi huma żvilupp reċenti, li fih il-mudelli tal-AI jiġu żviluppati minn algoritmi ddisinjati biex jottimizzaw għall-ġeneralità u l-versatilità tal-output. Dawk il-mudelli spiss jiġu mħarrġa fuq firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ data u ammonti kbar ta’ data biex iwettqu firxa wiesgħa ta’ kompiti downstream, inklużi xi wħud li għalihom ma kinux żviluppati u mħarrġa b’mod speċifiku. Il-mudell bażi jista’ jkun unimodali jew multimodali, imħarreġ permezz ta’ diversi metodi bħall-apprendiment taħt superviżjoni jew l-apprendiment ikkonsolidat. Is-sistemi tal-AI b’għan maħsub speċifiku jew is-sistemi tal-AI b’għan ġenerali jistgħu jkunu implimentazzjoni ta’ mudell bażi, li jfisser li kull mudell bażi jista’ jerġa’ jintuża f’għadd kbir ta’ sistemi tal-AI downstream jew sistemi tal-AI b’għan ġenerali. Dawn il-mudelli għandhom importanza dejjem akbar għal ħafna applikazzjonijiet u sistemi downstream.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Premessa 60f (ġdida)
(60f)  Fil-każ ta’ mudelli bażi pprovduti bħala servizz bħal permezz tal-aċċess għall-API, il-kooperazzjoni mal-fornituri downstream jenħtieġ li testendi matul iż-żmien li matulu jiġi pprovdut u appoġġat dak is-servizz, sabiex tippermetti mitigazzjoni xierqa tar-riskju, sakemm il-fornitur tal-mudell bażi ma jittrasferixxix il-mudell ta’ taħriġ kif ukoll informazzjoni estensiva u xierqa dwar is-settijiet tad-data u l-proċess ta’ żvilupp tas-sistema jew jirrestrinġi s-servizz, bħall-aċċess għall-API, b’tali mod li l-fornitur downstream ikun jista’ jikkonforma bis-sħiħ ma’ dan ir-Regolament mingħajr appoġġ ulterjuri mill-fornitur oriġinali tal-mudell bażi.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Premessa 60g (ġdida)
(60g)  Fid-dawl tan-natura u l-kumplessità tal-katina tal-valur għas-sistema tal-AI, huwa essenzjali li jiġi ċċarat ir-rwol tal-atturi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sistemi tal-AI. Hemm inċertezza sinifikanti dwar il-mod kif il-mudelli bażi se jevolvu, kemm f’termini ta’ tipoloġija ta’ mudelli kif ukoll f’termini ta’ awtogovernanza. Għalhekk, huwa essenzjali li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali tal-fornituri ta’ mudelli bażi. Flimkien mal-kumplessità u l-impatt mhux mistenni tagħhom, in-nuqqas ta’ kontroll tal-fornitur tal-AI downstream fuq l-iżvilupp tal-mudell bażi u l-iżbilanċ konsegwenti tal-poter u sabiex tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet tul il-katina tal-valur tal-AI, tali mudelli jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u obbligi proporzjonati u aktar speċifiċi skont dan ir-Regolament, jiġifieri l-mudelli bażi jenħtieġ li jivvalutaw u jtaffu r-riskji u l-ħsarat possibbli permezz ta’ disinn, ittestjar u analiżi xierqa, jenħtieġ li jimplimentaw miżuri ta’ governanza tad-data, inkluża l-valutazzjoni tal-preġudizzji, u jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi tad-disinn biex jiżguraw livelli xierqa ta’ prestazzjoni, prevedibbiltà, interpretabbiltà, korrezzjoni, sikurezza u ċibersigurtà u jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards ambjentali. Jenħtieġ li dawn l-obbligi jkunu akkumpanjati minn standards. Barra minn hekk, il-mudelli bażi jenħtieġ li jkollhom obbligi ta’ informazzjoni u jħejju d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa għall-fornituri downstream potenzjali biex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-mudelli bażi ġenerattivi jenħtieġ li jiżguraw it-trasparenza dwar il-fatt li l-kontenut jiġi ġġenerat minn sistema tal-AI, mhux mill-bnedmin. Dawn ir-rekwiżiti u l-obbligi speċifiċi ma jammontawx biex il-mudelli bażi jitqiesu bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir, iżda jenħtieġ li jiggarantixxu li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, is-saħħa u s-sikurezza, l-ambjent, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Mudelli mħarrġin minn qabel żviluppati għal sett ta’ applikazzjonijiet idjaq, inqas ġenerali u aktar limitat li ma jistgħux jiġu adattati għal firxa wiesgħa ta’ kompiti bħal sistemi sempliċi tal-AI b’użi multipli jenħtieġ li ma jitqisux bħala mudelli bażi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minħabba l-interpretabbiltà akbar tagħhom li tagħmel l-imġiba tagħhom inqas imprevedibbli.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Premessa 60h (ġdida)
(60h)  Minħabba n-natura tal-mudelli bażi, l-għarfien espert fil-valutazzjoni tal-konformità huwa nieqes u l-metodi tal-awditjar ta’ partijiet terzi għadhom qed jiġu żviluppati. Is-settur innifsu għalhekk qed jiżviluppa modi ġodda biex jivvaluta mudelli fundamentali li jissodisfaw parzjalment l-objettiv tal-awditjar (bħall-evalwazzjoni tal-mudell, ir-red teaming jew il-verifika tal-apprendiment awtomatiku u t-tekniki ta’ validazzjoni). Dawk il-valutazzjonijiet interni għall-mudelli bażi jenħtieġ li jkunu applikabbli b’mod wiesa’ (eż. indipendenti mill-kanali ta’ distribuzzjoni, mill-modalità, mill-metodi ta’ żvilupp), biex jindirizzaw ir-riskji speċifiċi għal tali mudelli filwaqt li jqisu l-prattiki tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-industrija u jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ fehim u kontroll tekniku suffiċjenti fuq il-mudell, il-ġestjoni ta’ riskji raġonevolment prevedibbli, u analiżi u ttestjar estensivi tal-mudell permezz ta’ miżuri xierqa, bħall-involviment ta’ evalwaturi indipendenti. Peress li l-mudelli bażi huma żvilupp ġdid u li qed jevolvi malajr fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali, jixraq li l-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-AI jimmonitorjaw u jivvalutaw perjodikament il-qafas leġiżlattiv u ta’ governanza ta’ tali mudelli u b’mod partikolari tas-sistemi ġenerattivi tal-AI bbażati fuq tali mudelli, li jqajmu mistoqsijiet sinifikanti relatati mal-ġenerazzjoni tal-kontenut bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur, u tal-użu ħażin potenzjali. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, inklużi d-Direttivi 2001/29/KE, 2004/48/ECR u (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Premessa 61
(61)  Jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni taqdi rwol ewlieni biex tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi lill-fornituri ħalli tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-konformità mal-istandards armonizzati kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 tkun mezz biex il-fornituri juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi komuni f’oqsma fejn ma jeżistux standards armonizzati jew fejn dawn ma jkunux biżżejjed.
(61)  Jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni taqdi rwol ewlieni biex tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi lill-fornituri ħalli tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-konformità mal-istandards armonizzati kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] tkun mezz biex il-fornituri juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-istandards bħala għodda ta’ politika għall-Unjoni u filwaqt li titqies l-importanza tal-istandards biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u għall-kompetittività tal-impriżi, jeħtieġ li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-interessi billi jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-iżvilupp tal-istandards. Il-proċess ta’ standardizzazzjoni jenħtieġ li jkun trasparenti fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni.
__________________
__________________
54 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
54 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
Emenda 104
Proposta għal regolament
Premessa 61a (ġdida)
(61a)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità, jenħtieġ li l-ewwel talbiet ta’ standardizzazzjoni jinħarġu mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan jenħtieġ li jservi biex titjieb iċ-ċertezza legali, u b’hekk jiġu promossi l-investiment u l-innovazzjoni fl-AI, kif ukoll il-kompetittività u t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni, filwaqt li titjieb il-governanza ta’ diversi partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati Ewropej rilevanti kollha bħall-Uffiċċju tal-AI, l-organizzazzjonijiet u l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew il-gruppi ta’ esperti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll l-industrija, l-SMEs, in-negozji ġodda, is-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u s-sħab soċjali, u fl-aħħar mill-aħħar jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni globali dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tal-AI b’mod konsistenti mal-valuri tal-Unjoni. Meta tkun qed tħejji t-talba ta’ standardizzazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Forum konsultattiv dwar l-AI sabiex tiġbor l-għarfien espert rilevanti.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Premessa 61b (ġdida)
(61b)  Meta s-sistemi tal-AI jkunu maħsuba biex jiġu użati fuq il-post tax-xogħol, jenħtieġ li l-istandards armonizzati jkunu limitati għall-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Premessa 61c (ġdida)
(61c)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta speċifikazzjonijiet komuni taħt ċerti kundizzjonijiet, meta ma jkun jeżisti l-ebda standard armonizzat rilevanti jew biex tindirizza tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali. Matul il-proċess kollu tal-abbozzar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment lill-Uffiċċju tal-AI u lill-forum konsultattiv tiegħu, lill-organizzazzjonijiet u lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew lill-gruppi ta’ esperti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-industrija, l-SMEs, in-negozji ġodda, is-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u s-sħab soċjali.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Premessa 61d (ġdida)
(61d)  Meta tadotta speċifikazzjonijiet komuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistinka għall-allinjament regolatorju tal-AI ma’ sħab globali tal-istess fehma, li huwa essenzjali biex jitrawmu l-innovazzjoni u s-sħubijiet transfruntiera fil-qasam tal-AI, peress li l-koordinazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma f’korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni hija ta’ importanza kbira.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Biex ikun żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz.
(62)  Biex ikun żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Sabiex tiżdied il-fiduċja fil-katina tal-valur u tingħata ċertezza lin-negozji dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tagħhom, il-partijiet terzi li jfornu komponenti tal-AI jistgħu japplikaw b’mod volontarju għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Premessa 64
(64)  Minħabba l-esperjenza aktar estensiva ta’ ċertifikaturi professjonali ta’ qabel it-tqegħid fis-suq fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti u n-natura differenti tar-riskji involuti, jixraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza jiġi limitat, tal-anqas f’fażi inizjali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati mal-prodotti. Għalhekk, l-valutazzjoni tal-konformità ta’ tali sistemi jenħtieġ issir bħala regola ġenerali mill-fornitur fir-responsabbiltà tiegħu stess, għajr għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni, li għalihom jenħtieġ ikun previst l-involviment ta’ korp notifikat fil-valutazzjoni tal-konformità, sa fejn dawn ma jkunux ipprojbiti.
(64)  Minħabba l-kumplessità tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir u r-riskji li huma assoċjati magħhom, huwa essenzjali li tiġi żviluppata kapaċità aktar adegwata għall-applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Madankollu, minħabba l-esperjenza attwali ta’ ċertifikaturi professjonali ta’ qabel it-tqegħid fis-suq fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti u n-natura differenti tar-riskji involuti, jixraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza jiġi limitat, tal-anqas f’fażi inizjali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati mal-prodotti. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-konformità ta’ tali sistemi jenħtieġ issir bħala regola ġenerali mill-fornitur fir-responsabbiltà tiegħu stess, għajr għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni, jew sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw ħalli jsiru inferenzi dwar il-karatteristiċi personali ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ data bijometrika jew data bbażata fuq il-bijometrika, inklużi sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet li għalihom jenħtieġ li jkun previst l-involviment ta’ korp notifikat fil-valutazzjoni tal-konformità, sa fejn dawn ma jkunux ipprojbiti.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Premessa 65
(65)  Biex issir valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ jaħtru korpi notifikati skont dan ir-Regolament, diment li dawn ikunu konformi ma’ sett ta’ rekwiżiti, b’mod partikolari dwar l-indipendenza, il-kompetenza u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess.
(65)  Biex isiru valutazzjonijiet tal-konformità minn parti terza meta dan ikun meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jiddeżinjaw korpi notifikati skont dan ir-Regolament, dment li dawn ikunu konformi ma’ sett ta’ rekwiżiti, b’mod partikolari dwar l-indipendenza, il-kompetenza, in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u r-rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu d-deżinjazzjoni ta’ għadd suffiċjenti ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, sabiex iċ-ċertifikazzjoni ssir fattibbli fil-ħin. Il-proċeduri ta’ valutazzjoni, deżinjazzjoni, notifika u monitoraġġ tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod uniformi kemm jista’ jkun fl-Istati Membri, bil-għan li jitneħħew l-ostakli amministrattivi fil-fruntieri u jiġi żgurat li jitwettaq il-potenzjal tas-suq intern.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Premessa 65a (ġdida)
(65a)  F’konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, huwa adegwat li tiġi mmassimizzata l-aċċettazzjoni tar-riżultati tat-testijiet prodotti minn korpi kompetenti tal-valutazzjoni tal-konformità, indipendenti mit-territorju li fih huma stabbiliti, fejn meħtieġ biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora b’mod attiv strumenti internazzjonali possibbli għal dak il-għan u b’mod partikolari tfittex l-istabbiliment possibbli ta’ ftehimiet dwar rikonoxximent reċiproku ma’ pajjiżi li huma fuq livell komparabbli ta’ żvilupp tekniku, u li jkollhom approċċ kompatibbli dwar l-AI u l-valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Premessa 66
(66)  F’konformità mal-kunċett stabbilit b’mod komuni ta’ modifika sostanzjali għall-prodotti regolati bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jixraq li sistema tal-AI ssirilha valutazzjoni tal-konformità ġdida kull meta jsir xi tibdil li jista’ jaffettwa l-konformità tas-sistema ma’ dan ir-Regolament jew meta jinbidel l-għan maħsub tas-sistema. Barra minn hekk, fir-rigward tas-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz (jiġifieri jadattaw awtomatikament kif jitwettqu l-funzjonijiet), jeħtieġ jiġu pprovduti regoli li jistabbilixxu li t-tibdiliet fl-algoritmu u fil-prestazzjoni tiegħu li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur u vvalutati fil-mument tal-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ ma jikkostitwixxux modifika sostanzjali.
(66)  F’konformità mal-kunċett stabbilit b’mod komuni ta’ modifika sostanzjali għall-prodotti regolati bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jixraq li sistema tal-AI b’riskju kbir issirilha valutazzjoni tal-konformità ġdida kull meta jseħħ tibdil mhux ippjanat li jmur lil hinn mit-tibdil ikkontrollat jew predeterminat mill-fornitur inkluż l-apprendiment kontinwu u li jista’ joħloq riskju inaċċettabbli ġdid u jaffettwa b’mod sinifikanti l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir ma’ dan ir-Regolament jew meta jinbidel l-għan maħsub tas-sistema. Barra minn hekk, fir-rigward tas-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz (jiġifieri jadattaw awtomatikament kif jitwettqu l-funzjonijiet), jeħtieġ jiġu pprovduti regoli li jistabbilixxu li t-tibdiliet fl-algoritmu u fil-prestazzjoni tiegħu li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur u vvalutati fil-mument tal-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ li ma jikkostitwixxux modifika sostanzjali. L-istess jenħtieġ li japplika għall-aġġornamenti tas-sistema tal-AI għal raġunijiet ta’ sigurtà b’mod ġenerali u għall-protezzjoni kontra t-theddid li qed jevolvi ta’ manipulazzjoni tas-sistema, dment li dawn ma jammontawx għal modifika sostanzjali.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Premessa 67
(67)  Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkollhom il-markatura CE biex jindikaw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fis-suq intern. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkollhom il-markatura CE.
(67)  Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkollhom il-markatura CE biex jindikaw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fis-suq intern. Għal sistemi fiżiċi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li titwaħħal markatura CE fiżika, u tista’ tiġi kkomplementata minn markatura CE diġitali. Għas-sistemi diġitali tal-AI b’riskju kbir biss, jenħtieġ li tintuża markatura CE diġitali. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkollhom il-markatura CE.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Premessa 68
(68)  F’ċerti kundizzjonijiet, id-disponibbiltà rapida ta’ teknoloġiji innovattivi tista’ tkun kruċjali għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u għas-soċjetà kollha kemm hi. Għalhekk jixraq li, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà pubblika jew ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni fiżiċi u għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI li ma tkun saritilhom valutazzjoni tal-konformità.
(68)  F’ċerti kundizzjonijiet, id-disponibbiltà rapida ta’ teknoloġiji innovattivi tista’ tkun kruċjali għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, għall-ambjent u t-tibdil fil-klima u għas-soċjetà kollha kemm hi. Għalhekk jixraq li, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni fiżiċi, ta’ ħarsien ambjentali u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI li ma tkunx saritilhom valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Premessa 69
(69)  Biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u biex tiżdied it-trasparenza lejn il-pubbliku, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati ma’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ ikunu meħtieġa jirreġistraw is-sistema tal-AI b’riskju kbir tagħhom f’bażi tad-data tal-UE, li trid tiġi stabbilita u titmexxa mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun il-kontrollur ta’ dik il-bażi tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55. Biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tal-bażi tad-data, meta tintuża, il-proċedura għall-istabbiliment tal-bażi tad-data jenħtieġ tinkludi l-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet funzjonali mill-Kummissjoni u rapport tal-awditjar indipendenti.
(69)  Biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u biex tiżdied it-trasparenza lejn il-pubbliku, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati ma’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw is-sistema tal-AI b’riskju kbir u l-mudelli bażi tagħhom f’bażi tad-data tal-UE, li trid tiġi stabbilita u titmexxa mill-Kummissjoni. Din il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun aċċessibbli liberament u għall-pubbliku, tinftiehem faċilment u li tinqara mill-magni. Il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun faċli biex tintuża u faċilment navigabbli, b’funzjonalitajiet ta’ tiftix tal-anqas li jippermettu lill-pubbliku ġenerali jfittex fil-bażi tad-data għal sistemi speċifiċi ta’ riskju kbir, postijiet, kategoriji ta’ riskju skont l-Anness IV u kliem ewlieni. L-amministraturi li huma awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew amministraturi li jaġixxu f’isimhom u li huma impriżi ddeżinjati bħala gwardjani skont ir-Regolament (UE) 2022/1925 jenħtieġ li jirreġistraw ukoll fil-bażi tad-data tal-UE qabel ma jibdew jaħdmu jew jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir għall-ewwel darba u wara kull modifika sostanzjali. Jenħtieġ li amministraturi oħra jkunu intitolati li jagħmlu dan b’mod volontarju. Kwalunkwe modifika sostanzjali tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandha tiġi rreġistrata wkoll fil-bażi tad-data tal-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun il-kontrollur ta’ dik il-bażi tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55. Biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tal-bażi tad-data, meta tintuża, il-proċedura għall-istabbiliment tal-bażi tad-data jenħtieġ li tinkludi l-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet funzjonali mill-Kummissjoni u rapport tal-awditjar indipendenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis iċ-ċibersigurtà u r-riskji relatati mal-periklu meta twettaq il-kompiti tagħha bħala kontrollur tad-data fil-bażi tad-data tal-UE. Sabiex jiġu mmassimizzati d-disponibbiltà u l-użu tal-bażi tad-data mill-pubbliku, il-bażi tad-data, inkluża l-informazzjoni disponibbli permezz tagħha, jenħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2019/882.
__________________
__________________
55 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
55 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 116
Proposta għal regolament
Premessa 71
(71)  L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tiżviluppa malajr li teħtieġ forom ġodda ta’ sorveljanza regolatorja u spazju sikur għall-esperimentazzjoni, filwaqt li jkunu żgurati innovazzjoni u integrazzjoni responsabbli ta’ salvagwardji xierqa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Biex jiżguraw qafas legali favorevoli għall-innovazzjoni, validu għall-futur u reżiljenti għat-tfixkil, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jenħtieġ jitħeġġu jistabbilixxu sandboxes regolatorji tal-intelliġenza artifiċjali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ sistemi innovattivi tal-AI b’sorveljanza regolatorja stretta qabel ma dawn is-sistemi jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz b’xi mod ieħor.
(71)  L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tiżviluppa malajr li teħtieġ sorveljanza regolatorja u spazju sikur u kkontrollat għall-esperimentazzjoni, filwaqt li jkunu żgurati innovazzjoni u integrazzjoni responsabbli ta’ salvagwardji xierqa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Biex jiżguraw qafas legali li jippromwovi l-innovazzjoni, huwa validu għall-futur, u reżiljenti għat-tfixkil, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mill-inqas sandbox regolatorja waħda tal-intelliġenza artifiċjali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ sistemi innovattivi tal-AI b’sorveljanza regolatorja stretta qabel ma dawn is-sistemi jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz b’xi mod ieħor. Huwa tabilħaqq mixtieq li jiġu stabbiliti sandboxes regolatorji, li l-istabbiliment tagħhom bħalissa jitħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, bħala l-pass li jmiss li għandu jsir obbligatorju bi kriterji stabbiliti. Dik is-sandbox obbligatorja tista’ tiġi stabbilita wkoll b’mod konġunt ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, sakemm dik is-sandbox ma tkunx tkopri l-livell nazzjonali rispettiv tal-Istati Membri involuti. Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll sandboxes addizzjonali f’livelli differenti, inkluż bejn l-Istati Membri, sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u s-sinerġiji transfruntiera. Bl-eċċezzjoni tas-sandbox obbligatorja fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll sandboxes virtwali jew ibridi. Is-sandboxes regolatorji kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jakkomodaw kemm il-prodotti fiżiċi kif ukoll dawk virtwali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kostitwenti jiżguraw ukoll li s-sandboxes regolatorji jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-funzjonament tagħhom.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Premessa 72
(72)  Jenħtieġ li l-objettivi tas-sandboxes regolatorji jkunu li titrawwem l-innovazzjoni fl-AI billi jiġi stabbilit ambjent ikkontrollat ta’ esperimentazzjoni u ttestjar fil-fażi tal-iżvilupp u ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni biex tkun żgurata l-konformità tas-sistemi innovattivi tal-AI ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri; biex jissaħħu ċ-ċertezza legali għall-innovaturi u s-sorveljanza u l-fehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-opportunitajiet, tar-riskji emerġenti u tal-impatti tal-użu tal-AI, u biex jitħaffef l-aċċess għas-swieq, inkluż billi jitneħħew l-ostakli għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u għan-negozji ġodda. Biex ikunu żgurati implimentazzjoni uniformi madwar l-Unjoni u l-ekonomiji ta’ skala, jixraq jiġu stabbiliti regoli komuni għall-implimentazzjoni tas-sandboxes regolatorji u qafas għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fis-superviżjoni tas-sandboxes. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi ġuridika għall-użu tad-data personali miġbura għal finijiet oħra għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fi ħdan is-sandbox regolatorja tal-AI, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li l-parteċipanti fis-sandbox jiżguraw salvagwardji xierqa u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż billi jimxu mal-gwida tagħhom u jaġixxu malajr u bona fide biex itaffu kull riskju kbir għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali li jista’ jinqala’ waqt l-iżvilupp u l-esperimentazzjoni fis-sandbox. Jenħtieġ li meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu qed jiddeċiedu jekk jimponux multa amministrattiva skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2016/680, titqies l-imġiba tal-parteċipanti fis-sandbox.
(72)  Jenħtieġ li l-objettivi tas-sandboxes regolatorji jkunu li: l-awtoritajiet kostitwenti jżidu l-fehim tagħhom tal-iżviluppi tekniċi, itejbu l-metodi superviżorji u jipprovdu gwida lill-iżviluppaturi tas-sistemi tal-AI u lill-fornituri biex jiksbu konformità regolatorja ma’ dan ir-Regolament jew meta rilevanti, ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; il-fornituri prospettivi jippermettu u jiffaċilitaw l-ittestjar u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi relatati mas-sistemi tal-AI fil-fażi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, biex ikun jista’ jsir aktar apprendiment regolatorju mill-awtoritajiet kostitwenti f’ambjent ikkontrollat bil-għan li tiġi żviluppata gwida aħjar u biex jiġi identifikat titjib possibbli fil-futur tal-qafas legali permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Kwalunkwe riskju sinifikanti identifikat matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ tali sistemi tal-AI jenħtieġ li jirriżulta f’mitigazzjoni immedjata u, fin-nuqqas ta’ din, fis-sospensjoni tal-proċess tal-iżvilupp u tal-ittestjar sakemm isseħħ tali mitigazzjoni. Biex ikunu żgurati implimentazzjoni uniformi madwar l-Unjoni u l-ekonomiji ta’ skala, jixraq jiġu stabbiliti regoli komuni għall-implimentazzjoni tas-sandboxes regolatorji u qafas għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fis-superviżjoni tas-sandboxes. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-sandboxes regolatorji jkunu disponibbli b’mod wiesa’ madwar l-Unjoni, filwaqt li l-parteċipazzjoni jenħtieġ li tibqa’ volontarja. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-SMEs u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment dawn is-sandboxes, ikunu involuti b’mod attiv u jipparteċipaw fl-iżvilupp u l-ittestjar ta’ sistemi innovattivi tal-AI, sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu bl-għarfien espert u l-esperjenza tagħhom.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Premessa 72a (ġdida)
(72a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi ġuridika għall-użu tad-data personali miġbura għal finijiet oħra għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fi ħdan is-sandbox regolatorja tal-AI biss taħt kundizzjonijiet speċifikati f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li l-fornituri prospettivi fis-sandbox jiżguraw salvagwardji xierqa u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż billi jimxu mal-gwida tagħhom u jaġixxu malajr u bona fide biex itaffu kull riskju kbir għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-ambjent u għad-drittijiet fundamentali li jista’ jinqala’ waqt l-iżvilupp u l-esperimentazzjoni fis-sandbox. Jenħtieġ li titqies l-imġiba tal-fornituri prospettivi fis-sandbox meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu dwar is-sospensjoni temporanja jew permanenti tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sandbox jekk jimponux multa amministrattiva skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2016/680.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Premessa 72b (ġdida)
(72b)  Sabiex jiġi żgurat li l-Intelliġenza Artifiċjali twassal għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali, l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw u jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp tal-AI b’appoġġ għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali billi jallokaw riżorsi suffiċjenti, inkluż il-finanzjament pubbliku u tal-Unjoni, u jagħtu aċċess ta’ prijorità lil sandboxes regolatorji għal proġetti mmexxija mis-soċjetà ċivili. Tali proġetti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ kooperazzjoni interdixxiplinari bejn l-iżviluppaturi tal-AI, l-esperti dwar l-inugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, l-aċċessibbiltà, il-konsumatur, id-drittijiet ambjentali u diġitali, kif ukoll l-akkademiċi.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Premessa 73
(73)  Biex tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, hu importanti li jitqiesu b’mod partikolari l-interessi tal-fornituri fuq skala żgħira u tal-utenti tas-sistemi tal-AI. Għal dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi mmirati lejn dawk l-operaturi, inkluż dwar is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, meta l-Korpi Notifikati jistabbilixxu tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ jitqiesu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira. Il-kostijiet tat-traduzzjoni relatata mad-dokumentazzjoni obbligatorja u mal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jistgħu jikkostitwixxu kost sinifikanti għall-fornituri u għal operaturi oħrajn, b’mod partikolari għal dawk fuq skala iżgħar. Jenħtieġ li, possibbilment, l-Istati Membri jiżguraw li waħda mil-lingwi determinati u aċċettati minnhom għad-dokumentazzjoni tal-fornituri rilevanti u għall-komunikazzjoni mal-operaturi tkun waħda li tinftiehem b’mod wiesa’ mill-akbar ammont ta’ utenti transkfruntieri possibbli.
(73)  Biex tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, hu importanti li jitqiesu b’mod partikolari l-interessi tal-fornituri fuq skala żgħira u tal-utenti tas-sistemi tal-AI. Għal dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi mmirati lejn dawk l-operaturi, inkluż dwar il-litteriżmu fl-AI, is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kanali eżistenti u meta xieraq, jistabbilixxu kanali ddedikati ġodda għall-komunikazzjoni mal-SMEs , man-negozji ġodda, mal-utent u ma’ innovaturi oħrajn biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali kanali eżistenti jistgħu jinkludi iżda mhumiex limitati għall-Iskwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters tal-ENISA, l-Aġenziji Nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data, il-pjattaforma tal-AI fuq talba, iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u strumenti oħra rilevanti ffinanzjati minn programmi tal-UE kif ukoll l-Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni. Meta xieraq, dawn il-kanali għandhom jaħdmu flimkien biex joħolqu sinerġiji u jiżguraw l-omoġeneità fil-gwida tagħhom għan-negozji ġodda, l-SMEs u l-utenti. Barra minn hekk, meta l-Korpi Notifikati jistabbilixxu tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità, għandhom jitqiesu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod regolari l-kostijiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ konformità għall-SMEs u għan-negozji ġodda, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet trasparenti mal-SMEs, man-negozji ġodda u mal-utenti u għandha taħdem mal-Istati Membri biex tnaqqas dawn il-kostijiet. Pereżempju, il-kostijiet tat-traduzzjoni relatata mad-dokumentazzjoni obbligatorja u mal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jistgħu jikkostitwixxu kost sinifikanti għall-fornituri u għal operaturi oħrajn, b’mod partikolari għal dawk fuq skala iżgħar. Jenħtieġ li, possibbilment, l-Istati Membri jiżguraw li waħda mil-lingwi determinati u aċċettati minnhom għad-dokumentazzjoni tal-fornituri rilevanti u għall-komunikazzjoni mal-operaturi tkun waħda li tinftiehem b’mod wiesa’ mill-akbar ammont ta’ utenti transfruntieri possibbli. L-intrapriżi ta’ daqs medju li riċentement inbidlu mill-kategorija żgħira għal dik ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE (l-Artikolu 16) għandu jkollhom aċċess għal dawn l-inizjattivi u gwida għal perjodu ta’ żmien meqjus xieraq mill-Istati Membri, peress li dawn l-intrapriżi ġodda ta’ daqs medju xi drabi jistgħu ma jkollhomx ir-riżorsi legali u t-taħriġ meħtieġa biex jiżguraw fehim u konformità xierqa mad-dispożizzjonijiet.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Premessa 74
(74)  Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għall-implimentazzjoni li jirriżultaw minn nuqqas ta’ għarfien u għarfien espert fis-suq kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri u tal-korpi notifikati mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-pjattaforma tal-AI ondemand, iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u l-Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew tal-UE jenħtieġ li possibbilment jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Bħala parti mill-missjoni u l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, dawn jistgħu jipprovdu appoġġ tekniku u xjentifiku b’mod partikolari lill-fornituri u lill-korpi notifikati.
(74)  Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għall-implimentazzjoni li jirriżultaw minn nuqqas ta’ għarfien u għarfien espert fis-suq kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri u tal-korpi notifikati mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-pjattaforma tal-AI fuq talba, iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u l-Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew tal-UE jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Bħala parti mill-missjoni u l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, dawn jistgħu jipprovdu appoġġ tekniku u xjentifiku b’mod partikolari lill-fornituri u lill-korpi notifikati.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Premessa 76
(76)  Biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, effettiva u armonizzata ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jiġi stabbilit Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali. Jenħtieġ li l-Bord ikun responsabbli għal għadd ta’ kompiti konsultattivi, inkluż il-ħruġ ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, pariri jew gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-għoti ta’ pariri u ta’ assistenza lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-intelliġenza artifiċjali.
(76)  Biex tiġi evitata frammentazzjoni, jiġi żgurat funzjonament ottimali tas-suq Uniku, tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u armonizzata ta’ dan ir-Regolament, biex jinkiseb livell għoli ta’ affidabbiltà u ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali, tal-ambjent, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt madwar l-Unjoni fir-rigward tas-sistemi tal-AI, biex l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jiġu appoġġati b’mod attiv fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan ir-Regolament, u biex jiżdied l-użu tal-intelliġenza artifiċjali madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali. L-Uffiċċju tal-AI jenħtieġ li jkollu personalità ġuridika, jenħtieġ li jaġixxi b’indipendenza sħiħa, jenħtieġ li jkun responsabbli għal għadd ta’ kompiti ta’ konsulenza u ta’ koordinazzjoni, inkluż il-ħruġ ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, pariri jew gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkun iffinanzjat u b’persunal adegwat. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu d-direzzjoni strateġika u l-kontroll tal-Uffiċċju tal-AI permezz tal-bord ta’ tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI, flimkien mal-Kummissjoni, mal-EDPS, mal-FRA u mal-ENISA. Direttur eżekuttiv jenħtieġ li jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-segretarjat tal-Uffiċċju tal-AI u għar-rappreżentanza tal-Uffiċċju tal-AI. Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jipparteċipaw formalment fil-ħidma tal-Uffiċċju tal-AI permezz ta’ forum konsultattiv li jenħtieġ li jiżgura rappreżentanza varjata u bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati u jenħtieġ li jagħti pariri lill-Uffiċċju tal-AI dwar kwistjonijiet li huma relatati ma’ dan ir-Regolament. F’każ li l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-AI ma jkunx biżżejjed biex jiżgura applikazzjoni kompletament konsistenti ta’ dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni kif ukoll miżuri ta’ infurzar transfruntiera effiċjenti, jenħtieġ li jitqies il-ħolqien ta’ aġenzija tal-AI.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Premessa 77
(77)  L-Istati Membri jaqdu rwol ewlieni fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar għall-fini tas-superviżjoni tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uffiċjali għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħrajn fil-livelli tal-Istati Membri u tal-Unjoni, jenħtieġ li f’kull Stat Membru tinħatar awtorità nazzjonali waħda bħala awtorità superviżorja nazzjonali.
(77)  F’dan ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jiddeżinja awtorità superviżorja nazzjonali għall-fini tas-superviżjoni tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tirrappreżenta wkoll lill-Istat Membru tagħha fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI. Biex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uffiċjali għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħrajn fil-livelli tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Jenħtieġ li kull awtorità superviżorja nazzjonali taġixxi b’indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Premessa 77a (ġdida)
(77a)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jimmonitorjaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tiegħu fl-Unjoni kollha. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, mal-Kummissjoni, u mal-Uffiċċju tal-AI.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Premessa 77b (ġdida)
(77b)  Jenħtieġ li l-membri jew il-persunal ta’ kull awtorità superviżorja nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, ikunu soġġetti għal dmir ta’ segretezza professjonali kemm matul kif ukoll wara l-mandat tagħhom, fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jkunu saru jafu biha matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom jew l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom. Matul il-mandat tagħhom, dak id-dmir ta’ segretezza professjonali jenħtieġ li japplika b’mod partikolari għas-sigrieti kummerċjali u għar-rapportar minn persuni fiżiċi ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Premessa 78
(78)  Biex ikun żgurat li l-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkunu jistgħu jqisu l-esperjenza bl-użu tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għat-titjib tas-sistemi tagħhom u tal-proċess tad-disinn u l-iżvilupp, jew ikunu jistgħu jieħdu xi azzjoni korrettiva possibbli fil-ħin, jenħtieġ li l-fornituri kollha jkollhom fis-seħħ sistema tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sistema hi kruċjali wkoll biex ikun żgurat li r-riskji possibbli li jirriżultaw mis-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u fil-ħin. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri jkunu meħtieġa wkoll li jkollhom sistema fis-seħħ biex jirrapportaw lill-awtoritajiet rilevanti kull inċident serju jew ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, li jirriżultawmill-użu tas-sistemi tal-AI tagħhom.
(78)  Biex ikun żgurat li l-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu jistgħu jqisu l-esperjenza bl-użu tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għat-titjib tas-sistemi tagħhom u tal-proċess tad-disinn u l-iżvilupp, jew ikunu jistgħu jieħdu xi azzjoni korrettiva possibbli fil-ħin, jenħtieġ li l-fornituri kollha jkollhom fis-seħħ sistema tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sistema hi kruċjali wkoll biex ikun żgurat li r-riskji possibbli li jirriżultaw mis-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” jew jevolvu wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u fil-ħin. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri jkunu meħtieġa wkoll li jkollhom sistema fis-seħħ biex jirrapportaw lill-awtoritajiet rilevanti kull inċident serju jew ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi dawk li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u tal-konsumatur, li jirriżultaw mill-użu tas-sistemi tal-AI tagħhom u jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa. L-amministraturi jenħtieġ li jirrapportaw ukoll lill-awtoritajiet rilevanti kwalunkwe inċident serju jew ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li jirriżultaw mill-użu tas-sistema tal-AI tagħhom meta jsiru jafu b’tali inċident serju jew ksur.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Premessa 79
(79)  Biex ikun żgurat infurzar xieraq u effettiv tar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament, bħal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-sistema tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/1020 tapplika fl-intier tagħha. Meta jkun meħtieġ għall-mandat tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali, li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, inkluż il-korpi tal-ugwaljanza, jenħtieġ li jkollhom ukoll aċċess għal kull dokumentazzjoni maħluqa skont dan ir-Regolament.
(79)  Biex ikun żgurat infurzar xieraq u effettiv tar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament, bħal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-sistema tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/1020 tapplika fl-intier tagħha. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jaġixxu bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għas-sistemi tal-AI koperti minn dan ir-Regolament ħlief għas-sistemi tal-AI koperti mill-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Għas-sistemi tal-AI koperti mill-atti legali elenkati fl-Anness II, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti skont dawk l-atti legali jibqgħu l-awtorità ewlenija. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti fl-atti legali elenkati fl-Anness II jaħdmu flimkien kull meta jkun meħtieġ. Meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-atti legali elenkati fl-Anness II jibagħtu persunal kompetenti lill-awtorità superviżorja nazzjonali sabiex jassistu fit-twettiq tal-kompiti tagħha. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkollhom l-istess setgħat u obbligi bħall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/1020. Meta jkun meħtieġ għall-mandat tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali, li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, inkluż il-korpi tal-ugwaljanza, jenħtieġ li jkollhom ukoll aċċess għal kull dokumentazzjoni maħluqa skont dan ir-Regolament. Wara li tkun eżawriet il-modi raġonevoli l-oħra kollha biex tivvaluta/tivverifika l-konformità u fuq talba motivata, jenħtieġ li l-awtorità superviżorja nazzjonali tingħata aċċess għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar, għall-mudell imħarreġ u tat-taħriġ tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inklużi l-parametri tal-mudell rilevanti tagħha u għall-ambjent tal-eżekuzzjoni/tħaddim tagħhom. F’każijiet ta’ sistemi ta’ software aktar sempliċi li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament li mhumiex ibbażati fuq mudelli mħarrġa, u meta jkunu ġew eżawriti l-modi l-oħra kollha biex tiġi vverifikata l-konformità, l-awtorità superviżorja nazzjonali jista’ jkollha aċċess għall-kodiċi tas-sors, fuq talba motivata. Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun ingħatat aċċess għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar f’konformità ma’ dan ir-Regolament, tali aċċess jenħtieġ li jinkiseb permezz ta’ mezzi u għodod tekniċi xierqa, inkluż l-aċċess fuq il-post u f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aċċess remot. L-awtorità superviżorja nazzjonali jenħtieġ li tittratta kwalunkwe informazzjoni, inkluż il-kodiċi tas-sors, is-software, u d-data kif applikabbli, miksuba bħala informazzjoni kunfidenzjali u tirrispetta l-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali. L-awtorità superviżorja nazzjonali jenħtieġ li tħassar kwalunkwe informazzjoni miksuba mat-tlestija tal-investigazzjoni.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Premessa 80
(80)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi regoli u rekwiżiti interni dwar il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju li huma applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati waqt il-forniment ta’ dawk is-servizzi, inkluż meta jużaw is-sistemi tal-AI. Biex ikunu żgurati applikazzjoni u infurzar koerenti tal-obbligi skont dan ir-Regolament u tar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inkluż meta applikabbli l-Bank Ċentrali Ewropew, jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, fir-rigward tas-sistemi tal-AI pprovduti jew użati minn istituzzjonijiet finanzjarji regolati u sorveljati. Biex tkompli tissaħħaħ il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56, jixraq ukoll li l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità u wħud mill-obbligi proċedurali tal-fornituri fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju, tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u tad-dokumentazzjoni, jiġu integrati fl-obbligi u l-proċeduri eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE. Biex ikun evitat it-trikkib, jenħtieġ jiġu previsti wkoll derogi limitati fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-fornituri u l-obbligu tal-monitoraġġ impost fuq l-utenti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir sa fejn dawn ikunu japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE.
(80)  Il-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi regoli u rekwiżiti interni dwar il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju li huma applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati waqt il-forniment ta’ dawk is-servizzi, inkluż meta jużaw is-sistemi tal-AI. Biex ikunu żgurati applikazzjoni u infurzar koerenti tal-obbligi skont dan ir-Regolament u tar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, inkluż meta applikabbli l-Bank Ċentrali Ewropew, jiġu ddeżinjati bħala awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, fir-rigward tas-sistemi tal-AI pprovduti jew użati minn istituzzjonijiet finanzjarji regolati u sorveljati. Biex tkompli tissaħħaħ il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56, jixraq ukoll li l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità u wħud mill-obbligi proċedurali tal-fornituri fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju, tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u tad-dokumentazzjoni, jiġu integrati fl-obbligi u l-proċeduri eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE. Biex ikun evitat it-trikkib, jenħtieġ li jiġu previsti wkoll derogi limitati fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-fornituri u l-obbligu tal-monitoraġġ impost fuq l-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir sa fejn dawn ikunu japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE.
__________________
__________________
56 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
56 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
Emenda 129
Proposta għal regolament
Premessa 80a (ġdida)
(80a)  Minħabba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, tiġi żgurata l-protezzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u billi jitqies li l-mitigazzjoni tar-riskji tas-sistema tal-AI kontra tali drittijiet tista’ ma tintlaħaqx b’mod suffiċjenti fil-livell nazzjonali jew tista’ tkun soġġetta għal interpretazzjoni diverġenti li fl-aħħar mill-aħħar tista’ twassal għal livell mhux ugwali ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi u toħloq frammentazzjoni tas-suq, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet konġunti jew jistrieħu fuq il-proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni prevista f’dan ir-Regolament għall-infurzar effettiv. Investigazzjonijiet konġunti jenħtieġ li jinbdew meta l-awtorità superviżorja nazzjonali jkollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ksur ta’ dan ir-Regolament jirrappreżenta ksur mifrux jew ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jew meta s-sistema tal-AI jew il-mudell bażi jippreżentaw riskju li jaffettwa jew li x’aktarx jaffettwa mill-inqas 45 miljun individwu f’aktar minn Stati Membru wieħed.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Premessa 82
(82)  Hu importanti li s-sistemi tal-AI relatati ma’ prodotti li m’għandhomx riskju kbir f’konformità ma’ dan ir-Regolament u, għalhekk, mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti hawnhekk, xorta waħda jkunu sikuri meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Biex tikkontribwixxi għal dan l-objettiv, id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill57 tapplika bħala lqugħ tas-sikurezza.
(82)  Hu importanti li s-sistemi tal-AI relatati ma’ prodotti li m’għandhomx riskju kbir f’konformità ma’ dan ir-Regolament u, għalhekk, mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir, xorta waħda jkunu sikuri meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Biex tikkontribwixxi għal dan l-objettiv, id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill57 tapplika bħala lqugħ tas-sikurezza.
__________________
__________________
57 Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4)
57 Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4)
Emenda 131
Proposta għal regolament
Premessa 83
(83)  Biex tkun żgurata kooperazzjoni fiduċjuża u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, jenħtieġ li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.
(83)  Biex tkun żgurata kooperazzjoni fiduċjuża u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, jenħtieġ li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jimmiraw għat-trasparenza u l-ftuħ filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom billi jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzattivi biex jipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom inkluż għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-interessi tas-sigurtà pubblika u nazzjonali. Meta l-attivitajiet tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-korpi notifikati skont dan ir-Regolament jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu miżuri u rimedji adegwati biex jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Premessa 84
(84)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi jiġu stabbiliti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tagħhom. Għal ċertu ksur speċifiku, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-marġini u l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkollu s-setgħa li jimponi multi fuq l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(84)  Jenħtieġ li l-konformità ma’ dan ir-Regolament tiġi infurzata permezz tal-impożizzjoni ta’ multi mill-awtorità superviżorja nazzjonali meta twettaq proċedimenti skont il-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi jiġu stabbiliti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tagħhom. Sabiex jissaħħu u jiġu armonizzati l-penali amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-istabbiliment tal-multi amministrattivi għal ċertu ksur speċifiku. Meta jivvalutaw l-ammont tal-multi, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li, f’kull każ individwali, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, b’kunsiderazzjoni xierqa b’mod partikolari għan-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u għad-daqs tal-fornitur, b’mod partikolari jekk il-fornitur ikun SME jew negozju ġdid. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkollu s-setgħa li jimponi multi fuq l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-penali u l-kostijiet ta’ litigazzjoni skont dan ir-Regolament ma jkunux soġġetti għal klawżoli kuntrattwali jew kwalunkwe arranġament ieħor.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Premessa 84a (ġdida)
(84a)  Peress li d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi u tal-gruppi ta’ persuni fiżiċi jistgħu jiġu mminati serjament mis-sistemi tal-AI, huwa essenzjali li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jew il-gruppi ta’ persuni fiżiċi jkollhom aċċess sinifikanti għal mekkaniżmi ta’ rapportar u ta’ rimedju u li jkunu intitolati li jaċċessaw rimedji proporzjonati u effettivi. Jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jirrapportaw ksur ta’ dan ir-Regolament lill-awtorità superviżorja nazzjonali tagħhom u jkollhom id-dritt li jressqu ilment kontra l-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI. Meta applikabbli, l-amministraturi jenħtieġ li jipprovdu mekkaniżmi interni għall-ilmenti li għandhom jintużaw minn persuni fiżiċi u ġuridiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-gruppi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi jenħtieġ ukoll li jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta’ deċiżjoni legalment vinkolanti ta’ awtorità superviżorja nazzjonali li tikkonċernahom jew, meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tittrattax ilment, meta ma tinfurmax lill-ilmentatur dwar il-progress jew l-eżitu preliminari tal-ilment imressaq jew meta ma tikkonformax mal-obbligu tagħha li tasal għal deċiżjoni finali, fir-rigward tal-ilment.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Premessa 84b (ġdida)
(84b)  Il-persuni affettwati jenħtieġ li dejjem jiġu infurmati li huma soġġetti għall-użu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir, meta l-amministraturi jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir biex jassistu fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew jieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ persuni fiżiċi. Din l-informazzjoni tista’ tipprovdi bażi għall-persuni affettwati biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal spjegazzjoni skont dan ir-Regolament. Meta l-implimentaturi jipprovdu spjegazzjoni lill-persuni affettwati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jqisu l-livell ta’ għarfien espert u għarfien tal-konsumatur medju jew tal-individwu.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Premessa 84c (ġdida)
(84c)  Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi (id-Direttiva (UE) 2019/1937) għandha applikazzjoni sħiħa għal akkademiċi, disinjaturi, żviluppaturi, kontributuri tal-proġetti, awdituri, maniġers tal-prodotti, inġiniera u operaturi ekonomiċi li jiksbu informazzjoni dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni minn fornitur ta’ sistema tal-AI jew mis-sistema tal-AI tiegħu.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Premessa 85
(85)  Biex ikun żgurat li l-qafas regolatorju jista’ jiġi adattat meta meħtieġ, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-tekniki u l-approċċi msemmija fl-Anness I għad-definizzjoni tas-sistemi tal-AI, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fl-Anness III, id-dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni teknika elenkati fl-Anness IV, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fl-Anness V, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità fl-Annessi VI u VII, u d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-sistemi tal-AI b’riskju kbir li għalihom jenħtieġ tapplika l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u fuq il-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika. Hu importanti b’mod partikolari li tul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet58. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(85)  Biex ikun żgurat li l-qafas regolatorju jista’ jiġi adattat meta meħtieġ, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fl-Anness III, id-dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni teknika elenkati fl-Anness IV, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fl-Anness V, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità fl-Annessi VI u VII, u d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-sistemi tal-AI b’riskju kbir li għalihom jenħtieġ li tapplika l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u fuq il-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika. Hu importanti b’mod partikolari li tul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet58. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ għażla bbilanċjata ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, is-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni affettwati, rappreżentanti ta’ negozji minn setturi differenti u ta’ daqsijiet differenti, kif ukoll riċerkaturi u xjenzati. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
__________________
__________________
58 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
58 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Premessa 85a (ġdida)
(85a)  Minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-għarfien espert tekniku meħtieġ fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-sistemi tal-AI pprojbiti, l-obbligi ta’ trasparenza u l-lista ta’ żoni b’riskju kbir u każijiet ta’ użu, mill-anqas kull sena, filwaqt li tikkonsulta mal-uffiċċju tal-AI u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Premessa 87a (ġdida)
(87a)  Peress li l-informazzjoni affidabbli dwar l-użu tar-riżorsi u l-enerġija, il-produzzjoni tal-iskart u impatt ambjentali ieħor tas-sistemi tal-AI u t-teknoloġija tal-ICT relatata, inklużi s-software, il-hardware u b’mod partikolari ċ-ċentri tad-data, hija limitata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi metodoloġija adegwata biex tkejjel l-impatt ambjentali u l-effettività ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Premessa 89
(89)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u taw l-opinjoni l-opinjoni tagħhom nhar […]”.
(89)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u taw l-opinjoni tagħhom fit-18 ta’ Ġunju 2021.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 (ġdid)
1.  Il-fini ta’ dan ir-Regolament huwa li jippromwovi l-użu ta intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli u li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u tal-ambjent mill-effetti dannużi tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni filwaqt li tiġi appoġġata l-innovazzjoni;
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d
(d)  regoli armonizzati tat-trasparenza għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi, ma’ sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet u ma’ sistemi ta’ kategorizzazzjoni bijometrika, u ma’ sistemi tal-AI użati biex jiġġeneraw jew jimmanipulaw kontenut ta’ immaġni, awdjo jew vidjo;
(d)  regoli armonizzati tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI;
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e
(e)  regoli dwar il-monitoraġġ u s-sorveljanza tas-suq.
(e)  regoli dwar il-monitoraġġ tas-suq, is-sorveljanza tas-suq, il-governanza u l-infurzar;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  miżuri biex jappoġġaw l-innovazzjoni, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs u n-negozji ġodda, inkluż għall-istabbiliment ta’ sandboxes regolatorji u miżuri mmirati biex inaqqsu l-piż regolatorju minn fuq l-SMEs u n-negozji ġodda;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  regoli għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Unjoni (Uffiċċju tal-AI);
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-utenti tas-sistemi tal-AI li jinsabu fl-Unjoni;
(b)  l-amministraturi tas-sistemi tal-AI li għandhom il-post ta’ stabbiliment tagħhom jew li jinsabu fl-Unjoni;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-fornituri u l-utenti tas-sistemi tal-AI li jinsabu f’xi pajjiż terz, meta l-output prodott mis-sistema jintuża fl-Unjoni;
(c)  il-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI li għandhom il-post ta’ stabbiliment tagħhom jew li jinsabu f’pajjiż terz, meta l-liġi ta’ Stat Membru tapplika bis-saħħa ta’ liġi internazzjonali pubblika jew l-output prodott mis-sistema jkun maħsub biex jintuża fl-Unjoni;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  fornituri li jqiegħdu s-sistemi tal-AI msemmija fl-Artikolu 5 fis-suq jew fis-servizz barra mill-Unjoni meta l-fornitur jew id-distributur ta’ tali sistemi jinsab fl-Unjoni;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  l-importaturi u d-distributuri tas-sistemi tal-AI kif ukoll ir-rappreżentanti awtorizzati tal-fornituri tas-sistemi tal-AI, meta tali importaturi, distributuri jew rappreżentanti awtorizzati jkollhom l-istabbiliment tagħhom jew ikunu jinsabu fl-Unjoni;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc)  persuni affettwati kif definiti fl-Artikolu 3(8a) li jinsabu fl-Unjoni u li s-saħħa, is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali tagħhom jiġu affettwati b’mod negattiv mill-użu ta’ sistema tal-AI li titqiegħed fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi, li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti li ġejjin, għandu japplika biss l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament:
2.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni armonizzata elenkata fl-Anness II - Taqsima B, għandu japplika biss l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  ir-Regolament (KE) Nru 300/2008;
imħassar
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b)  ir-Regolament (UE) Nru 167/2013;
imħassar
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  ir-Regolament (UE) Nru 168/2013;
imħassar
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
(d)  id-Direttiva 2014/90/UE;
imħassar
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
(e)  id-Direttiva (UE) 2016/797;
imħassar
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
(f)  ir-Regolament (UE) 2018/858;
imħassar
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g
(g)  ir-Regolament (UE) 2018/1139;
imħassar
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h
(h)  ir-Regolament (UE) 2019/2144.
imħassar
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 4
4.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-awtoritajiet pubbliċi f’pajjiż terz u lanqas għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1, meta dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet jużaw sistemi tal-AI fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għall-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew ma’ Stat Membru wieħed jew aktar.
4.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-awtoritajiet pubbliċi f’pajjiż terz u lanqas għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1, meta dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet jużaw sistemi tal-AI fil-qafas ta’ kooperazzjoni jew ftehimiet internazzjonali għall-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew ma’ Stat Membru wieħed jew aktar u jkunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew l-Artikolu 45 tar-Regolament 2016/679 (“deċiżjoni ta’ adegwatezza”) jew ikunu parti minn ftehim internazzjonali li jkun ġie konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jippreżenta s-salvagwardji adegwati f’dak li jikkonċerna l-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi;
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali, il-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni tapplika għal data personali pproċessata b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttivi 2002/58/KE u (UE) 2016/680, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti previsti fl-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti;
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5c (ġdid)
5c.  Dan ir-regolament ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri jew lill-Unjoni milli jżommu jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema f’termini tal-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-użu tas-sistemi tal-AI mill-impjegaturi, jew biex jinkoraġġixxu jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5d (ġdid)
5d.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal attivitajiet ta’ riċerka, ittestjar u żvilupp fir-rigward ta’ sistema tal-AI qabel is-sistema titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, sakemm dawn l-attivitajiet jiġu mwettqa b’rispett għad-drittijiet fundamentali u l-liġi applikabbli tal-Unjoni. L-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali ma għandux ikun kopert minn din l-eżenzjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 li jiċċaraw l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu biex tiġi speċifikata din l-eżenzjoni biex jiġi evitat l-abbuż eżistenti u potenzjali tagħha. L-Uffiċċju tal-AI għandu jipprovdi gwida dwar il-governanza tar-riċerka u l-iżvilupp skont l-Artikolu 56, bil-għan ukoll li jikkoordina l-applikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5e (ġdid)
5e.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-komponenti tal-AI pprovduti b’liċenzji liberi u ta’ sors miftuħ ħlief sa fejn jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz minn fornitur bħala parti minn sistema tal-AI b’riskju kbir jew ta’ sistema tal-AI li taqa’ taħt it-Titolu II jew IV. Din l-eżenzjoni ma għandhiex tapplika għal mudelli bażi kif definiti fl-Artikolu 3.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  “sistema tal-intelliġenza artifiċjali” (sistema tal-AI) tfisser software li jiġi żviluppat b’teknika u b’approċċ wieħed jew aktar minn fost dawk elenkati fl-Anness I u li jista’, għal sett partikolari ta’ objettivi definiti mill-bniedem, jiġġenera outputs bħal kontenut, previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjenti li jinteraġixxu magħhom;
(1)  “sistema tal-intelliġenza artifiċjali” (sistema tal-AI) tfisser sistema bbażata fuq magni li hija ddisinjata biex topera b’livelli varji ta’ awtonomija u li tista’, għal objettivi espliċiti u impliċiti, tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjenti fiżiċi jew virtwali;
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)  “riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ il-ħsara u s-severità ta’ dik il-ħsara;
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
(1b)  “riskju sinifikanti” tfisser riskju li huwa sinifikanti b’riżultat tal-kombinazzjoni tas-severità, l-intensità, il-probabbiltà tal-okkorrenza, u d-durata tal-effetti tiegħu, u l-kapaċità tiegħu li jaffettwa individwu, pluralità ta’ persuni jew li jaffettwa grupp partikolari ta’ persuni;
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
(1c)  “mudell bażi” tfisser mudell ta’ sistema tal-AI li huwa mħarreġ fuq data wiesgħa fuq skala, huwa ddisinjat għall-ġeneralità tal-output, u jista’ jiġi adattat għal firxa wiesgħa ta’ kompiti distintivi;
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)
(1d)  “sistema tal-AI b’għan ġenerali” tfisser sistema tal-AI li tista’ tintuża u tiġi adattata għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet li għalihom ma kinitx iddisinjata b’mod intenzjonat u speċifiku;
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)
(1e)  “sessjonijiet kbar ta’ taħriġ” tfisser il-proċess tal-produzzjoni ta’ mudell tal-AI b’saħħtu li jirrikjedi riżorsi tal-computing ogħla minn limitu għoli ħafna;
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  “fornitur fuq skala żgħira” tfisser fornitur li hu intrapriża mikro jew żgħira skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE61;
imħassar
__________________
61 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  “utent” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li juża sistema tal-AI fl-awtorità tiegħu, għajr meta s-sistema tal-AI tintuża waqt attività personali mhux professjonali;
(4)  “amministratur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li juża sistema tal-AI fl-awtorità tiegħu, għajr meta s-sistema tal-AI tintuża waqt attività personali mhux professjonali;
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8
(8)  “operatur” tfisser il-fornitur, l-utent, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;
(8)  “operatur” tfisser il-fornitur, l-amministratur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
(8a)  “persuna affettwata” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew grupp ta’ persuni li jkunu soġġetti għal sistema tal-AI jew inkella affettwati minnha;
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11
(11)  “tqegħid fis-servizz” tfisser il-forniment ta’ sistema tal-AI għall-ewwel użu direttament lill-utent jew għall-użu proprju fis-suq tal-Unjoni għall-għan maħsub tagħha;
(11)  “tqegħid fis-servizz” tfisser il-forniment ta’ sistema tal-AI għall-ewwel użu direttament lill-amministratur jew għall-użu proprju fis-suq tal-Unjoni għall-għan maħsub tagħha;
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13
(13)  “użu ħażin raġonevolment prevedibbli” tfisser l-użu ta’ sistema tal-AI b’mod li ma jkunx konformi mal-għan maħsub tagħha, iżda li jista’ jirriżulta minn imġiba umana jew interazzjoni ma’ sistemi oħra raġonevolment prevedibbli;
(13)  “użu ħażin raġonevolment prevedibbli” tfisser l-użu ta’ sistema tal-AI b’mod li ma jkunx konformi mal-għan maħsub tagħha kif indikat fl-istruzzjonijiet dwar l-użu stabbiliti mill-fornitur, iżda li jista’ jirriżulta minn imġiba umana jew interazzjoni ma’ sistemi oħra raġonevolment prevedibbli, inklużi sistemi oħra tal-AI;
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14
(14)  “komponent tas-sikurezza ta’ prodott jew ta’ sistema” tfisser komponent ta’ prodott jew ta’ sistema li jaqdi funzjoni tas-sikurezza għal dak il-prodott jew għal dik is-sistema jew li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tiegħu jipperikola s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà;
(14)  “komponent tas-sikurezza ta’ prodott jew ta’ sistema” tfisser, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, komponent ta’ prodott jew ta’ sistema li jaqdi funzjoni tas-sikurezza għal dak il-prodott jew għal dik is-sistema jew li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tiegħu jipperikola s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni;
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15
(15)  “struzzjonijiet għall-użu” tfisser l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur biex jinforma lill-utent b’mod partikolari dwar l-għan maħsub u l-użu xieraq ta’ sistema tal-AI, inkluż l-issettjar ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku, li s-sistema tal-AI b’riskju kbir hija maħsuba li tintuża skontu;
(15)  “struzzjonijiet għall-użu” tfisser l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur biex jinforma lill-amministratur b’mod partikolari dwar l-għan maħsub u l-użu xieraq ta’ sistema tal-AI, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni li għandha tittieħed; inkluż l-issettjar ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku, li s-sistema tal-AI b’riskju kbir hija maħsuba li tintuża skontu;
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
(16)  “ġbir lura ta’ sistema tal-AI” tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-kisba tar-ritorn lill-fornitur ta’ sistema tal-AI magħmula disponibbli għall-utenti;
(16)  “ġbir lura ta’ sistema tal-AI” tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-kisba tar-ritorn lill-fornitur ta’ sistema tal-AI li tkun saret disponibbli għall-amministraturi;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20
(20)  “valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess ta’ verifika dwar jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament relatati ma’ sistema tal-AI;
(20)  “valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess biex jintwera jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament relatati ma’ sistema tal-AI;
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22
(22)  “korp notifikat” tfisser korp tal-valutazzjoni tal-konformità maħtur f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;
(22)  “korp notifikat” tfisser korp tal-valutazzjoni tal-konformità notifikat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23
(23)  “modifika sostanzjali” tfisser tibdil fis-sistema tal-AI wara t-tqegħid tagħha fis-suq jew fis-servizz li jaffettwa l-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew jirriżulta f’modifika fl-għan maħsub li għalih tkun ġiet ivvalutata s-sistema tal-AI;
(23)  “modifika sostanzjali” tfisser modifika jew serje ta’ modifiki tas-sistema tal-AI wara t-tqegħid tagħha fis-suq jew fis-servizz, li ma kinux previsti jew ippjanati fil-valutazzjoni tar-riskju inizjali mill-fornitur u li bħala riżultat tagħhom il-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament tiġi affettwata jew jirriżultaw f’modifika fl-għan maħsub li għalih tkun ġiet ivvalutata s-sistema tal-AI;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 24
(24)  “markatura CE ta’ konformità” (markatura CE) tfisser marka li permezz tagħha fornitur jindika li sistema tal-AI hi konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti (“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni”) li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;
(24)  “markatura CE ta’ konformità” (markatura CE) tfisser marka fiżika jew diġitali li permezz tagħha fornitur jindika li sistema tal-AI jew prodott b’sistema tal-AI inkorporata huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti (“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni”) li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 29
(29)  “data għal taħriġ” tfisser data użata għat-taħriġ ta’ sistema tal-AI bl-attrezzar tal-parametri tagħha li jistgħu jiġu mgħallma, inkluż il-ponderazzjonijiet ta’ network newrali;
(29)  “data għal taħriġ” tfisser data użata għat-taħriġ ta’ sistema tal-AI bl-attrezzar tal-parametri tagħha li jistgħu jiġu mgħallma;
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 30
(30)  “data għal validazzjoni” tfisser data użata għal evalwazzjoni tas-sistema mħarrġa tal-AI u għall-irfinar tal-parametri tagħha li ma jistgħux jiġu mgħallma u tal-proċess tat-tagħlim tagħha, fost affarijiet oħra, biex jiġi evitat attrezzar żejjed; billi s-sett tad-data għal validazzjoni jista’ jkun sett tad-data separat jew parti mis-sett tad-data għal taħriġ, jew bħala qasma fissa jew varjabbli;
(30)  “data għal validazzjoni” tfisser data użata għal evalwazzjoni tas-sistema mħarrġa tal-AI u għall-irfinar tal-parametri tagħha li ma jistgħux jiġu mgħallma u tal-proċess tal-apprendiment tagħha, fost affarijiet oħra, biex jiġi evitat l-underfitting jew l-overfitting; billi s-sett tad-data għal validazzjoni huwa sett tad-data separat jew parti mis-sett tad-data għal taħriġ, jew bħala qasma fissa jew varjabbli;
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33
(33)  “data bijometrika” tfisser data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta’ dik il-persuna fiżika, bħal immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika;
(33)  “data bijometrika” tfisser data bijometrika kif definita fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (UE) 2016/679;
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)
(33a)  “data bbażata fuq il-bijometrija” tfisser data li tirriżulta minn ipproċessar tekniku speċifiku relatat mas-sinjali fiżiċi, fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika;
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33b (ġdid)
(33b)  “identifikazzjoni bijometrika” tfisser ir-rikonoxximent awtomatizzat tal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi, komportamentali u psikoloġiċi tal-bniedem għall-fini li tiġi stabbilita l-identità ta’ individwu billi titqabbel id-data bijometrika ta’ dak l-individwu mad-data bijometrika maħżuna ta’ individwi f’bażi tad-data (identifikazzjoni one-to-many);
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33c (ġdid)
(33c)  “verifika bijometrika” tfisser il-verifika awtomatizzata tal-identità ta’ persuni fiżiċi billi titqabbel id-data bijometrika ta’ individwu mad-data bijometrika pprovduta minn qabel (verifika “one-to-one”, inkluża l-awtentikazzjoni);
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33d (ġdid)
(33d)  “kategoriji speċjali ta’ data personali” tfisser il-kategoriji ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 34
(34)  “sistema tar-rikonoxximent tal-emozzjonijiet” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni jew tal-fehim tal-emozzjonijiet jew tal-intenzjonijiet ta’ persuni fiżiċi abbażi tad-data bijometrika tagħhom;
(34)  “sistema tar-rikonoxximent tal-emozzjonijiet” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni jew tal-fehim tal-emozzjonijiet, tal-ħsibijiet, tal-istati mentali jew tal-intenzjonijiet ta’ individwi jew gruppi abbażi tad-data bijometrika tagħhom u tad-data bbażata fuq il-bijometrija tagħhom;
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 35
(35)  “sistema tal-kategorizzazzjoni bijometrika” tfisser sistema tal-AI għall-fini ta’ assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi għal kategoriji speċifiċi, bħall-ġeneru, l-età, il-kulur tax-xagħar, il-kulur tal-għajnejn, tattoos, l-oriġini etnika jew l-orjentazzjoni sesswali jew politika, abbażi tad-data bijometrika tagħhom;
(35)  “kategorizzazzjoni bijometrika” tfisser l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi għal kategoriji speċifiċi, jew l-inferenza tal-karatteristiċi u l-attributi tagħhom abbażi tad-data bijometrika tagħhom jew tad-data bbażata fuq il-bijometrija tagħhom, jew li jistgħu jiġu inferiti minn tali data;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 36
(36)  “sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bi tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel tal-utent tas-sistema tal-AI dwar jekk il-persuna hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata;
(36)  “sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bi tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel tal-amministratur tas-sistema tal-AI dwar jekk il-persuna hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata, għajr sistemi ta’ verifika;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 37
(37)  “sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali”” tfisser sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota li biha l-qbid, it-tqabbil u l-identifikazzjoni tad-data bijometrika kollha jsiru mingħajr dewmien sinifikanti. Dan ma jinkludix biss identifikazzjoni immedjata iżda anki dewmien qasir limitat ħalli tkun evitata ċ-ċirkumvenzjoni.
(37)  “sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota ‘fil-ħin reali’” tfisser sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota li biha l-qbid, it-tqabbil u l-identifikazzjoni tad-data bijometrika kollha jsiru mingħajr dewmien sinifikanti. Dan ma jinkludix biss identifikazzjoni immedjata iżda anke dewmien limitat ħalli tkun evitata ċ-ċirkumvenzjoni;
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 39
(39)  “spazju aċċessibbli għall-pubbliku” tfisser kwalunkwe post fiżiku aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk jistgħux japplikaw ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess;
(39)  “spazju aċċessibbli għall-pubbliku” tfisser kwalunkwe post fiżiku bi sjieda pubblika jew privata aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk jistgħux japplikaw ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess, u irrispettivament mir-restrizzjonijiet potenzjali tal-kapaċità;
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41
(41)  “infurzar tal-liġi” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika;
(41)  “infurzar tal-liġi” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 42
(42)  “awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser l-awtorità li lilha Stat Membru jassenja r-responsabbiltà li timplimenta u tapplika dan ir-Regolament, tikkoordina l-attivitajiet fdati lil dak l-Istat Membru, taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni, u tirrappreżenta l-Istat Membru fil-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali;
(42)  “awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser l-awtorità pubblika (emenda 69) li lilha Stat Membru jassenja r-responsabbiltà li timplimenta u tapplika dan ir-Regolament, tikkoordina l-attivitajiet fdati lil dak l-Istat Membru, taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni, u tirrappreżenta l-Istat Membru fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI;
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 43
(43)  “awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser l-awtorità superviżorja nazzjonali, l-awtorità tan-notifika u l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;
(43)  “awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe mill-awtoritajiet nazzjonali li hija responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44 – parti introduttorja
(44)  “inċident serju” tfisser kull inċident li direttament jew indirettament wassal, seta’ wassal jew jista’ jwassal għal wieħed jew waħda minn dawn:
(44)  “inċident serju” tfisser kull inċident jew funzjonament ħażin ta’ sistema tal-AI li direttament jew indirettament wassal, seta’ wassal jew jista’ jwassal għal wieħed jew waħda minn dawn:
(a)  l-mewt ta’ persuna jew dannu serju għas-saħħa ta’ persuna, għall-proprjetà jew għall-ambjent,
(a)  il-mewt ta’ persuna jew dannu serju għas-saħħa ta’ persuna,
(b)   tfixkil serju u irriversibbli fil-ġestjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura kritika;
(b)   tfixkil serju fil-ġestjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura kritika,
(ba)  ksur tad-drittijiet fundamentali protetti skont id-dritt tal-Unjoni,
(bb)  ħsara serja lill-proprjetà jew lill-ambjent,
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44a (ġdid)
(44a)  “data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44b (ġdid)
(44b)  “data mhux personali” tfisser data għajr data personali;
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44c (ġdid)
(44c)  “tfassil tal-profil” tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali, kif definit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/679; jew fil-każ tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi – fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew, fil-każ ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2018/1725;
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44d (ġdid)
(44d)  “deepfake” tfisser kontenut ta’ awdjo, immaġni jew vidjo manipulat jew sintetiku li jidher b’mod falz li huwa awtentiku jew veritier, u li juri immaġnijiet ta’ persuni li jidhru li qed jgħidu jew jagħmlu affarijiet li ma qalux jew ma għamlux, prodott permezz ta’ tekniki tal-AI, inkluż l-apprendiment awtomatiku u l-apprendiment profond;
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44e (ġdid)
(44e)  “ksur mifrux” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni li tipproteġi l-interessi tal-individwi:
(a)  li jkunu għamlu ħsara jew li x’aktarx se jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-individwi li huma residenti f’mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru, fejn:
(i)  ikunu oriġinaw jew seħħew l-att jew l-ommissjoni;
(ii)  huwa stabbilit il-fornitur ikkonċernat, jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu; jew,
(iii)  l-amministratur huwa stabbilit, meta l-ksur jitwettaq mill-amministratur;
(b)  jiġu protetti l-interessi tal-individwi, li jkunu kkawżaw, jew jikkawżaw jew li x’aktarx jikkawżaw ħsara lill-interessi kollettivi tal-individwi u li għandhom karatteristiċi komuni, inkluż l-istess prattika illegali, l-istess interess jinkiser u jseħħu flimkien, imwettqa mill-istess operatur, f’mill-inqas tliet Stati Membri;
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44f (ġdid)
(44f)  “ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni” tfisser ksur mifrux li għamel ħsara jew li x’aktarx jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-individwi f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, li flimkien jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-Unjoni.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44g (ġdid)
(44g)  “sandbox regolatorja” tfisser ambjent ikkontrollat stabbilit minn awtorità pubblika li jiffaċilita l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni sikuri ta’ sistemi innovattivi tal-AI għal żmien limitat qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew fis-servizz skont pjan speċifiku taħt superviżjoni regolatorja;
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44h (ġdid)
(44h)  “infrastruttura kritika” tfisser assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema, jew parti minn assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema, li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz essenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva (UE) 2022/2557;
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44k (ġdid)
(44k)  “punteġġi soċjali” tfisser l-evalwazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom, tal-istatus soċjoekonomiku tagħhom jew abbażi ta’ karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufin jew previsti;
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44l (ġdid)
(44l)  “imġiba soċjali” tfisser il-mod kif persuna fiżika tinteraġixxi ma’ persuni fiżiċi oħra jew mas-soċjetà u tinfluwenzahom;
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44m (ġdid)
(44m)  “l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” tfisser l-istadju żviluppat tal-kapaċità teknika fi żmien partikolari fir-rigward ta’ prodotti, proċessi u servizzi, abbażi tas-sejbiet konsolidati rilevanti tax-xjenza, it-teknoloġija u l-esperjenza;
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44n (ġdid)
(44n)  “ittestjar f’kundizzjonijiet reali” tfisser l-ittestjar temporanju ta’ sistema tal-AI għall-iskop maħsub tagħha f’kundizzjonijiet tad-dinja reali barra minn laboratorju jew ambjent simulat b’xi mod ieħor;
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Artikolu 4
imħassar
Emendi għall-Anness I
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-lista ta’ tekniki u ta’ approċċi elenkati fl-Anness I, biex taġġorna dik il-lista skont l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq abbażi ta’ karatteristiċi simili għat-tekniki u l-approċċi elenkati fiha.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Prinċipji ġenerali applikabbli għas-sistemi kollha tal-AI;
1.  L-operaturi kollha li jaqgħu taħt dan ir-Regolament għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw u jużaw sistemi tal-AI jew mudelli bażi f’konformtà mal-prinċipji ġenerali li ġejjin li jistabbilixxu qafas ta’ livell għoli li jippromwovi approċċ Ewropew koerenti ċċentrat fuq il-bniedem għall-Intelliġenza Artifiċjali etika u affidabbli, li jkun kompletament konformi mal-Karta kif ukoll mal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni:
a)  “intervent u sorveljanza tal-bniedem” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati bħala għodda li taqdi lin-nies, tirrispetta d-dinjità u l-awtonomija personali tal-bniedem, u li tiffunzjona b’mod li jista’ jiġi kkontrollat u ssorveljat mill-bniedem kif xieraq;
b)  “robustezza u sikurezza teknika” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod li jimminimizzaw ħsara mhux intenzjonata u mhux mistennija kif ukoll li jkunu robusti f’każ ta’ problemi mhux intenzjonati u jkunu reżiljenti kontra tentattivi biex jinbidel l-użu jew il-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’mod li jiġi permess l-użu illegali min-naħa ta’ partijiet terzi malizzjużi;
c)  “privatezza u governanza tad-data” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati f’konformità mar-regoli eżistenti dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, filwaqt li tiġi pproċessata data li tissodisfa standards għoljin f’termini ta’ kwalità u integrità;
d)  “trasparenza” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod li jippermettu traċċabbiltà u spjegabbiltà xierqa, filwaqt li jissensibilizzaw lill-bnedmin li huma qed jikkomunikaw jew jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI kif ukoll jinfurmaw kif xieraq lill-utenti dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet ta’ dik is-sistema tal-AI u lill-persuni affettwati dwar id-drittijiet tagħhom;
e)  “diversità, nondiskriminazzjoni u ġustizzja” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod li jinkludi atturi differenti u jippromwovi aċċess ugwali, ugwaljanza bejn il-ġeneri u diversità kulturali filwaqt li jevitaw impatti diskriminatorji u preġudizzji inġusti li huma pprojbiti mid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali;
f)  “benesseri tas-soċjetà u tal-ambjent” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll b’mod li jkunu ta’ benefiċċju għall-bnedmin kollha, filwaqt li jiġu mmonitorjati u vvalutati l-impatti fit-tul fuq l-individwu, is-soċjetà u d-demokrazija.
2.  Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti mid-dritt eżistenti tal-Unjoni u dak nazzjonali. Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, il-prinċipji ġenerali jiġu tradotti u rrispettati mill-fornituri jew mill-amministraturi permezz tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 15 u l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. Għall-mudelli bażi, il-prinċipji ġenerali jiġu tradotti u rrispettati mill-fornituri permezz tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 28b. Għas-sistemi kollha tal-AI, l-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkiseb, kif applikabbli, permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28, l-Artikolu 52, jew l-applikazzjoni ta’ standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi, u kodiċijiet ta’ kondotta kif imsemmi fl-Artikolu 69, mingħajr ma jinħolqu obbligi ġodda skont dan ir-Regolament.
3.  Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-AI għandhom jinkorporaw dawn il-prinċipji gwida fit-talbiet ta’ standardizzazzjoni kif ukoll rakkomandazzjonijiet li jikkonsistu fi gwida teknika biex jassistu lill-fornituri u lill-amministraturi dwar kif jiżviluppaw u jużaw is-sistemi tal-AI. L-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għandhom iqisu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bħala objettivi bbażati fuq l-eżitu meta jiżviluppaw standards armonizzati xierqa għal sistemi tal-AI b’riskju kbir kif imsemmi fl-Artikolu 40(2b).
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 4b (ġdid)
Artikolu 4b
Litteriżmu fl-AI
1.  Meta jimplimentaw dan ir-Regolament, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri għall-iżvilupp ta’ livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI, mas-setturi kollha u jieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet differenti tal-gruppi ta’ fornituri, amministraturi u persuni affettwati kkonċernati, inkluż permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ, taħriġ ta’ ħiliet u taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet u filwaqt li jiżguraw bilanċ xieraq bejn il-ġeneri u l-età, bil-ħsieb li jippermettu kontroll demokratiku tas-sistemi tal-AI.
2.  Il-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI tal-persunal tagħhom u ta’ persuni oħra li jittrattaw it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-AI f’isimhom, filwaqt li jqisu l-għarfien tekniku, l-esperjenza, l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom u l-kuntest li fih se jintużaw is-sistemi tal-AI, u filwaqt li jqisu l-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fuqhom għandhom jintużaw is-sistemi tal-AI.
3.  Tali miżuri ta’ litteriżmu għandhom jikkonsistu, b’mod partikolari, fit-tagħlim ta’ kunċetti u ħiliet bażiċi dwar is-sistemi tal-AI u l-funzjonament tagħhom, inklużi t-tipi differenti ta’ prodotti u użi, ir-riskji u l-benefiċċji tagħhom.
4.  Livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI huwa wieħed li jikkontribwixxi, kif meħtieġ, għall-kapaċità tal-fornituri u tal-amministraturi li jiżguraw il-konformità u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali lil hinn mill-konxju ta’ persuna biex materjalment tfixkel l-imġiba ta’ persuna b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;
(a)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali lil hinn mill-konxju ta’ persuna jew tekniki manipulattivi jew qarrieqa intenzjonalment, bl-objettiv jew bl-effett li materjalment tfixkel l-imġiba ta’ persuna jew ta’ grupp ta’ persuni billi ddgħajjef b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-persuni li jieħdu deċiżjoni infurmata, u b’hekk twassal lill-persuna biex tieħu deċiżjoni li kieku ma kinitx tieħu, b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna, lil persuna oħra, jew lil grupp ta’ persuni;
Il-projbizzjoni tal-użu ta’ s-sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal finijiet terapewtiċi approvati abbażi tal-kunsens infurmat speċifiku tal-individwi li huma esposti għalihom jew, meta applikabbli, tal-kustodju legali tagħhom;
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1– punt b
(b)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tisfrutta xi waħda mill-vulnerabbiltajiet ta’ grupp speċifiku ta’ persuni minħabba l-età, diżabbiltà fiżika jew mentali tagħhom, biex tfixkel materjalment l-imġiba ta’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;
(b)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tisfrutta xi waħda mill-vulnerabbiltajiet ta’ persuna jew ta’ grupp speċifiku ta’ persuni, inkluż il-karatteristiċi ta’ tali persuna jew il-karatteristiċi magħrufa jew previsti tal-personalità jew is-sitwazzjoni soċjali jew ekonomika, l-età, l-abbiltà fiżika jew mentali bl-objettiv jew bl-effett li tfixkel materjalment l-imġiba ta’ dik il-persuna jew ta’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi ta’ kategorizzazzjoni bijometrika li jikkategorizzaw persuni fiżiċi skont attributi jew karatteristiċi sensittivi jew protetti, jew abbażi tal-inferenza ta’ dawk l-attributi jew il-karatteristiċi. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal finijiet terapewtiċi approvati abbażi tal-kunsens infurmat speċifiku tal-individwi li huma esposti għalihom jew, meta applikabbli, tal-kustodju legali tagħhom;
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom għall-evalwazzjoni jew għall-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà ta’ persuni fiżiċi f’ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufa jew previsti, bil-punteġġ soċjali li jwassal għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għat-tnejn li huma:
(c)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI għall-evalwazzjoni jew għall-klassifikazzjoni ta’ punteġġ soċjali ta’ persuni fiżiċi jew gruppi tagħhom f’ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufa, inferiti jew previsti, bil-punteġġ soċjali li jwassal għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għat-tnejn li huma:
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – punt i
(i)  trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali li mhumiex relatati mal-kuntesti li fihom id-data kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
(d)  l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, sakemm u sa fejn tali użu jkun strettament meħtieġ għal wieħed mill-objettivi li ġejjin:
(d)  l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku;
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt i
(i)  it-tfittxija mmirata għal vittmi potenzjali speċifiċi ta’ reati, inkluż tfal neqsin;
imħassar
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt ii
(ii)  il-prevenzjoni ta’ theddida speċifika, sostanzjali u imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi jew ta’ attakk terroristiku;
imħassar
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt iii
(iii)  is-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awtur jew ta’ persuna suspettata ta’ reat kriminal msemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/JHA62 u punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif determinat bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
imħassar
__________________
62 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI biex isiru valutazzjonijiet tar-riskju ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi tagħhom sabiex jiġi evalwat ir-riskju ta’ persuna fiżika li twettaq reat jew ripetizzjoni ta’ reat, jew għall-previżjoni tal-okkorrenza jew tar-riokkorrenza ta’ reat kriminali jew amministrattiv attwali jew potenzjali bbażat fuq tfassil tal-profil ta’ persuna fiżika jew il-valutazzjoni ta’ karatteristiċi tal-personalità u karatteristiċi, inkluż il-lokalità ta’ persuna, jew imġiba kriminali tal-passat ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi;
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI li joħolqu jew jespandu l-bażijiet tad-data tar-rikonoxximent tal-wiċċ permezz ta’ scraping mhux immirat tal-immaġnijiet tal-wiċċ mill-internet jew mill-filmati tas-CCTV;
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)
(dc)  it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI biex jiġu inferiti emozzjonijiet ta’ persuna fiżika fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi, tal-ġestjoni tal-fruntieri, fuq il-post tax-xogħol u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni;
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)
(dd)  it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI għall-analiżi ta’ filmati rreġistrati ta’ spazji aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “f’ħin aktar tard”, sakemm ma jkunux soġġetti għal awtorizzazzjoni preġudizzjarja f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u strettament meħtieġa għat-tfittxija mmirata konnessa ma’ reat kriminali serju speċifiku kif definit fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE li diġà jkun seħħ għall-fini tal-infurzar tal-liġi.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet li japplikaw meta prattika tal-intelliġenza artifiċjali tikser liġi oħra tal-UE, inkluż l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, in-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur jew il-kompetizzjoni;
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi għal xi wieħed mill-objettivi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jqis l-elementi li ġejjin:
imħassar
(a)  in-natura tas-sitwazzjoni li twassal għall-użu possibbli, b’mod partikolari s-serjetà, il-probabbiltà u l-iskala tad-dannu kkawżat meta ma tintużax is-sistema;
(b)  il-konsegwenzi tal-użu tas-sistema għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati, b’mod partikolari s-serjetà, il-probabbiltà u l-iskala ta’ dawk il-konsegwenzi.
Barra minn hekk, l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi għal xi wieħed mill-objettivi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jikkonforma mas-salvagwardji u l-kundizzjonijiet meħtieġa u proporzjonati fir-rigward tal-użu, b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet temporali, ġeografiċi u personali.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Fir-rigward tal-punt (d) tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2, kull użu individwali ta’ sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità amministrattiva indipendenti tal-Istat Membru li fih għandu jsir l-użu, maħruġa wara talba motivata u f’konformità mar-regoli dettaljati tal-liġi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4. Madankollu, f’każ ta’ urġenza ġustifikata kif xieraq, l-użu tas-sistema jista’ jinbeda mingħajr awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjoni tista’ tintalab tul jew wara l-użu.
imħassar
L-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni biss meta tkun sodisfatta, abbażi ta’ evidenza oġġettiva jew indikazzjonijiet ċari ppreżentati lilha, li l-użu tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” inkwistjoni hu meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq wieħed mill-objettivi speċifikati fil-punt (d) tal-paragrafu 1, kif identifikat fit-talba. Meta tiddeċiedi dwar it-talba, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti għandha tqis l-elementi msemmijin fil-paragrafu 2.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipprevedi l-possibbiltà li jawtorizza għalkollox jew parzjalment l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi skont il-limiti u l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3. Fil-liġi nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa għat-talba, il-ħruġ u l-eżerċitar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll għas-superviżjoni relatata magħhom. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw ukoll b’rabta ma’ liema objettivi elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż liema reati kriminali msemmija fil-punt (iii) tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu awtorizzati jużaw dawk is-sistemi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi.
imħassar
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  is-sistema tal-AI tkun maħsuba biex tintuża bħala komponent tas-sikurezza ta’ prodott, jew hi stess tkun prodott, kopert bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II;
(a)  is-sistema tal-AI tkun maħsuba biex tintuża bħala komponent tas-sikurezza ta’ prodott, jew is-sistema tal-AI stess tkun prodott, kopert bil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II;
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu jkun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jeħtieġ issirlu valutazzjoni tal-konformità minn parti terza biex dak il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II.
(b)  il-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu skont il-punt (a) ikun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jeħtieġu li ssirlhom valutazzjoni tal-konformità minn parti terza relatata mar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà, bil-ħsieb li dak il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II;
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Minbarra s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmija fil-paragrafu 1, anki s-sistemi tal-AI imsemmija fl-Anness III għandhom jitqiesu li għandhom riskju kbir.
2.  Minbarra s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmija fil-paragrafu 1, is-sistemi tal-AI li jaqgħu f’wieħed jew aktar mill-oqsma kritiċi u l-każijiet ta’ użu msemmija fl-Anness III għandhom jitqiesu li għandhom riskju kbir jekk jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi. Meta sistema tal-AI taqa’ taħt il-punt 2 tal-Anness III, din għandha titqies li għandha riskju kbir jekk tippreżenta riskju sinifikanti ta’ ħsara għall-ambjent.
Sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida li jispeċifikaw b’mod ċar iċ-ċirkostanzi fejn l-output tas-sistemi tal-AI msemmija fl-Anness III jippreżenta riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi jew il-każijiet li fihom dan ma jkunx.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta l-fornituri li jaqgħu taħt wieħed jew aktar mill-oqsma kritiċi u l-każijiet ta’ użu msemmija fl-Anness III jqisu li s-sistema tal-AI tagħhom ma tippreżentax riskju sinifikanti kif deskritt fil-paragrafu 2, huma għandhom jissottomettu notifika motivata lill-awtorità superviżorja nazzjonali li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Meta s-sistema tal-AI tkun maħsuba biex tintuża f’żewġ Stati Membri jew aktar, dik in-notifika għandha tiġi indirizzata lill-Uffiċċju tal-AI. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrieżamina u twieġeb għan-notifika, direttament jew permezz tal-Uffiċċju tal-AI, fi żmien tliet xhur jekk tqis li s-sistema tal-AI hija kklassifikata ħażin.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
2b.  Il-fornituri li jikklassifikaw ħażin is-sistema tal-AI tagħhom bħala mhux soġġetta għar-rekwiżiti tat-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament u jqegħduha fis-suq qabel l-iskadenza għall-oġġezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal multi skont l-Artikolu 71.
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)
2c.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jissottomettu rapport annwali lill-Uffiċċju tal-AI li jagħti dettalji dwar l-għadd ta’ notifiki riċevuti, l-oqsma ta’ riskju kbir relatati involuti u d-deċiżjonijiet meħuda dwar in-notifiki riċevuti.
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex taġġorna l-lista fl-Anness III billi żżid sistemi tal-AI b’riskju kbir meta jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-Anness III billi żżid jew timmodifika oqsma jew każijiet ta’ użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, meta dawn jippreżentaw riskju ta’ dannu għas-saħħa u għas-sikurezza, jew impatt negattiv fuq l-ambjent, jew għad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u li dak ir-riskju huwa, fir-rigward tas-severità u l-probabbiltà ta’ okkorrenza tiegħu, ekwivalenti għal riskju ta’ dannu jew għal impatt negattiv ippreżentat minn sistemi tal-AI b’riskju kbir diġà msemmija fl-Anness III jew akbar minnhom.
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
(a)  is-sistemi tal-AI jkunu maħsuba biex jintużaw f’xi waħda miż-żoni elenkati fil-punti 1 sa 8 tal-Anness III;
imħassar
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b)  is-sistemi tal-AI joħolqu riskju ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza, jew riskju ta’ impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali, jiġifieri, fir-rigward tas-severità u tal-probabbiltà ta’ okkorrenza tiegħu, ekwivalenti għal jew akbar mir-riskju ta’ dannu jew ta’ impatt negattiv irrappreżentat mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir diġà msemmijin fl-Anness III.
imħassar
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex tneħħi l-każijiet ta’ użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir mil-lista fl-Anness III jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw;
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Meta tivvaluta, għall-finijiet tal-paragrafu 1, jekk sistema tal-AI toħloqx riskju ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza jew riskju ta’ impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali ekwivalenti għal jew akbar mir-riskju ta’ dannu kkawżat mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir diġà msemmija fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
2.  Meta tivvaluta sistema tal-AI għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 1a, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 - punt aa (ġdid)
(aa)  il-kapaċitajiet u l-funzjonalitajiet ġenerali tas-sistema tal-AI indipendenti mill-għan maħsub tagħha;
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  it-tip u n-natura tad-data pproċessata u użata mis-sistema tal-AI;
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb)  il-punt sa fejn is-sistema tal-AI taħdem b’mod awtonomu;
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
(c)  il-punt sa fejn l-użu tas-sistema tal-AI diġà kkawża dannu għas-saħħa u s-sikurezza jew impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew wassal għal tħassib sinifikanti fir-rigward tal-materjalizzazzjoni ta’ dan id-dannu jew l-impatt negattiv, kif juru xi rapporti jew allegazzjonijiet dokumentati ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
(c)  il-punt sa fejn l-użu tas-sistema tal-AI diġà kkawża dannu għas-saħħa u għas-sikurezza, kellu impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali, l-ambjent, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jew wassal għal tħassib sinifikanti fir-rigward tal-probabbiltà ta’ tali dannu jew impatt negattiv, kif muri pereżempju minn rapporti jew allegazzjonijiet dokumentati ppreżentati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, lill-Kummissjoni, lill-Uffiiċċju tal-AI, lill-EPDS jew lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d
(d)  il-firxa potenzjali ta’ dan id-dannu jew l-impatt negattiv, b’mod partikolari f’termini ta’ intensità u kapaċità li jaffettwa l-pluralità ta’ persuni;
(d)  il-firxa potenzjali ta’ tali dannu jew tali impatt negattiv, b’mod partikolari f’termini tal-intensità u l-kapaċità tiegħu li jaffettwa l-pluralità ta’ persuni jew li jaffettwa b’mod sproporzjonat lil grupp partikolari ta’ persuni;
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e
(e)  il-punt sa fejn il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu dipendenti fuq l-eżitu prodott b’sistema tal-AI, b’mod partikolari meta għal raġunijiet prattiċi jew legali ma jkunx raġonevolment possibbli li wieħed jirrikorri għal esklużjoni fakultattiva minn dak l-eżitu;
(e)  il-punt sa fejn il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu dipendenti fuq l-output prodott li jinvolvi sistema tal-AI, u li dak l-output huwa purament aċċessorju fir-rigward tal-azzjoni jew id-deċiżjoni rilevanti li għandha tittieħed, b’mod partikolari meta għal raġunijiet prattiċi jew legali ma jkunx raġonevolment possibbli li wieħed jirrikorri għal esklużjoni fakultattiva minn dak l-output;
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea)  l-użu ħażin u malizzjuż potenzjali tas-sistema tal-AI u t-teknoloġija li hija msejsa fuqha;
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt f
(f)  il-punt sa fejn il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-utent ta’ sistema tal-AI, b’mod partikolari minħabba żbilanċ fis-setgħa, fl-għarfien, fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi jew soċjali, jew fl-età;
(f)  il-punt sa fejn ikun hemm żbilanċ fis-setgħa, jew il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-utent ta’ sistema tal-AI, b’mod partikolari minħabba l-istatus, l-awtorità, l-għarfien, iċ-ċirkostanzi ekonomiċi jew soċjali, jew l-età;
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt g
(g)  il-punt sa fejn l-eżitu prodott b’sistema tal-AI ikun riversibbli faċilment, meta l-eżiti li jħallu impatt fuq is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni m’għandhomx jitqiesu bħala riversibbli faċilment;
(g)  il-punt sa fejn l-eżitu prodott li jinvolvi sistema tal-AI jkun riversibbli jew rimedjat faċilment, meta l-eżiti li jħallu impatt negattiv fuq is-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali tal-persuni, l-ambjent, jew fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt ma għandhomx jitqiesu bħala riversibbli faċilment;
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
(ga)  il-punt sa fejn id-disponibbiltà u l-użu ta’ soluzzjonijiet u mekkaniżmi tekniċi effettivi għall-kontroll, l-affidabbiltà u l-kapaċità ta’ korrezzjoni tas-sistema tal-AI;
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)
(gb)  id-daqs u l-probabbiltà tal-benefiċċju tal-użu tas-sistema tal-AI għal individwi, gruppi jew is-soċjetà ġenerali, inkluż it-titjib possibbli fis-sikurezza tal-prodotti;
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)
(gc)  il-limitu tas-sorveljanza mill-bniedem u l-possibbiltà li bniedem jinterċedi biex jibdel deċiżjoni jew rakkomandazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal ħsara potenzjali;
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt h
(i)  miżuri effettivi ta’ rimedju fir-rigward tar-riskji maħluqa minn sistema tal-AI, għajr talbiet għad-danni;
(h)  il-punt sa fejn il-liġi eżistenti tal-Unjoni tipprevedi:
(i)  miżuri effettivi ta’ rimedju fir-rigward tad-dannu kkawżat minn sistema tal-AI, għajr talbiet għad-danni diretti jew indiretti;
(ii)  miżuri effettivi għal prevenzjoni jew tnaqqis sostanzjali ta’ dawk ir-riskji.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta tivvaluta sistema tal-AI għall-finijiet tal-paragrafi 1 jew 1a, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI, u meta rilevanti, ir-rappreżentanti ta’ gruppi li fuqhom sistema tal-AI għandha impatt, lill-industrija, lill-esperti indipendenti, lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni għandha torganizza wkoll konsultazzjonijiet pubbliċi f’dan ir-rigward u għandha tagħmel ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet u tal-valutazzjoni finali disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-Uffiċċju tal-AI, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew il-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid u tikklassifika mill-ġdid il-kategorizzazzjoni tar-riskju ta’ sistema tal-AI f’konformità mal-paragrafi 1 u 1a. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tippubblikahom.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fil-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, għandhom jitqiesu l-linji gwida żviluppati kif imsemmija fl-Artikolu 82b, l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati rilevanti u fl-ispeċifikazzjonijiet komuni kif imsemmija fl-Artikoli 40 u 41 jew dawk diġà stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  L-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jitqiesu meta tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.
2.  L-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, l-użi ħżiena raġonevolment prevedibbli u s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jitqiesu meta tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Sakemm ir-rekwiżiti tat-Titolu III, il-Kapitoli 2 u 3 jew it-Titolu VIII, il-Kapitoli 1, 2 u 3 għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jiġu indirizzati mil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, it-Taqsima A, ir-rekwiżiti jew l-obbligi ta’ dawk il-Kapitoli ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li ġew issodisfati, sakemm dawn jinkludu l-komponent tal-AI. Ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu III jew tat-Titolu VIII, tal-Kapitoli 1, 2 u 3 għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir mhux indirizzati mil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, it-Taqsima A, għandhom jiġu inkorporati f’dik il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, meta applikabbli. Il-valutazzjoni tal-konformità rilevanti għandha titwettaq bħala parti mill-proċeduri stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, it-Taqsima A.
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Għandha tiġi stabbilita, implimentata, dokumentata u miżmuma sistema tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.
1.  Għandha tiġi stabbilita, implimentata, dokumentata u miżmuma sistema tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-AI. Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju tista’ tiġi integrata fi proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju diġà eżistenti, jew f’parti minnhom, relatati mal-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni sakemm tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-artikolu.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fi proċess iterattiv kontinwu tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir, li teħtieġ aġġornament sistematiku regolari. Għandu jkun fiha l-passi li ġejjin:
2.  Is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fi proċess iterattiv kontinwu tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir, li teħtieġ rieżami u aġġornament regolari tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju, biex tiġi żgurata l-effettività kontinwa tagħha, u d-dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni u azzjoni meħuda soġġetti għal dan l-Artikolu. Għandu jkun fiha l-passi li ġejjin:
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a)  l-identifikazzjoni u l-analiżi tar-riskji magħrufa u prevedibbli assoċjati ma’ kull sistema tal-AI b’riskju kbir;
(a)  l-identifikazzjoni, l-istima u l-evalwazzjoni tar-riskji magħrufa u raġonevolment prevedibbli li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tista’ tippreżenta għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni fiżiċi, id-drittijiet fundamentali tagħhom inkluż l-aċċess u l-opportunitajiet indaqs, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jew l-ambjent meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tintuża f’konformità mal-għan maħsub tagħha u f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli;
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2– punt b
(b)  l-istima u l-evalwazzjoni tar-riskji li jistgħu jitfaċċaw meta tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha u f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli;
imħassar
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-evalwazzjoni ta’ riskji possibbli oħrajn li jinħolqu abbażi tal-analiżi tad-data miġbura mis-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61;
(c)  l-evalwazzjoni ta’ riskji emerġenti sinifikanti kif deskritti fil-paragrafu (a) u identifikati abbażi tal-analiżi tad-data miġbura mis-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61;
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d
(d)  l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa tal-ġestjoni tar-riskju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin.
(d)  l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa u mmirati tal-ġestjoni tar-riskju ddisinjati biex jindirizzaw ir-riskji identifikati skont il-punti a u b ta’ dan il-paragrafu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin.
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom iqisu kif xieraq l-effetti u l-interazzjonijiet possibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni kkombinata tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu 2. Dawn għandhom iqisu l-aħħar avvanzi rikonoxxuti b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti.
3.  Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom iqisu kif xieraq l-effetti u l-interazzjonijiet possibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni kkombinata tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu 2, bil-ħsieb li jittaffew ir-riskji b’mod effettiv filwaqt li tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa u proporzjonata tar-rekwiżiti.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu tali li kull riskju residwu assoċjat ma’ kull periklu u kull riskju residwu ġenerali tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jitqies aċċettabbli, diment li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tintuża f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew b’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli. Dawk ir-riskji residwi għandhom jiġu kkomunikati lill-utent.
4.  Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu tali li riskju residwu rilevanti assoċjat ma’ kull periklu u kull riskju residwu ġenerali tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jitqies b’mod raġonevoli li huwa aċċettabbli, diment li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tintuża f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew b’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli. Dawk ir-riskji residwi u l-ġudizzji motivati li jsiru għandhom jiġu kkomunikati lill-amministratur.
Fl-identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa tal-ġestjoni tar-riskju, għandu jkun żgurat li:
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji kemm jista’ jkun permezz ta’ disinn u ta’ żvilupp adegwati;
(a)  l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji identifikati sa fejn ikun teknikament fattibbli permezz ta’ disinn u ta’ żvilupp adegwati tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, bl-involviment, meta rilevanti, ta’ esperti u partijiet ikkonċernati esterni;
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  meta xieraq, l-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni u ta’ kontroll fir-rigward ta’ riskji li ma jistgħux jiġu eliminati;
(b)  meta xieraq, l-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni u ta’ kontroll li jindirizzaw riskji sinifikanti li ma jistgħux jiġu eliminati;
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  l-għoti ta’ informazzjoni adegwata skont l-Artikolu 13, b’mod partikolari rigward ir-riskji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u meta xieraq, taħriġ lill-utenti.
(c)  l-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13, u, meta xieraq, taħriġ lill-amministraturi.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Fl-eliminazzjoni jew fit-tnaqqis tar-riskji relatati mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, għandha tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-għarfien tekniku, lill-esperjenza, lill-edukazzjoni, lit-taħriġ li għandu jkun mistenni mill-utent u mill-ambjent li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema.
Fl-eliminazzjoni jew fit-tnaqqis tar-riskji relatati mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, il-fornituri għandhom jagħtu kunsiderazzjoni dovuta lill-għarfien tekniku, lill-esperjenza, lill-edukazzjoni u lit-taħriġ li l-amministratur jista’ jkollu bżonn, inkluż fir-rigward tal-kuntest tal-użu preżunt.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 9 − paragrafu 5
5.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ttestjati għall-finijiet ta’ identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa tal-ġestjoni tar-riskju. L-ittestjar għandu jiżgura li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti għall-għan maħsub tagħhom u jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
5.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ttestjati għall-finijiet ta’ identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa u mmirati tal-ġestjoni tar-riskju u kwalunkwe tali miżura valutata fil-konfront tal-benefiċċji potenzjali u l-għanijiet maħsuba tas-sistema. L-ittestjar għandu jiżgura li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti għall-għan maħsub tagħhom u jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 6
6.  Il-proċeduri tal-ittestjar għandhom ikunu xierqa biex jintlaħaq l-għan maħsub tas-sistema tal-AI u m’għandhomx għalfejn imorru lil hinn minn dak meħtieġ biex jilħqu dak l-għan.
6.  Il-proċeduri tal-ittestjar għandhom ikunu xierqa biex jintlaħaq l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 7
7.  L-ittestjar tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandu jitwettaq, kif xieraq, fi kwalunkwe ħin matul il-proċess ta’ żvilupp, u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz. L-ittestjar għandu jsir skont metrika ddefinita b’mod preliminari u limiti probabilistiċi li huma adattati għall-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
7.  L-ittestjar tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandu jitwettaq qabel it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz. L-ittestjar għandu jsir skont metrika ddefinita minn qabel u limiti probabilistiċi li huma adattati għall-għan maħsub jew għall-użu ħażin raġonevolment prevedibbli tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 8
8.  Meta tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju deskritta fil-paragrafi 1 sa 7, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika dwar jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir hix probabbli tiġi aċċessata minn tfal jew tħallix impatt fuqhom.
8.  Meta tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju deskritta fil-paragrafi 1 sa 7, il-fornituri għandhom jagħtu kunsiderazzjoni speċifika dwar jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir hix probabbli jkollha impatt negattiv fuq gruppi vulnerabbli ta’ nies jew tfal.
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 9
9.  Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-aspetti deskritti fil-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikunu parti mill-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti minn dawk l-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
9.  Għall-fornituri u s-sistemi tal-AI diġà koperti mil-liġi tal-Unjoni li tirrikjedihom jistabbilixxu sistemi speċifiċi ta’ ġestjoni tar-riskju, inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-aspetti deskritti fil-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikunu parti mill-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti minn dik il-liġi tal-Unjoni jew ikkombinati magħhom.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 10 - paragrafu 1
1.  Sistemi tal-AI b’riskju kbir li jagħmlu użu minn tekniki li jinvolvu t-taħriġ ta’ mudelli b’data għandhom jiġu żviluppati abbażi ta’ settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità msemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.
1.  Sistemi tal-AI b’riskju kbir li jagħmlu użu minn tekniki li jinvolvu t-taħriġ ta’ mudelli b’data għandhom jiġu żviluppati abbażi ta’ settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità msemmijin fil-paragrafi 2 sa 5 sa fejn dan ikun teknikament fattibbli skont is-segment tas-suq speċifiku jew il-kamp ta’ applikazzjoni.
Tekniki li ma jeħtiġux data tal-input ittikkettjata bħal apprendiment mingħajr superviżjoni u apprendiment ikkonsolidat għandhom jiġu żviluppati abbażi ta’ settijiet tad-data bħal dawk għall-ittestjar u l-verifika li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità msemmija fil-paragrafi 2 sa 5.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu soġġetti għal prattiki xierqa ta’ governanza u ġestjoni tad-data. Dawk il-prattiki għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari,
2.  Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu soġġetti għal governanza xierqa tad-data għall-kuntest tal-użu kif ukoll l-għan maħsub tas-sistema tal-AI. Dawk il-miżuri għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari,
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  it-trasparenza fir-rigward tal-għan oriġinali tal-ġbir tad-data;
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-ġbir ta’ data;
(b)  il-proċessi ta’ ġbir tad-data;
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c
(c)  operazzjonijiet rilevanti ta’ pproċessar ta’ tħejjija tad-data, bħall-annotazzjoni, it-tikkettar, it-tindif, l-arrikkiment u l-aggregazzjoni;
(c)  operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ tħejjija tad-data, bħall-annotazzjoni, it-tikkettar, it-tindif, l-aġġornament, l-arrikkiment u l-aggregazzjoni;
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d
(d)  il-formulazzjoni tas-suppożizzjonijiet rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li d-data suppost tkejjel u tirrappreżenta;
(d)  il-formulazzjoni tas-suppożizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li d-data suppost tkejjel u tirrappreżenta;
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e
(e)  valutazzjoni minn qabel tad-disponibbiltà, tal-kwantità u tal-adegwatezza tas-settijiet ta’ data li huma meħtieġa;
(e)  valutazzjoni tad-disponibbiltà, tal-kwantità u tal-adegwatezza tas-settijiet ta’ data li huma meħtieġa;
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt f
(f)  l-eżaminazzjoni fid-dawl tal-preġudizzji possibbli;
(f)  l-eżaminazzjoni fid-dawl tal-preġudizzji possibbli li x’aktarx jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, ikollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew iwasslu għal diskriminazzjoni pprojbita skont id-dritt tal-Unjoni, speċjalment fejn l-outputs tad-data jinfluwenzaw l-inputs għal operazzjonijiet futuri (“feedback loops”) u miżuri xierqa għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ preġudizzji possibbli;
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
(fa)  miżuri xierqa għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ preġudizzji possibbli;
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt g
(g)  l-identifikazzjoni ta’ kull lakuna jew nuqqas possibbli fid-data, u kif dawk il-lakuni u n-nuqqasijiet jistgħu jiġu indirizzati.
(g)  l-identifikazzjoni ta’ lakuni jew nuqqasijiet rilevanti fid-data li jipprevjenu konformità ma’ dan ir-Regolament, u kif dawk il-lakuni u n-nuqqasijiet jistgħu jiġu indirizzati;
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Is-settijiet ta’ data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu rilevanti, rappreżentattivi, mingħajr erruri u kompluti. Għandu jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż, meta xieraq, rigward il-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fuqhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir. Dawn il-karatteristiċi tas-settijiet ta’ data jistgħu jiġu ssodisfati fil-livell ta’ settijiet tad-data individwali jew ta’ taħlita tagħhom.
3.  Is-settijiet tad-data għal taħriġ, u meta jintużaw, is-settijiet tad-data għal validazzjoni u ttestjar, inklużi t-tikketti, għandhom ikunu rappreżentattivi biżżejjed, skrutinizzati b’mod xieraq għall-erruri, u jkunu kompleti sa fejn huwa possibbli fid-dawl tal-għan maħsub, Għandu jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż, meta xieraq, rigward il-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fir-rigward tagħhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir. Dawn il-karatteristiċi tas-settijiet tad-data għandhom jiġu ssodisfati fil-livell ta’ settijiet tad-data individwali jew ta’ taħlita tagħhom.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
4.  Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom iqisu, sa fejn ikun meħtieġ mill-għan maħsub tagħhom, il-karatteristiċi jew l-elementi li jkunu partikolari għall-ambjent jew għall-kuntest ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir.
4.  Is-settijiet tad-data għandhom iqisu, sa fejn ikun meħtieġ mill-għan maħsub tagħhom jew l-użi ħżiena raġonevolment prevedibbli tas-sistema tal-AI, il-karatteristiċi jew l-elementi li jkunu partikolari għall-kuntest ġeografiku, kuntestwali, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Sa fejn ikun strettament meħtieġ biex ikunu żgurati l-monitoraġġ, id-detezzjoni u t-tiswija tal-preġudizzju fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, il-fornituri ta’ dawn is-sistemi jistgħu jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, inkluż limitazzjonijiet tekniċi dwar l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ miżuri mill-aktar avvanzati għal sigurtà u preservazzjoni tal-privatezza, bħal psewdonimizzazzjoni, jew kriptaġġ meta l-anonimizzazzjoni tkun tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l-għan fil-mira.
5.  Sa fejn ikun strettament meħtieġ biex ikunu żgurati d-detezzjoni u t-tiswija tal-preġudizzju negattiv fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, il-fornituri ta’ dawn is-sistemi jistgħu jipproċessaw b’mod eċċezzjonali kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, inkluż limitazzjonijiet tekniċi dwar l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ miżuri mill-aktar avvanzati għal sigurtà u preservazzjoni tal-privatezza. B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom japplikaw sabiex iseħħ dan l-ipproċessar: (a) id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzju ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod effettiv bl-ipproċessar ta’ data sintetika jew anonimizzata;
(b)  id-data hija psewdonimizzata;
(c)  il-fornitur jieħu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżgura li d-data pproċessata għall-fini ta’ dan il-paragrafu tkun sigura, protetta, soġġetta għal salvagwardji xierqa u li l-persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data b’obbligi xierqa ta’ kunfidenzjalità;
(d)  id-data pproċessata għall-fini ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tiġi trażmessa, trasferita jew aċċessata b’xi mod ieħor minn partijiet oħra;
(e)  id-data pproċessata għall-fini ta’ dan il-paragrafu hija protetta permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u titħassar ladarba l-preġudizzju jiġi kkorreġut jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta’ żamma tagħha;
(f)  ikun hemm fis-seħħ miżuri effettivi u xierqa biex jiġu żgurati d-disponibbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza tas-sistemi u s-servizzi tal-ipproċessar kontra inċidenti tekniċi jew fiżiċi;
(g)  ikun hemm fis-seħħ miżuri effettivi u xierqa biex tiġi żgurata s-sigurtà fiżika tal-postijiet fejn tinħażen u tiġi pproċessata d-data, il-governanza u l-ġestjoni interna tal-IT u tas-sigurtà tal-IT, iċ-ċertifikazzjoni tal-proċessi u l-prodotti.
Il-fornituri li jirrikorru għal din id-dispożizzjoni għandhom ifasslu dokumentazzjoni li tispjega għaliex l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kien meħtieġ biex jiġu identifikati u kkoreġuti l-preġudizzji.
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Meta l-fornitur tad-data ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu minħabba li tali fornitur ma jkollux aċċess għad-data u d-data tinżamm esklussivament mill-amministratur, l-amministratur jista’, abbażi ta’ kuntratt, jinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal b’mod li turi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-korpi notifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-sistema tal-AI ma’ dawk ir-rekwiżiti. Bħala minimu, għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal b’mod li turi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-korpi notifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-sistema tal-AI ma’ dawk ir-rekwiżiti. Bħala minimu, għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fl-Anness IV jew, fil-każ ta’ SMEs u negozji ġodda, kwalunkwe dokumentazzjoni ekwivalenti li tilħaq l-istess objettivi, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti nazzjonali.
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Meta sistema tal-AI b’riskju kbir relatata ma’ prodott, li għalih japplikaw l-atti legali elenkati fl-Anness II, it-Taqsima A, titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, għandha titfassal dokumentazzjoni teknika waħda bl-informazzjoni kollha stabbilita fl-Anness IV u bl-informazzjoni meħtieġa skont dawk l-atti legali.
2.  Meta sistema tal-AI b’riskju kbir relatata ma’ prodott, li għalih japplikaw l-atti legali elenkati fl-Anness II, it-Taqsima A, titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, għandha titfassal dokumentazzjoni teknika waħda bl-informazzjoni kollha stabbilita fil-paragrafu 1 u bl-informazzjoni meħtieġa skont dawk l-atti legali.
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi dwar il-governanza interna, skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’kapaċitajiet li jippermettu r-reġistrazzjoni awtomatika tal-avvenimenti (“logs”) waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Dawk il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jikkonformaw ma’ standards rikonoxxuti jew speċifikazzjonijiet komuni.
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’kapaċitajiet li jippermettu r-reġistrazzjoni awtomatika tal-avvenimenti (“logs”) waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Dawk il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jikkonformaw mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u ma’ standards rikonoxxuti jew speċifikazzjonijiet komuni.
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jiżguraw livell ta’ traċċabbiltà tal-funzjonament tas-sistema tal-AI tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha li jkun xieraq għall-għan maħsub tas-sistema.
2.  Sabiex jiġi żgurat livell ta’ traċċabbiltà tal-funzjonament tas-sistema tal-AI tul il-ħajja kollha tagħha li jkun xieraq għall-għan maħsub tas-sistema, il-kapaċitajiet ta’ lloggjar għandhom jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(4) kif ukoll is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61. B’mod partikolari, huma għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni ta’ avvenimenti rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu:
(a)  jirriżultaw f’sistema tal-AI li tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1); jew
(b)  iwasslu għall-modifika sostanzjali fis-sistema tal-AI.
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’kapaċitajiet ta’ lloggjar li jippermettu r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-enerġija, il-kejl jew il-kalkolu tal-użu tar-riżorsi u l-impatt ambjentali tas-sistema tal-AI b’riskju kbir matul il-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema.
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  B’mod partikolari, il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jippermettu l-monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-okkorrenza ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex is-sistema tal-AI tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) jew iwasslu għal modifika sostanzjali, u jiffaċilitaw is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61.
imħassar
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – titolu
Trasparenza u għoti tal-informazzjoni lill-utenti
Trasparenza u għoti tal-informazzjoni
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li t-tħaddim tagħhom ikun trasparenti biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-output tas-sistema u jużawh kif xieraq. Għandhom jiġu żgurati tip u grad xierqa ta’ trasparenza, biex tinkiseb konformità mal-obbligi rilevanti tal-utent u tal-fornitur stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li t-tħaddim tagħhom ikun trasparenti biżżejjed biex il-fornituri u l-utenti jkunu jistgħu jifhmu b’mod raġonevoli l-funzjonament tas-sistema. Għandha tiġi żgurata trasparenza xierqa f’konformità mal-għan maħsub tas-sistema tal-AI, biex tinkiseb konformità mal-obbligi rilevanti tal-fornitur u tal-utent stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.
B’hekk, it-trasparenza għandha tfisser li, meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir titqiegħed fis-suq, jintużaw il-mezzi tekniċi kollha disponibbli f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali biex jiġi żgurat li l-output tas-sistema tal-AI jkun jista’ jiġi interpretat mill-fornitur u mill-utent. L-utent għandu jkun jista’ jifhem u juża s-sistema tal-AI b’mod xieraq billi ġeneralment ikun jaf kif taħdem is-sistema tal-AI u liema data tipproċessa, biex b’hekk l-utent ikun jista’ jispjega d-deċiżjonijiet meħuda mis-sistema tal-AI lill-persuna affettwata skont l-Artikolu 68(c).
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jingħataw struzzjonijiet għall-użu b’format diġitali xieraq jew b’xi format ieħor li jinkludu informazzjoni konċiża, kompluta, korretta u ċara li tkun rilevanti, aċċessibbli u li tinftiehem mill-utenti.
2.  Mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jingħataw struzzjonijiet intelliġibbli għall-użu b’format diġitali xieraq jew inkella magħmula disponibbli b’mezz durabbli li jinkludu informazzjoni konċiża, korretta, ċara u kompluta kemm jista’ jkun possibbli, li tgħin fit-tħaddim u ż-żamma tas-sistema AI kif ukoll biex jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjonijiet informati mill-utenti u li tkun raġonevolment rilevanti, aċċessibbli u li tinftiehem mill-utenti.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika:
3.  Biex jinkisbu l-eżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika:
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt a
(a)  l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(a)  l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentanti awtorizzati tiegħu;
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)
(aa)  meta ma tkunx l-istess bħall-fornitur, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entità li tkun wettqet il-valutazzjoni tal-konformità u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tagħha;
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – parti introduttorja
(b)  il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inkluż:
(b)  il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inkluż, meta xieraq:
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt ii
(ii)  il-livell ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-AI b’riskju kbir u li jista’ jkun mistenni; u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli li tista’ tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà;
(ii)  il-livell ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-AI b’riskju kbir u li jista’ jkun mistenni; u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli b’mod ċar li tista’ tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà;
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt iii
(iii)  kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali;
(iii)  kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli b’mod ċar, relatata mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali jew l-ambjent, inkluż, meta xieraq, eżempji illustrattivi ta’ tali limitazzjonijiet u ta’ xenarji li għalihom ma għandhiex tintuża s-sistema;
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia)  il-grad sa fejn is-sistema tal-AI tista’ tipprovdi spjegazzjoni għad-deċiżjonijiet li tieħu;
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt v
(v)  meta jkun xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.
(v)  informazzjoni rilevanti dwar l-azzjonijiet tal-utenti li jistgħu jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-sistema, inkluż it-tip jew il-kwalità tad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt e
(e)  il-ħajja mistennija tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u kull miżura ta’ manutenzjoni u kura meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dik is-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software.
(e)  kull miżura ta’ manutenzjoni u kura meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dik is-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software tul il-ħajja mistennija tagħha.
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea)  deskrizzjoni tal-mekkaniżmi inklużi fis-sistema tal-AI li jippermettu lill-utenti jiġbru, jaħżnu u jinterpretaw kif suppost il-logs f’konformità mal-Artikolu 12(1).
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
(eb)  L-informazzjoni għandha tingħata mill-inqas bil-lingwa tal-pajjiż fejn tiġi użata s-sistema tal-AI.
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Sabiex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, il-fornituri u l-utenti għandhom jiżguraw livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI f’konformità mal-Artikolu 4b.
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’tali mod, inkluż b’għodod xierqa ta’ interfaċċja bejn il-bniedem u l-magna, li jistgħu jiġu ssorveljati b’mod effettiv minn persuni fiżiċi watq il-perjodu tal-użu tas-sistema tal-AI.
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod, inkluż b’għodod xierqa ta’ interfaċċja bejn il-bniedem u l-magna, li jistgħu jiġu ssorveljati b’mod effettiv minn persuni fiżiċi b’mod proporzjonat għar-riskji assoċjati ma’ dawk is-sistemi. Il-persuni fiżiċi inkarigati mill-iżgurar tas-sorveljanza umana għandu jkollhom livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI f’konformità mal-Artikolu 4b u l-appoġġ u l-awtorità meħtieġa biex jeżerċitaw dik il-funzjoni, waqt il-perjodu tal-użu tas-sistema tal-AI u biex jippermettu investigazzjoni bir-reqqa wara inċident.
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Is-sorveljanza umana għandu jkollha l-għan li tipprevjeni jew tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali li jistgħu jinħolqu waqt l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, b’mod partikolari meta dawn ir-riskji jissoktaw minkejja l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħra stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
2.  Is-sorveljanza umana għandu jkollha l-għan li tipprevjeni jew tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali jew għall-ambjent li jistgħu jinħolqu waqt l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, b’mod partikolari meta dawn ir-riskji jissoktaw minkejja l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħra stabbiliti f’dan il-Kapitolu u meta deċiżjonijiet ibbażati biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat minn sistemi tal-AI jipproduċu effetti sinifikanti legali jew ta’ tip ieħor fuq il-persuni jew gruppi ta’ persuni li fuqhom is-sistema tkun se tintuża.
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Is-sorveljanza umana għandha tiġi żgurata bil-miżuri kollha li ġejjin, jew b’miżura waħda minnhom:
3.  Is-sorveljanza umana għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-riskji speċifiċi, il-livell ta’ awtomatizzazzjoni, u l-kuntest tas-sistema tal-AI u għandha tiġi żgurata bit-tipi kollha tal-miżuri li ġejjin jew b’tip wieħed minnhom:
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jippermettu lill-individwi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza umana jagħmlu dan li ġej, kif xieraq għaċ-ċirkostanzi:
4.  Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3, is-sistema tal-AI b’riskju kbir għandha tiġi pprovduta lill-utent b’tali mod li l-persuni fiżiċi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza umana jippermetilhom, kif xieraq u b’mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi:
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a
(a)  jifhmu bis-sħiħ il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq it-tħaddim tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati sinjali ta’ anomaliji, diżfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija mill-aktar fis possibbli;
(a)  ikunu konxji u jifhmu biżżejjed il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet rilevanti tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq it-tħaddim tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati sinjali ta’ anomaliji, diżfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija mill-aktar fis possibbli;
Emenda 319
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt e
(e)  ikunu jistgħu jintervjenu fuq it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinterrompu s-sistema b’buttuna ta’ “waqfien” jew bi proċedura simili.
(e)  ikunu jistgħu jintervjenu fuq it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinterrompu s-sistema b’buttuna ta’ “waqfien” jew bi proċedura simili, li tippermetti li s-sistema tieqaf ħesrem b’mod sikur, ħlief jekk l-interferenza umana żżid ir-riskji jew tħalli impatt negattiv fuq il-prestazzjoni filwaqt li jiġi kkunsidrat l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali.
Emenda 320
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fil-punt 1(a) tal-Anness III, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu tali li jiżguraw li, barra minn hekk, ma tittieħed l-ebda azzjoni jew deċiżjoni mill-utent abbażi tal-identifikazzjoni li tirriżulta mis-sistema sakemm din ma tkunx ġiet ivverifikata u kkonfermata minn tal-anqas żewġ persuni fiżiċi.
5.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fil-punt 1(a) tal-Anness III, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu tali li jiżguraw li, barra minn hekk, ma tittieħed l-ebda azzjoni jew deċiżjoni mill-utent abbażi tal-identifikazzjoni li tirriżulta mis-sistema sakemm din ma tkunx ġiet ivverifikata u kkonfermata minn tal-anqas żewġ persuni fiżiċi bil-kompetenza, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa.
Emenda 321
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’tali mod li jiksbu, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà, u jaħdmu b’mod konsistenti f’dawk l-aspetti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
1.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati skont il-prinċipju tas-sigurtà mid-disinn u prestabbilita. Fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, għandhom jiksbu livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza, sikurezza u ċibersigurtà, u jaħdmu b’mod konsistenti f’dawk l-aspetti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tinkludi l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, skont is-segment tas-suq speċifiku jew il-kamp ta’ applikazzjoni.
Emenda 322
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Biex jindirizza l-aspetti tekniċi ta’ kif jitkejlu l-livelli xierqa ta’ eżattezza u robustezza stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju tal-AI għandu jiġbor flimkien l-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali tal-metroloġija u tal-valutazzjoni komparattiva u jipprovdi gwida mhux vinkolanti dwar il-kwistjoni kif stabbilit fl-Artikolu 56, il-paragrafu 2, il-punt (a).
Emenda 323
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Biex tindirizza kwalunkwe kwistjoni emerġenti fis-suq intern kollu fir-rigward taċ-ċibersigurtà, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) għandha tkun involuta flimkien mal-Bord Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali kif stabbilit fl-Artikolu 56, il-paragrafu 2, il-punt (b).
Emenda 324
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Il-livelli ta’ eżattezza u l-metrika tal-eżattezza rilevanti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ddikjarati fl-istruzzjonijiet tal-użu mogħtija.
2.  Il-livelli ta’ eżattezza u l-metrika tal-eżattezza rilevanti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ddikjarati fl-istruzzjonijiet tal-użu mogħtija. Il-lingwaġġ użat għandu jkun ċar, mingħajr nuqqas ta’ ftehim jew dikjarazzjonijiet qarrieqa.
Emenda 325
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ikunu reżiljenti fir-rigward ta’ erruri, ħsarat jew inkonsistenzi li jistgħu jseħħu fis-sistema jew fl-ambjent li fih topera s-sistema, b’mod partikolari minħabba l-interazzjoni tagħhom ma’ persuni fiżiċi jew sistemi oħra.
Għandhom jittieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex ikun żgurat li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu reżiljenti kemm jista’ jkun fir-rigward ta’ erruri, ħsarat jew inkonsistenzi li jistgħu jseħħu fis-sistema jew fl-ambjent li fih topera s-sistema, b’mod partikolari minħabba l-interazzjoni tagħhom ma’ persuni fiżiċi jew sistemi oħra.
Emenda 326
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Ir-robustezza tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir tista’ tinkiseb b’soluzzjonijiet tekniċi ta’ ridondanza, li jistgħu jinkludu pjanijiet ta’ backup jew ta’ fail-safe.
Ir-robustezza tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir tista’ tinkiseb mill-fornitur xieraq b’input mill-utent, meta meħtieġ, b’soluzzjonijiet tekniċi ta’ ridondanza, li jistgħu jinkludu pjanijiet ta’ backup jew ta’ fail-safe.
Emenda 327
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkomplu jitgħallmu wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għandhom jiġu żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li l-outputs possibbilment ippreġudikati minħabba l-outputs użati bħala input għal operazzjonijiet futuri (“feedback loops”) jiġu indirizzati kif xieraq b’miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkomplu jitgħallmu wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għandhom jiġu żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li l-outputs possibbilment ippreġudikati li jinfluwenzaw input għal operazzjonijiet futuri (“feedback loops”) u l-manipulazzjoni malizzjuża tal-inputs li jintużaw fl-apprendiment waqt it-tħaddim jiġu indirizzati kif xieraq b’miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.
Emenda 328
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ikunu reżiljenti fir-rigward ta’ tentattivi minn partijiet terzi mhux awtorizzati biex ibiddlu l-użu jew il-prestazzjoni tagħhom billi jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema.
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ikunu reżiljenti fir-rigward ta’ tentattivi minn partijiet terzi mhux awtorizzati biex ibiddlu l-użu, l-imġiba, l-outputs jew il-prestazzjoni tagħhom billi jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema.
Emenda 329
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Is-soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet speċifiċi għall-AI għandhom jinkludu, meta xieraq, miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ attakki li jippruvaw jimmanipulaw is-sett tad-data għal taħriġ (“avvelenament tad-data”), l-inputs imfasslin biex jġiegħlu lill-mudell jiżbalja (“eżempji avversarjali”), jew difetti fil-mudell.
Is-soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet speċifiċi għall-AI għandhom jinkludu, meta xieraq, miżuri għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-kontroll ta’ attakki u r-rispons u s-soluzzjoni għalihom, liema attakki jippruvaw jimmanipulaw is-sett tad-data għal taħriġ (“avvelenament tad-data”), jew komponenti mħarrġa minn qabel li jintużaw fit-taħriġ (“avvelenament tal-mudell”), l-inputs iddisinjati biex iġiegħlu lill-mudell jiżbalja (“eżempji avversarjali” jew “evażjoni tal-mudell”), attakki fuq il-kunfidenzjalità jew difetti fil-mudell, li jistgħu jwasslu għal teħid ta’ deċiżjonijet dannużi.
Emenda 330
Proposta għal regolament
Titolu III – Kapitolu 3 – titolu
OBBLIGI TAL-FORNITURI U TAL-UTENTI TAS-SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR u partijiet oħrajn
OBBLIGI TAL-FORNITURI U TAL-AMMINISTRATURI TAS-SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR U PARTIJIET OĦRAJN
Emenda 331
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – titolu
Obbligi tal-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir
Obbligi tal-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir u partijiet oħrajn
Emenda 332
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;
(a)  jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu qabel ma jqegħduhom fis-suq jew fis-servizz;
Emenda 333
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom, u l-indirizz tagħhom u l-informazzjoni tagħhom ta’ kuntatt fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir jew, meta dan ma jkunx possibbli fuq id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament tagħha, kif xieraq;
Emenda 334
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  jiżguraw li l-persuni fiżiċi li tiġi assenjata lilhom is-sorveljanza umana tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir isiru konxji speċifikament tar-riskju ta’ preġudizzju tal-awtomatizzazzjoni jew tal-konferma;
Emenda 335
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac)  jipprovdu speċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data użati, inklużi l-limitazzjoni u s-suppożizzjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-għan maħsub u l-użu ħażin prevedibbli u raġonevolment prevedibbli tas-sistema tal-AI;
Emenda 336
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c
(c)  ifasslu d-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;
(c)  ifasslu u jżommu d-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Artikolu 11;
Emenda 337
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt d
(d)  meta jkunu fil-kontroll tagħhom, iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom;
(d)  meta jkunu fil-kontroll tagħhom, iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom li huma meħtieġa biex jiżguraw u juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 20;
Emenda 338
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt e
(e)  jiżguraw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tgħaddi mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità, qabel ma titqiegħed fis-suq jew fis-servizz;
(e)  jiżguraw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tgħaddi mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità, qabel ma titqiegħed fis-suq jew fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 43;
Emenda 339
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 48;
Emenda 340
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  iwaħħlu l-markatura CE mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir biex jindikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 49;
Emenda 341
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt g
(g)  jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa, jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;
(g)  jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 21 u jipprovdu informazzjoni f’dak ir-rigward;
Emenda 342
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt h
(h)  jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom huma jkunu qiegħdu s-sistema tal-AI għad-dispożizzjoni jew fis-servizz u, meta applikabbli, lill-korp notifikat dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull azzjoni korrettiva meħuda;
imħassar
Emenda 343
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt i
(i)  iwaħħlu l-markatura CE mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom biex jindikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 49;
imħassar
Emenda 344
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt j
(j)  meta jintalbu mill-awtorità nazzjonali kompetenti, juru l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.
(j)  fuq talba motivata mill-awtorità superviżorja nazzjonali, juru l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja)  jiżguraw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà.
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jistabbilixxu sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik is-sistema għandha tiġi dokumentata b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub, u għandha tinkludi tal-anqas l-aspetti li ġejjin:
1.  Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandu jkollhom stabbilit sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandha tiġi dokumentata b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri jew istruzzjonijiet bil-miktub, u tista’ tkun inkorporata f’sistema tal-ġestjoni tal-kwalità eżistenti skont atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni. Għandha tinkludi tal-anqas l-aspetti li ġejjin:
Emenda 347
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a
(a)  strateġija għall-konformità regolatorja, inkluż il-konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni u mal-proċeduri għall-ġestjoni tal-modifiki fis-sistema tal-AI b’riskju kbir;
imħassar
Emenda 348
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta l-istandards armonizzati rilevanti ma jiġux applikati għalkollox, il-mezzi li jridu jintużaw biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;
(e)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta l-istandards armonizzati rilevanti ma jiġux applikati għalkollox, jew ma jkoprux ir-rekwiżiti rilevanti kollha, il-mezzi li jridu jintużaw biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;
Emenda 349
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f
(f)  sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tad-data, inkluż il-ġbir tad-data, l-analiżi tad-data, it-tikkettar tad-data, il-ħżin tad-data, il-filtrazzjoni tad-data, l-estrazzjoni tad-data, l-aggregazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u kwalunkwe operazzjoni oħra rigward id-data li titwettaq qabel u għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;
(f)  sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tad-data, inkluż l-akkwiżizzjoni tad-data, il-ġbir tad-data, l-analiżi tad-data, it-tikkettar tad-data, il-ħżin tad-data, il-filtrazzjoni tad-data, l-estrazzjoni tad-data, l-aggregazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u kwalunkwe operazzjoni oħra rigward id-data li titwettaq qabel u għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;
Emenda 350
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt j
(j)  it-trattament tal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż dawk settorjali, l-għoti jew l-appoġġ tal-aċċess għad-data, mal-korpi notifikati, ma’ operaturi oħra, ma’ klijenti jew ma’ partijiet interessati oħra;
(j)  it-trattament tal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inkluż dawk settorjali;
Emenda 351
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  L-implimentazzjoni tal-aspetti msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata għad-daqs tal-organizzazzjoni tal-fornitur.
2.  L-implimentazzjoni tal-aspetti msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata għad-daqs tal-organizzazzjoni tal-fornitur. Fi kwalunkwe każ, il-fornituri għandhom jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità tas-sistemi tal-AI tagħhom ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 352
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – titolu
Obbligu li titfassal dokumentazzjoni teknika
imħassar
Emenda 353
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 11 f’konformità mal-Anness IV.
imħassar
Emenda 354
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Il-fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi dwar il-governanza interna, skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
imħassar
Emenda 355
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Artikolu 19
imħassar
Valutazzjoni tal-konformità
1.  Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiżguraw li s-sistemi tagħhom jgħaddu mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 43, qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Meta tkun intweriet il-konformità tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu wara dik il-valutazzjoni tal-konformità, il-fornituri għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 48 u jwaħħlu l-markatura tal-konformità CE, f’konformità mal-Artikolu 49.
2.  Għal sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punt 5(b) tal-Anness III li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz minn fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, il-valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq bħala parti mill-proċedura msemmija fl-Artikoli 97 sa 101 ta’ dik id-Direttiva.
Emenda 356
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi. Il-logs għandhom jinżammu għal perjodu li jkun xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u tal-obbligi legali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
1.  Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, il-logs għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur. Il-perjodu ta’ żamma għandu jkun f’konformità mal-istandards tal-industrija u xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 357
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jqisu jew li jkollhom raġuni biex iqisu li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkunu qiegħdu fis-suq jew li jkunu qiegħdu fis-servizz ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa minnufih biex dik is-sistema tinġieb konformi, titneħħa jew tinġabar lura, skont kif ikun xieraq. Dawn għandhom jinformaw lid-distributuri tas-sistema tal-AI b’riskju kbir inkwistjoni u, meta applikabbli, lir-rappreżentant awtorizzat u lill-importaturi kif xieraq.
Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jqisu jew li jkollhom raġuni biex iqisu li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkunu qiegħdu fis-suq jew li jkunu qiegħdu fis-servizz ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa minnufih biex dik is-sistema tinġieb konformi, titneħħa, tiġi diżattivata jew tinġabar lura, skont kif ikun xieraq.
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-fornituri tas-sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom jinformaw minnufih:
a.  lid-distributuri;
b.  lill-importaturi;
c.  lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom għamlu s-sistema tal-AI disponibbli jew qegħduha fis-servizz; u
d.  meta possibbli, lill-amministratur.
Emenda 358
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-fornituri għandhom jinfurmaw ukoll lir-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun inħatar wieħed f’konformità mal-Artikolu 25, u lill-korp notifikat jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir kellhiex tgħaddi minn valutazzjoni tal-konformità minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 43. Meta applikabbli, huma għandhom jinvestigaw ukoll il-kawżi f’kollaborazzjoni mal-amministratur.
Emenda 359
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) u dak ir-riskju jkun magħruf mill-fornitur tas-sistema, dak il-fornitur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel is-sistema disponibbli u, meta applikabbli, lill-korp notifikat li jkun ħareġ ċertifikat għas-sistema tal-AI b’riskju kbir, b’mod partikolari dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull azzjoni korrettiva meħuda.
Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) u l-fornitur tas-sistema jsir jaf b’dak ir-riskju, dak il-fornitur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri li fihom ikun għamel is-sistema disponibbli u, meta applikabbli, lill-korp notifikat li jkun ħareġ ċertifikat għas-sistema tal-AI b’riskju kbir, b’mod partikolari dwar in-natura tan-nuqqas ta’ konformità u dwar kull azzjoni korrettiva rilevanti meħuda.
Emenda 360
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-fornituri tas-sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom jinformaw minnufih:
a)  lid-distributuri;
b)  lill-importaturi;
c)  lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom għamlu s-sistema tal-AI disponibbli jew qegħduha fis-servizz; u
d)  fejn possibbli, lill-amministraturi.
Emenda 361
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1b (ġdid)
Il-fornituri għandhom jinfurmaw ukoll lir-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun inħatar wieħed f’konformità mal-Artikolu 25.
Emenda 362
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – titolu
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-Uffiċċju u l-Kummissjoni
Emenda 363
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1
Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom, fuq talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat. B’talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, il-fornituri għandhom jagħtu wkoll lil dik l-awtorità aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi.
Il-fornituri u meta applikabbli, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti jew meta applikabbli, mill-Uffiċċju tal-AI jew mill-Kummissjoni, jipprovduhom bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 364
Proposta għal regolament
Artikolu 23 - paragrafu 1a (ġdid)
Fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti jew, meta applikabbli, mill-Kummissjoni, il-fornituri u, meta applikabbli, l-amministraturi għandhom jagħtu wkoll lill-awtorità nazzjonali kompetenti rikjedenti jew lill-Kummissjoni, kif applikabbli, aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom.
Emenda 365
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1b (ġdid)
Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkunsidrata bħala sigriet kummerċjali u tiġi trattata f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 70.
Emenda 366
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  Qabel ma jagħmlu s-sistemi tagħhom disponibbli fis-suq tal-Unjoni, meta importatur ma jkunx jista’ jiġi identifikat, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat li jkun stabbilit fl-Unjoni.
1.  Qabel ma jagħmlu s-sistemi tagħhom disponibbli fis-suq tal-Unjoni, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat li jkun stabbilit fl-Unjoni.
Emenda 367
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirrisjedi jew ikun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu qed iseħħu l-attivitajiet skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 1(cb).
Emenda 368
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-fornitur għandu jipprovdi lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu bis-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex jikkonforma mal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.
Emenda 369
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-fornitur. Il-mandat għandu jagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti li ġejjin:
2.  Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-fornitur. Huwa għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba, b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjoni tal-Unjoni determinata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-mandat għandu jagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti li ġejjin:
Emenda 370
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt a
(a)  iżomm kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u tad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-awtoritajiet nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 63(7);
(a)  jiżgura li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u tad-dokumentazzjoni teknika jkunu tfasslu u li tkun twettqet proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-fornitur;
Emenda 371
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 63(7) kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u jekk applikabbli, iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat;
Emenda 372
Proposta għal regolament
Artikolu 25 - paragrafu 2 - punt b
(b)  jipprovdi lil awtorità nazzjonali kompetenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li tali logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi;
(b)  jipprovdi lil awtorità nazzjonali kompetenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li tali logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur;
Emenda 373
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt c
(c)  jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’talba motivata, dwar kull azzjoni li dawn tal-aħħar jieħdu fir-rigward tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
(c)  jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, b’talba motivata, dwar kull azzjoni li l-awtorità tieħu biex tnaqqas u ttaffi r-riskji ppreżentati minn sistema tal-AI b’riskju kbir;
Emenda 374
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  meta applikabbli, jikkonforma mal-obbligi ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 51, jew, jekk ir-reġistrazzjoni titwettaq mill-fornitur innifsu, jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness VIII tkun korretta.
Emenda 375
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jingħata l-mandat li jiġi indirizzat, flimkien mal-fornitur jew minfloku, b’mod partikolari, mill-awtorità superviżorja nazzjonali jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-fatt li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 376
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jtemm il-mandat jekk iqis jew ikollu raġuni biex iqis li l-fornitur jaġixxi kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament. F’każ bħal dan, huwa għandu jinforma minnufih ukoll lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita, kif ukoll, meta applikabbli, lill-korp notifikat rilevanti, dwar it-terminazzjoni tal-mandat u r-raġunijiet għal dan.
Emenda 377
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq, l-importaturi tat-tali sistema għandhom jiżguraw li:
1.  Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq, l-importaturi tat-tali sistema għandhom jiżguraw li tali sistema tkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament billi jiżguraw li:
Emenda 378
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-proċedura xierqa tal-valutazzjoni tal-konformità twettqet mill-fornitur ta’ dik is-sistema tal-AI
(a)  il-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 43 twettqet mill-fornitur ta’ dik is-sistema tal-AI
Emenda 379
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1– punt b
(b)  il-fornitur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika f’konformità mal-Anness IV;
(b)  il-fornitur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Anness IV;
Emenda 380
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  meta applikabbli, il-fornitur ħatar rappreżentant awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 25(1).
Emenda 381
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
2.  Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, dan m’għandux iqiegħed dik is-sistema fis-suq sakemm dik is-sistema tal-AI tkun inġiebet f’konformità. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), l-importatur għandu jinforma lill-fornitur tas-sistema tal-AI u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.
2.  Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, jew tkun iffalsifikata, jew akkumpanjata minn dokumentazzjoni ffalsifikata, dan m’għandux iqiegħed dik is-sistema fis-suq sakemm dik is-sistema tal-AI tkun inġiebet f’konformità. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), l-importatur għandu jinforma lill-fornitur tas-sistema tal-AI u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.
Emenda 382
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 3
3.  L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, u l-indirizz li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tagħha jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, kif ikun applikabbli.
3.  L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, u l-indirizz li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir u, fuq l-imballaġġ tagħha jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, meta applikabbli.
Emenda 383
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 5
5.  L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità nazzjonali kompetenti, inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li dawn il-logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi. Dawn għandhom jikkooperaw ukoll ma’ dawk l-awtoritajiet fi kwalunkwe azzjoni li tieħu l-awtorità nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ dik is-sistema.
5.  L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minnhom, inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li dawn il-logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur f’konformità mal-Artikolu 20.
Emenda 384
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni li jieħdu dawk l-awtoritajiet biex inaqqsu u jtaffu r-riskji b’rabta mas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 385
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  Qabel ma jagħmlu sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir jkollha l-markatura tal-konformità CE meħtieġa, li tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni u mill-istruzzjoni tal-użu meħtieġa, u li l-fornitur u l-importatur tas-sistema, kif applikabbli, ikunu ssodisfaw l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
1.  Qabel ma jagħmlu sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir ikollha l-markatura tal-konformità CE meħtieġa, li tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni u mill-istruzzjoni tal-użu meħtieġa, u li l-fornitur u l-importatur tas-sistema, kif applikabbli, ikunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Artikoli 16 u 26 rispettivament.
Emenda 386
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan m’għandux jagħmel is-sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq sakemm dik is-sistema tkun inġiebet f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, meta s-sistema tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma lill-fornitur jew lill-importatur tas-sistema, kif ikun applikabbli, għal dak l-għan.
2.  Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex iqis, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tiegħu, li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan m’għandux jagħmel is-sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq sakemm dik is-sistema tkun inġiebet f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, meta s-sistema tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma lill-fornitur jew lill-importatur tas-sistema u lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, kif ikun applikabbli, għal dak l-għan.
Emenda 387
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4
4.  Distributur li jqis jew li jkollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkun għamel disponibbli fis-suq ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan għandu jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex iġib dik is-sistema konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, ineħħiha jew jiġborha lura, jew għandu jiżgura li l-fornitur, l-importatur jew xi operatur rilevanti, skont kif xieraq, jieħu dawk l-azzjonijiet korrettivi. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli għal dak l-għan, billi jagħti d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
4.  Distributur li jqis jew li jkollu raġuni biex iqis, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tiegħu, li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkun għamel disponibbli fis-suq ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan għandu jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex iġib dik is-sistema konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, ineħħiha jew jiġborha lura, jew għandu jiżgura li l-fornitur, l-importatur jew xi operatur rilevanti, skont kif xieraq, jieħu dawk l-azzjonijiet korrettivi. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma minnufih lill-fornitur jew lill-importatur tas-sistema u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli għal dak l-għan, billi jagħti d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Emenda 388
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5
5.  Fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, id-distributuri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta’ sistema b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Id-distributuri għandhom jikkooperaw ukoll ma’ dik l-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni meħuda minn dik l-awtorità.
5.  Fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, id-distributuri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha fil-pussess tagħhom jew disponibbli għalihom, f’konformità mal-obbligi tad-distributuri kif deskritti fil-paragrafu 1, li huma neċessarji biex juru l-konformità ta’ sistema b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.
Emenda 389
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5a (ġdid)
5 a.  Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni li jieħdu dawk l-awtoritajiet biex inaqqsu u jtaffu r-riskji b’rabta mas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 390
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – titolu
Obbligi tad-distributuri, tal-importaturi, tal-utenti jew ta’ xi parti terza oħra
Responsabbiltajiet tul il-katina tal-valur tal-AI tal-fornituri, tad-distributuri, tal-importaturi, tal-amministraturi jew ta’ partijiet terzi oħra
Emenda 391
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Distributuri, importaturi, utenti jew partijiet terzi oħra għandhom jitqiesu bħala fornitur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-fornitur skont l-Artikolu 16, f’xi ċirkostanza minn dawn:
1.  Distributuri, importaturi, amministraturi jew partijiet terzi oħra għandhom jitqiesu bħala fornitur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-fornitur skont l-Artikolu 16, f’xi ċirkostanza minn dawn:
Emenda 392
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
(a)  iqiegħdu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz sistema tal-AI b’riskju kbir b’isimhom jew bit-trademark tagħhom;
(a)  ipoġġu isimhom jew it-trademark fuq sistema tal-AI b’riskju kbir li diġà tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;
Emenda 393
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jimmodifikaw l-għan maħsub ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir li diġà tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;
(b)  jagħmlu modifika sostanzjali f’sistema tal-AI b’riskju kbir li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew li tkun diġà tqiegħdet fis-servizz u b’mod li tibqa’ sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 6;
Emenda 394
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  jagħmlu modifika sostanzjali f’sistema tal-AI, inkluża sistema tal-AI bi skop ġenerali li ma tkunx ġiet ikklassifikata bħala ta’ riskju kbir u li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz b’tali mod li s-sistema tal-AI ssir sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 6;
Emenda 395
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  Meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1, il-fornitur li inizjalment ikun qiegħed is-sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq jew qegħedha fis-servizz m’għandux jibqa’ jitqies bħala fornitur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2.  Meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (ba), il-fornitur li inizjalment ikun qiegħed is-sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq jew qegħedha fis-servizz m’għandux jibqa’ jitqies bħala fornitur ta’ dik is-sistema speċifika tal-AI għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dan il-fornitur preċedenti għandu jipprovdi lill-fornitur il-ġdid bid-dokumentazzjoni teknika u l-kapaċitajiet ta’ informazzjoni rilevanti u raġonevolment mistennija l-oħra kollha tas-sistema tal-AI, l-aċċess tekniku jew assistenza oħra abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali li huma meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-fornituri ta’ mudelli bażi kif definiti fl-Artikolu 3 meta l-mudell bażi jkun integrat direttament f’sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 396
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-fornitur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir u l-parti terza li tforni għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati fis-sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom, bi ftehim bil-miktub jispeċifikaw l-informazzjoni, il-kapaċitajiet, l-aċċess tekniku, u / jew assistenza oħra, abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, li l-parti terza hija meħtieġa tipprovdi sabiex il-fornitur tas-sistema tal-AI b’riskju kbir ikun jista’ jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi skont dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tirrakkomanda kundizzjonijiet kuntrattwali mudell mhux vinkolanti bejn il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir u partijiet terzi li jipprovdu għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistemi tal-AI b’riskju kbir sabiex jgħinu liż-żewġ partijiet fl-abbozzar u fin-negozjar ta’ kuntratti bi drittijiet u obbligi kuntrattwali bbilanċjati, konsistenti mal-livell ta’ kontroll ta’ kull parti. Meta tiżviluppa kundizzjonijiet kuntrattwali mudell mhux vinkolanti, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rekwiżiti kuntrattwali possibbli applikabbli f’setturi jew każijiet ta’ negozju speċifiċi. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali mhux vinkolanti għandhom jiġu ppubblikati u jkunu disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku li jista’ jintuża faċilment fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-AI.
Emenda 397
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sigrieti kummerċjali għandhom jiġu ppreservati u għandhom jiġu ddivulgati biss dment li jittieħdu minn qabel il-miżuri speċifiċi kollha meħtieġa skont id-Direttiva UE 2016/943 biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ partijiet terzi. Meta meħtieġ, arranġamenti tekniċi u organizzazzjonali xierqa jistgħu jiġu miftiehma biex jipproteġu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew is-sigrieti kummerċjali.
Emenda 398
Proposta għal regolament
Artikolu 28a (ġdid)
Artikolu 28a
Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti imposti unilateralment fuq SME jew negozju ġdid
1.  Kundizzjoni kuntrattwali li tikkonċerna l-forniment ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni ta’ obbligi relatati li jkunu ġew imposti unilateralment minn intrapriża fuq SME jew negozju ġdid ma għandhiex tkun vinkolanti fuq l-intrapriża tal-aħħar jekk tkun inġusta.
2.  Kundizzjoni kuntrattwali ma għandhiex titqies inġusta meta tirriżulta mil-liġi applikabbli tal-Unjoni.
3.  Kundizzjoni kuntrattwali tkun inġusta jekk tkun ta’ tali natura li tfixkel oġġettivament il-kapaċità tal-parti li fuqha tkun ġiet imposta l-kundizzjoni unilateralment li tipproteġi l-interess kummerċjali leġittimu tagħha fl-informazzjoni inkwistjoni jew l-użu tagħha jiddevja ħafna minn prattika kummerċjali tajba fil-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir, għall-kuntrarju tal-bona fide u t-tranżazzjoni ġusta jew toħloq żbilanċ sinifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntratt. Kundizzjoni kuntrattwali hija wkoll inġusta jekk ikollha l-effett li ċċaqlaq il-penali msemmija fl-Artikolu 71 jew l-ispejjeż ta’ litigazzjoni assoċjati bejn il-partijiet għall-kuntratt, kif imsemmi fl-Artikolu 71(8).
4.  Kundizzjoni kuntrattwali hija inġusta għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jekk l-objettiv jew l-effett tagħha jkun li:
(a)  teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tal-parti li imponiet unilateralment il-kundizzjoni għal atti intenzjonali jew għal negliġenza serja;
(b)  teskludi r-rimedji disponibbli għall-parti li fuqha ġiet imposta l-kundizzjoni unilateralment fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali jew ir-responsabbiltà tal-parti li imponiet il-kundizzjoni unilateralment fil-każ ta’ ksur ta’ dawk l-obbligi;
(c)  tagħti lill-parti li imponiet il-kundizzjoni unilateralment, id-dritt esklużiv li tiddetermina jekk id-dokumentazzjoni teknika u l-informazzjoni pprovduta humiex konformi mal-kuntratt jew li tinterpreta kwalunkwe kundizzjoni tal-kuntratt.
5.  Kundizzjoni kuntrattwali għandha titqies bħala imposta unilateralment skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu jekk tkun ġiet fornuta minn parti kontraenti waħda u l-parti kontraenti l-oħra ma setgħetx tinfluwenza l-kontenut tagħha minkejja tentattiv biex dan jiġi nnegozjat. Il-parti kontraenti li pprovdiet kundizzjoni kuntrattwali għandha l-oneru li tagħti provi li dak it-terminu ma ġiex impost unilateralment.
6.  Meta l-kundizzjoni kuntrattwali inġusta tkun tista’ tiġi magħmula indipendenti mill-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt, dawk il-kundizzjonijiet l-oħra għandhom jibqgħu vinkolanti. Il-parti li pprovdiet il-kundizzjoni kkontestata ma għandhiex targumenta li l-kundizzjoni hija waħda inġusta.
7.  Dan l-Artikolu għandu japplika għall-kuntratti ġodda kollha li jkunu daħlu fis-seħħ wara ... [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. In-negozji għandhom jirrevedu l-obbligi kuntrattwali eżistenti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament sa. [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
8.  Minħabba r-rapidità tal-innovazzjonijiet fis-swieq, il-lista ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti fl-Artikolu 28a għandha tiġi riveduta regolarment mill-Kummissjoni u tiġi aġġornata għal prattiki kummerċjali ġodda jekk ikun meħtieġ.
Emenda 399
Proposta għal regolament
Artikolu 28b (ġdid)
Artikolu 28 b
Obbligi tal-fornitur ta’ mudell bażi
1.  Fornitur ta’ mudell bażi għandu, qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq jew fis-servizz, jiżgura li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk jiġix ipprovdut bħala mudell awtonomu jew jekk ikunx inkorporat f’sistema tal-AI jew prodott, jew ipprovdut taħt liċenzji bla ħlas u ta’ sors miftuħ, bħala servizz, kif ukoll kanali oħra ta’ distribuzzjoni.
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ mudell bażi għandu:
(a)  juri permezz ta’ disinn, ittestjar u analiżi xierqa l-identifikazzjoni, it-tnaqqis u l-mitigazzjoni ta’ riskji raġonevolment prevedibbli għas-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, l-ambjent u d-demokrazija u l-istat tad-dritt qabel u matul l-iżvilupp b’metodi xierqa bħal bl-involviment ta’ esperti indipendenti, kif ukoll id-dokumentazzjoni ta’ riskji mhux mitigabbli li jifdal wara l-iżvilupp
(b)  jipproċessa u jinkorpora biss settijiet ta’ data li huma soġġetti għal miżuri xierqa ta’ governanza tad-data għall-mudelli bażi, b’mod partikolari miżuri biex tiġi eżaminata l-adegwatezza tas-sorsi tad-data u l-preġudizzji possibbli u l-mitigazzjoni xierqa
(c)  jiddisinja u jiżviluppa l-mudell bażi sabiex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jikseb livelli xierqa ta’ prestazzjoni, prevedibbiltà, interpretabbiltà, korreġġibbiltà, sikurezza u ċibersigurtà vvalutati permezz ta’ metodi xierqa bħall-evalwazzjoni tal-mudell bl-involviment ta’ esperti indipendenti, analiżi dokumentata, u ttestjar estensiv matul il-kunċettwalizzazzjoni, id-disinn, u l-iżvilupp;
(d)  jiddisinja u jiżviluppa l-mudell bażi, bl-użu ta’ standards applikabbli biex jitnaqqsu l-użu tal-enerġija, l-użu tar-riżorsi u l-iskart, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali eżistenti rilevanti. Dan l-obbligu m’għandux japplika qabel ma jiġu ppubblikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 40. Il-mudelli bażi għandhom jiġu mfassla b’kapaċitajiet li jippermettu l-kejl u l-illoggjar tal-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, u, fejn teknikament fattibbli, impatt ambjentali ieħor li l-implimentazzjoni u l-użu tas-sistemi jista’ jkollhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.
(e)  ifassal dokumentazzjoni teknika estensiva u struzzjonijiet intelliġibbli għall-użu, sabiex il-fornituri downstream ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 16 u 28(1);
(f)  jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tiġi żgurata u ddokumentata l-konformità ma’ dan l-Artikolu, bil-possibbiltà li t-twettiq ta’ dan ir-rekwiżit jiġi esperimentat,
(g)  jirreġistra dak il-mudell bażi fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60, f’konformità mal-istruzzjonijiet deskritti fl-Anness VIII, il-punt C.
Meta jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti, għandu jitqies l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti, kif ukoll l-aktar metodi ta’ valutazzjoni u ta’ kejl reċenti, riflessi b’mod partikolari fil-gwida u fil-kapaċitajiet tal-valutazzjoni komparattiva msemmija fl-Artikolu 58a;
3.  Il-fornituri tal-mudelli bażi għandhom, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-mudelli bażi tagħhom ikunu tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz, iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 2(e) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
4.  Il-fornituri ta’ mudelli bażi użati f’sistemi tal-AI speċifikament maħsuba biex jiġġeneraw, b’livelli differenti ta’ awtonomija, kontenut bħal test, immaġnijiet, awdjo jew vidjo kumplessi (“AI ġenerattiva”) u fornituri li jispeċjalizzaw mudell bażi f’sistema tal-AI ġenerattiva, għandhom ukoll
a)  jikkonformaw mal-obbligi ta’ trasparenza deskritti fl-Artikolu 52(1),
b)  iħarrġu, u meta applikabbli, ifasslu u jiżviluppaw il-mudell bażi b’tali mod li jiġu żgurati salvagwardji adegwati kontra l-ġenerazzjoni ta’ kontenut bi ksur tad-dritt tal-Unjoni f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni,
c)  mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur, jiddokumentaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sommarju dettaljat biżżejjed tal-użu tad-data tat-taħriġ protetta skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur.
Emenda 400
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  L-utenti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jużaw dawn is-sistemi f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu li jakkumpanjaw is-sistemi, skont il-paragrafi 2 u 5.
1.  L-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżguraw li jużaw dawn is-sistemi f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu li jakkumpanjaw is-sistemi, skont il-paragrafi 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 401
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sal-punt li l-amministraturi jeżerċitaw kontroll fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir, huma għandhom
i)  jimplimentaw sorveljanza mill-bniedem skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament
(ii)  jiżguraw li l-persuni fiżiċi fdati bis-sorveljanza umana tal-AI b’riskju kbir ikunu kompetenti, ikkwalifikati kif xieraq u mħarrġa, u jkollhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw is-superviżjoni effettiva tas-sistema tal-AI f’konformità mal-Artikolu 14.
(iii)  jiżguraw li l-miżuri rilevanti u xierqa ta’ robustezza u taċ-ċibersigurtà jiġu mmonitorjati regolarment għall-effettività u jiġu aġġustati jew aġġornati regolarment.
Emenda 402
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  L-obbligi fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra tal-utenti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u għad-diskrezzjoni tal-utent fl-organizzazzjoni tar-riżorsi u tal-attivitajiet proprji tiegħu għall-fini tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sorveljanza umana indikati mill-fornitur.
2.  L-obbligi fil-paragrafu 1 u 1a huma mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra tal-amministratur skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u għad-diskrezzjoni tal-amministratur fl-organizzazzjoni tar-riżorsi u tal-attivitajiet proprji tiegħu għall-fini tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sorveljanza umana indikati mill-fornitur.
Emenda 403
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, sa fejn l-utent jeżerċita kontroll fuq id-data tal-input, dak l-utent għandu jiżgura li d-data tal-input tkun rilevanti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 1a, sa fejn l-amministratur jeżerċita kontroll fuq id-data tal-input, dak l-amministratur għandu jiżgura li d-data tal-input tkun rilevanti u rappreżentattiva biżżejjed fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 404
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  L-utenti għandhom jimmonitorjaw it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir abbażi tal-istruzzjonijiet tal-użu. Meta jkollhom raġunijiet biex iqisu li l-użu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu jista’ jwassal biex is-sistema tal-AI tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), huma għandhom jinformaw lill-fornitur jew lid-distributur u jissospendu l-użu tas-sistema. Għandhom jinformaw ukoll lill-fornitur jew lid-distributur meta jkunu identifikaw xi inċident serju jew funzjonament ħażin skont it-tifsira tal-Artikolu 62 u jwaqqfu l-użu tas-sistema tal-AI. F’każ li l-utent ma jkunx jista’ jikkuntattja lill-fornitur, l-Artikolu 62 għandu japplika mutatis mutandis.
4.  L-amministraturi għandhom jimmonitorjaw it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir abbażi tal-istruzzjonijiet tal-użu u, meta rilevanti, jinfurmaw lill-fornituri f’konformità mal-Artikolu 61. Meta jkollhom raġunijiet biex iqisu li l-użu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu jista’ jwassal biex is-sistema tal-AI tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), huma għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinformaw lill-fornitur jew lid-distributur u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti u jissospendu l-użu tas-sistema. Għandhom jinformaw ukoll immedjatament l-ewwel lill-fornitur, u mbagħad lill-importatur jew lid-distributur u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti meta jkunu identifikaw xi inċident serju jew funzjonament ħażin skont it-tifsira tal-Artikolu 62 u jwaqqfu l-użu tas-sistema tal-AI. F’każ li l-amministratur ma jkunx jista’ jikkuntattja lill-fornitur, l-Artikolu 62 għandu japplika mutatis mutandis.
Emenda 405
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Għall-fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-obbligu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies issodisfat billi jiġu konformi mar-regoli dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
Għall-amministraturi li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-obbligu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies issodisfat billi jiġu konformi mar-regoli dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
Emenda 406
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5 – parti introduttorja
5.  L-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament minn dik is-sistemi tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom. Il-logs għandhom jinżammu għal perjodu li jkun xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u tal-obbligi legali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
5.  L-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament minn dik is-sistemi tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom u jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata u tintwera konformità ma’ dan ir-Regolament, awditi ex post ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin, inċident jew użu ħażin tas-sistema raġonevolment prevedibbli, jew biex jiġi żgurat u mmonitorjat il-funzjonament xieraq tas-sistema tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħha. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, il-logs għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur. Il-perjodu ta’ żamma għandu jkun f’konformità mal-istandards tal-industrija u xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 407
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-utenti li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu l-logs bħala parti mid-dokumentazzjoni dwar il-governanza interna, l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
L-amministraturi li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu l-logs bħala parti mid-dokumentazzjoni dwar il-governanza interna, l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.
Emenda 408
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Qabel ma jqiegħdu fis-servizz jew jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir fuq il-post tax-xogħol, l-amministraturi għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema bil-ħsieb li jilħqu ftehim f’konformità mad-Direttiva 2002/14/KE u jinfurmaw lill-impjegati affettwati li se jkunu soġġetti għas-sistema.
Emenda 409
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  L-amministraturi ta’ sistemi ta’ AI b’riskju kbir li jkunu awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 51(1a)(b) għandhom jikkonformaw mal-obbligi tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 51.
Emenda 410
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 6
6.  L-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jużaw l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 13 biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680, meta applikabbli.
6.  Meta applikabbli, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jużaw l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 13 biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u għandu jiġu ppubblikat sommarju tagħha, fir-rigward tal-użu speċifiku u l-kuntest speċifiku li fih hija maħsuba li topera s-sistema tal-AI. L-amministraturi jistgħu jerġgħu lura parzjalment għal dawk il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data biex jissodisfaw uħud mill-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, dment li l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tissodisfa dawk l-obbligi.
Emenda 411
Proposta għal regolament
Artikolu 29 - paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III, li jieħdu deċiżjonijiet jew jassistu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ persuni fiżiċi, għandhom jinfurmaw lill-persuni fiżiċi li huma soġġetti għall-użu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-iskop maħsub u t-tip ta’ deċiżjonijiet li tieħu. L-amministratur għandu jinforma wkoll lill-persuna fiżika dwar id-dritt tagħha għal spjegazzjoni msemmija fl-Artikolu 68c.
Emenda 412
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.  L-amministraturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe azzjoni li dawk l-awtoritajiet jieħdu fir-rigward ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir biex jimplimentaw dan ir-Regolament.
Emenda 413
Proposta għal regolament
Artikolu 29a (ġdid)
Artikolu 29a
Valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir
Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b’riskju kbir fl-użu kif definit fl-Artikolu 6(2), bl-eċċezzjoni ta’ sistemi tal-AI maħsuba li jintużaw fil-qasam 2 tal-Anness III, l-amministraturi għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi fil-kuntest speċifiku tal-użu. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-elementi li ġejjin:
(a)  deskrizzjoni ċara tal-iskop maħsub li għalih tkun se tintuża s-sistema;
(b)  deskrizzjoni ċara tal-ambitu ġeografiku u temporali maħsub tal-użu tas-sistema;
(c)  kategoriji ta’ persuni u gruppi fiżiċi li aktarx jiġu affettwati mill-użu tas-sistema;
(d)  verifika li l-użu tas-sistema jkun konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali;
(e)  l-impatt raġonevolment prevedibbli tat-tqegħid fl-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir fuq id-drittijiet fundamentali;
(f)  riskji speċifiċi ta’ dannu li aktarx ikollhom impatt fuq persuni emarġinati jew gruppi vulnerabbli;
(g)  l-impatt negattiv raġonevolment prevedibbli tal-użu tas-sistema fuq l-ambjent;
(h)  pjan dettaljat dwar kif il-ħsarat u l-impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali identifikati se jittaffew.
(j)  is-sistema ta’ governanza li l-amministratur se jistabbilixxi, inklużi s-sorveljanza umana, it-trattament tal-ilmenti u r-rimedju.
2.  Jekk pjan dettaljat biex jittaffew ir-riskji deskritti matul il-valutazzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma jkunx jista’ jiġi identifikat, l-amministratur għandu joqgħod lura milli jqiegħed fl-użu s-sistema tal-AI b’riskju kbir u jinforma lill-fornitur u lill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali kompetenti mingħajr dewmien żejjed. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, skont l-Artikoli 65 u 67, għandhom iqisu din l-informazzjoni meta jinvestigaw sistemi li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali.
3.  L-obbligu deskritt fil-paragrafu 1 japplika għall-ewwel użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir. L-amministratur jista’, f’każijiet simili, jirreferi għal valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa qabel jew valutazzjoni eżistenti mwettqa mill-fornituri. Jekk, waqt l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, l-amministratur iqis li l-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 ma għadhomx jiġu ssodisfati, huwa għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt ġdida fuq id-drittijiet fundamentali.
4.  Matul il-valutazzjoni tal-impatt, l-amministratur, bl-eċċezzjoni tal-SMEs, għandu jinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u għandu, safejn possibbli, jinvolvi lir-rappreżentanti tal-persuni jew tal-gruppi ta’ persuni li aktarx jiġu affettwati mis-sistema tal-AI b’riskju kbir, kif identifikat fil-paragrafu 1, inkluż iżda mhux limitati għal: il-korpi tal-ugwaljanza, l-aġenziji tal-protezzjoni tal-konsumatur, is-sħab soċjali u l-aġenziji tal-protezzjoni tad-data, bil-ħsieb li jirċievu kontribut fil-valutazzjoni tal-impatt. L-amministratur għandu jħalli perjodu ta’ sitt ġimgħat biex il-korpi jwieġbu. L-SMEs jistgħu japplikaw volontarjament id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1), l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiġu eżentati minn dawn l-obbligi.
5.  L-amministratur li jkun awtorità pubblika jew impriża msemmija fl-Artikolu 51(1a)(b)għandu jippubblika sommarju tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt bħala parti mir-reġistrazzjoni tal-użu skont l-obbligu tagħhom taħt l-Artikolu 51(2).
6.  Meta l-amministratur ikun diġà meħtieġ iwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680, il-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data għandha tiġi ppubblikata bħala addendum.
Emenda 414
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja jew jistabbilixxi awtorità tan-notifika responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, għad-deżinjazzjoni u għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhom.
1.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja jew jistabbilixxi awtorità tan-notifika responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, għad-deżinjazzjoni u għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhom. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tan-notifika tal-Istati Membri kollha.
Emenda 415
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 7
7.  L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa.
7.  L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa. Meta applikabbli, il-persunal kompetenti għandu jkollu l-għarfien espert meħtieġ, bħal lawrja f’qasam legali xieraq, fis-superviżjoni tad-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 416
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 8
8.  L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tal-konformità jsiru b’mod proporzjonat, filwaqt li jevitaw il-piżijiet bla bżonn għall-fornituri, u li l-korpi notifikati jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tas-sistema tal-AI inkwistjoni.
8.  L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tal-konformità jsiru b’mod proporzjonat u fil-ħin, filwaqt li jevitaw il-piżijiet bla bżonn għall-fornituri, u li l-korpi notifikati jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tas-sistema tal-AI inkwistjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu minimizzati l-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet ta’ konformità għall-intrapriżi mikro u żgħar kif definit fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.
Emenda 417
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33.
1.  L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33.
Emenda 418
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni.
2.  L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni ta’ kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1.
Emenda 419
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u t-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali kkonċernati.
3.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u t-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali kkonċernati, kif ukoll l-attestazzjoni rilevanti tal-kompetenza.
Emenda 420
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 4
4.  Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar mid-data tan-notifika.
4.  Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn mill-validazzjoni tan-notifika meta din tinkludi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 31(2), jew fi żmien xahrejn min-notifika meta din tkun tinkludi l-evidenza dokumentata msemmija fl-Artikolu 31(3).
Emenda 421
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Fejn jitressqu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri rilevanti u mal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hijiex iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-korp rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 422
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 423
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  Il-korpi notifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali, tal-ġestjoni tal-kwalità, tar-riżorsi u tal-proċessi li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
2.  Il-korpi notifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali, tal-ġestjoni tal-kwalità, tar-riżorsi u tal-proċessi li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom kif ukoll ir-rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà stabbiliti għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika identifikati bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali skont id-Direttiva (UE) 2022/2555.
Emenda 424
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 4
4.  Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti mill-fornitur tas-sistema tal-AI b’riskju kbir li fir-rigward tagħha jsiru attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti wkoll minn kull operatur ieħor li jkollu interess ekonomiku fis-sistema tal-AI b’riskju kbir li tiġi vvalutata, kif ukoll minn kull kompetitur tal-fornitur.
4.  Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti mill-fornitur tas-sistema tal-AI b’riskju kbir li fir-rigward tagħha jsiru attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti wkoll minn kull operatur ieħor li jkollu interess ekonomiku fis-sistema tal-AI b’riskju kbir li tiġi vvalutata, kif ukoll minn kull kompetitur tal-fornitur. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta’ sistemi tal-AI vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali sistemi għal skopijiet personali.
Emenda 425
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Valutazzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 1 għandha titwettaq mill-impjegati tal-korpi notifikati li ma jkunu pprovdew l-ebda servizz ieħor relatat mal-kwistjoni vvalutata għajr il-valutazzjoni tal-konformità lill-fornitur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir jew lil kwalunkwe persuna ġuridika konnessa ma’ dak il-fornitur fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel il-valutazzjoni u li jkunu impenjaw ruħhom li ma jipprovdulhom tali servizzi fil-perjodu ta’ 12-il xahar wara t-tlestija tal-valutazzjoni.
Emenda 426
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 6
6.  Il-korpi notifikati għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri dokumentati li jiżguraw li l-persunal, il-kumitati, is-sussidjarji, is-sottokuntratturi tagħhom, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta’ korpi esterni jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi fil-pussess tagħhom waqt it-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, għajr meta l-iżvelar ikun meħtieġ bil-liġi. Il-persunal tal-korpi notifikati għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, għajr fir-rigward tal-awtoritajiet tan-notifika tal-Istat Membru li fih ikunu qed isiru l-attivitajiet tiegħu.
6.  Il-korpi notifikati għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri dokumentati li jiżguraw li l-persunal, il-kumitati, is-sussidjarji, is-sottokuntratturi tagħhom, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta’ korpi esterni jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi fil-pussess tagħhom waqt it-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, għajr meta l-iżvelar ikun meħtieġ bil-liġi. Il-persunal tal-korpi notifikati għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, għajr fir-rigward tal-awtoritajiet tan-notifika tal-Istat Membru li fih ikunu qed isiru l-attivitajiet tiegħu. Kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni miksuba minn korpi notifikati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 70.
Emenda 427
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3
3.  L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew jitwettqu minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-fornitur.
3.  L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew jitwettqu minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-fornitur. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu lista tas-sussidjarji tagħhom disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 428
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4
4.  Korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika, id-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont dan ir-Regolament.
4.  Korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika, id-dokumenti rilevanti dwar il-verifika tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont dan ir-Regolament.
Emenda 429
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – titolu
Numri tal-identifikazzjoni u listi tal-korpi notifikati deżinjati skont dan ir-Regolament
Numri tal-identifikazzjoni u listi tal-korpi notifikati
Emenda 430
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1
1.  Meta awtorità tan-notifika jkollha suspetti jew tkun ġiet informata li korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33, jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tinvestiga l-kwistjoni bl-akbar diliġenza possibbli. F’dak il-kuntest, hija għandha tinforma lill-korp notifikat ikkonċernat dwar l-oġġezzjonijiet imqajmin u tagħtih il-possibbiltà li jaqsam il-fehmiet tiegħu. Jekk l-awtorità tan-notifika tasal għall-konklużjoni li l-investigazzjoni tal-korp notifikat m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 jew li qed tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha, din għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.
1.  Meta awtorità tan-notifika jkollha suspetti jew tkun ġiet informata li korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33, jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tinvestiga l-kwistjoni bl-akbar diliġenza possibbli. F’dak il-kuntest, hija għandha tinforma lill-korp notifikat ikkonċernat dwar l-oġġezzjonijiet imqajmin u tagħtih il-possibbiltà li jaqsam il-fehmiet tiegħu. Jekk l-awtorità tan-notifika tasal għall-konklużjoni li l-korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, dan għandu jillimita, jissospendi jew jirtira n-notifika, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.
Emenda 431
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta’ restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ notifika, jew meta l-korp notifikat ikun waqqaf l-attività tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp notifikat jittieħdu fil-kontroll ta’ korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika responsabbli meta dawn jitolbu dan.
2.  Fil-każ ta’ restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ notifika, jew meta l-korp notifikat ikun waqqaf l-attività tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp notifikat jittieħdu fil-kontroll ta’ korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika u għall-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq responsabbli meta dawn jitolbu dan.
Emenda 432
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1
1.  Meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkun hemm raġunijiet biex jiġi kkontestat jekk korp notifikat jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33.
1.  Meta meħtieġ. il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kompetenza ta’ korp notifikat jew l-issodisfar kontinwu minn korp notifikat tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet applikabbli.
Emenda 433
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
2.  L-Awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, meta tintalab, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-notifika tal-korp notifikat ikkonċernat.
2.  L-Awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, meta tintalab, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.
Emenda 434
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kunfidenzjali kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha skont dan l-Artikolu tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha skont dan l-Artikolu tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
Emenda 435
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 4
4.  Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33, hija għandha tadotta deċiżjoni motivata li titlob lill-Istat Membru tan-notifika biex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).
4.  Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tinforma b’dan lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inklużi s-sospensjoni jew l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ. Meta l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, tirrestrinġi jew tirtira l-ħatra. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).
Emenda 436
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta’ notifika.
Emenda 437
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, sa fejn dawk l-istandards ikopru dawk ir-rekwiżiti.
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir u l-mudelli bażi li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mar-Regolament (UE) 1025/2012 għandhom ikunu preżunti li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu jew tal-Artikolu 28b, sa fejn dawk l-istandards ikopru dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 438
Proposta għal regolament
Artikolu 40 - paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha toħroġ talbiet ta’ standardizzazzjoni li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 sa... [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Meta tħejji talba ta’ standardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Forum Konsultattiv;
Emenda 439
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1b (ġdid)
Meta toħroġ talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika li l-istandards iridu jkunu konsistenti, inkluż mal-liġi settorjali elenkata fl-Anness II, u mmirati biex jiżguraw li s-sistemi tal-AI jew il-mudelli bażi mqiegħda fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
Emenda 440
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1c (ġdid)
L-atturi involuti fil-proċess ta’ standardizzazzjoni għandhom iqisu l-prinċipji ġenerali għal AI affidabbli stabbiliti fl-Artikolu 4(a), ifittxu li jippromwovu l-investiment u l-innovazzjoni fl-AI kif ukoll il-kompetittività u t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni, u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni globali dwar l-istandardizzazzjoni u filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali eżistenti fil-qasam tal-AI li huma konsistenti mal-valuri, id-drittijiet fundamentali u l-interessi tal-Unjoni, u jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata tal-interessi u parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Emenda 441
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1
1.  Meta ma jeżistux standards armonizzati msemmijin fl-Artikolu 40 jew meta l-Kummissjoni tqis li l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux biżżejjed jew li jkun hemm bżonn li jiġi indirizzat tħassib speċifiku dwar is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).
imħassar
Emenda 442
Proposta għal regolament
Artikolu 41 - paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2) u wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI u mal-Forum Konsultattiv dwar l-AI, tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu jew fl-Artikolu 28b fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)  ma hemm l-ebda referenza għal standards armonizzati diġà ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea relatati mar-rekwiżit/i essenzjali, sakemm l-istandard armonizzat inkwistjoni ma jkunx standard eżistenti li jrid jiġi rivedut;
(b)  il-Kummissjoni tkun talbet organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza/jabbozzaw standard armonizzat għar-rekwiżit/i essenzjali stabbilit/i fil-Kapitolu 2;
(c)  it-talba msemmija fil-punt (b) ma ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, jew ikun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ standard armonizzat xieraq; jew l-istandard ipprovdut ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, jew ma jikkonformax mat-talba tal-Kummissjoni.
Emenda 443
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm il-ħtieġa li jiġi indirizzat tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali, l-ispeċifikazzjonijiet komuni adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1a għandhom jindirizzaw ukoll dak it-tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali.
Emenda 444
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet komuni għall-metodoloġija biex tissodisfa r-rekwiżit ta’ rapportar u dokumentazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi matul l-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 445
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni, meta tħejji l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, għandha tiġbor il-fehmiet tal-korpi jew tal-gruppi ta’ esperti rilevanti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni.
2.  Matul il-proċess kollu tal-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafi 1a u 1b, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta regolarment lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Forum Konsultattiv, lill-organizzazzjonijiet u lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew lill-gruppi ta’ esperti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tissodisfa l-objettivi msemmija fl-Artikolu 40(1c) u tiġġustifika kif xieraq għaliex iddeċidiet li tirrikorri għal speċifikazzjonijiet komuni.
Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tadotta speċifikazzjonijiet komuni skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tidentifika wkoll b’mod ċar it-tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali li għandu jiġi indirizzat.
Meta tadotta speċifikazzjonijiet komuni skont il-paragrafi 1a u 1b ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-Uffiċċju tal-AI msemmija fl-Artikolu 56e(b) ta’ dan ir-Regolament. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma ssegwix l-opinjoni tal-Uffiċċju tal-AI, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata lill-Uffiċċju tal-AI.
Emenda 446
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3
3.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jkopru dawk ir-rekwiżiti.
3.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1a u 1b għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 447
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta jiġi adottat standard armonizzat minn Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-istandard armonizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta’ standard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti msemmija fil-paragrafu 1a u 1b, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.
Emenda 448
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 4
4.  Meta l-fornituri ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, huma għandhom jiġġustifikaw kif xieraq li jkunu adottaw soluzzjonijiet tekniċi li jkunu tal-anqas ekwivalenti għalihom.
4.  Meta l-fornituri ta’ sistemi ta’ AI b’riskju kbir ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, huma għandhom jiġġustifikaw kif xieraq li jkunu adottaw soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu II sa livell tal-anqas ekwivalenti għalihom.
Emenda 449
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
1.  B’kont meħud tal-għan maħsub tagħhom, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu ġew imħarrġa u ttestjati fuq data li tikkonċerna l-issettjar ġeografiku, komportamentali u funzjonali speċifiku li fih ikunu maħsubin li jintużaw għandhom jiġu preżunti li huma f’konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 10(4).
1.  B’kont meħud tal-għan maħsub tagħhom, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu ġew imħarrġa u ttestjati fuq data li tikkonċerna l-issettjar ġeografiku, komportamentali, kuntestwali u funzjonali speċifiku li fih ikunu maħsubin li jintużaw għandhom jiġu preżunti li huma f’konformità mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 10(4).
Emenda 450
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fil-punt 1 tal-Anness III, jekk meta kien qed juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur applika standards armonizzati msemmija fl-Artikolu 40 jew, meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 41, il-fornitur għandu jsegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin:
1.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fil-punt 1 tal-Anness III, jekk meta kien qed juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur applika standards armonizzati msemmija fl-Artikolu 40 jew, meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 41, il-fornitur għandu jagħżel waħda mill-proċeduri li ġejjin:
Emenda 451
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-kontroll intern kif imsemmi fl-Anness VI;
(a)  il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-kontroll intern kif imsemmi fl-Anness VI; jew
Emenda 452
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1– punt b
(b)  il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u fuq il-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika, bl-involviment ta’ korp notifikat, imsemmija fl-Anness VII.
(b)  il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u tad-dokumentazzjoni teknika, bl-involviment ta’ korp notifikat, imsemmija fl-Anness VII.
Emenda 453
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Jekk, meta kien qed juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur ma applikax jew applika biss parzjalment l-istandards armonizzati msemmijin fl-Artikolu 40 jew, meta dawn l-istandards armonizzati ma jkunux jeżistu u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikolu 41 ma jkunux disponibbli, il-fornitur għandu jsegwi l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness VII.
Meta juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur għandu jsegwi l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness VII fil-każijiet li ġejjin:
(a)  meta ma jeżistux l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 40, li n-numru ta’ referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha tas-sikurezza għas-sistema tal-AI, u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikolu 41 ma jkunux disponibbli;
(b)  meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (a) jkunu jeżistu iżda l-fornitur ma jkunx applikahom jew ikun applikahom biss parzjalment;
(c)  meta wieħed jew aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (a) ikun ġie ppubblikat/ikunu ġew ippubblikati b’restrizzjoni jew biss fuq il-parti tal-istandard li kienet ġiet ristretta;
(d)  meta l-fornitur iqis li n-natura, id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-iskop tas-sistema tal-AI jeħtieġu verifika minn parti terza, irrispettivament mil-livell ta’ riskju.
Emenda 454
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għall-fini tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VII, il-fornitur jista’ jagħżel xi wieħed mill-korpi notifikati. Madankollu, meta s-sistema tkun maħsuba biex titqiegħed fis-servizz mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil kif ukoll mill-istituzzjonijiet, mill-korpi jew mill-aġenziji tal-UE, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 63(5) jew (6), kif applikabbli, għandha taġixxi bħala korp notifikat.
Għall-fini tat-twettiq tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VII, il-fornitur jista’ jagħżel xi wieħed mill-korpi notifikati. Madankollu, meta s-sistema tkun maħsuba biex titqiegħed fis-servizz mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil kif ukoll mill-istituzzjonijiet, mill-korpi jew mill-aġenziji tal-UE, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 63(5) jew (6), kif applikabbli, għandha taġixxi bħala korp notifikat.
Emenda 455
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jgħaddu minn proċedura ġdida tal-valutazzjoni tal-konformità kull meta jiġu mmodifikati b’mod sostanzjali, irrispettivament minn jekk is-sistema modifikata tkunx maħsuba li tkompli titqassam jew tkompli tintuża mill-utent attwali.
4.  Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li diġà ġew soġġetti għal proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jgħaddu minn proċedura ġdida tal-valutazzjoni tal-konformità kull meta jiġu mmodifikati b’mod sostanzjali, irrispettivament minn jekk is-sistema modifikata tkunx maħsuba li tkompli titqassam jew tkompli tintuża mill-amministratur attwali.
Emenda 456
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi skont dan l-Artikolu, filwaqt li jitnaqqsu dawk it-tariffi b’mod proporzjonat għad-daqs tagħhom u s-sehem tas-suq tagħhom.
Emenda 457
Proposta għal regolament
Artikolu 43 − paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini tal-aġġornament tal-Annessi VI u tal-Anness VII biex tintroduċi elementi tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru neċessarji fid-dawl tal-progress tekniku.
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini tal-aġġornament tal-Annessi VI u tal-Anness VII biex tintroduċi elementi tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru neċessarji fid-dawl tal-progress tekniku. Meta tħejji tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-partijiet ikkonċernati affettwati;
Emenda 458
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-paragrafi 1 u 2 bl-għan li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 2 sa 8 tal-Anness III jiġu soġġetti għall-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmijin fl-Anness VII jew għal partijiet minnha. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali atti delegati filwaqt li tqis l-effettività tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ kontroll intern imsemmi fl-Anness VI fil-prevenzjoni jew fil-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ppreżentati minn tali sistemi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet u ta’ riżorsi adegwati fost il-korpi notifikati.
6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-paragrafi 1 u 2 bl-għan li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 2 sa 8 tal-Anness III jiġu soġġetti għall-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmijin fl-Anness VII jew għal partijiet minnha. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali atti delegati filwaqt li tqis l-effettività tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ kontroll intern imsemmi fl-Anness VI fil-prevenzjoni jew fil-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ppreżentati minn tali sistemi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet u ta’ riżorsi adegwati fost il-korpi notifikati. Meta tħejji tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-partijiet ikkonċernati affettwati;
Emenda 459
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
1.  Iċ-ċertifikati maħruġin mill-korpi notifikati f’konformità mal-Annessi VII, X u XI għandhom jitfasslu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni determinata mill-Istat Membru meta jkun stabbilit il-korp notifikat jew inkella b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli b’xi mod ieħor għall-korp notifikat.
1.  Iċ-ċertifikati maħruġin mill-korpi notifikati f’konformità mal-Anness VII għandhom jitfasslu b’lingwa uffiċjali waħda jew bosta lingwi ddeterminati mill-Istat Membru meta ikun stabbilit il-korp notifikat jew inkella b’lingwa uffiċjali waħda jew bosta lingwi aċċettabbli b’xi mod ieħor għall-korp notifikat.
Emenda 460
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2
2.  Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għall-perjodu indikat minnhom, li m’għandux jaqbeż il-ħames snin. Wara applikazzjoni mill-fornitur, il-validità taċ-ċertifikat tista’ tiġi estiża għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom ma jistax jaqbeż il-ħames snin, fuq bażi ta’ rivalutazzjoni f’konformità mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli.
2.  Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għall-perjodu indikat minnhom, li m’għandux jaqbeż l-erba’ snin. Wara applikazzjoni mill-fornitur, il-validità taċ-ċertifikat tista’ tiġi estiża għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, fuq bażi ta’ rivalutazzjoni f’konformità mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli.
Emenda 461
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 3
3.  Meta korp notifikat isib li sistema tal-AI m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, waqt li jikkunsidra l-prinċipju tal-proporzjonalità, dan għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat maħruġ jew jimponi restrizzjonijiet fuqha, sakemm ma tkunx żgurata l-konformità mat-tali rekwiżiti b’azzjoni korrettiva xierqa meħuda mill-fornitur tas-sistema sa data tal-iskadenza xierqa stabbilita mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
3.  Meta korp notifikat isib li sistema tal-AI m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat maħruġ jew jimponi restrizzjonijiet fuqha, sakemm ma tkunx żgurata l-konformità mat-tali rekwiżiti b’azzjoni korrettiva xierqa meħuda mill-fornitur tas-sistema sa data tal-iskadenza xierqa stabbilita mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Emenda 462
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati tkun disponibbli għall-partijiet li jkollhom interess leġittimu f’dik id-deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati, inkluż dwar ċertifikati tal-konformità maħruġa, tkun disponibbli għall-partijiet li jkollhom interess leġittimu f’dik id-deċiżjoni.
Emenda 463
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 3
3.  Korp notifikat għandu jipprovdi lill-korpi notifikati l-oħra li jwettqu attivitajiet simili tal-valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
3.  Korp notifikat għandu jipprovdi lill-korpi notifikati l-oħra li jwettqu attivitajiet simili tal-valutazzjoni tal-konformità bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 464
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1
1.  B’deroga mill-Artikolu 43, kwalunkwe awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI speċifiċi b’riskju kbir fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-protezzjoni ta’ assi industrijali u infrastrutturali ewlenin. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun għal perjodu taż-żmien limitat, filwaqt li jkunu qed jitwettqu l-proċeduri meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, u għandha tintemm ladarba jkunu tlestew dawk il-proċeduri. It-tlestija ta’ dawk il-proċeduri għandha ssir mingħajr dewmien żejjed.
1.  B’deroga mill-Artikolu 43, kwalunkwe awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ titlob lil awtorità ġudizzjarja biex tawtorizza t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI speċifiċi b’riskju kbir fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal raġunijiet eċċezzjonali tal-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni, għall-ħarsien ambjentali u għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun għal perjodu taż-żmien limitat, filwaqt li jkunu qed jitwettqu l-proċeduri meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, u għandha tintemm ladarba jkunu tlestew dawk il-proċeduri. It-tlestija ta’ dawk il-proċeduri għandha ssir mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 465
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 2
2.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ biss jekk l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tikkonkludi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1.
2.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ biss jekk l-awtorità superviżorja nazzjonali u l-awtorità ġudizzjarja jikkonkludu li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni, lill-uffiċċju tal-AI, u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe talba li ssir u kwalunkwe awtorizzazzjoni sussegwenti maħruġa skont il-paragrafu 1.
Emenda 466
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 3
3.  Jekk, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies iġġustifikata.
3.  Jekk, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward it-talba tal-awtorità superviżorja nazzjonali għal awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies iġġustifikata;
Emenda 467
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 4
4.  Meta, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru ieħor, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tmur kontra l-liġi tal-Unjoni jew il-konklużjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità tas-sistema kif imsemmija fil-paragrafu 2 tkun bla bażi valida, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istat Membru rilevanti; l-operatur(i) kkonċernat(i) għandu/għandhom jiġi/u kkonsultat(i) u jkollu/ikollhom il-possibbiltà li jippreżenta(w) il-fehmiet tiegħu/tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hijiex iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi relevanti.
4.  Meta, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra talba maħruġa minn awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tmur kontra l-liġi tal-Unjoni jew il-konklużjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità tas-sistema kif imsemmija fil-paragrafu 2 tkun bla bażi valida, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istat Membru rilevanti u mal-Uffiċċju tal-AI; l-operatur(i) kkonċernat(i) għandu/għandhom jiġi/u kkonsultat(i) u jkollu/ikollhom il-possibbiltà li jippreżenta(w) il-fehmiet tiegħu/tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hijiex iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-operatur(i) relevanti;
Emenda 468
Proposta għal regolament
Artikolu 47 − paragrafu 5
5.  Jekk l-awtorizzazzjoni titqies mhux iġġustifikata, din għandha tiġi rtirata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat.
5.  Jekk l-awtorizzazzjoni titqies mhux iġġustifikata, din għandha tiġi rtirata mill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 469
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1
1.  Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull sistema tal-AI u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal 10 snin wara li s-sistema tal-AI tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika s-sistema tal-AI li għaliha tkun tħejjiet. Fuq talba, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti.
1.  Il-fornitur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub li tinqara mill-magni, fiżika jew elettronika għal kull sistema tal-AI b’riskju kbir u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal 10 snin wara li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz. Fuq talba, għandha tiġi sottomessa kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtorità superviżorja nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;
Emenda 470
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 2
2.  Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li s-sistema tal-AI b’riskju kbir inkwistjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V u għandha tiġi tradotta f’lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni mitlubin mill-Istat(i) Membru/i li fih titqiegħed għad-dispożizzjoni s-sistema tal-AI b’riskju kbir.
2.  Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li s-sistema tal-AI b’riskju kbir inkwistjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V u għandha tiġi tradotta f’lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni mitlubin mill-Istat(i) Membru/i li fih titqiegħed fis-suq jew għad-dispożizzjoni s-sistema tal-AI b’riskju kbir.
Emenda 471
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3
3.  Meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkunu soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tkun teħtieġ ukoll dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Unjoni applikabbli għas-sistema tal-AI b’riskju kbir. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li magħha tkun marbuta d-dikjarazzjoni.
3.  Meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tkun teħtieġ ukoll dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, tista’ titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Unjoni applikabbli għas-sistema tal-AI b’riskju kbir. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li magħha tkun marbuta d-dikjarazzjoni.
Emenda 472
Proposta għal regolament
Artikolu 48 − paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini li taġġorna l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE stabbilita fl-Anness V biex tintroduċi elementi li jsiru meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku.
5.  Wara li tikkonsulta l-Uffiċċju tal-AI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini li taġġorna l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE stabbilita fl-Anness V biex tintroduċi elementi li jsiru meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku.
Emenda 473
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1
1.  Il-markatura CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx għal sistemi tal-AI b’riskju kbir. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx jaqbel li jsir minħabba n-natura tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, skont kif ikun xieraq.
1.  Il-markatura fiżika CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġġibbli u li ma jitħassarx għal sistemi tal-AI b’riskju kbir qabel ma s-sistema tal-AI b’riskju kbir titqiegħed fis-suq. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx jaqbel li jsir minħabba n-natura tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, skont kif ikun xieraq. Magħha jista’ jkun hemm ukoll pittogramma jew kwalunkwe markatura oħra li tindika riskju speċjali tal-użu.
Emenda 474
Proposta għal regolament
Artikolu 49 - paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għal sistemi tal-AI diġitali b’riskju kbir biss, għandha tintuża markatura CE diġitali biss jekk jista’ jkun hemm aċċess għaliha faċilment permezz tal-interfaċċa li minnha jinkiseb aċċess għas-sistema tal-AI jew permezz ta’ kodiċi li jinqara mill-magni faċilment aċċessibbli jew mezzi elettroniċi oħra.
Emenda 475
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3
3.  Meta applikabbli, il-markatura CE għandha tiġi segwita bin-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 43. In-numru tal-identifikazzjoni għandu jkun indikat ukoll f’kull materjal promozzjonali li jsemmi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tissodisfa r-rekwiżiti għall-markatura CE.
3.  Meta applikabbli, il-markatura CE għandha tiġi segwita bin-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 43. In-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, taħt l-istruzzjonijiet tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tal-fornitur. In-numru tal-identifikazzjoni għandu jkun indikat ukoll f’kull materjal promozzjonali li jsemmi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tissodisfa r-rekwiżiti għall-markatura CE.
Emenda 476
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tipprevedi wkoll it-twaħħil tal-markatura CE, il-markatura CE għandha tindika li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dik il-liġi l-oħra.
Emenda 477
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-fornitur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li s-sistema tal-AI tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
Il-fornitur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li s-sistema tal-AI tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
Emenda 478
Proposta għal regolament
Artikolu 51 - paragrafu 1
Qabel ma jqiegħed fis-suq jew fis-servizz sistema tal-AI b’riskju kbir msemmija fl-Artikolu 6(2), il-fornitur jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirreġistra dik is-sistema fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60.
Qabel ma jqiegħed fis-suq jew fis-servizz sistema tal-AI b’riskju kbir msemmija fl-Artikolu 6(2), il-fornitur jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirreġistra dik is-sistema fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60, f’konformità mal-Artikolu 60(2).
Emenda 479
Proposta għal regolament
Artikolu 51 - paragrafu 1a (ġdid)
Qabel ma jqiegħdu fis-servizz jew jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 6(2), il-kategoriji ta’ amministraturi li ġejjin għandhom jirreġistraw l-użu ta’ dik is-sistema tal-AI fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60.
a)  amministraturi li huma awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni jew amministraturi li jaġixxu f’isimhom;
b)  amministraturi li huma impriżi ddeżinjati bħala gwardjan skont ir-Regolament (UE) 2022/1925.
Emenda 480
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 1b (ġdid)
L-amministraturi li ma jaqgħux taħt is-subparagrafu 1a, għandhom ikunu intitolati jirreġistraw b’mod volontarju l-użu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Artikolu 6(2) fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60.
Emenda 481
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 1c (ġdid)
Entrata ta’ reġistrazzjoni aġġornata trid timtela immedjatament wara kull modifika sostanzjali.
Emenda 482
Proposta għal regolament
Titolu IV
OBBLIGI TA’ TRASPARENZA GĦAL ĊERTI SISTEMI TAL-AI
OBBLIGI TA’ TRASPARENZA
Emenda 483
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – titolu
Obbligi ta’ trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI
Obbligi ta’ trasparenza
Emenda 484
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 1
1.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-AI maħsubin biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jkunu ddisinjati u żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi jiġu informati li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI, sakemm dan ma jkunx ovvju miċ-ċirkostanzi u mill-kuntest tal-użu. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI awtorizzati bil-liġi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali, sakemm dawk is-sistemi ma jkunux disponibbli għall-pubbliku biex jirrapporta reat kriminali.
1.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-AI maħsubin biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jkunu ddisinjati u żviluppati b’tali mod li s-sistema tal-AI, il-fornitur innifsu jew l-utent jinfurmaw lill-persuna fiżika esposta għal sistema tal-AI li qed tinteraġixxi ma’ sistema tal-AI b’mod f’waqtu, ċar u intelliġibbli, sakemm dan ma jkunx ovvju miċ-ċirkostanzi u mill-kuntest tal-użu.
Meta jkun xieraq u rilevanti, din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll liema funzjonijiet huma ffaċilitati permezz tal-AI, jekk hemmx sorveljanza umana, u min huwa responsabbli għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll id-drittijiet u l-proċessi eżistenti li, skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, jippermettu lil persuni fiżiċi jew lir-rappreżentanti tagħhom joġġezzjonaw għall-applikazzjoni ta’ tali sistemi għalihom u jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet meħuda minn sistemi tal-AI jew għal dannu kkawżat minnhom, inkluż id-dritt tagħhom li jitolbu spjegazzjoni. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI awtorizzati bil-liġi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali, sakemm dawk is-sistemi ma jkunux disponibbli għall-pubbliku biex jirrapporta reat kriminali.
Emenda 485
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 2
2.  L-utenti ta’ sistema ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew ta’ sistema ta’ kategorizzazzjoni bijometrika għandhom jinformaw dwar it-tħaddim tas-sistema lill-persuni fiżiċi esposti għaliha. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI użati għal kategorizzazzjoni bijometrika, li huma permessi bil-liġi li jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw reati kriminali.
2.  L-utenti ta’ sistema ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew ta’ sistema ta’ kategorizzazzjoni bijometrika li ma tkunx ipprojbita skont l-Artikolu 5 għandhom jinformaw b’mod f’waqtu, ċar u intelliġibbli dwar it-tħaddim tas-sistema lill-persuni fiżiċi esposti għaliha u jiksbu l-kunsens tagħhom qabel l-ipproċessar tad-data bijometrika u data personali oħra tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament (UE) 2016/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/280, kif applikabbli. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI użati għal kategorizzazzjoni bijometrika, li huma permessi bil-liġi li jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw reati kriminali.
Emenda 486
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  L-utenti ta’ sistema tal-AI li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ immaġni, ta’ awdjo jew ta’ vidjo li sostanzjalment jixbah persuni, oġġetti, postijiet jew entitajiet jew avvenimenti eżistenti u li juri b’mod falz lil persuna li jkun awtentiku jew veritier (“deep fake”), għandhom jiżvelaw li l-kontenut ikun ġie ġġenerat jew immanipulat b’mod artifiċjali.
3.  L-utenti ta’ sistema tal-AI li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ test, ta’ awdjo jew viżiv li juri b’mod falz li jkun awtentiku jew veritier u li fih rappreżentazzjonijiet ta’ persuni li jkun jidher li qed jgħidu jew jagħmlu affarijiet li ma qalux jew li m’għamlux, mingħajr il-kunsens tagħhom (“deepfake”), għandhom jiżvelaw b’mod f’waqtu, ċar u viżibbli li l-kontenut ikun ġie ġġenerat jew immanipulat b’mod artifiċjali, kif ukoll, meta jkun possibbli, l-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun iġġeneratu jew immanipulatu. L-iżvelar għandu jfisser l-immarkar tal-kontenut b’mod li jinforma li l-kontenut mhuwiex awtentiku u li jkun viżibbli b’mod ċar għar-riċevitur ta’ dak il-kontenut. Biex jimmarkaw il-kontenut, l-utenti għandhom iqisu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati rilevanti rikonoxxuti b’mod ġenerali.
Emenda 487
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Madankollu, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika meta l-użu jkun awtorizzat bil-liġi għas-sejbien, għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ikun meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tad-dritt għal-libertà tal-arti u tax-xjenzi ggarantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ partijiet terzi.
3a.  Il-paragrafu 3 m’għandux japplika meta l-użu ta’ sistema tal-AI li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ test, ta’ awdjo jew viżiv ikun awtorizzat bil-liġi jew jekk ikun meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tad-dritt għal-libertà tal-arti u tax-xjenzi ggarantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ partijiet terzi. Meta l-kontenut jifforma parti minn programm ċinematografiku evidentement kreattiv, satiriku, artistiku jew fittizju, minn effetti viżivi ta’ video games u minn xogħlijiet jew programmi analoġi, l-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti fil-paragrafu 3 huma limitati għall-iżvelar tal-eżistenza ta’ tali kontenut iġġenerat jew immanipulat b’mod xieraq, ċar u viżibbli li ma jfixkilx il-wiri tax-xogħol u għall-iżvelar tad-drittijiet tal-awtur applikabbli, meta rilevanti. Lanqas ma għandu jipprevjeni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi milli jużaw sistemi tal-AI maħsuba biex jidentifikaw id-deepfakes u jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali marbuta mal-użu tagħhom.
Emenda 488
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandha tiġi pprovduta lill-persuni fiżiċi mhux aktar tard miż-żmien tal-ewwel interazzjoni jew esponiment. Għandha tkun aċċessibbli għall-persuni vulnerabbli, bħall-persuni b’diżabilità jew it-tfal, kompleta, meta rilevanti u xieraq, bi proċeduri ta’ intervent jew ta’ senjalazzjoni għall-persuna fiżika esposta, filwaqt li jitqiesu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u rilevanti rikonoxxuti b’mod ġenerali u l-ispeċifikazzjonijiet komuni.
Emenda 489
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1
1.  Is-sandboxes regolatorji tal-AI stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jipprovdu ambjent ikkontrollat li jiffaċilita l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ sistemi innovattivi tal-AI għal żmien limitat qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew fis-servizz skont pjan speċifiku. Dan għandu jsir bis-superviżjoni u l-gwida diretti tal-awtoritajiet kompetenti biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u, meta rilevanti, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri sorveljata fis-sandbox.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mill-inqas sandbox regolatorja waħda tal-AI fil-livell nazzjonali, li għandha tkun operazzjonali sa mhux aktar tard mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Din is-sandbox tista’ tiġi stabbilita wkoll b’mod konġunt ma’ Stat Membru wieħed jew bosta;
Emenda 490
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll sandboxes regolatorji addizzjonali tal-AI fil-livelli reġjonali jew lokali jew b’mod konġunt ma’ Stati Membri oħra;
Emenda 491
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1b (ġdid)
1 b.  Il-Kummissjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, waħedhom, b’mod konġunt jew b’kollaborazzjoni ma’ Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jistabbilixxu wkoll sandboxes regolatorji tal-AI fil-livell tal-Unjoni;
Emenda 492
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu b’mod effettiv u f’waqtu;
Emenda 493
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1d (ġdid)
1d.  Is-sandboxes regolatorji tal-AI għandhom, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 53a, jipprovdu ambjent ikkontrollat li jrawwem l-innovazzjoni u jiffaċilita l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ sistemi innovattivi tal-AI għal żmien limitat qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew fis-servizz skont pjan speċifiku miftiehem bejn il-fornituri prospettivi u l-awtorità kostitwenti.
Emenda 494
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1e (ġdid)
1e.  L-istabbiliment ta’ sandboxes regolatorji tal-AI għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi li ġejjin:
a)  biex l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu gwida għas-sistemi tal-AI lill-fornituri prospettivi biex jiksbu konformità regolatorja ma’ dan ir-Regolament jew meta rilevanti leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
b)  biex il-fornituri prospettivi jippermettu u jiffaċilitaw l-ittestjar u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi relatati mas-sistemi tal-AI;
c)  apprendiment regolatorju f’ambjent ikkontrollat.
Emenda 495
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1f (ġdid)
1f.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jipprovdu gwida u superviżjoni fis-sandbox bil-ħsieb li jidentifikaw ir-riskji, b’mod partikolari għad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, is-saħħa u s-sikurezza u l-ambjent, jittestjaw u juru miżuri ta’ mitigazzjoni għar-riskji identifikati, u l-effettività tagħhom u jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u, meta rilevanti, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
Emenda 496
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1g (ġdid)
1g.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jipprovdu lill-fornituri prospettivi tas-sandbox li jiżviluppaw sistemi tal-AI b’riskju kbir bi gwida u superviżjoni dwar kif jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, sabiex is-sistemi tal-AI jkunu jistgħu joħorġu mis-sandbox li tkun fi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan ir-Regolament li ġew ivvalutati fis-sandbox. Sa fejn is-sistema tal-AI tikkonforma mar-rekwiżiti meta toħroġ mis-sandbox, għandu jiġi preżunt li hija f’konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, ir-rapporti ta’ ħruġ maħluqa mill-awtorità kostitwenti għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew mill-korpi notifikati, kif applikabbli, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jew tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq;
Emenda 497
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sa fejn is-sistemi innovattivi tal-AI jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jew inkella jaqgħu fil-mandat superviżorju ta’ awtoritajiet nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u dawk l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra jkunu assoċjati mat-tħaddim tas-sandboxes regolatorji tal-AI.
2.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jiżguraw li sa fejn is-sistemi innovattivi tal-AI jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jew inkella jaqgħu fil-mandat superviżorju ta’ awtoritajiet nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data personali, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, jew f’każijiet imsemmija fil-paragrafu 1b tal-EDPS, u dawk l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra jkunu assoċjati mat-tħaddim tas-sandboxes regolatorji tal-AI u jkunu involuti fis-superviżjoni ta’ dawk l-aspetti sal-potenzjal sħiħ tal-kompiti u s-setgħat rispettivi tagħhom.
Emenda 498
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3
3.  Is-sandboxes regolatorji tal-AI m’għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji u korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti. Kwalunkwe riskju sinifikanti għas-saħħa u għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali identifikati matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ tali sistemi għandu jirriżulta f’mitigazzjoni immedjata u, fin-nuqqas ta’ din, fis-sospensjoni tal-proċess tal-iżvilupp u tal-ittestjar sakemm isseħħ tali mitigazzjoni.
3.  Is-sandboxes regolatorji tal-AI m’għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji u korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż fil-livell reġjonali jew lokali. Kwalunkwe riskju sinifikanti għad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, is-saħħa u s-sikurezza jew l-ambjent identifikat matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ tali sistemi tal-AI għandu jirriżulta f’mitigazzjoni immedjata u adegwata. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu temporanjament jew b’mod permanenti l-proċess tal-ittestjar, jew il-parteċipazzjoni fis-sandbox jekk ma tkun possibbli l-ebda mitigazzjoni effettiva u jinformaw lill-uffiċċju tal-AI b’din id-deċiżjoni;
Emenda 499
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 4
4.  Il-parteċipanti fis-sandboxes regolatorji tal-AI għandhom jibqgħu responsabbli skont il-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil partijiet terzi bħala riżultat tal-esperimentazzjoni li sseħħ fis-sandbox.
4.  Il-fornituri prospettivi fis-sandboxe regolatorja tal-AI għandhom jibqgħu responsabbli skont il-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil partijiet terzi bħala riżultat tal-esperimentazzjoni li sseħħ fis-sandbox. Madankollu, dment li l-fornitur/i jirrispetta/w il-pjan speċifiku msemmi fil-paragrafu 1c u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tiegħu/tagħhom u jsegwi/jsegwu b’rieda tajba l-gwida mogħtija mill-awtoritajiet kostitwenti, ma għandha tiġi imposta ebda multa amministrattiva mill-awtoritajiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 500
Proposta għal regolament
Artikolu 53 − paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu stabbilixxew sandboxes regolatorji tal-AI għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali. Dawn għandhom jippreżentaw rapporti annwali lill-Bord u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati mill-implimentazzjoni ta’ dik l-iskema, inkluż prattiki tajbin, tagħlimiet meħudin u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tagħhom u, meta rilevanti, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni sorveljata fis-sandbox.
5.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-Uffiċċju tal-AI.
Emenda 501
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar l-istabbiliment ta’ sandbox u jistgħu jitolbu appoġġ u gwida. L-Uffiċċju tal-AI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku lista ta’ sandboxes ippjanati u eżistenti u din għandha tinżamm aġġornata sabiex titħeġġeġ aktar interazzjoni fis-sandboxes regolatorji u fil-kooperazzjoni tranżnazzjonali;
Emenda 502
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jissottomettu lill-uffiċċju tal-AI u, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx l-unika awtorità kostitwenti, lill-Kummissjoni, rapporti annwali, li jibdew sena wara l-istabbiliment tas-sandbox u mbagħad kull sena sat-terminazzjoni tagħha u rapport finali. Dawk ir-rapporti għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-progress u r-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dawk is-sandboxes, inklużi l-aħjar prattiki, inċidenti, tagħlimiet meħudin u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tagħhom u, meta rilevanti, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni sorveljata fis-sandbox. Dawk ir-rapporti annwali jew sommarji tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku online;
Emenda 503
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 6
6.  Il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-sandboxes regolatorji tal-AI, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċedura għall-applikazzjoni, għall-għażla, għall-parteċipazzjoni u għall-ħruġ mis-sandbox, u d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti għandhom ikunu stabbiliti f’atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).
6.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa unika u ddedikata li jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mas-sandboxes, flimkien ma’ punt ta’ kuntatt uniku fil-livell tal-Unjoni biex issir interazzjoni mas-sandboxes regolatorji u biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jqajmu mistoqsijiet mal-awtoritajiet kompetenti, u biex tinstab gwida mhux vinkolanti dwar il-konformità ta’ prodotti, servizzi, mudelli kummerċjali innovattivi li jinkorporaw teknoloġiji tal-AI;
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina b’mod proattiv mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali kif ukoll lokali, meta rilevanti.
Emenda 504
Proposta għal regolament
Artikolu 53 - paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 1a, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol komplementari, billi tippermetti lill-Istati Membri jibnu fuq l-għarfien espert tagħhom u, min-naħa l-oħra, jassistu u jipprovdu fehim u riżorsi tekniċi lil dawk l-Istati Membri li jitolbu gwida dwar il-konfigurazzjoni u t-tmexxija ta’ dawn is-sandboxes regolatorji.
Emenda 505
Proposta għal regolament
Artikolu 53a (ġdid)
Artikolu 53a
Modalitajiet u funzjonament tas-sandboxes regolatorji tal-AI
1.  Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-AI, għandha tadotta att delegat li jagħti dettalji dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-funzjonament u s-superviżjoni tas-sandboxes regolatorji tal-AI, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċedura għall-applikazzjoni, l-għażla, il-parteċipazzjoni u l-ħruġ mis-sandbox, u d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti abbażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu;
2.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 73 mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandha tiżgura:
a)  li sandboxes regolatorji jkunu miftuħa għal kwalunkwe fornitur prospettiv li japplika ta’ sistema tal-AI li tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla. Il-kriterji għall-aċċess għas-sandbox regolatorja jkunu trasparenti u ġusti u l-awtoritajiet kostitwenti jinfurmaw lill-applikanti bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mill-applikazzjoni;
b)  sandboxes regolatorji jippermettu aċċess wiesa’ u ugwali u jlaħħqu mad-domanda għall-parteċipazzjoni;
c)  l-aċċess għas-sandboxes regolatorji tal-AI ikun bla ħlas għall-SMEs u n-negozji ġodda mingħajr preġudizzju għall-kostijiet eċċezzjonali li l-awtoritajiet kostitwenti jistgħu jirkupraw b’mod ġust u proporzjonat;
d)  sandboxes regolatorji jiffaċilitaw l-involviment ta’ atturi rilevanti oħra fi ħdan l-ekosistema tal-AI, bħal korpi notifikati u organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni (SMEs, negozji ġodda, intrapriżi, innovaturi, faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni, laboratorji tar-riċerka u tal-esperimentazzjoni u ċentri tal-innovazzjoni diġitali, ċentri ta’ eċċellenza, riċerkaturi individwali), sabiex jippermettu u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mas-settur pubbliku u privat;
e)  jippermettu lin-negozji ġodda jissodisfaw, f’ambjent ikkontrollat, l-obbligi tal-valutazzjoni tal-konformità ta’ dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni volontarja tal-kodiċijiet ta’ kondotta msemmija fl-Artikolu 69;
f)  il-proċeduri, il-proċessi u r-rekwiżiti amministrattivi għall-applikazzjoni, l-għażla, il-parteċipazzjoni u l-ħruġ mis-sandbox ikunu sempliċi, intelliġibbli faċilment, ikkomunikati b’mod ċar sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda b’kapaċitajiet legali u amministrattivi limitati u jiġu ssimplifikati madwar l-Unjoni, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u li l-parteċipazzjoni f’sandbox regolatorja stabbilita minn Stat Membru, mill-Kummissjoni, jew mill-EDPS tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku u uniformi u jkollha l-istess effetti legali madwar l-Unjoni;
g)  il-parteċipazzjoni fis-sandbox regolatorja tkun limitata għal perjodu li jkun xieraq għall-kumplessità u l-iskala tal-proġett.
h)  is-sandboxes għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ għodod u infrastruttura għall-ittestjar, għall-analiżi komparattiva, għall-valutazzjoni u għall-ispjegazzjoni tad-dimensjonijiet tas-sistemi tal-AI rilevanti għas-sandboxes, bħall-eżattezza, ir-robustezza u ċ-ċibersigurtà kif ukoll il-minimizzazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali, l-ambjent u s-soċjetà inġenerali.
3.  Il-fornituri prospettivi fis-sandboxes, b’mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, għandhom jiġu ffaċilitati l-aċċess għal servizzi ta’ qabel l-użu bħal gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għal servizzi oħra li jżidu l-valur bħal għajnuna bid-dokumenti ta’ standardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni u l-konsultazzjoni, u għal inizjattivi oħra tas-Suq Uniku Diġitali bħal Faċilitajiet tal-Ittestjar ta’ Esperimentazzjoni, Ċentri Diġitali, Ċentri ta’ Eċċellenza, u kapaċitajiet ta’ valutazzjoni komparattiva tal-UE;
Emenda 506
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – titolu
Proċessar ulterjuri ta’ data personali għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fis-sandbox regolatorja tal-AI
Proċessar ulterjuri ta’ data għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fis-sandbox regolatorja tal-AI
Emenda 507
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fis-sandbox regolatorja tal-AI, id-data personali miġbura legalment għal finijiet oħrajn għandha tiġi pproċessata għall-finijiet tal-iżvilupp u tal-ittestjar ta’ ċerti sistemi innovattivi tal-AI fis-sandbox bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
1.  Fis-sandbox regolatorja tal-AI, id-data personali miġbura legalment għal finijiet oħrajn tista’ tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-iżvilupp u tal-ittestjar ta’ ċerti sistemi innovattivi tal-AI fis-sandbox meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Emenda 508
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a)  is-sistemi innovattivi tal-AI għandhom jiġu żviluppati għas-salvagwardja tal-interess pubbliku sostanzjali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
(a)  is-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati għas-salvagwardja tal-interess pubbliku sostanzjali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
(ii)  is-sikurezza pubblika u s-saħħa pubblika, inklużi l-identifikazzjoni, id-dijanjożi, il-prevenzjoni, il-kontroll u t-trattament tal-mard;
(iii)  livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent, protezzjoni tal-bijodiversità, tniġġis kif ukoll mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih;
(iiia)  is-sikurezza u r-reżiljenza tas-sistemi tat-trasport, l-infrastruttura u n-networks kritiċi.
Emenda 509
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i
(i)  il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika, fil-kontroll u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti. L-ipproċessar għandu jkun ibbażat fuq id-dritt tal-Istat Membru jew tal-Unjoni;
imħassar
Emenda 510
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt c
(c)  ikun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ biex jiġi identifikat jekk jistax jinħoloq xi riskju kbir għad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data waqt l-esperimentazzjoni fis-sandbox, u mekkaniżmu ta’ rispons biex jittaffew minnufih dawk ir-riskji u, meta meħtieġ, jitwaqqaf l-ipproċessar;
(c)  ikun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ biex jiġi identifikat jekk jistax jinħoloq xi riskju kbir għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data , kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 waqt l-esperimentazzjoni fis-sandbox, u mekkaniżmu ta’ rispons biex jittaffew minnufih dawk ir-riskji u, meta meħtieġ, jitwaqqaf l-ipproċessar;
Emenda 511
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt d
(d)  kwalunkwe data personali li għandha tiġi pproċessata fil-kuntest tas-sandbox tkun f’ambjent ta’ pproċessar tad-data funzjonalment separat, iżolat u protett fil-kontroll tal-parteċipanti u persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data;
(d)  kwalunkwe data personali li għandha tiġi pproċessata fil-kuntest tas-sandbox tkun f’ambjent ta’ pproċessar tad-data funzjonalment separat, iżolat u protett fil-kontroll tal-fornitur prospettiv u persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data;
Emenda 512
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt f
(f)  kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest tas-sandbox m’għandux iwassal għal miżuri jew għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-suġġetti tad-data;
(f)  kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest tas-sandbox m’għandux iwassal għal miżuri jew għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-suġġetti tad-data u lanqas ma jaffettwa l-applikazzjoni tad-drittijiet tagħhom stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali;
Emenda 513
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt g
(g)  kwalunkwe data personali pproċessata fil-kuntest tas-sandbox titħassar ladarba l-parteċipazzjoni fis-sandbox tkun intemmet jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta’ żamma tagħha;
(g)  kwalunkwe data personali pproċessata fil-kuntest tas-sandbox tiġi protetta permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u titħassar ladarba l-parteċipazzjoni fis-sandbox tkun intemmet jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta’ żamma tagħha;
Emenda 514
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt h
(h)  il-logs tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tas-sandbox jinżammu għad-durata tal-parteċipazzjoni fis-sandbox u għal sena (1) wara t-terminazzjoni tagħha, għall-finijiet uniċi ta’ u biss sakemm tkun meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ responsabbiltà u ta’ dokumentazzjoni skont dan l-Artikolu jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tal-applikazzjoni;
(h)  il-logs tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tas-sandbox jinżammu għad-durata tal-parteċipazzjoni fis-sandbox;
Emenda 515
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt j
(j)  sommarju qasir tal-proġett tal-AI żviluppat fis-sandbox, tal-objettivi tiegħu u tar-riżultati mistennijin ippubblikata fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti.
(j)  sommarju qasir tas-sistema tal-AI żviluppata fis-sandbox, tal-objettivi tagħha, tal-ipotesijiet u tar-riżultati mistennijin, ippubblikata fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti;
Emenda 516
Proposta għal regolament
Artikolu 54a (ġdid)
Artikolu 54a
Promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp tal-AI b’appoġġ għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali
1.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-AI li jappoġġaw eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali, inklużi iżda mhux limitati għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-AI biex tiżdied l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, u jintlaħqu l-miri ta’ sostenibbiltà u ambjentali, billi:
(a)  jipprovdu lill-proġetti rilevanti b’aċċess prijoritarju għas-sandboxes regolatorji tal-AI sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;
(b)  jallokaw finanzjament pubbliku, inkluż minn fondi rilevanti tal-UE, għar-riċerka u l-iżvilupp tal-AI b’appoġġ għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali;
(c)  jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ applikazzjoni għal finanzjament iddedikat, imfassla apposta għall-ħtiġijiet ta’ dawk il-proġetti;
(d)  meta xieraq, jistabbilixxu mezzi ddedikati aċċessibbli, inkluż fi ħdan is-sandboxes, għall-komunikazzjoni ma’ proġetti biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati soċjali biex imexxu jew jipparteċipaw f’tali proġetti;
Emenda 517
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – titolu
Miżuri għall-fornituri u għall-utenti fuq skala żgħira
Miżuri għall-SMEs, għan-negozji ġodda u għall-utenti
Emenda 518
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jipprovdu lill-fornituri fuq skala żgħira u lin-negozji ġodda b’aċċess prijoritarju għas-sandboxes regolatorji tal-AI sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;
(a)  jipprovdu lill-SMEs u lin-negozji ġodda, stabbiliti fl-Unjoni, b’aċċess prijoritarju għas-sandboxes regolatorji tal-AI sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;
Emenda 519
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1– punt b
(b)  jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imfasslin għall-ħtiġijiet tal-fornituri u tal-utenti fuq skala żgħira;
(b)  jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ żvilupp tal-ħiliet diġitali mtejba dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imfasslin għall-ħtiġijiet tal-SMEs, tan-negozji ġodda u tal-utenti;
Emenda 520
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt c
(c)  meta xieraq, jistabbilixxu mezz iddedikat għall-komunikazzjoni ma’ fornituri u ma’ utenti fuq skala żgħira u ma’ innovaturi oħrajn biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(c)  jużaw il-kanali ddedikati eżistenti u meta xieraq, jistabbilixxu kanali ddedikati ġodda għall-komunikazzjoni mal-SMEs, man-negozji ġodda, mal-utenti u ma’ innovaturi oħrajn biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 521
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  irawmu l-parteċipazzjoni tal-SMEs u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni.
Emenda 522
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2
2.  L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 43, u jitnaqqsu dawk it-tariffi b’mod proporzjonat għad-daqs tagħhom u għad-daqs tas-suq.
2.  L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, tan-negozji ġodda u tal-utenti għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 43, u jitnaqqsu dawk it-tariffi b’mod proporzjonat għall-istadju tal-iżvilupp, għad-daqs tagħhom, għad-daqs tas-suq u għad-domanda tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod regolari l-kostijiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ konformità għall-SMEs u għan-negozji ġodda, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet trasparenti mal-SMEs, man-negozji ġodda u mal-utenti u għandha taħdem mal-Istati Membri biex tnaqqas dawn il-kostijiet kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dawn is-sejbiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament previst fl-Artikolu 84(2).
Emenda 523
Proposta għal regolament
Kapitolu 56 – taqsima 1 – titolu
Titolu
TAQSIMA 1 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Uffiċċju Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali
Emenda 524
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – titolu
Twaqqif tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali
Twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali
Emenda 525
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1
1.  Huwa stabbilit “Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali” (il-“Bord”).
1.  B’dan huwa stabbilit “Uffiċċju Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali” (l-“Uffiċċju tal-AI”). L-Uffiċċju tal-AI għandu jkun korp indipendenti tal-Unjoni. Għandu jkollu personalità ġuridika.
Emenda 526
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Bord għandu jipprovdi pariri u assistenza lill-Kummissjoni biex:
2.  L-Uffiċċju tal-AI għandu jkollu segretarjat, u għandu jkun iffinanzjat u mgħammar b’persunal b’mod adegwat għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.
Emenda 527
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Is-sede tal-Uffiċċju tal-AI għandha tkun fi Brussell.
Emenda 528
Proposta għal regolament
Artikolu 56a (ġdid)
Artikolu 56a
Struttura
L-istruttura amministrattiva u tat-tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI għandha tinkludi:
(a)  bord tat-tmexxija, inkluż president
(b)  segretarjat immaniġġjat minn direttur eżekuttiv;
(c)  forum konsultattiv.
Emenda 529
Proposta għal regolament
Artikolu 56b (ġdid)
Artikolu 56b
Kompiti tal-Uffiċċju tal-AI
L-Uffiċċju tal-AI għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
a)  jappoġġa u jagħti pariri lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jikkoopera magħhom;
b)  jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;
c)  jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament,
d)  iservi bħala medjatur f’diskussjonijiet dwar nuqqas ta’ qbil serju li jista’ jinqala’ bejn l-awtoritajiet kompetenti rigward l-applikazzjoni tar-Regolament
e)  jikkoordina investigazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 66a;
f)  jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni effettiva mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;
g)  jiġbor u jikkondividi l-għarfien espert u l-aħjar prattiki u jassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-għarfien espert organizzattiv u tekniku meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi jiffaċilita l-ħolqien u ż-żamma ta’ grupp ta’ esperti tal-Unjoni
h)  jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-bord tat-tmexxija tiegħu jew tal-Kummissjoni, kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew kontributi bil-miktub, inkluż fir-rigward ta’:
(i)  speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards eżistenti; (ii) il-linji gwida tal-Kummissjoni
(iii)  il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-applikazzjoni tagħhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;
(iv)  ir-reviżjoni possibbli tar-Regolament, it-tħejjija tal-atti delegati, u l-allinjamenti possibbli ta’ dan ir-Regolament mal-atti legali elenkati fl-Anness II;
(v)  ix-xejriet, bħall-kompetittività globali Ewropea fl-intelliġenza artifiċjali, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, u t-theddid sistemiku emerġenti relatat mal-intelliġenza artifiċjali
(vi)  gwida dwar kif dan ir-Regolament japplika għat-tipoloġija dejjem tevolvi tal-ktajjen tal-valur tal-AI, b’mod partikolari dwar l-implikazzjonijiet li jirriżultaw f’termini ta’ obbligu ta’ rendikont tal-entitajiet kollha involuti
i)  joħroġ:
(i)  rapport annwali li jinkludi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, rieżami tar-rapporti dwar inċidenti serji kif imsemmi fl-Artikolu 62 u l-funzjonament tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 60 u
(ii)  rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-kategorizzazzjoni ta’ prattiki pprojbiti, sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III, il-kodiċijiet ta’ kondotta msemmija fl-Artikolu 69, u l-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali deskritti fl-Artikolu 4a
j)  jassisti lill-awtoritajiet fl-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ sandboxes regolatorji u jiffaċilita l-kooperazzjoni fost is-sandboxes regolatorji;
k)  jorganizza laqgħat mal-aġenziji u l-korpi ta’ governanza tal-Unjoni li l-kompiti tagħhom huma relatati mal-intelliġenza artifiċjali u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
l)  jorganizza konsultazzjonijiet trimestrali mal-forum konsultattiv, u, meta xieraq, konsultazzjonijiet pubbliċi ma’ partijiet ikkonċernati oħra, u jagħmel ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi fuq is-sit web tiegħu;
m)  jippromwovi s-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-pubbliku dwar il-benefiċċji, ir-riskji, is-salvagwardji u d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-użu ta’ sistemi tal-AI;
n)  jiffaċilita l-iżvilupp ta’ kriterji komuni u fehim kondiviż fost l-operaturi tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti tal-kunċetti rilevanti previsti f’dan ir-Regolament;
o)  jipprovdi monitoraġġ ta’ mudelli bażi u jorganizza djalogu regolari mal-iżviluppaturi ta’ mudelli bażi fir-rigward tal-konformità tagħhom, kif ukoll tas-sistemi tal-AI li jagħmlu użu minn tali mudelli tal-AI
p)  jipprovdi gwida interpretattiva dwar kif l-Att dwar l-AI japplika għat-tipoloġija dejjem tevolvi tal-ktajjen tal-valur tal-AI, u x’se jkunu l-implikazzjonijiet li jirriżultaw f’termini ta’ obbligu ta’ rendikont tal-entitajiet kollha involuti fix-xenarji differenti bbażati fuq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati rilevanti;
q)  jipprovdi sorveljanza u monitoraġġ partikolari u jistituzzjonalizza djalogu regolari mal-fornituri ta’ mudelli bażi dwar il-konformità tal-mudelli bażi kif ukoll tas-sistemi tal-AI li jagħmlu użu minn tali mudelli tal-AI mal-Artikolu 28b ta’ dan ir-Regolament, u dwar l-aħjar prattiki tal-industrija għall-awtogovernanza. Kwalunkwe laqgħa bħal din għandha tkun miftuħa għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, għall-korpi notifikati u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jattendu u jagħtu l-kontribut tagħhom.
r)  joħroġ u jaġġorna perjodikament linji gwida dwar il-limiti li jikkwalifikaw it-taħriġ ta’ mudell bażi bħala sessjoni kbira ta’ taħriġ; jirreġistra u jimmonitorja każijiet magħrufa ta’ sessjonijiet kbar ta’ taħriġ, u joħroġ rapport annwali dwar is-sitwazzjoni attwali fl-iżvilupp, il-proliferazzjoni, u l-użu ta’ mudelli bażi flimkien ma’ għażliet ta’ politika biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet speċifiċi għall-mudelli bażi.
s)  jippromwovi l-litteriżmu fl-AI skont l-Artikolu 4b.
Emenda 530
Proposta għal regolament
Artikolu 56c (ġdid)
Artikolu 56c
Obbligu ta’ rendikont, indipendenza u trasparenza
1.  L-Uffiċċju tal-AI għandu:
a.  ikollu obbligu ta’ rendikont lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
b.  jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti tiegħu jew jeżerċita s-setgħat tiegħu; u
c.  jiżgura livell għoli ta’ trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu u jiżviluppa prattiki amministrattivi tajbin f’dan ir-rigward.
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju tal-AI.
Emenda 531
Proposta għal regolament
Artikolu 57a (ġdid) – TAQSIMA 2 – titolu
Titolu
TAQSIMA 2: Bord tat-Tmexxija
Emenda 532
Proposta għal regolament
Artikolu 57a (ġdid)
Artikolu 57a
Kompożizzjoni tal-bord tat-tmexxija
1.  Il-bord tat-tmexxija għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a)  rappreżentant wieħed tal-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ kull Stat Membru;
(b)  rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni,
(c)  rappreżentant wieħed mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
(d)  rappreżentant wieħed mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
(e)  rappreżentant wieħed mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Kull rappreżentant ta’ awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollu vot wieħed. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EDPS u tal-FRA ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot. Kull membru għandu jkollu membru sostitut. Il-ħatra tal-membri u tal-membri sostituti tal-bord tat-tmexxija għandha tqis il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri. Il-membri tal-bord tat-tmexxija u l-membri sostituti tagħhom għandhom ikunu magħrufa pubblikament.
2.  Il-membri u l-membri sostituti tal-bord tat-tmexxija ma għandux ikollhom pożizzjonijiet konfliġġenti jew interessi kummerċjali fir-rigward ta’ kwalunkwe suġġett relatat mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
3.  Ir-regoli għal-laqgħat u l-votazzjoni tal-bord tat-tmexxija u l-ħatra u t-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu – 57b, il-punt (a).
Emenda 533
Proposta għal regolament
Artikolu 57b (ġdid)
Artikolu 57b
Funzjonijiet tal-bord tat-tmexxija
1.  Il-bord tat-tmexxija għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)  jieħu deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-AI u jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.
(b)  jimplimenta r-regoli ta’ proċedura tiegħu;
(c)  jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Uffiċċju tal-AI kif ukoll ir-rapport pubbliku annwali tiegħu u jittrażmetti kemm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;
(d)  jadotta l-baġit tal-Uffiċċju tal-AI;
(e)  jaħtar id-direttur eżekuttiv u, meta rilevanti, jestendi jew iqassar il-mandat tad-direttur eżekuttiv jew ineħħih mill-kariga;
(f)  jiddeċiedi dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Uffiċċju tal-AI u, fejn meħtieġ, dwar il-modifika ta’ dawk l-istrutturi interni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju tal-AI;
Emenda 534
Proposta għal regolament
Artikolu 57c (ġdid)
Artikolu 57c
President tal-bord tat-tmexxija
1.  Il-bord tat-tmexxija għandu jeleġġi President u żewġ Viċi Presidenti minn fost il-membri votanti tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi.
2.  Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandati tal-President u tal-Viċi President għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu darba.
Emenda 535
Proposta għal regolament
Kapitolu 57 – TAQSIMA 3 – titolu
Struttura tal-Bord
Segretarjat
Emenda 536
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 1
1.  Il-Bord għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li għandhom ikunu rrappreżentati mill-kap jew minn uffiċjal ta’ livell għoli ekwivalenti ta’ dik l-awtorità, u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Awtoritajiet nazzjonali oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat, meta l-kwistjonijiet diskussi jkunu rilevanti għalihom.
1.  L-attivitajiet tas-segretarjat għandhom jitmexxew minn direttur eżekuttiv. Id-direttur eżekuttiv għandu jkollu obbligu ta’ rendikont lejn il-bord tat-tmexxija. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-bord tat-tmexxija u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, id-direttur eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.
Emenda 537
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 2
2.  Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, wara l-kunsens tal-Kummissjoni. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jinkludu wkoll l-aspetti operazzjonali relatati mal-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Bord kif elenkati fl-Artikolu 58. Il-Bord jista’ jistabbilixxi sottogruppi kif xieraq għall-fini tal-eżaminazzjoni ta’ mistoqsijiet speċifiċi.
2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jattendi seduti ta’ smigħ dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-AI u għandu jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tad-direttur eżekuttiv meta jiġi mistieden jagħmel dan mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emenda 538
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tippresjedi fuq il-Bord. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ il-laqgħat u tħejji l-aġenda f’konformità mal-kompiti tal-Bord skont dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ proċedura tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ amministrattiv u analitiku għall-attivitajiet tal-Bord skont dan ir-Regolament.
3.  Id-direttur eżekuttiv għandu jirrappreżenta lill-Uffiċċju tal-AI, inkluż f’fora internazzjonali għall-kooperazzjoni fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali;
Emenda 539
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 4
4.  Il-Bord jista’ jistieden esperti esterni u osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu u jista’ jorganizza skambji ma’ partijiet terzi interessati biex jinforma l-attivitajiet tiegħu sa livell xieraq. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-iskambji bejn il-Bord u korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi oħrajn tal-Unjoni.
4.  Is-segretarjat għandu jipprovdi lill-bord tat-tmexxija u lill-forum konsultattiv bl-appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tal-Uffiċċju tal-AI, inkluż billi:
(a)  jimplimenta d-deċiżjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-bord tat-tmexxija.
(b)  iħejji kull sena l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, l-abbozz tal-baġit, ir-rapport annwali tal-attività dwar l-Uffiċċju tal-AI, l-abbozzi ta’ opinjonijiet u l-abbozzi ta’ pożizzjonijiet tal-Uffiċċju tal-AI, u jissottomettihom lill-bord tat-tmexxija;
(c)  jikkoordina ma’ fora internazzjonali għall-kooperazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali;
Emenda 540
Proposta għal regolament
Kapitolu 58 – TAQSIMA 4 – titolu
Kompiti tal-Bord
Forum Konsultattiv
Emenda 541
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Meta jipprovdi pariri u assistenza lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Artikolu 56(2), il-Bord għandu b’mod partikolari:
Il-forum konsultattiv għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-AI bl-input tal-partijiet ikkonċernati fi kwistjonijiet relatati ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 56b, il-punt (l).
Emenda 542
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 2 (ġdid)
Is-sħubija tal-forum konsultattiv għandha tirrappreżenta għażla bbilanċjata ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-industrija, in-negozji ġodda, l-SMEs, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-akkademja. Is-sħubija fil-forum konsultattiv għandha tkun ibbilanċjata fir-rigward tal-interessi kummerċjali u mhux kummerċjali u, fil-kategorija tal-interessi kummerċjali, fir-rigward tal-SMEs u impriżi oħra.
Emenda 543
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 3 (ġdid)
Il-bord tat-tmexxija għandu jaħtar il-membri tal-forum konsultattiv f’konformità mal-proċedura tal-għażla stabbilita fir-regoli ta’ proċedura tal-Uffiċċju tal-AI u filwaqt li jqis il-ħtieġa ta’ trasparenza u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2;
Emenda 544
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 4 (ġdid)
Il-mandat tal-membri tal-forum konsultattiv għandu jkun ta’ sentejn, li jista’ jiġi estiż sa mhux aktar minn erba’ snin.
Emenda 545
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 5 (ġdid)
Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għandhom ikunu membri permanenti tal-Forum Konsultattiv. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jkun membru permanenti, mingħajr drittijiet tal-vot.
Emenda 546
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 6 (ġdid)
Il-forum konsultattiv għandu jfassal ir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Huwa għandu jeleġġi żewġ Kopresidenti minn fost il-membri tiegħu, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Il-mandat tal-Kopresidenti għandu jkun għal sentejn, li jista’ jiġġedded darba.
Emenda 547
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 7 (ġdid)
Il-forum konsultattiv għandu jagħmel laqgħat tal-inqas erba’ darbiet fis-sena. Il-forum konsultattiv jista’ jistieden esperti u partijiet ikkonċernati oħra għal-laqgħat tiegħu. Id-direttur eżekuttiv jista’ jattendi, ex officio, il-laqgħat tal-forum konsultattiv.
Emenda 548
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 8 (ġdid)
Fit-twettiq tar-rwol tiegħu kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-forum konsultattiv jista’ jħejji opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u kontributi bil-miktub.
Emenda 549
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 9 (ġdid)
Il-forum konsultattiv jista’ jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji kif xieraq bl-iskop li jeżamina kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 550
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 10 (ġdid)
Il-forum konsultattiv għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 551
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – TAQSIMA 5 – titolu
L-awtoritajiet Ewropej tal-valutazzjoni komparattiva
Emenda 552
Proposta għal regolament
Artikolu 58a (ġdid)
Artikolu 58a
Valutazzjoni komparattiva
L-awtoritajiet Ewropej tal-valutazzjoni komprensiva msemmija fl-Artikolu 15(1a) u l-Uffiċċju tal-AI għandhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali, jiżviluppaw b’mod konġunt gwida u kapaċitajiet kosteffettivi biex ikejlu u jivvalutaw b’mod komparattiv aspetti tas-sistemi tal-AI u tal-komponenti tal-AI, u b’mod partikolari ta’ mudelli bażi rilevanti għall-konformità u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati rilevanti.
Emenda 553
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – titolu
Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
Emenda 554
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu stabbiliti jew iddiżinjati minn kull Stat Membru għall-fini li jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu organizzati b’mod li jkunu ssalvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħhom.
1.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità superviżorja nazzjonali waħda, li għandha tkun organizzata b’mod li jkunu ssalvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħha sa ...[tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 555
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità superviżorja nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi bħala awtorità tan-notifika u awtorità tas-sorveljanza tas-suq sakemm Stat Membru ma jkollux raġunijiet organizzazzjonali u amministrattivi biex jiddeżinja aktar minn awtorità waħda.
2.  L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tiżgura l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, relatati ma’ prodotti li għalihom japplikaw l-atti legali elenkati fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti ddiżinjati fl-ambitu ta’ dawk l-atti legali għandhom ikomplu jmexxu l-proċeduri amministrattivi. Madankollu, sakemm każ jinvolvi aspetti koperti esklużivament minn dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu marbuta bil-miżuri relatati ma’ dawk l-aspetti maħruġa mill-awtorità superviżorja nazzjonali ddiżinjata fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi bħala awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
Emenda 556
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deżinjazzjoni jew bid-deżinjazzjonijiet tagħhom u, meta applikabbli, bir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ aktar minn awtorità waħda.
3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u jikkomunikaw lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Kummissjoni l-awtorità superviżorja nazzjonali u informazzjoni dwar kif din tista’ tiġi kkuntattjata, sa... [tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għal dan ir-Regolament u għandha tkun tista’ tiġi kkuntattjata permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika.
Emenda 557
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġu pprovduti b’riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom numru suffiċjenti ta’ persunal disponibbli b’mod permanenti li l-kompetenzi u l-għarfien espert tiegħu għandhom jinkludu fehim fil-fond tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali, tad-data u tal-computing tad-data, tad-drittijiet fundamentali, tar-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza u għarfien tal-istandards u tar-rekwiżiti legali eżistenti.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja nazzjonali tiġi pprovduta b’riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati, u bl-infrastruttura biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal disponibbli b’mod permanenti li l-kompetenzi u l-għarfien espert tiegħu għandu jinkludi fehim fil-fond tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali, tad-data u tal-computing tad-data, tal-protezzjoni ta’ data personali, taċ-ċibersigurtà, tal-liġi tal-kompetizzjoni, tad-drittijiet fundamentali, tar-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza u għarfien tal-istandards u tar-rekwiżiti legali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk meħtieġ, jaġġornaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza u riżorsi msemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi annwali.
Emenda 558
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4a (ġdid)
4 a.  Kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha teżerċita s-setgħat tagħha u twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju. Il-membri ta’ kull awtorità superviżorja nazzjonali għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe korp ieħor u għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom.
Emenda 559
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4b (ġdid)
4 b.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà stabbiliti għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika identifikati bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali skont id-Direttiva (UE) 2022/2555.
Emenda 560
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 4c (ġdid)
4 c.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 70.
Emenda 561
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Bord għad-diskussjoni u għar-rakkomandazzjonijiet possibbli.
5.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtorità superviżorja nazzjonali b’valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju tal-AI għad-diskussjoni u għar-rakkomandazzjonijiet possibbli.
Emenda 562
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
imħassar
Emenda 563
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 7
7.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż lill-fornituri fuq skala żgħira. Kull meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu gwida u pariri fir-rigward ta’ sistema tal-AI f’oqsma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu kkonsultati, kif xieraq. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll punt ta’ kuntatt ċentrali wieħed għall-komunikazzjoni mal-operaturi.
7.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż lill-SMEs u lin-negozji ġodda, filwaqt li jqisu l-gwida u l-pariri tal-Uffiċċju tal-AI jew tal-Kummissjoni. Kull meta l-awtorità superviżorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tipprovdi gwida u pariri fir-rigward ta’ sistema tal-AI f’oqsma koperti minn liġi oħra tal-Unjoni, il-gwida għandha tiġi abbozzata f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-liġi tal-Unjoni, kif xieraq.
Emenda 564
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 8
8.  Meta l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tagħhom.
8.  Meta l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni u għall-koordinazzjoni tagħhom.
Emenda 565
Proposta għal regolament
Artikolu 59a (ġdid)
Artikolu 59a
Il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f’każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar
1.  Kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha twettaq il-kompiti u s-setgħat mogħtija lilha f’konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess.
2.  F’każ li jinvolvi żewġ awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew aktar, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn sar il-ksur għandha titqies bħala l-awtorità superviżorja nazzjonali ewlenija.
3.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha fi żmien xieraq. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw sabiex jilħqu kunsens.
Emenda 566
Proposta għal regolament
Titolu VII
VII BAŻI TAD-DATA TAL-UE GĦAS-SISTEMI AWTONOMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR
BAŻI TAD-DATA TAL-UE GĦAS-SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR
Emenda 567
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – titolu
Bażi tad-data tal-UE għas-sistemi awtonomi tal-AI b’riskju kbir
Bażi tad-data tal-UE għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir
Emenda 568
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1
1.  F’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data tal-UE li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 dwar is-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Artikolu 6(2) li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51.
1.  F’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data pubblika tal-UE li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 2a dwar is-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Artikolu 6(2) li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51.
Emenda 569
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 2
2.  Id-data elenkata fl-Anness VIII għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornituri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdilhom appoġġ tekniku u loġistiku.
2.  Id-data elenkata fl-Anness VIII, Taqsima A, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornituri.
Emenda 570
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  Id-data elenkata fl-Anness VIII, Taqsima B, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-amministraturi li huma jew li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet pubbliċi jew l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni u mill-amministraturi li huma impriżi msemmija fl-Artikolu 51(1a) u (1b).
Emenda 571
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 3
3.  L-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-UE għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
3.  L-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-UE għandha tkun disponibbli b’xejn għall-pubbliku, faċli għall-utent u aċċessibbli, faċilment navigabbli u tinqara mill-magni filwaqt li jkun fiha data diġitali strutturata bbażata fuq protokoll standardizzat.
Emenda 572
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 4
4.  Il-bażi tad-data tal-UE għandu jkun fiha data personali biss sa fejn tkun meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sistema u li għandhom l-awtorità legali biex jirrappreżentaw lill-fornitur.
4.  Il-bażi tad-data tal-UE għandu jkun fiha data personali biss sa fejn tkun meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sistema u li għandhom l-awtorità legali biex jirrappreżentaw lill-fornitur jew lill-amministratur li huwa awtorità pubblika jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni jew amministratur li jaġixxi f’isimhom jew amministratur li huwa impriża msemmija fl-Artikolu 51(1a)(b) u fl-Artikolu 51(1b).
Emenda 573
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-bażi tad-data tal-UE. Għandha tiżgura wkoll appoġġ tekniku u amministrattiv adegwat lill-fornituri.
5.  Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-bażi tad-data tal-UE. Għandha tiżgura wkoll appoġġ tekniku u amministrattiv adegwat lill-fornituri u lill-amministraturi.
Il-bażi tad-data għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.
Emenda 574
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 2
2.  Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tiġbor, tiddokumenta u tanalizza b’mod attiv u sistematiku d-data rilevanti pprovduta mill-utenti jew miġbura permezz ta’ sorsi oħrajn dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir matul il-ħajja tagħhom, u tippermetti lill-fornitur jevalwa l-konformità kontinwa tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III.
2.  Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tiġbor, tiddokumenta u tanalizza b’mod attiv u sistematiku d-data rilevanti pprovduta mill-amministraturi jew miġbura permezz ta’ sorsi oħrajn dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir matul il-ħajja tagħhom, u tippermetti lill-fornitur jevalwa l-konformità kontinwa tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III. Meta rilevanti, is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tinkludi analiżi tal-interazzjoni ma’ ambjent ta’ sistemi oħra tal-AI, inkluż apparati u software oħra, filwaqt li jitqiesu r-regoli applikabbli minn oqsma bħall-protezzjoni tad-data, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tal-kompetizzjoni.
Emenda 575
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun ibbażata fuq pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandu jkun parti mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistipula dispożizzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu mudell għall-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u l-lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fil-pjan.
3.  Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun ibbażata fuq pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandu jkun parti mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistipula dispożizzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu mudell għall-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u l-lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fil-pjan sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 576
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – titolu
Rapportar ta’ inċidenti serji u funzjonament ħażin
Rapportar ta’ inċidenti serji
Emenda 577
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir mqiegħda fis-suq tal-Unjoni għandhom jirrapportaw kull inċident serju jew funzjonament ħażin relatati ma’ dawk is-sistemi li jikkostitwixxu ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsubin biex iħarsu d-drittijiet fundamentali, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn ikun seħħ dak l-inċident jew il-ksur.
1.  Il-fornituri u, meta l-amministraturi jkunu identifikaw inċident serju, l-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni għandhom jirrapportaw kull inċident serju jew funzjonament ħażin relatati ma’ dawk is-sistemi li jikkostitwixxu ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsubin biex iħarsu d-drittijiet fundamentali, lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikun seħħ dak l-inċident jew il-ksur.
Emenda 578
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Din in-notifika għandha ssir minnufih wara li l-fornitur ikun stabbilixxa rabta kawżali bejn is-sistema tal-AI u l-inċident jew il-funzjonament ħażin jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ rabta bħal din, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li l-fornituri jsiru jafu bl-inċident serju jew bil-funzjonament ħażin.
Din in-notifika għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara li l-fornitur, jew, meta applikabbli l-amministratur, ikun stabbilixxa rabta kawżali bejn is-sistema tal-AI u l-inċident jew il-funzjonament ħażin jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ rabta bħal din, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-fornitur jew, meta applikabbli, l-amministratur isir jaf bl-inċident serju.
Emenda 579
Proposta għal regolament
Artikolu 62 - paragrafu 1a (ġdid)
1 a.  Malli jistabbilixxu rabta kawżali bejn is-sistema tal-AI u l-inċident serju jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ tali rabta, il-fornituri għandhom jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa skont l-Artikolu 21.
Emenda 580
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 2
2.  Malli tirċievi notifika relatata ma’ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-awtoritajiet jew lill-korpi pubbliċi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 64(3). Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida ddedikata biex tiffaċilita l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik il-gwida għandha tinħareġ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2.  Malli tirċievi notifika relatata ma’ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-awtoritajiet jew lill-korpi pubbliċi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 64(3). Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida ddedikata biex tiffaċilita l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik il-gwida għandha tinħareġ sa [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandha tiġi vvalutata b’mod regolari.
Emenda 581
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tieħu miżuri xierqa fi żmien 7 ijiem mid-data li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-ksur iseħħ jew x’aktarx iseħħ fi Stati Membri oħra, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-Uffiċċju tal-AI u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti ta’ dawn l-Istati Membri.
Emenda 582
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3
3.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmija fil-punt 5(b) tal-Anness III u mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz minn fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, u għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ apparati, jew li huma stess huma apparati, koperti bir-Regolament (UE) 2017/745 u bir-Regolament (UE) 2017/746, in-notifika ta’ inċidenti serji jew ta’ funzjonament ħażin għandha tkun limitata għal dak li jikkostitwixxi ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex tħares id-drittijiet fundamentali.
3.  Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III li huma mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz minn fornituri li huma soġġetti għal strumenti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu obbligi tar-rapportar ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, in-notifika ta’ inċidenti serji li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali skont il-liġi tal-Unjoni għandha tkun trasferita għall-awtorità superviżorja nazzjonali.
Emenda 583
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, fuq bażi annwali, għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar l-inċidenti serji rrappurtati lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Emenda 584
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għas-sistemi tal-AI koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, għall-fini ta’ infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament:
1.  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għas-sistemi tal-AI u l-mudelli bażi koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, għall-fini ta’ infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament:
Emenda 585
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(b a)  l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jaġixxu bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u għandu jkollhom l-istess setgħat u obbligi bħall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 586
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 2
2.  L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi regolari l-eżiti tal-attivitajiet rilevanti ta’ sorveljanza tas-suq. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-kompetizzjoni kwalunkwe informazzjoni identifikata matul l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li tista’ tkun ta’ interess potenzjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni.
2.  L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-AI kull sena l-eżiti tal-attivitajiet rilevanti ta’ sorveljanza tas-suq. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-kompetizzjoni kwalunkwe informazzjoni identifikata matul l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li tista’ tkun ta’ interess potenzjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni.
Emenda 587
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.  Għall-fini li jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu:
(a)  iwettqu spezzjonijiet fuq il-post u remoti mhux imħabbra ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;
(b)  jakkwistaw kampjuni relatati ma’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet remoti, biex is-sistemi tal-AI jkunu soġġetti għal inġinerija inversa u tinkiseb evidenza ħalli jiġi identifikat in-nuqqas ta’ konformità.
Emenda 588
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 5
5.  Għas-sistemi tal-AI elenkati fil-punt 1(a) sa fejn is-sistemi jintużaw għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, fil-punti 6 u 7 tal-Anness III, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jew l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-protezzjoni tad-data skont id-Direttiva (UE) 2016/680, jew ir-Regolament 2016/679 jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jissorveljaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil li jqiegħdu fis-servizz jew li jużaw dawk is-sistemi.
5.  Għas-sistemi tal-AI li jintużaw għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-protezzjoni tad-data skont id-Direttiva (UE) 2016/680.
Emenda 589
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7
7.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iddeżinjati skont dan ir-Regolament u awtoritajiet jew korpi nazzjonali rilevanti oħrajn li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II jew ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tista’ tkun rilevanti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III.
7.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ddeżinjati skont dan ir-Regolament għandhom jikkoordinaw ma’ awtoritajiet jew korpi nazzjonali rilevanti oħrajn li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II jew ta’ liġi oħra tal-Unjoni li tista’ tkun rilevanti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III.
Emenda 590
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1
1.  L-aċċess għad-data u għad-dokumentazzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw aċċess sħiħ għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati mill-fornitur, inkluż b’interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“API”) jew b’mezzi u għodod tekniċi xierqa oħra li jippermettu aċċess remot.
1.  Fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, u fuq talba motivata tagħhom, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tingħata aċċess sħiħ għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati mill-fornitur, jew, fejn rilevanti, mill-amministratur, li huma rilevanti u strettament meħtieġa għall-fini tat-talba tagħha b’mezzi u għodod tekniċi xierqa.
Emenda 591
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2
2.  Meta jkun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, u fuq talba motivata, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw aċċess għall-kodiċi sors tas-sistema tal-AI.
2.  Meta jkun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, wara li l-modi l-oħrajn kollha raġonevoli biex tiġi vverifikata l-konformità, inkluż il-paragrafu 1, ikunu ġew eżawriti u ntwerew li ma humiex suffiċjenti, u fuq talba motivata, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tingħata wkoll aċċess għall-mudelli għat-taħriġ u dawk imħarrġin tas-sistema tal-AI, inklużi l-parametri rilevanti tagħha għall-mudelli. L-informazzjoni kollha miksuba f’konformità mal-Artikolu 70 għandha tiġi ttrattata bħala informazzjoni kunfidenzjali u għandha tkun soġġetta għal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali u għandha titħassar mat-tlestija tal-investigazzjoni li għaliha tkun intalbet l-informazzjoni.
Emenda 592
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ikkonċernat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 593
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 3
3.  L-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali li jissorveljaw jew jinfurzaw ir-rispett tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni u li jipproteġu d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kwalunkwe dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma skont dan ir-Regolament meta l-aċċess għal dik id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompetenzi skont il-mandat tagħhom fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom. L-awtorità jew il-korp pubbliku rilevanti għandu jinforma lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat dwar kwalunkwe talba bħal din.
3.  L-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali li jissorveljaw jew jinfurzaw ir-rispett tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni u li jipproteġu d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kwalunkwe dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma skont dan ir-Regolament meta l-aċċess għal dik id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompetenzi skont il-mandat tagħhom fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom. L-awtorità jew il-korp pubbliku rilevanti għandu jinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar kwalunkwe talba bħal din.
Emenda 594
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4
4.  Sa 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jidentifika l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi msemmijin fil-paragrafu 3 u jagħmel lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-awtorità superviżorja nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn kollha u jżommu l-lista aġġornata.
4.  Sa 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jidentifika l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi msemmijin fil-paragrafu 3 u jagħmel lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-awtorità superviżorja nazzjonali. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw il-lista lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-AI, u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħrajn kollha u jżommu l-lista aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq sit web apposta l-lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha ddeżinjati mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu.
Emenda 595
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 5
5.  Meta d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx biżżejjed biex jiġi aċċertat jekk ikunx seħħ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità jew il-korp pubbliku msemmi fil-paragrafu 3 jista’ jagħmel talba motivata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq biex torganizza l-ittestjar tas-sistema tal-AI b’riskju kbir permezz ta’ mezzi tekniċi. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha torganizza l-ittestjar bl-involviment mill-qrib tal-awtorità jew tal-korp pubbliku rikjedenti fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli wara t-talba.
5.  Meta d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx biżżejjed biex jiġi aċċertat jekk ikunx seħħ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità jew il-korp pubbliku msemmi fil-paragrafu 3 jista’ jagħmel talba motivata lill-awtorità superviżorja nazzjonali, biex torganizza l-ittestjar tas-sistema tal-AI b’riskju kbir permezz ta’ mezzi tekniċi. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha torganizza l-ittestjar bl-involviment mill-qrib tal-awtorità jew tal-korp pubbliku rikjedenti fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli wara t-talba.
Emenda 596
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1
1.  Is-sistemi tal-AI li jippreżentaw riskju għandhom jinftiehmu bħala prodott li jippreżenta riskju ddefinit fil-punt 19 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020 sa fejn ikunu kkonċernati riskji għas-saħħa jew għas-sikurezza jew għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni.
1.  Is-sistemi tal-AI li jippreżentaw riskju għandhom jinftiehmu bħala sistema tal-AI li għandha l-potenzjal li taffettwa b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet fundamentali tal-persuni b’mod ġenerali, inkluż fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent, is-sigurtà pubblika, jew id-demokrazija jew l-istat tad-dritt u interessi pubbliċi oħra, li huma protetti bil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli, sa punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli fir-rigward tal-għan maħsub tagħha jew skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b’mod raġonevoli tal-użu tas-sistema kkonċernata, inkluż it-tul tal-użu u, meta applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tagħha fis-servizz, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tagħha.
Emenda 597
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet suffiċjenti biex tikkunsidra li sistema tal-AI tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha twettaq valutazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti u mal-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta jkunu preżenti riskji għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet jew lill-korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti msemmijin fl-Artikolu 64(3). L-operaturi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi nazzjonali l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 64(3).
2.  Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet suffiċjenti biex tikkunsidra li sistema tal-AI tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha twettaq valutazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti u mal-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta jkunu preżenti riskji għad-drittijiet fundamentali, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma minnufih ukoll u tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti msemmijin fl-Artikolu 64(3). Fejn ikun hemm raġuni suffiċjenti biex jitqies li sistema tal-AI tisfrutta l-vulnerabbiltajiet tat-tfal jew tikser id-drittijiet tagħhom intenzjonalment jew mhux intenzjonalment, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha d-dmir li tinvestiga l-għanijiet tad-disinn, l-inputs tad-data, l-għażla tal-mudell, l-implimentazzjoni u l-eżiti tas-sistema tal-AI. L-operaturi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtorità superviżorja nazzjonali u mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi nazzjonali l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 64(3);
Emenda 598
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Meta, waqt li tkun qed issir dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li s-sistema tal-AI ma tkunx konformi mar-rekwiżiti u mal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, din għandha mingħajr dewmien teżiġi li l-operatur rilevanti jieħu kull azzjoni korrettiva xierqa biex iġib is-sistema tal-AI konformi, ineħħi s-sistema tal-AI mis-suq, jew jiġbor lura fi żmien raġonevoli, b’mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi.
Meta, waqt li tkun qed issir dik l-evalwazzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali jew, meta rilevanti, l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fl-Artikolu 64(3) issib li s-sistema tal-AI ma tkunx konformi mar-rekwiżiti u mal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, din għandha mingħajr dewmien teżiġi li l-operatur rilevanti jieħu kull azzjoni korrettiva xierqa biex iġib is-sistema tal-AI konformi, ineħħi s-sistema tal-AI mis-suq, jew jiġbor lura fi żmien raġonevoli, b’mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol jew kif previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni kif applikabbli
Emenda 599
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu.
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu.
Emenda 600
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 3
3.  Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tqis li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħha, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li hija tkun eżiġiet li jittieħdu mill-operatur.
3.  Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali tqis li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħha, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-AI u lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien żejjed dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li hija tkun eżiġiet li jittieħdu mill-operatur.
Emenda 601
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 5
5.  Meta l-operatur ta’ sistema tal-AI ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tieħu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi li s-sistema tal-AI issir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħha, tneħħiha mis-suq jew tiġborha lura. L-awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
5.  Meta l-operatur ta’ sistema tal-AI ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tieħu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi li s-sistema tal-AI ssir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħha jew titqiegħed fis-servizz, tneħħi s-sistema tal-AI mis-suq jew tiġborha lura. L-awtorità għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-AI u lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawk il-miżuri.
Emenda 602
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI mhux konformi, l-oriġini tas-sistema tal-AI, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
6.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI mhux konformi, l-oriġini tas-sistema tal-AI u l-katina tal-provvista, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur rilevanti. B’mod partikolari, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tindika jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
Emenda 603
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt a
(a)  nuqqas tas-sistema tal-AI li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III;
(a)  nuqqas tas-sistema tal-AI ta’ riskju kbir li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
Emenda 604
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)
(b a)  nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmijin fl-Artikolu 5;
Emenda 605
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt bb (ġdid)
(b b)  nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52.
Emenda 606
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 7
7.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li ma jkunux l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru l tniedi l-proċedura għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ikkonċernata, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
7.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri li ma jkunux l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li tniedi l-proċedura għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI kkonċernata, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
Emenda 607
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 8
8.  Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies iġġustifikata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
8.  Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura proviżorja meħuda minn awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, dik il-miżura għandha titqies iġġustifikata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020. Il-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu għandu jitnaqqas għal tletin jum fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5.
Emenda 608
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 9
9.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħalma huwa l-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.
9.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tas-sistema tal-AI kkonċernata, bħalma huwa l-irtirar tas-sistema tal-AI mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.
Emenda 609
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 9a (ġdid)
9 a.  Kull sena, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar l-użu ta’ prattiki pprojbiti li jkunu seħħew matul dik is-sena u dwar il-miżuri li jittieħdu biex jiġu eliminati jew jittaffew ir-riskji skont dan l-Artikolu.
Emenda 610
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1
1.  Meta, fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5), jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra miżura meħuda minn Stat Membru ieħor, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien mal-operatur jew mal-operaturi rilevanti tal-Istati Membri u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le fi żmien 9 xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5) u tinnotifika t-tali deċiżjoni lill-Istat Membru kkonċernat.
1.  Meta, fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5), jew 30 jum fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet mill-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru kontra miżura meħuda minn awtorità superviżorja nazzjonali oħra, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien mal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti u mal-operatur jew mal-operaturi u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le fi żmien tliet xhur, jew 60 jum fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5, li jibdew min-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5) u tinnotifika t-tali deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħra kollha b’tali deċiżjoni.
Emenda 611
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 2
2.  Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li s-sistema tal-AI mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
2.  Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kollha ddeżinjati skont dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li s-sistema tal-AI mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom mingħajr dewmien, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-AI kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tirtira l-miżura.
Emenda 612
Proposta għal regolament
Artikolu 66a (ġdid)
Artikolu 66a
Investigazzjonijiet konġunti
Meta awtorità superviżorja nazzjonali jkollha raġunijiet biex tissuspetta li l-ksur minn fornitur jew amministratur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir jew ta’ mudell bażi għal dan ir-Regolament jammonta għal ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jew jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa mill-inqas 45 miljun individwu, f’aktar minn Stat Membru wieħed, dik l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Uffiċċju tal-AI u tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikun seħħ tali ksur biex jibdew investigazzjoni konġunta. L-Uffiċċju tal-AI għandu jipprovdi koordinazzjoni ċentrali għall-investigazzjoni konġunta. Is-setgħat ta’ investigazzjoni għandhom jibqgħu fil-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.
Emenda 613
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 1
1.  Meta, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 65, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru ssib li għalkemm sistema tal-AI hi konformi ma’ dan ir-Regolament, din tippreżenta riskju għas-saħħa jew s-sikurezza tal-persuni, għal konformità mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali jew aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, din għandha titlob li l-operatur rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li s-sistema tal-AI ikkonċernata, meta titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju, tneħħi s-sistema tal-AI mis-suq jew tiġborha lura fi żmien raġonevoli, b’mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi.
1.  Meta, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 65, f’kooperazzjoni sħiħa mal-awtorità pubblika nazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 64(3), l-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru ssib li għalkemm sistema tal-AI hi konformi ma’ dan ir-Regolament, din tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, għal konformità mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, jew l-ambjent jew id-demokrazija u l-istat tad-dritt jew aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, din għandha titlob li l-operatur rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li s-sistema tal-AI kkonċernata, meta titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju.
Emenda 614
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 2
2.  Il-fornitur jew operaturi rilevanti oħrajn għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tas-sistemi tal-AI kollha kkonċernati li huma jkunu qiegħdu disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha fl-iskeda ta’ żmien stipulata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1.
2.  Il-fornitur jew operaturi rilevanti oħrajn għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tas-sistemi tal-AI kollha kkonċernati li huma jkunu qiegħdu disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha fl-iskeda ta’ żmien stipulata mill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 615
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  Meta l-fornitur jew operaturi rilevanti oħra jonqsu milli jieħdu azzjoni korrettiva kif imsemmi fil-paragrafu 2 u s-sistema tal-AI tkompli tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tirrikjedi lill-operatur rilevanti jirtira s-sistema tal-AI mis-suq jew jiġborha lura f’perjodu raġonevoli, proporzjonat man-natura tar-riskju.
Emenda 616
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data neċessraja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata, tal-oriġini u tal-katina tal-provvista tas-sistema tal-AI, tan-natura tar-riskju involut u tan-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin.
3.  L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-AI u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data neċessraja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata, tal-oriġini u tal-katina tal-provvista tas-sistema tal-AI, tan-natura tar-riskju involut u tan-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin.
Emenda 617
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura tkunx iġġustifikata jew le, u meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.
4.  Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI, għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u mal-operatur rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, l-Uffiċċju tal-AI għandu jiddeċiedi jekk il-miżura tkunx iġġustifikata jew le, u meta jkun meħtieġ, jipproponi miżuri xierqa.
Emenda 618
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri.
5.  Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI, għandha tikkomunika minnufih id-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u lill-operaturi rilevanti. Hija għandha tinforma wkoll id-deċiżjoni lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħra kollha.
Emenda 619
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 5a (ġdid)
5 a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jidentifikaw u jirrettifikaw, fejn meħtieġ, problemi simili li jinqalgħu f’sistemi tal-AI oħra.
Emenda 620
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru tasal għal xi waħda mis-sejbiet li ġejjin, hija għandha tirrikjedi li l-fornitur rilevanti jtemm in-nuqqas fir-rigward ta’ konformità kkonċernat:
1.  Meta awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru tasal għal xi waħda mis-sejbiet li ġejjin, hija għandha tirrikjedi li l-fornitur rilevanti jtemm in-nuqqas fir-rigward ta’ konformità kkonċernat:
Emenda 621
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-markatura tal-konformità tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 49;
(a)  il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 49;
Emenda 622
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-markatura tal-konformità ma tkunx twaħħlet;
(b)  il-markatura CE ma tkunx twaħħlet;
Emenda 623
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(e a)  id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli;
Emenda 624
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(e b)  ir-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-UE ma tkunx saret;
Emenda 625
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)
(e c)  meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx inħatar.
Emenda 626
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 2
2.  Meta n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jissokta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jiżgura li din tinġabar lura jew titneħħa mis-suq.
2.  Meta n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jissokta, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa u proporzjonati biex tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew tiżgura li din tinġabar lura jew titneħħa mis-suq mingħajr dewmien. L-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tinforma minnufih lill-Uffiċċju tal-AI dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-miżuri meħuda.
Emenda 627
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.  Rimedji
Emenda 628
Proposta għal regolament
Artikolu 68a (ġdid)
Artikolu 68a
Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja nazzjonali
1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem awtorità superviżorja nazzjonali, b’mod partikolari fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha, il-post tax-xogħol tiegħu jew tagħha jew il-post tal-ksur allegat tiegħu jew tagħha, jekk huma jqisu li s-sistema tal-AI relatata miegħu jew magħha tikser dan ir-Regolament.
2.  L-awtorità superviżorja nazzjonali li magħha jkun sar l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment inkluża l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju skont l-Artikolu 78.
Emenda 629
Proposta għal regolament
Artikolu 68b (ġdid)
Artikolu 68b
Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja nazzjonali
1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta’ awtorità superviżorja nazzjonali li tikkonċernaha.
2.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv meta l-awtorità superviżorja nazzjonali li tkun kompetenti skont l-Artikolu 59 ma tittrattax ilment jew ma tinformax lis-suġġett tad-data fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu ta’ lment imressaq skont l-Artikolu 68a.
3.  Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja nazzjonali għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja nazzjonali.
4.  Meta jitressqu proċedimenti kontra deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja nazzjonali li kienet preċeduta minn opinjoni jew deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-awtorità superviżorja għandha tibgħat dik l-opinjoni jew id-deċiżjoni lill-qorti.
Emenda 630
Proposta għal regolament
Artikolu 68c (ġdid)
Artikolu 68c
Dritt għal spjegazzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet individwali
1.  Kwalunkwe persuna affettwata soġġetta għal deċiżjoni meħuda mill-amministratur abbażi tal-output minn sistema tal-AI b’riskju kbir li tipproduċi effetti legali jew b’mod simili u sinifikanti taffettwa lilu jew lilha b’mod li huma jqisu li jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, il-benesseri soċjoekonomiku jew kwalunkwe dritt ieħor tagħhom li jirriżulta mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandu jkollha d-dritt li titlob mingħand l-amministratur spjegazzjoni ċara u sinifikanti skont l-Artikolu 13(1) dwar ir-rwol tas-sistema tal-AI fil-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-parametri ewlenin tad-deċiżjoni meħuda u dwar id-data tal-input relatata.
2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-użu ta’ sistemi tal-AI li għalihom jiġu pprovduti eċċezzjonijiet minn jew restrizzjonijiet għall-obbligu skont il-paragrafu 1 mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali sa fejn tali eċċezzjoni jew restrizzjonijiet jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jkunu miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika.
3.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13, 14, 15, 55 u 22 tar-Regolament 2016/679.
Emenda 631
Proposta għal regolament
Artikolu 68d (ġdid)
Artikolu 68d
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
Fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a, għandu jiżdied il-punt li ġej:
“(67A) Regolament xxxx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (ĠU L ...)]”.
_________________
1a Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).
Emenda 632
Proposta għal regolament
Artikolu 68e (ġdid)
Artikolu 68e
Rapportar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw
Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tapplika għar-rapportar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament u l-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur bħal dan.
Emenda 633
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta maħsuba biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għal sistemi tal-AI għajr sistemi tal-AI b’riskju kbir tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III abbażi ta’ speċifikazzjonijiet u soluzzjonijiet tekniċi li huma mezzi xierqa biex tkun żgurata l-konformità ma’ tali rekwiżiti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistemi.
1.  Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju tal-AI u l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta maħsuba, inkluż meta jitfasslu sabiex juru kif sistemi tal-AI jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4a u għalhekk jistgħu jitqiesu affidabbli, biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għal sistemi tal-AI għajr sistemi tal-AI b’riskju kbir tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III abbażi ta’ speċifikazzjonijiet u soluzzjonijiet tekniċi li huma mezzi xierqa biex tkun żgurata l-konformità ma’ tali rekwiżiti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistemi.
Emenda 634
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta maħsubin biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għas-sistemi tal-AI ta’ rekwiżiti relatati pereżempju mas-sostenibbiltà ambjentali, mal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà, mal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fit-tfassil u fl-iżvilupp tas-sistemi tal-AI u mad-diversità tat-timijiet tal-iżvilupp abbażi ta’ objettivi ċari u ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex titkejjel il-kisba ta’ dawk l-objettivi.
2.  Il-kodiċijiet tal-kondotta maħsubin biex irawmu l-konformità volontarja mal-prinċipji sottostanti għas-sistemi tal-AI affidabbli, għandhom, b’mod partikolari:
(a)   jimmiraw li jiksbu livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI fost il-persunal tagħhom u persuni oħra li jittrattaw it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-AI sabiex josservaw tali prinċipji;
(b)   jivvalutaw sa liema punt is-sistemi tal-AI tagħhom jistgħu jaffettwaw lil persuni vulnerabbli jew lil gruppi ta’ persuni, inklużi t-tfal, l-anzjani, il-migranti u l-persuni b’diżabilità jew jekk jistgħux jiġu stabbiliti miżuri sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà, jew inkella jiġu appoġġati tali persuni jew gruppi ta’ persuni;
(c)   iqisu l-mod li bih l-użu tas-sistemi tal-AI tagħhom jista’ jkollu impatt jew jista’ jżid id-diversità, il-bilanċ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
(d)   iqisu jekk is-sistemi tal-AI tagħhom jistgħux jintużaw b’mod li, direttament jew indirettament, jista’ jsaħħaħ b’mod residwu jew sinifikanti l-preġudizzji jew l-inugwaljanzi eżistenti;
(e)   jirriflettu dwar il-ħtieġa u r-rilevanza li jkunu stabbiliti timijiet ta’ żvilupp diversi bil-ħsieb li jiġi żgurat disinn inklużiv tas-sistemi tagħhom;
(f)   iqisu bir-reqqa jekk is-sistemi tagħhom jistax ikollhom impatt negattiv fuq is-soċjetà, b’mod partikolari fir-rigward tal-istituzzjonijiet politiċi u l-proċessi demokratiċi;
(g)   jevalwaw kif is-sistemi tal-AI jistgħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali u b’mod partikolari għall-impenji tal-Unjoni skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali.
Emenda 635
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 3
3.  Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn fornituri individwali ta’ sistemi tal-AI jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment tal-utenti u ta’ kwalunkwe parti kkonċernata u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-AI filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti.
3.  Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn fornituri individwali ta’ sistemi tal-AI jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment tal-utenti u ta’ kwalunkwe parti kkonċernata, inklużi r-riċerkaturi xjentifiċi, u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, b’mod partikolari t-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-AI filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti. Il-fornituri li jadottaw kodiċijiet tal-kondotta jiddeżinjaw mill-inqas persuna fiżika waħda responsabbli għall-monitoraġġ intern.
Emenda 636
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira u tan-negozji ġodda meta jħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta.
4.  Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-AI għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs u tan-negozji ġodda meta jħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta.
Emenda 637
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-korpi notifikati involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet tagħhom b’tali mod li jipproteġu, b’mod partikolari:
1.  Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-korpi notifikati, l-Uffiċċju tal-AI u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet tagħhom b’tali mod li jipproteġu, b’mod partikolari;
Emenda 638
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a
(a)  id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew is-sigrieti kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-kodiċi sors, għajr il-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2016/943 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom.
(a)  id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew is-sigrieti kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/48/KE u 2016/943/KE, inkluż il-kodiċi sors, għajr il-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2016/943 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;
Emenda 639
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(b a)  l-interessi pubbliċi u tas-sigurtà nazzjonali
Emenda 640
Proposta għal regolament
Artikolu 70 - paragrafu 1a (ġdid)
1 a.  L-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1 għandhom jimminimizzaw il-kwantità ta’ data mitluba għall-iżvelar tad-data li hija strettament meħtieġa għar-riskju perċepit u għall-valutazzjoni ta’ dak ir-riskju. Huma għandhom iħassru d-data hekk kif ma tkunx aktar meħtieġa għall-iskop li tkun intalbet għalih. Huma għandhom ipoġġu fis-seħħ ċibersigurtà, miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati u effettivi biex jipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom;
Emenda 641
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-informazzjoni skambjata fuq bażi kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni m’għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-oriġini u tal-utent meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil, meta tali żvelar ikun jipperikola l-interessi tas-sigurtà pubblika u nazzjonali.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 1a, l-informazzjoni skambjata fuq bażi kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni m’għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-oriġini u tal-amministratur meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil, meta tali żvelar ikun jipperikola s-sigurtà pubblika jew nazzjonali.
Emenda 642
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 3
3.  Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-korpi notifikati fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni u d-disseminazzjoni tat-twissijiet, u lanqas l-obbligi tal-persuni kkonċernati li jipprovdu informazzjoni skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri.
3.  Il-paragrafi 1, 1a u 2 m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-korpi notifikati fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni u d-disseminazzjoni tat-twissijiet, u lanqas l-obbligi tal-persuni kkonċernati li jipprovdu informazzjoni skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri;
Emenda 643
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw, meta meħtieġ, informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità li jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.
4.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw, meta strettament meħtieġ u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ ftehimiet internazzjonali u kummerċjali, informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità li jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.
Emenda 644
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – titolu
Penali u multi
Penali
Emenda 645
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1
1.  F’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali, inklużi l-multi amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati kif xieraq u b’mod effettiv. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi. Għandhom iqisu b’mod partikolari l-interessi tal-fornituri fuq skala żgħira u tan-negozji ġodda u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom.
1.  F’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament minn kwalunkwe operatur, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati kif xieraq u b’mod effettiv u allinjati mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni u mill-Uffiċċju tal-AI, skont l-Artikolu 82b. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi. Għandhom iqisu l-interessi tal-SMEs u tan-negozji ġodda u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom;
Emenda 646
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawhom, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Emenda 647
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-ksur li ġej għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 30 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 6 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:
3.  In-nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 40 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 7 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:
Emenda 648
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 3 – punt a
(a)  nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmijin fl-Artikolu 5;
imħassar
Emenda 649
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 3 – punt b
(b)  nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10.
imħassar
Emenda 650
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.  In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u 13 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 4 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
Emenda 651
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 4
4.  In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10, għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 4 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
4.  In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI jew tal-mudell bażi ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5, 10 u 13, għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 10 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 2 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla;
Emenda 652
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 5
5.  Il-forniment ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 10 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 2 % tal-fatturat annwali dinji totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-iżjed.
5.  Il-forniment ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 5 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 1 % tal-fatturat annwali dinji totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-iżjed.
Emenda 653
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6.  Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f’kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin:
6.  Jistgħu jiġu imposti multi minbarra jew minflok miżuri mhux monetarji bħal ordnijiet jew twissijiet. Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f’kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin;
Emenda 654
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt a
(a)  in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu;
(a)  in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-AI, kif ukoll, fejn xieraq, in-numru ta’ persuni affettwati, u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom;
Emenda 655
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt b
(b)  jekk ikunux diġà ġew applikati multi amministrattivi minn awtoritajiet oħrajn tas-sorveljanza tas-suq fuq l-istess operatur għall-istess ksur.
(b)  jekk ikunux diġà ġew applikati multi amministrattivi minn awtoritajiet superviżorji nazzjonali oħrajn ta’ Stat Membru wieħed jew aktar fuq l-istess operatur għall-istess ksur;
Emenda 656
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt c
(c)  id-daqs u s-sehem mis-suq tal-operatur li jwettaq il-ksur;
(c)  id-daqs u l-fatturat annwali tal-operatur li jwettaq il-ksur;
Emenda 657
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt ca (ġdid)
(c a)  kwalunkwe azzjoni li tittieħed mill-operatur biex ittaffi l-ħsara tad-dannu li jġarrbu l-persuni affettwati;
Emenda 658
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cb (ġdid)
(c b)  il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;
Emenda 659
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cc (ġdid)
(c c)  il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi rimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur;
Emenda 660
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cd (ġdid)
(c d)  il-grad ta’ responsabbiltà tal-operatur filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnhom;
Emenda 661
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt ce (ġdid)
(c e)  il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari jekk, u jekk il-każ ikun hekk, sa liema punt, l-operatur innotifika l-ksur;
Emenda 662
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cf (ġdid)
(c f)  aderenza ma’ kodiċijiet ta’ kondotta approvati jew mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni approvati;
Emenda 663
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cg (ġdid)
(c g)  kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-operatur;
Emenda 664
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt ch (ġdid)
(c h)  kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
Emenda 665
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 7
7.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar jekk jistgħux jiġu imposti multi amministrattivi fuq l-awtoritajiet u fuq il-korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru u, jekk jistgħu, sa liema punt.
7.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar multi amministrattivi li għandhom jiġu imposti fuq l-awtoritajiet u fuq il-korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru u, jekk jistgħu, sa liema punt;
Emenda 666
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 8a (ġdid)
8 a.  Il-penali msemmija f’dan l-Artikolu kif ukoll il-kostijiet ta’ litigazzjoni assoċjati u t-talbiet ta’ indennifikazzjoni jistgħu ma jkunux is-soġġett ta’ klawżoli kuntrattwali jew forma oħra ta’ ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-piż bejn il-fornituri u d-distributuri, l-importaturi, l-amministraturi jew kwalunkwe parti terza oħra;
Emenda 667
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 8b (ġdid)
8 b.  Fuq bażi annwali, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, għandhom jirrapportaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar il-multi li jkunu ħarġu matul dik is-sena, skont dan l-Artikolu;
Emenda 668
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 8c (ġdid)
8 c.  L-eżerċizzju mill-awtoritajiet kompetenti tas-setgħat tagħhom skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji proċedurali xierqa skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inklużi rimedju ġudizzjarju u proċess dovut.
Emenda 669
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a
(a)  in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu;
(a)  in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu;, filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-AI kkonċernata, kif ukoll in-numru ta’ persuni affettwati u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom, u kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti ieħor;
Emenda 670
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(a a)  kwalunkwe azzjoni meħuda mill-istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-Unjoni biex jittaffa d-dannu mġarrab mill-persuni affettwati;
Emenda 671
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(a b)  il-grad ta’ responsabbiltà tal-istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnhom;
Emenda 672
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1– punt b
(b)  il-kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jiġi rrimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur, inkluża l-konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-miżuri li qabel kienu ordnati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-istituzzjoni jew l-aġenzija jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward tal-istess suġġett;
(b)  il-grad ta’ kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jiġi rrimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur, inkluża l-konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-miżuri li qabel kienu ordnati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-istituzzjoni jew l-aġenzija jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward tal-istess suġġett;
Emenda 673
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(c a)  il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari jekk, u jekk ikun hekk il-każ sa fejn, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni nnotifikawx il-ksur;
Emenda 674
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(c b)  il-baġit annwali tal-korp;
Emenda 675
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-ksur li ġej għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 500 000:
2.  In-nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 1 500 000 000.
Emenda 676
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 2 – punt a
(a)  nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmijin fl-Artikolu 5;
imħassar
Emenda 677
Proposta għal regolament
Artikolu 72 - paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  in-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 1 000 000.
Emenda 678
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 3
3.  In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10, għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 250 000.
3.  In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10, għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 750 000.
Emenda 679
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 6
6.  Il-fondi miġburin bl-impożizzjoni ta’ multi f’dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
6.  Il-fondi miġburin bl-impożizzjoni ta’ multi f’dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-multi ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim effettiv tal-istituzzjoni, tal-korp jew tal-aġenzija tal-Unjoni mmultati.
Emenda 680
Proposta għal regolament
Artikolu 72 - paragrafu 6a (ġdid)
6 a.  Fuq bażi annwali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandu jinnotifika lill-Uffiċċju tal-AI dwar il-multi li jkun impona skont dan l-Artikolu.
Emenda 681
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 11(3), fl-Artikolu 43(5) u (6) u fl-Artikolu 48(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 11(3), fl-Artikolu 43(5) u (6) u fl-Artikolu 48(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 682
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-istituzzjonijiet, l-Uffiċċju, il-Forum Konsultattiv u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Ladarba l-Kummissjoni tiddeċiedi li tabbozza att delegat, għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew b’dan il-fatt. Din in-notifika ma tpoġġix obbligu fuq il-Kummissjoni li tadotta l-att imsemmi.
Emenda 683
Proposta għal regolament
Artikolu 81a (ġdid)
Artikolu 81a
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/1020
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 14(4) jiżdied il-paragrafu li ġej:
“(l). is-setgħa li jiġu implimentati s-setgħat previsti f’dan l-Artikolu b’mod remot, meta applikabbli;”
Emenda 684
Proposta għal regolament
Artikolu 82a (ġdid)
Artikolu 82a
Regolamentazzjoni Aħjar
filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament skont l-Emendi fl-Artikoli 75, 76, 77, 78, 79, 80, 81, u 82, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi u tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tiddetermina l-lakuni potenzjali kif ukoll is-sovrappożizzjonijiet bejn il-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 685
Proposta għal regolament
Artikolu 82b (ġdid)
Artikolu 82b
Linji gwida mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, f’konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-IA, linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar:
(a)  l-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 8 sa 15 u fl-Artikoli 28 sa 28b;
(b)  il-prattiki pprojbiti msemmija fl-Artikolu 5;
(c)  l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ modifika sostanzjali;
(d)  iċ-ċirkostanzi prattiċi meta l-output ta’ sistema tal-AI msemmija fl-Anness III joħloq riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, inklużi eżempji b’rabta mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III;
(e)  l-implimentazzjoni prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 52;
(f)  l-iżvilupp ta’ kodiċijiet tal-kondotta msemmija fl-Artikolu 69;
(g)  ir-relazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ dritt rilevanti ieħor tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-konsistenza fl-infurzar tagħhom.
(h)  l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 12, l-Artikolu 28b dwar l-impatt ambjentali tal-mudelli bażi u l-Anness IV 3(b), b’mod partikolari l-metodi ta’ kejl u ta’ lloggjar biex jippermettu l-kalkoli u r-rappurtar tal-impatt ambjentali tas-sistemi biex jikkonformaw mal-obbligi f’dan ir-Regolament, inkluż l-impronta tal-karbonju u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-ogħla livell u l-ekonomiji ta’ skala.
Meta toħroġ tali linji gwida, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-SMEs inkluż negozji ġodda, l-awtoritajiet pubbliċi lokali u s-setturi li x’aktarx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament.
2.  Fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Uffiċċju tal-AI, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-linji gwida diġà adottati meta jitqies meħtieġ.
Emenda 686
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira stabbiliti bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel [12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)], sakemm is-sostituzzjoni jew l-emenda ta’ dawk l-atti legali ma twassalx għal tibdil sinifikanti fid-disinn jew fl-għan maħsub tas-sistema tal-AI jew tas-sistemi tal-AI ikkonċernati.
1.  L-operaturi tas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira stabbiliti bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom jieħdu l-passi meħtieħa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament sa [erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 687
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jitqiesu, meta applikabbli, fl-evalwazzjoni ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira stabbilita bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li għandha titwettaq kif previst f’dawk l-atti rispettivi.
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira stabbilita bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li għandha titwettaq kif previst f’dawk l-atti rispettivi u kull meta dawk l-atti legali jiġu sostitwiti jew emendati.
Emenda 688
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)], biss jekk, minn dik id-data, dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal tibdiliet sinifikanti fid-disinn jew fl-għan maħsub tagħhom.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)], biss jekk, minn dik id-data, dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal modifiki sostanzjali kif definit fl-Artikolu 3(23). Fil-każ ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi, il-fornituri u l-amministraturi ta’ tali sistemi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 689
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal emenda tal-lista fl-Anness III darba fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
1.  Wara li tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal emenda tal-lista fl-Anness III, inkluża l-estensjoni ta’ intestaturi ta’ oqsma eżistenti jew iż-żieda ta’ intestaturi ta’ oqsma ġodda f’dak l-Anness il-lista ta’ prattiki projbiti tal-AI fl-Artikolu 5, u l-lista ta’ sistemi tal-AI li jirrikjedu miżuri addizzjonali ta’ trasparenza fl-Artikolu 52 darba fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u wara rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju tal-AI.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta s-sejbiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Emenda 690
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2
2.  Sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.
2.  Sa ... [sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni, flimkien mal-Uffiċċju tal-AI, għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.
Emenda 691
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt a
(a)  l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament;
(a)  l-istatus tar-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament;
Emenda 692
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(b a)  l-istat tal-iżvilupp ta’ standards armonizzati u speċifikazzjonijiet komuni għall-Intelliġenza Artifiċjali;
Emenda 693
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)
(b b)  il-livelli ta’ investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-applikazzjoni tas-sistemi tal-AI fl-Unjoni kollha,
Emenda 694
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bc (ġdid)
(b c)  il-kompetittività tas-settur aggregat tal-AI Ewropew meta mqabbel mas-setturi tal-AI f’pajjiżi terzi;
Emenda 695
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bd (ġdid)
(b d)  l-impatt tar-Regolament fir-rigward tal-użu tar-riżorsi u l-enerġija, kif ukoll il-produzzjoni tal-iskart u impatti ambjentali oħrajn;
Emenda 696
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt be (ġdid)
(b e)  l-implimentazzjoni tal-pjan ikkoordinat dwar l-AI, filwaqt li jitqies il-livell differenti ta’ progress fost l-Istati Membri u jiġu identifikati l-ostakli eżistenti għall-innovazzjoni fl-AI;
Emenda 697
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bf (ġdid)
(b f)  l-aġġornament tar-rekwiżiti speċifiċi rigward is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-AI u tal-mudelli bażi, li jibnu fuq ir-rekwiżit ta’ rapportar u ta’ dokumentazzjoni fl-Anness IV u fl-Artikolu 28b;
Emenda 698
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bg (ġdid)
(b g)  ir-reġim legali li jirregola l-mudelli bażi;
Emenda 699
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bh (ġdid)
(b h)  il-lista ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti fl-Artikolu 28a filwaqt li jitqiesu prattiki kummerċjali ġodda jekk ikun meħtieġ;
Emenda 700
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-uffiċċju tal-AI, jekk l-uffiċċju ngħatax biżżejjed setgħat u kompetenzi biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jekk ikunx rilevanti u meħtieġ għall-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa ta’ dan ir-Regolament li jaġġorna l-Uffiċċju u l-kompetenzi tal-infurzar tiegħu u li jżid ir-riżorsi tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport tagħha ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 701
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 4
4.  Fi żmien [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull erba’ snin wara din, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt u l-effettività tal-kodiċijiet tal-kondotta biex trawwem l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u possibbilment ta’ rekwiżiti addizzjonali oħra għas-sistemi tal-AI għajr is-sistemi tal-AI b’riskju kbir.
4.  Fi żmien [sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull sentejn wara din, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt u l-effettività tal-kodiċijiet tal-kondotta biex trawwem l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u possibbilment ta’ rekwiżiti addizzjonali oħra għas-sistemi tal-AI għajr is-sistemi tal-AI b’riskju kbir;
Emenda 702
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 5
5.  Għall-fini tal-paragrafi 1 sa 4, il-Bord, l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar it-talba tagħha.
5.  Għall-fini tal-paragrafi 1 sa 4, l-Uffiċċju tal-AI, l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar it-talba tagħha mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 703
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 6
6.  Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Bord, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta’ korpi jew ta’ sorsi rilevanti oħrajn.
6.  Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Uffiċċju tal-AI, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta’ korpi jew ta’ sorsi rilevanti oħrajn u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. Ir-riżultat ta’ tali konsultazzjoni għandu jkun mehmuż mar-rapport;
Emenda 704
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 7
7.  Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tieħu kont tal-iżviluppi fit-teknoloġija u fid-dawl tal-istat tal-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.
7.  Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tieħu kont tal-iżviluppi fit-teknoloġija, l-effett tas-sistemi tal-AI fuq is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, l-ambjent, l-ugwaljanza, u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u fid-dawl tal-istat tal-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.
Emenda 705
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 7a (ġdid)
7 a.  Biex jiġu ggwidati l-evalwazzjonijiet u r-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għandu jimpenja ruħu li jiżviluppa metodoloġija oġġettiva u parteċipattiva għall-evalwazzjoni tal-livell tar-riskju bbażata fuq il-kriterji deskritti fl-artikoli rilevanti u l-inklużjoni ta’ sistemi ġodda: fil-lista fl-Anness III, inkluża l-estensjoni ta’ intestaturi ta’ oqsma eżistenti jew iż-żieda ta’ intestaturi ta’ oqsma ġodda f’dak l-Anness; il-lista ta’ prattiki projbiti stabbilita fl-Artikolu 5; u l-lista tas-sistemi tal-AI li jirrikjedu miżuri addizzjonali ta’ trasparenza skont l-Artikolu 52.
Emenda 706
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 7b (ġdid)
7 b.  Kwalunkwe emenda għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, jew atti delegati jew ta’ implimentazzjoni rilevanti futuri, li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni settorjali elenkata fl-Anness II Taqsima B, għandha tqis l-ispeċifiċitajiet regolatorji ta’ kull settur, u l-mekkaniżmi u l-awtoritajiet eżistenti ta’ governanza, ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ infurzar stabbiliti fihom.
Emenda 707
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 7c (ġdid)
7 c.  Sa ... [ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament u għandha tirrapportaha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-Regolament. Abbażi tas-sejbiet, dak ir-rapport għandu, meta xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta għal emenda ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-istruttura tal-infurzar u l-ħtieġa ta’ aġenzija tal-Unjoni biex jiġi solvut kwalunkwe nuqqas identifikat.
Emenda 708
Proposta għal regolament
Anness I
TEKNIKI U APPROĊĊI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI Imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt 1
imħassar
(a)  L-approċċi tat-tagħlim awtomatiku, inkluż tagħlim sorveljat, mhux sorveljat u rinforzat, bl-użu ta’ varjetà wiesgħa ta’ metodi, inkluż it-tagħlim profond;
(b)  Approċċi bbażati fuq il-loġika u l-għarfien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-għarfien, l-ipprogrammar induttiv (tal-loġika), il-bażijiet tal-għarfien, l-inferenza u l-magni deduttivi, ir-raġunament (simboliku) u s-sistemi tal-esperti;
(c)  Approċċi statistiċi, stima Bayesjana, metodi ta’ tiftix u ottimizzazzjoni.
Emenda 709
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – parti introduttorja
Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir skont l-Artikolu 6(2) huma sistemi tal-AI elenkati f’xi wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:
Is-sistemi tal-AI msemmija speċifikament fil-punti 1 sa 8a jirrappreżentaw każijiet kritiċi ta’ użu u kull waħda minnhom titqies li hija sistema tal-AI b’riskju kbir skont l-Artikolu 6(2), dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak l-Artikolu:
Emenda 710
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
1.  Identifikazzjoni bijometrika u kategorizzazzjoni ta’ persuni fiżiċi:
1.  Sistemi bijometriċi u bbażati fuq il-bijometrija
Emenda 711
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”;
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika ta’ persuni fiżiċi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 5;
Emenda 712
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
(a a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex isiru inferenzi dwar il-karatteristiċi personali ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ data bijometrika jew ibbażata fuq il-bijometrija, inklużi sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 5;
Il-punt 1 ma għandux jinkludi sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-verifika bijometrika li l-uniku skop tagħhom huwa li jikkonfermaw li persuna fiżika speċifika hija l-persuna li hija tiddikjara li hija.
Emenda 713
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku fit-toroq u l-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin u l-elettriku.
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku fit-toroq, tat-traffiku ferrovjarju u tal-ajru sakemm dawn ma jkunux irregolati f’liġi armonizzata jew settorjali.
Emenda 714
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)
(a a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tal-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin, l-elettriku u l-infrastruttura kritika diġitali;
Emenda 715
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali;
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew jinfluwenzaw materjalment deċiżjonijiet dwar l-ammissjoni jew l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali;
Emenda 716
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex issir valutazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali u biex issir valutazzjoni tal-parteċipanti f’testijiet li s-soltu jkunu meħtieġa għal dħul fl-istituzzjonijiet edukattivi.
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex issir valutazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali u biex issir valutazzjoni tal-parteċipanti f’testijiet li s-soltu jkunu meħtieġa għal dħul f’dawk l-istituzzjonijiet;
Emenda 717
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
(b a)  Sistemi tal-AI li huma maħsuba biex jintużaw għall-fini ta’ valutazzjoni tal-livell xieraq ta’ edukazzjoni għal individwu u li jinfluwenzaw materjalment il-livell ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li l-individwu se jirċievi jew se jkun jista’ jaċċessa;
Emenda 718
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)
(b b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-monitoraġġ u d-detezzjoni ta’ mġiba pprojbita tal-istudenti waqt it-testijiet fil-kuntest ta’/fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;
Emenda 719
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ jew għall-għażla ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari għar-reklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala, għall-iskrinjar jew l-iffiltrar tal-applikazzjonijiet, għall-evalwazzjoni tal-kandidati waqt l-intervisti jew għat-testijiet;
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ jew għall-għażla ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari għat-tqegħid ta’ reklami mmirati għall-impjieg, għall-iskrinjar jew l-iffiltrar tal-applikazzjonijiet, għall-evalwazzjoni tal-kandidati waqt l-intervisti jew għat-testijiet;
Emenda 720
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 4 – punt b
(b)  L-Intelliġenza Artifiċjali maħsuba biex tintuża għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, għall-allokazzjoni tal-kompiti u għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-imġiba ta’ persuni f’dawn ir-relazzjonijiet.
(b)  Is-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali maħsuba biex jintużaw biex jittieħdu deċiżjonijiet jew jinfluwenzawhom materjalment li jaffettwaw l-inizjazzjoni, dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, għall-allokazzjoni tal-kompiti bbażata fuq imġiba individwali jew karatteristiċi personali, jew għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-imġiba ta’ persuni f’dawn ir-relazzjonijiet;
Emenda 721
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isem l-awtoritajiet pubbliċi biex jevalwaw l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika, u biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, jew jitolbu lura dawn il-benefiċċji u s-servizzi;
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom biex jevalwaw l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u u s-servizzi essenzjali, inkluż iżda mhux limitati għall-akkomodazzjoni, l-elettriku, it-tisħin/it-tkessiħ u l-internet, kif ukoll biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, iżidu jew jitolbu lura dawn il-benefiċċji u s-servizzi;
Emenda 722
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, għajr is-sistemi tal-AI imdaħħla fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess;
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, għajr is-sistemi tal-AI użati għall-finijiet tad-detezzjoni tal-frodi finanzjarja;
Emenda 723
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)
(b a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew għall-influwenzar ta’ deċiżjonijiet materjalment dwar l-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi għall-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ħajja;
Emenda 724
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt c
(c)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza, inkluż minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika.
(c)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jevalwaw u jikklassifikaw telefonati ta’ emerġenza minn persuni fiżiċi jew jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza, inkluż mill-pulizija u l-infurzar tal-liġi, minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika, kif ukoll minn sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ pazjenti tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza;
Emenda 725
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex isiru valutazzjonijiet tar-riskju individwali ta’ persuni fiżiċi ħalli jiġi vvalutat ir-riskju ta’ persuna fiżika li twettaq reat, jew reat mill-ġdid, jew ir-riskju għal vittmi potenzjali ta’ reati kriminali;
imħassar
Emenda 726
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt b
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi u għodod simili jew biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika;
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom, jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi u għodod simili, sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;
Emenda 727
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt c
(c)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-detezzjoni ta’ deep-fakes kif imsemmi fl-Artikolu 52(3);
imħassar
Emenda 728
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt d
(d)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-evidenza waqt investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;
(d)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom, jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jevalwaw l-affidabbiltà tal-evidenza waqt investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;
Emenda 729
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt e
(e)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex ibassru l-okkorrenza jew l-okkorrenza mill-ġdid ta’ reat kriminali effettiv jew potenzjali abbażi tat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew għal valutazzjoni ta’ karattri u karatteristiċi tal-personalità jew ta’ imġiba kriminali fil-passat ta’ persuni fiżiċi jew gruppi;
imħassar
Emenda 730
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt e
(f)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 waqt sejbien, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;
(f)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 waqt sejbien, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew, fil-każ tal-aġenziji, l-uffiċċji jew il-korpi tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2018/1725;
Emenda 731
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt g
(g)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, li jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jfittxu settijiet tad-data kbar relatati u mhux relatati kumplessi li jkunu disponibbli f’sorsi differenti tad-data jew b’formati tad-data differenti biex jidentifikaw xejriet mhux magħrufa jew jiskopru relazzjonijiet moħbija fid-data.
(g)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, li jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jfittxu settijiet tad-data kbar relatati u mhux relatati kumplessi li jkunu disponibbli f’sorsi differenti tad-data jew b’formati tad-data differenti biex jidentifikaw xejriet mhux magħrufa jew jiskopru relazzjonijiet moħbija fid-data.
Emenda 732
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi u għodod simili jew biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika;
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom, jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni bħala poligrafi u għodod simili, sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;
Emenda 733
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex jivvalutaw riskju, inkluż riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni irregolari, jew riskju għas-saħħa, maħluq minn persuna fiżika li jkun beħsiebha tidħol jew li tkun daħlet fit-territorju ta’ Stat Membru;
(b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni biex jivvalutaw riskju, inkluż riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni irregolari, jew riskju għas-saħħa, maħluq minn persuna fiżika li jkun beħsiebha tidħol jew li tkun daħlet fit-territorju ta’ Stat Membru;
Emenda 734
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt c
(c)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn ta’ persuni fiżiċi, u għad-detezzjoni ta’ dokumenti mhux awtentiċi b’verifika tal-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom;
(c)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn ta’ persuni fiżiċi, u għad-detezzjoni ta’ dokumenti mhux awtentiċi b’verifika tal-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom;
Emenda 735
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt d
(d)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jassistu lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, viża u permessi ta’ residenza u l-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi li japplikaw għal status.
(d)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni biex jassistu lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżami u l-valutazzjoni tal-veraċità tal-evidenza fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, viża u permessi ta’ residenza u l-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi li japplikaw għal status;
Emenda 736
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt da (ġdid)
(d a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn jew f’isem l-awtoritajiet kompetenti jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri biex jimmonitorjaw, jissorveljaw jew jipproċessaw id-data fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri għall-fini tad-detezzjoni, ir-rikonoxximent jew l-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi;
Emenda 737
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt db (ġdid)
(d b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn jew f’isem l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri għat-tbassir jew il-previżjoni ta’ xejriet relatati mal-moviment migratorju u l-qsim tal-fruntieri;
Emenda 738
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jassistu awtorità ġudizzjarja fir-riċerka u l-interpretazzjoni ta’ fatti u l-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti.
(a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn awtorità ġudizzjarja jew korp amministrattiv jew f’isimhom biex jassistu awtorità ġudizzjarja jew korp amministrattiv fir-riċerka u l-interpretazzjoni ta’ fatti u l-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti jew biex jintużaw b’mod simili f’soluzzjoni alternattiva ta’ tilwim.
Emenda 739
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)
(a a)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jinfluwenzaw l-eżitu ta’ elezzjoni jew referendum jew l-imġiba tal-votazzjoni ta’ persuni fiżiċi fl-eżerċizzju tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet jew fir-referenda. Dan ma jinkludix sistemi tal-AI li l-output tagħhom ma jkunx espost għal persuni fiżiċi, bħal għodod użati għall-organizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-istruttura ta’ kampanji politiċi minn perspettiva amministrattiva u loġistika.
Emenda 740
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 8 – punt ab (ġdid)
(a b)  Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn pjattaformi tal-media soċjali li ġew iddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 33 tar-Regolament UE 2022/2065, fis-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom biex jirrakkomandaw lir-riċevitur tal-kontenut iġġenerat mill-utent tas-servizz disponibbli fuq il-pjattaforma.
Emenda 741
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a)  l-għan maħsub tagħha, il-persuni li jiżviluppaw is-sistema, id-data u l-verżjoni tas-sistema;
(a)  l-għan maħsub tagħha, isem il-fornitur u l-verżjoni tas-sistema li jirriflettu r-rabta tagħha ma’ verżjonijiet preċedenti u, meta applikabbli, aktar reċenti, fis-suċċessjoni tar-reviżjonijiet;
Emenda 742
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
(a a)  in-natura tad-data li x’aktarx jew li hija maħsuba li tiġi pproċessata mis-sistema u, fil-każ ta’ data personali, il-kategoriji ta’ persuni fiżiċi u gruppi li x’aktarx jew li huma maħsuba li jiġu affettwati;
Emenda 743
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
(b)  kif is-sistema tal-AI tinteraġixxi jew tista’ tintuża biex tinteraġixxi ma’ hardware jew software li mhux parti mis-sistema tal-AI nnifisha, meta applikabbli;
(b)  kif is-sistema tal-AI tista’ tinteraġixxi jew tista’ tintuża biex tinteraġixxi ma’ hardware jew software, inklużi sistemi oħra tal-AI li mhumiex parti mis-sistema tal-AI nnifisha, meta applikabbli;
Emenda 744
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt c
(c)  il-verżjonijiet tas-software jew tal-firmware rilevanti u kwalunkwe rekwiżit relatat mal-aġġornament tal-verżjoni;
(c)  il-verżjonijiet tas-software jew tal-firmware rilevanti u, meta applikabbli, informazzjoni għall-amministratur dwar kwalunkwe rekwiżit relatat mal-aġġornament tal-verżjoni;
Emenda 745
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt d
(d)  id-deskrizzjoni tal-forom kollha li fihom is-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz;
(d)  id-deskrizzjoni tal-konfigurazzjonijiet varji u l-varjanti tas-sistema tal-AI li huma maħsuba li jitqiegħdu fis-suq jew li jitqiegħdu fis-servizz;
Emenda 746
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt fa (ġdid)
(f a)  id-deskrizzjoni tal-interfaċċja tal-amministraturi;
Emenda 747
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt g
(g)  l-istruzzjonijiet tal-użu għall-utenti u, meta applikabbli, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni;
(g)  l-istruzzjonijiet tal-użu għall-amministratur skont l-Artikolu 13(2) u (3) kif ukoll 14(4)(e) u, meta applikabbli, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni;
Emenda 748
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt ga (ġdid)
(g a)  deskrizzjoni dettaljata u li tinftiehem faċilment tal-għan jew tal-għanijiet ta’ ottimizzazzjoni ewlenin tas-sistema;
Emenda 749
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt gb (ġdid)
(g b)  deskrizzjoni dettaljata u li tinftiehem faċilment tal-output mistenni u tal-kwalità tal-output mistennija tas-sistema;
Emenda 750
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt gc (ġdid)
(g c)  struzzjonijiet dettaljati u li jinftiehmu faċilment għall-interpretazzjoni tal-output tas-sistema;
Emenda 751
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt gd (ġdid)
(g d)  eżempji ta’ xenarji li fihom ma għandhiex tintuża s-sistema;
Emenda 752
Proposta għal regolament
Anness IV - paragrafu 1 - punt 2 - punt b
(b)  l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tas-sistema, jiġifieri l-loġika ġenerali tas-sistema tal-AI u tal-algoritmi; l-għażliet ewlenin tad-disinn, inkluż ir-raġunijiet u s-suppożizzjonijiet magħmula, anke fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni li fuqhom is-sistema maħsuba li tintuża; l-għażliet ewlenin tal-klassifikazzjoni; dak li s-sistema tfasslet biex tottimizza u r-rilevanza tal-parametri differenti; id-deċiżjonijiet dwar kwalunkwe kompromess possibbli li jkun sar rigward is-soluzzjonijiet tekniċi adottati għal konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2;
(b)  deskrizzjoni tal-arkitettura, l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn, l-algoritmi u l-istrutturi tad-data inkluż dekompożizzjoni tal-komponenti u l-interfaċċi tagħha, kif dawn jirrelataw ma’ xulxin u kif jipprevedu l-ipproċessar jew il-loġika ġenerali tas-sistema tal-AI; l-għażliet ewlenin tad-disinn, inkluż ir-raġunijiet u s-suppożizzjonijiet magħmula, anke fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni li fuqhom is-sistema maħsuba li tintuża; l-għażliet ewlenin tal-klassifikazzjoni; dak li s-sistema tfasslet biex tottimizza u r-rilevanza tal-parametri differenti; id-deċiżjonijiet dwar kwalunkwe kompromess possibbli li jkun sar rigward is-soluzzjonijiet tekniċi adottati għal konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2;
Emenda 753
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
(c)  id-deskrizzjoni tal-arkitettura tas-sistema li tispjega kif il-komponenti tas-software jibnu fuq jew jikkontribwixxu għal xulxin u jintegraw fl-ipproċessar ġenerali; ir-riżorsi komputazzjonali użati għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tas-sistema tal-AI;
(c)  imħassar
Emenda 754
Proposta għal regolament
Anness IV - paragrafu 1 - punt 2 - punt e
(e)  valutazzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż valutazzjoni tal-miżuri tekniċi meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-utenti, f’konformità mal-Artikolu 13(3)(d);
(e)  valutazzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż valutazzjoni tal-miżuri tekniċi meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-amministraturi, f’konformità mal-Artikolu 13(3)(d);
Emenda 755
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt g
(g)  il-proċeduri ta’ validazzjoni u ttestjar użati, inkluż informazzjoni dwar il-validazzjoni u d-data tal-ittestjar użati u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom; il-metriċi użati biex jitkejlu l-eżattezza, ir-robustezza, iċ-ċibersigurtà u l-konformità ma’ rekwiżiti rilevanti oħra stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, kif ukoll impatti potenzjalment diskriminatorji; ir-reġistri tat-testijiet u r-rapporti tat-testijiet kollha datati u ffirmati mill-persuni responsabbli, inkluż rigward il-bidliet predeterminati msemmija fil-punt (f).
(g)  il-proċeduri ta’ validazzjoni u ttestjar użati, inkluż informazzjoni dwar il-validazzjoni u d-data tal-ittestjar użati u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom; l-informazzjoni użata biex jitkejlu l-eżattezza, ir-robustezza u l-konformità ma’ rekwiżiti rilevanti oħra stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, kif ukoll impatti potenzjalment diskriminatorji; ir-reġistri tat-testijiet u r-rapporti tat-testijiet kollha datati u ffirmati mill-persuni responsabbli, inkluż rigward il-bidliet predeterminati msemmija fil-punt (f).
Emenda 756
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt ga (ġdid)
(g a)  il-miżuri taċ-ċibersigurtà stabbiliti.
Emenda 757
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 3
3.  Informazzjoni dettaljata dwar il-monitoraġġ, il-funzjonament u l-kontroll tas-sistema tal-AI, b’mod partikolari rigward: il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tagħha fil-prestazzjoni, inkluż il-gradi tal-eżattezza għal persuni jew gruppi ta’ persuni speċifiċi li għalihom ikun maħsub li tintuża s-sistema, u l-livell ġenerali mistenni ta’ eżattezza rigward l-iskop maħsub tagħha; l-eżiti mhux intenzjonati prevedibbli u s-sorsi tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali u għad-diskriminazzjoni fid-dawl tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI; il-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi mdaħħla fis-seħħ biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-utenti; speċifikazzjonijiet dwar id-data tal-input, kif xieraq;
3.  Informazzjoni dettaljata dwar il-monitoraġġ, il-funzjonament u l-kontroll tas-sistema tal-AI, b’mod partikolari rigward: il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tagħha fil-prestazzjoni, inkluż il-gradi tal-eżattezza għal persuni jew gruppi ta’ persuni speċifiċi li għalihom ikun maħsub li tintuża s-sistema, u l-livell ġenerali mistenni ta’ eżattezza rigward l-iskop maħsub tagħha; l-eżiti mhux intenzjonati prevedibbli u s-sorsi tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali u għad-diskriminazzjoni fid-dawl tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI; il-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi mdaħħla fis-seħħ biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-amministraturi; speċifikazzjonijiet dwar id-data tal-input, kif xieraq;
Emenda 758
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
3 a.  Deskrizzjoni tal-adegwatezza tal-metrika tal-prestazzjoni għas-sistema speċifika tal-AI;
Emenda 759
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
3 b.  Informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tas-sistema tal-AI matul il-fażi tal-iżvilupp u l-konsum tal-enerġija mistenni waqt l-użu, filwaqt li titqies, meta applikabbli, il-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali;
Emenda 760
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 5
5.  Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla li ssir fis-sistema waqt iċ-ċiklu ta’ ħajjitha;
5.  Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla rilevanti li ssir mill-fornituri fis-sistema waqt iċ-ċiklu ta’ ħajjitha ;
Emenda 761
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 6
6.  Lista tal-istandards armonizzati applikati għalkollox jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; meta ma jkunux ġew applikati standards armonizzati bħal dawn, deskrizzjoni dettaljata tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, inkluż lista ta’ standards u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati;
6.  Lista tal-istandards armonizzati applikati għalkollox jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; meta ma jkunux ġew applikati standards armonizzati bħal dawn, deskrizzjoni dettaljata tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, inkluż lista ta’ standards jew speċifikazzjonijiet komuni rilevanti oħra applikati;
Emenda 762
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
4 a.  Meta sistema tal-AI tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali, dikjarazzjoni li dik is-sistema tal-AI tikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u mad-Direttiva (UE) 2016/680.
Emenda 763
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt 7
7.  Il-post u d-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni, l-isem u l-funzjoni tal-persuni firmatarji, u indikazzjoni għal, u f’isem min, dik il-persuna ffirmat, il-firma.
7.  Il-post u d-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni, il-firma, l-isem u l-funzjoni tal-persuni firmatarji, u indikazzjoni għal, u f’isem min, dik il-persuna ffirmat, il-firma.
Emenda 764
Proposta għal regolament
Anness VII – punt 4 – punt 4.5
4.5.  Meta meħtieġ, biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 u fuq talba motivata, il-korp notifikat għandu jingħata wkoll aċċess għall-kodiċi tas-sors tas-sistema tal-AI.
4.5.  Meta meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, wara li l-modi l-oħrajn kollha raġonevoli biex tiġi vverifikata l-konformità jkunu ġew eżawriti u ntwerew li ma humiex suffiċjenti, u fuq talba motivata, il-korp notifikat għandu jingħata wkoll aċċess għall-mudelli għat-taħriġ u dawk imħarrġin tas-sistema tal-AI, inklużi l-parametri rilevanti tagħha. Tali aċċess għandu jkun soġġett għal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali. Huma għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali.
Emenda 765
Proposta għal regolament
Anness VIII – paragrafu 1
L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51.
Taqsima A - L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51(1).
Emenda 766
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt 4a (ġdid)
4 a.  L-isem kummerċjali tal-mudell bażi u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà
Emenda 767
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt 5
5.  Deskrizzjoni tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI;
5.  Deskrizzjoni sempliċi u li tinftiehem
a.   tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI;
b.  il-komponenti u l-funzjonijiet appoġġati permezz tal-AI;
c.  spjegazzjoni bażika tal-loġika tas-sistema tal-AI
Emenda 768
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt 5a (ġdid)
5 a.  meta applikabbli, il-kategoriji u n-natura tad-data li x’aktarx jew hija prevista li tiġi pproċessata mis-sistema tal-AI.
Emenda 769
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt 11
11.  Struzzjonijiet elettroniċi għall-użu; din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jintużaw fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri msemmija fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III.
imħassar
Emenda 770
Proposta għal regolament
ANNESS VIII – TAQSIMA B (ġdida)
TAQSIMA B - L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51(1a)(a) u (1b).
1.  l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-amministratur;
2.  l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tressaq informazzjoni f’isem l-amministratur;
3.  l-isem kummerċjali tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-AI użata;
4.  a) Deskrizzjoni sempliċi u li tinftiehem tal-użu maħsub tas-sistema tal-AI, inkluż l-eżiti speċifiċi mfittxija permezz tal-użu tas-sistema, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u temporali
b.  Meta applikabbli, il-kategoriji u n-natura tad-data li għandha tiġi pproċessata mis-sistema tal-AI;
c.  Arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza umana
d.  Meta rilevanti, il-korpi jew il-persuni fiżiċi responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda jew appoġġati mis-sistema tal-AI;
5.  sommarju tas-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa f’konformità mal-Artikolu 29a
6.  Il-URL tad-dħul tas-sistema tal-AI fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur tagħha
7.  Sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif speċifikat fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament, meta applikabbli.
Emenda 771
Proposta għal regolament
Anness VIII – Taqsima C (ġdid)
Taqsima C - L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tal-mudelli bażi li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 28b(e).
1.  L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur;
2.  Meta l-informazzjoni titressaq minn persuna oħra f’isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik il-persuna;
3.  L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, meta applikabbli;
4.  L-isem kummerċjali u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-mudell bażi
5.  Id-deskrizzjoni tas-sorsi tad-data użati fl-iżvilupp tal-mudell bażi
6.  Id-deskrizzjoni tal-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-mudell bażi, inklużi r-riskji raġonevolment prevedibbli u l-miżuri li ttieħdu biex jittaffew kif ukoll ir-riskji mhux imtaffija li jifdal bi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex ma jistgħux jittaffew
7.  Id-deskrizzjoni tar-riżorsi tat-taħriġ użati mill-mudell bażi inkluża l-potenza komputazzjonali meħtieġa, il-ħin tat-taħriġ, u informazzjoni rilevanti oħra relatata mad-daqs u l-potenza tal-mudell 8. Id-deskrizzjoni tal-prestazzjoni tal-mudell, inkluż dwar parametri referenzjarji pubbliċi jew parametri referenzjarji tal-industrija tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku
8.  Deskrizzjoni tar-riżultati tal-ittestjar intern u estern rilevanti u l-ottimizzazzjoni tal-mudell
9.  L-Istati Membri fejn jinsab il-mudell bażi jew ikun tqiegħed fis-suq, fis-servizz jew magħmul disponibbli fl-Unjoni;
10.  Il-URL għal informazzjoni addizzjonali (fakultattiv).

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu. (A9-0188/2023).


Il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji
PDF 133kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2020)0798 – C9-0400/2020 – 2020/0353(COD))
P9_TA(2023)0237A9-0031/2022

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0798),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0400/2020),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2021(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Jannar 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0031/2022),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE

P9_TC1-COD(2020)0353


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1542.)

(1) ĠU C 220, 9.6.2021, p. 128.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta' Marzu 2022 (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 245).


L-iżgurar tas-sigurtà alimentari u r-reżiljenza fit-tul tal-agrikoltura tal-UE
PDF 236kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza fit-tul tal-agrikoltura tal-UE (2022/2183(INI))
P9_TA(2023)0238A9-0185/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jelenka l-iżgurar tad-disponibbiltà tal-provvisti, l-istabbilizzazzjoni tas-swieq u l-iżgurar li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli bħala objettivi tal-politika agrikola komuni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li fihom huwa rikonoxxut id-dritt għall-ikel bħala parti mid-dritt għal livell ta’ għajxien xieraq,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012, bit-titolu “L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel” (COM(2012)0586),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Pjan ta’ kontinġenza biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari fi żminijiet ta’ kriżi” (COM(2021)0689),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2022 dwar is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel (COM(2022)0133),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar il-ħtieġa ta’ pjan ta’ azzjoni urġenti tal-UE biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE fid-dawl tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar l-indirizzar tas-sigurtà alimentari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE(4), li żżid il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel mal-lista ta’ setturi koperti,

–  wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-istat tas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni fid-dinja, ir-Rapport Globali dwar il-Kriżijiet tal-Ikel u r-rapport dwar in-nutrizzjoni globali, inkluża l-edizzjoni tal-2021, il-Linji Gwida dwar id-Dritt għall-Ikel tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-NU, il-Linji Gwida Volontarji dwar is-Sistemi tal-Ikel u n-Nutrizzjoni tal-Kumitat tal-FAO dwar is-Sigurtà tal-Ikel Dinjija, l-għaxar elementi tal-agroekoloġija bħala linji gwida għat-tranżizzjoni lejn sistema agrikola u tal-ikel sostenibbli (FAO), u l-Qafas għal Azzjoni għas-Sigurtà Alimentari u n-Nutrizzjoni fi Kriżijiet Imtawla tal-2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2015 intitolata “Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-1 ta’ April 2016, bit-titolu “United Nations Decade of Action on Nutrition (2016-2025)” (Għaxar Snin ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nutrizzjoni (2016-2025)), li għandha l-għan li ssaħħaħ l-isforzi biex jintemm il-ġuħ u tinqered il-malnutrizzjoni fid-dinja kollha u li jiġi żgurat aċċess universali għal nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa u sostenibbli għall-bnedmin kollha, huma min huma u jgħixu fejn jgħixu,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija (CFS) għall-governanza responsabbli tal-pussess tal-art, is-sajd u l-foresti fil-kuntest tas-sigurtà alimentari nazzjonali (2012) u l-Prinċipji tas-CFS għal Investiment Responsabbli fis-Sistemi tal-Agrikoltura u tal-Ikel (2015),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) u r-rabta mill-qrib u l-integrazzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-SDG 1 biex jintemm il-faqar fil-forom kollha tiegħu, l-SDG 2 biex jintemm il-ġuħ, jinkisbu sigurtà tal-ikel u nutrizzjoni aħjar u tiġi promossa agrikoltura sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU tat-30 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Seeds, right to life and farmers’ rights” (Żrieragħ, dritt għall-ħajja u drittijiet tal-bdiewa) (A/HRC/49/43) mir-Rapporteur Speċjali dwar id-dritt għall-ikel,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “L-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti” (COM(2022)0590),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp tal-proteini tal-pjanti fl-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Novembru 2018 (COM(2018)0757),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE – Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040(5),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra r-Regola 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0185/2023),

A.  billi fl-24 ta’ Frar 2022 il-Federazzjoni Russa invadiet illegalment lill-Ukrajna, li kellha konsegwenzi diżastrużi, inkluża theddida serja għas-sigurtà globali tal-ikel, bl-aktar pajjiżi vulnerabbli jkunu l-aktar f’riskju; billi l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa tar-Russja aggravat serjament sitwazzjoni diġà diffiċli u ta’ sfida fis-settur agroalimentari, li għadu qed jirkupra mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u qed ibati mill-kriżi klimatika li għaddejja bħalissa u miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti;

B.  billi l-effetti tal-kriżi kkawżata mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna poġġew is-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza tas-sistema globali tal-ikel fiċ-ċentru tal-aġenda politika; billi l-produzzjoni Ewropea tal-ikel trid għalhekk titqies bħala settur strateġiku u tingħata l-istess prijorità daqs is-sigurtà l-enerġija, id-difiża u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali;

C.  billi, skont l-FAO, fil-bidu tal-2022, l-Ukrajna u r-Russja kienu jirrappreżentaw kważi 30 % tal-esportazzjonijiet globali tal-qamħ u tal-qamħirrum, filwaqt li r-Russja kienet l-akbar esportatur ta’ fertilizzanti fid-dinja; billi aktar minn 30 pajjiż, prinċipalment fl-Afrika, fil-Lvant Nofsani u fl-Asja Ċentrali, jiddependu fuq l-Ukrajna u r-Russja għal aktar minn 30 % tal-ħtiġijiet tagħhom ta’ importazzjoni tal-qamħ; billi l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna qed taggrava din l-insigurtà tal-ikel globali u tista’ twassal biex bejn tmien sa 13-il miljun persuna oħra jispiċċaw f’insigurtà tal-ikel, skont is-simulazzjonijiet tal-FAO;

D.  billi l-politika agrikola komuni (PAK) tat kontribut pożittiv għat-tisħiħ tar-rwol tal-PAK tal-agrikoltura Ewropea fis-60 sena li ilha fis-seħħ; billi għandha tkompli tagħmel dan fil-futur b’appoġġ baġitarju li jkun suffiċjenti u estensiv biżżejjed biex jiggarantixxi s-sigurtà u l-provvista tal-ikel fl-Ewropa;

E.  billi l-gwerra kontra l-Ukrajna u ż-żidiet sinifikanti fil-prezzijiet għal inputs bħall-fertilizzanti, l-enerġija u l-għalf li rriżultaw mill-kunflitt, flimkien mal-ispekulazzjoni tal-ikel, qed iwasslu għal distorsjonijiet u tensjonijiet kumulattivi sinifikanti fis-swieq agrikoli, tas-sajd u tal-akkwakultura globali, b’mod partikolari għaċ-ċereali, iż-żejt veġetali u l-bhejjem; billi l-produzzjoni tal-ikel u l-aċċess għall-ikel ma jridux jiġu pperikolati aktar u taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jintużaw bħala arma ġeopolitika, peress li dan ikollu impatt fuq l-ekonomiji madwar id-dinja, speċjalment fuq iċ-ċittadini u dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà;

F.  billi l-ewwel irvellijiet tal-ikel li faqqgħu fil-pajjiżi Għarab fl-2008 urew kemm l-ikel jista’ jintuża b’mod effettiv bħala arma biex jikkawża instabbiltà ġeopolitika;

G.  billi mhux biss il-prezzijiet tal-ikel għall-konsumatur, iżda wkoll l-introjti tal-unitajiet domestiċi, huma fatturi kruċjali tas-sigurtà tal-ikel; billi, meta jiffaċċjaw prezzijiet tal-ikel għoljin bla preċedent, l-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, li jonfqu sehem kbir mill-baġit tagħhom fuq l-ikel, jistgħu jiġu mġiegħla jagħżlu ikel anqas tajjeb għas-saħħa u anqas varjat, u b’hekk isiru partikolarment vulnerabbli għar-riskju ta’ mard li ma jitteħidx marbut ma’ dieti ħżiena;

H.  billi għalkemm il-prezzijiet tal-ikel huma għoljin, mhumiex qed jikkumpensaw l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-bdiewa u l-kooperattivi agrikoli tal-UE; billi l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom kienu qed jiżdiedu b’mod esponenzjali matul is-sena li għaddiet minħabba ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-imballaġġ kif ukoll minħabba d-disponibilità u l-kwistjonijiet tal-prezzijiet tal-fertilizzanti u l-makkinarju;

I.  billi skont il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali, ir-Russja u l-Ukrajna rrappreżentaw 8,6 % tal-produzzjoni globali taċ-ċereali, eskluż ir-ross, u 24 % tal-esportazzjonijiet fis-sena tal-ħsad 2021; billi bħala riżultat tal-gwerra li qed isseħħ mir-Russja kontra l-Ukrajna, l-interruzzjonijiet u l-konġestjonijiet fl-infrastruttura kritika, b’mod partikolari l-faċilitajiet tat-trasport u tal-ħżin għall-prodotti agrikoli, qed jillimitaw il-moviment tal-ikel, tal-għalf u ta’ prodotti agrikoli oħra, b’mod partikolari ċ-ċereali u ż-żrieragħ li minnhom jintgħasar iż-żejt mill-Baħar l-Iswed; billi l-prezzijiet fis-swieq agrikoli globali kienu diġà għolew qabel l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, parzjalment minħabba l-impatti klimatiċi u l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19;

J.  billi l-infrastrutturi tat-trasport u tal-ħżin huma essenzjali biex jiġu żgurati flussi kummerċjali, provvisti u stabbiltà tas-suq effiċjenti u siguri; billi kwalunkwe tfixkil għal dawn jista’ jaffettwa l-livelli tal-prezzijiet tal-konsumatur li qabel kienu raġonevoli; billi s-sigurtà tal-ikel tmur lil hinn mill-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel u għandha impatti fuq diversi oqsma, mhux biss fuq il-produtturi u l-konsumaturi primarji, iżda wkoll fuq l-ekonomija inġenerali, il-kummerċ, l-iżvilupp u l-isforzi umanitarji, u fuq il-koeżjoni soċjali u reġjonali;

K.  billi l-Kummissjoni għandha tuża l-mezzi kollha possibbli biex tiżgura li s-suq uniku Ewropew jiffunzjona tajjeb; billi l-Kummissjoni għandha żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza l-ostakli kollha agroalimentari fis-suq uniku, inkluż l-iżblukkar tal-konġestjonijiet tat-trasport;

L.  billi, skont l-FAO, il-kunċett tas-sigurtà tal-ikel mhuwiex limitat għall-produzzjoni tal-ikel, iżda jinkludi wkoll id-dimensjonijiet tad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-istabbiltà, kif ukoll id-dritt tal-bniedem rikonoxxut fuq livell internazzjonali għall-ikel u aċċess stabbli u affordabbli għal dieti tajbin għas-saħħa u nutrittivi għal kulħadd; billi l-ebda dritt tal-bniedem ma jinkiser daqshekk ta’ spiss;

M.  billi nutrizzjoni tajba għas-saħħa u bbilanċjata tagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies u tippermetti l-iżvilupp ekwu u sostenibbli tas-soċjetà; billi l-konsumaturi qed jagħżlu dejjem aktar għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa u siguri, prodotti sostenibbli, trasparenza fil-katina tal-provvista, traċċabbiltà aħjar tal-proċessi kollha ta’ produzzjoni u distribuzzjoni abbażi tad-dritt tagħhom għal aktar informazzjoni dwar l-oriġini u l-metodi ta’ produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel li jikkunsmaw;

N.  billi l-aċċess għal ikel sigur u tajjeb għas-saħħa għal kulħadd huwa dritt rikonoxxut internazzjonalment; billi huwa essenzjali li s-soċjetà tiffoka fuq id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel għal kulħadd, minħabba l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali tagħhom kif ukoll l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem;

O.  billi d-dritt għall-edukazzjoni huwa dritt fundamentali tal-bniedem; billi l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 2 jimmira li jinqered il-ġuħ sal-2030; billi l-UE għandha tiddefendi d-dritt għal ikel adegwat bħala prijorità tas-sistemi tal-ikel sabiex tinkiseb is-sigurtà tal-ikel u tittejjeb in-nutrizzjoni;

P.  billi, skont ir-Rapport tan-NU mir-Rapporteur Speċjali dwar id-dritt għall-ikel bit-titolu “Seeds, right to life and farmers’ rights” (Żrieragħ, dritt għall-ħajja u drittijiet tal-bdiewa), id-dritt għall-ikel huwa marbut b’mod inerenti mas-sistemi taż-żrieragħ tal-bdiewa u d-dritt indiviżibbli tagħhom li jaħżnu, jużaw, jiskambjaw u jbigħu b’mod liberu ż-żrieragħ maħżuna mill-azjendi agrikoli; billi Tim Ewropa għandu jappoġġa programmi li jqisu l-ħtiġijiet tas-sistemi taż-żrieragħ tal-bdiewa jew tas-sistemi taż-żrieragħ informali u jappoġġa l-banek taż-żrieragħ jew il-libreriji taż-żrieragħ li jippermettu lill-bdiewa u lill-ġardinara jiġbru, jikkonservaw u jikkondividu żrieragħ indiġeni, razez lokali u varjetajiet;

Q.  billi l-kriżi tal-ikel ma tirrispettax fruntieri u l-ebda pajjiż ma jista’ jegħlibha waħdu; billi hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni konġunta u solidarjetà;

R.  billi bħala riżultat tal-kriżi tal-provvista globali, l-FAO tistma li l-prezzijiet internazzjonali tal-ikel u tal-għalf għolew għal livelli mingħajr preċedent minn meta l-FAO bdiet twettaq l-analiżi tal-prezzijiet u ogħla mil-livelli diġà għoljin tagħhom, anke għal prodotti li għalihom l-ebda żieda fil-prezz ma kienet ġustifikata; billi l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel laħqet 17,26 % f’Ottubru 2022; billi ħafna nies fid-dinja jinsabu f’riskju li l-iskarsezza tal-ikel, il-ġuħ u l-ikel ma jibqgħux affordabbli; billi sabiex tiġi identifikata, evitata u eliminata l-ispekulazzjoni tal-ikel li tikkontribwixxi għall-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel, l-operaturi tul il-katina tal-provvista tal-ikel jeħtieġ li jkunu aktar trasparenti dwar is-sehem tagħhom tal-valur miżjud, li jżid it-trasparenza ġenerali tas-suq;

S.  billi l-insigurtà tal-ikel globali mhijiex primarjament ikkawżata minn nuqqasijiet fil-provvista iżda minn kunflitti, distribuzzjoni inugwali tal-ikel, ikel mhux affordabbli u interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista globali; billi ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel taffettwa l-aktar lill-familji b’introjtu baxx, li jonfqu l-akbar proporzjon tal-introjtu tagħhom fuq l-ikel; billi huwa essenzjali li jiġu analizzati l-fatturi li qed jgħollu l-prezzijiet għall-inputs agrikoli u l-effett li dan għandu fuq iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel;

T.  billi wieħed minn kull tliet persuni madwar id-dinja għad m’għandux aċċess għal ikel adegwat u suffiċjenti u għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa; billi 2,3 biljun persuna fid-dinja batew minn insigurtà tal-ikel moderata jew severa fl-2021; billi ħafna minn dawn il-persuni huma impjegati fl-agrikoltura; billi, skont id-WFP, l-insigurtà akuta tal-ikel affettwat rekord ta’ 349 miljun persuna fl-2022;

U.  billi l-ġuħ u l-insigurtà tal-ikel qed jiżdiedu madwar id-dinja u ħafna pajjiżi jinsabu ’l bogħod b’mod sinifikanti milli jilħqu l-mira ta’ ġuħ żero sal-2030; billi li l-malnutrizzjoni tirrappreżenta piż tul il-ħajja għall-individwi u għas-soċjetajiet peress li tipprevjeni lit-tfal milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u għalhekk tillimita l-iżvilupp ekonomiku tal-bniedem u dak nazzjonali;

V.  billi l-Ftehim ta’ Marrakech tal-1994 u b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Agrikoltura kkontribwew għall-ispeċjalizzazzjoni tar-reġjuni agrikoli fil-produzzjoni ta’ għelejjel tal-prodotti bażiċi speċifiċi, u b’hekk ħolqu dipendenzi mill-perkors fis-sistemi ta’ produzzjoni; billi din is-sitwazzjoni mhijiex reżiljenti għall-kriżijiet, peress li tħalli b’mod partikolari lill-pajjiżi importaturi tal-ikel vulnerabbli għal xokkijiet fil-prezzijiet;

W.  billi n-natura u l-bijodiversità jinteraġixxu mal-agrikoltura, l-ikel u n-nutrizzjoni f’għadd ta’ oqsma ewlenin, billi jipprovdu varjetà ta’ pjanti u annimali minn sorsi domestikati u selvaġġi;

X.  billi l-bijodiversità tal-għelejjel hija importanti peress li din tippermetti lill-bdiewa individwali jadattaw l-ippjanar agrikolu tagħhom għall-kundizzjonijiet klimatiċi u jagħmlu s-sistemi tal-ikel naturalment aktar reżiljenti għat-tibdil fil-klima, il-pesti u l-patoġeni; billi, fl-istess ħin, dan l-approċċ ibbażat fuq in-natura jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bijodiversità; billi ġew stabbiliti għadd ta’ proġetti innovattivi minn xi pajjiżi mhux tal-UE, bħall-inizjattiva Afrikana “Great Green Wall”, li tippromwovi proġetti agroekoloġiċi; billi l-appoġġ tal-UE għal sistemi tal-ikel sostenibbli huwa waħda mill-prijoritajiet tal-programmi indikattivi pluriennali adottati ma’ madwar 70 pajjiż sieħeb fl-ambitu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – l-istrument Ewropa Globali għall-perjodu 2021–2027;

Y.  billi d-disponibbiltà tal-ikel tvarja minħabba x-xokkijiet ekonomiċi, il-klima, l-istaġuni u l-interuzzjonijiet; billi l-UE trid tinvesti fir-reżiljenza tas-settur agroalimentari u tikseb tranżizzjoni lejn agrikoltura aktar sostenibbli, li se ssaħħaħ is-sigurtà tal-ikel fit-tul u tista’ tipprovdi sorsi alternattivi ta’ introjtu għall-bdiewa; billi huma meħtieġa sforzi biex jiġi miġġieled it-tisħin globali biex jiġi żgurat li l-agrikoltura tkun reżiljenti u sostenibbli fit-tul;

Z.  billi 63 % tal-persuni b’introjtu baxx madwar id-dinja huma impjegati fl-agrikoltura u l-maġġoranza l-kbira tagħhom jaħdmu f’azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju li s-sostenibbiltà ekonomika tagħhom bħalissa hija mhedda;

AA.  billi skont il-valutazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-kompetizzjoni għall-użu tal-art agrikola u l-foresti qed tiżdied bl-istess pass bħat-tkabbir fil-popolazzjoni tal-bniedem tad-dinja, li hija stmata li se tiżdied minn 8 biljun illum għal 9,5 biljun sal-2050;

AB.  billi s-sigurtà tal-ikel attwali u dik futura fl-Unjoni Ewropea hija marbuta direttament mal-għanijiet tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-Istrateġija għall-Bijodiversità; billi l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt iddeskriviet diversi inizjattivi importanti, inkluż pjan ta’ kontinġenza tal-UE biex jiġu żgurati l-provvista u s-sigurtà tal-ikel fi żminijiet ta’ kriżi;

AC.  billi l-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku jistgħu jagħmlu s-sistema tal-ikel tal-UE aktar ġusta, aktar b’saħħitha u aktar favur l-ambjent, peress li s-sigurtà tal-ikel tal-UE u dik globali jiddependu fuq sistemi tal-ikel reżiljenti u sostenibbli fuq terminu qasir u twil; billi l-effett kumulattiv tal-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni relatata mal-Patt Ekoloġiku jrid ikun li tiġi ppreservata l-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel tal-UE, jinvolvi tranżizzjoni bla xkiel kemm fir-rigward taż-żmien kif ukoll tar-rekwiżiti u ma jridx iżid id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, li kollha kemm huma jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-ikel fl-UE; billi huwa vitali li jiġi allokat finanzjament pubbliku suffiċjenti għas-setturi tal-għelejjel u tal-bhejjem sabiex jiġu protetti kontra effetti negattivi u jiġi evitat tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel tal-UE;

AD.  billi l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku għandha tiżgura tranżizzjoni ġusta li tiggarantixxi protezzjoni adegwata għall-bdiewa, speċjalment il-bdiewa f’azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju, u ammonti suffiċjenti ta’ prodotti agrikoli siguri u affordabbli għall-konsumaturi, f’konformità mal-għanijiet fit-tul tal-UE dwar ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà; billi għajxien sostenibbli għall-produtturi primarji, li l-introjtu tagħhom għadu lura, huwa ċentrali għall-ġestjoni sostenibbli tal-kriżijiet attwali fis-swieq agrikoli u għall-kisba dejjiema tal-miri tal-Patt Ekoloġiku;

AE.  billi kważi 34 % tal-bdiewa Ewropej kellhom 65 sena jew aktar fl-2016; billi l-fatt li ħafna bdiewa se jirtiraw fil-futur qarib huwa kwistjoni ta’ tħassib kbir f’għadd ta’ Stati Membri; billi t-tiġdid ġenerazzjonali huwa waħda mill-akbar sfidi għall-eżistenza kontinwa ta’ settur agrikolu u ta’ sistemi tal-ikel reżiljenti fl-UE; billi, filwaqt li huma prijorità tal-UE, l-isforzi li saru permezz tal-PAK s’issa ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni għall-aħjar u għalhekk se jkun meħtieġ sett usa’ ta’ għodod ta’ politika;

AF.  billi l-bdiewa żgħażagħ b’mod partikolari huma innovattivi, speċjalment fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda; billi, jekk jiġu mħallsa, motivati u mogħtija s-setgħa kif xieraq, huma lesti li jagħmlu investimenti li jistgħu jżidu s-sostenibbiltà agrikola, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kompetittività; billi l-konnettività ma’ networks tal-broadband b’kapaċità għolja hija kruċjali għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, iż-żieda fil-produttività u t-titjib tal-effiċjenza; billi huma meħtieġa inċentivi biex jiġi promoss it-taħriġ fl-IT għall-bdiewa;

AG.  billi ż-żieda qawwija u sinifikanti fil-prezzijiet globali tal-fertilizzanti u tal-enerġija flimkien maż-żieda qawwija fi spejjeż oħra tal-input qed joħolqu diffikultajiet għall-bdiewa u jheddu l-produzzjoni futura tal-għelejjel u b’hekk is-sigurtà tal-ikel u l-affordabbiltà; billi f’Settembru 2022 il-prezzijiet tal-fertilizzanti nitroġenużi żdiedu b’149 % meta mqabbla mal-prezzijiet fis-suq tal-fertilizzanti tal-UE fis-sena ta’ qabel; billi fid-dawl tal-kriżi attwali tal-input u tal-enerġija, il-Kummissjoni trid tagħti attenzjoni mill-qrib lis-sitwazzjoni ekonomika tal-bdiewa Ewropej;

AH.  billi l-isfidi ġeopolitiċi attwali juru li s-sigurtà tal-ikel mhijiex kisba permanenti, li l-produzzjoni Ewropea tal-ikel għandha titqies bħala settur strateġiku u għandha tiġi ppreservata u msaħħa f’dan ir-rigward; billi l-funzjonament kif suppost tas-suq uniku Ewropew huwa prekondizzjoni biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel; billi l-ostakli tariffarji u mhux tariffarji kollha fis-settur agroalimentari għandhom jiġu rieżaminati; billi żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, vibranti, reżiljenti u prosperi huma kruċjali għas-sigurtà u l-awtonomija tal-ikel tal-Ewropa u għall-prosperità tal-Unjoni Ewropea;

AI.  billi l-agrikoltura hija ta’ importanza kbira għall-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li spiss jiffaċċjaw sitwazzjoni partikolarment fraġli tas-sigurtà tal-ikel; billi minħabba n-natura tas-sigurtà tal-ikel, l-ispejjeż ta’ reazzjoni wara li jseħħ il-fatt huma ogħla minn dawk ta’ intervent aktar kmieni;

AJ.  billi jekk l-UE trid tevita d-destabbilizzazzjoni, il-faqar tal-ikel, il-karestija, l-inkwiet soċjali u politiku f’pajjiżi oħra, l-Unjoni trid tiżviluppa viżjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni fl-UE u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fil-livell internazzjonali;

AK.  billi huwa stmat li 20 % tal-ikel kollu prodott jintilef jew jinħela; billi aktar minn 36 miljun persuna mhumiex f’pożizzjoni finanzjarja biex jieklu ikla ta’ kwalità kull jumejn; billi l-popolazzjoni l-aktar fil-bżonn qed tiżdied b’riżultat tal-kriżi ekonomika attwali;

AL.  billi l-kumpaniji tal-ikel involuti fil-loġistika u d-distribuzzjoni bl-ingrossa, il-produzzjoni industrijali fuq skala kbira u l-ipproċessar ġew identifikati bħala entitajiet kruċjali li r-reżiljenza tagħhom jeħtieġ li tissaħħaħ peress li jipprovdu servizzi essenzjali; billi s-swieq bl-ingrossa huma entitajiet ta’ interess pubbliku li jipprovdu lil żoni reġjonali u interreġjonali vasti b’servizz li huwa essenzjali għall-provvista u d-distribuzzjoni lill-konsumatur finali ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd friski u li jitħassru u li jiggarantixxu l-kwalità u l-konformità tagħhom mal-istandards tas-saħħa; billi, barra minn hekk, is-swieq bl-ingrossa diġà wrew ir-reżiljenza tagħhom u r-rwol vitali li għandhom billi jiżguraw il-kontinwità tal-provvista u d-distribuzzjoni tal-ikel matul il-pandemija tal-COVID-19;

AM.  billi 11,9 % biss tal-maniġers kollha tal-azjendi agrikoli fl-UE fl-2020 kellhom anqas minn 40 sena, filwaqt li 33,2 % tal-maniġers tal-azjendi agrikoli tal-UE kellhom 65 sena u aktar; billi l-età medja tal-bdiewa Ewropej żdiedet għal 57 sena; billi fl-2020 kien hemm 5,3 miljun azjenda agrikola anqas fl-UE milli fl-2005, tnaqqis ta’ 37 %; billi l-għadd ta’ maniġers tal-azjendi agrikoli naqas b’ 11,2 % bejn l-2016 u l-2020; billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE rreġistraw tnaqqis ġenerali fl-għadd ta’ maniġers tal-azjendi agrikoli;

AN.  billi n-nisa għandhom rwol vitali fiż-żoni rurali; billi, bl-għan li jiġi miġġieled it-tnaqqis previst ta’ dawn iż-żoni fl-UE, huwa vitali li n-nisa jingħataw rikonoxximent u viżibbiltà għall-ħidma tagħhom fl-azjendi agrikoli u s-sjieda konġunta tagħhom; billi azzjonijiet u miżuri huma meħtieġa biex titnaqqas ukoll id-differenza bejn il-ġeneri fis-settur agroalimentari, u huwa imperattiv li n-nisa jiġu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha meta jiġu żviluppati pjanijiet u politiki;

Sfidi għas-Sigurtà tal-Ikel Ewropea

1.  Jenfasizza r-reżiljenza tas-settur agroalimentari matul il-kriżijiet riċenti, il-kapaċità tiegħu li jżomm il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista tal-ikel u jiżgura s-sigurtà tal-ikel f’ċirkostanzi diffiċli ħafna; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 u l-invażjoni illegali Russa tal-Ukrajna, madankollu, kixfu problemi strutturali fis-settur agrikolu Ewropew u joħolqu riskji sinifikanti għas-swieq agrikoli tal-Istati Membri, speċjalment dawk li huma ġeografikament l-eqreb għall-gwerra; jistieden, għalhekk lill-Kunsill biex fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali, jikkunsidra li jħaffef il-proċess ta’ tnaqqis tal-appoġġ tal-PAK lejn il-medja tal-UE sabiex jagħti s-setgħa lill-bdiewa fl-Istati Membri fejn dan il-proċess għadu ma tlestiex biex ilaħħqu mal-isfidi attwali; jisħaq li hija meħtieġa azzjoni immedjata mill-Unjoni Ewropea biex tipproteġi s-sigurtà tal-ikel minn theddid bħat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità; jissottolinja li kemm l-iżgurar tal-ekosistemi funzjonali kif ukoll il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima huma essenzjali għad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel, kif ukoll għall-għajxien rurali;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ is-sigurtà tal-ikel, l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza tas-settur tal-biedja tagħha u l-katina tal-provvista kollha tagħha billi tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet minn barra l-UE u billi tiddiversifika l-provvista ta’ importazzjonijiet kritiċi tal-produzzjoni bħall-fertilizzanti, l-għalf u l-materja prima; jenfasizza li l-ktajjen tal-provvista ma jridux isiru għodda ġeopolitika biex jiddestabbilizzaw u jipperikolaw is-sigurtà tal-ikel fil-livell globali, speċjalment fil-pajjiżi l-aktar żvantaġġati u vulnerabbli; jisħaq li l-ktajjen tal-provvista qosra u reġjonali għandhom jittejbu b’mod sostenibbli;

3.  Jilqa’ l-adozzjoni, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, ta’ miżuri temporanji li jappoġġaw lill-bdiewa tal-UE, li għandhom jinżammu jekk l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tkompli; jisħaq li dawn il-miżuri se jippermettu lill-bdiewa jżidu b’mod sostenibbli l-produzzjoni agrikola tal-UE u jiggarantixxu s-sopravivenza tal-azjendi agrikoli matul l-istaġun tal-ħsad 2022-2023, li se jikkontribwixxi għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien pjan strateġiku olistiku li jiżgura s-sigurtà tal-ikel għall-UE, li jista’ jinkludi l-użu ta’ stokkijiet strateġiċi tal-ikel; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-istabbiltà fid-dawl ta’ rendimenti imprevedibbli minħabba t-tibdil fil-klima u fatturi oħra, li jistgħu jiġu aggravati permezz tal-ispekulazzjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika s-setturi l-aktar milquta mill-kriżi u tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tippermetti li jingħatalhom appoġġ urġenti u aktar sostanzjali;

5.  Jisħaq li d-dipendenza fuq l-ikel taggrava d-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b’hekk tipperikola l-kisbiet li saru fis-sigurtà tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevalwaw il-mezzi kollha disponibbli biex tiġi evitata kwalunkwe inadempjenza fil-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiżi importaturi tal-ikel, inkluż is-serħan mid-dejn taħt l-awspiċi ta’ inizjattivi internazzjonali, finanzjament dirett u ristrutturar tad-dejn tagħhom; itenni l-importanza ta’ finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet, speċjalment għall-pajjiżi l-anqas żviluppati;

6.  Jilqa’ l-Qafas Temporanju għall-Kriżijiet il-ġdid biex jgħin lill-produtturi Ewropej ilaħħqu mal-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna, iżda jissottolinja l-ħtieġa li jiġi identifikat appoġġ finanzjarju ġdid biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel Ewropea u ta’ pajjiżi terzi; jenfasizza s-sitwazzjoni kritika tas-suq tal-ħnieżer u tal-ħalib f’xi Stati Membri u jitlob appoġġ finanzjarju dirett u immedjat għal dawn is-setturi;

7.  Ifakkar fil-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD) stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE, li skontu “l-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x’aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”, u l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politiki kollha tal-UE sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tiżdied l-effettività tal-impenn tal-UE għas-sigurtà tal-ikel globali; jinsisti li l-iżgurar tal-PCD fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel huwa importanti biex jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet umanitarji;

Agrikoltura sostenibbli u reżiljenti

8.  Jirrimarka l-importanza ċentrali tas-settur agrikolu u dak tal-ikel fl-ekonomija u biex jipprovdu opportunitajiet ta’ impjieg deċenti u sostenibbli b’kundizzjonijiet ta’ xogħol siguri f’żoni rurali; jinnota li l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-inputs tal-azjendi agrikoli jżidu mal-ispejjeż tal-produzzjoni diġà għoljin u jipperikolaw id-dħul tal-bdiewa; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprovdi sigurtà fl-ippjanar tal-produzzjoni għall-bdiewa, kif ukoll riżorsi finanzjarji u garanziji adegwati, li jagħmluha possibbli li tinżamm u, jekk ikun meħtieġ, tiżdied il-produzzjoni tal-ikel, jissaħħu s-sistemi tal-biedja sostenibbli, tiżdied id-diversità tal-għelejjel tal-ikel tal-UE u tiżdied il-kwalità tal-prodotti, filwaqt li jiġu rrifjutati imitazzjonijiet artifiċjali u industrijali;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-art agrikola tibqa’ disponibbli primarjament għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u l-għalf peress li din l-art tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-bijodiversità filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-ikel u tista’ tgħin ukoll biex titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE; jenfasizza li dan irid jitqies fil-proposti leġiżlattivi rilevanti kollha, li jridu jqisu kemm il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif ukoll li jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, f’konformità mal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-Istrateġija għall-Bijodiversità, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fit-tul u tkun konformi mal-objettivi tal-PAK; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura, fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku, id-diversità tal-mudelli agrikoli fl-UE kollha u tiżgura li l-intraprenditorija u l-attività agrikoli jinżammu madwar l-Unjoni minn perspettiva strateġika f’termini ta’ sigurtà tal-ikel;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis b’mod partikolari l-mudelli tal-biedja effiċjenti ħafna f’żoni b’art agrikola fertili fejn l-ikel jiġi prodott b’mod sostenibbli; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni speċifiċi għall-agrikoltura f’żoni urbanizzati fejn l-azjendi agrikoli tal-familja jiffaċċjaw spejjeż ogħla u sfidi oħra;

11.  Jinnota li minħabba ż-żieda fl-urbanizzazzjoni u fil-popolazzjoni globali kien hemm tnaqqis enormi fl-art disponibbli għall-agrikoltura, u li huwa possibbli li jiġi prodott b’mod sinifikanti aktar fuq anqas art permezz ta’ intensifikazzjoni sostenibbli jew biedja urbana;

12.  Jenfasizza l-potenzjal tal-biedja vertikali għall-produzzjoni tal-ikel li hija indipendenti mit-temp u mill-istaġuni, u li tista’ tikseb rendimenti ogħla b’anqas użu ta’ ilma u pestiċidi; jappella għal rikonoxximent akbar ta’ din il-prattika fil-politika tal-UE, kif ukoll għal inizjattivi biex jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp għall-biedja vertikali;

13.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni b’appoġġ għall-agrikoltura b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju trid tkun faċli biex tiġi implimentata mill-partijiet ikkonċernati li jistgħu jgħinu biex titjieb is-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa billi jiżguraw li l-bdiewa jirċievu paga aħjar filwaqt li jippermettu lis-settur agrikolu jkollu rwol importanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni ma qisitx it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-azjendi agrikoli u kienet tinkludi biss is-sekwestru;

14.  Jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni u tal-promozzjoni tad-dritt tal-komunitajiet lokali għas-sigurtà tal-ikel; jiddeplora, f’dan il-kuntest, il-fatt li l-ħtif tal-art huwa mifrux f’ħafna pajjiżi, li jdgħajjef is-sovranità tal-ikel; jappella lill-UE tappoġġa bil-qawwa l-prevenzjoni tal-ħtif tal-art; jisħaq fuq l-importanza li jitnieda proċess inklużiv li jkollu l-għan li jiggarantixxi l-parteċipazzjoni effettiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-komunitajiet lokali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u l-azzjonijiet relatati mal-ħtif tal-art; jappella biex il-proġetti kollha li jippromwovu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-art, inkluż il-kummerċ, jirrispettaw il-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art (VGGT), kif ukoll għal miżuri li jiżguraw li l-proġetti ma jipperikolawx id-drittijiet tal-art tal-bdiewa fuq skala żgħira;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-liġi qafas futura tal-UE dwar sistemi tal-ikel sostenibbli tippromwovi ambjenti tal-ikel favorevoli u kunsiderazzjonijiet soċjali, li fihom jkunu l-aktar disponibbli għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa u sostenibbli, affordabbli, reklamati u attraenti, u tippromwovi ktajjen tal-provvista qosra u l-konsum ta’ prodotti lokali u staġonali;

16.  Jirrimarka li l-introjtu tal-azjendi agrikoli fl-UE għadu anqas minn nofs il-pagi u s-salarji grossi fl-UE u li għalhekk l-istabbiltà ekonomika għandha titressaq ’il fuq fl-aġenda fid-dawl tax-xejriet inflazzjonarji;

17.  Jissottolinja l-valur tal-ikel li jrid jinftiehem ukoll bħala ħafna aktar minn sempliċi prodott bażiku iżda bħala dritt għan-nies li jrid jiġi realizzat, u l-impatt u l-esternalitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali jridu jiġu vvalutati aħjar, u mmitigati jew xprunati kif meħtieġ;

18.  Jinnota li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jista’ jkun pass importanti fit-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija u agrikoltura aktar ekoloġiċi, sostenibbli u reżiljenti; jirrimarka, madankollu, li xi wħud mill-miżuri proposti jista’ jkollhom effetti mhux intenzjonati, li għadhom ma ġewx ivvalutati u identifikati kif xieraq fil-livell tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fit-tul u l-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, speċjalment l-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt kumulattiv tal-proposti leġiżlattivi tal-Patt Ekoloġiku fuq is-settur tal-biedja tal-UE b’mod olistiku u sistematiku li jkopri d-dimensjonijiet kollha tas-sostenibbiltà, b’mod partikolari dawk ambjentali, ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni, il-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-produzzjoni agrikola fl-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tevita sitwazzjoni fejn il-bdiewa Ewropej jiffaċċjaw kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li ma jissodisfawx l-istandards tagħna;

19.  Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ miżuri proporzjonati, tranżizzjoni ġusta, perjodu ta’ żmien xieraq għall-adattament u mekkaniżmu ta’ ħlas ġust bl-għan li jinżammu l-kompetittività, il-produttività u r-reżiljenza soċjali tas-settur agroalimentari tal-UE;

20.  Jissottolinja li prattiki agroambjentali klimatiċi bħall-agroekoloġija, l-agroforestrija, il-ġestjoni integrata tal-pesti, il-biedja organika, il-biedja ta’ preċiżjoni u s-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għandhom il-potenzjal li jindirizzaw l-isfidi klimatiċi, tal-bijodiversità, ambjentali, ekonomiċi u soċjali; jisħaq fuq l-importanza li jsiru investimenti effiċjenti u mmirati tajjeb fil-mitigazzjoni, kif ukoll fil-miżuri ta’ adattament, sabiex jitnaqqsu r-riskji u jiġu evitati spejjeż sinifikanti fit-tul;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-bdiewa b’għodod aħjar li jippermettulhom jagħtu kontribut dejjem akbar għat-tranżizzjoni ekoloġika li għaddejja bħalissa; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li l-bdiewa jeħtieġ li jkunu jistgħu jikkontribwixxu (lil hinn mill-awtokonsum) għall-produzzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli, fl-UE, sabiex tingħata spinta reali lill-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari u lill-prattika tal-enerġija nadifa; jemmen, barra minn hekk, li huwa meħtieġ li l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom jiġu involuti fl-identifikazzjoni ta’ żoni xierqa;

22.  Jisħaq li s-sigurtà tal-ikel tinkludi wkoll l-aspetti tas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni u għandha titqies f’perspettiva fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil;

23.  Jappella li titqies ir-rabta bejn is-saħħa pubblika u l-bijodiversità, f’konformità mal-approċċ “saħħa waħda”;

24.  Jappella għall-applikazzjoni stretta tal-prinċipju “saħħa waħda”, li torbot is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-kwistjonijiet ambjentali fil-politiki kollha li jaffettwaw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-ikel; jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel qatt ma għandha tiġi pperikolata u jenfasizza l-importanza li l-politiki jitmexxew b’mod ġust u soċjoekonomikament ekwu lejn il-promozzjoni ta’ ikel nutrizzjonali u affordabbli prodott b’mod li jkun sostenibbli fit-tul, f’konformità mal-konservazzjoni tal-bijodiversità u s-soluzzjonijiet agroekoloġiċi; jenfasizza l-importanza ta’ tikkettar xieraq u trasparenti li jiffaċilita għażliet tajbin għas-saħħa għall-konsumaturi;

Tiġdid ġenerazzjonali

25.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar it-tnaqqis fl-għadd ta’ azjendi agrikoli u maniġers tal-azjendi agrikoli flimkien maż-żieda fl-età medja tal-bdiewa Ewropej; jenfasizza li fit-tul, il-prijorità ewlenija biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel Ewropea hija t-tiġdid ġenerazzjonali;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ambizzjuża u komprensiva tal-UE dwar it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu, bl-għan li jiżdied l-għadd ta’ bdiewa żgħażagħ, jittejbu l-kompetenzi u l-ħiliet tagħhom, b’mod partikolari biex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-biedja intelliġenti u l-intelliġenza artifiċjali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi “verifika soċjoekonomika tal-bdiewa żgħażagħ” fil-leġiżlazzjoni agrikola, klimatika jew ambjentali kollha li jmiss;

27.  Jirrimarka li nuqqas ta’ aċċess għall-art, ħlas insuffiċjenti li ma jippermettix għajxien deċenti, opportunitajiet aħjar ta’ impjieg mhux agrikolu u piż regolatorju li qed jiżdied huma fatturi ewlenin li jispjegaw għaliex aktar u aktar bdiewa jħossuhom imġiegħla jitilqu mis-settur u għaliex anqas nies huma inklinati li jibdew jaħdmu fil-biedja; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-bdiewa jkollhom sors ta’ introjtu prevedibbli u jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-attività tagħhom;

28.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tingħata spinta lill-investiment, inkluża d-diġitalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tfassal b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri linji gwida li għandhom l-għan li jiffaċilitaw is-sinerġiji bejn il-fergħat ta’ finanzjament tal-PAK u dawk tal-politika ta’ koeżjoni;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika azzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel b’mod konsistenti u koordinat; ifakkar lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatti fuq il-proċeduri u s-sigurtà tal-ikel fil-proposta leġiżlattiva tagħha;

Strateġija tal-UE dwar il-proteini

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b’mod urġenti strateġija komprensiva tal-UE dwar il-proteini li tintroduċi miżuri effettivi biex tiżdied il-produzzjoni tal-UE tal-proteini fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil; jemmen li din l-istrateġija għandha tiffoka fuq il-produzzjoni lokali sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tagħha u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; jemmen ukoll li l-istrateġija trid tissalvagwardja, jew iżżid l-introjtu tal-bdiewa minn produzzjoni sostenibbli;

31.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-potenzjal li jiġu massimizzati s-sinerġiji mal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tal-UE biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ għalf b’kontenut għoli ta’ proteini; jissottolinja li dipendenza għolja fuq l-importazzjonijiet tal-ikel u tal-għalf tesponi lill-popolazzjonijiet għall-volatilitajiet tas-suq globali; jisħaq fuq il-ħtieġa, minħabba t-tfixkil fil-ktajjen tal-produzzjoni globali u ż-żieda fil-volatilità tal-prezzijiet, li tiġi żviluppata awtonomija strateġika miftuħa għall-UE bil-għan li jiġi żgurat l-aċċess għas-swieq ewlenin u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti kritiċi bħal sorsi ta’ proteini u għalf bbażati fuq il-pjanti;

Tekniki ġodda ta’ kultivazzjoni

32.  Jirrikonoxxi l-importanza li l-għelejjel isiru aktar reżiljenti għat-tibdil fil-klima u għal patoġeni ġodda, u li jiżdiedu u jinżammu r-rendimenti fuq terminu qasir u twil, b’mod partikolari fid-dawl tan-nixfiet u n-nuqqas ta’ ilma li qed jolqtu għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri tal-UE; jisħaq li dan jiddependi mir-restawr u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, is-saħħa tal-ħamrija, l-applikazzjoni ta’ metodi agroekoloġiċi u organiċi, u jissottolinja l-importanza tas-sigurtà u d-diversità taż-żrieragħ; jisħaq li n-nissiela u l-bdiewa jeħtieġ li jkollhom aċċess garantit għal żrieragħ ta’ kwalità ta’ varjetajiet ta’ pjanti adattati għall-pressjonijiet tat-tibdil fil-klima u ta’ sistemi ta’ biedja b’input baxx, inklużi varjetajiet tradizzjonali u adattati għal-lokal u materjal eteroġenu; jisħaq fuq il-ħtieġa tagħhom li jkollhom aċċess garantit għar-riżorsi ġenetiċi meħtieġa għal aktar tnissil;

33.  Jirrimarka li prattiki ta’ kultivazzjoni innovattivi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi f’ambjenti kkontrollati u magħluqa jeħtieġu provvista sigura ta’ materja prima tal-materjal tat-tkabbir; jemmen li l-produzzjoni u l-provvista tal-UE ta’ dawn il-materjali għandhom jiġu ggarantiti;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu mmirat u l-iżvilupp ulterjuri ta’ tekniċi ġodda tat-tnissil fl-agrikoltura; jappella biex l-UE tħaffef l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-użu ta’ tekniki ġodda ta’ tnissil bi sħubija mal-Istati Membri, filwaqt li timxi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni sabiex l-għelejjel jagħtu rendimenti aktar produttivi b’mod sostenibbli u jkunu aktar reżiljenti għat-tibdil fil-klima u patoġeni ġodda, speċjalment fil-kuntest ta’ organiżmi ta’ ħsara, nixfiet, għargħar, skarsezzi tal-ilma, u kundizzjonijiet estremi tat-temp oħra li qed jiffaċċjaw għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri tal-UE; jirrimarka li tekniċi ġodda ta’ tnissil jistgħu jippromwovu agrikoltura sostenibbli, li mhijiex possibbli mingħajr l-innovazzjoni;

35.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li r-riżultati tar-riċerka jiġu integrati fil-prattiki tal-biedja peress li dan ikollu rwol importanti fil-kisba tal-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, billi tiġi żviluppata agrikoltura aktar sostenibbli, u dan jinkludi li l-raħħala Ewropej jingħataw alternattivi għat-tnaqqis tal-użu ta’ fertilizzanti u pestiċidi sintetiċi;

36.  Jenfasizza l-importanza li jingħata aċċess ugwali għal innovazzjonijiet teknoloġiċi u xjentifiċi li jkunu kapaċi jtejbu r-reżistenza tal-varjetajiet u jrawmu d-diversità tar-riżorsi ġenetiċi u s-sistemi ta’ produzzjoni tal-ikel, b’konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-ikel tal-UE;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif xieraq u aħjar l-effetti tal-organiżmi ġenetikament modifikati fuq is-saħħa, il-bijodiversità u l-inklużjoni soċjali, u fuq il-libertà tal-għażla tal-bdiewa u tal-konsumaturi;

38.  Jappella biex issir analiżi komprensiva tal-effetti soċjoekonomiċi u ambjentali li jkollhom fuq is-sistema alimentari l-privattivi fuq il-proċessi tat-tnissil, fuq il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti u fuq partijiet minnhom, inkluż il-potenzjal li dawn iżidu l-konċentrazzjoni tas-suq u l-monopolizzazzjoni fil-katina alimentari, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet u d-disponibbiltà tal-ikel;

39.  Jemmen li l-applikazzjoni mmirata ta’ tekniki ġenomiċi ġodda u l-approvazzjoni ta’ żrieragħ li jużaw dawn it-tekniki fl-UE huma miżuri importanti biex l-agrikoltura ssir sostenibbli fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi djalogu mal-Ewropa kollha dwar l-opportunitajiet li l-metodi ta’ tnissil il-ġodda joffru biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jistedinha teduka lill-pubbliku dwar id-differenzi bejn il-pjanti transġeniċi u l-metodi ġodda ta’ tnissil;

41.  Jissottolinja l-importanza tas-sigurtà u d-diversità taż-żrieragħ, b’mod partikolari l-importanza tal-promozzjoni tal-proteini tal-pjanti mkabbra fl-UE biex jiġi prodott ikel u għalf miksuba lokalment b’valur nutrizzjonali għoli filwaqt li l-bdiewa jingħataw aċċess għal żrieragħ ta’ kwalità għal varjetajiet ta’ pjanti adattati għall-pressjonijiet tat-tibdil fil-klima u sistemi tal-biedja b’input baxx, inklużi varjetajiet tradizzjonali u adattati lokalment u materjal eteroġenu;

42.  Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha ma joħorġux privattivi fuq materjal bijoloġiku; jappella biex jissalvagwardjaw il-libertà tal-operat u l-eżenzjoni tal-varjetarjiet ta’ dawk li jrabbu;

L-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni preċiża tal-għelejjel

43.  Jenfasizza li t-teknoloġiji diġitali u l-ġestjoni preċiża tal-għelejjel jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi ewlenin peress li dawn jistgħu jippermettu l-monitoraġġ tad-deforestazzjoni, it-tnaqqis tal-użu ta’ pestiċidi, fertilizzanti u l-konsum tal-ilma fl-agrikoltura, iż-żieda tal-rendimenti u t-titjib fir-rendiment ekonomiku u ambjentali; jirrimarka li dawn it-teknoloġiji ta’ spiss jinvolvu spejjeż relatati mal-investiment li jkunu kbar u li soluzzjonijiet xierqa u finanzjamenti addizzjonali għall-bdiewa huma għaldaqstant meħtieġa biex isiru bi prezz raġonevoli u aċċessibbli għal azjendi agrikoli tal-familja u ta’ daqs żgħir; jisħaq li dawn it-teknoloġiji għandhom ikunu aċċessibbli għall-bdiewa b’azjendi agrikoli ta’ daqs żgħir u li l-bdiewa dejjem iżommu d-drittijiet fuq id-data tagħhom;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-użu tal-innovazzjoni diġitali sostenibbli sabiex timmodernizza l-agrikoltura tal-UE u b’hekk tippermetti lill-bdiewa jwettqu bis-sħiħ il-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom u jiżguraw l-introjtu tagħhom fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż permezz ta’ ċiklu tan-nutrijenti ottimizzat, filwaqt li tiżgura wkoll l-inklużjoni diġitali; jisħaq li dawn it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jipprovdu wkoll soluzzjonijiet alternattivi għall-bdiewa Ewropej li jgħinuhom jissodisfaw rekwiżiti ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tal-pestiċidi u t-tnaqqis tal-input;

45.  Jenfasizza li t-teknoloġiji tad-data spazjali u tal-intelliġenza artifiċjali jistgħu jkunu sors ta’ informazzjoni importanti għall-agrikoltura u l-katina kollha tal-ikel, fejn it-teknoloġija tagħmilha possibbli li l-informazzjoni tgħaddi mingħand il-produttur għall-konsumatur u viċe versa, u b’hekk jitjieb il-mod li ta’ kif il-katina tal-valur sħiħa taħdem, li jwassal biex tonqos il-ħela u l-ispejjeż marbuta mal-loġistika jonqsu wkoll; jirrimarka, madankollu, li l-użu ta’ tali data għadu limitat ħafna, peress li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma tkunx disponibbli liberament jew hi kumplessa wisq biex tintuża mill-azjendi agrikoli jew mill-awtoritajiet lokali; jappella għal użu akbar ta’ tali data u teknoloġiji kif ukoll disponibbiltà akbar tagħhom biex il-bdiewa jiġu appoġġati fit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, filwaqt li tiġi żgurata r-reżiljenza tal-agrikoltura tal-UE; jappella għall-iżvilupp ta’ spazju tad-data sigur u ta’ min jafda fuqu li jippermetti lis-settur tal-biedja jaqsam u jaċċessa data, u dan itejjeb ir-rendiment ekonomiku u ambjentali fil-qasam;

Il-loġistika

46.  Jistieden lill-UE tirrikonoxxi l-importanza strateġika taċ-ċentri loġistiċi, b’mod partikolari s-swieq bl-ingrossa, bħala parti integrali u komplementari tal-produzzjoni agrikola primarja, li mingħajrha l-bdiewa u l-kumpaniji tat-trasport ma jkunux jistgħu jfornu lill-konsumaturi b’mod konsistenti u li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi;

47.  Jappella għal investiment fl-infrastruttura għal trasport u faċilitajiet ta’ ħażna aktar sostenibbli għal prodotti friski jew prodotti oħra li joriġinaw mill-azjendi agrikoli, li jgħin ukoll biex titnaqqas il-ħela tal-ikel u l-impronta ambjentali tas-settur; jappella, f’dan il-kuntest, biex l-UE tirrikonoxxi d-differenzi reġjonali, tistimola l-produzzjoni ta’ ikel lokali u tieħu kont ta’ żoni skarsament popolati u l-ħtiġijiet tagħhom;

Il-pestiċidi

48.  Jirrikonoxxi l-fatt li regoli ġodda li jnaqqsu r-riskju u l-użu tal-pestiċidi fl-UE bl-għan li jkun hemm sistema tal-ikel aktar ġusta, aktar sana u aktar b’saħħitha mil-lat ambjentali skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew huma talba importanti fil-livell ta’ soċjetà;

49.  Jissottolinja li n-numru tad-dakkara ilu nieżel mal-Ewropa kollha u jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti li nipproteġu n-naħal u d-dakkara, speċjalment billi ninkoraġġixxu l-kontroll bijoloġiku tal-pesti u nnaqqsu l-użu u r-riskji tal-pestiċidi; jenfasizza madankollu l-fatt li l-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva b’miri vinkolanti għat-tnaqqis tal-pestiċidi, li jinkludu projbizzjoni fuq l-użu tagħhom fl-hekk imsejħa żoni sensittivi, mingħajr ma qabel offriet lill-bdiewa alternattivi effettivi biżżejjed ta’ kontroll tal-pesti li jkunu wkoll affordabbli jew mingħajr ma ħadet kont tal-impatt li n-nuqqas ta’ għodda li jipproteġu l-pjanti minn organiżmi li jagħmlu ħsara jista’ jkollhom fuq is-sigurtà tal-ikel tal-UE, id-dipendenza tagħha fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-kapaċità li l-pjanti jinżammu f’saħħithom; jenfasizza li din il-proposta ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet reġjonali tal-agrikoltura Ewropea u ma tinkludix valutazzjoni tal-impatt globali bl-impatti kkwantifikati fuq il-produzzjoni tal-ikel, il-kompetittività tal-biedja tal-UE, l-impatt potenzjali fuq il-bdiewa, id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-ikel, il-prezzijiet tal-ikel u t-tixrid ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara; ifakkar li r-restrizzjoni tal-użu tal-pestiċidi f’żoni sensittivi diġà huwa rregolat fil-leġiżlazzjoni ta’ xi Stati Membri;

50.  Jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tal-IPM fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-pestiċidi, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li din tiġi applikata b’mod xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-bdiewa jingħataw appoġġ finanzjarju u appoġġ b’mezzi oħra biex jaqilbu għal dawn il-prattiki;

51.  Jesprimi tħassib dwar id-definizzjoni ambigwa tal-Kummissjoni tal-frażi “żoni sensittivi” u l-mod li bih il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom jintużaw f’dawn iż-żoni, li fil-prattika jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni agrikola u b’hekk iwasslu għal tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa, u fit-terminu medju għal terminu twil iwasslu biex azjendi agrikoli tal-għelejjel li jkunu ta’ daqs żgħir u medju jgħibu, riskju akbar li l-azjendi agrikoli jiġu abbandunati, żieda fil-kompetizzjoni inġusta, żieda fil-prezzijiet tal-ikel kif ukoll żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u dawn kollha jaffettwaw b’mod dirett is-sigurtà tal-ikel;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm disponibbli prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu effettivi u suffiċjenti billi toħroġ l-awtorizzazzjonijiet b’mod aktar rapidu u billi tevita d-dewmien, tippermetti sett ta’ għodod adegwat kontra l-pesti u l-mard, u tiżgura approċċ armonizzat u bbażat fuq ix-xjenza għall-aċċess għal prodotti li jipproteġu l-pjanti mal-UE kollha;

53.  Jenfasizza li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti effettivi u suffiċjenti se jibqgħu indispensabbli biex l-għelejjel jiġu protetti minn pesti u mard ġodda sabiex jiġi evitat it-telf fil-produzzjoni tal-ikel; jesprimi tħassib dwar il-possibbiltà li aktar restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jistgħu jimminaw l-isforzi li qegħdin isiru biex jiġi implimentat l-approċċ olistiku tal-IPM.

54.  Jikkundanna l-istandards doppji tal-UE dwar il-pestiċidi, li jippermettu l-esportazzjoni mill-UE ta’ sustanzi perikolużi li huma stess huma pprojbiti fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura r-reċiproċità fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-agrikoltura u l-prodotti agrikoli, u tmexxi bl-eżempju billi tiżgura li l-pestiċidi perikolużi pprojbiti fl-UE ma jiġux esportati lejn pajjiżi sħab, u b’hekk tipprevjeni li r-residwi ta’ pestiċidi pprojbiti jiġu tollerati fl-ikel fis-suq tal-UE u ssaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ infurzar tal-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD);

It-taħriġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tinnota l-importanza tat-taħriġ tul il-ħajja attiv tal-bdiewa kif ukoll l-importanza tal-appoġġ lil prattiki ġodda ta’ mitigazzjoni u prattiki agrikoli ġodda sabiex tiżdied l-attrattività tas-settur agrikolu u ż-żoni rurali; jisħaq li l-kondiviżjoni tal-għarfien u t-trasferiment tal-għarfien bejn il-pari fuq suġġetti bħalma huma l-ġestjoni tal-art, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-prattiki agro-ekoloġiċi u l-ktajjen tal-valur ġusti u reżiljenti jistgħu jkunu fattur ewlieni biex inrawmu produzzjoni agroalimentari aktar sostenibbli filwaqt li nissalvagwardjaw il-produttività agrikola;

Il-katina tal-provvista tal-ikel

56.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tieħu miżuri addizzjonali biex tiżviluppa katina tal-ikel aktar reżiljenti, aktar trasparenti u aktar ġusta, b’mod partikolari billi ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw l-infurzar effettiv tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Inġusti u jqisu miżuri li jiġġieldu l-ispekulazzjoni tal-ikel; iqis li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li jistgħu jinkludu l-kooperattivi, jistgħu jgħinu biex jissaħħaħ ir-rwol tal-bdiewa bħala sidien ta’ negozju fil-katina tal-ikel, li jżidu l-valur permezz ta’ miżuri innovattivi u jottimizzaw l-ispejjeż tal-produzzjoni billi jgħaqqdu s-servizzi u l-akkwisti;

57.  Jisħaq fuq il-ħtieġa tal-użu sħiħ tal-iskemi tal-iskejjel sabiex jiġi żgurat li t-tfal fil-bżonn ikollhom aċċess għall-ikel; jenfasizza, barra minn hekk, li l-programmi ta’ akkwist pubbliku huma ta’ utilità fit-trawwim tal-appoġġ pubbliku għax-xiri mingħand bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u produtturi lokali meta jinkiseb ikel nutrittiv għad-distribuzzjoni, u dan jista’ jevita l-insigurtà tal-ikel;

In-nisa fiż-żoni rurali

58.  Jisħaq fuq l-importanza li tiġi eliminata d-differenza bejn il-ġeneri fis-settur agroalimentari billi ninvestu fin-nisa u nippromwovu miżuri li jiġbdu aktar nisa lejn is-settur; jindika l-ħtieġa li n-nisa jingħataw appoġġ biex isiru imprendituri, biex in-nisa jsibu impjieg u biex ikun hemm rappreżentanza politika tan-nisa; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-inklużjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru fil-ġestjoni tas-sigurtà tal-ikel u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’dan ir-rigward;

59.  Jisħaq li s-sostenibbiltà tfisser l-ibbilanċjar tal-iżvilupp ekonomiku, l-impatti ambjentali u l-ugwaljanza soċjali, inkluża l-ġustizzja bejn il-ġeneri; jenfasizza l-impatti negattivi fuq il-ġeneru taż-żieda fl-insigurtà tal-ikel peress li n-nisa għandhom it-tendenza li jnaqqsu mill-konsum tal-ikel tagħhom fi żminijiet ta’ nuqqas ta’ ikel u n-nisa u l-bniet jammontaw għal 60 % ta’ dawk li mhumiex mitmugħa biżżejjed; jinnota li 60 % tan-nisa li jgħixu fl-Afrika sub-Saħarjana jaħdmu fis-settur agrikolu u huma vulnerabbli ħafna għall-effetti tat-tibdil fil-klima fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel u tal-ilma tagħhom;

L-istrateġija dwar il-fertilizzanti

60.  Jenfasizza li s-settur tal-fertilizzanti huwa essenzjali biex is-sigurtà tal-ikel tiġi żgurata fid-dinja kollha; jilqa’ l-fatt li fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti (COM(2022)0590), il-Kummissjoni stabbiliet strateġija biex tappoġġa lill-bdiewa jlaħħqu mal-ispejjeż eċċezzjonalment għoljin; iqis, madankollu, li filwaqt li l-komunikazzjoni fiha ċerti rakkomandazzjonijiet ta’ politika validi għall-futur medju u fit-tul, hija ma tipprovdix miżuri biex titnaqqas id-dipendenza fuq inputs esterni li kulma jmur qed isiru aktar għoljin, ma tistabbilixxix passi konkreti u ma tipproponix miżuri immedjati adegwati li jappoġġaw lill-bdiewa fil-kriżi kurrenti, u dan jista’ jkollu konsegwenzi serji ħafna għas-sigurtà tal-ikel; jisħaq f’dan ir-rigward fuq l-importanza tar-reviżjoni li jmiss tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi viżjoni fit-tul għall-kisba ta’ awtonomija strateġika fir-rigward tal-fertilizzanti, u dan sabiex tagħti inċentiva lill-industrija biex iddur għal metodi ta’ produzzjoni aktar sostenibbli; jisħaq li l-prattiki fil-qasam tal-biedja u sorsi ta’ nutrijenti alternattivi jistgħu jtejbu ċ-ċikli tan-nutrijenti u jnaqqsu d-dipendenza fuq il-fertilizzanti kimiċi, u b’hekk inaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fertilizzanti; jenfasizza, f’dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li jingħata aktar appoġġ lir-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE; jenfasizza f’dan ir-rigward li biex tiġi żgurata l-produzzjoni tal-ikel fit-tul, għandhom jintużaw u jiġu żviluppati bis-sħiħ ir-riżorsi li huma faċilment disponibbli u prodotti fl-UE, bħalma huma l-fertilizzanti organiċi;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħolli l-limiti għall-użu ta’ fertilizzanti nitroġenużi mid-demel tal-annimali, bħal pereżempju RENURE (REcovered Nitrogen from manURE), diġestat mill-bijoskart u kwalunkwe sors effettiv u vverifikat ieħor; jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-frattemp, tippermetti deroga temporanja biex l-ispejjeż tal-fertilizzanti jitnaqqsu filwaqt li timmira li tintroduċi dispożizzjonijiet ta’ qafas fit-tul sabiex tippromwovi l-ekonomija ċirkolari fost l-azjendi agrikoli u tnaqqas id-dipendenza fuq ir-riżorsi ta’ pajjiżi terzi; jirrimarka li dawn il-miżuri fuq medda itwal għandhom jinkludu l-abbozzar ta’ strateġiji għall-interventi fl-azjendi agrikoli, inkluż fatturi li jirrigwardaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nutrijenti, ir-rivitalizzazzjoni tal-ħamrija, il-biedja ta’ preċiżjoni, il-biedja organika u l-użu ta’ għelejjel leguminużi fi skemi ta’ newba tal-għelejjel, u għandhom ikunu akkumpanjati minn perijodi ta’ tranżizzjoni twal biżżejjed u ġusti;

63.  Jirrikonoxxi li l-industrija tal-fertilizzanti fl-UE għandu jkollha aċċess għall-materja prima meħtieġa biex tipproduċi fertilizzanti fl-UE u biex tiżgura li l-prospettivi ta’ ħsad għall-UE ma jitqegħdux f’periklu;

64.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikseb nutrijenti ewlenin bħall-fosfat u l-putassa minn oriġini oħrajn u jistedinha tgħaġġel il-proċess biex tantiċipa nuqqasijiet ta’ stokk li jista’ jkun hemm fil-futur;

Niġġieldu t-telf u l-ħela tal-ikel

65.  Itenni li madwar terz tal-ikel kollu prodott madwar id-dinja jintilef jew jinħela f’xi stadju jew ieħor tal-katina tal-provvista tal-ikel mill-għalqa sa ma jasal għall-platt; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-telf u l-ħela tal-ikel jistgħu jiġu evitati jekk jiġi implimentat approċċ olistiku li jinkludi miżuri dwar l-użu ta’ imballaġġ sostenibbli u riċiklabbli, u jistgħu jiġu evitati wkoll jekk il-mard fl-annimali jiġi evitat u kkontrollat; jemmen li t-telf u l-ħela tal-ikel jistgħu jitnaqqsu kemm jista’ jkun anki jekk jittieħdu miżuri li jnaqqsu l-preżenza ta’ patoġeni fl-ikel, pereżempju billi jiżguraw iġjene xierqa u jużaw teknoloġiji mtejba matul il-katina tal-valur kollha kemm hi;

66.  Jenfasizza l-effetti pożittivi li l-appoġġ lill-produzzjoni lokali u l-konsum ta’ prodotti staġjonali u lokali minn ktajjen tal-ikel qosra u ġenwini jista’ jkollhom biex titnaqqas il-ħela tal-ikel; jisħaq fuq l-effetti pożittivi li l-edukazzjoni tal-konsumatur fuq dan is-suġġett jista’ jkollha f’dan ir-rigward; ifakkar li t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel jista’ jikkontribwixxi bil-qawwi għas-sigurtà tal-ikel mad-dinja kollha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippromwovi kampanji biex tqajjem kuxjenza fost il-produtturi, il-konsumaturi u l-bejjiegħa dwar kemm hu importanti li nevitaw kwalunkwe tip ta’ ħela tal-ikel u dwar ir-riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali li din il-ħela tista’ tikkawża; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi ta’ prevenzjoni tal-ħela tal-ikel li jkunu effettivi; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ukoll itejbu l-kejl tal-volumi ta’ ħela tal-ikel u jissorveljaw il-ħela tal-ikel matul il-katina ta’ provvista kollha; jistieden lis-supermarkets, b’mod partikolari, biex jindirizzaw b’urġenza l-kwistjoni tal-ħela tal-ikel li tista’ tiġi evitata permezz ta’ modi alternattivi, pereżempju billi jaħdmu ma’ proġetti komunitarji lokali bħalma huma l-banek tal-ikel, biex itaffu l-faqar tal-ikel u l-insigurtà tal-ikel fuq il-livell lokali;

67.  Iqis li hemm urġenza biex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex tinbidel il-perċezzjoni tal-“prodotti tal-ikel mhux perfetti”, jiġifieri dawk il-prodotti tal-ikel li d-dehra tagħhom ma tissodisfax l-istandards tas-suq minkejja li dan ma jaffettwax it-togħma jew il-valur nutrizzjonali tagħhom, u l-bżonn li tinbidel il-leġiżlazzjoni dwar id-data li tindika “l-aħjar kwalità sa/sa meta l-aħjar jiġu kkunsmati” fuq it-tikketti tal-ikel;

68.  Jirrimarka li l-OIE tqis li madwar 20 % tal-produzzjoni dinjija tal-ikel tintilef minħabba mard fl-annimali tal-irziezet u li, għalhekk, waħda mill-prijoritajiet li għandha tiġi kkunsidrata biex nitimgħu lid-dinja hija li nnaqqsu l-okkorrenza ta’ dan il-mard;

Il-bijokarburanti:

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa perspettiva realistika għall-produzzjoni tal-bijokarburanti li tieħu inkunsiderazzjoni l-istrateġija tal-UE dwar il-proteini, peress li l-waqfien tal-produzzjoni tal-bijokarburanti jwassal ukoll għall-eliminazzjoni ta’ prodotti sekondarji b’livelli għolja ta’ proteini, u b’hekk il-kriżi tal-ikel aktar tiggrava milli tittaffa; jistieden lill-UE tagħti prijorità lill-produzzjoni tal-ikel aktar milli lill-produzzjoni tal-bijokarburant ibbażata fuq l-għelejjel;

70.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-bdiewa fil-produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli fl-UE u l-ħtieġa li neliminaw il-limiti attwali dwar l-awtokonsum biex nippermettu kontribut konkret lejn l-iżvilupp tal-aħjar prattiki għal ekonomija ċirkolari u produzzjoni ta’ enerġija nadifa;

Il-bhejjem

71.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-atturi ekonomiċi biex jaħsbu b’mod strateġiku dwar x’post għandu jingħata lill-biedja sostenibbli tal-bhejjem fit-territorji Ewropej kollha, u dan billi jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, ir-rwol tagħha fiċ-ċiklu tan-nitroġenu u l-provvista ta’ emendi organiċi għall-għelejjel, l-aħjar użu minn kull tip ta’ ħamrija agrikola u l-promozzjoni ta’ dieta varjata u bbilanċjata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw biżżejjed fondi pubbliċi għas-setturi agrikoli kollha biex jevitaw l-effetti negattivi, li jinkludu n-nuqqas tal-produzzjoni tal-ikel fl-UE li min-naħa tiegħu jista’ jimmina s-sigurtà tal-ikel;

72.  Ifakkar fl-importanza ta’ sistema ta’ trattament xieraq tal-annimali ta’ kwalità għolja, inklużi fit-trasport u t-tbiċċir; jilqa’ r-reviżjoni ppjanata tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali, inklużi l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni kurrenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali u l-ħtieġa li tiġi żviluppata, implimentata u infurzata leġiżlazzjoni msaħħa u ġdida, speċifika għall-ispeċijiet, peress li hemm nuqqas ġenerali ta’ implimentazzjoni u infurzar effettivi tal-leġiżlazzjoni attwali; jissottolinja l-importanza li tqis l-aħħar avvanzi fix-xjenza tat-trattament xieraq tal-annimali u tirreaġixxi għal talbiet pubbliċi, politiċi u tas-suq għal standards ogħla tat-trattament xieraq tal-annimali u għall-aġġornament tas-sistemi ta’ kenn tal-bhejjem u tal-prattiki tal-produzzjoni;

Ir-riżorsi naturali

73.  Jenfasizza l-kontribut li biedja aktar sostenibbli u effiċjenti li tippreserva r-riżorsi naturali bħalma huma l-ħamrija, l-ilma u l-foresti tagħti għas-sigurtà tal-ikel. Din it-tip ta’ biedja tikseb vantaġġ mill-opportunitajiet li joffru l-bijoenerġija sostenibbli u l-bijoekonomija sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali li tilħaq bilanċ u tiġġenera sinerġiji fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna s-settur agrikolu;

74.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programm speċifiku biex tappoġġa lill-Istati Membri jtejbu l-ġestjoni tal-ilma fl-agrikoltura, l-iffrankar tal-ilma u l-kapaċità ta’ ħżin tal-ilma billi jikkompletaw, jimmodernizzaw u jottimizzaw il-faċilitajiet ta’ irrigazzjoni eżistenti kif ukoll jippromwovu infrastruttura ġdida filwaqt li jikkonformaw mar-regoli ambjentali applikabbli u jtejbu l-kapaċità ta’ ħżin tal-kontenut ta’ tira, li jżid ir-reżiljenza tas-sistema tal-produzzjoni agrikola u jiggarantixxi l-provvista tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp, il-ħażna u l-użu tal-ilma mormi ttrattat għall-agrikoltura; jappella għal implimentazzjoni mgħaġġla tal-politika ta’ koeżjoni u ta’ miżuri speċifiċi ta’ żvilupp tal-infrastruttura biex niġġieldu n-nixfiet estremi fl-Ewropa;

75.  Jenfasizza kif il-kunflitt, il-kriżi tal-klima u tal-bijodiversità u l-pandemija kienu punti ta’ bidla għall-ġuħ fid-dinja, li preċedentement kien qed jonqos, iżda li issa qed jaffettwa madwar 10 % tal-popolazzjoni dinjija; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sforzi kontinwi biex jerġgħu jibdew u jinżammu l-esportazzjonijiet taċ-ċereali tal-Ukrajna, li għandhom itaffu l-pressjonijiet fin-Nofsinhar Globali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tintensifika l-isforzi fid-“diplomazija tal-ikel”, filwaqt li żżomm f’moħħha li fil-preżent l-Unjoni hija waħda mill-akbar produtturi globali tal-qamħ u li n-nuqqasijiet fil-provvista tal-ikel fin-Nofsinhar Globali jistgħu jagħmlu lil dawn il-pajjiżi terzi aktar vulnerabbli għall-influwenza ta’ reġimi awtoritarji;

76.  Jisħaq li teknoloġiji diġitali innovattivi ma għandhomx joħolqu dipendenzi fuq mogħdijiet ġodda, u jenfasizza li dawn ma għandhomx isaħħu l-konċentrazzjoni tal-azjendi agrikoli iżda għandhom ikunu disponibbli u aċċessibbli għall-bdiewa fuq skala żgħira;

77.  Jemmen li l-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira fl-azjendi agrikoli stess għandha potenzjal enormi fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija fiż-żoni rurali u biex tiżdied iċ-ċirkolarità fl-azjendi agrikoli stess billi l-iskart u l-flussi ta’ residwi tal-azjenda agrikola, bħad-demel fost l-oħrajn, jiġu ttrasformati fi sħana u elettriku; jenfasizza li l-ostakli kollha għandhom jitneħħew biex iħeġġu lill-bdiewa jinvestu f’dawn it-teknoloġiji tal-azjendi agrikoli ċirkolari, bħalma huma l-impjanti fuq skala żgħira tal-bijogass; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-użu ta’ dawn l-installazzjonijiet innovattivi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir użu mir-residwi ta’ dan il-proċess, bħal pereżempju r-RENUREs, li għandhom jiġu maqsuma f’kategoriji u użati bħala fertilizzanti kimiċi;

78.  Iqis li jista’ jsir kontribut għas-sigurtà tal-ikel anki permezz ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-kapitlu REPowerEU l-ġdid u jħeġġeġ biex jiġu adottati proġetti li huma ta’ benefiċċju kemm għas-settur tal-enerġija kif ukoll għal dak tal-agrikoltura;

79.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ġestjoni tal-provvista tibqa’ tiġi appoġġata permezz ta’ appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;

80.  Jissottolinja l-fatt li l-bdiewa Ewropej jissodisfaw l-aktar rekwiżiti stretti ta’ produzzjoni fid-dinja u jisħaq li l-politiki ma għandhomx iwasslu għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni jew għal kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni;

Il-PAK u l-futur tal-bdiewa

81.  Itenni li l-PAK għandha tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel waqt li ttejjeb ir-rispons għat-talbiet il-ġodda tas-soċjetà għal ikel sostenibbli u nutrizzjoni aktar sana; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-bdiewa jkollhom sors ta’ introjtu prevedibbli u jistgħu jaqilgħu l-għixien tagħhom mill-attività tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tappoġġa l-baġit tal-PAK fil-QFP biex tiżgura kemm it-tranżizzjoni tas-sigurtà tal-ikel u t-tranżizzjoni ekoloġika u fl-istess waqt tipprovdi l-ingranaġġ meħtieġ għall-investimenti;

82.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu n-nuqqas fl-għadd ta’ azjendi agrikoli fiż-żoni rurali u jenfasizza fuq il-ħtieġa li niffukaw fuq l-appoġġ għat-tkomplija tal-biedja u għall-innovazzjoni; jenfasizza l-kontribut ta’ azjendi agrikoli żgħar għall-awtonomija tal-ikel sostenibbli u s-sigurtà tal-ikel tal-UE, b’mod partikolari fis-sistemi tal-ikel lokali, u jisħaq fuq l-importanza li niżguraw li l-produtturi fuq skala żgħira jkunu involuti b’mod xieraq fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet meta dawn ikunu affettwati;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta tabbozza l-komunikazzjoni tagħha dwar il-PAK futura, tqis li tagħmel politika li tintegra l-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel b’mod koerenti, filwaqt li tiżgura l-koerenza tagħha mal-politika tal-kummerċ, mal-politika ambjentali, mal-politika umanitarja u mal-politika ta’ żvilupp internazzjonali;

84.  Jilqa’ bi ħġaru u jappoġġa l-kummenti tal-Kummissarju għall-Agrikoltura, li qal li l-baġit attwali għall-PAK, li huwa anqas minn 0.4 % tal-PDG tal-UE, ma huwiex suffiċjenti biex jipprovdi s-sigurtà tal-ikel, u li għaldaqstant dan l-ammont għandhom jogħla b’mod kunsiderevoli sa mhux aktar mill-QFP li jmiss; jappella biex fir-riżerva għall-kriżijiet agrikoli jintefgħu riżorsi addizzjonali apparti l-fondi attwali tal-PAK u biex, jekk tintefaq kollha, ir-riżerva għall-kriżijiet timtela mill-ġdid permezz ta’ mezzi li mhumiex id-dixxiplina baġitarja, peress li dan ikun ifisser li lill-bdiewa nkunu qed nagħtuhom fondi tal-UE biex jaffaċċjaw il-kriżi minn naħa, imma min-naħa l-oħra nkunu qed noħduhomlhom lura permezz ta’ ħlasijiet diretti;

85.  Jenfasizza l-importanza li nidentifikaw mod aktar flessibbli ta’ kif ir-rekwiżiti tal-PAK jiġu applikati, u dan permezz tal-inklużjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem lill-produtturi u billi ngħollu l-livell ta’ dawn il-ħlasijiet;

86.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-għajnuna Ewropea tilħaq lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli malajr kemm jista’ jkun u tadatta ruħha għall-kuntest ta’ kriżijiet multidimensjonali, u l-importanza ta’ approċċ umanitarju msaħħaħ; jissottolinja l-fatt li, fl-2022, il-Kummissjoni allokat aktar minn EUR 900 miljun għall-assistenza umanitarja tal-ikel, li kienet 60 % aktar milli fl-2021 u kważi 80 % aktar milli fl-2020;

87.  Jitlob lill-UE tiżgura l-kontinwità bejn l-għajnuna umanitarja, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-azzjonijiet ta’ paċi sabiex jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-insigurtà tal-ikel u jiġu indirizzati d-dgħufijiet tas-sistemi tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f’konformità mal-approċċ nexus;

Ekosistemi reżiljenti u diversi bħala xprun tas-sigurtà tal-ikel

88.  Josserva li l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-produzzjoni agrikola qiegħed isir aktar evidenti, fejn l-għelejjel u r-rendimenti qed ikunu milquta b’mod negattiv minħabba ż-żieda fil-frekwenza ta’ nixfiet, għargħar u kundizzjonijiet estremi tat-temp oħra;

89.  Ifakkar li d-degradazzjoni tal-bijodiversità, speċjalment tal-ispeċi li jipproduċu l-għasel, tikkontribwixxi biex ir-rendiment agrikolu jonqos u b’hekk timmina s-sigurtà tal-ikel tagħna; jenfasizza li l-agrikoltura tibbaża ruħha fuq ekosistemi reżiljenti, b’mod partikolari ekosistemi tal-ħamrija funzjonali, u popolazzjonijiet suffiċjenti ta’ dakkara u predaturi ta’ pesti; jisħaq li jekk inżidu r-reżiljenza tal-agrikoltura Ewropea għall-klima s-settur ikun jista’ jibqa’ kompetittiv fis-suq globali, u b’hekk jipprovdi l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku;

90.  Jilqa’ l-analiżi komprensiva tal-Kummissjoni tal-fatturi li jixprunaw is-sigurtà tal-ikel; jissottolinja l-konklużjonijiet tagħha li jindikaw l-urġenza ta’ tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel sostenibbli li tkun kapaċi tiżgura s-sigurtà tal-ikel kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul;

Id-dimensjoni internazzjonali tas-sigurtà tal-ikel

91.  Jenfasizza fuq il-ħtieġa urġenti li l-politika kummerċjali tal-UE tkun konformi mal-istandards Ewropej għal ikel sostenibbli biex ma xxekkilx il-kompetittività tal-UE; jinnota li l-UE għandha rwol ewlieni fil-kummerċ globali tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, u li huwa fundamentali li l-politika kummerċjali tal-UE tkun taqbel ukoll mal-miri Ewropej fir-rigward tas-sostenibbiltà;

92.  Jappella biex, fin-negozjati u l-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali jkun hemm kapitlu ddedikat għall-prodotti tal-ikel u l-prodotti agrikoli, u biex dawn ma jitqisux bħala sempliċi pedini ta’ negozjar; jesprimi tħassib dwar l-impatt li ż-żieda fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mingħajr dispożizzjonijiet sodi dwar is-sostenibbiltà kellha fuq is-settur agrikolu Ewropew, li ta’ spiss jaffaċċja kompetizzjoni inġusta minn produtturi minn pajjiżi terzi li huma suġġetti għal leġiżlazzjoni ħafna anqas stretta; jappella, barra minn hekk, għal reċiproċità akbar bejn il-produtturi Ewropej u l-produtturi minn pajjiżi terzi dwar l-istandards tal-produzzjoni;

93.  Jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel huwa suġġett kumpless u multidimensjonali u li teħtieġ approċċ koerenti u integrat li jieħu inkunsiderazzjoni l-isfidi attwali minn perspettivi differenti: l-iżvilupp ekonomiku, kummerċjali, ambjentali, reġjonali u internazzjonali;

94.  Jenfasizza fuq ir-responsabbiltà tal-UE mhux biss li tiżgura l-provvista tal-ikel tagħha stess, iżda li tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-ġuħ f’partijiet oħra tad-dinja li jkunu żvantaġġati; jissottolinja li l-UE għandha tappoġġa pajjiżi sħab biex jistabbilixxu objettivi ambjentali għoljin, kif ukoll tassistihom u tiggwidahom f’din it-tranżizzjoni meta meħtieġ; jenfasizza li s-sħab minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u pajjiżi li jinsabu f’sitwazzjoni fraġli fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, li jafu jeħtieġu trattament speċjali u differenti, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa;

95.  Iqis li fi żmien medju għal twil, bħala attur dinji ewlieni fis-settur agroalimentari l-UE għandha tippromwovi kriterji ta’ sostenibbiltà dinjin ogħla u timpenja ruħha ma’ sħab internazzjonali biex flimkien jiżviluppaw punti ta’ riferiment u standards internazzjonali għal sistemi tal-ikel reżiljenti u sostenibbli li jimxu mar-regoli tad-WTO;

96.  Jenfasizza li l-finanzjament umanitarju u għall-iżvilupp, kif ukoll miżuri oħrajn, li jindirizzaw il-ġuħ u l-malnutrizzjoni fl-Ewropa u lil hinn minnha għandhom bżonn jiżdiedu bil-qawwi biex jindirizzaw b’mod xieraq il-kriżi dinjija tas-sigurtà tal-ikel, li ġiet iggravata mill-gwerra fl-Ukrajna;

97.  Jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa strateġija integrata ġenwina mal-pajjiżi sħab tagħha sabiex tħeġġeġ l-iżvilupp, it-tisħiħ u l-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-ikel lokali, tnaqqas il-vulnerabbiltajiet assoċjati mad-dipendenzi internazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-fertilizzanti u ċ-ċereali, filwaqt li ssaħħaħ is-swieq lokali u reġjonali permezz ta’ programmi infrastrutturali, bħal programmi għall-infrastruttura tas-suq, għas-sistemi tat-tkessiħ u t-toroq, u kif ukoll għas-swieq tal-bdiewa online, sabiex tissaħħaħ, b’mod partikolari, ir-reżiljenza tal-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar, speċjalment fil-qafas tal-Inizjattiva Global Gateway;

98.  Jiddeplora l-ispekulazzjoni finanzjarja fuq il-prodotti bażiċi tal-agrikoltura u tal-ikel, li qed taggrava l-volatilità tal-prezzijiet u qed tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa; jinnota bi tħassib li l-ispekulazzjoni finanzjarja fuq il-prodotti bażiċi tal-ikel taffettwa b’mod partikolari lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari f’kuntest ta’ gwerra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jevalwaw ir-rwol u l-firxa tal-ispekulazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi;

99.  Jissottolinja li statistika trasparenti dwar l-istokkijiet taċ-ċereali kemm mill-partijiet ikkonċernati pubbliċi kif ukoll minn dawk privati hija essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-operaturi tan-negozji tal-ikel jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu r-regoli ta’ trasparenza dwar il-prezzijiet u l-istokkijiet agrikoli globali, b’mod partikolari billi jsaħħu u jestendu s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Swieq Agrikoli;

100.  Jirrimarka li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma l-aktar vulnerabbli għaż-żieda fil-prezzijiet globali tal-ikel u tal-agrikoltura, li jheddu l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu fuq il-proposta tal-FAO li għandha l-għan li tistabbilixxi faċilità ta’ finanzjament għall-importazzjoni tal-ikel biex tgħin lill-pajjiżi b’introjtu baxx li huma l-aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-ikel jaċċessaw is-swieq globali tal-ikel; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li r-regoli kummerċjali jiġu żviluppati, inkluż dawk li jaqgħu taħt il-mandat tad-WTO, bl-għan li l-pajjiżi b’introjtu baxx jiġu megħjuna jibnu sistemi tal-ikel lokali aktar b’saħħithom;

101.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li niffukaw aktar fuq azzjonijiet fl-agrikoltura li jħarsu d-dritt għas-sigurtà tal-ikel tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala prijorità u li jżidu l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrizzjonali tal-popolazzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar sistematiku għad-determinazzjoni u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-UE dwar l-objettivi tal-PCD;

102.  Jilqa’ l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jallokaw kważi EUR 8 biljun f’għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp għas-sigurtà tal-ikel globali fil-perjodu 2021-2024, inklużi EUR 600 miljun oħra biex jgħinu lill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP) jindirizzaw il-konsegwenzi tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew, kull sena sal-2024, dwar l-għanijiet, il-miżuri u r-riżultati ta’ dan l-impenn;

103.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u l-assistenza għall-ikel u jżidu s-servizzi ta’ nutrizzjoni essenzjali u jadottaw miżuri suffiċjenti għal żmien qasir u għat-tul oħrajn fil-pajjiżi u r-reġjuni l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari d-19-il “hotspot tal-ġuħ” identifikati mill-FAO u mid-WFP li għadhom ibatu minn nuqqas ta’ finanzjament umanitarju li jindirizza l-ġuħ u l-malnutrizzjoni;

104.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej tal-finanzi għall-iżvilupp joħolqu sinerġiji bejn l-istrument NDICI – Ewropa Globali u l-istrateġija l-ġdida tal-Global Gateway, bl-użu tal-approċċ ta’ Tim Ewropa, sabiex jikkoordinaw l-investimenti fis-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi sħab; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-proċess ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrument NDICI - Ewropa Globali, teżamina mill-qrib l-ammonti u l-proġetti assoċjati mas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi sħab u tivvaluta bis-sħiħ l-effettività tal-miżuri appoġġati;

105.  Jilqa’ t-tnedija ta’ diversi inizjattivi multilaterali għas-sigurtà tal-ikel; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu rwol ewlieni fil-koordinazzjoni tad-diversi inizjattivi biex jiġi żgurat impenn internazzjonali effettiv għas-sigurtà tal-ikel globali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu internazzjonali ta’ tħejjija u rispons għall-kriżijiet tal-ikel, taħt il-patroċinju tal-FAO u tad-WFP, bl-għan li jiġu identifikati r-riskji u l-vulnerabbiltajiet, b’mod partikolari fl-infrastruttura kritika tal-ikel u l-ktajjen tal-provvista, u tittejjeb il-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet waqt il-kriżijiet; jappoġġa, barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ riżervi strateġiċi tal-ikel, minħabba r-rwol li l-istokkijiet jista’ jkollhom biex itaffu l-impatti tal-kriżijiet tal-ikel; jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tan-Network Globali Kontra l-Kriżijiet tal-Ikel;

106.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-pakkett ta’ 30 % tal-fondi tal-NDICI-Ewropa Globali assenjat għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jiġi allokat għal proġetti li jtejbu r-reżiljenza u l-adattament tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-istabbilizzazzjoni ta’ għoljiet, ir-reklamazzjoni tal-art, ir-riforestazzjoni, l-irrigazzjoni, il-ġestjoni tal-baċiri idrografiċi u l-appoġġ għall-isforzi edukattivi dwar din il-kwistjoni; jinsisti li dawk l-investimenti għandhom ikunu konformi mal-Aġenda 2030, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u jqisu l-VGGT tal-FAO u tas-CFS u l-Prinċipji tal-FAO u tas-CFS għal Investiment Responsabbli fis-Sistemi tal-Agrikoltura u tal-Ikel;

107.  Jinnota li skont l-FAO n-nisa jirrappreżentaw sa 43 % tal-forza tax-xogħol agrikola globali, u b’hekk għandhom rwol vitali fiż-żoni rurali, iżda minkejja dan xorta jiffaċċjaw diskriminazzjoni sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mas-sjieda tal-art u tal-bhejjem, il-paga ugwali, il-parteċipazzjoni fl-entitajiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-kreditu u għas-servizzi finanzjarji; jenfasizza li t-tfal u n-nisa huma l-aktar vulnerabbli għall-insigurtà tal-ikel;

108.  Jisħaq li d-disparità globali bejn il-ġeneri fl-insigurtà tal-ikel kibret f’dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari minħabba inugwaljanza prevalenti bejn il-ġeneri u diskriminazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati; jappella għalhekk biex jittieħdu azzjonijiet u miżuri li jappoġġaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-biedja u jirrimarka li l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel huwa wieħed mill-modi ta’ kif jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi sħab jiżguraw li n-nisa, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa, ikunu involuti fl-abbozzar ta’ programmi u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti kif ukoll fil-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet għall-ġlieda kontra l-insigurtà tal-ikel;

109.  Jenfasizza li l-ħolqien ta’ impjiegi vijabbli fl-agrikoltura huwa kruċjali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ dan is-settur fuq livell globali; ifakkar li l-investimenti fis-settur tal-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar irendu l-aħjar redditi f’termini ta’ tnaqqis tal-faqar u tkabbir, u b’hekk jissaħħaħ l-introjtu tal-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar, speċjalment il-bdiewa nisa b’azjendi agrikoli żgħar;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza politika li tintegra l-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel b’mod koerenti, filwaqt li tiżgura l-koerenza tagħha mal-politika tal-kummerċ, mal-politika ambjentali, mal-politika umanitarja u mal-politika ta’ żvilupp internazzjonali;

o
o   o

111.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.
(2) ĠU C 361, 20.9.2022, p. 2.
(3) ĠU C 47, 7.2.2023, p. 149.
(4) ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164.
(5) ĠU C 177, 17.5.2023, p. 35.


Traineeships ta’ kwalità fl-UE
PDF 244kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Anness
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar traineeships ta’ kwalità fl-Unjoni (2020/2005(INL))
P9_TA(2023)0239A9-0186/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 292 tat-TFUE, flimkien mal-Artikoli 153 u 166 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 153(2), il-punt (b), tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (b), tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships(1) (ir-“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2014”),

–  wara li kkunsidra r-rapport sommarju fattwali tal-Kummissjoni tal-3 ta’ Awwissu 2022 tal-konsultazzjoni pubblika online b’appoġġ għall-evalwazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2014 dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships (QFT)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar “Kuntrattar frodulenti tax-xogħol: abbuż tal-istatus tat-traineeships (l-Awstrija, il-Finlandja, Spanja u r-Renju Unit)”(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2018 bit-titolu “Traineeships taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ – Esperjenza minn fuq il-post”(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2016 bit-titolu “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara” (COM(2016)0646),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2016 bit-titolu “Applikazzjoni tal-Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships” (SWD(2016)0324),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi – It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ Ewropej: l-impjiegi u l-irkupru soċjali wara l-pandemija(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-Llgat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022(9),

–  wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017 fis-Summit ta’ Gothenburg, b’mod partikolari l-Prinċipji Nru 1 u 4 tiegħu, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u d-Dikjarazzjoni tas-Summit Soċjali ta’ Porto tal-2021 li jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu lejn Ewropa Soċjali u jirrinforzaw il-koeżjoni soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta’ eżitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tat-30 ta’ Novembru 2022, adottat fil-qafas tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, b’mod partikolari l-proposta Nru 47, il-miżura Nru 5 li titlob li jiġi żgurat li l-internships u l-impjiegi taż-żgħażagħ jaderixxu mal-istandards ta’ kwalità, inkluż dwar ir-remunerazzjoni, filwaqt li jintemmu l-pagi minimi taż-żgħażagħ u kwalunkwe dispożizzjoni diskriminatorja oħra tal-liġi tax-xogħol speċifika għaż-żgħażagħ, u filwaqt li jiġu pprojbiti wkoll, permezz ta’ strument legali, l-internships mhux imħallsa fis-suq tax-xogħol u barra mill-edukazzjoni formali,

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2023 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li għalih l-Istati Membri kollha tal-UE huma Stati Partijiet, b’mod partikolari l-Artikolu 7, il-punt (a)(i), dwar pagi ġusti u remunerazzjoni ugwali, l-Artikolu 7, il-punt (c), dwar opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-Artikolu 9 dwar id-dritt għas-sigurtà soċjali għal kulħadd,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98(10),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “lejn drittijiet ugwali għall-persuni b’diżabilità”(11),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tal-2006,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0186/2023),

A.  billi t-traineeships huma mezz importanti għaż-żgħażagħ biex jiksbu l-esperjenza qabel ma jsibu impjieg stabbli; billi t-traineeships jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali għas-suq tax-xogħol; billi huwa kruċjali li jiġu stabbiliti l-aħjar kundizzjonijiet u inċentivi biex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għal traineeships b’livell għoli ta’ kwalità li jippermettulhom ikollhom esperjenza siewja ta’ tagħlim, kif ukoll esperjenza ta’ xogħol u l-iżvilupp ta’ sett rilevanti ta’ ħiliet; billi t-trainees li jagħmlu traineeships fis-suq tax-xogħol miftuħ, traineeships fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol (ALMPs) u traineeships li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali għandu jkollhom id-dritt għal remunerazzjoni kif stabbilit fl-Anness I; billi t-trainees li jagħmlu traineeships bl-għan li jiksbu kwalifiki edukattivi għandu jkollhom aċċess għal kumpens adegwat kif stabbilit fl-Anness II;

B.  billi l-pandemija tal-COVID-19 interrompiet ħafna opportunitajiet edukattivi u ta’ impjieg, u b’hekk ħolqot ostakoli għall-kisba tal-ħiliet; billi dan laqat primarjament u b’mod sproporzjonat it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol ta’ persuni żgħażagħ minn sfond żvantaġġat;

C.  billi jeżistu tipi differenti ta’ traineeships fl-Unjoni; billi traineeship tista’ tinftiehem bħala perjodu limitat ta’ prattika tax-xogħol li jinkludi element ta’ tagħlim u taħriġ u li persuna tagħmlu sabiex tikseb esperjenza prattika u professjonali bil-għan li ttejjeb l-impjegabbiltà ta’ dik il-persuna u tiffaċilita t-tranżizzjoni għal impjieg stabbli; billi l-Parlament ikkundanna ripetutament il-prattika ta’ traineeships mhux imħallsa bħala forma ta’ sfruttament tal-ħaddiema żgħażagħ u ksur tad-drittijiet tagħhom u appella għal qafas legali komuni biex tkun żgurata remunerazzjoni ġusta għat-traineeships sabiex jiġu evitati prattiki ta’ sfruttament(12);

D.  billi l-biċċa l-kbira tat-traineeships fl-Unjoni jistgħu jinqasmu fil-kategoriji li jinkludu: traineeships fis-suq miftuħ, traineeships assoċjati ma’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol, traineeships li huma parti mit-taħriġ professjonali u traineeships li huma parti minn kurrikuli akkademiċi jew vokazzjonali; billi dawn it-tipi differenti kollha ta’ traineeships jipprovdu opportunità għaż-żgħażagħ biex jitħarrġu, jiksbu ħiliet li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u għandhom jipprovduhom b’aċċess aktar faċli għal impjiegi ta’ kwalità fil-futur filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet personali tagħhom; billi l-Unjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu biex jipprovdu aċċess għal traineeships ta’ kwalità;

E.  billi fl-Unjoni jeżistu approċċi u oqfsa legali differenti li jirregolaw it-traineeships; billi dawn id-differenzi regolatorji jeżistu kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll, f’xi każijiet, fi ħdan l-Istati Membri;

F.  billi l-istudji stabbilew rabtiet bejn il-kwalità tat-traineeships u l-eżitu tal-impjieg(13), u li r-remunerazzjoni hi wieħed mill-kriterji ewlenin tal-kwalità ta’ dak li jistabbilixxi li traineeship ikun wieħed b’livell għoli ta’ kwalità(14);

G.  billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2014 tindirizza t-traineeships fis-suq miftuħ u dawk assoċjati ma’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol;

H.  billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2014 tirrakkomanda li l-Istati Membri jpoġġu fil-prattika l-prinċipji li ġejjin għal qafas ta’ kwalità għat-traineeships: il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ traineeships bil-miktub, objettivi ta’ tagħlim u taħriġ, kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għat-trainees, drittijiet u obbligi tat-trainee u tal-fornitur ta’ traineeships, il-limitazzjoni ta’ traineeships għal perjodu raġonevoli, ir-rikonoxximent xieraq tat-traineeships permezz ta’ għodod tal-Unjoni (bħall-Europass), ir-rekwiżiti tat-trasparenza, l-istabbiliment ta’ traineeships transfruntiera, l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej biex jittejbu t-traineeships, u l-applikazzjoni tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships innifsu;

I.  billi persuna tista’ tesperjenza diskriminazzjoni b’mod differenti abbażi ta’ varjetà ta’ fatturi, inkluż, iżda mhux limitat, għas-sess, ir-razza, il-kulur, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika jew soċjali u ekonomika, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ dik il-persuna(15); billi huwa kruċjali li niffokaw fuq l-indirizzar u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kollha fit-traineeships u l-iżgurar tal-aċċessibilità tat-traineeships għall-persuni u l-gruppi ta’ persuni li huma l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol; billi ż-żgħażagħ li jgħixu f’ċirkostanzi finanzjarji aktar dgħajfa, inklużi l-persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’ġenitur wieħed, il-persuni b’diżabilità, il-migranti, il-persuni b’livelli ta’ edukazzjoni aktar baxxi, iż-żgħażagħ li ma jgħixux mal-ġenituri tagħhom u l-persuni minn unitajiet domestiċi b’intensità ta’ xogħol baxxa, għandhom inqas ċans li jkollhom aċċess għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jagħmlu traineeships mingħajr ħlas jew bi ħlas baxx(16);

J.  billi f’Lulju 2022, 87 miljun ċittadin Ewropew kellhom xi forma ta’ diżabilità; billi l-persuni b’diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli meta jaċċessaw traineeships b’livell għoli ta’ kwalità u meta jfittxu impjieg fis-suq tax-xogħol miftuħ;

K.  billi traineeships b’livell għoli ta’ kwalità huma kruċjali biex iż-żgħażagħ jiġu edukati u mħarrġa kif xieraq għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u biex jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet u n-nuqqasijiet konsegwenti fis-suq tax-xogħol fl-Unjoni, filwaqt li jiġu ssodisfati l-interessi personali tat-trainee u jiġi enfasizzat il-valur miżjud potenzjali kemm għal min iħaddem kif ukoll għat-trainees; billi wisq żgħażagħ ma jistgħux isibu impjieg stabbli minħabba li l-impjiegi disponibbli jaf ma jikkorrispondux mas-sett ta’ ħiliet tagħhom; billi, fl-istess ħin, 40 % ta’ min iħaddem(17) isibuha diffiċli biex isibu impjegati bil-ħiliet adatti; billi r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni hija ta’ 15,1 %, u fil-kuntest attwali tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja, skont il-Eurostat(18), iż-żgħażagħ huma l-grupp li qed jiffaċċja l-akbar riskju ta’ faqar: kwart taż-żgħażagħ jgħixu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, filwaqt li n-nisa żgħażagħ jgħixu f’riskju akbar ta’ faqar jew esklużjoni soċjali;

L.  billi madwar nofs il-persuni li għandhom bejn 15 u 34 sena fl-Unjoni kisbu esperjenza ta’ xogħol billi għamlu mill-inqas traineeship wieħed; billi l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ jirrapportaw li ħadmu f’żewġ internships mhux imħallsa qabel ma sabu impjieg stabbli(19); billi dan ifisser li madwar erba’ miljun persuna jieħdu sehem f’mill-inqas traineeship wieħed fis-sena fl-Unjoni(20);

M.  billi l-maġġoranza tat-trainees li ħadu sehem fi stħarriġ tal-Ewrobarometru jaħsbu li l-esperjenza tagħhom kienet siewja jew tkun siewja biex isibu impjieg stabbli (71 %), iżda kważi terz (28 %) ma jaqblux(21);

N.  billi r-riċerka tikkonferma li l-valur tat-traineeships biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn l-impjieg jiddependi mill-kwalità tagħhom f’termini ta’ kontenut tat-tagħlim u kundizzjonijiet tax-xogħol(22);

O.  billi, skont l-istess stħarriġ tal-Ewrobarometru kif imsemmi hawn fuq, 40 % biss tat-trainees irċevew kumpens finanzjarju u billi aktar minn nofs dawk it-trainees (53 %) qiesu li l-kumpens ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż bażiċi tal-għajxien tagħhom(23);

P.  billi t-traineeships fi Stat Membru ieħor għadu rari: skont stħarriġ li sar mill-Ewrobarometru, 9 % biss tat-traineeships fl-Unjoni jsiru barra mill-pajjiż(24);

Q.  billi hemm nuqqas ta’ data kumparattiva aġġornata dwar it-traineeships fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ traineeships fis-suq tax-xogħol miftuħ; billi d-data disponibbli dwar it-traineeships fl-Unjoni hija appoġġata minn definizzjonijiet differenti, u dan joħloq il-problemi f’termini ta’ kumparabbiltà tagħhom;

R.  billi l-inċentivi għal min iħaddem huma kruċjali meta jiġu offruti traineeships ta’ kwalità, b’mod partikolari fejn min iħaddem huma mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju; billi huwa mħeġġeġ it-tisħiħ tal-ħiliet diġitali u l-għodod diġitali meħtieġa biex jappoġġaw lit-trainees waqt li jkunu qed jagħmlu t-traineeship tagħhom; billi, f’dan ir-rigward, il-programm ta’ traineeships ta’ opportunità diġitali, offrut fl-ambitu tal-programm Erasmus+, jipprovdi lill-istudenti u l-gradwati żgħażagħ bl-opportunità li jiksbu ħiliet diġitali fuq il-post tax-xogħol u jiksbu esperjenza fis-settur tat-teknoloġija; billi t-traineeships ta’ kwalità għandhom b’mod ġenerali jsiru bi preżenza fiżika; billi x-xogħol mill-bogħod jew ibridu huwa dejjem aktar in-norma f’għadd ta’ setturi u kumpaniji; billi, f’dan ir-rigward, kwalunkwe parti mill-bogħod jew ibrida ta’ traineeship għandha tkun aċċettabbli biss meta l-preżenza fuq il-post tax-xogħol ma tkunx meħtieġa jew possibbli u għandha tikkonforma mal-kriterji tal-kwalità;

1.  Jenfasizza li t-traineeships huma primarjament esperjenza ta’ tagħlim li ma għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi fil-livell tad-dħul; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b’koperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, biex jiffaċilitaw u jtejbu l-aċċess taż-żgħażagħ għal traineeships b’livell għoli ta’ kwalità, imħallsa u inklużivi, b’mod partikolari għal dawk ġejjin minn sfond vulnerabbli biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni ta’ koeżjoni soċjali u inklużjoni;

2.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ traineeships b’livell għoli ta’ kwalità biex jittejbu l-ħiliet u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, biex b’hekk titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom lejn is-suq tax-xogħol; jenfasizza li t-traineeships jistgħu jkunu opportunità għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu u jittestjaw karrieri differenti biex isibu liema impjiegi huma adattati l-aktar għat-talenti u l-aspirazzjonijiet tagħhom;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu edukati u mħarrġa kif xieraq għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol biex jiġi indirizzat l-ispariġġ fil-ħiliet, filwaqt li jiġu ssodisfati l-interessi personali tagħhom u jiġi enfasizzat il-valur miżjud potenzjali kemm għal min iħaddem kif ukoll għat-trainees; f’dan ir-rigward, jenfasizza ukoll il-ħtieġa li jiġu offruti traineeships f’oqsma marbuta mal-ħtiġijiet b’rabta mal-ħiliet, man-nuqqas ta’ ħaddiema u mas-setturi orjentati lejn il-futur, fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u tat-tranżizzjonijiet diġitali;

4.  Jisħaq li l-Unjoni ma tistax tippromwovi l-prekarjetà u li traineeships mhux imħallsa u li ma jkunux ta’ kwalità ma jistgħux jiġu appoġġati minn finanzi pubbliċi; jinsisti li min iħaddem m’għandux jirċievi u juża l-appoġġ finanzjarju pubbliku jekk ma jikkonformax mal-kriterji tal-kwalità, il-liġi u l-ftehimiet kollettivi;

5.  Ifakkar li t-traineeships b’livell għoli ta’ kwalità jista’ jagħtu kontribut siewi biex jintlaħqu l-miri soċjali tal-Unjoni sal-2030 li mill-inqas 60 % tal-adulti kollha jipparteċipaw f’taħriġ kull sena u li mill-inqas 78 % tal-persuni bejn l-20 u l-64 sena f’impjieg, kif ukoll li r-rata ta’ persuni qiegħda li mhumiex qed isegwu korsijiet ta’ studju jew taħriġ (NEETs) tonqos għal 9 % permezz ta’ opportunitajiet ta’ kwalità, f’konformità mal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU Nru 1, 4, 8 u 10;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu mħarsa milli jagħmlu diversi traineeships wara xulxin billi jsir monitoraġġ strett tal-użu ta’ kuntratti bl-għan li jagħmlu t-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol;

7.  Jenfasizza li traineeships b’livell għoli ta’ kwalità jippromwovu l-idea ta’ tagħlim tul il-ħajja u jikkontribwixxu għall-adattament fid-dawl tal-bidla dinamika fis-suq tax-xogħol, u konsegwentement jestendu l-ħajja tax-xogħol;

Reviżjoni tal-qafas attwali

8.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna u ssaħħaħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2014 u tittrasformaha fi strument leġiżlattiv aktar b’saħħtu;

9.  Jirrikonoxxi li l-prinċipji eżistenti tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships jibqgħu rilevanti biex jiggwidaw lil min iħaddem biex joffri traineeships b’livell għoli ta’ kwalità; jieħu nota tal-pożizzjoni vulnerabbli li jħabbtu wiċċhom magħha ż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li jridu jiżdiedu prinċipji ġodda fil-qafas ta’ kwalità għat-traineeships sabiex tittejjeb il-kwalità tat-traineeships u tiġi faċilitata t-tranżizzjoni taż-żgħażagħ kollha mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-prinċipji addizzjonali li ġejjin fil-qafas ta’ kwalità għat-traineeships aġġornat:

   aċċess għal kumpens adegwat tat-trainees skont l-għoli tal-ħajja,
   aċċess tat-trainees għall-protezzjoni soċjali skont l-iskemi nazzjonali,
   żieda fl-aċċess għat-traineeships għal trainees minn sfondi vulnerabbli, inklużi trainees b’diżabilità, bl-użu ta’ approċċ intersettorjali,
   postijiet tax-xogħol aċċessibbli,
   konformità ta’ kwalunkwe parti ta’ traineeship imwettqa mill-bogħod mal-kriterji tal-kwalità,
   objettivi tat-tagħlim ċari u aċċess għal mentoraġġ adegwat u għall-gwida ta’ mentors imħarrġa biex jiġi żgurat it-trasferiment interġenerazzjonali tal-ħiliet,
   b’koperazzjoni mal-ispettorati nazzjonali tax-xogħol u l-awtoritajiet rilevanti, rrapportar tal-prattiki ħżiena u l-kundizzjonijiet ħżiena matul il-perjodu tat-traineeships permezz ta’ kanali stabbiliti;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar traineeships fis-suq tax-xogħol miftuħ, traineeships fil-kuntest ta’ ALMPs u traineeships li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali, sabiex jiġu żgurati standards minimi tal-kwalità, inklużi regoli dwar it-tul tat-traineeships, l-aċċess għall-ħarsien soċjali f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali kif ukoll remunerazzjoni li tiżgura standard ta’ għajxien deċenti sabiex jiġu evitati l-prattiki ta’ sfruttament, f’konformità mal-abbozz ta’ direttiva stabbilit fl-Anness I;

Assistenza u qawmien ta’ kuxjenza

11.  Jikkundanna l-użu tal-istatus ta’ traineeship biex jiġu kuntrattati ħaddiema b’ħiliet għolja u speċjalizzati, meta fir-realtà huma impjegati u r-relazzjoni tal-impjieg tagħhom għandha tkun rikonoxxuta bħala tali; tali prattika abbużiva sikwit twassal għal nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi, paga aktar baxxa u nuqqas ta’ protezzjoni soċjali, b’mod partikolari nuqqas ta’ vaganzi mħallsa, nuqqas ta’ protezzjoni tal-mard jew liv tal-ġenituri, u anke n-nuqqas totali ta’ bonus tal-Milied jew tal-vaganzi; jisħaq fuq l-importanza li dawn il-prattiki ma jitħallewx jiġu formalizzati u leġittimizzati;

12.  Itenni r-rwol ċentrali li jista’ jkollhom il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u t-tabella ta’ valutazzjoni assoċjata tagħha li torbot il-finanzjament ma’ politiki għal Strument UE Next Generation, u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex jikkontribwixxu għal żieda fin-numru ta’ traineeships b’livell għoli ta’ kwalità, inkluż dawk li huma aċċessibbli għall-gruppi żvantaġġati; iħeġġeġ lill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, biex jużaw ir-riżorsi kollha disponibbli f’dan il-qasam; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-investiment inkluż permezz tal-FSE+ biex jappoġġaw miżuri mmirati għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati;

13.  Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw aħjar l-FSE+ biex jgħinu l-progressjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tranżizzjoni għax-xogħol, billi jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi, inkluż titjib u tiġdid tal-ħiliet, it-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà bil-għan li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà għal kulħadd, b’mod partikolari dawk ġejjin minn sfond vulnerabbli sabiex ikun żgurat l-aċċess tagħhom għal opportunitajiet ugwali u billi jikkontribwixxu għall-kompetittività(25); jissottolinja r-rwol partikolari tal-programm Erasmus+ fil-promozzjoni tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni għat-trainees żgħażagħ;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tqajjem kuxjenza fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tal-fondi disponibbli tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà minn kulħadd għal traineeships b’livell għoli ta’ kwalità, b’mod partikolari l-persuni minn sfond vulnerabbli, sabiex ikun żgurat l-aċċess tagħhom għal opportunitajiet indaqs;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fil-qasam ta’ traineeships b’livell għoli ta’ kwalità li huma aċċessibbli għal kulħadd; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu gwida u assistenza lil min iħaddem, b’mod partikolari lill-mikrointrapriżi u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex ikunu jistgħu joffru traineeships b’livell għoli ta’ kwalità, u biex joffru inċentivi lil min iħaddem li jipprovdu lit-trainees kollokament ta’ impjieg b’livell għoli ta’ kwalità wara t-tlestija b’suċċess ta’ traineeship;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka b’mod partikolari fuq l-iżgurar ta’ traineeships ta’ kwalità, aċċessibbli u mħallsa, b’mod partikolari fis-suq tax-xogħol miftuħ, matul is-Sena Ewropea tal-Ħiliet bħala segwitu tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u f’konformità mar-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ta’ Mejju 2022;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza lill-Istati Membri dwar inkjesti legali relatati mal-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ kwalità għat-traineeships;

L-aħjar prattiki u l-monitoraġġ

18.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw skemi ta’ monitoraġġ adegwati biex jiżguraw li l-ewwel esperjenza tax-xogħol tat-trainees tkun ta’ kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni twassal linji gwida għal skemi ta’ monitoraġġ adegwati biex tiġi żgurata l-uniformità tal-ġbir tad-data;

19.  Jitlob li l-ispettorati nazzjonali tas-suq tax-xogħol jinfurzaw il-konformità mar-regolamenti eżistenti dwar traineeships b’livell għoli ta’ kwalità; f’dan ir-rigward, jitlob li jkun hemm aktar qawmien tal-kuxjenza, taħriġ u bini tal-kapaċità għall-ispettorati nazzjonali tas-suq tax-xogħol;

20.  Jitlob li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha involuti, b’mod partikolari s-servizzi tal-edukazzjoni u tal-impjieg pubbliku, il-fornituri ta’ traineeships inkluż l-impjegaturi, il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-involviment tas-sħab soċjali, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u t-trainees; jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ Alleanza Ewropea għat-Traineeships, simili għall-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati, li tgħaqqad flimkien lill-gvernijiet u lill-partijiet ikkonċernati ewlenin bil-għan li ssaħħaħ il-kwalità u l-offerta ta’ traineeships fl-Unjoni, filwaqt li tippromwovi l-mobbiltà tat-trainees, b’mod partikolari billi tiżgura aċċess għal biżżejjed riżorsi finanzjarji, inklużi korsijiet tal-lingwi;

21.  Jitlob għall-appoġġ tal-patti lokali għall-ħiliet b’koperazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi u l-atturi rilevanti kollha biex jiġi żgurat li t-traineeship jgħin biex jingħalaq l-ispariġġ fil-ħiliet fis-swieq tax-xogħol;

Ġbir tad-data

22.  Jitlob li jsir ġbir tad-data aħjar u aktar kumparattiv dwar it-traineeships fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni; jitlob li tiġi inkluża data kumparattiva dwar it-traineeships fit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali;

23.  Jenfasizza l-fatt li hija meħtieġa aktar data, b’mod partikolari dwar: statistika ta’ traineeships mhux imħallsa u s-setturi li fihom il-kwistjoni hija aktar predominanti; l-ostakli li t-trainees jiffaċċjaw biex jiksbu traineeship b’livell għoli ta’ kwalità u modi kif jegħlbu dawn l-ostakli; l-effetti tal-kriżijiet soċjoekonomiċi reċenti fuq it-trainees; l-isfidi li jiġu ffaċċjati sikwit waqt traineeship u modi kif jingħelbu dawn l-isfidi; ostakli possibbli iffaċċjati minn min iħaddem meta joffri traineeships b’livell għoli ta’ kwalità, u modi kif dawn l-ostakli jingħelbu; il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ traineeships diġitali; l-esperjenzi ta’ trainees b’diżabilità kif ukoll ta’ dawk ġejjin minn sfondi vulnerabbli; l-ostakli għat-traineeships transfruntiera u l-modi biex dawn jiġu megħluba;

Aċċessibbiltà

24.  Ifakkar li kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, iċ-ċittadinanza, l-oriġini etnika jew soċjali u ekonomika, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali trid tkun projbita; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri speċifiċi biex jiżguraw dan(26);

25.  Jissottolinja l-fatt li traineeships b’livell għoli ta’ kwalità jridu jkunu inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-ħtieġa li l-persuni b’diżabilità jiġu appoġġati biex ikollhom aċċess għal traineeships b’livell għoli ta’ kwalità filwaqt li jiġi żgurat proċess ta’ reklutaġġ inklużiv u jitnaqqsu l-ostakli għall-persuni b’diżabilità; jitlob definizzjoni tal-Unjoni kollha tad-diżabilità u jistieden lill-Kummissjoni taċċellera l-introduzzjoni tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-persuni b’diżabilità u l-ħila tagħhom li jieħdu opportunitajiet ta’ traineeships fi Stati Membri oħra; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ post tax-xogħol aċċessibbli adattat għall-ħtiġijiet ta’ trainees b’tipi ta’ diżabilitajiet differenti; jitlob li ssir reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE(27) biex jittejjeb l-artikolu dwar akkomodazzjoni raġonevoli fuq il-post tax-xogħol skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità; jitlob li tiġi żblokkjata l-adozzjoni tal-proposta għal direttiva kontra d-diskriminazzjoni (COM(2008)0426); jenfasizza l-ħtieġa għas-separazzjoni tar-remunerazzjoni u l-appoġġ għad-diżabilità biex ikun hemm spejjeż addizzjonali relatati mad-diżabilità għat-traineeships; jenfasizza l-importanza tal-għajnuna personali biex jiġu appoġġati l-persuni b’diżabilità, bil-għan li jiġi appoġġat l-għajxien indipendenti; jitlob li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni li huma f’riskju akbar ta’ diskriminazzjoni;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa għal tagħlim tul il-ħajja; jitlob li t-traineeships ikunu aċċessibbli għal persuni ta’ kull età; ifakkar li t-traineeships jistgħu jipprovdu ħafna benefiċċji lill-fornitur ta’ traineeships u lit-trainee; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-potenzjal enormi u sottovalutat tal-anzjani;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu offruti opportunitajiet immirati lejn iż-żgħażagħ minn sfondi żvantaġġati, b’mod partikolari ż-żgħażagħ NEETs; f’dan ir-rigward, jappoġġa l-mira fil-livell tal-Unjoni li tistipula li l-perċentwal ta’ NEETs għandu jkun inqas minn 9 % sal-2030(28);

Mobilità transfruntiera

28.  Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu aktar traineeships transfruntieri; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-potenzjal tal-EURES bħala għodda ta’ tqabbil u kollokament ta’ traineeships; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-EURES billi tipprovdi informazzjoni aktar ċara, f’formati li huma aċċessibbli għal persuni b’tipi differenti ta’ diżabilitajiet, kif ukoll gwida u servizzi ta’ kollokament aħjar għal trainees interessati li jixtiequ jieħdu vantaġġ mill-mobbiltà transfruntiera; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-EURES, fost l-oħrajn, fost il-fornituri ta’ traineeships, iż-żgħażagħ, in-nies qiegħda u l-gradwati reċenti; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-traineeship, b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent transfruntier tal-ħiliet; itenni l-fatt li t-traineeships huma esperjenza ta’ xogħol valida u għandhom ikunu rikonoxxuti bħala tali matul il-proċessi ta’ reklutaġġ;

29.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, abbażi tal-Artikolu 153(2), il-punt (b), tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (b), tat-TFUE, proposta għal direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill, dwar qafas dwar traineeships ta’ kwalità, li jistabbilixxi rekwiżiti minimi għal standards ta’ kwalità u remunerazzjoni adegwata għat-traineeships fis-suq tax-xogħol miftuħ, għat-traineeships fil-kuntest tal-ALMPs u għat-traineeships li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali, skont l-abbozz ta’ direttiva stabbilita fl-Anness I;

30.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta, abbażi tal-Artikolu 166(4) tat-TFUE, proposta għal deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill dwar qafas ta’ kwalità għal traineeships imwettqa bl-għan li jinkisbu kwalifiki edukattivi, f’konformità mal-abbozz ta’ deċiżjoni stabbilit fl-Anness II;

31.  Huwa tal-fehma li huwa meħtieġ finanzjament suffiċjenti għall-proposti stabbiliti hawnhekk u jikkunsidra li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposti mitluba għandhom ikunu koperti mill-allokazzjoni baġitarja rilevanti tal-Unjoni;

o
o   o

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjawha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

ANNESS I GĦAR-RIŻOLUZZJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar traineeships ta’ kwalità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2) il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 153(1) il-punt (b), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Prinċipju 1 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jsostni li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà u jiġġestixxu b’suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-prinċipju nru. 3 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jissottolinja li irrispettivament mill-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, kulħadd għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs rigward, inter alia, l-impjieg u l-edukazzjoni.

(2)  L-Artikolu 14(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li kull persuna għandha d-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt li jkollha aċċess għall-formazzjoni professjonali u kontinwa.

(3)  L-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030 għandha l-għan li tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà, fuq bażi ugwali ma’ oħrajn fl-Unjoni u lil hinn minnha. Fi ħdan dik l-istrateġija, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tiżgura li l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jieħdu sehem fit-taħriġ u fit-tagħlim ta’ ħiliet ġodda bħala rekwiżit fundamentali għall-impjieg u l-indipendenza.

(4)  It-traineeships saru punt ta’ dħul importanti fis-suq tax-xogħol.

(5)  L-ispejjeż soċjoekonomiċi jinħolqu jekk it-traineeships, b’mod partikolari dawk ripetuti, jieħdu post l-impjieg regolari, b’mod partikolari karigi ta’ livell ta’ dħul li normalment jiġu offruti lit-trainees. Barra minn hekk, traineeships b’livell baxx ta’ kwalità, speċjalment dawk bi ftit kontenut ta’ tagħlim, ma jwasslux għall-impjegabbiltà tat-trainee u ma huma ta’ benefiċċju għall-ebda parti. L-ispejjeż soċjali jistgħu jinħolqu wkoll b’rabta ma’ traineeships bi ħlas baxx jew mhux imħallsa li jillimitaw l-opportunitajiet tal-karriera ta’ dawk li ġejjin minn sfond żvantaġġat.

(6)  Iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ individwi jolqtu ħafna l-għażla tagħhom biex iwettqu traineeship mhux imħallsa jew bi ħlas baxx. Żgħażagħ minn sfondi vulnerabbli huma esklużi inġustament mill-aċċess għal opportunitajiet ta’ impjieg fi ħdan l-organizzazzjonijiet u l-industriji li joffru traineeships mhux imħallsa u indirettament jiddiskriminaw kontra xi gruppi ta’ żgħażagħ.

(7)  Teżisti evidenza tar-rabta bejn il-kwalità tat-traineeship u l-eżitu tal-impjieg. Il-valur tat-traineeships biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn l-impjieg jiddependi mill-kwalità tagħhom f’termini ta’ kontenut tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Traineeships ta’ kwalità jimmotivaw liż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, itejbu l-prospetti futuri u l-istabbiltà mentali, itejbu t-tqabbil tal-ħiliet mas-suq tax-xogħol, joffru benefiċċji diretti fir-rigward tal-produttività u jippromwovu l-mobbiltà, b’mod partikolari billi jnaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix u tat-tqabbil, kemm għall-intrapriżi kif ukoll għat-trainees.

(8)  L-evidenza turi li għadd sinifikanti ta’ traineeships m’għandhomx rabta bejn il-kompiti u l-objettivi tat-tagħlim. Traineeship ta’ kwalità irid joffri kontenut ta’ tagħlim solidu u b’sinifikat. Dan ifisser, l-identifikazzjoni tal-ħiliet speċifiċi li għandhom jinkisbu, superviżjoni u mentoraġġ tat-trainees, u monitoraġġ tal-progress tagħhom matul it-traineeship huwa meħtieġ.

(9)  Ġew identifikati wkoll problemi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal pereżempju sigħat twal ta’ xogħol, nuqqas ta’ kopertura ta’ sigurtà soċjali, nuqqas ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti kif ukoll liv minħabba l-mard, il-protezzjoni kontra r-riskji għas-saħħa u sigurtà jew riskji okkupazzjonali, remunerazzjoni baxxa jew noneżistenti u nuqqas ta’ ċarezza fit-termini u l-kundizzjonijiet previsti fil-ftehimiet tat-traineeships.

(10)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trainees huma koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali, speċjalment fir-rigward tad-drittijiet tas-saħħa, tal-qgħad u tal-pensjoni skont il-liġi u l-prattika nazzjonali. Il-fornituri ta’ traineeships għandhom jiżguraw li l-trainees ikollhom assigurazzjoni kontra l-inċidenti, inkluż inċidenti fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mal-liġi u mal-prattika nazzjonali.

(11)  It-traineeships fis-suq tax-xogħol miftuħ għadhom mhux regolati f’xi Stati Membri. Fin-nuqqas ta’ qafas jew strument regolatorju, jew minħabba li hemm nuqqas ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tax-xogħol għat-traineeships u l-kontenut ta’ tagħlim tagħhom, ħafna fornituri ta’ traineeships jistgħu jużaw lit-trainees bħala ħaddiema rħas jew saħansitra mhux imħallsa.

(12)  In-nuqqas ta’ informazzjoni bħal din u ta’ kriterji vinkolanti tal-kwalità huwa waħda mill-kawżi ta’ traineeships b’livell baxx ta’ kwalità u hija problema ħafna aktar mifruxa għat-traineeships milli għall-impjiegi regolari. Rekwiżiti ta’ trasparenza akbar u notifiki jew avviżi newtrali għall-ġeneru u inklużivi li jirreklamaw pożizzjonijiet ta’ traineeships itejbu l-aċċessibbiltà ta’ traineeships.

(13)  Is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, bħal unions tal-istudenti, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u fornituri ta’ servizzi ta’ gwida tal-karriera tul il-ħajja, għandhom rwol ewlieni fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ politiki u programmi ta’ taħriġ. Il-koperazzjoni bejniethom tista’ tipprovdi lit-trainees b’informazzjoni mmmirata dwar l-opportunitajiet ta’ karriera disponibbli u l-ħtiġijiet ta’ ħiliet fis-swieq tax-xogħol, kif ukoll dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tat-trainees.

(14)  Il-Parlament Ewropew ikkundanna ripetutament il-prattika ta’ traineeships mhux imħallsa bħala forma ta’ sfruttament tal-ħaddiema żgħażagħ u ksur tad-drittijiet tagħhom u appella għal qafas legali komuni biex tkun żgurata remunerazzjoni ġusta għat-traineeships sabiex jiġu evitati prattiki ta’ sfruttament.

(15)  Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-istandards minimi għad-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi traineeship b’livell għoli ta’ kwalità;

(16)  Din id-Direttiva għandha tkopri trainees li jagħmlu traineeships fis-suq tax-xogħol miftuħ, fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol inkluż dawk offruti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u traineeships li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali.

(17)  Meta jitqiesu n-natura u l-objettiv ta’ din id-Direttiva, din m’għandhiex tiġi interpretata li xxekkel lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għat-trainees,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas bl-iskop li jtejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tat-traineeships, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees li jagħmlu t-traineeships. Din id-Direttiva tapplika għat-traineeships li ġejjin:

(a)  traineeships tas-suq miftuħ;

(b)  traineeships fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol;

(c)  traineeships li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “traineeship tas-suq miftuħ” tfisser ftehim mhux obbligatorju, bilaterali u privat bejn trainee u fornitur ta’ traineeship mingħajr l-involviment ta’ parti terza u mingħajr konnessjoni formali ma’ stabbiliment edukattiv jew ta’ taħriġ;

(b)  “traineeship fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol” tfisser traineeship organizzat minn servizz pubbliku tal-impjiegi b’koperazzjoni ma’ fornitur ta’ traineeship, abbażi ta’ ftehim bejn it-tliet partijiet bil-għan li tingħata għajnuna lil żgħażagħ qiegħda jew inattivi biex isibu impjieg;

(c)  “traineeship li hu parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali” tfisser traineeship li jservi bħala introduzzjoni obbligatorja fil-prattika professjonali ta’ qasam ta’ xogħol speċifiku;

(d)  “ftehim ta’ traineeship” tfisser ftehim ta’ perjodu limitat ta’ żmien, li jistabbilixxi traineeship tas-suq miftuħ, traineeship fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol jew traineeship li huwa parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali, li jinkludi element ta’ tagħlim u taħriġ, li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit fil-liġi nazzjonali, ftehim kollettiv jew prattika nazzjonali fis-seħħ f’kull Stat Membru, filwaqt li titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(e)  “trainee” tfisser persuna li tagħmel traineeship tas-suq miftuħ, traineeship fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol jew traineeship li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali biex tikseb esperjenza prattika u professjonali bl-għan li ttejjeb l-impjegabbiltà u tiffaċilita t-tranżizzjoni għal impjieg regolari, fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ traineeship;

(f)  “fornitur ta’ traineeship” tfisser impriża, servizz pubbliku tal-impjiegi jew entità oħra pubblika, privata jew mingħajr skop ta’ qligħ li tipprovdi traineeships fis-suq miftuħ, traineeships fil-kuntest ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol jew traineeships li huma parti obbligatorja mit-taħriġ professjonali.

Artikolu 3

Kriterji tal-kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trainees ikollhom id-dritt għal:

(a)  ftehim ta’ traineeship bil-miktub li jistabbilixxi mill-inqas:

(i)  it-tul ta’ żmien tat-traineeship u d-dispożizzjonijiet għal kwalunkwe tiġdid tat-traineeship;

(ii)  għal ftehimiet ta’ traineeship li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva: ir-remunerazzjoni li għandha tiġi pprovduta lit-trainee f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29);

(iii)  id-drittijiet u l-obbligi tat-trainee u tal-fornitur ta’ traineeship inkluż il-kompiti li għandhom jitwettqu mit-trainee u, fejn rilevanti, il-politiki tal-fornitur ta’ traineeship fir-rigward tal-kunfidenzjalità u s-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)  l-arranġamenti għall-mentoraġġ u l-evalwazzjoni li għandha titwettaq mis-superviżur li jiggwida lit-trainee fil-kompiti assenjati;

(v)  l-objettivi tat-tagħlim li ġew stabbiliti u diskussi b’mod konġunt bejn it-trainee u l-fornitur ta’ traineeship, u fil-każ tal-Artikolu 2, il-punti (b) u (c), il-partijiet l-oħra involuti, biex jgħinu lit-trainee jikseb esperjenza prattika u ħiliet rilevanti.

Il-kompiti msemmija fil-punt (iii) għandhom ikunu stabbiliti b’referenza għall-objettivi tat-tagħlim imsemmija fil-punt (v) u għandhom jiffaċilitaw l-ilħuq ta’ dawk l-objettivi tat-tagħlim;

(b)  id-drittijiet stabbiliti fid-Direttivi 2003/88/KE(30) u (UE) 2019/1152(31) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif implimentati mil-liġi u l-prattiki nazzjonali;

(c)   l-aċċess għall-ħarsien soċjali tat-trainees skont l-iskemi nazzjonali, inkluż l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-benefiċċji tal-qgħad u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ għall-fornituri ta’ traineeships li joffri traineeships għal persuni b’diżabilità.

Artikolu 4

Tul taż-żmien, tiġdid u estensjoni tat-traineeship

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul taż-żmien tat-traineeship ikun limitat u ma jkunx inqas minn xahar, filwaqt li jitqiesu l-prattiki nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti marbuta mat-tul taż-żmien, it-tiġdid jew l-estensjoni tat-traineeships ma jirriżultawx fis-sostituzzjoni tal-impjiegi fil-livell ta’ dħul, pożizzjonijiet vakanti għal impjiegi full-time jew kuntratti ta’ impjieg b’terminu indefinit permezz ta’, fost l-oħrajn, l-estensjoni tal-istess traineeship fl-istess pożizzjoni mill-istess fornitur ta’ traineeship.

3.  L-Istati Membri għandhom jiċċaraw iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet li fihom traineeship jista’ jiġi estiż jew imġedded wara li jkun skada l-ftehim ta’ traineeship inizjali.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-ftehim ta’ traineeship kemm it-trainee kif ukoll il-fornitur ta’ traineeship jistgħu jtemmu l-ftehim b’komunikazzjoni bil-miktub, filwaqt li jiġi provdut avviż minn qabel fi żmien xieraq fid-dawl tat-tul tat-traineeship u tal-prattika nazzjonali rilevanti.

Artikolu 5

Rikonoxximent tat-traineeships

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent u l-validità tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-traineeships u li l-fornituri ta’ traineeships jattestawhom, abbażi ta’ valutazzjoni, permezz ta’ ċertifikat;

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-traineeships jiġu rikonoxxuti bħala esperjenza ta’ xogħol fil-proċessi ta’ reklutaġġ.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ trasparenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ traineeships jinkludu fl-avviżi u r-reklami tal-pożizzjonijiet vakanti newtrali għall-ġeneru u inklużivi tagħhom informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-traineeship, inkluż ir-remunerazzjoni tiegħu, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kompiti mistennija u l-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti.

2.  Il-fornituri ta’ traineeships għandhom jagħtu informazzjoni dwar il-politiki ta’ reklutaġġ, inkluż il-perċentwal ta’ trainees reklutati mill-fornitur ta’ traineeship wara t-traineeship tagħhom fis-snin reċenti.

3.  Il-fornituri ta’ traineeships ma għandhomx jirrikjedu esperjenza ta’ xogħol preċedenti meta jirreklamaw jew joħorġu avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għal traineeships.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tax-xogħol jipprojbixxu s-sostituzzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-livell ta’ dħul jew pożizzjonijiet permanenti permezz ta’ traineeship.

Artikolu 7

Djalogu soċjali u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati

1.  Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tas-sħab soċjali u f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment effettiv tas-sħab soċjali u ta’ partijiet ikkonċernati oħra fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.  It-trainees għandu jkollhom aċċess għal rappreżentanza tal-ħaddiema, inkluż trade unions.

Artikolu 8

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew tad-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ fir-rigward tad-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 9

Nonrigressjoni u dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.  Din id-Direttiva m’għandhiex tintuża biex jitnaqqsu d-drittijiet eżistenti għat-trainees, u lanqas ma tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

2.  Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-prerogattiva tal-Istati Membri li japplikaw jew li jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għat-trainees jew li jinkoraġġixxu jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għat-trainees.

Artikolu 10

Ġbir tad-data, monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida biex tiżgura l-uniformità tal-ġbir tad-data. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk il-linji gwida.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir tad-data tat-traineeships fil-livell nazzjonali jitwettaq f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawn għandhom jibagħtu d-data miġbura lill-Kummissjoni kull sena.

Artikolu 11

Rapportar u rieżami

Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-impatt tagħha fil-prattika u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS II GĦAR-RIŻOLUZZJONI

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas tal-kwalità għat-traineeships

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Prinċipju 1 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jsostni li kull persuna għandha d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi sabiex iżżomm u tikseb il-ħiliet li jippermettulha li tipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u li tiġġestixxi b’suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-prinċipju tlieta tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jissottolinja li irrispettivament mill-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, kull persuna għandha d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs, rigward, inter alia, x-xogħol u l-edukazzjoni.

(2)  L-Artikolu 14(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea isostni li kull persuna għandha d-dritt għall-edukazzjoni u li jkollha aċċess għall-formazzjoni professjonali u kontinwa.

(3)  L-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030 għandha l-għan li tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà, fuq bażi ugwali mal-oħrajn fl-Unjoni u lil hinn minnha. Fi ħdan dik l-istrateġija, il-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha li tiżgura li l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jieħdu sehem fit-taħriġ u fit-tagħlim ta’ ħiliet ġodda bħala rekwiżit fundamentali għall-impjieg u l-indipendenza.

(4)  It-traineeships magħmula bl-għan li jinkisbu kwalifiki edukattivi għandhom l-iskop li joffru lill-istudenti esperjenza ta’ tagħlim konkreta bbażata fuq ix-xogħol billi jintegraw l-għarfien akkademiku mal-esperjenza prattika, filwaqt li jagħtuhom l-opportunità li jsibu l-oqsma ta’ interess professjonali tagħhom u jtejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

(5)  Jinħolqu spejjeż soċjoekonomiċi jekk it-traineeships, b’mod partikolari dawk ripetuti, jieħdu post l-impjieg regolari, b’mod partikolari fil-pożizzjonijiet tal-livell ta’ dħul li normalment jiġu offruti lit-trainees. Barra minn hekk, it-traineeships b’livell baxx ta’ kwalità, speċjalment dawk bi ftit kontenut ta’ tagħlim, ma jwasslux għall-impjegabbiltà tat-trainee u l-ebda parti ma tibbenefika minnhom. L-ispejjeż soċjali jistgħu jinħolqu wkoll b’rabta ma’ traineeships mhux imħallsa li jillimitaw l-opportunitajiet tal-karriera ta’ persuni minn sfondi żvantaġġati;

(6)  Teżisti evidenza tar-rabta bejn il-kwalità tat-traineeship u l-eżitu tal-impjieg. Il-valur tat-traineeships biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn l-impjieg jiddependi mill-kwalità tagħhom f’termini ta’ kontenut tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tat-taħriġ. Traineeships ta’ kwalità joffru motivazzjoni liż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, itejbu l-prospetti futuri u l-istabbiltà mentali, itejbu t-tqabbil tal-ħiliet mas-suq tax-xogħol, joffru benefiċċji diretti fir-rigward tal-produttività u jippromwovu l-mobbiltà, b’mod partikolari billi jnaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix u tat-tqabbil, kemm għall-intrapriżi kif ukoll għat-trainees.

(7)  L-evidenza turi li f’għadd sinifikanti ta’ traineeships ma teżistix ir-rabta bejn il-kompiti u l-objettivi tat-tagħlim. Traineeship ta’ kwalità irid joffri kontenut ta’ tagħlim solidu u sinifikattiv. Dan ifisser, l-identifikazzjoni tal-ħiliet speċifiċi li għandhom jinkisbu, is-superviżjoni u l-mentoraġġ tat-trainees, u l-monitoraġġ tal-progress tagħhom matul it-traineeship.

(8)  Ġew identifikati wkoll problemi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-taħriġ, bħal sigħat twal ta’ xogħol, nuqqas ta’ kopertura ta’ sigurtà soċjali, nuqqas ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti kif ukoll liv minħabba l-mard, il-protezzjoni kontra r-riskji għas-saħħa u sigurtà jew riskji okkupazzjonali, kumpens fqir jew noneżistenti u nuqqas ta’ ċarezza fit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet tat-traineeships.

(9)  F’xi Stati Membri, it-traineeships magħmula bl-għan li jinkisbu kwalifiki edukattivi għadhom mhux regolati. Fin-nuqqas ta’ qafas jew strument regolatorju, jew għax hemm nuqqas ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol għat-traineeships u l-kontenut ta’ tagħlim tagħhom, ħafna mill-fornituri ta’ traineeships jistgħu jużaw lit-trainees bħala sors ta’ xogħol irħis jew saħansitra mhux imħallas.

(10)  Il-qafas ta’ kwalità għat-traineeships imsaħħaħ u aġġornat se jappoġġa t-titjib tal-kundizzjonijiet tat-taħriġ u l-kontenut ta’ tagħlim tat-traineeships. L-elementi ewlenin tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships huma l-ftehim tat-traineeship bil-miktub li jindika l-objettivi edukattivi, kundizzjonijiet tat-taħriġ deċenti li jinkludu l-ammont ta’ kumpens allinjat mal-għoli tal-ħajja, drittijiet u obbligi, u rekwiżit li t-traineeships ikunu limitati għal tul ta’ żmien raġonevoli.

(11)  In-nuqqas ta’ informazzjoni huwa waħda mill-kawżi ta’ traineeships b’livell baxx ta’ kwalità u huwa problema ħafna aktar mifruxa fit-traineeships milli fl-impjiegi regolari. Rekwiżiti ta’ trasparenza akbar għal notifiki jew avviżi newtrali għall-ġeneru u inklużivi li jirreklamaw pożizzjonijiet ta’ traineeships itejbu l-aċċessibbiltà.

(12)  Il-partijiet ikkonċernati ewlenin, bħal pereżempju s-sħab soċjali, il-unions tal-istudenti, ir-rappreżentanti tal-istudenti, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi ta’ gwida dwar il-karriera tul il-ħajja, għandhom rwol ewlieni fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta’ politiki u programmi ta’ taħriġ. Il-koperazzjoni bejniethom tista’ tipprovdi lit-trainees b’informazzjoni mmmirata dwar l-opportunitajiet ta’ karriera disponibbli u l-ħtiġijiet ta’ ħiliet fis-swieq tax-xogħol, kif ukoll dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tat-trainees.

(13)  Waħda mill-opportunitajiet hija li tiżdied il-mobbiltà transfruntiera tat-trainees fl-Unjoni. In-nuqqas ta’ kumpens deċenti tikkostitwixxi ostakolu għall-iżvilupp ta’ mobbiltà transfruntiera tat-trainee, speċjalment għal studenti ġejjin minn gruppi żvantaġġati. Barra minn hekk, f’xi każijiet, instab li l-ostakoli amministrattivi u legali għall-mobbiltà transfruntiera tat-trainees jolqtu lil diversi mill-Istati Membri destinatarji. F’dan il-kuntest, l-informazzjoni dwar id-dritt għall-mobbiltà transfruntiera tat-trainees hija importanti. Billi jipprovdi prinċipji u linji gwida biex jiswew ta’ referenza, il-qafas tal-kwalità għat-traineeships jista’ jiffaċilita wkoll l-aċċess għat-traineeships tranżnazzjonali.

(14)  Il-fornituri ta’ traineeships li jirrispettaw il-qafas ta’ kwalità għat-traineeships jistgħu jkunu appoġġati finanzjarjament minn fondi tal-Unjoni u nazzjonali. Dan jinvolvi kontribuzzjoni eventwali lill-fornituri għall-ispiża tat-traineeships.

(15)  Il-Parlament Ewropew ikkundanna ripetutament il-prattika ta’ traineeships mhux imħallsa bħala forma ta’ sfruttament tal-ħaddiema żgħażagħ u ksur tad-drittijiet tagħhom u appella għal qafas legali komuni biex tkun żgurata remunerazzjoni ġusta għat-traineeships sabiex jiġu evitati prattiki ta’ sfruttament.

(16)  Il-qafas ta’ kwalità għat-traineeships huwa punt ta’ referenza importanti biex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi traineeship b’livell għoli ta’ kwalità.

(17)  Din id-Deċiżjoni għandha tkopri t-trainees li jagħmlu traineeships bl-għan li jiksbu kwalifiki edukattivi.

(18)  It-trainees koperti minn din id-Deċiżjoni għandu jkollhom aċċess għal kumpens adegwat li jiġi determinat minn kull Stat Membru fid-dawl tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi nazzjonali u l-għoli tal-ħajja. Il-kumpens għandu jkopri mill-inqas il-ħtiġijiet bażiċi tal-għajxien bħall-ikel, l-akkomodazzjoni u t-trasport. Għandu jkun finanzjarju jew ikkomplementat b’xi mod ieħor minn benefiċċji in natura.

(19)  Meta jiġu kkunsidrati n-natura u l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, din m’għandhiex tiġi interpretata li xxekkel lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għat-trainees,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Objettivi

L-objettivi tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships għandhom ikunu li jtejjeb:

(a)  il-kwalità tat-traineeships imwettqa bil-għan li jinkisbu kwalifiki edukattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontenut tat-tagħlim u tat-taħriġ kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-taħriġ, bil-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għax-xogħol;

(b)  l-aċċessibbiltà ta’ tali traineeships, b’mod partikolari bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ minn gruppi żvantaġġati u persuni b’diżabilità billi jiġu implimentati l-Artikoli 2 sa 13.

Artikolu 2

Konklużjoni ta’ ftehim bil-miktub għat-traineeships

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li t-traineeships jkunu msejsa fuq ftehim bil-miktub konkluż fil-bidu tat-traineeship bejn it-trainee u l-fornitur ta’ traineeship;

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ftehimiet ta’ traineeship jindikaw l-objettivi edukattivi, il-kundizzjonijiet tat-taħriġ, kumpens adegwat provdut lit-trainee mingħand il-fornitur ta’ traineeship, u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll it-tul ta’ żmien tat-traineeship.

Artikolu 3

Objettivi tat-tagħlim u tat-taħriġ

1.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-objettivi tat-tagħlim u tat-taħriġ stabbiliti b’mod konġunt mit-trainee, mill-fornitur ta’ traineeship u mill-istituzzjoni edukattiva sabiex jgħinu lit-trainees jiksbu esperjenza prattika u ħiliet rilevanti. Il-kompiti assenjati lit-trainee għandhom jippermettu l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri ta’ traineeships biex jagħżlu mentor għat-trainees li jiggwida lit-trainees fil-kompiti assenjati, jissorvelja u jivvaluta l-progress tagħhom filwaqt li jiżgura t-trasferiment interġenerazzjonali tal-ħiliet.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tat-taħriġ applikabbli għat-trainees

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kundizzjonijiet tat-taħriġ u l-aċċess għall-ħarsien soċjali tat-trainees, skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż limiti għall-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa, perjodi minimi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa, intitolamenti minimi għall-btajjel, liv tal-mard, drittijiet tat-telexogħol, u aċċess għar-rappreżentanza, jiġu rispettati u li s-sigħat tat-taħriġ u t-tul ta’ żmien tiegħu jkunu kompatibbli mal-pjan ta’ studju kkonċernat, fil-każ li t-taħriġ u l-edukazzjoni jkunu se jsiru simultanjament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trainees ikunu koperti b’assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti kif ukoll b’liv minħabba mard skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trainees koperti minn din id-Deċiżjoni jkollhom aċċess għal kumpens adegwat, determinat minn kull Stat Membru fil-perspettiva tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u tal-għoli tal-ħajja nazzjonali.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqsima ta’ traineeship imwettqa mill-bogħod tissodisfa l-kundizzjonijiet tat-taħriġ, isir monitoraġġ kif xieraq tagħha mill-mentor u timplimenta l-qafas ta’ kwalità għat-traineeships b’mod sħiħ.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol u l-awtoritajiet rilevanti jkollhom il-mezzi biex jirrappurtaw prattiki ħżiena u kundizzjonijiet ħżiena għat-trainees.

Artikolu 5

Drittijiet u obbligazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet ikkonċernati jiżguraw li l-ftehim ta’ traineeship jistipula d-drittijiet u l-obbligi tat-trainee u ta’ min jipprovdi t-traineeship, inkluż, fejn ikun rilevanti, il-politika tal-fornitur ta’ traineeship fir-rigward tal-kunfidenzjalità u s-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

Artikolu 6

Tul ta’ żmien tat-traineeship

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw tul ta’ żmien limitat tat-traineeships li, fil-prinċipju, ma jaqbiżx is-sitt xhur, għajr f’każijiet fejn tul ta’ żmien itwal ikun iġġustifikat, filwaqt li titqies il-prattika nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-prattika li fil-ftehim ta’ traineeship jiġi speċifikat li kemm it-trainee kif ukoll il-fornitur ta’ traineeship jistgħu jtemmuh b’komunikazzjoni bil-miktub lill-partijiet kollha, li tagħti avviż minn żmien xieraq qabel fid-dawl tat-tul tat-traineeship u l-prattika nazzjonali rilevanti.

Artikolu 7

Rikonoxximent tat-traineeships

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba matul it-traineeships kemm mill-fornitur ta’ traineeship kif ukoll mill-istituzzjoni edukattiva.

Artikolu 8

Aċċessibbiltà tat-traineeships

1.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu aċċess akbar għat-traineeships għal trainees minn sfondi vulnerabbli, inklużi trainees b’diżabilità.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-postijiet tax-xogħol ikunu adattati biex ikunu aċċessibbli għal trainees b’diżabilità.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ trasparenza

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri ta’ traineeships biex jinkludu, fl-avviżi u fir-reklami tagħhom ta’ pożizzjonijiet vakanti li jkunu newtrali għall-ġeneru u inklużivi, informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-traineeship, b’mod partikolari fir-rigward tal-kumpens, l-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-inċidenti u l-kompiti mistennija u biex jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki ta’ reklutaġġ, inkluż il-perċentwal ta’ trainees reklutati fis-snin reċenti.

Artikolu 10

Traineeships transfruntiera

1.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-mobbiltà transfruntiera tat-trainees fl-Unjoni, inter alia billi jiċċaraw il-qafas legali nazzjonali għat-traineeships u jistabbilixxu regoli ċari dwar meta jilqgħu trainees minn Stati Membri oħra u meta jibagħtu trainees lejn Stati Membri oħra u billi jnaqqsu l-formalitajiet amministrattivi;

2.  Fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jagħmlu traineeships fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships għalihom.

3.  Fil-każ ta’ mobbiltà barra mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jippromwovu r-rispett tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships fi ftehimiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-fornituri ta’ traineeships.

Artikolu 11

Appoġġ finanzjarju

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta’ fondi nazzjonali u/jew tal-Unjoni, bħall-pereżempju mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għal fornituri ta’ traineeships li jirrispettaw il-qafas ta’ kwalità għat-traineeships.

Artikolu 12

Ġbir tad-data, monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għal skemi ta’ monitoraġġ adegwat biex tiġi żgurata l-uniformità tal-ġbir tad-data ħalli jiġi żgurat ġbir ta’ data aħjar u kumparattiva dwar it-traineeships fil-livell nazzjonali.

2.  Abbażi tal-linji gwida ppubblikati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ, b’koperazzjoni mal-Istati Membri u b’mod partikolari permezz tal-EMCO, tal-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships skont din id-Deċiżjoni u tanalizza l-impatt tal-politiki fis-seħħ.

Artikolu 13

Implimentazzjoni tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex japplikaw il-qafas ta’ kwalità għat-traineeships mill-aktar fis possibbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [tliet snin wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni] dwar il-miżuri meħuda f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari s-sħab soċjali, il-unions tal-istudenti, ir-rappreżentanti tal-istudenti, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi ta’ gwida dwar il-karriera tul il-ħajja, fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kwalità għat-traineeships.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.
(2) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13118-Quality-Framework-for-Traineeships-review-evaluation-/public-consultation_mt
(3) https://www.eurofound.europa.eu/publications/information-sheet/2017/fraudulent-contracting-of-work-abusing-traineeship-status-austria-finland-spain-and-uk
(4)https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=8163&furtherPubs=yes
(5) ĠU C 372, 4.11.2020, p. 1.
(6) ĠU C 395, 29.9.2021, p. 101.
(7) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 75.
(8) ĠU C 342, 6.9.2022, p. 265.
(9) ĠU C 167, 11.5.2023, p. 83.
(10) ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.
(11) ĠU C 177, 17.5.2023, p. 13.
(12) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ Ewropej: l-impjiegi u l-irkupru soċjali wara l-pandemija (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 265).
(13)https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2022/699459/EPRS_STU(2022)699459_EN.pdf, p. 1
(14) https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---dcomm/---publ/documents/publication/wcms_799773.pdf
(15) L-Artikolu 21 dwar in-Non-diskriminazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: https://fra.europa.eu/mt/eu-charter/article/21-non-diskriminazzjoni
(16) https://www.youthforum.org/files/230111-DP-CostUnpaidInternships.pdf
(17) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1146&langId=mt
(18) https://www.cedefop.europa.eu/files/9173_en.pdf
(19) https://www.youthforum.org/files/230111-DP-CostUnpaidInternships.pdf
(20) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2022/699459/EPRS_STU(2022)699459_EN.pdf, p. 2
(21) https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/1091
(22) Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships. SWD(2013)0495 final. P. 15.
(23) Ibid
(24) Ibid
(25) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021R1057&from=EN
(26) L-Artikolu 21 dwar in-Non-diskriminazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: https://fra.europa.eu/mt/eu-charter/article/21-non-diskriminazzjoni
(27) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).
(28) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Statistics_on_young_people_neither_in_employment_nor_in_education_or_training#To_what_extent_are_young_adults_neither_in_employment_nor_in_education_or_training.3F_The_transition_from_education_to_work
(29) Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea(ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(30) Ir-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).
(31) Id- Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).

Avviż legali - Politika tal-privatezza