– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos mill-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni b’rabta mal-proċedimenti kriminali, mibgħuta mill-Viċi Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Greċja permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Jannar 2023 u mħabbra fil-plenarja fl-14 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-fatt li Georgios Kyrtsos irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’ skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0231/2023),
A. billi l-Prosekutur tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni talab it-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Greċja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali li għandhom jinbdew kontrih rigward in-nuqqas ta’ ħlas ta’ ammonti dovuti lill-Istat Grieg;
B. billi Georgios Kyrtsos, fil-kapaċità tiegħu bħala CEO u rappreżentant legali tal-kumpanija Free Sunday Publishing House Ltd., huwa akkużat li naqas milli jħallas EUR 459 918,18 dovuti lill-Istat Grieg;
C. billi l-att allegatament imwettaq minn Georgios Kyrtsos jikkostitwixxi r-reat kriminali ta’ dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti lill-Istat skont l-Artikolu 25 tal-Liġi Griega 1882/90, kif issupplimentat bl-Artikolu 20(8) tal-Liġi Griega 2298/95, sostitwit bl-Artikolu 23(1) tal-Liġi Griega 2523/97, emendat bl-Artikolu 34 tal-Liġi Griega 3220/2004, sostitwit bl-Artikolu 3(1) tal-Liġi Griega 3943/2011, sostitwit bl-Artikolu 20 tal-Liġi Griega 4321/2015 u emendat bl-Artikolu 8 tal-Liġi Griega 4337/2015;
D. billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”(2);
E. billi r-reati allegati ma jikkostitwixxu l-ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
F. billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet; billi l-allegat reat b’mod ċar ma għandu l-ebda rabta diretta mal-attivitajiet ta’ Georgios Kyrtsos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda minflok huwa relatat mal-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala maniġer tal-kumpanija tal-gazzetti tiegħu;
G. billi f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-parlament tagħhom, u fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni jew proċeduri legali; billi l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-Membri tiegħu;
H. billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jistipula li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu akkużati, arrestati, mixħuta l-ħabs jew ristretti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;
I. billi f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, li tfisser elementi fattwali li jindikaw li l-investigazzjoni ġudizzjarja inkwistjoni kienet mibdija bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Georgios Kyrtsos;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Georgios Kyrtsos.
Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.
Miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti tal-Moldova skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE/Euratom/Moldova
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti tal-Moldova skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (COM(2023)0245 – C9-0166/2023 – 2023/0144(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0245),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0166/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta’ Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0219/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti mir-Repubblika tal-Moldova skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1524.)
Regolament ġdid dwar il-prodotti għall-bini
667k
247k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (UE) 305/2011 (COM(2022)0144 – C9-0129/2022 – 2022/0094(COD))(1)
(2) Sabiex prodott għall-bini jitqiegħed fis-suq, il-manifattur huwa obbligat li jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal tali prodott. Il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ tali prestazzjoni ddikjarata. Huma pprovduti ċerti eżenzjonijiet għal dan l-obbligu.
(2) Sabiex prodott għall-bini kopert bi speċifikazzjoni teknika armonizzata jitqiegħed fis-suq, il-manifattur huwa obbligat li jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal tali prodott. Il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ tali prestazzjoni ddikjarata. Ċerti prodotti, bħal prodotti manifatturati individwalment jew prodotti magħmula skont l-ordni, jenħtieġ li jiġu eżentati minn dan l-obbligu.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti flussi ta’ informazzjoni li jiffunzjonaw tajjeb, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, biex jiġi żgurat li informazzjoni koerenti u trasparenti dwar il-prestazzjonijiet tal-prodotti għall-bini tkun disponibbli tul il-katina tal-provvista. Dan huwa mistenni li jżid it-trasparenza u li jtejjeb l-effiċjenza f’termini ta’ trasferiment ta’ informazzjoni. L-iżgurar tal-aċċess diġitali għal informazzjoni komprensiva dwar il-prodotti għall-bini jikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni b’mod sħiħ, u b’hekk jagħmel il-qafas adattat għall-era diġitali. L-aċċess għal informazzjoni affidabbli u dejjiema jfisser ukoll li l-operaturi ekonomiċi u atturi oħrajn ma jikkontribwixxux għan-nuqqas ta’ konformità ta’ xulxin.
(4) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti flussi ta’ informazzjoni li jiffunzjonaw tajjeb, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi u f’format li jinqara mill-magni, biex jiġi żgurat li informazzjoni koerenti u trasparenti dwar il-prestazzjonijiet tal-prodotti għall-bini tkun disponibbli tul il-katina tal-provvista. Dan huwa mistenni li jżid it-trasparenza u li jtejjeb l-effiċjenza f’termini ta’ trasferiment ta’ informazzjoni. L-iżgurar tal-aċċess diġitali għal informazzjoni komprensiva dwar il-prodotti għall-bini jikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni b’mod sħiħ, u b’hekk jagħmel il-qafas adattat għall-era diġitali. L-aċċess għal informazzjoni affidabbli u dejjiema jfisser ukoll li l-operaturi ekonomiċi u atturi oħrajn ma jikkontribwixxux għan-nuqqas ta’ konformità ta’ xulxin.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) L-ilħuq tal-għanijiet ambjentali, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, jagħmilha neċessarja li jiġu stabbiliti obbligi ambjentali ġodda u li tiġi stabbilita l-bażi għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodu ta’ valutazzjoni għall-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini. Għall-istess raġuni, jeħtieġ li tiġi estiża l-firxa ta’ operaturi ekonomiċi regolati, minħabba li d-distributuri, il-fornituri u l-manifatturi kollha għandhom rwol fil-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali fis-settur tal-kostruzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-firxa tiġi estiża f’żewġ direzzjonijiet, ’l isfel mid-distributuri għall-operaturi ekonomiċi li jippreparaw l-użu mill-ġdid u l-manifattura mill-ġdid ta’ prodotti għall-bini u ’l fuq mill-manifattur fuq il-fornituri ta’ prodotti intermedji u/jew materja prima. Barra minn hekk, ċerti operaturi li jinvolvu ruħhom fil-kuntest taż-żarmar ta’ prodotti użati jew ta’ partijiet oħrajn ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew manifattura mill-ġdid u l-użu mill-ġdid tagħhom jeħtieġ li jikkontribwixxu għat-tieni ħajja sikura tal-prodotti għall-bini.
(7) L-ilħuq tal-għanijiet ambjentali, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jagħmilha neċessarja li jiġu stabbiliti obbligi ambjentali ġodda mingħajr ma jiżdiedu b’mod sproporzjonat il-burokrazija u l-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi, speċjalment għall-SMEs, u li jiġi żviluppat u applikat metodu ta’ valutazzjoni għall-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini abbażi tal-istandard EN 15804 u d-Dikjarazzjonijiet Ambjentali tal-Prodotti (EPDs), li huma użati ħafna, mill-manifatturi tal-prodotti għall-kostruzzjoni. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat il-kalkolu korrett tal-impatt ambjentali fil-livell tal-bini skont l-istandard EN 15978. Għall-istess raġuni, jeħtieġ li tiġi estiża l-firxa ta’ operaturi ekonomiċi regolati, minħabba li d-distributuri, il-fornituri u l-manifatturi kollha għandhom rwol fil-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali fis-settur tal-kostruzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-firxa tiġi estiża f’żewġ direzzjonijiet, ’l isfel mid-distributuri għall-operaturi ekonomiċi li jippreparaw l-użu mill-ġdid u l-manifattura mill-ġdid ta’ prodotti għall-bini u ’l fuq mill-manifattur fuq il-fornituri ta’ prodotti intermedji u/jew materja prima. Barra minn hekk, ċerti operaturi li jinvolvu ruħhom fil-kuntest taż-żarmar ta’ prodotti użati jew ta’ partijiet oħrajn ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew manifattura mill-ġdid u l-użu mill-ġdid tagħhom jeħtieġ li jikkontribwixxu għat-tieni ħajja sikura tal-prodotti għall-bini.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-funzjonalità tal-prodotti għall-bini u, b’estensjoni, tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi evitat li l-oġġetti li ma humiex maħsuba mill-manifatturi tagħhom biex ikunu prodotti għall-bini jitqiegħdu fis-suq bħala prodotti għall-bini. Għalhekk, jenħtieġ li l-importaturi, id-distributuri u operaturi ekonomiċi downstream oħrajn jiżguraw li dawk il-prodotti għall-bini psewdo ma jinbigħux bħala prodotti għall-bini. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċerti fornituri ta’ servizzi bħall-fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjonijew il-fornituri ta’ servizzi ta’ stampar 3D ma jikkontribwixxux għan-nuqqasijiet ta’ konformità ta’ operaturi ekonomiċi oħrajn. Għalhekk, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti jsiru applikabbli wkoll għal dawn is-servizzi u għall-fornituri tagħhom.
(8) Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-funzjonalità tal-prodotti għall-bini u, b’estensjoni, tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, kif ukoll tal-ħaddiema u l-konsumaturi, ċerti fornituri ta’ servizzi bħall-fornituri ta’ servizzi ta’ eżekuzzjonijenħtieġ li ma jikkontribwixxux għan-nuqqasijiet ta’ konformità ta’ operaturi ekonomiċi oħrajn. Għalhekk, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti jsiru applikabbli wkoll għal dawn is-servizzi u għall-fornituri tagħhom.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Huwa possibbli li operaturi ekonomiċi differenti jipprovdu sett ta’ data tal-istampar 3D, magna jew forma tal-istampar 3D, u l-materjal li għandu jintuża fihom, li jwasslu għal sitwazzjoni fejn l-ebda wieħed minn dawk l-operaturi ma jkun responsabbli għas-sikurezza u għall-prestazzjoni xierqa tal-prodott stampat 3D. Sabiex jiġu evitati riskji possibbli għas-sikurezza f’dan ir-rigward, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal settijiet ta’ data tal-istampar 3D, materjali maħsuba biex jintużaw għall-istampar 3D u għal servizzi tal-istampar 3D li jippermettu l-istampar 3D ta’ prodotti għall-bini, sabiex b’hekk, billi jiġu rrispettati dawn id-dispożizzjonijiet, l-operaturi ekonomiċi jilħqu b’mod konġunt livell ta’ sikurezza simili għal dak żgurat għall-prodotti għall-bini ordinarji.
(9) Huwa possibbli li persuni fiżiċi jew ġuridiċi differenti jistampaw 3D prodotti għall-bini. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ċċarat li persuna fiżika jew legali li tistampa 3D prodotti għall-bini jenħtieġ li tissodisfa li jaqgħu fuq il-manifatturi meta tkun qed tqiegħed prodotti fis-suq għall-klijenti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi żgurat li dik il-persuna tuża s-settijiet tad-data 3D xierqa, kif ukoll li l-materjali użati jkunu għaddew mill-proċeduri applikabbli għall-prodotti u li l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tas-sett tad-data 3D u l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-materjal tal-istampar jikkoinċidu.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent u biex tingħalaq lakuna regolatorja li kieku teżisti, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-prodotti għall-bini manifatturati fis-sit tal-kostruzzjoni għall-inkorporazzjoni immedjata fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni huma soġġetti għall-istess regoli bħal prodotti għall-bini oħrajn. Madankollu, il-mikrointrapriżi spiss jimmanifatturaw u jinstallaw individwalment prodotti fuq il-post.Is-soġġettar ta’ dawk il-mikrointrapriżi fiċ-ċirkostanzi kollha għall-istess regoli bħal intrapriżi oħrajn jaffettwa b’mod sproporzjonat lil dawk il-mikrointrapriżi. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lill-mikrointrapriżi milli jfasslu dikjarazzjoni tal-prestazzjoni f’sitwazzjonijiet speċifiċi, fejn l-interessi ta’ Stati Membri oħrajn ma jiġux affettwati.
(10) Li l-mikrointrapriżijiġu soġġetti, fiċ-ċirkostanzi kollha, għall-istess regoli bħal intrapriżi oħrajn jaffettwa b’mod sproporzjonat lil dawk il-mikrointrapriżi. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lill-mikrointrapriżi milli jfasslu dikjarazzjoni tal-prestazzjoni f’sitwazzjonijiet speċifiċi, fejn l-interessi ta’ Stati Membri oħrajn ma jiġux affettwati. L-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jingħataw l-mekkaniżmi ta’ finanzjament meħtieġa biex jgħinu lill-mikrointrapriżi jaċċessaw u jkunu parti mis-suq tal-prodotti sostenibbli.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) L-iżgurar tal-moviment liberu ta’ kittijiet jew assemblaġġi ta’ prodotti għall-bini fis-suq intern se jġib benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi u għan-negozji, b’mod partikolari.Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li l-kompożizzjoni tagħhom tiġi definita b’mod preċiż fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni.
(11) L-iżgurar tal-moviment liberu ta’ kittijiet ta’ prodotti għall-bini fis-suq intern se jġib benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi u għan-negozji, b’mod partikolari.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Il-ħolqien ta’ suq tal-Unjoni għal djar prefabbrikati żgħar ta’ familja waħda għandu potenzjal li jnaqqas il-prezz tal-akkomodazzjoni u li jkollu effetti soċjali u ekonomiċi pożittivi. Il-ġustizzja għall-konsumaturi tibqa’ prijorità, speċifikament iżda mhux limitata għall-iżgurar tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, f’konformità mal-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika40, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet 7 a)-ċ). Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati għal tali djar żgħar. Madankollu, djar żgħar huma wkoll xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, li għalihom l-Istati Membri huma kompetenti. Minħabba li jista’ ma jkunx possibbli li jiġu integrati b’mod kumulattiv ir-rekwiżiti nazzjonali kollha għal djar prefabbrikati żgħar ta’ familja waħda fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati futuri, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jagħżlu li ma japplikawx ir-regoli li għandhom japplikaw għal dawk id-djar prefabbrikati ta’ familja waħda.
imħassar
__________________
40 Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, COM(2021) 801 final 2021/0421 (NLE)
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Jenħtieġ li l-prodotti għall-bini li diġà jkunu ġew ivvalutati u li jintużaw mill-ġdid ma jkunux soġġetti għar-regoli li japplikaw għal prodotti għall-bini ġodda. Madankollu, il-prodotti għall-bini użati li qatt ma tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni qabel jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess regoli bħal prodotti għall-bini ġodda, minħabba li tali prodotti qatt ma jkunu ġew ivvalutati.
(14) Jenħtieġ li l-prodotti għall-bini li diġà jkunu ġew ivvalutati u li jintużaw mill-ġdid ma jkunux soġġetti għar-regoli li japplikaw għal prodotti għall-bini ġodda. Madankollu, il-prodotti għall-bini użati li qatt ma tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni qabel jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess regoli bħal prodotti għall-bini ġodda, minħabba li tali prodotti qatt ma jkunu ġew ivvalutati. Dan japplika għall-prodotti għall-bini mmanifatturati fis-sit tal-kostruzzjoni għall-inkorporazzjoni immedjata fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Sabiex jiġi żgurat li s-sikurezza u l-funzjonalità tal-prodotti għall-bini jiġu salvagwardjati, jenħtieġ li r-regoli applikabbli għal prodotti għall-bini ġodda japplikaw ukoll għal prodotti għall-bini użati fejn l-użu maħsub jinbidel, ħlief għal finijiet ta’ dekorazzjoni, għal prodotti għall-bini użati b’użu inizjali maħsub mhux ċar, għal prodotti għall-bini użati li jkunu għaddew minn proċess trasformattiv importanti u għal prodotti għall-bini użati li għalihom operatur ekonomiku jafferma karatteristiċi addizzjonali jew l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-prodott.
(15) Sabiex jiġi żgurat li s-sikurezza u l-funzjonalità tal-prodotti għall-bini jiġu salvagwardjati, jenħtieġ li r-regoli applikabbli għal prodotti għall-bini ġodda japplikaw ukoll għal prodotti għall-bini użati fejn l-użu maħsub jinbidel, ħlief għal finijiet ta’ dekorazzjoni, għal prodotti għall-bini użati b’użu inizjali maħsub mhux ċar, għal prodotti għall-bini użati li jkunu għaddew minn proċess trasformattiv importanti u għal prodotti għall-bini użati li għalihom operatur ekonomiku jafferma karatteristiċi addizzjonali jew l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-prodott u għal prodotti għall-bini użati li l-operatur ekonomiku un qed iqiegħed fis-suq għall-ewwel darba.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea spiss jiġu importati minn pajjiżi ġirien u, għalhekk, ma humiex soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fid-dritt tal-Unjoni. Is-soġġettar ta’ dawk il-prodotti għall-bini għal tali rekwiżiti jkun għali b’mod sproporzjonat. Fl-istess ħin, il-prodotti għall-bini manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi bilkemm jiċċirkolaw fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jeżentaw il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq jew installati direttament fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea minn dawk ir-rekwiżiti.
(17) Il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea spiss jiġu importati minn pajjiżi ġirien u, għalhekk, ma humiex soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fid-dritt tal-Unjoni. Is-soġġettar ta’ dawk il-prodotti għall-bini għal tali rekwiżiti jkun għali b’mod sproporzjonat. Fl-istess ħin, il-prodotti għall-bini manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi bilkemm jiċċirkolaw fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jeżentaw il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea minn dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Sabiex jistinka għal massimu ta’ koerenza regolatorja, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni, sa fejn ikun possibbli, fuq il-qafas legali orizzontali, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan isegwi x-xejra reċenti fil-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti biex tiġi żviluppata soluzzjoni ta’ riżerva fejn l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni ma jagħtux standards armonizzati li jistgħu jiġu ċċitati fil-Ġurnal Uffiċjali. Billi ma seta’ jiġi ċċitat l-ebda standard armonizzat għall-prodotti għall-bini fil-Ġurnal Uffiċjali mill-aħħar tal-2019 u madwar tużżana biss minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, jenħtieġ li s-setgħat ġodda ta’ riżerva għall-Kummissjoni jkunu saħansitra aktar komprensivi, li jippermettu li jiġi ottimizzat l-output ġenerali tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sabiex dawn ilaħħqu mad-dewmien fl-adattament għall-progress tekniku.
(18) Sabiex tinkiseb l-ogħla koerenza regolatorja, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni, sa fejn ikun possibbli, fuq il-qafas legali orizzontali, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Madankollu, f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar il-prodotti, dan ir-Regolament jipprovdi soluzzjoni ta’ riżerva f’każijiet eċċezzjonali definiti sew fejn l-applikazzjoni ta’ att leġiżlattiv tkun f’riskju. Billi ma seta’ jiġi ċċitat l-ebda standard armonizzat għall-prodotti għall-bini fil-Ġurnal Uffiċjali mill-aħħar tal-2019 u madwar tużżana biss ġew iċċitati minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej, tistabbilixxi soluzzjoni fattibbli, li tippermetti li jiġi ottimizzat l-output ġenerali tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sabiex dawn ilaħħqu mad-dewmien fl-adattament għall-progress tekniku.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Fejn l-istandards armonizzati jistabbilixxu r-regoli għall-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali rilevanti għall-kodiċijiet tal-kostruzzjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-istandards armonizzati jsiru obbligatorji għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi huma biss tali standards li jilħqu l-għan li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti, filwaqt li jiżguraw il-kapaċità tal-Istati Membri li jitolbu karatteristiċi tal-prodott tas-sikurezza u ambjentali, inklużi dawk relatati mal-klima, fid-dawl tas-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom. Meta jiġu segwiti flimkien, dawn iż-żewġ għanijiet jirrikjedu li l-prodotti jiġu vvalutati b’metodu ta’ valutazzjoni uniku, għalhekk, jeħtieġ li l-metodu jkun obbligatorju. Madankollu, jistgħu jintużaw standards volontarji sabiex ir-rekwiżiti tal-prodott, speċifikati għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti rilevanti permezz ta’ Atti Delegati, isiru saħansitra aktar konkreti, filwaqt li jsegwu t-triq li ħadet id-Deċiżjoni 768/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mad-Deċiżjoni 768/2008, jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu jistgħu jipprovdu preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti koperti minnhom.
(19) Fejn l-istandards armonizzati jistabbilixxu r-regoli għall-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali rilevanti għall-kodiċijiet tal-kostruzzjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-istandards armonizzati jsiru obbligatorji għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi huma biss tali standards li jilħqu l-għan li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti, filwaqt li jiżguraw il-kapaċità tal-Istati Membri li jitolbu karatteristiċi tal-prodott tas-sikurezza u ambjentali, inklużi dawk relatati mal-klima, fid-dawl tad-differenzi fil-klima, fil-ġeoloġija u fil-ġeografija tagħhom u tal-kundizzjonijiet oħra li jipprevalu fis-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tal-Istati Membri. Meta jiġu segwiti flimkien, dawn iż-żewġ għanijiet jirrikjedu li l-prodotti jiġu vvalutati b’metodu ta’ valutazzjoni uniku, għalhekk, jeħtieġ li l-metodu jkun obbligatorju. Madankollu, jistgħu jintużaw standards volontarji sabiex ir-rekwiżiti tal-prodott, speċifikati għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti rilevanti permezz ta’ Atti Delegati, isiru saħansitra aktar konkreti, filwaqt li jsegwu t-triq li ħadet id-Deċiżjoni 768/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mad-Deċiżjoni 768/2008, jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu jistgħu jipprovdu preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti koperti minnhom.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, u sabiex jiġu żgurati prodotti għall-bini sikuri, bis-sikurezza bħala wieħed mill-għanijiet li għandhom jiġu segwiti fil-leġiżlazzjoni abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huma meħtieġa rekwiżiti inerenti tal-prodotti relatati mas-sikurezza, il-funzjonalità u l-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima. Meta tistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-kontribut potenzjali tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika. Dawn ir-rekwiżiti ma humiex sempliċiment relatati mal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini. Għall-kuntrarju tad-Direttiva predeċessur tiegħu 89/106/KE, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġu stabbiliti tali rekwiżiti inerenti tal-prodotti. Madankollu, ċerti standards armonizzati għall-prodotti għall-bini fihom tali rekwiżiti inerenti tal-prodott li jistgħu jkunu relatati mal-ambjent, mas-sikurezza jew sempliċiment mal-funzjonament tajjeb tal-prodott. Dawn l-istandards juru li hemm ħtieġa prattika għal tali rekwiżiti dwar is-sikurezza, l-ambjent jew sempliċiment il-funzjonament tal-prodotti. L-Artikolu 114 tat-TFUE, bħala l-bażi ġuridika ta’ dan ir-Regolament, jimponi wkoll l-insegwiment ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, tas-saħħa u tas-sikurezza tal-bniedem. B’hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi (mill-ġdid) jew jivvalida r-rekwiżiti inerenti tal-prodott. Filwaqt li dawn ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiġu stabbiliti mil-leġiżlatur, hemm il-ħtieġa li dawn jiġu speċifikati għal aktar minn 30 familja ta’ prodotti, kull waħda b’diversi kategoriji. B’hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tispeċifika r-rekwiżiti għall-familja jew il-kategorija rispettiva ta’ prodotti għall-bini.
(20) Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari u tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero, u sabiex jiġu żgurati prodotti għall-bini sikuri, bis-sikurezza bħala wieħed mill-għanijiet li għandhom jiġu segwiti fil-leġiżlazzjoni abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huma meħtieġa rekwiżiti inerenti tal-prodotti relatati mas-sikurezza, il-funzjonalità u l-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima. Meta tkun qed tistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza r-riskji tas-sikurezza u tqis il-kontribut potenzjali tar-rekwiżiti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika. Dawn ir-rekwiżiti ma humiex sempliċiment relatati mal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini. Għall-kuntrarju tad-Direttiva predeċessur tiegħu 89/106/KE, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġu stabbiliti tali rekwiżiti inerenti tal-prodotti. Madankollu, ċerti standards armonizzati għall-prodotti għall-bini fihom tali rekwiżiti inerenti tal-prodott li jistgħu jkunu relatati mal-ambjent, mas-sikurezza jew sempliċiment mal-funzjonament tajjeb tal-prodott. Dawn l-istandards juru li hemm ħtieġa prattika għal tali rekwiżiti dwar is-sikurezza, l-ambjent jew sempliċiment il-funzjonament tal-prodotti. L-Artikolu 114 tat-TFUE, bħala l-bażi ġuridika ta’ dan ir-Regolament, jimponi wkoll l-insegwiment ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, tas-saħħa u tas-sikurezza tal-bniedem. B’hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi (mill-ġdid) jew jivvalida r-rekwiżiti inerenti tal-prodott. B’hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tispeċifika dawk ir-rekwiżiti għall-familja jew il-kategorija rispettiva ta’ prodotti għall-bini.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodotti għall-bini jsiru dejjem aktar kumplessi, u dan iwassal għall-ħolqien ta’ operaturi speċjalizzati ġodda, bħal fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ċerti obbligi ġeneriċi, inkluż dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet, jenħtieġ li jkunu applikabbli għal dawk kollha involuti fil-katina tal-provvista, il-manifattura, id-distribuzzjoni, it-tikkettar tal-marka proprja, l-imballaġġ mill-ġdid jew il-kummerċ sekondarju, l-installazzjoni, it-tneħħija tal-installazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid, u l-manifattura mill-ġdid innifisha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri jkunu obbligati jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali. Għal dawk ir-raġunijiet u biex tiġi evitata repetizzjoni tal-obbligi, jenħtieġ li t-terminu “operatur ekonomiku” jiġi definit b’mod wiesa’, b’mod li jkun jinkludi dawk l-atturi kollha sabiex l-obbligi ġeneriċi bażiċi jkunu jistgħu jiġu stabbiliti f’daqqa waħda għalihom kollha.
(21) Il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodotti għall-bini jsiru dejjem aktar kumplessi, u dan iwassal għall-ħolqien ta’ operaturi speċjalizzati ġodda, bħal fornituri ta’ servizzi ta’ eżekuzzjoni. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ċerti obbligi ġeneriċi, inkluż dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet, jenħtieġ li jkunu applikabbli għal dawk kollha involuti fil-katina tal-provvista, il-manifattura, id-distribuzzjoni, it-tikkettar tal-marka proprja jew il-kummerċ sekondarju, l-installazzjoni, it-tneħħija mill-installazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid, u l-manifattura mill-ġdid innifisha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri jkunu obbligati jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali. Għal dawk ir-raġunijiet u biex tiġi evitata repetizzjoni tal-obbligi, jenħtieġ li t-terminu “operatur ekonomiku” jiġi definit b’mod wiesa’, b’mod li jkun jinkludi dawk l-atturi kollha sabiex l-obbligi ġeneriċi bażiċi jkunu jistgħu jiġu stabbiliti f’daqqa waħda għalihom kollha. Madankollu, jenħtieġ li t-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni għal tali l-obbligi fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ma jiġix interpretat b’mod żbaljat bħala obbligu għal dawk il-fornituri tas-servizzi li sempliċiment għandhom x’jaqsmu mal-installazzjoni ta’ prodotti ttikkettati bil-marka CE li huma jimmaniġġjaw b’rabta mal-professjoni tagħhom. Dak l-obbligu se jibqa’ esklussivament tal-manifattur jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’ismu.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali u tittaffa l-frammentazzjoni tas-suq tal-UE għall-prodotti għall-bini minħabba l-eżistenza ta’ rekwiżiti u marki nazzjonali, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita b’mod ċar iż-żona regolata fil-livell tal-UE, l-hekk imsejħa “żona armonizzata”, għall-kuntrarju tal-elementi li jibqgħu fil-kompetenza tal-isfera regolatorja nazzjonali tal-Istati Membri.
(23) Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali u tittaffa l-frammentazzjoni tas-suq tal-UE għall-prodotti għall-bini minħabba l-eżistenza ta’ rekwiżiti u marki nazzjonali, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita b’mod ċar iż-żona regolata fil-livell tal-UE, l-hekk imsejħa “żona armonizzata”, għall-kuntrarju tal-elementi li jibqgħu fil-kompetenza tal-isfera regolatorja nazzjonali tal-Istati Membri.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida)
(23a) L-Istati Membri jistabbilixxu l-livell ta’ sikurezza għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni abbażi tar-responsabbiltajiet tagħhom lejn iċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li l-Unjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ qafas għas-suq intern. Il-kompetenza għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A, ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxu r-rabtiet mal-prodotti għall-bini li huma teknikament meħtieġa, u jservu bħala bażi għall-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ standards għall-prodotti għall-bini, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni u atti delegati korrispondenti.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 23b (ġdida)
(23b) Iż-żona armonizzata jenħtieġ li tapplika wkoll għall-kuntratti pubbliċi, l-għotjiet jew għal inċentivi pożittivi oħrajn, bl-eċċezzjoni tal-inċentivi fiskali.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Fl-istess ħin, sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-mitigazzjoni tal-frammentazzjoni tas-suq u l-interessi leġittimi tal-Istati Membri biex jirregolaw ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu biex il-ħtiġijiet tal-Istati Membri jiġu integrati aħjar fl-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti lill-Istat Membru jistabbilixxi, abbażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ saħħa, sikurezza jew ħarsien tal-ambjent, rekwiżiti addizzjonali għall-prodotti għall-bini.
(24) Fl-istess ħin, sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-mitigazzjoni tal-frammentazzjoni tas-suq u l-kompetenza tal-Istati Membri biex jirregolaw ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu biex il-ħtiġijiet tal-Istati Membri jiġu integrati aħjar fl-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. L-Istati Membri huma responsabbli għar-rekwiżiti tas-sikurezza, ambjentali u tal-enerġija applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija ċivili. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu, abbażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ saħħa, sikurezza jew ħarsien tal-ambjent, rekwiżiti addizzjonali għall-prodotti għall-bini sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħi jirreaġixxu għal ċirkostanzi speċjali fit-territorju tagħhom.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Ekonomija ċirkolari, l-element ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, tista’ tiġi promossa minn sistemi obbligatorji ta’ rifużjoni tad-depożiti u l-obbligu li jittieħdu lura prodotti mhux użati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu tali miżuri.
(25) Ekonomija ċirkolari, l-element ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, tista’ tiġi promossa minn sistemi obbligatorji ta’ rifużjoni tad-depożiti u l-obbligu li jittieħdu lura prodotti użati jew mhux użati li ma jkunux prodotti magħmula skont l-ordni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri sabiex jipprojbixxu l-qerda bla bżonn ta’ prodotti għall-bini.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza legali u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li jiġi evitat li l-prodotti għall-bini jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet multipli rigward l-istess aspett tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima, skont leġiżlazzjoni differenti tal-Unjoni. Dan ġie kkonfermat mill-pjattaforma REFIT li tirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-indirizzar tal-problemi ta’ rekwiżiti sovrapposti u repetittivi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom it-twettiq tal-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfa wkoll ċerti obbligi ta’ dan ir-Regolament, fejn altrimenti l-istess aspett tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima, jiġi vvalutat b’mod parallel skont dan ir-Regolament u skont dritt tal-Unjoni ieħor.
(26) Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza legali u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li jiġi evitat li l-prodotti għall-bini jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet multipli rigward l-istess aspett tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima, skont leġiżlazzjoni differenti tal-Unjoni. Dan ġie kkonfermat mill-pjattaforma REFIT li tirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-indirizzar tal-problemi ta’ rekwiżiti sovrapposti u repetittivi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom it-twettiq tal-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfa wkoll ċerti obbligi ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati prattiki diverġenti tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiddetermina jekk ċerti prodotti għall-bini jaqgħux fid-definizzjoni ta’ prodott għall-bini.
(27) Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati prattiki diverġenti tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiddetermina jekk ċerti prodotti għall-bini jaqgħux fid-definizzjoni ta’ prodott għall-bini.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) B’mod partikolari, fil-każ ta’ prodotti relatati mal-enerġija inklużi fil-pjanijiet ta’ ħidma dwar l-ekodisinn li huma wkoll prodotti għall-bini u għal prodotti intermedjarji, bl-eċċezzjoni tas-siment, se tingħata prijorità għall-iffissar ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà lill-[ESPR]. Jenħtieġ li dan ikun il-każ, pereżempju, għal ħiters, bojlers, pompi tas-sħana, apparat li jsaħħan l-ilma u l-ispazju, fannijiet, sistemi ta’ tkessiħ u ta’ ventilazzjoni u prodotti fotovoltajċi, minbarra pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini. Dan ir-Regolament xorta jista’ jintervjeni b’mod komplementari fejn meħtieġ, prinċipalment b’rabta mal-aspetti tas-sikurezza, filwaqt li jqis ukoll leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar prodotti bħal apparat tal-gass, vultaġġ baxx, u makkinarju. Għal prodotti oħrajn, sabiex jiġi evitat piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, fil-futur tista’ tinħoloq il-ħtieġa li jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet li taħthom it-twettiq tal-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfa wkoll ċerti obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiddetermina tali kondizzjonijiet.
(28) Fil-każ ta’ prodotti relatati mal-enerġija inklużi fil-pjanijiet ta’ ħidma dwar l-ekodisinn li huma wkoll prodotti għall-bini u għal prodotti intermedjarji, bl-eċċezzjoni tas-siment, se tingħata prijorità għall-iffissar ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà lill-[ESPR]. Il-prodotti intermedjarji kkonċernati huma l-ħiters, bojlers, pompi tas-sħana, apparat li jsaħħan l-ilma u l-ispazju, fannijiet, sistemi ta’ tkessiħ u ta’ ventilazzjoni u prodotti fotovoltajċi, minbarra pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini. Dan ir-Regolament xorta jista’ jintervjeni b’mod komplementari fejn meħtieġ, prinċipalment b’rabta mal-aspetti tas-sikurezza, filwaqt li jqis ukoll leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar prodotti bħal apparat tal-gass, vultaġġ baxx, u makkinarju. Għal prodotti oħrajn, sabiex jiġi evitat piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, fil-futur tista’ tinħoloq il-ħtieġa li jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet li taħthom it-twettiq tal-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfa wkoll ċerti obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiddetermina tali kondizzjonijiet.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Sabiex jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi u b’mod partikolari għall-manifatturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li joħorġu dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u dikjarazzjonijiet tal-konformità jipprovdu dawk id-dikjarazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, ikunu awtorizzati jipprovdu dawk id-dikjarazzjonijiet permezz ta’ permalink għal dokument li ma jkunx jista’ jiġi emendat jew jinkludu f’dawk id-dikjarazzjonijiet permalinks għad-dokumenti li ma jistgħux jiġu emendati.
(33) Sabiex jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi u b’mod partikolari għall-manifatturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li joħorġu dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u dikjarazzjonijiet tal-konformità jipprovdu dawk id-dikjarazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, ikunu awtorizzati jipprovdu dawk id-dikjarazzjonijiet permezz ta’ permalink għal dokument li ma jkunx jista’ jiġi emendat jew jinkludu f’dawk id-dikjarazzjonijiet permalinks għad-dokumenti li ma jistgħux jiġu emendati. Sabiex tiġi ssimplifikata l-komunikazzjoni tal-katina tal-provvista, jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità jkunu disponibbli wkoll f’format li jinqara minn magna. Dan jippermetti lill-utent, permezz ta’ app, jivverifika l-konformità mar-regoli tal-applikazzjoni tal-Istat Membru fejn jintuża l-prodott. Prerekwiżit importanti għad-dikjarazzjonijiet li jinqraw minn magna huwa format tal-IT standardizzat, li huwa meħtieġ għal kull speċifikazzjoni teknika armonizzata. Il-Ftehim tas-Sessjoni ta’ Ħidma tas-CEN CWA 17316 “Smart CE marking for construction products” (Markatura CE intelliġenti għall-prodotti għall-bini) jipprovdi bażi għall-iżvilupp ta’ formati XML armonizzati għad-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni, li jistgħu jintużaw biex jikkomplementaw l-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati kif xieraq.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 33a (ġdida)
(33a) Sakemm issir ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati skont dan ir-Regolament, id-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità jista’ jkun fihom permalinks għal dikjarazzjonijiet ambjentali tal-prodott li ma jistgħux jiġu emendati jew dokumenti oħra li ma jistgħux jiġu emendati li fihom l-informazzjoni mitluba.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Sabiex jintlaħaq allinjament ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar il-prodotti u soġġett għall-prinċipji ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jenħtieġ li l-markatura CE titwaħħal mal-prodotti għall-bini li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew tal-konformità. B’hekk, il-manifattur jerfa’ r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata u mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott.
(35) Sabiex jintlaħaq allinjament ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar il-prodotti u soġġett għall-prinċipji ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jenħtieġ li l-markatura CE titwaħħal mal-prodotti għall-bini li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew tal-konformità. B’hekk, il-manifattur jerfa’ r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata u mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott. Markatura CE jenħtieġ li tkun prova suffiċjenti tal-konformità ta’ prodott mal-karatteristiċi u r-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri ma jintroduċu l-ebda ostaklu għas-swieq tagħhom abbażi ta’ karatteristiċi u rekwiżiti li mhumiex koperti miż-żona armonizzata.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 35a (ġdida)
(35a) Markaturi oħra għajr il-markatura CE, inklużi dawk privati, jista’ jkun fihom informazzjoni addizzjonali li tista’ tgħin lill-utenti jagħmlu għażla infurmata dwar liema prodott ikun l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tax-xogħlijiet ta’ bini tagħhom.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 35b (ġdida)
(35b) Id-drittijiet proċedurali tal-operaturi ekonomiċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jaġixxu f’isimhom fir-rigward tal-miżuri, id-deċiżjonijiet jew l-ordnijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jiġu żgurati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ appell adegwati kontra tali miżuri, deċiżjonijiet jew ordnijiet.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, il-funzjonalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini, u permezz ta’ estensjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, l-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq biss prodotti għall-bini li jkunu konformi mar-rekwiżiti vinkolanti tal-Unjoni. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza legali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod espliċitu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi.
(36) Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, il-funzjonalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini, u permezz ta’ estensjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, l-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq biss prodotti għall-bini li jkunu konformi mar-rekwiżiti vinkolanti tal-Unjoni. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza legali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod espliċitu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) Sabiex jiġu evitati affermazzjonijiet qarrieqa, kwalunkwe affermazzjoni li ssir mill-manifatturi tal-prodotti għall-bini jenħtieġ li tkun ibbażata jew fuq metodu ta’ valutazzjoni li jinsab fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew inkella, fejn ma jkun jeżisti l-ebda metodu ta’ valutazzjoni bħal dan, fuq metodi li jirrappreżentaw l-aħjar tekniki disponibbli, fejn ma jkun jeżisti l-ebda metodu ta’ valutazzjoni bħal dan ipprovdut minn speċifikazzjoni teknika armonizzata.
imħassar
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Id-dokumentazzjoni teknika dwar il-prodotti għall-bini, imfassla mill-manifattur, tiffaċilita l-verifika ta’ dawk il-prodotti mill-awtoritajiet u mill-korpi notifikati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Unjoni. Sabiex jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni komprensiva, jenħtieġ li dik id-dokumentazzjoni teknika tkun tinkludi valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodott għall-bini.
(39) Id-dokumentazzjoni teknika dwar il-prodotti għall-bini, imfassla mill-manifattur, tiffaċilita l-verifika ta’ dawk il-prodotti mill-awtoritajiet u mill-korpi notifikati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Unjoni. Sabiex jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni komprensiva, jenħtieġ li dik id-dokumentazzjoni teknika tkun tinkludi l-karatteristiċi essenzjali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott għall-bini.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Sabiex tinħoloq trasparenza għall-utenti tal-prodotti għall-bini u jiġi evitat użu mhux xieraq ta’ dawk il-prodotti, jenħtieġ li l-prodotti għall-bini u l-użu maħsub tagħhom jiġu identifikati b’mod preċiż mill-manifattur. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-manifattur jagħmilha ċara jekk il-prodotti għall-bini humiex maħsuba għal użu professjonali biss, jew ukoll għall-użu mill-konsumaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti għall-bini jkunu jistgħu jiġu traċċati lura, jenħtieġ li l-manifatturi jiġu indikati fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, eż. minħabba d-daqs jew il-wiċċ tal-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew, fejn dan ma jkunx possibbli lanqas, f’dokument li jakkumpanjah.
(40) Sabiex tinħoloq trasparenza għall-utenti tal-prodotti għall-bini u jiġi evitat użu mhux xieraq ta’ dawk il-prodotti, jenħtieġ li l-prodotti għall-bini u l-użu maħsub tagħhom jiġu identifikati b’mod preċiż mill-manifattur. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-manifattur jagħmilha ċara jekk il-prodotti għall-bini humiex maħsuba għal użu professjonali biss, partikolarment fejn ikun meħtieġ għarfien espert sabiex jintuża l-prodott. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti għall-bini jkunu jistgħu jiġu traċċati lura, jenħtieġ li l-informazzjoni li tippermetti li l-manifatturi jiġu identifikatitiġi indikata fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, eż. minħabba d-daqs jew il-wiċċ tal-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew, fejn dan ma jkunx possibbli lanqas, f’dokument li jakkumpanjah.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Sabiex jiġi ottimizzat l-insegwiment tal-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, jenħtieġ li l-manifatturi jkunu obbligati jilħqu livell ġust ta’ sostenibbiltà ambjentali, kemm għall-prodotti tagħhom kif ukoll għall-manifattura tagħhom. Dan l-obbligu jeħtieġ deċiżjonijiet ta’ kompromess bejn aspetti ambjentali differenti u bejn aspetti ambjentali u ta’ sikurezza, filwaqt li kemm l-aspetti ambjentali kif ukoll dawk ta’ sikurezza jistgħu jkunu relatati mal-prodott bħala tali jew max-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Sabiex il-manifatturi jingħataw ċertezza dwar kif jieħdu dawn id-deċiżjonijiet ta’ kompromess, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ċari ta’ kompromess.
(42) Sabiex jiġi ottimizzat l-insegwiment tal-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, jenħtieġ li l-manifatturi jkunu obbligati jiżguraw li kemm il-prodotti tagħhom kif ukoll il-manifattura tagħhom jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni billi jtejbu b’mod sostanzjali l-impronta ambjentali tal-prodotti tagħhom. Dan l-obbligu jeħtieġ deċiżjonijiet ta’ kompromess bejn aspetti ambjentali differenti u bejn aspetti ambjentali u ta’ sikurezza, filwaqt li kemm l-aspetti ambjentali kif ukoll dawk ta’ sikurezza jistgħu jkunu relatati mal-prodott bħala tali jew max-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Sabiex il-manifatturi jingħataw ċertezza dwar kif jieħdu dawn id-deċiżjonijiet ta’ kompromess, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ċari ta’ kompromess.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Bl-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà u d-durabbiltà tal-prodotti għall-bini, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-prodotti jkunu jistgħu jintużaw għal żmien twilħafna. Tali użu twil jirrikjedi disinn adegwat, l-użu ta’ partijiet affidabbli, il-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u aċċess għall-partijiet ta’ sostituzzjoni.
(43) Bl-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà u d-durabbiltà tal-prodotti għall-bini, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-prodotti jkunu jistgħu jintużaw għall-itwal żmien possibbli. Tali użu twil jirrikjedi disinn adegwat, l-użu ta’ partijiet affidabbli, il-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u aċċess għall-partijiet ta’ sostituzzjoni.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Fid-dawl tat-titjib taċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini, f’konformità mal-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, jenħtieġ li l-manifatturi jiffavorixxu l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti tagħhom. (Il-preparazzjoni għal) l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ jeħtieġu ċertu disinn, jiġifieri billi jiffaċilitaw is-separazzjoni tal-komponenti u tal-materjali fl-istadju aktar tard tar-riċiklaġġ u jevitaw materjali mħallta jew kumplessi. Billi l-istruzzjonijiet tas-soltu għall-użu mhux bilfors jaslu għand l-operaturi ekonomiċi inkarigati minn (il-preparazzjoni għal) l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-informazzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward jenħtieġ li ssir disponibbli fil-bażijiet tad-data jew fis-sistemi tal-prodotti u fuq is-siti web tal-manifattur, minbarra l-istruzzjonijiet għall-użu.
(44) Fid-dawl tat-titjib taċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini, f’konformità mal-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari u l-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li l-manifatturi jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart billi jiffaċilitaw u jipprijoritizzaw it-tiswija, l-użu mill-ġdid u l-manifattura mill-ġdid. Il-manifatturi jenħtieġ li jżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi permezz ta’ użu xieraq ta’ prodotti sekondarji u jenħtieġ li, meta l-prodotti jaslu fi tmiem ħajjithom, jiżguraw ir-riċiklaġġ tal-prodotti tagħhom. (Il-preparazzjoni għal) l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ jeħtieġu għażliet speċifiċi ta’ disinn, jiġifieri l-iffaċilitar tas-separazzjoni tal-prodotti, tal-komponenti u tal-materjali waqt it-tneħħija mill-installazzjoni, id-dekostruzzjoni u t-twaqqigħ u fl-istadju aktar tard tar-riċiklaġġ u jevitaw materjali mħallta jew kumplessi u sustanzi ta’ tħassib. Billi l-istruzzjonijiet tas-soltu għall-użu mhux bilfors jaslu għand l-operaturi ekonomiċi inkarigati minn (il-preparazzjoni għal) l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-informazzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward jenħtieġ li ssir disponibbli fil-Passaport Diġitali tal-Prodotti u fuq is-siti web tal-manifattur jew permezz ta’ kodiċijiet QR, minbarra l-istruzzjonijiet għall-użu.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Sabiex jitwasslu prodotti għall-bini sikuri, funzjonali u ambjentalment sostenibbli, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi komprensivi ta’ sostenibbiltà u sikurezza għall-manifatturi. Minħabba l-importanza ta’ dawn l-obbligi u l-kisba tal-bilanċ tajjeb bejn il-funzjonalità, is-sikurezza u s-sostenibbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddetermina l-kondizzjonijiet permezz ta’ atti delegati li taħthom, għal familja jew kategorija speċifika ta’ prodotti, dawn l-obbligi jiġu ssodisfati jew preżunti li ġew issodisfati.
(45) Sabiex jitwasslu prodotti għall-bini sikuri, funzjonali u ambjentalment sostenibbli, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi komprensivi ta’ sostenibbiltà u sikurezza għall-manifatturi. Minħabba l-importanza ta’ dawn l-obbligi,ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-titjib gradwali tal-prestazzjoni ambjentali, l-użu preferut ta’ materjali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, l-obbligi tal-kontenut riċiklat u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar l-użu, it-tiswija, il-manifattura mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-prodotti jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-manifatturi kollha. Sabiex jiġu speċifikati dawn ir-rekwiżiti għal ċerti familji jew kategoriji ta’ prodotti kif ukoll biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ulterjuri u biex jinkiseb il-bilanċ tajjeb bejn il-funzjonalità, is-sikurezza u s-sostenibbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddetermina l-kondizzjonijiet permezz ta’ atti delegati li taħthom, għal familja jew kategorija speċifika ta’ prodotti, dawn l-obbligi jiġu ssodisfati jew preżunti li ġew issodisfati.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet informati, jenħtieġ li l-utenti tal-prodotti għall-bini jkunu infurmati tajjeb biżżejjed dwar il-prestazzjonijiet ambjentali tal-prodotti, dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ambjentali u dwar il-grad ta’ twettiq tal-obbligi ambjentali tal-manifattur f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar li jistgħu jinkludu t-tikkettar tad-dawl tat-traffiku li jinftiehem faċilment.
(47) Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet informati, jenħtieġ li l-utenti tal-prodotti għall-bini jkunu infurmati tajjeb biżżejjed dwar il-prestazzjonijiet ambjentali tal-prodotti, dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ambjentali u dwar il-grad ta’ twettiq tal-obbligi ambjentali tal-manifattur f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 50
(50) Operatur ekonomiku li jimmodifika prodott b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-prestazzjoni jew is-sikurezza tiegħu jenħtieġ li jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi, biex tiġi żgurata l-verifika ta’ jekk il-prestazzjoni jew is-sikurezza tal-prodott għadhomx l-istess. Madankollu, jenħtieġ li dan l-obbligu ma jiġix impost fuq operatur ekonomiku li jippakkja mill-ġdid il-prodotti biex jagħmilhom disponibbli fi Stat Membru ieħor, minħabba li, inkella, il-kummerċ sekondarju u, b’hekk, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti jiġu mxekkla u, fil-prinċipju, jenħtieġ li l-imballaġġ mill-ġdid ma jaffettwax la l-prestazzjoni u lanqas is-sikurezza tal-prodott għall-bini. Madankollu, u bil-għan li jiġu ppreservati l-prestazzjoni u s-sikurezza tal-prodotti, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku li jwettaq l-imballaġġ mill-ġdid ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni korretta ta’ dawn l-operazzjonijiet biex jiżgura li l-prodott ma jkunx danneġġat u li l-utenti jkunu għadhom informati b’mod korrett bil-lingwa stabbilita mill-Istat Membru fejn il-prodotti jsiru disponibbli.
(50) Operatur ekonomiku li jimmodifika prodott b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-prestazzjoni jew is-sikurezza tiegħu jenħtieġ li jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi, biex tiġi żgurata l-verifika ta’ jekk il-prestazzjoni jew is-sikurezza tal-prodott għadhomx l-istess.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) Sabiex tiżdied il-konformità tal-manifatturi mal-obbligi skont dan ir-Regolament u sabiex jikkontribwixxu għall-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati u għat-titjib tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi, is-swieq online u s-sensara jingħataw is-setgħa u jintalbu jivverifikaw ċerti karatteristiċi faċilment verifikabbli tal-prodotti u tal-manifatturi tagħhom, bħad-determinazzjoni tat-tip ta’ prodott u t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika komprensiva, u jenħtieġ li jikkontribwixxu b’mod attiv biex jiġi żgurat li l-prodotti konformi biss jaslu għand l-utenti.
(51) Sabiex tiżdied il-konformità tal-manifatturi mal-obbligi skont dan ir-Regolament u sabiex jikkontribwixxu għall-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati u għat-titjib tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni, is-swieq online, il-bejjiegħa u s-sensara jingħataw is-setgħa u jintalbu jivverifikaw f’livell dokumentarju li l-manifatturi jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom rigward id-dokumentazzjoni teknika, u jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li l-prodotti konformi biss jaslu għand l-utenti.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Sabiex jiġi evitat li l-istampar 3D jintuża biex jiġu evitati l-obbligi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-istampar 3D ikollhom ċerti obbligi ta’ informazzjoni.
(52) Sabiex jiġi evitat li l-obbligi skont dan ir-Regolament jiġu evitati f’każijiet fejn it-teknoloġija tal-produzzjoni, pereżempju l-istampar 3D, tista’ tinvolvi diversi atturi differenti li jikkontribwixxu għad-disinn u l-manifattura ta’ prodott għall-bini, huwa meħtieġ li jiġi definit b’mod ċar ir-rwol tal-manifattur. Il-persuna fiżika u ġuridika li tistampa prodott għall-bini jenħtieġ li tieħu r-responsabbiltà skont dan ir-Regolament għall-prodott kollu, sakemm ma jkunx hemm persuna oħra li tqiegħed il-prodott fis-suq taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha jew li tieħu r-responsabbiltà għall-prodott billi toħroġ dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u konformità.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 54
(54) Il-prestazzjoni u s-sikurezza tal-prodotti jiddependu wkoll fuq il-komponenti użati u fuq is-servizzi pprovduti mill-kalibraturi jew minn fornituri oħrajn ta’ servizzi għad-disinn u l-manifattura tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti obbligi għall-fornituri ta’ komponenti u fornituri ta’ servizzi involuti fil-manifattura tal-prodotti. Fejn nuqqas ta’ konformità jew riskju seta’ kien ikkawżat minn komponent jew servizz fornut ta’ operatur ekonomiku partikolari, jenħtieġ li l-fornitur jew il-fornitur tas-servizz jinforma b’dan lill-klijenti l-oħrajn tiegħu li jkunu rċevew l-istess komponent jew servizz, sabiex in-nuqqasijiet ta’ konformità u r-riskji jkunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv għal prodotti oħrajn ukoll.
imħassar
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 55
(55) Ċerti oġġetti użati għall-kostruzzjoni għandhom skopijiet potenzjali multipli. Jenħtieġ li l-manifatturi tagħhom ikollhom il-libertà li jiddeċiedu jekk dawn l-oġġetti humiex maħsuba għall-kostruzzjoni jew le, anki sabiex jevitaw li jkollhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità fejn ma jkunx meħtieġ. Madankollu, jekk jiddeċiedu li ċertu oġġett ma huwiex maħsub għall-kostruzzjoni, filwaqt li jista’ jintuża għaliha (“prodott psewdo”), jenħtieġ li l-manifatturi u operaturi ekonomiċi oħrajn jiżguraw li dan ma jintużax f’xogħlijiet tal-kostruzzjoni. Inkella, uħud mill-oġġetti jispiċċaw fil-kostruzzjoni waqt li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
(55) Ċerti oġġetti użati għall-kostruzzjoni għandhom skopijiet potenzjali multipli. Jenħtieġ li l-manifatturi tagħhom ikollhom il-libertà li jiddeċiedu jekk dawn l-oġġetti humiex maħsuba għall-kostruzzjoni jew le, anki sabiex jevitaw li jkollhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità fejn ma jkunx meħtieġ. Madankollu, jekk jiddeċiedu li ċertu oġġett ma huwiex maħsub għall-kostruzzjoni, filwaqt li jista’ jintuża għaliha, jenħtieġ li jkun immarkat bħala “mhux għall-kostruzzjoni” u jenħtieġ li l-manifatturi u operaturi ekonomiċi oħrajn jiżguraw li dan ma jintużax f’xogħlijiet tal-kostruzzjoni. Inkella, uħud mill-oġġetti jispiċċaw fil-kostruzzjoni meta ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) It-teknoloġiji diġitali, li jipprovdu potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tal-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jrawmu wkoll opportunitajiet u mudelli ta’ negozju innovattivi u ġodda, qed jevolvu b’pass rapidu. L-użu tat-teknoloġiji diġitali se jikkontribwixxi wkoll b’mod sinifikanti lejn il-kisba tal-objettivi tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, inklużi l-effiċjenza enerġetika, il-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-monitoraġġ tal-istokk tal-bini. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li taħtaf aktar opportunitajiet ta’ diġitalizzazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
(58) It-teknoloġiji diġitali, li jipprovdu potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tal-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jrawmu wkoll opportunitajiet u mudelli ta’ negozju innovattivi u ġodda, qed jevolvu b’pass rapidu. L-użu tat-teknoloġiji diġitali se jikkontribwixxi wkoll b’mod sinifikanti lejn il-kisba tal-objettivi tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, inklużi l-effiċjenza enerġetika, il-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-monitoraġġ tal-istokk tal-bini.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) Minħabba li l-istandards armonizzati żviluppati għall-prodotti għall-bini (minn hawn ’il quddiem: l-istandards tal-prodotti għall-bini) huma fil-biċċa l-kbira obbligatorji, sabiex tinħoloq ċertezza legali, jenħtieġ li dawn l-istandards mhux biss ikunu konformi mat-talbiet għall-istandardizzazzjoni rilevanti u ma’ dan ir-Regolament, iżda wkoll mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.
imħassar
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) Sabiex tiġi żgurata kwotazzjoni f’waqtha tar-referenzi tal-istandards tal-prodotti għall-bini f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tingħata s-setgħa li tillimita fil-kamp ta’ applikazzjoni jew li tirrevoka standards defiċjenti għall-finijiet ta’ effetti legali skont dan ir-Regolament billi tiddelega atti minflok tirrifjuta li tikkwota r-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.
imħassar
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 61a (ġdida)
(61a) Meta tkun qed tistabbilixxi linji gwida dwar il-forma u l-kontenut xierqa tal-istandards, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq il-ħidma importanti li diġà saret fil-Linji Gwida tal-KE għall-istandards armonizzati (hENs) skont ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (CPR) tat-28 ta’ Ġunju 2018, li ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 65
(65) Sabiex jingħata rispons għal persentaġġ notevoli ta’ notifiki li kienu bbażati fuq valutazzjonijiet mhux kompluti jew żbaljati, b’mod partikolari fejn ikunu ġew innotifikati korpi legali mingħajr kompetenza teknika interna tagħhom, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tar-riżorsi tal-awtoritajiet tan-notifika, jiġifieri billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi; li r-rekwiżiti għall-korpi notifikati jsiru aktar preċiżi, jiġifieri fir-rigward tal-indipendenza tagħhom, id-delega lil entitajiet legali oħrajn u l-kapaċità tagħhom li jwettqu; li jkun meħtieġ persunal kwalifikat adegwat ta’ korpi notifikati u li tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-persunal, li għalih l-għodda ta’ matriċi tal-kwalifiki wriet li hija l-aktar effiċjenti; li jiġi żgurat u vverifikat li l-korp notifikat ikun effettivament fil-kontroll tal-persunal, l-attribuzzjoni ta’ esperti esterni, proċeduri, kriterji u teħid ta’ deċiżjonijiet, u mhux sottokuntrattur, sussidjarju jew kumpanija oħra li tappartjeni għall-istess familja ta’ kumpaniji; u li titwessa’ d-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-korpi meta japplikaw għall-ħatra bħala korp notifikat sabiex jipprovdu bażi aktar profonda u komparattivament aktar ġusta għad-deċiżjoni lill-awtoritajiet tan-notifika.
(65) Sabiex jingħata rispons għal persentaġġ notevoli ta’ notifiki li kienu bbażati fuq valutazzjonijiet mhux kompluti jew żbaljati, b’mod partikolari fejn ikunu ġew innotifikati korpi legali mingħajr kompetenza teknika interna tagħhom, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tar-riżorsi tal-awtoritajiet tan-notifika, jiġifieri billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi; li r-rekwiżiti għall-korpi notifikati jsiru aktar preċiżi, jiġifieri fir-rigward tal-indipendenza tagħhom, id-delega lil entitajiet legali oħrajn u l-kapaċità tagħhom li jwettqu; li jkun meħtieġ persunal kwalifikat adegwat ta’ korpi notifikati u li tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-persunal, li jiġi żgurat li l-persunal tal-korp notifikat ikun suffiċjenti u indipendenti, u li titwessa’ d-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-korpi meta japplikaw għall-ħatra bħala korp notifikat sabiex jipprovdu bażi aktar profonda u komparattivament aktar ġusta għad-deċiżjoni lill-awtoritajiet tan-notifika.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 68
(68) Sabiex jiġi evitat l-involviment bejn il-persunal tal-korpi notifikati u l-manifatturi, jenħtieġ li l-korpi notifikati jiżguraw rotazzjoni bejn il-membri tal-persunal li jwettqu kompiti differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità.
(68) Sabiex jiġi evitat l-involviment bejn il-persunal tal-korpi notifikati u l-manifatturi, jenħtieġ li jkun possibbli li l-korpi notifikati jippermettu li ssir rotazzjoni bejn il-membri tal-persunal li jwettqu kompiti differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 71
(71) Bil-ħsieb li jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-korpi notifikati u l-manifatturi, jenħtieġ li tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost il-korpi notifikati. Minħabba li nofs il-korpi notifikati attwali biss jipparteċipaw fuq inizjattiva tagħhom stess fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korpi notifikati diġà eżistenti bħalissa, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fihom b’hekk issir obbligatorja.
(71) Bil-ħsieb li jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-korpi notifikati u l-manifatturi, jenħtieġ li tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost il-korpi notifikati. Minħabba li nofs il-korpi notifikati attwali biss jipparteċipaw fuq inizjattiva tagħhom stess fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korpi notifikati diġà eżistenti bħalissa, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fihom, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura, tiġi żgurata mill-Istati Membri.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 72
(72) It-tentattivi biex jiġu stabbiliti proċeduri simplifikati għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 u b’hekk jitnaqqsu l-piż u l-kostijiet fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi ma kinux effettivi għal kollox u spiss baqgħu mifhuma ħażin jew ma ntużawx minħabba n-nuqqas ta’ għarfien jew in-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom. Billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, filwaqt li wieħed jibni fuq ir-regoli stabbiliti qabel, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata u ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u b’hekk jintlaħaq l-objettiv li jiġu appoġġati l-SMEs, filwaqt li jiġu żgurati l-prestazzjoni, is-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini.
(72) It-tentattivi biex jiġu stabbiliti proċeduri simplifikati għall-mikrointrapriżi fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 u b’hekk jitnaqqsu l-piż u l-kostijiet fuq il-mikrointrapriżi ma kinux effettivi għal kollox u spiss baqgħu mifhuma ħażin jew ma ntużawx minħabba n-nuqqas ta’ għarfien jew in-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom. Billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, filwaqt li wieħed jibni fuq ir-regoli stabbiliti qabel, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata u ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u b’hekk jintlaħaq l-objettiv li jiġu appoġġati l-mikrointrapriżi, filwaqt li jiġu żgurati l-prestazzjoni, is-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 74
(74) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fil-każ ta’ problemi ta’ sikurezza jew ta’ prestazzjoni, jenħtieġ li tali rikonoxximent ikun permess biss meta kemm iż-żewġ operaturi ekonomiċi involuti kif ukoll iż-żewġ korpi notifikati involuti jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw u fejn l-operatur ekonomiku li jikseb iċ-ċertifikazzjoni jkun fil-kmand tekniku tal-prodott.
(74) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali f’każ ta’ problemi ta’ sikurezza jew ta’ prestazzjoni, jenħtieġ li tali rikonoxximent ikun permess biss meta l-operaturi ekonomiċi vvalutati u vverifikati jaqblu li jikkooperaw mal-korp notifikat rikonoxxut, u jikkondividu d-data miegħu.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 75
(75) L-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 uriet li l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa fil-livell nazzjonali jvarjaw ħafna fil-kwalità u fl-effettività. Minbarra l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament favur sorveljanza aħjar tas-suq, jenħtieġ li l-konformità tal-operaturi ekonomiċi, tal-korpi u tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament tiġi ffaċilitata billi jiġu involuti wkoll partijiet terzi, bħal permezz tal-possibbiltà li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tissottometti informazzjoni dwar nuqqasijiet ta’ konformità possibbli permezz ta’ portal tal-ilmenti.
(75) L-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 uriet li l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa fil-livell nazzjonali jvarjaw ħafna fil-kwalità u fl-effettività. Minbarra l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-ambitu tal-liġi rilevanti tal-Unjoni favur sorveljanza aħjar tas-suq, jenħtieġ li l-konformità tal-operaturi ekonomiċi, tal-korpi u tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament tiġi ffaċilitata billi jiġu involuti wkoll partijiet terzi, bħal permezz tal-possibbiltà li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tissottometti informazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità permezz ta’ portal tal-ilmenti stabbilit u ġestit mill-Kummissjoni.
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 76
(76) Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih aktar setgħat għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni li jenħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet jaġixxu fiċ-ċirkostanzi problematiċi potenzjali kollha.
(76) Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih aktar setgħat ġustifikati għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni li jenħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet jaġixxu fiċ-ċirkostanzi problematiċi potenzjali kollha.
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 78
(78) Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv tar-rekwiżiti u tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, kif ukoll jiġi żgurat allinjament mar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tkun tista’ tistabbilixxi għadd minimu ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq grupp jew familja ta’ prodotti speċifiċi jew b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi, kif ukoll biex tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ riżorsi.
imħassar
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 79
(79) Barra minn hekk, sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet medji dgħajfa tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini tas-sorveljanza tas-suq u biex ikomplu jiġu allinjati mar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, jeħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ għal koordinazzjoni amministrattiva aktar dettaljata u li dawn jiġu pprovduti bid-dritt li jirkupraw il-kostijiet tal-ispezzjonijiet u tal-ittestjar mingħand l-operaturi ekonomiċi.
(79) Barra minn hekk, sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet medji dgħajfa tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini tas-sorveljanza tas-suq u biex ikomplu jiġu allinjati mar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, jeħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ għal koordinazzjoni amministrattiva aktar dettaljata u li dawn jiġu pprovduti d-dritt li jirkupraw il-kostijiet tal-ispezzjonijiet u tal-ittestjar mingħand l-operaturi ekonomiċi jekk ikunu jippossiedu prodotti mhux konformi.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 81
(81) Sabiex jaqdu aħjar lill-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jsiru aktar effettivi u, għalhekk, jenħtieġ li jiksbu aktar riżorsi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-kompiti tal-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jiġu rfinati u estiżi sabiex ikunu jinkludu informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-prodotti u dwar l-atti adottati f’konformità miegħu.
(81) Sabiex jaqdu aħjar lill-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jsiru aktar effettivi u, għalhekk, jenħtieġ li jiksbu aktar riżorsi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-kompiti tal-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jiġu rfinati u estiżi sabiex ikunu jinkludu informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-prodotti u dwar l-atti adottati f’konformità miegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li wkoll iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar il-punti ta’ kuntatt tal-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom.
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 84
(84) Ir-reġistrazzjoni ċentralizzata tal-informazzjoni dwar il-prodott iżżid it-trasparenza għall-benefiċċju tas-sikurezza tal-prodotti u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv u l-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE biex tistabbilixxi bażi ta’ data jew sistema ċentralizzata tal-Unjoni dwar il-prodotti għall-bini. F’dan il-mument ma huwiex possibbli li jiġu vvalutati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ soluzzjonijiet possibbli, b’hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li ssegwi kwalunkwe waħda minn dawn il-mogħdijiet, kif xieraq.
(84) Ir-reġistrazzjoni ċentralizzata tal-informazzjoni dwar il-prodott iżżid it-trasparenza għall-benefiċċju tas-sikurezza tal-prodotti u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv u l-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE biex tistabbilixxi passaport diġitali tal-prodotti għall-bini u reġistru tal-passaporti tal-prodotti għall-bini.
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 87
(87) In-negozju ta’ prodotti għall-bini jsir bil-mod iżda b’mod kostanti aktar u aktar internazzjonali. B’hekk, jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn in-nuqqasijiet ta’ konformità tal-operaturi ekonomiċi bbażati barra mill-Unjoni jeħtieġ li jiġu indirizzati wkoll. Billi pajjiżi terzi bilkemm huma lesti li jappoġġaw l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fit-territorju tagħhom fejn l-Unjoni, min-naħa tagħha, ma tipprevedix il-possibbiltà li tgħinhom, jenħtieġ li jiġu previsti xi setgħat għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dan ir-Regolament.
(87) In-negozju ta’ prodotti għall-bini jsir bil-mod iżda b’mod kostanti aktar u aktar internazzjonali. B’hekk, jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn in-nuqqasijiet ta’ konformità tal-operaturi ekonomiċi bbażati barra mill-Unjoni jeħtieġ li jiġu indirizzati wkoll. Billi pajjiżi terzi bilkemm huma lesti li jappoġġaw l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fit-territorju tagħhom fejn l-Unjoni, min-naħa tagħha, ma tipprevedix il-possibbiltà li tgħinhom, jenħtieġ li jiġu previsti xi dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament biex il-Kummissjoni tinvolvi ruħha f’kooperazzjoni internazzjonali.
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 88
(88) Ċertu għadd ta’ pajjiżi terzi japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti jew għall-inqas jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità magħha, kemm jekk abbażi ta’ ftehimiet internazzjonali kif ukoll jekk b’mod unilaterali, it-tnejn fl-interess tal-Unjoni. Sabiex dawn il-pajjiżi terzi jingħataw inċentiv biex ikomplu din il-prattika u pajjiżi terzi oħrajn jagħmlu l-istess, jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti possibbiltajiet addizzjonali lil pajjiżi terzi li japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti jew li jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità magħha. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-pajjiżi terzi partikolarment kooperattivi jiġu appoġġati billi jitħallew jipparteċipaw f’ċertu taħriġ u jipparteċipaw fil-bażi tad-data jew fis-sistema tal-UE dwar il-prodotti għall-bini, fis-sistema ta’ informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet armonizzati u fl-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet. Barra minn hekk, għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-pajjiżi terzi partikolarment kooperattivi jiġu informati dwar prodotti mhux konformi jew riskjużi.
(88) Ċertu għadd ta’ pajjiżi terzi japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti jew għall-inqas jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità magħha, kemm jekk abbażi ta’ ftehimiet internazzjonali kif ukoll jekk b’mod unilaterali, it-tnejn fl-interess tal-Unjoni. Sabiex dawn il-pajjiżi terzi jingħataw inċentiv biex ikomplu din il-prattika u pajjiżi terzi oħrajn jagħmlu l-istess, jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti possibbiltajiet addizzjonali lil pajjiżi terzi li japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti jew li jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità magħha. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli wara konsultazzjoni mal-Istati Membri li dawn il-pajjiżi terzi partikolarment kooperattivi jiġu appoġġati billi jitħallew jipparteċipaw f’ċertu taħriġ u jipparteċipaw fil-bażi tad-data tal-UE dwar il-prodotti għall-bini, fis-sistema ta’ informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet armonizzati u fl-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet. Barra minn hekk, għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-pajjiżi terzi partikolarment kooperattivi jiġu informati dwar prodotti mhux konformi jew riskjużi.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 90
(90) Sabiex jittejjeb l-użu ta’ prodotti għall-bini sostenibbli, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq, u sabiex jintlaħaq allinjament mar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, jenħtieġ li l-prattika tal-akkwist pubbliku tal-Istati Membri timmira lejn l-aktar prodotti sostenibbli minn fost il-prodotti konformi. Ir-rekwiżiti applikabbli għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
(90) Sabiex jittejjeb l-użu ta’ prodotti għall-bini sostenibbli, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq, u sabiex jintlaħaq allinjament mar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, jenħtieġ li l-prattika tal-akkwist pubbliku tal-Istati Membri timmira lejn l-aktar prodotti sostenibbli minn fost il-prodotti konformi. Ir-rekwiżiti applikabbli għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku li huma speċifikament offruti bħala kuntratti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku stabbiliti fl-atti delegati jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet lokali żgħar u l-ħtiġijiet tal-SMEs.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 91
(91) L-akkwist pubbliku jammonta għal 14 % tal-PDG tal-Unjoni. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u fl-użu tar-riżorsi u ssir it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, jenħtieġ li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, fejn xieraq, ikunu meħtieġa jallinjaw l-akkwist tagħhom ma’ kriterji jew miri speċifiċi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-kriterjijew il-miri stabbiliti minn atti delegati għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi jiġu rrispettati mhux biss meta dawk il-prodotti jiġu akkwistati direttament fil-kuntratti ta’ provvista pubblika, iżda wkoll f’kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi meta dawk il-prodotti jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti. Meta mqabbla ma’ approċċ volontarju, kriterji jew miri obbligatorji se jiżguraw li jiġi massimizzat l-ingranaġġ tal-infiq pubbliku biex tingħata spinta lid-domanda għal prodotti bi prestazzjoni aħjar. Jenħtieġ li l-kriterji jkunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.
(91) L-akkwist pubbliku jammonta għal 14 % tal-PDG tal-Unjoni. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u fl-użu tar-riżorsi u ssir it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, jenħtieġ li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, fejn xieraq, ikunu mħeġġa jallinjaw l-akkwist tagħhom ma’ kriterji speċifiċi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Il-kriterji ta’ sostenibbiltà jistgħu jieħdu l-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jew livelli ta’ prestazzjoni obbligatorji, jew, kif xieraq, kriterji tal-għażla, kriterji tal-għoti jew klawżoli tal-prestazzjoni tal-kuntratt, filwaqt li jagħtu lill-awtoritajiet kontraenti diskrezzjoni biex jiddeċiedu dwar il-kriterji kollha meħtieġa għall-akkwist pubbliku. Il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti minn atti delegati għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi jistgħu jiġu utilizzati mhux biss meta dawk il-prodotti jiġu akkwistati direttament fil-kuntratti ta’ provvista pubblika, iżda wkoll f’kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi meta dawk il-prodotti jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti. Jenħtieġ li l-kriterji jkunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 92
(92) Sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-għarfien ta’ evidenza xjentifika ġdida, jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni u tiġi żgurata implimentazzjoni omoġenja tar-regoli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar ta’ dispożizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-prodott; id-definizzjoni tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli; id-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom l-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfaw ċerti obbligi ta’ dan ir-Regolament; l-emendar tal-mudell tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tad-dikjarazzjoni tal-konformità; l-istabbiliment ta’ obbligi addizzjonali għall-manifatturi; ir-reviżjoni u s-supplimentar tar-regoli proċedurali għall-iżvilupp tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; l-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; l-istabbiliment ta’ bażi tad-data jew sistema tal-Unjoni dwar il-prodotti għall-bini; l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku u d-definizzjoni ta’ penali minimi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 201641. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(92) Sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-għarfien ta’ evidenza xjentifika ġdida, jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni u tiġi żgurata implimentazzjoni omoġenja tar-regoli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-prodott; l-ispeċifikazzjoni tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli stabbiliti fl-Anness V; id-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom l-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfaw ċerti obbligi ta’ dan ir-Regolament; l-emendar tal-mudell tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tad-dikjarazzjoni tal-konformità; l-ispeċifikazzjoni ta’ obbligi ambjentali addizzjonali għall-manifatturi; ir-reviżjoni u s-supplimentar tar-regoli proċedurali għall-iżvilupp tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku. Din is-setgħa jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Istati Membri identifikati u inklużi fil-pjan ta’ ħidma. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 201641. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. Meta tiżviluppa dawk l-atti, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmira li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji u tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs.
__________________
__________________
41 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
41 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 93
(93) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mezzi biex tittrażmetti l-informazzjoni; tipprovdi dettalji dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-obbligi u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi; tadotta l-format tal-valutazzjoni teknika Ewropea; tistabbilixxi r-riżorsi minimi meħtieġa mill-korpi notifikati u tagħti aċċess lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għas-sistemi ta’ informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet armonizzati, għall-bażi tad-data jew is-sistema tal-UE dwar il-prodotti għall-bini u għat-taħriġ fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42.
(93) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mezzi biex tittrażmetti l-informazzjoni; tadotta l-format tal-valutazzjoni teknika Ewropea; u għat-taħriġ fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42.
__________________
__________________
42 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
42 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 98
(98) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għan-nuqqasijiet ta’ konformità u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġu żgurati dawn l-għanijiet u l-penali armonizzati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi penali minimi permezz ta’ atti adottati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(98) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għan-nuqqasijiet ta’ konformità u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 100
(100) Sabiex tinħoloq ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat għal kemm żmien il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq abbażi tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jistgħu jibqgħu fil-katina tad-distribuzzjoni u, b’hekk, ikunu disponibbli aktar fis-suq. B’mod simili għall-prattika skont leġiżlazzjoni oħra dwar il-prodotti, il-perjodu xieraq jitqies li huwa ta’ ħames snin wara l-iskadenza tal-valutazzjoni teknika Ewropea li abbażi tagħha jkunu tqiegħdu fis-suq. B’dan il-mod, sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata skont dan ir-Regolament, il-prodotti kollha mibjugħa lill-utenti se jikkonformaw ma’ dik l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata u ma’ dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq u għall-installazzjoni diretta ta’ prodotti għall-bini, irrispettivament minn jekk jitwettqux fil-qafas ta’ servizz jew le, billi jistabbilixxi:
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għat-tqegħid u għad-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti għall-bini, irrispettivament minn jekk jitwettqux fil-qafas ta’ servizz jew le, billi jistabbilixxi:
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a) regoli dwar kif għandha tiġi espressa l-prestazzjoni ambjentali, inkluża klimatika, u tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom;
(a) regoli armonizzati dwar kif għandha tiġi espressa l-prestazzjoni ambjentali, inkluża l-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, u tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom;
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b) ir-rekwiżiti ambjentali, inklużi dawk klimatiċi, funzjonali u tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini.
(b) ir-rekwiżiti ambjentali, funzjonali u tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi li għandhom l-operaturi ekonomiċi li jittrattaw prodotti għall-bini jew il-komponenti tagħhom jew prodotti li jistgħu jitqiesu bħala prodotti għall-bini, filwaqt li ma jkunux maħsuba mill-manifattur tagħhom biex ikunu prodotti għall-bini.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi li għandhom l-operaturi ekonomiċi li jittrattaw prodotti għall-bini jew il-komponenti tagħhom jew prodotti b’użu doppju, inklużi t-tneħħija mill-installazzjoni u l-użu mill-ġdid ta’ dawk il-prodotti.
Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jiżgura l-moviment liberu ta’ prodotti għall-bini sikuri u sostenibbli fl-Unjoni u għall-objettivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali billi jipprevjeni u jnaqqas l-impatt li l-prodotti għall-bini għandhom fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u s-sikurezza tan-nies.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) settijiet ta’ data 3D imqiegħda fis-suq biex jippermettu l-istampar 3D ta’ prodotti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament u prodotti għall-bini u forom stampati 3D;
(a) prodotti għall-bini stampati 3D;
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) materjali maħsuba biex jintużaw għall-istampar 3D ta’ prodotti għall-bini fuq jew qrib is-sit tal-kostruzzjoni jew għall-manifattura bl-użu ta’ forom fuq jew qrib is-sit tal-kostruzzjoni;
imħassar
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c) prodotti għall-bini manifatturati fis-sit tal-kostruzzjoni għall-inkorporazzjoni immedjata f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, mingħajr azzjoni kummerċjali separata għat-tqegħid fis-suq;
imħassar
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f
(f) kittijiet jew assemblaġġi, fejn il-kompożizzjoni tagħhom tkun speċifikata fi speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew f’dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni (EADs) u koperta minnhom;
imħassar
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt g
(g) djar prefabbrikati ta’ familja waħda bi spazju tas-superfiċje ta’ inqas minn 180 m2 b’sular wieħed jew bi spazju tas-superfiċje ta’ inqas minn 100 m2 fuq żewġ sulari.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għad-djar imsemmija fil-punt (g) permezz ta’ notifika lill-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-operatur ekonomiku jkun biddel l-użu maħsub ta’ dawk il-prodotti jew l-oġġetti għall-bini użati mill-użu maħsub assenjat lil dawk il-prodotti jew l-oġġetti għall-bini mill-manifattur inizjali b’mod ieħor għajr bi tnaqqis f’termini ta’ prestazzjoni jew użi maħsuba jew għal skopijiet ta’ sempliċi dekorazzjoni;
(b) l-operatur ekonomiku jkun biddel l-użu maħsub ta’ dawk il-prodotti jew l-oġġetti għall-bini użati mill-użu maħsub assenjat lil dawk il-prodotti jew l-oġġetti għall-bini mill-manifattur inizjali b’mod ieħor għajr bi tnaqqis f’termini ta’ prestazzjoni jew użi maħsuba jew għal skopijiet ta’ sempliċi “dekorazzjoni”;
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) l-operatur ekonomiku jkun qiegħed iqiegħed prodott għall-bini użat fis-suq għall-ewwel darba;
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db) l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi li jneħħu l-installazzjonijiet jew li jittrattaw prodotti użati għall-użu mill-ġdid ma jkunux issodisfati.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3– punt b
(b) bojlers, pajpijiet, tankijiet u anċillari u prodotti oħrajn maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ilma għall-konsum mill-bniedem;
(b) il-kwalitajiet relatati mal-iġjene tal-bojlers, il-pajpijiet, it-tankijiet u l-anċillari u prodotti oħrajn maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ilma għall-konsum mill-bniedem;
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c
(c) sistemi li jittrattaw l-ilma mormi;
imħassar
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt d
(d) apparat sanitarju;
imħassar
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt e
(e) prodotti tas-sinjalar tat-traffiku.
imħassar
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea) prodotti tad-dawl soġġetti għad-Direttivi 2014/35/UE, 2014/53/UE jew 2001/95/KE;
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
(eb) prodotti elettriċi u elettroniċi soġġetti għad-Direttivi 2014/35/UE, 2014/30/UE, 2014/53/UE, id-Direttiva RoHs jew ir-Regolament [XXX] dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 4
4. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-servizzi tal-istampar 3D ta’ prodotti għall-bini u ta’ oġġetti koperti minn dan ir-Regolament. Is-servizzi tal-istampar 3D jinkludu l-kiri ta’ magni tal-istampar 3D li jistgħu jintużaw għall-prodotti u l-oġġetti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament.
imħassar
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal servizzi marbuta ma’:
— il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u/jew oġġetti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament, u
— għat-tneħħija tal-installazzjoni, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u t-trattament ta’ prodotti jew oġġetti għall-bini użati koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-prodotti u l-oġġetti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu installati direttament fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-regolamenti li jipprovdu tali eżenzjonijiet. Huma għandhom jiżguraw li l-prodotti jew l-oġġetti għall-bini eżentati ma jkollhomx il-markatura CE f’konformità mal-Artikolu 16. Il-prodotti jew l-oġġetti għall-bini mqiegħda fis-suq jew installati direttament abbażi ta’ tali eżenzjoni ma għandhomx jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jew li ġew installati direttament fl-Unjoni skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.
5. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-prodotti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament li jitqiegħdu fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-regolamenti li jipprovdu tali eżenzjonijiet. Huma għandhom jiżguraw li l-prodotti għall-bini eżentati ma jkollhomx il-markatura CE f’konformità mal-Artikolu 16. Il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq abbażi ta’ tali eżenzjoni ma għandhomx jitqiesu li tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
(1) “prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe oġġett fiżiku fformat jew mingħajr forma, inklużi l-imballaġġ u l-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu, jew kit jew assemblaġġ li jikkombina tali oġġetti, li jitqiegħed fis-suq jew jiġi prodott għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew f’partijiet minnhom fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti li huma neċessarjament integrati għall-ewwel darba f’assemblaġġ, kit jew prodott għall-bini ieħor qabel ma jiġu inkorporati b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni;
(1) “prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe prodott jew kit li jiġi prodott u li jitqiegħed fis-suq jew jiġi fornut lis-sit tal-kostruzzjoni għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew f’partijiet minnhom fl-Unjoni, inklużi prodotti stampati 3D jew oġġetti oħra koperti minn dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 2(1) sa (3);
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2) “permanenti” tfisser għal durata ta’ sentejn jew itwal;
(2) “permanenti” tfisser installat jew imwaħħal b’tali mod li jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti r-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol u li jkun maħsub li jibqa’ fil-binja jew f’partijiet minnha u li ma jkunx jista’ jitneħħa mingħajr għodda jew forza mekkanika wara t-tlestija tal-kostruzzjoni jew il-proċess ta’ rinnovazzjoni;
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3) “prodott” tfisser prodott għall-bini jew oġġett ieħor kopert minn dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 2(1) sa (3);
imħassar
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5
(5) “installazzjoni diretta” tfisser l-installazzjoni ta’ prodott f’xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ klijent mingħajr ma jsir disponibbli qabel fis-suq jew l-installazzjoni ta’ dar ta’ familja waħda koperta minn dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk dan ikunx fil-qafas tal-forniment ta’ servizz jew le;
imħassar
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7
(7) “karatteristiċi essenzjali” tfisser dawk il-karatteristiċi tal-prodott li huma relatati mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kif stabbiliti fil-Punt 1 tal-Parti A tal-Anness I jew li ġew elenkati fil-Punt 2 tal-Parti A tal-Anness I;
(7) “karatteristiċi essenzjali” tfisser dawk il-karatteristiċi tal-prodott li huma relatati mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kif stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A jew il-karatteristiċi ambjentali li ġew elenkati fl-Anness I, il-Parti B;
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8
(8) “rekwiżiti tal-prodott” tfisser livell ta’ limitu jew karatteristika oħra li magħha għandu jikkonforma prodott qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq jew jiġi installat direttament, inklużi dawk ir-rekwiżiti relatati mat-tikkettar u mal-istruzzjonijiet għall-użu jew informazzjoni oħra li għandha tiġi pprovduta;
(8) “rekwiżiti tal-prodott” tfisser livell ta’ limitu jew karatteristika oħra stabbilita fl-Anness I, il-Parti C 1 u C 2, u speċifikata skont l-Artikolu 5, li magħha għandu jikkonforma prodott għall-bini qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq;
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9
(9) “operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, il-fornitur tas-servizz ta’ ġestjoni, il-fornitur tas-servizz ta’ stampar 3D, il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ta’ materjali maħsuba għall-istampar 3D ta’ prodotti, il-bejjiegħ online, is-sensar, il-fornitur, il-fornitur tas-servizz, it-tikkettatur tal-marka proprja jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, minbarra l-awtoritajiet, il-korpi notifikati, il-korpi tal-valutazzjoni teknika u l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini li huma soġġetti għal dan ir-Regolament b’rabta mal-manifattura, it-tneħħija mill-installazzjoni għall-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid jew l-imballaġġ mill-ġdid tal-prodotti, jew it-tqegħid ta’ dawk il-prodotti disponibbli fis-suq jew l-installazzjoni ta’ dawk il-prodotti direttament f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u l-operaturi ekonomiċi kif definiti fl-Artikolu 3(13) tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44;
(9) “operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, il-fornitur tas-servizz ta’ ġestjoni, il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ta’ materjali maħsuba għall-istampar 3D ta’ prodotti, il-bejjiegħ online, is-sensar, il-fornitur, il-fornitur tas-servizz, it-tikkettatur tal-marka proprja jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, li huma soġġetti għal dan ir-Regolament b’rabta mal-manifattura, it-tneħħija mill-installazzjoni għall-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid tal-prodotti, jew it-tqegħid ta’ dawk il-prodotti disponibbli fis-suq f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
__________________
44 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10
(10) “fornitur ta’ servizz ta’ stampar 3D” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, matul attività kummerċjali, toffri wieħed mis-servizzi li ġejjin: il-kiri jew il-lokazzjoni ta’ printers għall-istampar 3D, l-istampar ta’ settijiet ta’ data għall-istampar 3D, jew is-senserija ta’ wieħed minn dawn is-servizzi, irrispettivament minn jekk il-materjal tal-istampar jiġix ipprovdut minn dik il-persuna jew le;
imħassar
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15
(15) “bini” tfisser faċilitajiet, għajr kontenituri, li jagħtu kenn lill-bnedmin, lill-annimali jew lill-oġġetti, li jew ikunu mwaħħlin b’mod permanenti mal-art jew inkella jistgħu jiġu ttrasportati biss bl-għajnuna ta’ tagħmir speċjali, filwaqt li jkollhom spazju tas-superfiċje tal-art ta’ mill-inqas 20m2 fuq livell wieħed jew diversi livelli;
imħassar
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
(16) “livell” tfisser ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodott b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, espress bħala valur numeriku;
(16) “livell” tfisser l-espressjoni tal-prestazzjoni mingħajr klassifikazzjoni tal-prestazzjoni potenzjali jew minimu jew massimu speċifikat;
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 17
(17) “klassi” tfisser firxa ta’ livelli, delimitati permezz ta’ valur minimu u massimu, tal-prestazzjoni ta’ prodott;
(17) “klassi” tfisser espressjoni tal-prestazzjoni f’diviżjoni sistematika tal-prestazzjonijiet potenzjali;
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22
(22) “assemblaġġ” tfisser sett ta’ mill-inqas żewġ oġġetti separati, li wieħed minnhom ikun prodott;
imħassar
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 24 – punt a
(a) ma kienx soġġett għal proċess li jmur lil hinn mit-tiswija, mit-tindif jew mill-manutenzjoni regolari, kif speċifikat mill-manifattur oriġinali fl-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu jew rikonoxxut li huwa meħtieġ skont għarfien komuni tal-inġinerija ċivili;
(a) ma kienx soġġett għal proċess li jmur lil hinn mit-tiswija, mit-tindif jew mill-manutenzjoni regolari, kif speċifikat mill-manifattur oriġinali fl-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu jew rikonoxxut li huwa meħtieġ skont l-għarfien tal-inġinerija l-aktar aġġornat speċifiku għas-suġġett;
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 25
(25) “użu maħsub” tfisser l-użu maħsub mill-manifattur, inklużi l-kondizzjonijiet għall-użu, kif stipulati fid-dokumentazzjoni teknika, fuq it-tikketti, fl-istruzzjonijiet għall-użu, jew f’materjal ta’ pubbliċità, filwaqt li l-użi msemmija biss f’wieħed minn dawn diġà huma parti mill-“użu maħsub”;
(25) “użu maħsub” tfisser l-użu maħsub kif definit mill-manifattur tal-prodott għall-bini kif definit fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli;
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 26
(26) “tiswija” tfisser il-proċess tar-ritorn ta’ prodott difettuż għal kondizzjoni fejn jista’ jissodisfa l-użu maħsub tiegħu;
(26) “tiswija” tfisser il-proċess tat-tiswija ta’ prodott difettuż jew is-sostituzzjoni tal-komponenti difettużi tiegħu, sabiex il-prodott jitreġġa’ lura għal kondizzjoni fejn ikun jista’ jissodisfa l-użu maħsub tiegħu;
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 27
(27) “manutenzjoni” tfisser azzjoni mwettqa biex prodott jinżamm f’kondizzjoni fejn ikun jista’ jiffunzjona kif meħtieġ;
(27) “manutenzjoni” tfisser azzjoni mwettqa biex prodott jinżamm f’kondizzjoni fejn ikun jista’ jiffunzjona kif speċifikat;
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 31
(31) “tip ta’ prodott” tfisser il-mudell astratt ta’ prodotti individwali, iddeterminat mill-użu maħsub u minn sett ta’ karatteristiċi li jeskludu kwalunkwe varjazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni jew tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti f’dan ir-Regolament jew f’konformità miegħu, prodotti fi proċess ta’ produzzjoni speċifiku bl-użu ta’ kombinament partikolari ta’ materja prima jew komponenti, filwaqt li oġġetti identiċi ta’ manifatturi differenti jappartjenu wkoll għal tipi ta’ prodotti differenti;
(31) “tip ta’ prodott” tfisser il-mudell astratt ta’ prodotti individwali, definit mill-istess sett ta’ prestazzjonijiet iddikjarati;
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 32
(32) “l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” tfisser mod kif tintlaħaq ċerta mira li jkun jew l-aktar effettiv u avvanzat jew qrib tiegħu u, b’hekk, ogħla mill-medja ta’ modi li jistgħu jintgħażlu;
(32) “l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” tfisser mod kif tintlaħaq ċerta mira li jkun jew l-aktar effettiv u avvanzat jew qrib tiegħu u, b’hekk, ogħla mill-medja ta’ modi li jistgħu jintgħażlu jew prestazzjoni li tirrappreżenta dak li huwa possibbli attwalment bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji komuni, kemm jekk hija s-soluzzjoni teknoloġikament l-aktar avvanzata u kemm jekk le;
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 38
(38) “żona armonizzata” tfisser l-isfera koperta b’mod konġunt minn dan ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, u l-atti tal-Kummissjoni ta’ applikabbiltà ġenerali adottati skont dan ir-Regolament;
(38) “żona armonizzata” tfisser l-isfera koperta b’mod konġunt minn dan ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, u l-atti tal-Kummissjoni ta’ applikabbiltà ġenerali relatati mal-prodotti għall-bini adottati skont dan ir-Regolament;
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 39
(39) “dritt tal-Unjoni” tfisser it-TUE, it-TFUE, il-prinċipji ġenerali tad-dritt, l-atti ta’ applikabbiltà ġenerali msemmija fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 tat-TFUE u kwalunkwe ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni hija parti jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet;
imħassar
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 42
(42) “manifatturat individwalment” tfisser li, minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent, ikun hemm varjazzjoni f’termini tal-metodu ta’ manifattura meta mqabbel mal-prodotti l-oħrajn kollha prodotti għal klijenti oħrajn mill-operatur ekonomiku inkwistjoni;
(42) “manifatturat individwalment” tfisser li, minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent, ikun hemm il-ħtieġa li jsir riaġġustament tat-tagħmir tal-produzzjoni għall-manifattura meta mqabbel mal-prodotti l-oħrajn kollha prodotti għal klijenti oħrajn mill-operatur ekonomiku inkwistjoni;
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44
(44) “magħmula skont l-ordni” tfisser li, minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent, ikun hemm varjazzjoni f’termini tad-daqs jew tal-materjal meta mqabbla mal-prodotti l-oħrajn kollha manifatturati għal klijenti oħrajn mill-operatur ekonomiku inkwistjoni.
imħassar
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 45a (ġdid)
(45a) “mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għall-ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 46
(46) “speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati” tfisser standards tal-prodotti għall-bini stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(2), li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 34 u b’hekk saru obbligatorji għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u l-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4(3) u (4), mal-Artikolu 5(2), jew mal-Artikolu 22(4), li jkun fihom preskrizzjonijiet tekniċi;
(46) “speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati” tfisser standards tal-prodotti għall-bini stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(2) u l-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4(3) u (4), mal-Artikolu 5(1), jew mal-Artikolu 22(4), li jkun fihom preskrizzjonijiet tekniċi;
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 48
(48) “prodott b’użu doppju” tfisser prodott li, mill-manifattur tiegħu, ikun maħsub biex jintuża bħala prodott u bħala oġġett b’użu maħsub ieħor li jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk ikollu biss dak l-użu maħsub l-ieħor;
(48) “prodott b’użu doppju” tfisser prodott li jkun maħsub mill-manifattur tiegħu biex jintuża bħala prodott jew bħala oġġett b’użu ieħor li jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk ikollu biss dak l-użu maħsub l-ieħor;
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 51
(51) “ekwivalenza full-time” tfisser il-manodopera ta’ persuna waħda impjegata fuq bażi full-time kif definita mill-Istat Membru kkonċernat jew il-manodopera ta’ diversi persuni impjegati fuq bażi part-time li jaħdmu flimkien l-istess numru ta’ sigħat kuljum jew fil-ġimgħa;
imħassar
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 57
(57) “sensar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz ta’ intermedjazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew l-installazzjoni diretta ta’ prodotti;
(57) “sensar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz ta’ intermedjazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti;
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 69
(69) “awtorità” tfisser il-Kummissjoni Ewropea, l-aġenziji tagħha, u kwalunkwe awtorità tan-notifika, awtorità tal-ħatra jew awtorità tas-sorveljanza tas-suq, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-dispożizzjoni rispettiva: irrispettivament minn f’liema Stat Membru tkun tinsab;
imħassar
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 70
(70) “prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li, kull meta matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu u anki meta jinħoloq indirettament, ikollu potenzjal inerenti li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, l-ambjent jew l-issodisfar tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meta jiġi inkorporat f’dawk ix-xogħlijiet, sa grad li, filwaqt li jitqies l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, imur lil hinn minn dak li jitqies raġonevoli u aċċettabbli b’rabta mal-użu maħsub tiegħu u f’kondizzjonijiet ta’ użu normali jew raġonevolment prevedibbli;
(70) “prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li, kull meta matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu, ikollu potenzjal inerenti li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, l-ambjent jew l-issodisfar tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meta jiġi inkorporat f’dawk ix-xogħlijiet, sa grad li, filwaqt li jitqies l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, imur lil hinn minn dak li jitqies raġonevoli u aċċettabbli b’rabta mal-użu maħsub tiegħu u f’kondizzjonijiet ta’ użu normali jew raġonevolment prevedibbli;
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 71a (ġdid)
(71a) “skopijiet dekorattivi” tfisser skopijiet definiti min-nuqqas ta’ kwalunkwe funzjoni strutturali jew rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, kif elenkati fl-Anness I;
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 71b (ġdid)
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 71c (ġdid)
(71c) “riċiklabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-materjali jew il-prodotti tal-iskart li jiġu sseparati, miġbura, magħżula u aggregati b’mod effettiv u effiċjenti bħala flussi ta’ skart definiti bi tħejjija għar-riċiklaġġ, u mbagħad jiġu riċiklati permezz ta’ proċessi industrijali rilevanti u pproċessati mill-ġdid f’materjali jew prodotti riċiklati, filwaqt li jiġi minimizzat it-telf tal-kwalità jew tal-funzjonalità meta mqabbel mal-materjal jew il-prodott oriġinali.
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni stabbiliti fil-Punt 1 tal-Parti A tal-Anness I għandhom jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija ta’ talbiet għall-istandardizzazzjoni u speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
1. Ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A, għandhom jikkostitwixxu l-bażi għall-identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini. Il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni, b’kont meħud tal-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri u l-għanijiet tal-Unjoni dwar is-sikurezza, iċ-ċirkolarità u l-klima. Il-karatteristiċi essenzjali identifikati, flimkien mal-karatteristiċi ambjentali essenzjali elenkati fl-Anness I, il-Parti B, għandhom jfformaw il-bażi għat-tħejjija ta’ talbiet għall-istandardizzazzjoni u speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
Il-karatteristiċi essenzjali speċifikati f’konformità mal-paragrafu 1 jew elenkati fil-Punt 2 tal-Parti A tal-Anness I u l-metodi għall-valutazzjoni tagħhom għandhom jiġu stipulati fi standards li jsiru obbligatorji għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għandhom jiġu identifikati fid-dawl tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri.
Il-karatteristiċi essenzjali identifikati f’konformità mal-paragrafu 1 jew il-karatteristiċi ambjentali essenzjali elenkati fl-Anness I, il-Parti B, u l-metodi għall-valutazzjoni tagħhom għandhom jiġu stipulati fi standards li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, isiru obbligatorji permezz tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6a(9).
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 1025/2012 li jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-pedamenti għall-istabbiliment ta’ dawn il-karatteristiċi essenzjali u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 1025/2012 li jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-pedamenti għall-istabbiliment ta’ dawn il-karatteristiċi essenzjali u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom. Dawn it-talbiet għall-istandardizzazzjoni jistgħu jinkludu talba biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ limitu u l-klassijiet ta’ prestazzjoni b’rabta ma’ dawn il-karatteristiċi essenzjali u liema mill-karatteristiċi essenzjali jistgħu jew għandhom jiġu ddikjarati mill-manifatturi; F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għall-istabbiliment tal-livelli ta’ limitu, il-klassijiet ta’ prestazzjoni u l-karatteristiċi obbligatorji fit-talba għall-istandardizzazzjoni.
It-talbiet ta’ standardizzazzjoni li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-livelli ta’ limitu u l-klassijiet ta’ prestazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt, f’konformità mal-paragrafu 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ talbiet ta’ standardizzazzjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali għall-prodotti għall-bini użati.Dawn it-talbiet għall-istandardizzazzjoni għandhom jinħarġu skont il-pjan ta’ ħidma stabbilit skont l-Artikolu 93a.
It-talbiet għall-istandardizzazzjoni rispettivi jistgħu jinkludu wkoll talba li l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni tiddetermina fl-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-livelli ta’ limitu volontarji jew obbligatorji u l-klassijiet ta’ prestazzjoni b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali u liema mill-karatteristiċi essenzjali jistgħu jew għandhom jiġu ddikjarati mill-manifatturi. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-pedamenti għall-istabbiliment tal-livelli ta’ limitu, il-klassijiet u l-karatteristiċi obbligatorji fit-talba għall-istandardizzazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-prinċipji bażiċi u l-pedamenti, kif ukoll id-dritt tal-Unjoni, jiġu rrispettati fl-istandards qabel ma tiġi ppubblikata r-referenza tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 34.
imħassar
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. B’deroga mill-paragrafu 2 u sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri u jiġu segwiti l-għanijiet tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tistabbilixxi, għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari, karatteristiċi essenzjali volontarji jew obbligatorji u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
3. Filwaqt li għandha tingħata prijorità lill-elaborazzjoni tal-istandards, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi, għal familji u kategoriji partikolari ta’ prodotti, karatteristiċi essenzjali volontarji jew obbligatorji u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom fejn ma jkun ġie ppreżentat l-ebda standard armonizzat li jkopri l-karatteristiċi essenzjali rilevanti skont talba magħmula f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-ebda tali standard ma jkun mistenni li jitwassal fi żmien raġonevoli u, barra minn hekk, tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)
(-a) il-Kummissjoni tkun talbet li waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jabbozaw standard armonizzat għar-rekwiżiti u t-talba ma tkunx ġiet aċċettata minn ebda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni;
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a
(a) ikun hemm dewmien bla bżonn fl-adozzjoni ta’ ċerti standards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, filwaqt li jingħata dewmien bla bżonn meta l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni ma tissottomettix standard fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-istandardizzazzjoni;
(a) ikun hemm dewmien bla bżonn u mhux ġustifikat fl-adozzjoni ta’ ċerti standards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, fejn b’dewmien bla bżonn jinftiehem li l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni ma tissottomettix standard fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fit-talba u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sentejn wara li tkun irċeviet it-talba għall-istandardizzazzjoni;
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3– punt b
(b) ikun hemm urġenza għall-adozzjoni ta’ aktar speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li ma jistgħux jitqabblu mal-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) biss;
imħassar
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
(c) karatteristika essenzjali waħda jew aktar li jirreferu għar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol stabbiliti fil-Punt 1 tal-Parti A tal-Anness I jew inklużi fil-Punt 2 tal-Parti A tal-Anness I ma jkunux koperti mill-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali;
(c) karatteristika essenzjali waħda jew aktar li jirreferu għar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A, jew inklużi fl-Anness I, il-Parti B, ma jkunux koperti mill-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jkunu rrifjutaw li jirrevedu jew jemendaw l-istandard rilevanti fi żmien debitu;
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d
(d) l-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) jitqiesu, għal raġunijiet oħrajn, bħala mhux suffiċjenti biex ikopru l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri jew il-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi;
imħassar
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) ikun hemm il-ħtieġa li jiġi rivedut jew emendat l-istandard imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri, jew biex ikun hemm allinjament mal-objettivi tal-Unjoni dwar is-sikurezza, l-ambjent, iċ-ċirkolarità u l-klima, u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jkunu rrifjutaw jew ma setgħux jirrevedu jew jemendaw l-istandard rilevanti fi żmien debitu;
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e
(e) l-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni u l-ambizzjoni tal-UE dwar il-klima u l-ambjent;
imħassar
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f
(f) ir-referenzi għall-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ma jkunux jistgħu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(4) jew għal raġunijiet legali oħrajn;
(f) ikun hemm il-ħtieġa li jiġi adattat standard jew parti minnu li jkun ġie adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni iżda li ma jkunx jista’ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 6a(8);
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g
(g) ir-referenzi għall-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ikunu ġew irtirati mill-Ġurnal Uffiċjali jew ikunu ġew ippubblikati b’restrizzjoni.
imħassar
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri u jiġu segwiti l-għanijiet ambjentali, tas-sikurezza u tal-armonizzazzjoni tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tiddetermina, għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari, dan li ġej:
4. Filwaqt li għandha tingħata prijorità lill-elaborazzjoni tal-istandards, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex jiġu koperi l-ħtiġijiet regolatorji urġenti tal-Istati Membri u jiġu segwiti l-għanijiet ambjentali, tas-sikurezza u tal-armonizzazzjoni tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina dawn li ġejjin għal familji u kategoriji ta’ prodotti speċifiċi:
4a. Qabel ma tħejji att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u 4 huma ssodisfati.
4b. Meta tħejji l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati Ewropej rilevanti li jirċievu finanzjament mill-Unjoni fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
4c. Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jsir obbligatorju permezz ta’ att delegat imsemmi fl-Artikolu 6a(9), il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-atti delegati msemmija fil-paragrafi 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, jew dawk il-partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti.
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda l-Parti A tal-Anness I permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 sabiex tadattaha għall-progress tekniku u biex tkopri riskji ġodda u aspetti ambjentali.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 bil-għan li temenda l-Anness I, il-Parti A, biex jikkonforma mal-prijoritajiet tal-istandardizzazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 93a(2), sabiex tadattah biex jirrifletti l-progress tekniku u biex tkopri riskji u aspetti ambjentali ġodda.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott
Il-prodotti għall-bini kollha koperti minn dan ir-Regolament għandhom, qabel ma jitqiegħdu fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott stabbiliti fl-Annes I, il-Parti C3.
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C3, jistgħu jiġu speċifikati għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti rispettivi permezz ta’ atti delegati adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 87 jew permezz ta’ standards wara talba għall-istandardizzazzjoni magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(2).
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C3, għandhom jiġu pprovduti għall-prodotti għall-bini kollha fuq l-imballaġġ tal-prodott jew mehmuża skont l-Artikolu 21(5). Għall-prodotti għall-bini koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu disponibbli permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti.
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. Il-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament għandhom, qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-installazzjoni diretta tagħhom, jissodisfaw ir-rekwiżiti ġeneriċi u direttament applikabbli tal-prodotti stabbiliti fil-Parti D tal-Anness I u r-rekwiżiti tal-prodotti stipulati fil-Partijiet B u Ċ tal-Anness I kif speċifikati għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti rispettiva f’konformità mal-paragrafu 2. Ir-rekwiżiti tal-prodott stipulati fil-Partijiet B u Ċ tal-Anness I huma applikabbli biss meta jkunu ġew speċifikati f’konformità mal-paragrafu 2.
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tispeċifika, għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti, ir-rekwiżiti tal-prodotti stipulati fl-Anness I, il-Parti C1 u C2.
Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, il-prodotti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott speċifikati f’tali atti delegati.
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2
2. Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti fil-Partijiet B, Ċ u D tal-Anness I, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tispeċifika, għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari, dawn ir-rekwiżiti tal-prodott u billi tistabbilixxi l-metodi ta’ valutazzjoni korrispondenti. Ladarba l-Kummissjoni tkun speċifikat dawn ir-rekwiżiti tal-prodott permezz ta’ atti delegati, hija tista’ toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkollhom l-għan li jelaboraw standards armonizzati volontarji li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti obbligatorji tal-prodott kif speċifikat minn dawn l-atti delegati.
2. Meta tispeċifika r-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti fl-Anness I, il-Partijiet C1 u C2 f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi, għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari, liema minn dawn ir-rekwiżiti tal-prodott għandhom japplikaw għal dik il-familja jew kategorija ta’ prodotti u tistabbilixxi l-metodi ta’ valutazzjoni korrispondenti. Ladarba l-Kummissjoni tkun speċifikat dawn ir-rekwiżiti tal-prodott permezz ta’ atti delegati, hija għandha toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkollhom l-għan li jelaboraw standards armonizzati li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti obbligatorji tal-prodott. F’każ li ma jkun hemm l-ebda standard armonizzat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida ċari għall-manifatturi dwar kif juru l-konformità mar-rekwiżiti tal-prodott.
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda l-Partijiet B, Ċ u D tal-Anness I permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 sabiex tadattahom għall-progress tekniku u, b’mod partikolari, biex tkopri riskji ġodda u aspetti ambjentali.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 bil-għan li temenda l-Anness I, il-Parti B, C u D, biex jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-istandardizzazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 93a(2), sabiex tadattahom għall-progress tekniku u biex tkopri riskji u aspetti ambjentali ġodda.
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 6 – titolu
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika u l-modalitajiet speċifiċi għall-prodott tagħhom
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. Sabiex jiġi applikat approċċ imfassal apposta u jiġi minimizzat il-piż potenzjali fuq il-manifatturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tiddetermina għal kull familja jew kategorija ta’ prodotti s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli fost dawk stabbiliti fl-Anness V. Hija tista’ wkoll tiddetermina sistemi differenti ta’ valutazzjoni u verifika għall-istess familja jew kategorija ta’ prodotti meta tiddifferenzja skont il-karatteristika essenzjali jew ir-rekwiżit tal-prodott.
1. Sabiex jiġi applikat approċċ imfassal apposta u jiġi minimizzat il-piż potenzjali fuq il-manifatturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tiddetermina għal kull familja jew kategorija ta’ prodotti liema mis-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli fost dawk stabbiliti fl-Anness V għandhom jintużaw. Hija tista’ wkoll tiddetermina sistemi differenti ta’ valutazzjoni u verifika għall-istess familja jew kategorija ta’ prodotti meta tiddifferenzja skont il-karatteristika essenzjali jew ir-rekwiżit tal-prodott.
1a. Is-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika għandhom jiġu ddeterminati flimkien ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati skont l-użu maħsub u abbażi ta’ kriterji ċari, li jinftiehmu u trasparenti. Għandhom jitqiesu l-ħsara potenzjali li tirriżulta minn defiċjenzi tal-prodott, il-bidla fil-prestazzjoni fil-każ ta’ devjazzjoni żgħira fil-kondizzjonijiet tal-produzzjoni, is-suxxettibbiltà għall-iżbalji fil-proċess tal-manifattura u l-kwistjoni ta’ kemm jistgħu jiġu rikonoxxuti faċilment l-iżbalji tal-manifattura.
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Sabiex tiġi ffaċilitata u armonizzata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jinsabu fl-Anness V, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tispeċifika dawn ir-rekwiżiti u l-obbligi għal familja jew kategorija ta’ prodotti partikolari.
2. Sabiex tiġi ffaċilitata u armonizzata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jinsabu fl-Anness V, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tispeċifika dawn ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika u l-obbligi għal familja jew kategorija ta’ prodotti partikolari.
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Sabiex jiġu miġġielda n-nuqqasijiet ta’ konformità sistematiċi ta’ korpi notifikati jew manifatturi jew fid-dawl tal-adattament għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tintroduċi passi addizzjonali ta’ valutazzjoni jew verifika fis-sistemi tal-Anness V.
imħassar
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 6 a (ġdid)
Artikolu 6a
L-istandards tal-prodotti għall-bini
1. L-istandards tal-prodotti għall-bini għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni abbażi ta’ talba għall-istandardizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw sett ċar u stabbli ta’ regoli għall-proċess tal-istandardizzazzjoni kollu inklużi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, il-kompetenzi u l-iskadenzi proċedurali ġenerali għall-partijiet ikkonċernati involuti kollha kif ukoll il-mudelli li għandhom jintużaw.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 88(1).
3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ amministrattiv fl-istabbiliment ta’ diviżjoni legali interna fi ħdan l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni bil-kompitu tal-qari tal-provi legali tal-istandards u tiżgura l-koerenza u n-nuqqas ta’ difetti legali tal-istandards;
4. L-istandards tal-prodotti għall-bini stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) għandhom ikunu ta’ applikazzjoni obbligatorja għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament minn 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu. Dawn jistgħu jiġu applikati b’mod volontarju fuq talba tal-manifattur mid-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Huma għandhom jipprovdu l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. Dawk l-istandards għandhom, fejn xieraq u mingħajr ma jipperikolaw l-akkuratezza, l-affidabbiltà jew l-istabbiltà tar-riżultati, jipprovdu metodi li jkunu inqas onerużi mill-ittestjar għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali, il-klassijiet, il-livelli ta’ limitu jew ir-rekwiżiti tal-prodott tagħhom.
5. L-istandards tal-prodotti għall-bini żviluppati skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) jew it-tielet sentenza tal-Artikolu 22(4) għandhom ikunu volontarji. Prodotti li jkunu konformi mal-istandards volontarji adottati f’konformità mal-Artikolu 5(2), jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, il-Partijiet C1 u C2, kif speċifikat għall-familja jew għall-kategorija ta’ prodotti rispettiva minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati f’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2), sal-punt li dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards volontarji u li tali kopertura tkun ġiet iddikjarata b’mod preċiż fl-istandard armonizzat rispettiv. Il-manifatturi li jikkonformaw mal-istandards volontarji adottati f’konformità mal-Artikolu 22(2), jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 22(2), sal-punt li dawk l-obbligi jkunu koperti minn tali standards u li tali kopertura tkun ġiet iddikjarata b’mod preċiż fl-istandard rispettiv.
6. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr eċċezzjoni, tivvaluta l-konformità tal-istandards tal-prodotti għall-bini stabbiliti mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni mat-talbiet rilevanti għall-istandardizzazzjoni, ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fi żmien sitt xhur wara li l-istandard ikun intbagħtilha. Sabiex il-Kummissjoni tissodisfa dan l-obbligu f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinfurmaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress u l-kontenut tal-istrument tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
7. Il-Kummissjoni għandha, meta possibbli, tipparteċipa fl-inkjesti informali u formali tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li jiżviluppaw l-istrumenti tal-istandardizzazzjoni Ewropea mitluba, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konformità tal-istrumenti tal-istandardizzazzjoni ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti oħra tal-Unjoni.
8. Meta l-Kummissjoni tqis li standard jew parti minnu ma jkunux sodisfaċenti u konsegwentement tiddeċiedi li ma tużahx f’att delegat adottat skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tippreżenta r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, filwaqt li tistabbilixxi liema korrezzjonijiet huma meħtieġa fi żmien sitt xhur wara li jkun ġie trażmess l-abbozz għal standard. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ tagħti mandat lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni biex tikkoreġi l-istandard jew f’konformità mal-Artikolu 4(3), l-ittra f, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament b’atti delegati billi timmodifika l-istandards rispettivi jew parti minnhom.
9. Meta tqis li standard prodott skont talba li tkun saret f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) jissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti ta’ tali talba għall-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 87 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tuża dak l-istandard.
10. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum wara valutazzjoni pożittiva, tippubblika, jew tippubblika b’xi restrizzjonijiet, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista ta’ referenzi ta’ standards tal-prodotti għall-bini konformi volontarji u aċċettati li jkunu saru disponibbli bi prezz affordabbli.
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
1. Iż-żona armonizzata għandha tkun preżunta li hija komprensiva, li tkopri r-rekwiżiti potenzjali kollha għall-prodotti, għajr dawk koperti minn dritt tal-Unjoni ieħor.
1. Iż-żona armonizzata għandha tkun preżunta li hija komprensiva, li tkopri r-rekwiżiti eżistenti u futuri legali kollha għall-prodotti għall-bini.
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal offerti pubbliċi jew attribuzzjonijiet diretti tal-kuntratti fejn dawk l-offerti pubbliċi jew l-attribuzzjonijiet diretti jiġu eżegwiti taħt kontroll dirett jew indirett tal-entitajiet pubbliċi jew jiġu eżegwiti b’referenza għad-dispożizzjonijiet pubbliċi dwar l-offerti pubbliċi jew l-attribuzzjoni diretta tal-kuntratti. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal għotjiet jew għal inċentivi pożittivi oħrajn, bl-eċċezzjoni ta’ inċentivi fiskali. Madankollu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jistgħu jippermettu jew jirrakkomandaw lill-Istati Membri jorbtu d-deċiżjonijiet dwar l-attribuzzjoni tal-offerti pubbliċi, tal-kuntratti jew tal-għotjiet jew ta’ inċentivi pożittivi oħrajn għal subklassijiet jew klassijiet addizzjonali għajr dawk stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(4) fejn dawn għadhom relatati mal-prestazzjonijiet ambjentali vvalutati f’konformità ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
imħassar
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-karatteristiċi essenzjali li jeħtieġu għal kull familja jew kategorija ta’ prodotti, ir-rekwiżiti tal-prodotti rispettivi u l-metodi ta’ valutazzjoni li japplikaw. Huma għandhom jirreferu għal dawn il-karatteristiċi, ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ valutazzjoni essenzjali b’mod proattiv fil-fora kollha u fl-okkażjonijiet kollha rilevanti għall-elaborazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Il-fora li jelaboraw speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jieħdu nota ta’ dawn il-karatteristiċi, ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ valutazzjoni essenzjali.Il-karatteristiċi essenzjali għandhom ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati sa fejn ikun possibbli.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-karatteristiċi essenzjali li jeħtieġu għal kull familja jew kategorija ta’ prodotti, ir-rekwiżiti tal-prodotti rispettivi u l-metodi ta’ valutazzjoni li japplikaw. Sabiex jiffaċilitaw din il-komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw fil-Gateway Diġitali Unika, il-miżuri regolatorji u amministrattivi nazzjonali kollha tagħhom li jinfluwenzaw direttament jew indirettament l-użabbiltà tal-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom.
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4
4. Fejn Stat Membru jqis li jkun meħtieġ, għal raġunijiet imperattivi ta’ saħħa, sikurezza jew ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima, li jiġu stabbiliti rekwiżiti b’regolament jew li jittieħdu miżuri amministrattivi b’deroga mill-paragrafu 2, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan, filwaqt li jiġġustifika l-ħtieġa għall-obbligi proċedurali stabbiliti u jispjega l-ħtieġa regolatorja li għandu l-għan li jindirizza u jipprovdi evidenza kemm għall-eżistenza tal-ħtieġa regolatorja, kif ukoll għan-nuqqas ta’ kopertura miż-żona armonizzata u minn dritt tal-Unjoni ieħor. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva (UE) 2015/1535, fejn applikabbli.
4. Fejn Stat Membru jqis li jkun meħtieġ, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, għal raġunijiet imperattivi ta’ saħħa, sikurezza jew il-ħarsien ta’ persuni kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima, li jiġu stabbiliti rekwiżiti b’regolament, jew li jittieħdu miżuri amministrattivi b’deroga mill-paragrafu 2, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan, filwaqt li jiġġustifika l-ħtieġa għall-obbligi proċedurali stabbiliti u jispjega l-ħtieġa regolatorja li għandu l-għan li jindirizza u jipprovdi evidenza kemm għall-eżistenza tal-ħtieġa regolatorja, kif ukoll għan-nuqqas ta’ kopertura miż-żona armonizzata u minn dritt tal-Unjoni ieħor. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva (UE) 2015/1535, meta applikabbli.
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza l-miżura nazzjonali notifikata taħt il-paragrafu 4 fejn:
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament, billi tawtorizza l-miżura nazzjonali notifikata taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fejn:
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a) hija taċċerta li r-regolament jew il-miżura amministrattiva tidher debitament ġustifikata fid-dawl tar-raġunijiet imperattivi ta’ saħħa, sikurezza jew ħarsien tal-ambjent imsemmija fil-paragrafu 4;
(a) hija taċċerta li r-regolament jew il-miżura amministrattiva hija debitament ġustifikata fid-dawl tar-raġunijiet imperattivi ta’ saħħa, sikurezza jew ħarsien tal-ambjent imsemmija fil-paragrafu 4;
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew mal-ħarsien tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(3).
imħassar
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6
6. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw ir-regolamentazzjoni nazzjonali kollha tagħhom, u l-miżuri amministrattivi li jinfluwenzaw direttament jew indirettament l-użabbiltà tal-prodotti fit-territorju tagħhom, fil-Gateway Diġitali Unika.
imħassar
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7 – parti introduttorja
7. Dan ir-Regolament ma jfixkilx lill-Istati Membri milli jintroduċu sistemi obbligatorji ta’ rifużjoni tad-depożiti, milli jobbligaw lill-manifatturi jieħdu lura prodotti użati jew mhux użati direttament jew permezz tal-importaturi u d-distributuri tagħhom u milli jistabbilixxu obbligi rigward il-ġbir u t-trattament ta’ prodotti għall-iskart, diment li jiġu rrispettati dawn kollha li ġejjin:
7. Dan ir-Regolament ma jfixkilx lill-Istati Membri milli jintroduċu sistemi obbligatorji ta’ rifużjoni tad-depożiti, milli jobbligaw lill-manifatturi jieħdu lura prodotti li ma jkunux magħmula skont l-ordni użati jew mhux użati direttament jew permezz tal-importaturi u d-distributuri tagħhom u milli jistabbilixxu obbligi rigward il-ġbir u t-trattament ta’ prodotti għall-iskart, diment li jiġu rrispettati dawn kollha li ġejjin:
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 8
8. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-qerda ta’ prodotti meħuda lura f’konformità mal-punt (j) tal-Artikolu 22(2) u mal-Artikolu 26 jew jagħmlu l-qerda ta’ dawn il-prodotti dipendenti fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni minn qabel tagħhom fuq pjattaforma nazzjonali ta’ senserija għall-użu mhux kummerċjali tal-prodotti.
8. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-qerda ta’ prodotti żejda u mhux mibjugħa u prodotti meħuda lura f’konformità mal-Artikolu 22(2), il-punt (j) u mal-Artikolu 26 jew jagħmlu l-qerda ta’ dawn il-prodotti dipendenti fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni minn qabel tagħhom fuq pjattaforma nazzjonali ta’ senserija għall-użu mhux kummerċjali tal-prodotti.
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
Sabiex tiġi evitata valutazzjoni doppja tal-prodotti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament b’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 87 billi tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom l-issodisfar tal-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfa wkoll ċerti obbligi skont dan ir-Regolament, fejn altrimenti l-istess aspett tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ħarsien tal-ambjent jiġi vvalutat b’mod parallel skont dan ir-Regolament u skont dritt tal-Unjoni ieħor.
Sabiex tiġi evitata valutazzjoni doppja tal-istess aspetti tal-prodotti li jkunu relatati mas-saħħa, mas-sikurezza jew mal-ħarsien tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament b’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 87 billi tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom l-issodisfar tal-obbligi skont dritt tal-Unjoni ieħor jissodisfa wkoll ċerti obbligi skont dan ir-Regolament.
Meta jirriżultaw kunflitti bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/2020, ir-Regolament (UE) 1025/2012, ir-Regolament 765/2008/KE, id-Direttiva 2001/95/KE, id-Direttiva (UE) 2019/1937, u [XXX] (ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli), dan ir-Regolament għandu jingħata preċedenza.
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Meta prodott ikun kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata f’konformità mal-Artikolu 4(2) jew (3), il-manifattur għandu jgħaddi mis-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli stabbilita fl-Anness V u jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni qabel ma tali prodott jitqiegħed fis-suq. Manifattur ta’ prodott li ma jkun kopert minn ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata jista’ joħroġ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni f’konformità mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rilevanti u mal-valutazzjoni teknika Ewropea.
1. Meta prodott għall-bini jkun kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata f’konformità mal-Artikolu 4(2), (3) jew (4) il-manifattur għandu jgħaddi mis-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli stabbilita fl-Anness V u jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni qabel ma tali prodott jitqiegħed fis-suq. Manifattur ta’ prodott li ma jkun kopert minn ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata jista’ joħroġ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni f’konformità mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rilevanti u mal-valutazzjoni teknika Ewropea.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3
3. Billi jfassal id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ tali prestazzjoni ddikjarata u jsir responsabbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali, saħansitra meta ma jkunx aġixxa b’mod negliġenti. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet oġġettivi għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni mfassla mill-manifattur hija akkurata u affidabbli.
3. Meta jfassal id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ tali prestazzjoni ddikjarata u jsir responsabbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet oġġettivi għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni mfassla mill-manifattur hija akkurata u affidabbli.
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-prodott ikun, għajr permezz ta’ stampar 3D jew forom diġà eżistenti, manifatturat individwalment jew magħmul skont l-ordni fi proċess mhux f’serje b’reazzjoni għal ordni speċifika, u installat f’xogħol ta’ kostruzzjoni identifikat wieħed, minn manifattur li jkun responsabbli wkoll għall-inkorporazzjoni sikura tal-prodott fix-xogħol ta’ kostruzzjoni f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli, u taħt is-superviżjoni ta’ dawk responsabbli għall-eżekuzzjoni sikura tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ddeżinjati skont ir-regoli nazzjonali applikabbli;
(a) il-prodott ikun manifatturat individwalment jew magħmul skont l-ordni fi proċess mhux f’serje b’reazzjoni għal ordni speċifika, minn manifattur li jkun responsabbli wkoll għall-inkorporazzjoni sikura tal-prodott fix-xogħol ta’ kostruzzjoni f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli, u taħt is-superviżjoni ta’ dawk responsabbli għall-eżekuzzjoni sikura tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ddeżinjati skont ir-regoli nazzjonali applikabbli;
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1– punt b
(b) il-prodott ikun, għajr permezz ta’ stampar 3D jew forom diġà eżistenti, manifatturat fuq is-sit tal-kostruzzjoni, fi proċess mhux f’serje għall-inkorporazzjoni tiegħu fix-xogħol ta’ kostruzzjoni rispettiv f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli u taħt is-superviżjoni ta’ dawk responsabbli għall-eżekuzzjoni sikura tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ddeżinjati skont ir-regoli nazzjonali applikabbli; jew
imħassar
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3
3. Stat Membru jista’ jeżenta mill-Artikolu 9(1) partijiet ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għajr prodotti li jitħejjew għall-użu mill-ġdid jew jiġu manifatturati mill-ġdid, sakemm il-parti ma tiċċirkolax barra mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
imħassar
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha titfassal bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II mingħajr it-taqsima relatata mal-konformità. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha mill-inqas tkopri l-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali obbligatorji elenkati fil-Punt 2 tal-Parti A tal-Anness I, il-karatteristiċi essenzjali obbligatorji bis-saħħa tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew tal-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4(3), u l-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali msemmija fl-Artikolu 22(1).
2. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha titfassal bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II mingħajr il-punti 12 u 13c tiegħu.
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4
4. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 jew, skont il-każ, fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni.
4. L-iskedi ta’ data ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni meta l-prodott għall-bini jiġi fornut lil utent industrijali jew professjonali.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tiġi pprovduta lill-konsumaturi flimkien mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni.
__________________
__________________
45 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
45 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2
2. Fejn ma jkun hemm l-ebda dikjarazzjoni tal-prestazzjoni disponibbli għal prodott użat maħruġa mill-manifattur inizjali jew minn operatur ekonomiku ieħor skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 305/2011, operatur ekonomiku jista’ joħroġ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ġdida mingħajr ma jgħaddi minn proċedura sħiħa f’konformità ma’ dan ir-Regolament fejn jillimita l-użu maħsub għal “dekorazzjoni”. Fejn l-operatur ekonomiku jkun uża din id-deroga, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi ttikkettata bħala “dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal prodott użat”.
2. Fejn ma jkun hemm l-ebda dikjarazzjoni tal-prestazzjoni disponibbli għal prodott użat maħruġa mill-manifattur inizjali jew minn operatur ekonomiku ieħor skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 305/2011, operatur ekonomiku jista’ joħroġ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ġdida mingħajr ma jgħaddi minn proċedura sħiħa f’konformità ma’ dan ir-Regolament fejn jillimita l-użu maħsub għal skopijiet dekorattivi. Meta l-operatur ekonomiku jkun uża din id-deroga, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi ttikkettata bħala “dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal prodott użat għal skopijiet dekorattivi”.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għall-persuni responsabbli mit-tneħħija mill-installazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-aħħar sentenza, inkluż dwar id-definizzjoni tal-istress li jrendi l-prodott mhux adattat.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għall-persuni responsabbli mit-tneħħija mill-installazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità ma’ dan il-paragrafu, inkluż dwar id-definizzjoni tal-istress li jrendi l-prodott mhux adattat.
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4
4. Il-paragrafi minn 1 sa 3 għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti manifatturati mill-ġdid, jekk il-proċess trasformattiv, filwaqt li jmur lil hinn mit-tiswija, mit-tindif jew mill-manutenzjoni regolari jew mill-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 3(16) tad-Direttiva 2008/98/KE wara li jkunu tneħħew mill-installazzjoni, ma jipperikolax il-konformità ma’ dan ir-Regolament jew il-prestazzjoni tal-prodott b’rabta mal-karatteristiċi rilevanti minħabba li, bid-disinn tagħhom, il-proċess trasformattiv ma jistax jinfluwenza b’mod negattiv il-prestazzjoni u l-konformità jew minħabba li l-ispare part użata tkun ġiet ivvalutata bħala konformi u bi prestazzjoni ekwivalenti. Fejn l-operatur ekonomiku jkun uża din id-deroga, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi ttikkettata bħala “dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal prodott manifatturat mill-ġdid”.
4. Il-paragrafi minn 1 sa 3 għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti manifatturati mill-ġdid, jekk il-proċess trasformattiv ma jipperikolax il--prestazzjoni tal-prodott b’rabta mal-karatteristiċi rilevanti. Meta l-operatur ekonomiku jkun uża din id-deroga, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi ttikkettata bħala “dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal prodott manifatturat mill-ġdid”.
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-paragrafi minn 1 sa 4 għandhom japplikaw għal dawn kollha li ġejjin:
Il-paragrafi minn 1 sa 4 għandhom japplikaw ukoll għal dawn kollha li ġejjin:
L-Artikolu 21(2) ma għandux japplika għal prodotti li jaqgħu taħt id-derogi tal-paragrafi minn 1 sa 5. Madankollu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fil-Parti D tal-Anness I.
L-Artikolu 21(2) ma għandux japplika għal prodotti li jaqgħu taħt id-derogi tal-paragrafi minn 1 sa 5. Madankollu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I, il-Parti C3.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 9
9. Dan l-artikolu ma għandux japplika għal prodotti użati, manifatturati mill-ġdid jew żejda li qatt ma tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li qatt ma ġew installati fl-Unjoni.
9. Dan l-artikolu ma għandux japplika għal prodotti użati, manifatturati mill-ġdid jew żejda li qatt ma tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a) jivverifika l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-prodott tal-Partijiet B u Ċ tal-Anness I, sal-punt li dawn ikunu ġew speċifikati minn atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5(2), u mar-rekwiżiti tal-prodott tal-Parti D tal-Anness I;
(a) jivverifika l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-prodott tal-Anness I, il-Partijiet C1 u C2 sal-punt li dawn ikunu ġew speċifikati minn atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5(1), u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott tal-Anness I, il-Parti C3;
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3
3. Permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-prodott u jsir responsabbli f’konformità mal-liġijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali, u dan anki meta ma jkunx aġixxa b’mod negliġenti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità, il-prodott ma jistax jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet oġġettivi għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li d-dikjarazzjoni tal-konformità mfassla mill-manifattur hija akkurata u affidabbli.
3. Permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-prodott u jsir responsabbli f’konformità mal-liġijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet oġġettivi għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li d-dikjarazzjoni tal-konformità mfassla mill-manifattur hija akkurata u affidabbli.
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1
1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tesprimi l-konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 5(1) u (2).
1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tesprimi l-konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 5 u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott imsemmija fl-Artikolu 4a.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3
3. L-Artikolu 11(2) sa (4) u l-Artikolu 12 għandhom japplikaw fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ konformità.
3. L-Artikolu 12 għandu japplika fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ konformità.
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4
4. Il-manifattur għandu jissodisfa l-obbligi ta’ dan l-Artikolu mill-ewwel reviżjoni tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni mwettqa mill-manifattur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ speċifikazzjoni teknika armonizzata, għall-familja jew għall-kategorija ta’ prodotti rispettiva, iżda mhux aktar tard minn tliet (3) snin wara dik id-data.
4. Il-manifattur għandu jissodisfa l-obbligi ta’ dan l-Artikolu minn 18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti.
Meta d-dikjarazzjoni tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, il-manifattur għandu joħroġ dik id-dikjarazzjoni f’format elettroniku li jista’ jinqara b’mod komuni, iżda li ma jkunx jista’ jiġi emendat. Inkella, il-manifattur jista’ juża permalink, diment li l-permalink u d-dokument aċċessibbli permezz tal-permalink ma jkunux jistgħu jiġu emendati. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/201446 għandu japplika skont dan ir-Regolament.
Id-dikjarazzjoni pprovduta b’mezzi elettroniċi għandha tinħareġ mill-manifattur f’format elettroniku li jinqara mill-magni, iżda li ma jkunx jista’ jiġi emendat.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkollhom l-għan li jfasslu formati standard għal dikjarazzjonijiet li jinqraw mill-magni għal kull speċifikazzjoni teknika armonizzata.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-formati standard jiġu żviluppati skont kunċett uniformi. Bħala parti mill-format elettroniku li jinqara b’mod komuni, il-manifattur jista’ juża permalink jew mezz ta’ data diment li l-permalink jew il-mezz ta’ data u d-dokument aċċessibbli permezz tal-permalink jew tal-mezz ta’ data ma jkunux jistgħu jiġu emendati. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/201446 għandu japplika skont dan ir-Regolament.
__________________
__________________
46 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/2014 tat-30 ta’ Ottubru 2013 dwar il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f’websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini; ĠU L 52, 21.2.2014, p. 1.
46 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/2014 tat-30 ta’ Ottubru 2013 dwar il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f’websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini (ĠU L 52, 21.2.2014, p. 1).
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3
3. Id-dikjarazzjonijiet jista’ jkun fihom permalinks għal dikjarazzjonijiet ta’ prodotti ambjentali li ma jistgħux jiġu emendati jew għal dokumenti oħrajn li ma jistgħux jiġu emendati li jkun fihom l-informazzjoni mitluba jekk dawk id-dokumenti jsegwu l-ordni u l-istruttura tad-dikjarazzjonijiet jew jekk tiġi pprovduta tabella ta’ korrelazzjoni li tgħaqqad l-ordni tad-dikjarazzjonijiet mal-ordni ta’ dawn id-dokumenti flimkien mal-permalink.
imħassar
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2
2. Il-markatura CE għandha titwaħħal ma’ dawk il-prodotti li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Artikoli minn 11 sa 14. Il-markatura CE għandha titwaħħal mal-partijiet ewlenin. Il-markatura CE ma tistax titwaħħal ma’ partijiet li ma humiex partijiet ewlenin.
2. Il-markatura CE għandha titwaħħal ma’ dawk il-prodotti li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew, meta applikabbli, dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Artikoli minn 11 sa 14. Il-markatura CE għandha titwaħħal mal-partijiet ewlenin.
L-Istati Membri ma għandhom jintroduċu l-ebda referenza jew għandhom jirtiraw kwalunkwe referenza f’miżuri nazzjonali għal marka li tattesta l-konformità mar-rekwiżiti jew il-prestazzjoni ddikjarata b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali koperti miż-żona armonizzata.
L-Istati Membri ma għandhom jintroduċu l-ebda referenza jew għandhom jirtiraw kwalunkwe referenza f’miżuri nazzjonali għal marka li tattesta l-konformità mar-rekwiżiti jew mal-karatteristiċi essenzjali diment li ma tkunx ġiet stabbilita bażi għal tali referenza f’konformità mal-Artikolu 7(5).
Stat Membru ma għandux jipprojbixxi jew jimpedixxi, fit-territorju tiegħu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew l-użu ta’ prodotti li jkollhom il-markatura CE, meta l-prestazzjonijiet iddikjarati jkunu jikkorrespondu għar-rekwiżiti għal tali użu f’dak l-Istat Membru.
Stat Membru ma għandux jipprojbixxi jew jimpedixxi, fit-territorju tiegħu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew l-użu ta’ prodotti li jkollhom il-markatura CE, meta l-prestazzjonijiet iddikjarati jkunu jikkorrispondu għar-rekwiżiti għal tali użu f’dak l-Istat Membru. Dawk ir-rekwiżiti biss li jkunu koperti miż-żona armonizzata għandhom jiġu kkunsidrati minn dak l-Istat Membru.
Stat Membru ma għandux jipprojbixxi jew jimpedixxi, fit-territorju tiegħu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew l-użu ta’ prodotti li jkollhom il-markatura CE, meta l-prodott ikun konformi mar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti f’dan ir-Regolament jew permezz tiegħu, sakemm ma jkunx speċifikat fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rispettiva li r-rekwiżiti rispettivi jikkostitwixxu biss rekwiżiti minimi.
Stat Membru ma għandux jipprojbixxi jew jimpedixxi, fit-territorju tiegħu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew l-użu ta’ prodotti li jkollhom il-markatura CE, meta l-prestazzjonijiet iddikjarati jikkorrispondu mar-rekwiżiti f’dak l-Istat Membru jew il-prodott ikun konformi mar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti f’dan ir-Regolament jew permezz tiegħu, sakemm ma jkunx speċifikat fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rispettiva li r-rekwiżiti rispettivi jikkostitwixxu biss rekwiżiti minimi.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2– subparagrafu 1 – punt d
(d) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott, il-permalink għar-reġistrazzjoni(jiet) tal-prodotti tal-manifattur fil-bażijiet tad-data tal-Unjoni u l-post preċiż fihom fejn jista’ jinstab il-prodott;
(d) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott, il-permalink jew il-mezz ta’ data għar-reġistrazzjoni(jiet) tal-prodotti tal-manifattur fil-bażijiet tad-data tal-Unjoni jew fuq is-sit web tal-manifattur;
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e) il-permalink għas-sit web tal-preżentazzjoni tal-prodott tal-manifattur stess, jekk ikun hemm;
imħassar
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g
(g) in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, jekk applikabbli.
L-oġġetti elenkati fil-punti minn d) sa f) jistgħu jiġu sostitwiti b’permalink għad-dikjarazzjoni kkombinata tal-prestazzjoni u tal-konformità (markatura CE elettronika).
L-oġġetti elenkati fil-punti minn d) sa f) jistgħu jiġu sostitwiti b’permalink jew b’mezz ta’ data għad-dikjarazzjoni kkombinata tal-prestazzjoni u tal-konformità (markatura CE elettronika).
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Il-markatura CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq jew jiġi installat direttament f’xogħol ta’ kostruzzjoni. Sussegwentement, hija tista’ tiġi segwita minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.
3. Il-markatura CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq. Sussegwentement, hija tista’ tiġi segwita minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
Marki oħrajn għajr il-markatura CE, inklużi dawk privati, jistgħu jitwaħħlu fuq prodott biss jekk ma jkoprux jew ma jirreferux għal speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew għal rekwiżiti tal-prodotti jew karatteristiċi essenzjali jew metodi ta’ valutazzjoni inklużi fiż-żona armonizzata.
Marki oħrajn għajr il-markatura CE, inklużi dawk privati, jistgħu jitwaħħlu fuq prodott biss jekk ma jkunux ifissru biss konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata jew mar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti f’dan ir-Regolament u jekk dawk ir-rekwiżiti ma jkunux obbligatorji għall-kummerċjalizzazzjoni jew għall-użu ta’ prodott. Dawn ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għall-Ekotikketta tal-UE u ekotikketti oħra tat-Tip 1 (ISO 14024) rikonoxxuti uffiċjalment.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
L-ebda marka oħra minbarra l-marka stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tista’ titwaħħal fuq prodott f’distanza iżgħar mit-tul doppju tal-markatura CE mkejla minn kwalunkwe punt tal-markatura CE u l-markatura l-oħra stabbilita mid-dritt tal-Unjoni.
Marki oħra minbarra l-markistabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tista’ titwaħħal fuq prodott,diment li dawk il-marki ma jfixklux il-viżibbiltà, il-leġġibbiltà u t-tifsira tal-markatura CE.
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
1. Operatur ekonomiku għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura konformità kontinwa, inkluż tal-prodotti, ma’ dan ir-Regolament. Fejn ikun ġie ddikjarat nuqqas ta’ konformità tal-operatur ekonomiku jew ta’ prodott u tkun intalbet azzjoni korrettiva minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq f’konformità mal-Artikolu 70(1), l-operatur ekonomiku għandu jissottometti rapporti tal-progress lil dik l-awtorità, sakemm dik l-awtorità tiddeċiedi li l-azzjoni korrettiva tista’ tingħalaq.
1. Operatur ekonomiku għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura konformità kontinwa ma’ dan ir-Regolament. Fejn ikun ġie ddikjarat nuqqas ta’ konformità tal-operatur ekonomiku jew ta’ prodott u tkun intalbet azzjoni korrettiva minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq f’konformità mal-Artikolu 70(1), l-operatur ekonomiku għandu jissottometti rapporti tal-progress lil dik l-awtorità, sa ma dik l-awtorità tiddeċiedi li l-azzjoni korrettiva tista’ tingħalaq.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2
2. Fejn dikjarazzjonijiet diverġenti ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ operatur ekonomiku jew ta’ prodott u talbiet għal azzjoni korrettiva joħorġu minn awtoritajiet ta’ Stati Membri differenti, operatur ekonomiku għandu jieħu miżuri differenzjati, soġġett għal fejn il-prodotti jkunu maħsuba li jsiru disponibbli fis-suq jew jiġu installati direttament. Fejn dan ma jkunx possibbli jew fejn miżura aktar severa imposta minn Stat Membru wieħed tinkludi l-miżura inqas severa imposta minn ieħor, għandha tittieħed l-aktar miżura severa. Fejn dawn ir-regoli ma jwasslux għal riżultat ċar, l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni, u, fuq talba tagħhom, Stati Membri oħrajn għandhom jipprovaw isibu soluzzjoni komuni u, jekk ikun meħtieġ, jadottaw att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 33.
imħassar
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Operatur ekonomiku għandu, fuq talba ta’ awtorità, jikkomunika ma’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew attur ieħor għal dik l-awtorità:
Operatur ekonomiku għandu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, jikkomunika lil dik l-awtorità dwar kwalunkwe operatur ekonomiku jew attur ieħor:
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c) li huwa involut f’servizzi finanzjarji u servizzi ta’ kollateral oħrajn marbuta mat-tqegħid għad-dispożizzjoni jew l-installazzjoni diretta ta’ prodotti.
imħassar
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Meta jidentifika l-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, operatur ekonomiku għandu jinforma lill-awtorità dwar id-data konnessa kollha, inklużi:
Meta jidentifika l-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, operatur ekonomiku għandu jinforma lill-awtorità dwar dan li ġej:
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt i
(i) l-indirizzi tal-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu;
imħassar
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii
(ii) id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-operaturi;
(ii) id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi l-indirizzi, l-indirizzi tal-posta elettronika u s-siti web tal-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu;
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii
(iii) l-indirizzi tal-posta elettronika, is-siti web u l-profili tal-media soċjali ta’ dawn l-operaturi;
imħassar
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt v
(v) il-kontijiet bankarji ta’ dawn l-operaturi; u
imħassar
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt vi
(vi) l-ismijiet, l-indirizzi, id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu għal dawk l-operaturi.
(vi) l-ismijiet, l-indirizzi, id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu għal dawk l-operaturi, jekk rilevanti, u, fi kwalunkwe każ, f’konformità mal-[GDPR].
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4
4. Operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jippreżenta d-dokumentazzjoni ul-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-Kapitolu lill-awtoritajiet għal perjodu ta’ għaxar snin wara li kienu l-aħħar fil-pussess jew li kienu qed jittrattaw il-prodott inkwistjoni, sakemm ma jkunux disponibbli b’mod permanenti permezz tal-bażi tad-data jew tas-sistema tar-reġistrazzjoni tal-prodotti stabbilita f’konformità mal-Artikolu 78. Huwa għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni fi żmien 10 ijiem mill-wasla ta’ talba mill-awtorità rispettiva.
4. Operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jippreżenta d-dokumentazzjoni kollha, inkluża d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ud-dikjarazzjoni tal-konformità, permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini, kif ukoll l-informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu lill-awtoritajiet għal perjodu ta’ għaxar snin wara li l-aħħar kellhom fil-pussess tagħhom jew trattaw il-prodott inkwistjoni. Huwa għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni fi żmien 10 ijiem mill-wasla ta’ talba mill-awtorità rispettiva.
Operatur ekonomiku għandu jipprovdi d-data kollha mitluba fil-bażi tad-data jew fis-sistema stabbilita f’konformità mal-Artikolu 78 fi żmien xahrejn wara li d-disponibbiltà ta’ dik il-bażi tad-data jew is-sistema tkun ġiet iddikjarata f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali u jħallas it-tariffi tar-reġistrazzjoni marbuta magħha. Huwa għandu jivverifika, mill-inqas darbtejn fis-sena, il-korrettezza tad-data pprovduta.
imħassar
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 6
6. Operatur ekonomiku jista’ jinforma lill-awtoritajiet bi kwalunkwe ksur probabbli ta’ dan ir-Regolament li jsir konxju tiegħu. Meta dan l-operatur ekonomiku jqis li prodotti mhux konformi jippreżentaw riskju għas-sikurezza tal-bniedem jew għall-ambjent, huwa għandu jinforma b’dan minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli, billi jagħti dettalji, b’mod partikolari, tan-nuqqas ta’ konformità u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
6. Operatur ekonomiku għandu jinforma lill-awtoritajiet bi kwalunkwe ksur probabbli ta’ dan ir-Regolament li jsir konxju tiegħu. Meta dan l-operatur ekonomiku jqis li prodotti mhux konformi jippreżentaw riskju għas-sikurezza tal-bniedem jew għall-ambjent, huwa għandu jinforma b’dan minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli, billi jagħti dettalji, b’mod partikolari, tan-nuqqas ta’ konformità u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 20
Artikolu 20
imħassar
Drittijiet proċedurali tal-operaturi ekonomiċi
1. Kwalunkwe miżura, deċiżjoni jew ordni definittiva jew interim meħuda jew magħmula mill-awtoritajiet skont dan ir-Regolament kontra operatur ekonomiku u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata.
2. Kwalunkwe miżura, deċiżjoni jew ordni bħal din għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti u lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’ismu, li fl-istess ħin għandhom jiġu informati dwar ir-rimedji disponibbli għalihom skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-limiti ta’ żmien li għalihom huma soġġetti dawk ir-rimedji.
3. Qabel ma tittieħed jew issir miżura, deċiżjoni jew ordni msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema’ f’perjodu xieraq ta’ mhux inqas minn 10 ijiem tax-xogħol, sakemm ma jkunx hemm urġenza tal-miżura, tad-deċiżjoni jew tal-ordni, abbażi tar-rekwiżiti tas-saħħa jew tas-sikurezza jew ta’ raġunijiet oħrajn relatati mal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament.
4. Jekk il-miżura, id-deċiżjoni jew l-ordni tittieħed jew issir mingħajr ma l-operatur ekonomiku jkun ingħata l-opportunità li jinstema’, l-operatur ekonomiku għandu jingħata dik l-opportunità mill-aktar fis possibbli wara u dik il-miżura, id-deċiżjoni jew l-ordni tista’ tiġi rieżaminata minnufih mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura koperta minn dan l-Artikolu tkun tista’ tiġi appellata, bi jew mingħajr proċedura ta’ appell amministrattiv minn qabel, quddiem qorti kompetenti. Dik il-qorti għandha tkun kompetenti wkoll biex tiddeċiedi dwar l-effett ta’ sospensjoni tal-appell jew tal-miżuri interim li għandhom jiġu imposti mill-qorti, kemm minħabba l-interess pubbliku, kif ukoll minħabba l-interessi tal-operatur ekonomiku.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
1. Il-manifattur għandu jiddetermina t-tip ta’ prodott, filwaqt li jirrispetta l-limiti stabbiliti għalhekk mid-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 3(31). It-tip ta’ prodott għandu jiġi pproċessat f’konformità mas-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli stabbilita fl-Anness V. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u dikjarazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Artikoli minn 11 sa 15 u jwaħħal il-markatura CE f’konformità mal-Artikoli 16 u 17.
1. Il-manifattur għandu jiddetermina t-tip ta’ prodott, u għaldaqstant jirrispetta l-limiti stabbiliti mid-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 3, il-punt (31). Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u dikjarazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Artikoli minn 11 sa 15 u jwaħħal il-markatura CE f’konformità mal-Artikoli 16 u 17.
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-manifattur għandu joqgħod lura minn kwalunkwe affermazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ prodott li ma jkunx ibbażat fuq:
2. Il-manifattur għandu joqgħod lura minn kwalunkwe affermazzjoni dwar il-karatteristiċi essenzjali ta’ prodott li ma tkunx ibbażata fuq il-metodu ta’ valutazzjoni li jkun hemm fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli.
(a) il-metodu ta’ valutazzjoni li jinsab fi speċifikazzjoni teknika armonizzata fejn il-karatteristika rilevanti tkun koperta minn tali; jew
(b) fejn ma jeżisti l-ebda metodu ta’ valutazzjoni bħal dan, metodu ta’ valutazzjoni li jirrappreżenta l-aktar metodu effettiv u avvanzat biex tinkiseb valutazzjoni akkurata.
Il-manifattur għandu, bħala l-bażi għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ifassal dokumentazzjoni teknika li tiddeskrivi l-użu maħsub, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi għall-użu u l-elementi kollha meħtieġa biex jintwerew il-prestazzjoni u l-konformità.
Il-manifattur għandu, bħala l-bażi għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ifassal dokumentazzjoni teknika li tiddeskrivi l-użu maħsub, inklużi l-kondizzjonijiet għall-użu u l-elementi kollha meħtieġa biex jintwerew il-prestazzjoni u l-konformità.
Dik id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-kalkolu obbligatorju jew fakultattiv tas-sostenibbiltà ambjentali, inkluża s-sostenibbiltà klimatika vvalutata f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont dan ir-Regolament jew mal-atti tal-Kummissjoni adottati skont dan ir-Regolament.
Dik id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-kalkolu obbligatorju jew fakultattiv tal-karatteristiċi essenzjali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja vvalutati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont dan ir-Regolament.
Il-manifattur għandu jiżgura li l-prodott tiegħu jkollu numru tat-tip speċifiku għall-manifattur u numru tal-lott jew tas-serje. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ, fuq tikketta mwaħħla jew, bħala l-aħħar alternattiva, f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Il-manifattur għandu jiżgura li l-prodotti tiegħu jkollhom numru tat-tip speċifiku għall-manifattur, numru tal-lott jew tas-serje jew kwalunkwe element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ, fuq tikketta mwaħħla jew, bħala l-aħħar alternattiva, f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Il-manifattur għandu, bl-istess mod kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu, jittikketta prodott bħala “Għal użu professjonali biss” jekk ma jkunx maħsub għall-konsumaturi jew għal utenti mhux professjonali oħrajn. Il-prodotti mhux ittikkettati “Għal użu professjonali biss” għandhom jitqiesu li huma maħsuba wkoll għall-utenti mhux professjonali u għall-konsumaturi skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) … [Ir-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti].
Il-manifattur għandu bl-istess mod kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu jittikketta prodott bħala “Għal użu professjonali biss” jekk ikun meħtieġ għarfien espert sabiex jintuża u għandu juri t-tikketta lill-klijenti qabel ma jkun marbut b’kuntratt ta’ bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod. Il-prodotti mhux ittikkettati “Għal użu professjonali biss” għandhom jitqiesu li huma maħsuba wkoll għall-utenti mhux professjonali u għall-konsumaturi skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) … [Ir-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti].
Il-manifattur għandu, b’mod viżibbli, juri lill-klijenti qabel ma jkun marbut b’kuntratt tal-bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, l-informazzjoni li għandha tiġi ttikkettata skont dan ir-Regolament jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
Meta jagħmel prodott disponibbli fis-suq f’ċertu Stat Membru, il-manifattur għandu jiżgura li l-prodott ikun akkumpanjat mill-informazzjoni stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u fil-Parti D tal-Anness I b’lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti.
Meta jagħmel prodott disponibbli fis-suq, il-manifattur li mhuwiex eżentat skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-prodott ikun akkumpanjat mill-informazzjoni stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u fl-Anness I, il-Parti C3 b’lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format u l-mod ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifattur f’konformità mal-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format elettroniku u l-mod ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifattur f’konformità mal-ewwel subparagrafu.
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 7
7. Il-manifattur għandu jtella’ d-data tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni, tad-dikjarazzjoni tal-konformità, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 u d-dokumentazzjoni teknika fil-bażi tad-data jew fis-sistema tal-UE dwar il-prodotti stabbilita f’konformità mal-Artikolu 78.
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 9
9. Meta l-prodott jippreżenta riskju jew x’aktarx li jippreżenta riskju, il-manifattur għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol minn dan, jinforma lir-rappreżentant awtorizzat, lill-importaturi, lid-distributuri, lill-fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni, u lis-swieq online involuti fid-distribuzzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-manifattur jew – sa fejn jaf – operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu għamlu l-prodott disponibbli. Il-manifattur għandu, għal dak il-għan, jipprovdi d-dettalji utli kollha u, b’mod partikolari, jispeċifika t-tip tan-nuqqas ta’ konformità, il-frekwenza tal-aċċidenti jew tal-inċidenti u l-miżuri korrettivi meħuda jew rakkomandati. F’każ ta’ riskji kkawżati minn prodotti li jkunu diġà waslu għand l-utent jew il-konsumatur finali, il-manifattur għandu javża wkoll lill-media u jinformahom dwar miżuri xierqa biex jiġu eliminati jew, jekk ma jkunx possibbli, jitnaqqsu r-riskji. Fil-każ ta’ “riskju serju” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(71), il-manifattur għandu jirtira u jsejjaħ lura l-prodott għas-spejjeż tiegħu stess.
9. Meta l-prodott jippreżenta riskju, il-manifattur għandu mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol jinforma lir-rappreżentanti awtorizzati kollha, lill-importaturi, lid-distributuri, lill-fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni, u lis-swieq online involuti fid-distribuzzjoni, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-manifattur jew – sa fejn ikun jaf – operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu għamlu l-prodott disponibbli. Il-manifattur għandu, għal dak il-għan, jipprovdi d-dettalji utli kollha u, b’mod partikolari, jispeċifika t-tip tan-nuqqas ta’ konformità, il-frekwenza tal-aċċidenti jew tal-inċidenti u l-miżuri korrettivi meħuda jew rakkomandati. F’każ ta’ riskji kkawżati minn prodotti li jkunu diġà waslu għand utent jew konsumatur finali li ma jistgħux jiġu identifikati jew ikkuntattjati direttament, il-manifattur għandu, permezz tal-media u kanali oħra xierqa, filwaqt li jiżgura li jilħaq l-akbar udjenza possibbli, ixerred l-informazzjoni dwar miżuri xierqa biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jitnaqqsu r-riskji. Fil-każ ta’ “riskju serju” skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (71), il-manifattur għandu jirtira u jsejjaħ lura l-prodott għas-spejjeż tiegħu stess.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a) jiddisinja u jimmanifattura l-prodotti u l-imballaġġ tagħhom b’tali mod li s-sostenibbiltà ambjentali ġenerali tagħhom, inkluża dik klimatika, tilħaq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, sakemm livell aktar baxx:
(a) jiddisinja u jimmanifattura l-prodotti u l-imballaġġ tiegħu b’tali mod li l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u s-sostenibbiltà ambjentali ġenerali tagħhom jiġu massimizzati, inkluż għall-klima u għall-bijodiversità, kif ukoll l-effiċjenza enerġetika u fl-użu tar-riżorsi, il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u l-evitar ta’ sustanzi ta’ tħassib sakemm livell aktar baxx:
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (ii) ta’ dan l-Artikolu, jiżgura li, meta teknikament u ekonomikament fattibbli u mingħajr impatt fuq is-sikurezza tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, sa 10 snin wara l-adozzjoni tal-klassijiet tal-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(4), il-punt (a), jew l-Artikolu 5(2), il-prodotti kollha mqiegħda fis-suq jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni ambjentali stabbiliti;
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b) taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (ii), jagħti preferenza lill-materjali riċiklabbli u l-materjali miksuba mir-riċiklaġġ;
(b) taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (ii) u mingħajr ma jinħolqu ostakli mhux ġustifikati għas-suq intern, jagħti preferenza lill-materjali lokali, li jistgħu jintużaw mill-ġdid, b’bażi bijoloġika li jinkisbu b’mod sostenibbli jew riċiklabbli, materjali miksuba mill-użu mill-ġdid jew mir-riċiklaġġ u prodotti sekondarji, filwaqt li jitqiesu l-impatti ambjentali u klimatiċi tat-trasport ta’ tali materjali;
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c) jirrispetta l-obbligi minimi tal-kontenut riċiklat u valuri ta’ limitu oħrajn rigward aspetti ta’ sostenibbiltà ambjentali, inkluża dik klimatika, li jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati;
(c) jirrispetta l-obbligi minimi tal-kontenut riċiklat u valuri ta’ limitu oħrajn rigward aspetti ta’ sostenibbiltà ambjentali, inklużi l-klima, il-bijodiversità, u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u dik enerġetika, li jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati;
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2– subparagrafu 1 – punt d
(d) jipprevjeni l-obsolexxenza prematura tal-prodotti, juża partijiet affidabbli u jiddisinja l-prodotti b’tali mod li d-durabbiltà tagħhom ma tmurx lil hinn mid-durabbiltà medja tal-prodotti tal-kategorija rispettiva;
(d) jipprevjeni l-obsolexxenza prematura tal-prodotti, juża partijiet affidabbli u jiddisinja l-prodotti b’tali mod li d-durabbiltà tagħhom titjieb b’mod sinifikanti meta mqabbla mad-durabbiltà medja tal-prodotti tal-kategorija rispettiva li sservi l-istess skop;
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
(f) jagħmel disponibbli, fil-bażijiet tad-data tal-prodotti, l-istruzzjonijiet għall-użu u fuq il-permalinks tas-siti web tagħhom stess, informazzjoni dwar kif isewwu l-prodotti u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għat-tiswija, inklużi twissijiet rilevanti;
(f) jagħmel disponibbli, tal-anqas fuq il-permalinks tas-siti web tiegħu stess jew permezz ta’ kodiċijiet QR u fil-Passaport Diġitali tal-Prodotti stabbilit f’konformità mal-Artikolu 78, istruzzjonijiet rilevanti għall-użu, informazzjoni dwar kif jissewwew il-prodotti u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għat-tiswija, inklużi twissijiet rilevanti;
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g
(g) jagħmel disponibbli fis-suq innifsu jew permezz ta’ distributuri maħtura apposta jew permezz ta’ manifatturi ta’ spare parts, fi żmien ta’ konsenja raġonevolment qasir, spare parts għall-prodotti tagħhom għal 10 snin wara li l-aħħar prodott tat-tip rispettiv ikun tqiegħed fis-suq jew ġie installat direttament u jinforma b’mod proattiv dwar din id-disponibbiltà;
(g) jagħmel disponibbli fis-suq stess jew permezz ta’ distributuri maħtura apposta jew permezz ta’ manifatturi ta’ spare parts, bi prezz raġonevoli u mhux diskriminatorju u fi żmien ta’ konsenja raġonevolment qasir, spare parts għall-prodotti tagħhom għal 10 snin wara li l-aħħar prodott tat-tip rispettiv ikun tqiegħed fis-suq jew ġie installat direttament u jinforma b’mod proattiv dwar din id-disponibbiltà;
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
(h) jiddisinja l-prodotti b’tali mod li jiġu ffaċilitati l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ, jiġifieri billi jiffaċilita s-separazzjoni tal-komponenti u tal-materjali fl-istadju aktar tard tar-riċiklaġġ u billi jevita materjali mħalltin jew kumplessi, sakemm il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ma jkunux riskjużi għas-sikurezza tal-bniedem jew għall-ambjent. F’dan il-każ, il-manifattur għandu joqgħod lura minn tali disinn u jwissi kontra l-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ f’konformità mal-punt li ġej;
(h) jiddisinja l-komponenti u l-materjali tal-prodotti b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, jiġu manifatturati mill-ġdid u jkunu riċiklabbli, jiġifieri billi jiffaċilita s-separazzjoni tal-komponenti u tal-materjali tal-prodotti fl-istadju tat-tneħħija mill-installazzjoni, tad-dekostruzzjoni u tat-twaqqigħ u fl-istadju aktar tard tar-riċiklaġġ u billi jevita materjali mħalltin jew kumplessi u sustanzi ta’ tħassib, u, meta l-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ikunu ta’ riskju għas-sikurezza tal-bniedem u tal-ambjent, iwissi kontra l-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ f’konformità mal-punt li ġej.
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i
(i) jagħmel disponibbli, fil-bażijiet tad-data tal-prodotti, l-istruzzjonijiet għall-użu u fuq is-siti web tiegħu stess, informazzjoni dwar kif il-prodotti jiġu manifatturati mill-ġdid jew riċiklati u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ, inklużi twissijiet rilevanti;
(i) jagħmel disponibbli, tal-anqas fuq is-siti web tagħhom stess jew permezz ta’ kodiċijiet QR ufil-Passaport Diġitali tal-Prodotti stabbilit f’konformità mal-Artikolu 78, informazzjoni rilevanti dwar kif il-prodotti jiġu manifatturati mill-ġdid jew irriċiklati u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ, inklużi twissijiet rilevanti u lista ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ;
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt j
(j) jaċċetta li jerġa’ jikseb, direttament jew permezz tal-importaturi u d-distributuri tiegħu, is-sjieda ta’ prodotti żejda u mhux mibjugħa li huma fi stat ekwivalenti għal dak li fih tqiegħdu fis-suq.
(j) jaċċetta li jerġa’ jikseb mingħajr ħlas, direttament jew permezz tal-importaturi u d-distributuri tiegħu, is-sjieda ta’ prodotti żejda u mhux mibjugħa li jkunu fi stat ekwivalenti għal dak li kienu meta tqiegħdu fis-suq, diment li ma jkunux għaddew aktar minn ħames snin minn meta l-prodott tqiegħed fis-suq;
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja) ikollu responsabbiltà estiża tal-produttur, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2008/98/KE, għall-prodotti li jagħmel disponibbli fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, inkluż il-finanzjament tal-ġbir dirett jew indirett, it-trasport, it-tħejjija għall-adattament u għall-manifattura mill-ġdid, it-trattament u r-riċiklaġġ ta’ skart ta’ prodotti għall-bini u l-għoti ta’ informazzjoni dwar tmiem il-ħajja tal-prodott.
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4
4. Sabiex tispeċifika l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tispeċifika dawn l-obbligi għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari. Inkella, il-Kummissjoni tista’ toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkollhom l-għan li jelaboraw standards armonizzati li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mal-obbligi tal-paragrafu 2 għal familja jew kategorija speċifika ta’ prodotti. L-obbligi li jinsabu fil-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw qabel ma tali att delegat jew standard armonizzat ikun sar applikabbli.
4. Sabiex tispeċifika l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sa ... [sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87, billi tispeċifika, dawn l-obbligi għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari. Inkella, il-Kummissjoni tista’ toħroġ talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkollhom l-għan li jelaboraw standards armonizzati li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mal-obbligi tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal familja jew kategorija speċifika ta’ prodotti. L-obbligi li jinsabu fil-paragrafu 2, il-punti (a), (d), (e), (g), (h), (j) u (ja) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw qabel ma tali att delegat jew standard armonizzat ikun sar applikabbli.
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 5
5. Sabiex tiżgura t-trasparenza għall-utenti u tippromwovi prodotti sostenibbli, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament b’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 87 biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tas-sostenibbiltà ambjentali, inkluż “tikkettar tad-dawl tat-traffiku” b’rabta mal-obbligi ambjentali stabbiliti fil-paragrafu 1, ir-rekwiżiti ambjentali inerenti tal-prodott stabbiliti fil-Punt 2 tal-Parti Ċ tal-Anness I, u l-klassijiet tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(4).
5. Sabiex tiżgura t-trasparenza għall-utenti u tippromwovi prodotti sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tissupplimenta dan ir-Regolament b’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 87 biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tas-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti kkummerċjalizzati lill-konsumaturi aħħarin b’rabta mal-obbligi ambjentali stabbiliti fil-paragrafu 1, ir-rekwiżiti ambjentali inerenti tal-prodott stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C, il-Punt 2, u l-klassijiet tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(4), il-punt (a).
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 6
6a. Meta xieraq, biex tippromwovi d-disponibbiltà ta’ prodotti bl-aħjar prestazzjoni tas-sostenibbiltà fis-suq, il-Kummissjoni għandha trawwem l-użu tal-Ekotikketta tal-UE msemmija fir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tikkettar tal-prodotti bl-aħjar prestazzjoni.
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. Manifattur jista’ jaħtar, b’mandat bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni bħala rappreżentant awtorizzat uniku. Manifattur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat wieħed.
1. Manifattur stabbilit fl-Unjoni jista’ jaħtar, b’mandat bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni bħala rappreżentant awtorizzat uniku. Manifattur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat wieħed.
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2
2. Ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom ikunu responsabbli għal negliġenza gravi jew ksur konxju ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 19 f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali.
2. Ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom ikunu responsabbli għal ksur ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 19 f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c) itemm il-kuntratt meta l-manifattur jikser dan ir-Regolament u jinforma b’dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-post tan-negozju tiegħu stess;
(c) itemm il-kuntratt jekk iqis li l-manifattur ikun aġixxa kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u jinforma b’dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-post tan-negozju tiegħu stess;
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3– subparagrafu 1 – punt d
(d) meta jkollu raġuni biex jemmen li prodott inkwistjoni ma jkunx konformi jew jippreżenta riskju, jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-post tan-negozju tiegħu stess; u
(d) meta jkollu raġuni biex jemmen li prodott inkwistjoni ma jkunx konformi jew jippreżenta riskju, jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-post tan-negozju tiegħu stess dwar dan; u
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 5
5. Meta rappreżentant awtorizzat iqis li hemm nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 4, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jitlob lill-manifattur jirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità. Il-manifattur għandu għalhekk iwaqqaf it-tqegħid fis-suq u jitlob lil operaturi ekonomiċi oħrajn involuti fid-distribuzzjoni biex iwaqqfu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, sakemm ir-rappreżentant awtorizzat iqis il-ksur bħala rimedjat.Fejn in-nuqqasijiet ta’ konformità ma jiġux irrimedjati fi żmien xahar, waqt li l-prodotti possibbilment jibqgħu disponibbli fis-suq, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jitħalla jittermina l-kuntratt tiegħu mal-manifattur u jinforma b’dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodotti jitqiegħdu fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-post tan-negozju tiegħu stess. Dan tal-aħħar għandu jikkoordina l-azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet kompetenti kollha, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jaqblux fuq awtorità nazzjonali kompetenti oħra biex tikkoordina.
5. Meta rappreżentant awtorizzat jidentifika nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 4, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jitlob lill-manifattur jirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità. Il-manifattur għandu għalhekk iwaqqaf it-tqegħid fis-suq u jitlob lil operaturi ekonomiċi oħrajn involuti fid-distribuzzjoni biex iwaqqfu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, sa ma jiġi rimedjat in-nuqqas ta’ konformità.
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2
2. L-importatur għandu jivverifika li l-użu maħsub tal-prodott ikun ġie ddeterminat b’mod preċiż u korrett mill-manifattur u għandu jiżgura li l-prodott ikun akkumpanjat minn indikazzjoni ċara tal-informazzjoni stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u fil-Parti D tal-Anness I b’lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti. L-importatur għandu, b’mod viżibbli, juri lill-klijenti qabel ma jintrabtu b’kuntratt ta’ bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, l-informazzjoni li għandha tiġi ttikkettata skont dan ir-Regolament jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
2. L-importatur għandu jiżgura li l-prodott ikun akkumpanjat minn indikazzjoni ċara tal-informazzjoni stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u fl-Anness I, il-Parti C3, b’lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti. L-importatur għandu, b’mod viżibbli, juri lill-klijenti qabel ma jintrabtu b’kuntratt ta’ bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, l-informazzjoni li għandha tiġi ttikkettata skont dan ir-Regolament jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 4
4. Wara li jkun ġabar l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-prodott mingħand il-manifattur u l-persuna responsabbli mit-tneħħija tal-installazzjoni, l-importatur għandu b’mod partikolari jiskrutinizza l-prodotti użati u manifatturati mill-ġdid, jiġifieri fir-rigward tad-danni jew l-indikazzjonijiet għat-telf tal-prestazzjoni jew għan-nuqqas ta’ konformità u l-proprjetajiet mekkaniċi jew kimiċi mibdula, u jivvaluta r-riskji kollha; meta jkun meħtieġ biex jiġu żgurati s-sikurezza jew il-ħarsien tal-ambjent, l-importatur għandu jnaqqas l-użu maħsub jew joqgħod lura milli jbigħ.Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għal prodotti użati u manifatturati mill-ġdid li għalihom ma tkun obbligatorja l-ebda dikjarazzjoni tal-prestazzjoni.
4. L-importatur għandu, wara li jkun ġabar l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-prodott mingħand il-manifattur u l-persuna responsabbli mit-tneħħija mill-installazzjoni, jiskrutinizza l-prodotti użati u manifatturati mill-ġdid fir-rigward tad-danni jew tal-indikazzjonijiet għal telf tal-prestazzjoni jew nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jivvaluta r-riskji kollha.
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 5
5. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew ma jkunx konformi ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament, l-importatur ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq, qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli l-oħrajn f’dan ir-Regolament jew sakemm tiġi kkoreġuta d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma b’dan lill-manifattur u lill-awtorità nazzjonali kompetenti ġeografikament responsabbli.
5. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew ma jkunx konformi ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament, l-importatur ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq, qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli l-oħrajn f’dan ir-Regolament jew sakemm tiġi kkoreġuta d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni. Fil-każ li l-prodott ikun diġà tqiegħed fis-suq, huwa għandu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jew, meta xieraq, biex jiġi rtirat jew jissejjaħ lura mis-suq.
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. Meta jagħmel prodott disponibbli fis-suq, id-distributur għandu jissodisfa l-obbligi li għandhom l-importaturi f’konformità mal-Artikolu 24(1) sa (5), filwaqt li r-referenzi għal “tqegħid fis-suq” għandhom jinftiehmu bħala “aktar tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq”.
2. Meta jagħmlu prodott għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw fil-livell dokumentarju li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(1), (5) u (6) u, meta applikabbli, fl-Artikolu 22(2), il-punti (f) u (i) u għandhom jissodisfaw l-obbligi li l-importaturi għandhom f’konformità mal-Artikolu 24(3) sa (5) filwaqt li r-referenzi għal “tqegħid fis-suq” għandhom jinftiehmu bħala “tqegħid ulterjuri għad-dispożizzjoni fis-suq”.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3
3. Id-distributur għandu jiżgura li l-ebda prodott ma jinbiegħ lill-konsumaturi jew lil utenti mhux professjonali oħrajn li jkunu ttikkettati “għal użu professjonali biss”. Dawn il-prodotti għandhom, fil-bini tagħhom, fuq l-internet u fuq materjal ta’ pubbliċità stampat, jiġu ppreżentati bħala prodotti għal użu professjonali biss.
imħassar
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
(a) ma jkun hemm l-ebda manifattur skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;
imħassar
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c
(c) huwa jimmodifika prodott b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità jew mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’konformità miegħu;
(c) huwa jaħżen jew jimmodifika prodott b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità jew mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’konformità miegħu;
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt f
(f) huwa jiddikjara karatteristiċi li jiddevjaw mill-karatteristiċi ddikjarati mill-manifattur.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) huwa jkun issoġġetta prodott importat jew distribwit, użat jew manifatturat mill-ġdid għal proċess trasformattiv li jmur lil hinn mit-tiswija, mit-tindif u mill-manutenzjoni regolari wara li jkun tneħħa mill-installazzjoni;
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) huwa jimporta prodott użat jew manifatturat mill-ġdid, diment li dan il-prodott ma jkunx tqiegħed fis-suq tal-Unjoni qabel ma jintuża;
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc) huwa jagħżel li jassumi r-rwol tal-manifattur.
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal:
imħassar
(a) importatur ta’ prodotti użati jew manifatturati mill-ġdid, sakemm il-prodott użat jew manifatturat mill-ġdid ma jkunx tqiegħed fis-suq tal-Unjoni qabel ma jintuża;
(b) importatur jew distributur ta’ prodotti użati li jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
(i) jissoġġetta dawk il-prodotti użati għal proċess trasformattiv li jmur lil hinn mit-tiswija, mit-tindif u mill-manutenzjoni regolari wara li jkunu tneħħew mill-installazzjoni;
(ii) jagħżel li jassumi r-rwol tal-manifattur.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-operatur ekonomiku:
imħassar
(a) iżid biss it-traduzzjonijiet tal-informazzjoni fornuta mill-manifattur;
(b) jissostitwixxi biss l-imballaġġ ta’ barra ta’ prodott li jkun diġà tqiegħed fis-suq, inkluż meta jinbidel id-daqs tal-pakkett, jekk l-imballaġġ mill-ġdid isir b’tali mod li l-kondizzjoni oriġinali tal-prodott ma tkunx tista’ tiġi affettwata minnu u li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità ma’ dan ir-Regolament xorta tiġi pprovduta b’mod korrett.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4
4. Operatur ekonomiku li jipprovdi l-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 3 għandu jinforma b’dan lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, irrispettivament minn jekk ikunux is-sidien tal-prodotti jew jekk jipprovdux servizzi. Huwa għandu jagħmel l-imballaġġ mill-ġdid b’tali mod li l-kondizzjoni oriġinali tal-prodott ma tkunx tista’ tiġi affettwata mill-imballaġġ mill-ġdid u li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità ma’ dan ir-Regolament xorta tiġi pprovduta b’mod korrett. L-operatur ekonomiku għandu jaġixxi bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Huwa għandu jkun responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 27 – titolu
Obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni, tas-sensara, tas-swieq online, tal-bejjiegħa online, tal-ħwienet online u tal-magni tat-tiftix online
Obbligu tal-fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni, tas-sensara, tas-swieq online u tal-bejjiegħa online
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1
1. Meta jikkontribwixxi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew għall-installazzjoni diretta ta’ prodott, il-fornitur ta’ servizz ta’ ġestjoni jew is-sensar għandu jaġixxi bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Huwa għandu jkun responsabbli għall-ksur ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 19 f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali.
1. Meta jikkontribwixxi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodott, il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jew is-sensar għandu jaġixxi bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Huwa għandu jkun responsabbli għall-ksur ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 19 f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b
(b) jivverifika li l-manifattur ikun ikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21(1), (3) u (5) sa (7) u fil-punti (f) u (i) tal-Artikolu 22(2);
(b) jivverifika f’livell dokumentarju li l-manifattur ikun ikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21(1), (3) u (5) sa (7) u fl-Artikolu 22(2), il-punti (f) u (i);
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt d
(d) jelimina l-offerti kollha għal prodotti li ma humiex konformi jew li x’aktarx ikunu riskjużi skont it-tifsira tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 21(9) fuq inizjattiva tagħhom stess jew, fi żmien jumejn tax-xogħol, fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
(d) fuq it-talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jieqaf joffri prodotti li ma jkunux konformi jew li jippreżentaw riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 21(9);
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt c
(c) jagħti tweġiba xierqa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, għal avviżi relatati man-notifika ta’ aċċidenti u inċidenti oħrajn bi prodotti riċevuti f’konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE;
(c) jagħti tweġiba xierqa għal avviżi relatati man-notifika ta’ aċċidenti u inċidenti oħrajn bi prodotti riċevuti f’konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE;
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 6
6. Il-paragrafi 1 u 2, il-punti (b) sa (i) tal-paragrafu 3 u l-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw ukoll għall-manifatturi, għall-importaturi, għad-distributuri jew għal operaturi ekonomiċi oħrajn li joffru prodotti online mingħajr l-involviment ta’ suq online (“ħwienet online”).
6. Il-paragrafi 1 u 2, il-paragrafu 3, il-punti (b) sa (i) u l-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw ukoll għall-manifatturi, għall-importaturi, għad-distributuri jew għal operaturi ekonomiċi oħrajn li joffru prodotti online mingħajr l-involviment ta’ suq online.
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 7
7. Il-punti minn (d) sa (h) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw ukoll għall-magni tat-tiftix online.
imħassar
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 8
8. Fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet matul il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
8. Fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet matul il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-manifattur jew l-importatur ta’ prodotti għall-bini għandu jipprovdi lill-fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni bl-informazzjoni dettaljata meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħżin, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ u l-funzjonament ulterjuri tal-prodott.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 28 – titolu
Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi tal-istampar 3D u tal-fornituri ta’ forom, ta’ settijiet tad-data tal-istampar 3D, u ta’ materjali tal-istampar 3D
Obbligi b’rabta mal-istampar 3D ta’ prodotti għall-bini
Emenda 265 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Fornitur ta’ servizzi tal-istampar 3D għandu:
1. Persuna fiżika jew ġuridika li twettaq stampar 3D tal-prodotti għall-bini għandha:
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
(a) iżomm lura milli jqiegħed fis-suq jew milli jinstalla direttament prodotti għall-klijenti mingħajr ma jissodisfa l-obbligi tal-manifatturi;
(a) tissodisfa l-obbligi li l-manifatturi għandhom meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq;
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1– punt b
(b) jinforma lill-klijenti tiegħu li jistgħu jużaw servizzi tal-istampar 3D biss għall-manifattura ta’ prodotti għall-użu tagħhom stess, sakemm ma jissodisfawx l-obbligi li għandhom il-manifatturi;
(b) tuża s-settijiet ta’ data 3D xierqa;
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt c
(c) jinforma lill-klijenti tiegħu li s-settijiet ta’ data 3D u l-materjali li għandhom jintużaw għandhom ikunu għaddew mill-proċeduri applikabbli għall-prodotti skont dan ir-Regolament; u
(c) tiżgura li l-materjali li jkunu ntużaw ikunu għaddew mill-proċeduri applikabbli għall-prodotti skont dan ir-Regolament; u
Emenda 269 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt d
(d) jinforma lill-klijenti tiegħu li kemm l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tas-sett tad-data 3D kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-materjal tal-istampar għandhom jikkoinċidu u jikkonfermaw l-użabbiltà tal-materjal għal dak it-tip ta’ sett tad-data 3D u t-teknoloġija partikolari tal-istampar 3D.
(d) tiżgura li l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tas-sett ta’ data 3D u l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-materjal tal-istampar jikkoinċidu.
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Il-fornituri ta’ forom u ta’ settijiet tad-data 3D maħsuba biex jipproduċu oġġetti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jipproduċu 10 oġġetti bħal dawn u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-korp notifikat, għall-korp tal-valutazzjoni teknika u għall-awtoritajiet fuq talba. Il-fornituri ta’ forom u ta’ settijiet ta’ data 3D maħsuba biex jipproduċu oġġetti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jivvalutaw u jiddokumentaw l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-oġġetti prodotti.
imħassar
Emenda 271 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Il-fornituri ta’ materjali maħsuba biex jintużaw għall-istampar 3D ta’ oġġetti koperti minn dan ir-Regolament fuq jew qrib is-sit tal-kostruzzjoni għandhom jipproduċu 10 oġġetti bħal dawn għal kull użu maħsub u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-korp notifikat, għall-korp ta’ valutazzjoni teknika u għall-awtoritajiet fuq talba. Il-fornituri ta’ materjali maħsuba biex jintużaw għall-istampar 3D ta’ oġġetti koperti minn dan ir-Regolament fuq jew qrib is-sit tal-kostruzzjoni għandhom jivvalutaw u jiddokumentaw l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-oġġetti prodotti.
imħassar
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 30
Artikolu 30
imħassar
Obbligi tal-fornituri u tal-fornituri ta’ servizzi involuti fil-manifattura ta’ prodotti
1. Fornitur jew fornitur ta’ servizzi involut fil-manifattura ta’ prodotti għandu:
(a) jipprovdi lill-manifatturi, lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet l-informazzjoni kollha disponibbli dwar is-sostenibbiltà ambjentali tal-komponent jew tas-servizz fornut tagħhom;
(b) jiżgura l-korrettezza ta’ tali informazzjoni, jiġifieri billi jirrispetta dan ir-Regolament u jikkoreġi kwalunkwe żball li jsir permezz ta’ komunikazzjoni lill-klijenti kollha tagħhom u, jekk ikun potenzjalment utli, lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet;
(c) jippermetti, fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, lill-klijenti jivvalutaw dik is-sostenibbiltà ambjentali għas-spejjeż tagħhom stess u jappoġġa dik il-valutazzjoni, jiġifieri billi jagħti aċċess għad-dokumenti kollha, inklużi dawk ta’ natura kummerċjali, rilevanti għal dik il-valutazzjoni;
(d) jippermetti lill-korpi notifikati jivverifikaw il-korrettezza ta’ kwalunkwe kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali u jappoġġa dik il-verifika;
(e) jippermetti lill-korpi notifikati jivverifikaw il-prestazzjoni u l-konformità tal-komponent jew tas-servizz fornut u jappoġġa dik il-verifika.
2. Meta fornitur jew fornitur ta’ servizzi jkun ġie informat f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 21(8), huwa għandu jibgħat dik l-informazzjoni lill-klijenti l-oħrajn tiegħu li, fl-aħħar ħames snin, ikunu rċevew komponenti jew servizzi li huma identiċi fir-rigward tal-kwistjoni inkwistjoni. F’każ ta’ riskju serju kif definit fl-Artikolu 3(71) jew riskju li jaqa’ taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 21(9), il-fornitur jew il-fornitur ta’ servizzi għandu wkoll jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodotti b’dak il-komponent jew is-servizz ta’ manifattura jkunu saru disponibbli fis-suq jew ikunu ġew installati direttament; meta ma jkunx jista’ jidentifika dawn l-Istati Membri, huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha.
Emenda 273 Proposta għal regolament Artikolu 31 – titolu
Użu doppju u prodotti psewdo
Prodotti b’użu doppju
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1
1. Manifattur ta’ prodotti b’użu doppju għandu jissodisfa l-obbligi ta’ dan ir-Regolament għall-oġġetti kollha tat-tip rispettiv, sakemm ma jkunux immarkati speċifikament bħala “mhux għall-kostruzzjoni”.
1. Manifattur ta’ prodotti b’użu doppju u operaturi ekonomiċi oħrajn li jittrattaw tali prodotti għandhom jissodisfaw l-obbligi ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunux immarkati bħala “mhux għall-kostruzzjoni”.
Emenda 275 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2
2. Operaturi ekonomiċi oħrajn li jittrattaw prodotti b’użu doppju għandhom jissodisfaw l-obbligi li għandhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fil-kuntratti kummerċjali tagħhom, huma għandhom jistabbilixxu obbligu tal-klijenti tagħhom li jagħmlu l-istess u li ma jbigħux jew ma jużawx oġġetti għall-kostruzzjoni li huma mmarkati bħala “mhux għall-kostruzzjoni”.
imħassar
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Għal oġġetti adattati għall-kostruzzjoni li l-manifattur qatt ma kellu tali użu maħsub għalihom u li, għalhekk, ma kinux immarkati bħala CE (“prodotti psewdo”), operaturi ekonomiċi oħrajn għandhom:
3. Għall-prodotti b’użu doppju mmarkati bħala “mhux għall-kostruzzjoni”, operaturi ekonomiċi oħrajn għandhom:
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1– punt b
(b) l-operatur ekonomiku juża l-munita tal-Istati Membri jew kriptovaluta koperta mir-Regolament (UE) […]47 sakemm, f’dan l-aħħar każ, il-bejgħ lill-Unjoni ma jkunx espliċitament eskluż b’mezzi effettivi;
(b) l-operatur ekonomiku juża l-munita tal-Istati Membri;
__________________
47 Ir-Regolament Futur tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, ara COM/2020/593 final.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 33
Artikolu 33
imħassar
Atti ta’ implimentazzjoni dwar l-obbligi u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi
Fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament u sal-punt biss meħtieġ biex jiġu evitati prattiki diverġenti li joħolqu kondizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu dettalji dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-obbligi u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi li jinsabu f’dan il-Kapitolu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Emenda 279 Proposta għal regolament Kapitolu IV – titolu
L-ISTANDARDS TAL-PRODOTTI GĦALL-BINI U D-DOKUMENTI EWROPEJ TA’ VALUTAZZJONI
ID-DOKUMENTI EWROPEJ TA’ VALUTAZZJONI
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 34
[...]
imħassar
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1
1. L-Artikolu 4(1) u (4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 9 u l-Artikoli minn 11 sa 17 għandhom japplikaw għad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. Meta l-markatura CE tinħareġ abbażi ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u ta’ valutazzjoni teknika Ewropea, id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandu jissemma fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u fid-dikjarazzjoni tal-konformità.
imħassar
Emenda 282 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Wara talba għal valutazzjoni teknika Ewropea minn manifattur jew minn grupp ta’ manifatturi jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jista’ jitfassal u jiġi adottat mill-organizzazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni teknika (“technical assessment bodies” - “TABs”) bi qbil mal-Kummissjoni għal kwalunkwe prodott mhux kopert minn:
Wara talba għal valutazzjoni teknika Ewropea minn manifattur jew minn grupp ta’ manifatturi jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jista’ jitfassal u jiġi adottat mill-organizzazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni teknika (“korpi VT”) bi qbil mal-Kummissjoni għal kwalunkwe tip jew kategorija ta’ prodott mhux kopert minn:
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b) speċifikazzjoni teknika armonizzata maħsuba biex tiġi adottata fis-sentejn (2) li ġejjin mid-data tal-verifika mal-Kummissjoni;
(b) speċifikazzjoni teknika armonizzata maħsuba biex tiġi adottata fis-sena li jmiss mid-data tal-verifika mal-Kummissjoni;
2a. Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-EOTA u lis-CEN jikkoordinaw biex jiżguraw li ma jkunx hemm duplikazzjonijiet bejn dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u standards armonizzati jew partijiet minnhom.
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 3
3. L-organizzazzjoni tal-korpi VT u l-Kummissjoni jistgħu jiġbru flimkien jew jirrifjutaw talbiet għall-iżvilupp ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Il-proċedura għall-adozzjoni tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandha tirrispetta l-Artikolu 36 u għandha tikkonforma mal-Artikolu 37 u mal-Anness III.
3. L-organizzazzjoni tal-korpi VT u l-Kummissjoni jistgħu jiġbru flimkien jew jirrifjutaw talbiet għall-iżvilupp ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Il-proċedura għall-adozzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandha tikkonforma mal-Artikolu 36 u l-proċedura stabbilita fl-Anness IIIa.
3a. L-Artikolu 4(1) u (4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 9 u l-Artikoli minn 11 sa 17 għandhom japplikaw għad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. Meta l-markatura CE tinħareġ abbażi ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u ta’ valutazzjoni teknika Ewropea, id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandu jissemma fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u fid-dikjarazzjoni tal-konformità.
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda l-Anness III permezz ta’ att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 87 biex tistabbilixxi regoli proċedurali supplimentari għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda l-Anness IIIa permezz ta’ att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 87 biex tistabbilixxi regoli proċedurali supplimentari għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, meta dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni.
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) tiddivulga mill-inqas informazzjoni possibbli protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u tipproteġi s-segretezza kummerċjali u l-kunfidenzjalità;
(b) ma tiddivulgax l-informazzjoni protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u tipproteġi s-segretezza kummerċjali u l-kunfidenzjalità;
Emenda 289 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d) tippermetti fi kwalunkwe stadju parteċipazzjoni adegwata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni;
(d) tippermetti parteċipazzjoni adegwata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni;
L-ibbilanċjar tal-prinċipji stipulati fil-punti (a) u (b) għandu mill-inqas jippermetti d-divulgazzjoni tal-isem tal-prodott fl-istadju tal-approvazzjoni u l-komunikazzjoni tal-programm ta’ ħidma, kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness III, u l-kontenut dettaljat tal-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 7 tal-Anness III.
L-ibbilanċjar tal-prinċipji stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu għandu mill-inqas jippermetti d-divulgazzjoni tal-isem tal-prodott fl-istadju tal-approvazzjoni u l-komunikazzjoni tal-programm ta’ ħidma, kif stabbilit fl-Anness IIIa, il-punt 5 u l-kontenut dettaljat tal-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni stabbilit fl-Anness IIIa, il-punt 5.
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt c
(c) fejn il-prodott ma jkun kopert minn ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata jew dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u fejn l-ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata bħal din ma tkun maħsuba li tiġi adottata fis-sentejn li ġejjin, jew l-ebda dokument Ewropew ta’ valutazzjoni bħal dan ma jkun diġà fil-proċedura li jiġi żviluppat skont l-Anness III, il-korp VT għandu japplika l-proċeduri stabbiliti fl-Anness III jew dawk stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 35(4).
(c) meta l-prodott ma jkun kopert minn ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata jew dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u meta l-ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata bħal din ma tkun maħsuba biex tiġi adottata fis-sena li jmiss, jew l-ebda dokument Ewropew ta’ valutazzjoni bħal dan ma jkun diġà fil-proċedura li jiġi żviluppat skont l-Anness IIIa, il-korp VT għandu japplika l-proċeduri stabbiliti fl-Anness IIIa jew dawk stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 35(4).
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 2
2. Huma biss id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni msemmija f’dik il-lista u ppubblikati mill-inqas b’lingwa waħda tal-Unjoni mill-Kummissjoni jew mill-organizzazzjoni tal-korpi VT li għandhom jawtorizzaw il-ħruġ ta’ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej f’konformità mal-Artikolu 42 u jiskattaw effetti legali f’konformità mal-Artikolu 42(5), inkluż fir-rigward tal-manifattur li jkun talab l-iżvilupp tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Dan l-effett legali tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni għandu jiskadi għaxar snin wara l-ewwel ċitazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunux ġew imġedda fl-aħħar sena qabel l-iskadenza u l-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm l-elenkar.
2. Huma biss id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni msemmija f’dik il-lista u ppubblikati mill-Kummissjoni jew mill-organizzazzjoni tal-korpi VT li għandhom jawtorizzaw il-ħruġ ta’ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej f’konformità mal-Artikolu 42 u jiskattaw effetti legali f’konformità mal-Artikolu 42(5), inkluż fir-rigward tal-manifattur li jkun talab l-iżvilupp tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Dan l-effett legali tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni għandu jiskadi għaxar snin wara l-ewwel ċitazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew immedjatament meta d-dokument tekniku Ewropew ikun ġie rtirat, sakemm ma jkunux ġew imġedda fl-aħħar sena qabel l-iskadenza u l-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm l-elenkar.
2a. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità għolja tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni u jiġu akkomodati l-ħtiġijiet ta’ kunfidenzjalità tal-applikant għall-valutazzjoni teknika Ewropea relatata, qabel ma r-referenza għal dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ġdid tiġi ċċitata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jinħareġ abbozz tal-ewwel valutazzjoni teknika Ewropea abbażi ta’ dak id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, l-abbozz finali tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandu jiġi emendat abbażi tal-esperjenza miksuba bil-ħruġ tal-ewwel valutazzjoni teknika Ewropea. Il-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjoni tal-korpi VT, għandha tikkomunika d-data taċ-ċitazzjoni tar-referenza għad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt a
(a) deskrizzjoni tal-prodott kopert; u
(a) deskrizzjoni tat-tip jew tal-kategorija ta’ prodott kopert; u
Emenda 295 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1– punt b
(b) il-lista ta’ karatteristiċi essenzjali, rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott kif stabbilit mill-manifattur u kif miftiehem bejn il-manifattur u l-organizzazzjoni tal-korpi VT, u l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott b’rabta ma’ dawk il-karatteristiċi essenzjali.
(b) il-lista ta’ karatteristiċi essenzjali, rilevanti għall-użu maħsub tat-tip jew tal-kategorija ta’ prodott kif stabbilit mill-manifattur u kif miftiehem bejn il-manifattur u l-organizzazzjoni tal-korpi VT, u l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott b’rabta ma’ dawk il-karatteristiċi essenzjali.
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2
2. Il-prinċipji għall-kontroll applikabbli għall-produzzjoni fil-fabbrika li għandhom jiġu applikati għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet tal-proċess tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat.
2. Il-prinċipji għall-kontroll applikabbli għall-produzzjoni fil-fabbrika li għandhom jiġu applikati għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet tal-proċess tal-manifattura tat-tip jew tal-kategorija ta’ prodott ikkonċernat.
Emenda 297 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3
3. Meta l-prestazzjoni ta’ xi wħud minn ċerti karatteristiċi essenzjali tal-prodott tkun tista’ tiġi vvalutata kif xieraq b’metodi u kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, dawk il-metodi u l-kriterji eżistenti għandhom jiġu inkorporati bħala partijiet mid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin biex wieħed jiddevja minn din ir-regola.
3. Meta l-prestazzjoni ta’ xi wħud minn ċerti karatteristiċi essenzjali tat-tip jew tal-kategorija ta’ prodotti tkun tista’ tiġi vvalutata kif xieraq b’metodi u kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, dawk il-metodi u l-kriterji eżistenti għandhom jiġu inkorporati bħala partijiet mid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
Il-valutazzjoni teknika Ewropea għandha tinħareġ minn korp VT, fuq it-talba ta’ manifattur abbażi ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni stabbilit f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 37 u fl-Anness III, li r-referenza tiegħu tkun ġiet iċċitata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 38.
Valutazzjoni teknika Ewropea għandha tinħareġ minn korp VT, fuq it-talba ta’ manifattur abbażi ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, li r-referenza tiegħu tkun ġiet iċċitata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 38.
1a. Meta ssir talba għal valutazzjoni teknika Ewropea, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Anness IIIa.
Emenda 300 Proposta għal regolament Artikolu 43
Artikolu 43
imħassar
Awtoritajiet tal-ħatra
1. L-Istati Membri li jixtiequ jaħtru korpi tal-valutazzjoni teknika għandhom jaħtru awtorità waħda responsabbli mill-korpi tal-valutazzjoni teknika (minn hawn ‘il quddiem: l-“awtorità tal-ħatra”). L-awtoritajiet tal-ħatra għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika stabbiliti fl-Artikolu 48(1) u fl-Artikolu 49. L-awtorità tal-ħatra ma għandhiex tkun eliġibbli għall-ħatra f’konformità mal-Artikolu 44(1).
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tan-notifika u għall-proċeduri ta’ notifika japplikaw ukoll għall-awtoritajiet tal-ħatra u għall-proċeduri tal-ħatra. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jużaw akkreditazzjoni.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korpi tal-Valutazzjoni Teknika (Korpi VT) fit-territorji tagħhom għal qasam ta’ prodott wieħed jew aktar elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda din it-tabella permezz ta’ atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 87 biex tadattaha għall-progress tekniku.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korpi tal-Valutazzjoni Teknika (Korpi VT) fit-territorji tagħhom għal qasam ta’ prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Anness IV, it-Tabella 1. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jaħtar korp VT, għandu jinnomina awtorità waħda unika responsabbli mill-korpi tal-valutazzjoni teknika (l-“awtorità maħtura”).
L-awtorità li taħtar maħtura f’konformità mal-Artikolu 43 għandha timmonitorja l-attivitajiet u l-kompetenza tal-korpi VT maħtura fl-Istat Membru rispettiv tagħhom u, fejn meħtieġ, is-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom, u tevalwahom b’rabta mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-awtorità li taħtar għandha tagħti struzzjonijiet lill-korpi VT kull meta jkun hemm ksur tal-liġi jew tal-prattika komuni miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fil-każ ta’ ksur ripetut tal-liġi, hija tista’ tirrevoka l-ħatra tal-korp VT.
L-awtorità maħtura għandha timmonitorja l-attivitajiet u l-kompetenza tal-korpi VT maħtura fl-Istat Membru rispettiv tagħhom u, meta meħtieġ, is-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom, u tevalwahom b’rabta mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-awtorità maħtura għandha tagħti struzzjonijiet lill-korpi VT kull meta jkun hemm ksur tal-liġi jew tal-prattika komuni miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fil-każ ta’ ksur ripetut tal-liġi, hija tista’ tirrevoka l-ħatra tal-korp VT.
Emenda 303 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni tista’ tinvestiga l-konformità tal-korpi VT mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-kapitolu, kif ukoll l-issodisfar mill-awtoritajiet tal-ħatra responsabbli tal-obbligi ta’ monitoraġġ tagħhom.
5. Il-Kummissjoni tista’ tinvestiga l-konformità tal-korpi VT mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-kapitolu, kif ukoll l-issodisfar mill-awtoritajiet maħtura responsabbli tal-obbligi ta’ monitoraġġ tagħhom.
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 6
6. Il-korpi VT għandhom, fuq talba tal-awtorità tal-ħatra rilevanti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li huma meħtieġa sabiex l-awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità.
6. Il-korpi VT għandhom, fuq talba tal-awtorità maħtura rilevanti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha, meħtieġa sabiex l-awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità.
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i
(i) tiżgura li d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni adottati u r-referenzi għall-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej jinżammu disponibbli għall-pubbliku bil-lingwi kollha tal-UE.
(i) tiżgura li d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni adottati u r-referenzi għall-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej jinżammu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 306 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-finanzjament tal-organizzazzjoni tal-korpi VT, irrispettivament minn permezz ta’ għotjiet jew offerti pubbliċi, soġġett għall-issodisfar ta’ ċerti rekwiżiti organizzattivi u ta’ prestazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-korpi VT.
6. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-finanzjament tal-organizzazzjoni tal-korpi VT, irrispettivament minn jekk isirx permezz ta’ għotjiet jew offerti pubbliċi, soġġett għall-issodisfar ta’ rekwiżiti organizzattivi u ta’ prestazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-korpi VT.
L-awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta’ persunal kompetenti u finanzjament suffiċjenti disponibbli għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu numru minimu ta’ ekwivalenzi full-time meqjusa bħala suffiċjenti għall-monitoraġġ xieraq tal-korpi notifikati, fejn xieraq b’rabta ma’ kompiti speċifiċi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Fejn il-monitoraġġ jitwettaq minn korp nazzjonali ta’ akkreditament jew korp imsemmi fl-Artikolu 48(3), dan in-numru minimu għandu japplika għal dak il-korp.
L-awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta’ persunal kompetenti u finanzjament suffiċjenti disponibbli għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħha.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp ta’ parti terza indipendenti minn kull rabta kummerċjali tal-organizzazzjoni jew tal-prodott għall-bini li jivvaluta.
Huwa għandu jkun indipendenti minn kwalunkwe u kull rabta kummerċjali ma’ organizzazzjonijiet li għandhom interess fil-prodotti li jivvaluta, mal-manifatturi, mas-sħab kummerċjali tagħhom jew mal-investituri azzjonarji tagħhom, kif ukoll ma’ korpi notifikati oħrajn u mal-assoċjazzjonijiet kummerċjali tagħhom, mal-kumpaniji prinċipali jew mas-sussidjarji tagħhom. Dan ma jipprekludix lill-korp notifikat milli jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni u verifika għall-manifatturi li jikkompetu ma’ xulxin.
Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni ta’ impriżi jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li hija tivvaluta, jista’, bil-kondizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jitqies bħala tali korp indipendenti.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jappartjeni għal assoċjazzjoni ta’ impriżi jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li hija tivvaluta, jista’, bil-kondizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jitqies bħala tali korp indipendenti.
Korp notifikat, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li jivvaluta, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp notifikat jew l-użu tal-prodotti għal skopijiet personali.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li jivvaluta, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu tal-prodotti għal skopijiet personali.
Korp notifikat, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom relatata mal-attivitajiet li għalihom ikunu ġew innotifikati u lanqas jipprovdu servizzi ta’ konsulenza.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom relatata mal-attivitajiet li għalihom ikunu ġew innotifikati u lanqas jipprovdu servizzi ta’ konsulenza.
Korp notifikat għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-kumpanija omm jew tal-kumpanija oħt tiegħu, tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni u/jew verifika tiegħu.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-kumpanija omm jew tal-kumpanija oħt tiegħu, tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni u/jew verifika tiegħu.
Emenda 315 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 5
5. Korp notifikat u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni u/jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
5. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni u/jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
Korp notifikat għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika assenjati lilu f’konformità mal-Anness V, li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp notifikat innifsu, kif ukoll jekk jitwettqu f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika assenjati lilu f’konformità mal-Anness V, li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll jekk jitwettqu f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Emenda 317 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
(a) il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika. Il-persunal responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni għandu jiġi impjegat mill-korp notifikat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika, ma għandu jkollu l-ebda obbligu ta’ lealtà potenzjalment konfliġġenti ieħor jew konflitt ta’ interess potenzjali, għandu jkun kompetenti biex jivverifika l-valutazzjonijiet magħmula minn persunal ieħor, esperti esterni jew sottokuntratturi. In-numru tiegħu għandu jkun biżżejjed biex jiżgura l-kontinwità tan-negozju u approċċ konsistenti għall-valutazzjonijiet tal-konformità;
(a) il-persunal kompetenti meħtieġ b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika;
Emenda 318 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt b
(b) id-deskrizzjoni meħtieġa tal-proċeduri li skonthom jitwettaq il-proċess ta’ valutazzjoni, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità tar-riproduzzjoni ta’ dawn il-proċeduri. Dan għandu jinkludi matriċi tal-kwalifiki li tqabbel il-persunal rilevanti, l-istatus u l-kompiti rispettivi tagħhom fi ħdan il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità mal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità li b’rabta magħhom il-korp biħsiebu jiġi nnotifikat;
(b) id-deskrizzjoni meħtieġa tal-proċeduri li skonthom jitwettaq il-proċess ta’ valutazzjoni, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità tar-riproduzzjoni ta’ dawn il-proċeduri. Għandu jkollu stabbiliti politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħrajn, u għandu jassenja l-persunal tiegħu għal dawk il-kompiti.
Emenda 319 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt c
(c) il-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħrajn;
Korp notifikat għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet li għalihom ikollu l-ħsieb li jiġi nnotifikat b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet li għalihom ikollu l-ħsieb li jiġi nnotifikat b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Emenda 321 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 9
9. Korp notifikat għandu jagħmel assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili, sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx preżunta mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni u/jew għall-verifika mwettqa.
9. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jagħmel assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili, sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx preżunta mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni u/jew għall-verifika mwettqa.
Emenda 322 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 10
10. Il-persunal tal-korp notifikat għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Anness V, ħlief b’rabta mal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.
10. Il-persunal tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Anness V, ħlief b’rabta mal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.
Emenda 323 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 11
11. Korp notifikat għandu jiżgura li l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu jkun informat bl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u għandu jipparteċipa fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont dan ir-Regolament u jiżgura li l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu jkun informat dwarhom, u għandu japplika bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.
11. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipparteċipa fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti, fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont dan ir-Regolament u jiżgura li l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu jkun informat dwarhom, u għandu japplika bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol.
Emenda 324 Proposta għal regolament Artikolu 51 – titolu
Preżunzjoni ta’ konformità
Preżunzjoni ta’ konformità tal-korpi notifikati
Emenda 325 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2
2. Il-korp notifikat għandu jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mis-subkuntratturi jew mis-sussidjarji, kull fejn dawn ikunu stabbiliti. Il-korpi notifikati rilevanti għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-monitoraġġ kontinwu tal-kompetenza, l-attivitajiet u l-prestazzjoni tas-subkuntratturi jew tas-sussidjarji tagħhom, filwaqt li jqisu l-matriċi tal-kwalifika msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 50(6).
2. Il-korp notifikat għandu jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji, kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
Emenda 326 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2
2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu, il-proċessi ta’ valutazzjoni u/jew verifika li għalihom il-korp jafferma li huwa kompetenti, il-matriċi ta’ kwalifika msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 50(6), ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, fejn ikun jeżisti wieħed, maħruġ mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jattesta li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 50. Iċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni għandu jkun relatat biss mal-korp speċifiku ta’ valutazzjoni tal-konformità li japplika għan-notifika u ma għandux iqis il-kapaċitajiet jew il-persunal tal-kumpanija omm jew tal-kumpanija oħt. Huwa għandu jkun ibbażat, minbarra l-istandards armonizzati rilevanti, fuq ir-rekwiżiti speċifiċi u l-kompiti ta’ valutazzjoni.
2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu, il-proċessi ta’ valutazzjoni u/jew verifika li għalihom il-korp jafferma li huwa kompetenti, ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, fejn ikun jeżisti wieħed, maħruġ mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jattesta li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 50. Iċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni għandu jkun relatat biss mal-korp speċifiku ta’ valutazzjoni tal-konformità li japplika għan-notifika u ma għandux iqis il-kapaċitajiet jew il-persunal tal-kumpanija omm jew tal-kumpanija oħt. Huwa għandu jkun ibbażat, minbarra l-istandards armonizzati rilevanti, fuq ir-rekwiżiti speċifiċi u l-kompiti ta’ valutazzjoni.
Emenda 327 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1
1. Fejn awtorità tan-notifika tkun aċċertat jew tkun ġiet informata li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 50, jew li jkun qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas li jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti jew li jitwettqu dawk l-obbligi.
1. Fejn awtorità tan-notifika tkun aċċertat jew tkun ġiet informata li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 50, jew li jkun qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas li jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti jew li jitwettqu dawk l-obbligi. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn kif xieraq.
3a. Meta l-Kummissjoni ssib li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jissodisfax aktar, ir-rekwiżiti tan-notifika tiegħu, hija għandha tgħarraf b’dan lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ.
Emenda 329 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 7
7. Il-korpi notifikati għandhom jiżguraw rotazzjoni bejn il-membri tal-persunal li jwettqu kompiti ta’ valutazzjoni differenti.
imħassar
Emenda 330 Proposta għal regolament Artikolu 62
Artikolu 62
imħassar
Atti ta’ implimentazzjoni dwar l-obbligi u d-drittijiet tal-korpi notifikati
Fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament u sal-punt biss meħtieġ biex jiġu evitati prattiki diverġenti li jwasslu għal trattament mhux ugwali u biex jinħolqu kondizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu dettalji dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-obbligi tal-korpi notifikati li jinsabu fl-Artikoli 60 u 61.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Emenda 331 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont l-Artikolu 47 u li dawn jitħaddmu kif suppost fil-forma ta’ grupp ta’ korpi notifikati. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-gruppi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont l-Artikolu 47 u li dawn jitħaddmu kif suppost fil-forma ta’ grupp ta’ korpi notifikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp, direttament jew permezz tar-rappreżentanti maħtura. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-gruppi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 332 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 2
Il-korpi notifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura.
imħassar
Emenda 333 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 3
Il-korpi notifikati għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet u d-dokumenti amministrattivi prodotti minn dak il-grupp.
Il-korpi notifikati għandhom iqisu bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet u d-dokumenti amministrattivi prodotti minn dak il-grupp.
Emenda 334 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Manifattur jista’ jissostitwixxi l-ittestjar tat-tip b’dokumentazzjoni teknika xierqa li turi li:
1. Manifattur jista’ jissostitwixxi l-ittestjar tat-tip jew il-kalkolu tat-tip b’dokumentazzjoni teknika xierqa li turi li:
Emenda 335 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt a
(a) għal wieħed jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, li l-manifattur iqiegħed fis-suq, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti għal dak l-għan fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti jew f’att tal-Kummissjoni; jew
(a) għal wieħed jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, li l-manifattur iqiegħed fis-suq, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti għal dak l-għan fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti; jew
Emenda 336 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1– punt b
(b) il-prodott, kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata, li l-manifattur iqiegħed fis-suq ikun sistema magħmula minn oġġetti, li l-manifattur debitament jimmonta skont struzzjonijiet preċiżi, inklużi kriterji tal-kompatibbiltà fil-każ ta’ oġġetti individwali, mogħtija mill-fornitur ta’ tali sistema jew ta’ komponent tiegħu, li jkun diġà ttestja dik is-sistema jew dak l-oġġett għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tagħhom f’konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati u meta l-manifattur ikun ivverifika b’mod partikolari li l-kriterji preċiżi ta’ kompatibbiltà tal-fornitur huma ssodisfati, il-manifattur ikun intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrespondi għar-riżultati kollha tat-test, jew għal parti minnhom, għas-sistema jew għall-oġġett ipprovdut lilu.
(b) il-prodott, kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew b’valutazzjoni teknika Ewropea, li l-manifattur iqiegħed fis-suq ikun sistema magħmula minn oġġetti, li l-manifattur debitament jimmonta skont istruzzjonijiet preċiżi, inklużi kriterji tal-kompatibbiltà fil-każ ta’ oġġetti individwali, mogħtija mill-fornitur ta’ tali sistema jew mill-fornitur ta’ komponent tiegħu, li jkun diġà ttestja dik is-sistema jew dak l-oġġett għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tagħhom f’konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti jew mal-valutazzjoni teknika Ewropea. Meta dawn il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati u meta l-manifattur ikun ivverifika b’mod partikolari li l-kriterji preċiżi ta’ kompatibbiltà tal-fornitur huma ssodisfati, il-manifattur ikun intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrespondi għar-riżultati kollha tat-test, jew għal parti minnhom, għas-sistema jew għall-oġġett ipprovdut lilhom; jew
Emenda 337 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-prodott għall-bini, kopert minn standard armonizzat, li l-manifattur iqiegħed fis-suq jikkorrispondi mat-tip ta’ prodott ieħor għall-bini, immanifatturat minn manifattur ieħor u li huwa diġà ttestjat f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti. Meta dawk il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-manifattur ikollu d-dritt li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha ta’ dan il-prodott l-ieħor jew għal parti minnhom. Il-manifattur jista’ juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-manifattur, li jibqa’ responsabbli għall-akkuratezza, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta’ dawk ir-riżultati tat-testijiet.
Emenda 338 Proposta għal regolament Artikolu 66
Artikolu 66
imħassar
Prodotti mhux f’serje magħmula skont l-ordni
1. B’rabta mal-prodotti koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata u li huma manifatturati individwalment jew magħmula skont l-ordni fi proċess mhux f’serje b’reazzjoni għal ordni speċifika, u li huma installati f’xogħol ta’ kostruzzjoni identifikat wieħed mill-manifatturi li huma responsabbli wkoll għall-inkorporazzjoni sikura ta’ dawk il-prodotti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, il-parti tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema applikabbli, kif stabbilit fl-Anness V, tista’ tiġi sostitwita mill-manifattur b’Dokumentazzjoni Teknika Speċifika li turi l-konformità ta’ dak il-prodott mar-rekwiżiti applikabbli u li tipprovdi data ekwivalenti għal dik meħtieġa minn dan ir-Regolament u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli. Tingħata ekwivalenza meta d-data kollha meħtieġa u r-rekwiżiti applikabbli għax-xogħol ta’ kostruzzjoni partikolari u ż-żarmar futur tiegħu, inklużi l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti installati tiegħu, jiġu pprovduti jew issodisfati abbażi ta’ metodi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.
2. Korp notifikat jew korp VT għandu, minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Anness V, jivvaluta u jiċċertifika t-twettiq korrett tal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 339 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Korp/i nnotifikat/i: (minn hawn ’il quddiem: korp notifikat li jirrikonoxxi) jista’ joqgħod lura mill-valutazzjoni u l-verifika ta’ ċertu oġġett li għandu jiġi vvalutat jew ivverifikat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u jirrikonoxxi l-valutazzjoni u l-verifika mwettqa minn korp notifikat ieħor għall-istess operatur ekonomiku fejn:
Korp/i nnotifikat/i: (minn hawn ’il quddiem: korp notifikat li jirrikonoxxi) jista’ joqgħod lura mill-valutazzjoni u l-verifika ta’ ċertu oġġett li għandu jiġi vvalutat jew ivverifikat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u jirrikonoxxi l-valutazzjoni u l-verifika mwettqa minn korp notifikat ieħor għall-istess operatur ekonomiku fejn japplika dan kollu li ġej:
Emenda 340 Proposta għal regolament Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) ikun hemm ftehim fis-seħħ bejn iż-żewġ korpi notifikati li jobbligahom jikkondividu l-informazzjoni kollha rigward il-valutazzjoni u l-verifika u ċ-ċertifikati u r-rapporti rispettivi tagħhom;
imħassar
Emenda 341 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema li tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tikkondividi l-ilmenti jew ir-rapporti relatati ma’ nuqqasijiet ta’ konformità possibbli ma’ dan ir-Regolament.
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-operaturi ekonomiċi skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament 2019/1020, il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tistabbilixxi sistema li tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tikkondividi l-ilmenti jew ir-rapporti relatati ma’ nuqqasijiet ta’ konformità possibbli ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 342 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 2
2. Meta l-Kummissjoni tqis ilment jew rapport bħala rilevanti u sostanzjat, hija għandha tassenjah lil awtorità tas-sorveljanza tas-suq sabiex din tkun tista’ ssegwi mal-persuna fiżika jew ġuridika rilevanti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
2. Meta l-Kummissjoni tqis ilment jew rapport bħala rilevanti u sostanzjat abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar, hija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tassenjah lil awtorità tas-sorveljanza tas-suq sabiex din tkun tista’ ssegwi mal-persuna fiżika jew ġuridika rilevanti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji u l-iskeda ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 88(1).
2b. Fir-rigward tal-prodotti għall-bini li jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika interessata għandu jkollha l-possibbiltà li tinforma lill-Kummissjoni permezz ta’ taqsima separata tal-Portal Safety Gate. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq l-informazzjoni li tirċievi u, wara verifika tal-akkuratezza tagħha, meta jkun xieraq, tibgħat tali informazzjoni lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru rilevanti mingħajr dewmien żejjed biex tiżgura li dawk l-ilmenti jiġu segwiti b’mod xieraq.
Emenda 345 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jaħtru, minn fost l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-“awtorità nazzjonali kompetenti” li hija l-punt fokali għall-kuntatti ma’ Stati Membri oħrajn.
2. L-Istati Membri għandhom jaħtru, minn fost l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-“awtorità nazzjonali kompetenti” li hija l-punt uniku ta’ kuntatt għal komunikazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn.
2a. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandu jkollhom is-setgħat kollha elenkati fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn is-setgħat għandhom jiġu estiżi għall-operaturi ekonomiċi kollha koperti minn dan ir-Regolament.
2b. Għall-fini tas-sorveljanza tas-suq, l-investigazzjoni u l-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu mingħand awtoritajiet jew korpi pubbliċi oħra informazzjoni rilevanti fil-pussess tagħhom.
Emenda 348 Proposta għal regolament Artikolu 70 – titolu
Proċedura biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet ta’ konformità
Proċedura biex jiġi ttrattat nuqqas ta’ konformità
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollha raġuni suffiċjenti biex temmen li ċerti prodotti koperti minn standard tal-prodotti għall-bini jew li għalihom tkun inħarġet valutazzjoni teknika Ewropea, jew il-manifattur tagħhom, ma jkunux konformi, hija għandha twettaq evalwazzjoni b’rabta mal-prodotti u mal-manifattur ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rispettivi stipulati minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollha raġuni suffiċjenti biex temmen li ċerti prodotti koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew li għalihom tkun inħarġet valutazzjoni teknika Ewropea, jew il-manifattur tagħhom, ma jkunux konformi, hija għandha twettaq evalwazzjoni b’rabta mal-prodotti u mal-manifattur ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rispettivi stipulati minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li l-prodotti jew il-manifattur tagħhom ma jkunux konformi mar-rekwiżiti u l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, hija għandha, mingħajr dewmien, titlob lill-operaturi ekonomiċi rilevanti jieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa u proporzjonati kollha biex iġibu l-prodotti jew il-manifattur innifsu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti u l-obbligi jew biex jirtiraw il-prodotti mis-suq, jew isejħulhom lura, dan kollu f’perjodu raġonevoli u b’mod proporzjonat man-natura u l-grad tan-nuqqas ta’ konformità. L-azzjoni korrettiva meħtieġa li għandha tittieħed mill-operaturi ekonomiċi tista’ tinkludi l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li l-prodotti jew il-manifattur tagħhom ma jkunux konformi mar-rekwiżiti u l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, hija għandha, mingħajr dewmien, titlob lill-operaturi ekonomiċi rilevanti jieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa u proporzjonati kollha biex iġibu l-prodotti jew il-manifattur tagħhom konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti u l-obbligi jew biex jirtiraw il-prodotti mis-suq, jew isejħulhom lura, dan kollu f’perjodu raġonevoli u b’mod proporzjonat man-natura u l-grad tan-nuqqas ta’ konformità. L-azzjoni korrettiva meħtieġa li għandha tittieħed mill-operaturi ekonomiċi tista’ tinkludi l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 351 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 7
7. Fejn, fi żmien xahrejn mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru b’rabta mal-prodott ikkonċernat, dik il-miżura għandha titqies bħala waħda ġustifikata.
7. Fejn, fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru b’rabta mal-prodott ikkonċernat, dik il-miżura għandha titqies bħala waħda ġustifikata.
Fejn, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 70(4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezzta’att ta’ implimentazzjoni adottat, jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le.
Fejn, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 70(4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta attita’implimentazzjoni, fi żmien erba’ xhur min-notifika riċevuta skont l-Artikolu 70(4), fejn tistabbilixxi d-deċiżjoni tagħha jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le.
Emenda 353 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 2
2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodott mhux konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma hijiex ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodott mhux konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma hijiex ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
3a. Fejn il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott għall-bini jkun attribwit għal nuqqasijiet fid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 70(5), il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tinforma l-organizzazzjoni tal-korpi VT dwar in-nuqqas u, jekk meħtieġ, titlob ir-reviżjoni tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni kkonċernat.
Emenda 355 Proposta għal regolament Artikolu 73
Artikolu 73
imħassar
Kontrolli minimi u riżorsi umani minimi
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-għadd minimu ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ kull Stat Membru fuq prodotti speċifiċi koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’tali miżuri sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli jitwettqu fuq skala adegwata biex jiġi ssalvagwardjat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament. L-atti delegati jistgħu, fejn rilevanti, jispeċifikaw in-natura tal-kontrolli meħtieġa u l-metodi li għandhom jintużaw.
2. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-riżorsi umani minimi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 356 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 2– subparagrafu 1 – punt d
(d) telabora linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ rekwiżiti u obbligi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3) u (4) u fl-Artikolu 5(2) u (3) u fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(4), inklużi prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq.
(d) telabora linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ rekwiżiti u obbligi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont dan ir-Regolament, inklużi prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq, bħan-numru u t-tipi ta’ kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
Emenda 357 Proposta għal regolament Artikolu 74 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) telabora linji gwida għall-operaturi ekonomiċi dwar l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 358 Proposta għal regolament Artikolu 75 – paragrafu 1
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mingħand l-operaturi ekonomiċi li jkollhom fil-pussess tagħhom prodott mhux konformi jew mingħand il-manifattur il-kostijiet tal-ispezzjoni tad-dokumenti u tal-ittestjar fiżiku tal-prodott.
Meta prodott jinstab li ma jkunx konformi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mingħand l-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli l-prodott fis-suq il-kostijiet tal-ispezzjoni tad-dokumenti u tal-ittestjar fiżiku tal-prodott, b’ġustifikazzjoni tal-kostijiet.
Emenda 359 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 8
8. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jużaw l-intelliġenza artifiċjali biex jidentifikaw prattiki diverġenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.
8. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jużaw sistemi tal-intelliġenza artifiċjali biex jidentifikaw prattiki diverġenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.
Emenda 360 Proposta għal regolament Artikolu 78
Artikolu 78
imħassar
Bażi tad-data jew sistema tal-UE dwar il-prodotti għall-bini
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 87, billi tistabbilixxi bażi tad-data jew sistema tal-Unjoni dwar il-prodotti għall-bini li tibni, sa fejn ikun possibbli, fuq il-Passaport Diġitali tal-Prodotti stabbilit bir-Regolament (UE) ... [Ir-Regolament dwar l-ekodisinn għal prodotti sostenibbli].
2. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni kollha maħżuna f’dik il-bażi tad-data jew fis-sistema li tirrigwardjahom speċifikament. Huma jistgħu jitolbu li tiġi kkoreġuta l-informazzjoni skorretta.
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti aċċess għal din il-bażi tad-data jew is-sistema lil ċerti awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li japplikaw dan ir-Regolament b’mod volontarju jew li għandhom sistemi regolatorji għall-prodotti għall-bini simili għal dan ir-Regolament, diment li dawn il-pajjiżi:
(a) jiżguraw il-kunfidenzjalità,
(b) ikunu sħab ta’ mekkaniżmu għal trasferimenti legali ta’ data personali konformi mar-Regolament (UE) 2016/67948,
(c) jimpenjaw ruħhom li jinvolvu ruħhom b’mod attiv billi jinnotifikaw fatti li jistgħu jwasslu għall-ħtieġa ta’ azzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u
(d) jimpenjaw ruħhom li jinvolvu ruħhom kontra operaturi ekonomiċi li jiksru dan ir-Regolament mit-territorju tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 88(1).
__________________
48 Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88).
Emenda 361 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi permezz ta’ punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini. L-Istati Membri għandhom jaħtru u jżommu mill-inqas punt ta’ kuntatt wieħed għall-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom u għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt tagħhom għall-prodotti għall-bini jkollhom setgħat suffiċjenti u riżorsi adegwati għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom u, bi kwalunkwe rata, mill-inqas ekwivalenza full-time waħda għal kull Stat Membru u ekwivalenza full-time waħda addizzjonali għal kull għaxar miljuni ta’ abitanti. Huma għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jipprovdu s-servizzi tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/172449 u li jikkoordinaw mal-punti ta’ kuntatt għar-rikonoxximent reċiproku stabbiliti mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/51550.
1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi permezz ta’ punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini. L-Istati Membri għandhom jaħtru u jżommu mill-inqas punt ta’ kuntatt wieħed għall-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom u għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt tagħhom għall-prodotti għall-bini jkollhom setgħat suffiċjenti u riżorsi adegwati għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jipprovdu s-servizzi tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/172449 u li jikkoordinaw mal-punti ta’ kuntatt għar-rikonoxximent reċiproku stabbiliti mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/51550.
__________________
__________________
49 Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1-38).
49 Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
50 Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1-18).
50 Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).
Emenda 362 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 3
3. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom iwieġbu fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu kwalunkwe talba skont il-paragrafu 3.
3. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom iwieġbu jew jipprovdu informazzjoni mingħajr ħlas fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu kwalunkwe talba skont il-paragrafu 3.
Emenda 363 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 4
4. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini ma għandhom jitolbu l-ebda ħlas għall-għoti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 3.
imħassar
Emenda 364 Proposta għal regolament Kapitolu IXa (ġdid)
Kapitolu IXa
Passaport diġitali tal-prodotti għall-bini u reġistru tal-passaporti tal-prodotti
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi passaport diġitali tal-prodotti għall-bini f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Il-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandu jkun kompatibbli u interoperabbli mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbilit mir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-ekodisinn għal prodotti sostenibbli], mingħajr ma tiġi kompromessa l-interoperabbiltà mal-Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini (BIM) billi jitqiesu l-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-prodotti għall-bini.
2. Il-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandu jikkonsisti minn:
(a) id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew id-dikjarazzjoni kkombinata tal-prestazzjoni u tal-konformità;
(b) l-informazzjoni tal-prodott stabbilita fl-Anness I, Parti D; u
(c) id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikoli 64(1), 65(1), 66(1) u l-Anness II, punt 11(b).
3. Il-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandu jkun aċċessibbli b’mezz elettroniku permezz ta’ mezz ta’ data.
4. Il-mezzi ta’ data li ġejjin jew mezzi simili jistgħu jintużaw biex jinkiseb aċċess għall-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini:
(a) kodiċi QR;
(b) barcode;
(c) Ċippa RFID;
(d) permalink.
5. Il-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas għall-operaturi ekonomiċi, il-klijenti, l-utenti u l-awtoritajiet kollha permezz tal-mezz ta’ data. Jistgħu jiġu pprovduti livelli differenti ta’ aċċess filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, informazzjoni kummerċjali sensittiva jew li tiġi żgurata s-sikurezza tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
6. Il-passaporti diġitali tal-prodotti għall-bini għandhom ikunu aċċessibbli fuq is-sit web jew il-bażi tad-data tal-manifattur jew fuq pjattaforma online magħżula mill-manifattur tal-prodotti rispettivi għal 10 snin wara t-tqegħid tal-aħħar prodott fis-suq. Wara dan il-perjodu ta’ żmien, l-informazzjoni jew għandha tkompli tibqa’ aċċessibbli mill-manifattur jew għandha tiġi ttrasferita lir-reġistru ċentralizzat tal-Kummissjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 81d.
7. Il-manifattur għandu, tal-anqas kull sentejn, jivverifika l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini.
8. Ladarba prodott għall-bini jitqiegħed fis-suq, l-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini konness miegħu tista’ tiġi mmodifikata biss biex jiġu kkorreġuti żbalji klerikali. Kwalunkwe modifika għandha tkun disponibbli bl-użu tal-istess mezz tad-data u għandha tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-verżjoni l-ġdida u r-raġunijiet għall-aġġornament.
Artikolu 81b
Rekwiżiti ġenerali għall-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini
1. Il-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data wieħed jew aktar mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott;
(b) il-mezz ta’ data għandu jitwaħħal mal-prodott jew fuq tikketta mwaħħla miegħu b’mod li tkun tidher sewwa, tista’ tinqara u ma titħassarx. Meta n-natura tal-prodott ma tippermettix jew ma tiggarantixxix dan, il-mezz ta’ data għandu jiġi indikat fuq l-imballaġġ jew fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament;
(c) il-mezz ta’ data għandu jikkonforma mal-istandard (“ISO/IEC”) 15459:2015;
(d) l-informazzjoni kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli u għandha tkun strutturata , tista’ tinqara u titfittex mill-magni, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 81c. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 81a(2)(c) għandha tkun eżentata minn dan l-obbligu meta tkun iġġustifikata għal raġunijiet tekniċi;
(e) l-informazzjoni inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandha tirreferi għall-prodott li jikkorrispondi għall-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 biex temenda l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku billi tissostitwixxi l-istandard imsemmi f’dak il-punt jew billi żżid standards Ewropej jew internazzjonali oħrajn li l-mezz ta’ data u l-identifikaturi uniċi għandhom jikkonformaw magħhom għall-finijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi l-oħra b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data biex jippermetti lill-operaturi ekonomiċi l-oħra jagħmlu aċċessibbli għall-klijenti meta ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu jipprovdi dik il-kopja diġitali mingħajr ħlas u fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mit-talba tal-operatur ekonomiku l-ieħor.
Artikolu 81c
Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini
Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
(a) il-passaporti tal-prodotti għall-bini għandhom ikunu kompletament interoperabbli ma’ passaporti diġitali tal-prodotti għall-bini oħra fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;
(b) id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodott għall-bini għandhom jaħżnuha l-manifatturi responsabbli għall-ħolqien tagħha jew l-operaturi awtorizzati biex jaġixxu f’isimhom;
(c) jekk id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini tinħażen jew tiġi pproċessata b’mod ieħor minn operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isimhom, dawk l-operaturi ma għandhomx jitħallew ibigħu, jerġgħu jużaw jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti tal-ħżin jew tal-ipproċessar;
(d) il-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandu jibqa’ disponibbli għal 10 snin mid-data tal-aħħar tqegħid fis-suq tal-prodott għall-bini rispettiv, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li jkun ħoloq il-passaport tal-prodott; wara dan il-perjodu ta’ żmien, l-informazzjoni jew għandha tibqa’ tkun aċċessibbli mill-manifattur jew għandha tiġi ttrasferita lir-reġistru ċentralizzat tal-Kummissjoni;
(e) għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;
(f) il-passaporti diġitali tal-prodotti għall-bini għandhom jiġu disinjati u mħaddma b’mod li jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u privatezza u li jevita l-frodi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 biex temenda r-rekwiżiti essenzjali speċifikati f’dan l-Artikolu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 81d
Reġistru ta’ passaporti tal-prodotti għall-bini
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru li jaħżen l-informazzjoni inkluża fil-passaporti tal-prodotti għall-bini b’atti delegati adottati skont l-Artikolu 87.
Ir-reġistru msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi tal-anqas:
(a) lista tal-mezzi ta’data u l-identifikaturi uniċi tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 81b(1), il-punt (a);
(b) l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 81a(2), kif trasferita mill-manifattur.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni maħżuna fir-reġistru msemmi fl-ewwel subparagrafu tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, inklużi r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 87 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-informazzjoni li, apparti li tkun inkluża fil-passaporti tal-prodotti, għandha tinħażen fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
(a) il-ħtieġa li tkun tista’ ssir il-verifika tal-awtentiċità tal-passaporti tal-prodotti;
(b) ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq u tal-kontrolli doganali fir-rigward tal-prodotti għall-bini;
(c) il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi.
3. Fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha li tistabbilixxi u timmaniġġja r-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 u l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali li tista’ tirriżulta minn dik l-attività, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
4. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu jtella’, fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 365 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt e
(e) kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji, bl-għan li jittejbu s-sikurezza tal-prodotti jew il-ħarsien tal-ambjent;
(e) kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji, bl-għan li jittejbu s-sikurezza tal-prodotti jew il-ħarsien tal-ambjent jew tal-konsumaturi;
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li twettaq skont l-ewwel subparagrafu.
Emenda 367 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b’informazzjoni magħżula mill-bażi tad-data tal-prodotti jew mis-sistema msemmija fl-Artikolu 78, għas-sistema msemmija fl-Artikolu 77 u għall-informazzjoni skambjata fost l-awtoritajiet skont dan ir-Regolament u tirċievi informazzjoni rilevanti dwar il-prodotti u dwar il-miżuri preventivi, restrittivi u korrettivi meħuda minn dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi tali informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, fejn rilevanti.
2. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tipprovdi lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b’informazzjoni magħżula mis-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini msemmija fl-Artikolu 77 u għall-informazzjoni skambjata fost l-awtoritajiet skont dan ir-Regolament u tirċievi informazzjoni rilevanti dwar il-prodotti u dwar il-miżuri preventivi, restrittivi u korrettivi meħuda minn dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi tali informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, fejn rilevanti.
Emenda 368 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 5
5. Meta l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi jippermettu l-appoġġ reċiproku f’termini ta’ infurzar, l-Istati Membri jistgħu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jużaw is-setgħat stabbiliti fil-Kapitolu VIII ukoll għal azzjoni kontra operaturi ekonomiċi li jaġixxu b’mod illegali f’pajjiżi terzi jew fir-rigward tagħhom, sakemm il-pajjiżi terzi jirrispettaw il-valuri fundamentali msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, inkluż l-istat tad-dritt. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil pajjiżi terzi, permezz tal-Kummissjoni, biex jinfurzaw il-miżuri adottati skont il-Kapitolu VIII. Ma għandha sseħħ l-ebda kooperazzjoni skont dan il-Paragrafu fejn ma jkun hemm l-ebda reċiproċità de facto jew meta l-Kummissjoni tqajjem tħassib ieħor, jiġifieri fir-rigward tal-kondizzjonijiet legali stabbiliti f’dan l-Artikolu jew il-kunfidenzjalità tad-data.
Meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal kategorija ta’ prodotti koperta minn att delegat li jistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(4) jew “tikkettar tad-dawl tat-traffiku” f’konformità mal-Artikolu 22(5), dawk l-inċentivi għandhom jimmiraw lejn l-ogħla żewġ klassijiet popolati / kodiċijiet tal-kuluri, jew lejn klassijiet ogħla / kodiċijiet tal-kuluri aħjar.
Meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal kategorija ta’ prodotti koperta minn klassijiet ta’ prestazzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4 jew tikketta f’konformità mal-Artikolu 22(5), dawk l-inċentivi għandhom jimmiraw lejn l-ogħla żewġ klassijiet.
Meta att delegat jiddefinixxi l-klassijiet tal-prestazzjoni b’rabta ma’ aktar minn parametru ta’ sostenibbiltà wieħed, għandu jiġi indikat fih b’rabta ma’ liema parametru jenħtieġ li jiġi implimentat dan l-Artikolu.
Meta l-klassijiet tal-prestazzjoni jiġu definiti b’rabta ma’ aktar minn parametru ta’ sostenibbiltà wieħed, għandu jiġi indikat fih b’rabta ma’ liema parametru għandu jiġi implimentat dan l-Artikolu.
Emenda 371 Proposta għal regolament Artikolu 83 – paragrafu 2
2. Meta ma jiġi adottat l-ebda att delegat skont l-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni tista’ tispeċifika fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4(3) liema livelli ta’ prestazzjoni relatati mal-parametri tal-prodott għandhom jikkonċernaw l-inċentivi tal-Istati Membri.
imħassar
Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(a) l-affordabbiltà relattiva tal-prodotti skont il-livell ta’ prestazzjoni tagħhom;
(b) il-ħtieġa li tiġi żgurata domanda suffiċjenti għal prodotti aktar sostenibbli mil-lat ambjentali.
2a. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll inċentivi għall-promozzjoni ta’ prodotti għall-bini sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li mhumiex koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament b’atti delegati skont l-Artikolu 87 billi tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà applikabbli għall-kuntratti pubbliċi, inklużi l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dawk ir-rekwiżiti mill-Istati Membri.
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ sostenibbiltà li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għal kuntratti pubbliċi li huma speċifikament offruti bħala kuntratti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku, inkluż l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dawk ir-rekwiżiti mill-Istati Membri. L-ewwel att delegat għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu assistenza teknika u finanzjarja lill-awtoritajiet kontraenti nazzjonali biex itejbu l-ħiliet u jħarrġu mill-ġdid lill-persunal inkarigat mill-akkwist pubbliku ekoloġiku.
Emenda 374 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 2
2. Ir-rekwiżiti adottati skont il-paragrafu 1 għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/25/UE, jew mill-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jistgħu jieħdu l-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji, kriterji tal-għażla, kriterji għall-għoti, klawżoli dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, jew miri, kif xieraq.
2. Ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti skont il-paragrafu 1 għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew mill-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jistgħu jieħdu l-forma ta’ livelli ta’ prestazzjoni jew speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji, jew kif xieraq, kriterji tal-għażla, kriterji għall-għoti jew klawżoli dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u r-restrizzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet lokali żgħar u tal-SMEs.
Emenda 375 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti skont il-paragrafu1 għall-kuntratti pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
3. Meta tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà skont il-paragrafu 1 għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-paragrafi 13 u 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tikkonsulta esperti ddeżinjati minn kull Stat Membru u partijiet ikkonċernati rilevanti, twettaq valutazzjoni tal-impatt u tqis tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
Emenda 376 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)
(aa) il-benefiċċji ambjentali li jirriżultaw mill-użu ta’ prodotti fl-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni;
Emenda 377 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt c
(c) il-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti jew għall-entitajiet kontraenti biex jixtru prodotti aktar sostenibbli mil-lat ambjentali, mingħajr ma jinvolvu kostijiet sproporzjonati.
(c) il-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti jew għall-entitajiet kontraenti biex jixtru prodotti aktar sostenibbli mil-lat ambjentali, mingħajr ma jinvolvu kostijiet sproporzjonati u filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta’ dawk il-prodotti fis-suq;
Emenda 378 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) il-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri u l-kondizzjonijiet klimatiċi differenti;
Emenda 379 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)
3a. Ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti skont il-paragrafu 1 għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jistabbilixxu rekwiżiti aktar ambizzjużi.
Emenda 381 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-Ekotikketta tal-UE u skemi oħra nazzjonali jew reġjonali tal-ekotikkettar EN ISO 14024 tat-tip I rikonoxxuti uffiċjalment f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) 66/2010 bħala kriterji tal-għażla, speċifikazzjonijiet tekniċi jew rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-kuntratt, f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2014/24/UE.
Emenda 382 Proposta għal regolament Artikolu 88 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-Prodotti għall-Bini. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (proċedura konsultattiva).
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi ggwidata mill-Kumitat dwar il-Prodotti għall-Bini. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (proċedura konsultattiva).
Id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 19(7), mill-Artikolu 21(3), mill-Artikoli 64 sa 66 u mill-Anness V tista’ tiġi pprovduta fuq karta jew f’format elettroniku użat b’mod komuni u b’mod li jippermetti tniżżil permezz ta’ links mhux modifikabbli (permalinks).
Id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 19(7), mill-Artikolu 21(3), mill-Artikoli 64 sa 66 u mill-Anness V tista’ tiġi pprovduta fuq karta jew f’format elettroniku użat b’mod komuni u b’mod li jippermetti tniżżil permezz ta’ links mhux modifikabbli (permalinks jew minn mezzi ta’ data oħra).
L-obbligi kollha ta’ informazzjoni stabbiliti mill-Artikolu 7(3), (4) u (6), mill-Artikolu 19(1), (3), (5) u (6), mill-Artikolu 20(2) u (3), mill-Artikolu 21(6) sa (9), mill-punti (f) u (i) tal-Artikolu 22(2), mill-Artikolu 23(5), mill-Artikolu 24(6), mill-Artikolu 25(2), mill-Artikolu 26(4), mill-Artikolu 27(2), mill-Artikoli 28 sa 39, mill-Artikolu 41(3), mill-Artikolu 44(3), (4), (6) u (7), mill-Artikolu 45(3), mill-Artikolu 46(2), mill-Artikolu 47, mill-Artikolu 49(5), mill-Artikolu 50(11), mill-Artikolu 53(1), mill-Artikolu 58(1), mill-Artikolu 59(2), mill-Artikolu 61, mill-Artikolu 70(1), (2), (4) u (6), mill-Artikolu 71(2), mill-Artikolu 72(1), (3) u (5), mill-Artikolu 76, mill-Artikolu 77, mill-Artikolu 78(3), mill-Artikolu 79(2), mill-Artikolu 79(3), mill-Artikolu 80(2), mill-Artikolu 82(1) sa (3), (6) u (7) u mill-Artikolu 91 jistgħu jiġu ssodisfati b’mezzi elettroniċi. Madankollu, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Parti D tal-Anness I u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li jispeċifikawha għandhom jiġu pprovduti fuq karta għall-prodotti mhux ittikkettati “mhux għall-konsumaturi” jew “għall-użu professjonali biss”. Barra minn hekk, il-konsumaturi jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha tiġi pprovduta fuq karta.
L-obbligi kollha ta’ informazzjoni stabbiliti mill-Artikolu 7(3) u (4), mill-Artikolu 19(1), (3), (5) u (6), mill-Artikolu 21(6) sa (9), mill-Artikolu 22(2), il-punti (f) u (i), mill-Artikolu 23(5), mill-Artikolu 24(6), mill-Artikolu 25(2), mill-Artikolu 27(2), mill-Artikolu 28, mill-Artikolu 29, mill-Artikolu 31, mill-Artikolu 32, mill-Artikoli 34 sa 39, mill-Artikolu 41(3), mill-Artikolu 44(3), (4), (6) u (7), mill-Artikolu 45(3), mill-Artikolu 46(2), mill-Artikolu 47, mill-Artikolu 49(5), mill-Artikolu 50(11), mill-Artikolu 53(1), mill-Artikolu 58(1), mill-Artikolu 59(2), mill-Artikolu 61, mill-Artikolu 70(1), (2), (4) u (6), mill-Artikolu 71(2), mill-Artikolu 72(1), (3) u (5), mill-Artikolu 76, mill-Artikolu 77, mill-Artikolu 79(2), mill-Artikolu 79(3), mill-Artikolu 80(2), mill-Artikolu 82(1) sa (3), (6) u (7) u mill-Artikolu 91 jistgħu jiġu ssodisfati b’mezzi elettroniċi.
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Anness I Parti C3, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra, għandha tiġi pprovduta f’format stampat mingħajr ħlas fi żmien xahar, jekk tintalab mill-konsumatur fil-ħin tax-xiri.
Emenda 385 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ data jew dokumentazzjoni teknika li jistgħu jwasslu għas-sejħa lura tal-prodott għall-bini jew tal-komponenti tiegħu jew għar-rifjut jew l-irtirar tad-dikjarazzjoni ta’ konformità;
Emenda 386 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ valutazzjoni u verifika li jkunu saru bil-ħsieb li jitfasslu d-dikjarazzjonijiet ta’ prestazzjoni u konformità;
Emenda 387 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
(fa) falsifikazzjoni tar-riżultati ta’ testijiet għal skopijiet ta’ konformità jew sorveljanza tas-suq;
Emenda 388 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt g
(g) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-PartiD tal-AnnessI u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati tkun nieqsa, mhux kompluta jew mhux korretta;
(g) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-AnnessI, il-PartiC3 u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati tkun nieqsa, mhux kompluta jew mhux korretta;
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt m
(m) is-servizzi tal-istampar 3D jiġu pprovduti bi ksur tal-Artikolu 28.
imħassar
Emenda 390 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament permezz ta’ att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 87 sabiex tistabbilixxi penali minimi proporzjonati, immirati lejn l-operaturi ekonomiċi, il-korpi VT u l-korpi notifikati kollha involuti direttament jew indirettament fil-ksur tal-obbligi ta’ dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 391 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 1
Mhux aktar kmieni minn tmien snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-ambjent mibni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Mhux aktar kmieni minn ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-ambjent mibni.L-evalwazzjoni għandha fost l-oħrajn tivvaluta l-korrelazzjoni tar-Regolament rivedut dwar il-Prodotti għall-Bini mar-Regolament (UE) ... (ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Emenda 392 Proposta għal regolament Artikolu 92 – paragrafu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jitħassar b’effett minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], bl-eċċezzjoni tal-Artikoli2 sa 9,11,27 u 28, li jitħassru b’effett minn [10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
L-Artikoli elenkati fl-ewwel subparagrafu se jkunu applikabbli biss għad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni u għall-istandards armonizzati msemmija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 u mhux irtirati wara.
Emenda 394 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. L-istandards li ġejjinjibqgħu validi skont dan ir-Regolament, bħall-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2):
3. L-istandards kollha li jkunu fis-seħħ fi [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] għandhom jibqgħu validi sakemm jiġu rtirati mill-Kummissjoni jew imħassra b’xi mod ieħor.
Emenda 395 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 3 – punt a
(a)
imħassar
Emenda 396 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 3– punt b
(b)
imħassar
Emenda 397 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 3 – punt c
(c) [għandhom jiddaħħlu matul in-negozjati tal-leġiżlaturi].
imħassar
Emenda 398 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 4
4. Id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni maħruġa qabel [sena (1) wara d-dħul fis-seħħ] jibqgħu validi sa [3 snin wara d-dħul fis-seħħ], sakemm ma jkunux skadew għal raġunijiet oħrajn. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi ta’ dawn jistgħu jsiru disponibbli ulterjorment fis-suq għal ħames snin oħra.
4. Id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni maħruġa sa [id-dħul fis-seħħ] jibqgħu validi sa [5 snin wara d-dħul fis-seħħ], sakemm ma jkunux skadew għal raġunijiet oħrajn. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi ta’ dawn jistgħu jsiru disponibbli ulterjorment fis-suq għal ħames snin oħra.
Emenda 399 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 5
5. Iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet tal-korpi notifikati u l-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa skont ir-Regolament (UE) 305/2011 jibqgħu validi għal ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti rispettiva adottata f’konformità mal-Artikolu 4(2), sakemm dawn id-dokumenti ma jkunux skadew għal raġunijiet oħrajn. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi ta’ dawn id-dokumenti jistgħu jsiru disponibbli ulterjorment fis-suq għal ħames snin oħra.
5. Iċ-ċertifikati tal-korpi notifikati u l-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa skont ir-Regolament (UE) 305/2011 jibqgħu validi għal ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti rispettiva adottata f’konformità mal-Artikolu 4(2), sakemm dawn id-dokumenti ma jkunux skadew għal raġunijiet oħrajn. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi ta’ dawn id-dokumenti jistgħu jsiru disponibbli ulterjorment fis-suq għal ħames snin oħra.
Emenda 400 Proposta għal regolament Artikolu 93a (ġdid)
Artikolu 93a
Pjan ta’ ħidma għall-prijoritajiet tat-tranżizzjoni u tal-istandardizzazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ], tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jkopri l-perjodu ta’ tliet snin li jkun imiss.
Il-Kummissjoni għandha tkun appoġġata minn grupp ta’ esperti magħmul minn esperti ddeżinjati mill-Istati Membri u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u minn organizzazzjonijiet rilevanti Ewropej tal-partijiet ikkonċernati li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (“il-Grupp ta’ Esperti fuq l-Acquis dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini”).
Ir-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha ġġedded u taġġorna l-pjan ta’ ħidma għall-perjodu ta’ tliet snin ta’ wara, sena qabel l-iskadenza tiegħu, sakemm dan ir-Regolament jibqa’ applikabbli.
Jekk il-Kummissjoni tqis li ma tistax tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-pjan ta’ ħidma, hija għandha temendah kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.
2. Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun fih lista ta’ familji jew kategoriji ta’ prodotti li huma meqjusa bħala prijoritarji għall-iżvilupp ta’ talbiet ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u l-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 4a u l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. Din il-lista għandha tiġi aġġornata kull sena wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti fuq l-Acquis tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini.
3. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lis-sostituzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri, kwistjonijiet dwar is-sikurezza relatati ma’ xogħlijiet tal-kostruzzjoni u prodotti għall-bini u l-għanijiet tal-UE dwar il-klima u l-ekonomija ċirkolari. Il-Kummissjoni għandha tuża metodoloġija trasparenti u bbilanċjata ppubblikata flimkien mal-pjan ta’ ħidma.
4. Wara l-istabbiliment tal-pjan ta’ ħidma, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-karatteristiċi essenzjali li jeħtieġu għall-familja jew il-kategorija ta’ prodotti għall-bini rilevanti, inklużi l-metodi ta’ valutazzjoni li japplikaw u kwalunkwe livell ta’ limitu jew klassi ta’ prestazzjoni li huma jqisu meħtieġa, kif ukoll rekwiżiti oħra tal-prodott.
Meta l-Istati Membri jikkomunikaw il-ħtiġijiet regolatorji tagħhom lill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tintegrahom fit-talba għall-istandardizzazzjoni fi żmien 12-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet meta tirrifjuta li tintegra dawk il-ħtiġijiet regolatorji.
5. Il-Kummissjoni għandha, darba fis-sena, tirrapporta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, inklużi t-talbiet għall-istandardizzazzjoni maħruġa u, meta xieraq, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni u r-raġunijiet tiegħu. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ standards proposti mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iż-żmien medju meħtieġ għall-valutazzjoni tal-istandards mill-Kummissjoni, u l-proporzjon bejn l-istandards aċċettati u rrifjutati mill-Kummissjoni.
Emenda 401 Proposta għal regolament Anness I – titolu
Rekwiżiti
Rekwiżiti għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u prodotti għall-bini
Emenda 402 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – titolu
Rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu koperti
Rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni
Emenda 403 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – paragrafu 1
Rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni
imħassar
Emenda 404 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 2
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-partijiet kollha tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u mwaqqgħin b’tali mod li t-tagħbijiet rilevanti kollha u kwalunkwe kombinament tagħhom jiġu sostnuti u trażmessi fl-art b’mod sikur u mingħajr ma jikkawżaw deflessjonijiet jew deformazzjonijiet ta’ xi parti mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jew moviment tal-art b’tali mod li titnaqqas id-durabbiltà, ir-reżistenza strutturali, is-servizzjar u r-robustezza tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-partijiet rilevanti tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u mwaqqgħin b’tali mod li t-tagħbijiet rilevanti kollha u kwalunkwe kombinament tagħhom jiġu sostnuti u trażmessi fl-art b’mod sikur u mingħajr ma jikkawżaw deflessjonijiet jew deformazzjonijiet ta’ xi parti mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jew moviment tal-art b’tali mod li titnaqqas id-durabbiltà, ir-reżistenza strutturali, il-kapaċità għas-servizz u r-robustezza tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
Emenda 405 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 2
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-partijiet kollha tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u mwaqqgħin b’tali mod li avveniment ta’ nirien jiġi evitat b’mod xieraq. F’każ ta’ nirien, in-nirien għandhom jiġu identifikati u għandu jiġi attivat allarm jew għandha tiġi attivata twissija mingħajr dewmien. In-nirien u d-duħħan għandhom jitrażżnu u jiġu kkontrollati, u l-okkupanti tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għandhom jiġu protetti kontra n-nirien u d-duħħan. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa sabiex jiġu żgurati l-ħrib u l-evakwazzjoni b’mod sikur mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għall-okkupanti kollha tagħhom.
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-partijiet rilevanti tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u mwaqqgħin b’tali mod li avveniment ta’ nirien jiġi evitat b’mod xieraq. F’każ ta’ nirien, in-nirien għandhom jiġu identifikati u għandu jiġi attivat allarm jew għandha tiġi attivata twissija mingħajr dewmien. In-nirien u d-duħħan għandhom jitrażżnu u jiġu kkontrollati, u l-okkupanti tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għandhom jiġu protetti kontra n-nirien u d-duħħan. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa sabiex jiġu żgurati l-ħrib u l-evakwazzjoni b’mod sikur mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għall-okkupanti kollha tagħhom.
Emenda 406 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2– parti introduttorja
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-partijiet kollha tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u mwaqqgħin b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, ma jippreżentawx theddida akuta jew kronika għas-saħħa u għas-sikurezza tal-ħaddiema, okkupanti jew ġirien b’riżultat ta’ xi punt minn dawn li ġejjin:
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-partijiet kollha tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u mwaqqgħin b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, ma jaffettwawx b’mod negattiv l-iġjene jew is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, tal-okkupanti jew tal-ġirien b’riżultat ta’ xi punt minn dawn li ġejjin:
Emenda 407 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi, ta’ komposti organiċi volatili jew ta’ partikoli perikolużi fl-arja ta’ ġewwa;
(a) l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi ta’ komposti organiċi volatili, ta’ rwejjaħ jew ta’ partikoli perikolużi fl-arja ta’ ġewwa;
Emenda 408 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) ir-rilaxx tal-mikroplastiċi;
Emenda 409 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb) sa fejn ikun possibbli, ir-rilaxx ta’ sustanzi ta’ tħassib fl-arja ta’ ġewwa jew fl-ilma;
Emenda 410 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.7 – paragrafu 1
L-emissjonijiet perikolużi fl-ambjent ta’ barra tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni
L-emissjonijiet fl-ambjent ta’ barra tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni
Emenda 411 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.7 – paragrafu 2 – punt a
(a) ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi jew radjazzjoni fl-ilma ta’ taħt l-art, fl-ilma baħar jew tal-wiċċ jew fil-ħamrija;
(a) ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, mikroplastiċi, jew radjazzjoni fl-arja, fl-ilma ta’ taħt l-art, fl-ilma baħar jew tal-wiċċ jew fil-ħamrija;
Emenda 412 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.7 – paragrafu 2 – punt d
(d) ir-rilaxx ta’ emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-atmosfera.
(d) ir-rilaxx ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera.
Emenda 413 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.8 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-użu ta’ materja prima u ta’ materja sekondarja ta’ sostenibbiltà ambjentali għolja u b’hekk b’impronta ambjentali baxxa;
(a) il-massimizzazzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi ta’ prodotti sekondarji u ta’ materja sekondarja, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’bażi bijoloġika jew lokali miksuba b’mod sostenibbli kif ukoll materja prima b’sostenibbiltà ambjentali għolja u b’hekk b’impronta ambjentali baxxa;
Emenda 414 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.8 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-minimizzar tal-ammont globali ta’ materja prima użata;
(b) il-minimizzazzjoni tal-ammont globali ta’ materja prima użata u l-massimizzazzjoni tal-użu ta’ materja sekondarja meta applikabbli;
Emenda 415 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.8 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) il-minimizzazzjoni tal-volumi globali ta’ skart iġġenerat;
Emenda 416 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – punt 1.8 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) dekostruzzjoni faċli, użu ta’ materjali minn sorsi sostenibbli, użati u riċiklati.
Emenda 417 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 – titolu
Il-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu koperti
PARTI B: Il-karatteristiċi ambjentali essenzjali tal-prodotti għall-bini
Emenda 418 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikopru l-karatteristiċi essenzjali li ġejjin relatati mal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja:
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom ikopru l-karatteristiċi essenzjali li ġejjin relatati mal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja:
Emenda 419 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 – paragrafu 2 – punt a
Emenda 432 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 – paragrafu 3
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jindikaw li għall-karatteristika essenzjali tal-effetti tat-tibdil fil-klima skont il-punt(a), huwa obbligatorju għall-manifattur li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Artikoli 11(2) u 22(1).
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jindikaw li, għall-karatteristiċi essenzjali fl-ewwel subparagrafu skont il-punti(a) sa (j), huwa obbligatorju għall-manifattur li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Artikoli 11(2) u 22(1). Sa... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], għandu jkun obbligatorju għall-manifattur li jiddikjara l-karatteristiċi essenzjali skont il-punti (k) sa (p).
Emenda 433 Proposta għal regolament Anness I – Parti B – titolu
PARTI C: Rekwiżiti tal-prodotti
PARTI B: Rekwiżiti li jiżguraw il-funzjonament u l-prestazzjoni xierqa tal-prodotti
PARTI C1: Rekwiżiti li jiżguraw il-funzjonament u l-prestazzjoni xierqa tal-prodotti
Emenda 434 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – titolu
PartiC: Rekwiżiti inerenti tal-prodotti
PARTI C2: Rekwiżiti inerenti tal-prodotti
Emenda 435 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 2 – punt c
(c) fejn l-evitar tar-riskju ma jkunx possibbli, ir-riskji għandhom jitnaqqsu, jittaffew u jiġu indirizzati permezz ta’ twissijiet dwar il-prodott, l-imballaġġ tiegħu u fl-istruzzjonijiet għall-użu;
(c) fejn l-evitar tar-riskju ma jkunx possibbli, ir-riskji għandhom jitnaqqsu, jittaffew u jiġu indirizzati permezz ta’ twissijiet dwar il-prodott, l-imballaġġ tiegħu u fl-istruzzjonijiet għall-użu, fejn tali twissijiet ma jkunux diġà meħtieġa minn atti legali applikabbli oħra tal-Unjoni;
Emenda 436 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – paragrafu 2
L-ambjent huwa relatat mal-estrazzjoni u mal-manifattura tal-materjali, mal-manifattura tal-prodott, mal-manutenzjoni tiegħu, mal-potenzjal tiegħu li jibqa’ kemm jista’ jkun fit-tul f’ekonomija ċirkolari u l-fażi ta’ tmiem il-ħajja tiegħu.
L-ambjent huwa relatat mal-estrazzjoni u mal-manifattura tal-materjali, mal-manifattura tal-prodott, mat-trasport ta’ materjali u prodotti, mal-manutenzjoni tiegħu, mal-potenzjal tiegħu li jibqa’ kemm jista’ jkun fit-tul f’ekonomija ċirkolari u l-fażi ta’ tmiem il-ħajja tiegħu.
Emenda 437 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – parti introduttorja
2.1. Il-prodotti għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati, u ppakkjati b’tali mod li l-aspetti inerenti ambjentali tal-prodott li ġejjin jiġu indirizzati f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku:
2.1. Il-prodotti għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati, u ppakkjati b’tali mod li l-aspetti inerenti ambjentali tal-prodott li ġejjin jiġu indirizzati kull fejn ikun possibbli mingħajr telf ta’ sikurezza:
Emenda 438 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt a
(a) il-massimizzazzjoni tad-durabbiltà f’termini tal-ħajja medja mistennija, il-ħajja minima mistennija fl-agħar kundizzjonijiet iżda xorta waħda realistiċi, u f’termini tar-rekwiżiti minimi tal-ħajja;
(a) il-massimizzazzjoni tad-durabbiltà u l-affidabbiltà tal-prodott jew tal-komponenti tiegħu kif espress permezz tal-ħajja garantita ta’ prodott, l-indikazzjoni teknika tal-ħajja ta’ informazzjoni dwar l-użu reali tal-prodott, ir-reżistenza għall-istress jew il-mekkaniżmi ta’ tiqdim sabiex tiġi estiża l-ħajja tal-bini u l-fażi tal-użu tiegħu u f’termini tal-ħajja medja mistennija, il-ħajja minima mistennija fl-agħar kondizzjonijiet iżda xorta waħda realistiċi, u f’termini tar-rekwiżiti minimi tal-ħajja. L-emissjonijiet mill-estensjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu vvalutati u mqabbla mal-emissjonijiet ta’ twaqqigħ u rikostruzzjoni permezz ta’ awditi ta’ qabel it-twaqqigħ;
Emenda 439 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt c
(c) il-massimizzazzjoni tal-kontenut riċiklat kull fejn possibbli mingħajr telf ta’ sikurezza jew l-iskorriment tal-impatt ambjentali negattiv;
(c) il-massimizzazzjoni tal-kontenut użat mill-ġdid, riċiklat, rinnovabbli, u tal-prodotti sekondarji;;
Emenda 440 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt d
(d) l-għażla ta’ sustanzi sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
(d) l-għażla ta’ sustanzi sikuri, sostenibbli mid-disinn, u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
Emenda 441 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt f
(f) l-effiċjenza fir-riżorsi;
(f) il-materjali u l-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż il-massimizzazzjoni tal-użu ta’ materjali rinnovabbli;
Emenda 442 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt fa (ġdid)
(fa) modularità;
Emenda 443 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt i
(i) it-tiswija matul il-ħajja mistennija;
(i) il-faċilità ta’ tiswija matul il-ħajja mistennija;
Emenda 444 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt j
(j) il-possibbiltà ta’ manutenzjoni u ta’ rinnovazzjoni matul il-ħajja mistennija;
(j) il-faċilità ta’ manutenzjoni u ta’ rinnovazzjoni matul il-ħajja mistennija;
Emenda 445 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt 1a (ġdid)
(la) l-akkwist sostenibbli, kif muri mid-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta u ċ-ċertifikazzjoni tal-akkwist sostenibbli, meta rilevanti;
Emenda 446 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt 1b (ġdid)
(lb) il-minimizzazzjoni tal-proporzjon bejn il-prodott u l-imballaġġ;
Emenda 447 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt 1c (ġdid)
(lc) ir-rilaxx ta’ rwejjaħ jew sustanzi b’effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem fl-arja ta’ ġewwa;
Emenda 448 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt 1d (ġdid)
(ld) ir-rilaxx tal-mikroplastik;
Emenda 449 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt 1e (ġdid)
(le) ammonti ta’ skart iġġenerat, b’mod partikolari skart perikoluż u skart mingħajr trattament ta’ riċiklaġġ identifikat;
Emenda 450 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.1 – punt 1f (ġdid)
(lf) in-nuqqas ta’ skart li b’xi mod ieħor jista’ jerġa’ jintuża jew jiġi riċiklat sar-rimi finali, inkluż l-inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija, jew mirdum.
Emenda 451 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jispeċifikaw kif xieraq dawn ir-rekwiżiti inerenti ambjentali tal-prodott, li jistgħu jkunu relatati ma’, iżda essenzjalment ikunu indipendenti mill-fażi tal-installazzjoni tal-prodott f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
L-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 5(2) għandhom jispeċifikaw, kif xieraq, dawn ir-rekwiżiti inerenti ambjentali tal-prodott għal familji jew kategoriji ta’ prodotti, li jistgħu jkunu relatati mal-fażi tal-installazzjoni tal-prodott f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, iżda essenzjalment ikunu indipendenti minnha.
Emenda 452 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2– parti introduttorja
Meta jiġu speċifikati r-rekwiżiti inerenti ambjentali tal-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom tal-anqas ikopru l-elementi li ġejjin:
Meta jiġu speċifikati r-rekwiżiti inerenti ambjentali tal-prodott, l-atti delegati għandhom tal-anqas ikopru l-elementi li ġejjin:
Emenda 453 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2 – punt a
(a) jekk ikun possibbli, jiddefinixxu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-indirizzar tal-aspetti ambjentali fir-rigward tal-kategorija rispettiva tal-prodott, inkluż il-kontenut minimu riċiklat;
(a) jiddefinixxu l-aspetti ambjentali fir-rigward tal-kategorija rispettiva tal-prodott, li mill-anqas għandha tinkludi l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, l-effiċjenza tar-riżorsi, inkluż il-kontenut minimu riċiklat, u l-użu mill-ġdid;
Emenda 454 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2 – punt c
(c) meta dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, l-effetti u r-riskji negattivi għandhom jitnaqqsu, jittaffew u jiġu indirizzati permezz ta’ twissijiet dwar il-prodott, l-imballaġġ tiegħu u fl-istruzzjonijiet għall-użu.
(c) meta dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, l-effetti u r-riskji negattivi derivati minn kwalunkwe tip ta’ prestazzjoni tal-prodott għandhom jitnaqqsu, jittaffew u jiġu indirizzati permezz ta’ twissijiet dwar il-prodott, l-imballaġġ tiegħu u fl-istruzzjonijiet għall-użu.
Emenda 455 Proposta għal regolament Anness I – Parti C – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 3
Meta jiġu speċifikati r-rekwiżiti inerenti ambjentali tal-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn dawn f’konformità mal-klassijiet ta’prestazzjoni.
L-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 5(2) għandhom, meta applikabbli, jiddeterminaw il-livelli ta’ limitu obbligatorji u l-klassijiet ta’ prestazzjoni għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti inerenti ambjentali tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 456 Proposta għal regolament Anness I – Parti D – titolu
PARTI D: Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott
Parti C3: Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott
Emenda 457 Proposta għal regolament Anness I – Parti D – punt 1 – parti introduttorja
1. Il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja:
1. Il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja, meta xieraq:
Emenda 458 Proposta għal regolament Anness I – Parti D – punt 1 – punt 1.3 – parti introduttorja
1.3. Regoli dwar it-trasport, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, id-dekostruzzjoni u t-twaqqigħ:
1.3. Regoli dwar it-trasport, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, id-dekostruzzjoni, it-tneħħija mill-installazzjoni u t-twaqqigħ, meta applikabbli:
Emenda 459 Proposta għal regolament Anness I – Parti D – punt 1 – punt 1.3 – punt a – parti introduttorja
(a) Is-sikurezza matul it-trasport, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, id-dekostruzzjoni u t-twaqqigħ:
(a) Is-sikurezza matul it-trasport, l-installazzjoni, it-tneħħija mill-installazzjoni, il-manutenzjoni, id-dekostruzzjoni u t-twaqqigħ:
Emenda 460 Proposta għal regolament Anness I – Parti D – punt 1 – punt 1.3 – punt c – punt ii
(ii) it-tip u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet u tal-manutenzjoni meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza u, fejn xieraq, il-partijiet soġġetti għall-użu u l-kriterji għas-sostituzzjoni;
(ii) it-tip u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet u tal-manutenzjoni meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza u durabbiltà u, meta xieraq, il-partijiet soġġetti għall-użu u l-kriterji għas-sostituzzjoni;
Emenda 461 Proposta għal regolament Anness I – Parti D – punt 1 – punt 1.6 – paragrafu 1a (ġdid)
Fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott kif imkejla f’termini tar-rekwiżiti ambjentali inerenti tal-prodott tiegħu.
Emenda 462 Proposta għal regolament Anness II – punt 2 – punt a
(a) ir-reġistrazzjoni(jiet) tal-prodotti tal-manifattur fil-bażijiet ta’ data tal-UE, u l-post preċiż fihom fejn jista’ jinstab il-prodott, u s-sit web tal-preżentazzjoni tal-prodott tiegħu stess;
(a) ir-reġistrazzjoni(jiet) tal-prodotti tal-manifattur fil-bażijiet ta’ data tal-UE u s-sit web tal-preżentazzjoni tal-prodott tiegħu stess;
Emenda 463 Proposta għal regolament Anness II – punt 3 – punt h
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali;
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali, meta disponibbli;
Emenda 464 Proposta għal regolament Anness II – punt 4 – punt h
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali;
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali, meta disponibbli;
Emenda 465 Proposta għal regolament Anness II – punt 5 – punt h
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali.
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali, meta disponibbli.
Emenda 466 Proposta għal regolament Anness II – punt 6 – punt h
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali.
(h) id-dettalji ta’ kuntatt tal-media soċjali, meta disponibbli.
Emenda 467 Proposta għal regolament Anness II – punt 11 – punt a
(a) il-lista ta’ karatteristiċi essenzjali, kif determinata fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew fid-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għall-kategorija ta’ prodotti rispettiva li għaliha tiġi ddikjarata prestazzjoni.
(a) il-lista ta’ karatteristiċi essenzjali, kif determinata fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew fid-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għall-kategorija ta’ prodotti rispettiva li għaliha tiġi ddikjarata prestazzjoni. Meta ma tiġi ddikjarata l-ebda prestazzjoni għal karatteristika essenzjali waħda, isimha xorta jista’ jiġi elenkat u l-post fejn il-prestazzjoni tista’ tingħata jibqa’ vojt.
Emenda 468 Proposta għal regolament Anness III – titolu
Proċedura għall-adozzjoni ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
Proċedura li tikkonċerna Valutazzjoni Teknika Ewropea
Emenda 469 Proposta għal regolament Anness III – punt 1 – punt c
(c) Fin-nuqqas ta’ talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea, meta l-Kummissjoni tibda l-iżvilupp ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, hija għandha twassal lill-organizzazzjoni tat-TAB fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika sabiex isir applikabbli. Il-Kummissjoni tagħżel it-TAB sabiex jaġixxi bħala t-TAB responsabbli, wara li tikkonsulta l-organizzazzjoni tat-TAB.
(c) Fin-nuqqas ta’ talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea, meta l-Kummissjoni tibda l-iżvilupp ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, hija għandha twassal lill-organizzazzjoni tal-korpi VT fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika sabiex isir applikabbli. Il-korp VT responsabbli għall-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għandu jiġi nnominat mill-organizzazzjoni tal-korpi VT.
Emenda 470 Proposta għal regolament Anness III – punt 1 – punt ca (ġdid)
(ca) Fin-nuqqas ta’ talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea, l-organizzazzjoni tal-korpi VT tista’ tniedi l-iżvilupp ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. F’dan il-każ, hija għandha tagħti lill-grupp ta’ ħidma responsabbli għall-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li għandu jsir applikabbli. Il-korp VT responsabbli li jippresiedi l-grupp ta’ ħidma għall-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għandu jiġi nnominat mill-organizzazzjoni tal-korpi VT.
Emenda 471 Proposta għal regolament Anness III – punt 3
3. Programm ta’ ħidma
imħassar
Wara l-konklużjoni tal-kuntratt mal-manifattur jew mal-Grupp, l-organizzazzjoni tat-TAB għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-iskeda għall-eżekuzzjoni tiegħu u tindika l-programm ta’ valutazzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet (3) xhur mill-wasla tat-talba għall-Valutazzjoni Teknika Ewropea.
Emenda 472 Proposta għal regolament Anness III – punt 4
4. L-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
imħassar
L-organizzazzjoni tat-TAB għandha tiffinalizza abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni permezz tal-grupp ta’ ħidma kkoordinat mit-TAB responsabbli u għandha tikkomunika dan l-abbozz lill-partijiet ikkonċernati fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ġiet informata bil-programm ta’ ħidma f’każijiet previsti fil-punti 1(a) u 1(b) jew mid-data li fiha l-Kummissjoni kkomunikat lit-TAB responsabbli l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-programm ta’ ħidma fil-każ previst fil-punt 1(c).
Emenda 473 Proposta għal regolament Anness III – punt 5
5. Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni
imħassar
Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa, bħala osservatur, fil-partijiet kollha tal-eżekuzzjoni tal-programm ta’ ħidma. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzazzjoni tat-TAB sabiex fi kwalunkwe stadju tabbanduna jew timmodifika l-iżvilupp ta’ ċertu Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, inkluż l-amalgamazzjoni jew il-qsim tiegħu.
Emenda 474 Proposta għal regolament Anness III – punt 6
6. Konsultazzjonijiet mal-Istati Membri
imħassar
Fil-każ previst fil-punt 1(c), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni wara l-finalizzazzjoni tal-programm ta’ ħidma għalih. Meta jintalbu, l-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fejn xieraq fl-eżekuzzjoni tiegħu.
Emenda 475 Proposta għal regolament Anness III – punt 7
7. Estensjoni u dewmien
imħassar
Kwalunkwe dewmien fir-rigward tat-termini stabbiliti fil-punti 1 sa 4 f’dan l-Anness għandu jiġi rrapportat mill-grupp ta’ ħidma lill-organizzazzjoni tat-TAB u lill-Kummissjoni.
Jekk estensjoni tat-termini għall-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni tista’ tkun iġġustifikata, speċjalment min-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema applikabbli ta’ valutazzjoni u verifika għall-prodott jew mill-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu ġdid ta’ ttestjar, għandu jiġi stabbilit terminu estiż mill-Kummissjoni.
Emenda 476 Proposta għal regolament Anness III – punt 8
8. Emendi u adozzjoni tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
imħassar
8.1. Fil-każijiet previsti fil-punti 1.(a) u 1.(b), it-TAB responsabbli għandu jikkomunika l-abbozz tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni lill-manifattur jew lill-Grupp, rispettivament, li għandu jkollu 15-il jum tax-xogħol sabiex jirreaġixxi għalih. Wara dan, l-organizzazzjoni tat-TAB għandha:
(a) jekk applikabbli, tinforma lill-manifattur jew lill-Grupp, dwar kif ir-reazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ikkunsidrati;
(b) tadotta l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni;
(c) jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni.
8.2. Fil-każ previst fil-punt 1.(c), it-TAB responsabbli għandu:
(a) tadotta l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni;
(b) jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni.
Jekk fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla, il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tat-TAB l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-organizzazzjoni tat-TAB, wara li tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta, għandha temenda l-abbozz bix-xieraq u għandha tibgħat kopja tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni adottat fil-każijiet previsti fil-punti 1.(a) u 1.(b) lill-manifattur jew lill-Grupp, rispettivament, u fil-każijiet kollha lill-Kummissjoni.
Emenda 477 Proposta għal regolament Anness III – punt 9
9. Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni Finali li għandu jiġi ppubblikat
imħassar
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tadotta d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni finali u għandha tintbagħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni, flimkien ma’ traduzzjoni tat-titolu tiegħu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-organizzazzjoni tat-korpi VT għandha tippubblika d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.
Emenda 478 Proposta għal regolament Anness IIIa (ġdid)
Anness IIIa
Proċedura għall-adozzjoni ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
1. Programm ta’ ħidma
Fil-każijiet previsti mill-punti 1(a) u 1(b) tal-Anness III, wara ftehim mal-manifattur u mal-Grupp rispettivament, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-iskeda għall-eżekuzzjoni tiegħu u tindika l-programm ta’ valutazzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur minn meta tasal it-talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea minn korp VT, li għandu jibda l-proċedura kif stabbilit fl-Anness III, il-punti 1(a) u 1(b).
Fil-każijiet koperti fl-Anness III, il-punt 1(c), l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni bl-istess kontenut u fl-istess skadenza kif indikat għall-każijiet msemmija fis-subparagrafu preċedenti. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-korpi VT fi żmien 30 jum tax-xogħol l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-programm ta’ ħidma. Il-korp VT responsabbli jew l-organizzazzjoni tal-korpi VT, rispettivament, wara li jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, għandhom jemendaw il-programm ta’ ħidma kif xieraq.
Fil-każ previst fl-Anness III, il-punt 1(d), l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-iskeda għall-eżekuzzjoni tiegħu u tindika l-programm ta’ valutazzjoni.
2. L-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tiffinalizza abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni permezz tal-grupp ta’ ħidma kkoordinat mill-korp VT responsabbli u għandha tikkomunika tali abbozz lill-partijiet ikkonċernati fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ġiet informata bil-programm ta’ ħidma fil-każijiet previsti fl-Anness III, il-punti 1(a) u 1(b) jew mid-data li fiha l-Kummissjoni kkomunikat lill-korp VT responsabbli l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-programm ta’ ħidma fil-każ previst fl-Anness III, il-punt 1(c).
3. Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni
Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa, bħala osservatur, fil-partijiet kollha tal-eżekuzzjoni tal-programm ta’ ħidma. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzazzjoni tal-korpi VT sabiex fi kwalunkwe stadju timmodifika l-iżvilupp ta’ ċertu Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, inkluż l-amalgamazzjoni jew il-qsim tiegħu.
4. Konsultazzjonijiet mal-Istati Membri
Fil-każ previst fl-Anness III, il-punt 1(c), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni wara l-finalizzazzjoni tal-programm ta’ ħidma għalih. Meta jintalbu, l-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw meta xieraq fl-eżekuzzjoni tiegħu.
L-osservazzjonijiet mill-Istati Membri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u ttrattati minnha. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tiġi infurmata mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-programm ta’ ħidma, meħtieġa u maqbula mill-Kummissjoni, fil-perjodu ta’ żmien mogħti lill-Kummissjoni biex tikkummenta dwar il-programm ta’ ħidma qabel ma tibda l-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.
5. Estensjoni u dewmien
Kwalunkwe dewmien fir-rigward tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness III, il-punt 2 jew fil-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness għandu jiġi rrapportat mill-grupp ta’ ħidma lill-organizzazzjoni tal-korpi VT u lill-Kummissjoni.
Jekk estensjoni tat-termini għall-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni tista’ tkun iġġustifikata, speċjalment min-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema applikabbli ta’ valutazzjoni u verifika għall-prodott jew mill-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu ġdid ta’ ttestjar, għandu jiġi stabbilit terminu estiż mill-Kummissjoni.
6. Emendi u adozzjoni tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
6.1 Fil-każijiet previsti fl-Anness III, il-punti 1(a) u 1(b), il-korp VT responsabbli għandu jikkomunika l-abbozz tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni lill-manifattur jew lill-Grupp, rispettivament, li għandu jkollhom 15-il jum tax-xogħol sabiex jirreaġixxu għalih. Wara dan, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha:
(a) jekk applikabbli, tinforma lill-manifattur jew lill-Grupp, dwar kif ir-reazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ikkunsidrati;
(b) tadotta l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni; u
(c) tibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni.
6.2 Fil-każijiet previsti fl-Anness III, il-punti 1(c) u 1(d), il-korp VT responsabbli għandu:
(a) jadotta l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni; u
(b) jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni.
Jekk fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla, il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-korp VT l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-organizzazzjoni tal-korpi VT, wara li tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta, għandha temenda l-abbozz kif xieraq u għandha tibgħat kopja tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni adottat fil-każijiet previsti fil-punti 1(a) u 1(b) lill-manifattur jew lill-Grupp, rispettivament, u fil-każijiet kollha lill-Kummissjoni.
Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda kumment fi żmien xahrejn, id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għandu jkun meqjus li ġie aċċettat minnha.
7. Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni Finali li għandu jiġi ppubblikat
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tadotta d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni finali u għandha tintbagħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni, flimkien ma’ traduzzjoni tat-titolu tiegħu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni għandha ssir fi żmien 90 jum. L-organizzazzjoni tat-korpi VT għandha tippubblika d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.
Għall-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ emenda ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tissostitwixxi l-verżjoni msemmija qabel tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tipproponi perjodu ta’ koeżistenza lill-Kummissjoni. In-notifiki tal-korpi notifikati bbażati fuq id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni li qed issir referenza għalihom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma jiskadux iżda jibqgħu validi skont il-kondizzjonijiet tal-Artikoli 58 u 59.
Emenda 479 Proposta għal regolament Anness IV – tabella 1
Test propost mill-Kummissjoni
Tabella 1 – Oqsma tal-prodott
KODIĊI TAL-QASAM
QASAM TAL-PRODOTT
1
PRODOTTI TAL-KONKRIT MOGĦTIJA L-FORMA MINN QABEL NORMALI/ĦFIEF/LI JINQASMU WAĦEDHOM U MOGĦTIJA L-ARJA.
2
BIBIEN, TWIEQI, XATERS, GRADI U AĊĊESSORJI RELATATI MAL-BINI.
3
MEMBRANI, INKLUŻI DAWK APPLIKATI BĦALA LIKWIDU U KITS (GĦALL-KONTROLL TAL-ILMA U/JEW TAL-FWAR MILL-ILMA).
4
PRODOTTI TA’ IŻOLAMENT TERMALI.
KITS/SISTEMI KOMPOSTI TA’ IŻOLAMENT.
5
BERINGS STRUTTURALI.
PINS GĦAL ĠONOT STRUTTURALI.
6
ĊMIENI, TROMBI TAGĦHOM U PRODOTTI SPEĊIFIĊI.
7
PRODOTTI TAL-ĠIBS.
8
ĠEOTESSILI, ĠEOMEMBRANI, U PRODOTTI RELATATI.
9
KITTIJIET TA’ ĦITAN MINN BARRA/KISI/SISTEMI TA’ GLEJŻJAR SIĠILLANT STRUTTURALI.
10
TAGĦMIR FISS TAT-TIFI TAN-NAR (PRODOTTI TA’ TWISSIJA F’KAŻ TA’ TA’ NAR/RILEVAMENT TA’ NAR, TAT-TIFI TAN-NAR FISS, TA’ KONTROLL TAN-NAR U D-DĦAĦEN U TA’ TRAŻŻIN TA’ SPLUŻJONIJIET)
11
PRODOTTI TAL-INJAM STRUTTURALI/ELEMENTI U PRODOTTI ANĊILLARI.
12
PANNELLI U ELEMENTI BBAŻATI FUQ L-INJAM.
13
SIMENT, ĠIR TAL-BINI U BINDERS IDRAWLIĊI OĦRAJN.
14
AZZAR TAR-RINFURZAR U PRESTRESSING GĦALL-KONKOS (U PRODOTTI ANĊILLARI).
KITS TAL-POST TENSIONING.
15
BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI.
UNITAJIET TA’ BINI BIL-ĠEBEL, TIKĦIL U PRODOTTI ANĊILLARI.
16
PRODOTTI TAL-INĠINERIJA TAL-ILMA MORMI.
17
PAVIMENTAR.
18
PRODOTTI METALLIĊI STRUTTURALI U PRODOTTI ANĊILLARI.
19
KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA. KITS TA’ DIVIŻJONI INTERNA.
20
KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI.
KITS GĦAS-SOQFA.
21
PRODOTTI GĦALL-BINI TAT-TOROQ.
22
AGGREGATI.
23
ADEŻIVI TAL-KOSTRUZZJONI.
24
PRODOTTI RELATATI MAL-KONKRIT, TIKĦIL U MAL-GROUTING.
25
TAGĦMIR LI JSAĦĦAN L-AMBJENT.
26
PAJPIJIET-TANKIJIET U PRODOTTI ANĊILLARI LI MA HUMIEX F’KUNTATT MA’ ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM.
27
PRODOTTI TA’ ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ.
28
KEJBILS TAL-ELETTRIKU, TA’ KONTROLL U TA’ KOMUNIKAZZJONI.
29
SIĠILLANTI GĦALL-ĠONOT.
30
FISSANTI.
31
KITS TAL-BINI, UNITAJIET U ELEMENTI PREFABBRIKATI.
32
PRODOTTI TA’ TWAQQIF TA’ NIRIEN, SIĠILLANTI TAN-NIRIEN U PRODOTTI GĦALL-PROTEZZJONI KONTRA N-NIRIEN.
PRODOTTI LI JITTARDJAW IN-NIRIEN.
33
PRODOTTI TAL-KOSTRUZZJONI MHUX INKLUŻI FL-OQSMA TAL-PRODOTTI TA’ HAWN FUQ.
TAGĦMIR FISS TAT-TIFI TAN-NAR (PRODOTTI TA’ TWISSIJA F’KAŻ TA’ NAR/DETEZZJONI TAN-NAR, PRODOTTI TAT-TIFI TAN-NAR FISSI, PRODOTTI TA’ KONTROLL TAN-NAR U D-DĦAĦEN U TA’ TRAŻŻIN TA’ SPLUŻJONIJIET).
11
PRODOTTI TAL-INJAM STRUTTURALI/ELEMENTI U PRODOTTI ANĊILLARI.
12
PANNELLI U ELEMENTI BBAŻATI FUQ L-INJAM.
13
SIMENT, ĠIR TAL-BINI U LEGANTI IDRAWLIĊI OĦRAJN.
14
AZZAR TAR-RINFURZAR U PRESTRESSING GĦALL-KONKOS (U PRODOTTI ANĊILLARI).
KITS TAL-POST TENSIONING.
15
BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI.
UNITAJIET TA’ BINI BIL-ĠEBEL, TAJN U PRODOTTI ANĊILLARI.
16
PRODOTTI TAL-INĠINERIJA TAL-ILMA MORMI.
17
PAVIMENTAR.
18
PRODOTTI METALLIĊI STRUTTURALI U PRODOTTI ANĊILLARI.
19
KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA. KITS TA’ DIVIŻJONI INTERNA.
20
KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI.
KITS GĦAS-SOQFA.
21
PRODOTTI GĦALL-BINI TAT-TOROQ.
22
AGGREGATI.
23
ADEŻIVI TAL-KOSTRUZZJONI.
24
PRODOTTI RELATATI MAL-KONKRIT, MAT-TAJN U MAL-GROUT.
25
TAGĦMIR LI JSAĦĦAN L-AMBJENT.
26
PAJPIJIET-TANKIJIET U PRODOTTI ANĊILLARI LI MA HUMIEX F’KUNTATT MA’ ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM.
27
PRODOTTI TA’ ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ.
28
KEJBILS TAL-ELETTRIKU, TA’ KONTROLL U TA’ KOMUNIKAZZJONI.
29
SIĠILLANTI GĦALL-ĠONOT.
30
FISSANTI.
31
KITS TAL-BINI, UNITAJIET U ELEMENTI PREFABBRIKATI.
32
PRODOTTI TA’ TWAQQIF TA’ NIRIEN, SIĠILLANTI TAN-NIRIEN U PRODOTTI GĦALL-PROTEZZJONI KONTRA N-NIRIEN.
PRODOTTI RITARDANTI TAN-NAR.
32a
SLIELEM IMDENDLIN
33
PRODOTTI GĦALL-BINI MHUX INKLUŻI FL-OQSMA TAL-PRODOTTI TA’ HAWN FUQ.
Emenda 480 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 1
Il-manifattur għandu jiddetermina b’mod korrett it-tip ta’ prodott skont l-Artikolu 3(31), u l-kategorija tal-prodott korrispondenti abbażi tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli. Meta korp notifikat ikun involut fil-valutazzjoni u fil-verifika, il-korp notifikat għandu jivverifika dawn id-determinazzjonijiet, inkluża l-verifika li l-ebda oġġett identiku ma jiġi ddikjarat li huwa ta’ tip differenti.
Il-manifattur għandu jiddetermina b’mod korrett it-tip ta’ prodott skont l-Artikolu 3(31), u l-kategorija tal-prodott korrispondenti abbażi tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli. Meta korp notifikat ikun involut fil-valutazzjoni u fil-verifika, il-korp notifikat għandu jivverifika dawn id-determinazzjonijiet.
Emenda 481 Proposta għal regolament Anness V – punt 1 – punt b – parti introduttorja
(b) Il-korp notifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta’ prestazzjoni u ta’ konformità abbażi ta’:
(b) Il-korp notifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta’kostanza ta’ prestazzjoni u ta’ konformità abbażi ta’:
Emenda 482 Proposta għal regolament Anness V – punt 1 – punt b – punt ii
(ii) valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott abbażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunar tal-oġġett(i) li għandu/għandhom jittieħed/jittieħdu bħala rappreżentattiv(i) tat-tip), il-kalkolu tat-tip jew il-valuri tabulati u, f’dawn il-każijiet kollha, ir-rieżami tad-dokumentazzjoni tal-prodott;
(ii) valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott abbażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunar tal-oġġett(i) li għandu/għandhom jittieħed/jittieħdu bħala rappreżentattiv(i) tat-tip), il-kalkolu tat-tip jew il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott u, f’dawn il-każijiet kollha, ir-rieżami tad-dokumentazzjoni tal-prodott;
Emenda 483 Proposta għal regolament Anness V – punt 1 – punt c
(c) Il-korp notifikat għandu jipprovdi sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika. F’din l-okkażjoni, huwa għandu jwettaq kontroll ta’ 50 punt aleatorju li jaqgħu taħt il-paragrafi (a) (ii) sa (iv) u għandu jirtira ċ-ċertifikat f’każ li jsib aktar minn 2 nuqqasijiet ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità partikolarment gravi, fost dawn il-50 punt u l-verifiki l-oħrajn li jridu jsiru f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
(c) Il-korp notifikat għandu jipprovdi sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.
Emenda 484 Proposta għal regolament Anness V – punt 2 – punt b – parti introduttorja
(b) Il-korp notifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta’ prestazzjoni u ta’ konformità abbażi ta’:
(b) Il-korp notifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta’ kostanza ta’ prestazzjoni u ta’ konformità abbażi ta’:
Emenda 485 Proposta għal regolament Anness V – punt 2 – punt c
(c) Il-korp notifikat għandu jipprovdi sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika. F’din l-okkażjoni, huwa għandu jwettaq kontroll ta’ 40 punt aleatorju li jaqgħu taħt l-entrati (a) (ii) sa (iv) u għandu jirtira r-rapport jew iċ-ċertifikat f’każ li jsib aktar minn 2 nuqqasijiet ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità partikolarment gravi wieħed, fost dawn l-40 punt u l-verifiki l-oħrajn li għandhom isiru f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
(c) Il-korp notifikat għandu jipprovdi sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.
Emenda 486 Proposta għal regolament Anness V – punt 3 – punt c
(c) Il-korp notifikat għandu jipprovdi sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika. F’din l-okkażjoni, huwa għandu jwettaq kontroll ta’ 30 punt aleatorju li jaqgħu taħt il-paragrafi (a) (iii) sa (v) u għandu jirtira ċ-ċertifikat f’każ li jsib aktar minn 2 nuqqasijiet ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità partikolarment gravi, fost dawn it-30 punt u l-verifiki l-oħrajn li għandhom isiru f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
(c) Il-korp notifikat għandu jipprovdi sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.
Emenda 487 Proposta għal regolament Anness V – punt 5 – punt a – punt i
(i) valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott abbażi tal-ittestjar (inkluż il-kampjunar tal-oġġett(i) li għandu/għandhom jittieħed/jittieħdu bħala rappreżentattiv(i) tat-tip), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva ta’ dak il-prodott;
imħassar
Emenda 488 Proposta għal regolament Anness V – punt 5 – punt b – punt i
(i) konferma tad-determinazzjoni korretta tat-tip ta’ prodott u tal-kategorija tal-prodott u konferma tal-valutazzjoni korretta tal-prestazzjoni tal-prodott abbażi tal-ittestjar tat-tip (abbażi tal-kampjunar imwettaq mill-manifattur), il-kalkolu tat-tip jew il-valuri tabulati u, f’dawn il-każijiet kollha, ir-rieżami tad-dokumentazzjoni tal-prodott;
Emenda 489 Proposta għal regolament Anness V – punt 5 – punt b – punt ii
(ii) it-twettiq ta’ kontroll ta’ 20 punt aleatorju li jaqgħu taħt il-paragrafi (a) (iii) u (iv) u r-rifjut tal-ħruġ ta’ ċertifikat f’każ li jsib aktar minn 2 nuqqasijiet ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità partikolarment gravi, fost dawn l-20 punt u l-verifiki l-oħrajn li għandhom isiru f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
(ii) konferma tad-determinazzjoni korretta tat-tipta’ prodott utal-kategorija tal-prodott;
Emenda 490 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt a – parti introduttorja
(a) L-ispezzjoni tal-impjant tal-manifattura għandha tkopri l-parti teknika kollha tal-impjant, tal-anqas fir-rigward tal-elementi li ġejjin, li għandhom jiżguraw proċess ta’ manifattura kontinwu u kkontrollat:
(a) Fil-każ tas-sistemi 1+, 1 u 2+, l-ispezzjoni tal-impjant tal-manifattura għandha tkopri l-parti teknika kollha tal-impjant, tal-anqas fir-rigward tal-element li ġej, li għandu jiżgura proċess ta’ manifattura kontinwu u ordnat:
Emenda 491 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt a – punt i
(i) il-kompetenza xierqa tal-persunal;
(i) il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li jispeċifika l-miżuri u l-frekwenzi previsti biex tiġi żgurata l-kostanza tal-prestazzjoni inklużi l-parametri kritiċi għall-prestazzjoni.
Emenda 492 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt a – punt ii
(ii) l-adegwatezza tat-tagħmir tekniku;
imħassar
Emenda 493 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt a – punt iii
(iii) l-adegwatezza tal-faċilitajiet u kundizzjonijiet oħrajn li jinfluwenzaw il-manifattura;
imħassar
Emenda 494 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt b
(b) Il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika għandu jkopri l-proċess mill-wasla tal-materja prima u l-komponenti sad-dispaċċ tal-prodott ladarba l-produzzjoni tkun bdiet (approċċ “minn bieb sa bieb”). Huwa għandu jivvaluta jekk dan il-proċess huwiex iddisinjat u ottimizzat fid-dawl tal-għan li l-prodotti jikkonformaw mat-tip ta’ prodott u għalhekk jilħqu l-prestazzjonijiet iddikjarati fid-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew taħtu.
(b) Il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika għandu jkopri l-proċess mill-wasla tal-materja prima u l-komponenti sad-dispaċċ tal-prodott ladarba l-produzzjoni tkun bdiet (approċċ “minn bieb sa bieb”) u jinkludi bħala minimu l-parametri kritiċi għall-prestazzjoni. Fil-każ tas-sistemi 1+, 1 u 2+, il-korp notifikat għandu jivvaluta jekk dan il-proċess huwiex iddisinjat u ottimizzat fid-dawl tal-għan li l-prodotti jikkonformaw mat-tip ta’ prodott u għalhekk jilħqu l-prestazzjonijiet iddikjarati fid-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew taħtu.
Emenda 495 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt d
(d) Il-verifika tal-entrati għandha, sa 50 %, tinkludi entrati fil-mira lix’aktarx ikun fihom nuqqasijiet u, għal50 % oħra, entrati fil-mira magħżula b’mod aleatorju.
(d) Fil-każ tas-sistema 3+,il-verifikagħandha tikkonsisti fil-verifika tal-kalkoli u d-data tal-input kollha. F’dak il-kuntest, il-korp notifikat għandu jivverifika jekk ir-regoli applikabbli dwar l-immudellar u l-kalkolu stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew il-metodoloġija applikabbli pprovduti mill-Kummissjoni humiex segwiti u jekk il-mudell tal-kalkolu u d-data tal-input jirriflettux il-proċess tal-produzzjoni. F’każ li tintuża għodda tal-IT ivverifikata jew waħda pprovduta mill-Kummissjoni, il-verifika tiffoka fuq l-użu korrett tal-għodda. Fejn tintuża data sekondarja, il-korp notifikat għandu jivverifika jekk jintużawx is-settijiet korretti tad-data, preskritti mir-regoli ta’ kalkolu applikabbli speċifiċi għall-prodott li jinsabu fl-ispeċifikazzjoni teknika jew fil-metodoloġija armonizzata applikabbli pprovduta mill-Kummissjoni. Meta tintuża data speċifika għall-kumpanija, l-affidabbiltà ta’ dik id-data għandha tiġi vverifikata. Għaldak il-għan, il-korp notifikat jista’ jwettaq awditu tal-impjant tal-manifattura, li d-data tirreferi għalih, u għandu jeżamina d-dokumentazzjoni biex jivverifika l-affidabbiltà tad-data.
Emenda 496 Proposta għal regolament Anness V – punt 7 – punt f
(f) Meta r-rati ta’ ħsara msemmija hawn fuq ikunu ġew imsaħħa jew meta jkun ġie identifikat żball gravi jew intenzjoni ta’ qerq, il-korp notifikat għandu jirrifjuta l-ħruġ ta’ ċertifikat għal mill-anqas sena jew għandu jirtira ċ-ċertifikat filwaqt li jippermetti l-ħruġ ta’ wieħed ġdid biss wara sena.
(f) Meta, fil-każ ta’ sistema 1+, 1 u 3, ikun hemm evidenza li l-manifattur ma jkunx wettaq il-kompitu tiegħu kif suppost jew il-prestazzjonijiet tal-prodott ma jikkonformawx mal-prestazzjonijiet iddikjarati, il-korp notifikat għandu jirrifjuta l-ħruġ ta’ ċertifikat għal mill-anqas sena jew għandu jirtira ċ-ċertifikat filwaqt li jippermetti l-ħruġ ta’ wieħed ġdid biss wara li n-nuqqasijiet ikunu ġew rimedjati.
Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0207/2023).
Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023: Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2022
132k
46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 – Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2022 (09682/2023 – C9-0208/2023 – 2023/0103(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottat b’mod definittiv fit-23 ta’ Novembru 2022(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021-2027(3) (“ir-Regolament dwar il-QFP”),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(5),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023, adottat mill-Kummissjoni fit-12 ta’ April 2023 (COM(2023)0250),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023, adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Ġunju 2023 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2023 (09682/2023 – C9-0208/2023),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE tal-2024 taż-żieda tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru(6),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0225/2023),
A. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 huwa mfassal biex idaħħal fil-baġit 2023 is-surplus mis-sena finanzjarja 2022, li jammonta għal EUR 2 519 miljun;
B. billi l-komponenti ewlenin ta’ dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta’ EUR 2 198,4 miljun, u sottoinfiq ta’ EUR 320,6 miljun;
C. billi mil-lat tad-dħul, is-surplus huwa prinċipalment dovut għal ammont ogħla milli mistenni ta’ dazji doganali (ftit aktar minn EUR 2 biljun); billi s-surplus fid-dħul amministrattiv ta’ EUR 170 miljun huwa attribwibbli l-aktar għal rata ta’ aġġornament tas-salarji ogħla milli kien oriġinarjament previst li żiedet il-livell ta’ kontribuzzjonijiet tat-taxxa u tal-imposti u tal-pensjonijiet; billi s-surplus fid-dħul finanzjarju, l-imgħax ta’ inadempjenza u l-multi jammonta għal EUR 141 miljun;
D. billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni ammontat għal EUR 247 miljun għall-2022 u EUR 75 miljun għar-riporti tal-2021; billi s-sottoimplimentazzjoni u l-kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mill-istituzzjonijiet l-oħra huma baxxi meta mqabbla mal-livell tas-snin preċedenti;
E. billi t-tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa tal-ING li jgawdu minnu l-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Awstrija jammonta għal ftit aktar minn EUR 5 biljun netti; billi l-marġnijiet fil-baġit tal-Unjoni huma stretti ħafna u l-flessibbiltà limitata fil-baġit x’aktarx li tiġi assorbita minn żieda fil-kostijiet relatati mar-ripagamenti tal-EURI;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa mfassal biex jibbaġitja s-surplus tal-2022, għal ammont ta’ EUR 2 519 miljun, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju;
2. Ifakkar li s-surplus inaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-baġit 2023; ifakkar ukoll fil-ħtiġijiet ta’ finanzjament għoljin biex jiġu indirizzati d-diversi sfidi ffaċċjati mill-Unjoni, bħall-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-tibdil fil-klima, u ż-żieda fil-kostijiet tas-self tal-EURI li jistgħu jillimitaw severament il-kapaċità tal-baġit tal-Unjoni li jiffinanzja l-prijoritajiet u l-politiki tal-Unjoni u li jwieġeb għall-ħtiġijiet emerġenti; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ mit-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq l-ING li jirriżultaw mis-surplus tal-2022 biex jiffinanzjaw azzjonijiet f’dawk l-oqsma jew jużawh bħala flessibbiltà addizzjonali, sabiex iwieġbu għat-talbiet ripetuti biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed flessibbiltà u marġnijiet fil-baġit tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għall-emerġenzi mingħajr ma jikkompromettu l-approprjazzjonijiet baġitarji diġà miftiehma;
3. Ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-multi u t-tariffi għandhom jintużaw bħala dħul addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni u m’għandhomx iwasslu għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING;
4. Jieħu nota tal-kalkolu tat-tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa tal-ING għal ċerti Stati Membri, li jammonta għal ftit aktar minn EUR 5 biljun netti; jenfasizza l-fatt li dawk ir-ribassi jiġu kkalkulati bl-użu tad-deflatur l-aktar reċenti tal-Prodott Domestiku Gross għall-Unjoni u mhux id-deflatur standard ta’ 2 %; jisħaq li r-rata għolja attwali ta’ inflazzjoni għalhekk iżżid id-daqs tar-ribassi waqt li fl-istess ħin tnaqqas il-valur f’termini reali tal-baġit tal-Unjoni, u b’hekk tkompli żżid id-diskrepanza fil-finanzjament li jiffaċċja l-baġit tal-Unjoni; ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li r-ribassi u mekkaniżmi ta’ korrezzjoni oħra għandhom jiġu aboliti;
5. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2023 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2023/001 BE/ LNSA (COM(2023)0210 – C9-0194/2023 – 2023/0152(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0210 – C9‑0194/2023),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013(1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(3) (“FII tas-16 ta’ Diċembru 2020”), u b’mod partikolari l-punt 8 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-proċedura ta’ trilogu prevista fil-punt 9 tal-FII tas-16 ta’ Diċembru 2020,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0228/2023),
A. billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;
B. billi l-Belġju ressaq l-applikazzjoni EGF/2023/001 BE/ LNSA għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 603 sensji(4) fis-settur ekonomiku kklassifikata taħt id-diviżjoni 52 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (Magazzinaġġ u attivitajiet ta’ sostenn għat-trasport) fil-provinċja ta’ Brabant Wallon, f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mit-23 ta’ Awwissu 2022 sat-23 ta’ Diċembru 2022;
C. billi l-applikazzjoni tirrigwarda 603 ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-kumpaniji Logistics Nivelles SA (“LNSA”) u SuperTransport SA/NV, fornitur ta’ Logistics Nivelles;
D. billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament tal-FEG, li jirrikjedi li jrid ikun hemm mill-inqas 200 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’impriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom;
E. billi l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna naqqsu l-kompetittività ekonomika u għandhom impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku fil-Belġju;
F. billi l-LNSA kienet tipprovdi servizzi loġistiċi fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel friski u xotti, inbejjed u spirti lil Carrefour; billi s-sensji rriżultaw mid-deċiżjoni tal-kumpanija omm ta’ LNSA Kuehne + Nagel li tagħlaq is-sussidjarja Belġjana tagħha, wara diffikultajiet finanzjarji tal-LNSA u telf sinifikanti tal-kumpanija fl-2020, li qabeż il-baġit totali għall-2020, kif ukoll fl-2021 fejn it-telf reġa’ kien akbar milli mistenni;
G. billi Kuehne + Nagel iddeċidiet li tibdel id-distribuzzjoni reġjonali tagħha f’distribuzzjoni nazzjonali u li tiddependi fuq is-sussidjarja tagħha Kontich NV biex tforni l-ħwienet ta’ Carrefour madwar il-Belġju; billi Kuehne + Nagel għandha wkoll faċilitajiet f’Kampenhout (loġistika tat-toroq); billi l-ebda ħaddiem ma ġie rilokat bejn iċ-ċentri loġistiċi ta’ Kuehne + Nagel;
H. billi l-LNSA, f’konformità mal-liġi Belġjana dwar is-sensji kollettivi, infurmat u kkonsultat lir-rappreżentanti tal-ħaddiema: billi din il-proċedura obbligatorja żgurat EUR 1 500 għal kull ħaddiem biex tkopri l-ispejjeż tat-taħriġ mill-ġdid;
I. billi kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti primarjament lejn miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
J. billi l-FEG m’għandux jaqbeż ammont massimu annwali ta’ EUR 186 miljun (bi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2020/2093;
1. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament tal-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 153 358 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-ispiża totali ta’ EUR 2 533 363, spiża li tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 484 363 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u riklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 49 000;
2. Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fis-17 ta’ Frar 2023, u li, wara li l-Belġju ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha tas-6 ta’ Ġunju 2023 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum;
3. Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda 603 ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-kumpaniji Logistics Nivelles SA (LNSA) u SuperTransport SA/NV, fornitur ta’ LNSA; jinnota wkoll li 542 mis-603 benefiċjarji eliġibbli ġew issensjati matul il-perjodu ta’ referenza, filwaqt li 61 ħaddiem ingħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza iżda l-ispostament tagħhom ġie kkawżat mill-istess avveniment li wassal għall-ispostament ta’ dawk tal-ewwel; jilqa’ l-fatt li l-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;
4. Jieħu nota li l-ispostamenti f’LNSA huma mistennija li jkollhom impatt partikolari fuq il-ħaddiema li għandhom aktar minn 50 sena u/jew b’ħiliet baxxi, peress li huwa aktar diffiċli li jiġu integrati mill-ġdid f’impjieg stabbli, speċjalment meta jitqies li r-rata tal-qgħad f’Brabant Wallon hija ta’ 8,4 %, 2,8 % ogħla mil-livell nazzjonali u aktar minn 30 % tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg fi Frar 2023 kellhom aktar minn 50 sena; jindika l-fatt li 86,3 % tal-ħaddiema ssensjati jgħixu fil-provinċja ta’ Hainaut, fejn l-għadd ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg żdied b’9,8 % sena wara sena; jenfasizza li 53,3 % tal-eks ħaddiema ta’ LNSA għandhom aktar minn 45 sena u l-profil ta’ impjieg tal-maġġoranza tal-ħaddiema ta’ LNSA kien ta’ handler;
5. Jinnota li l-ebda ħaddiem ma ġie rilokat bejn iċ-ċentri loġistiċi ta’ Kuehne + Nagel; jinnota li l-Loġistika Nivelles SA kkonformat mal-liġi Belġjana dwar is-sensji kollettivi, li tistabbilixxi proċedura obbligatorja għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema li tippermetti l-esplorazzjoni ta’ kwalunkwe possibbiltà li jiġi evitat jew jitnaqqas l-għadd ta’ sensji;
6. Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mill-Belġju b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali;
7. Ifakkar li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: servizzi ta’ informazzjoni, għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg, inkluża l-identifikazzjoni ta’ perspettivi ta’ impjiegi f’reġjuni jew fi Stati Membri oħra, gwida okkupazzjonali u assistenza għar-rikollokament, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, u appoġġ lejn il-ħolqien ta’ negozju u kontribuzzjoni għalih, kif ukoll inċentivi u benefiċċji;
8. Jilqa’ l-inklużjoni ta’ modulu dwar l-ekonomija ċirkolari u l-użu effiċjenti tar-riżorsi li ġie żviluppat għall-eks ħaddiema ta’ Swissport (EGF/2020/005 BE/Swissport), bħala parti mill-offerta standard ta’ taħriġ tas-Servizz Pubbliku Reġjonali tal-Impjiegi u t-Taħriġ Vokazzjonali (Forem), li se jiġi kofinanzjat mill-FSE+; itenni, f’dan il-kuntest, ir-rwol importanti li l-Unjoni għandu jkollha biex tipprovdi l-kwalifiki meħtieġa għat-trasformazzjoni ġusta f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jappoġġja bil-qawwa l-fatt li, matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, il-FEG se jkompli juri solidarjetà mal-persuni affettwati u jżomm l-enfasi fuq l-impatt tar-ristrutturar fuq il-ħaddiema; jitlob li l-applikazzjonijiet futuri jimmassimizzaw il-koerenza tal-politika;
9. Jinnota li anki t-trasformazzjoni diġitali u dik ekoloġika se jkollhom effett fuq is-suq tax-xogħol, speċjalment fis-settur tal-loġistika; jappella, għalhekk, għal attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni kwalifikata, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni tal-hekk imsejħa sistema doppja tal-edukazzjoni vokazzjonali, li wriet li hija effettiva fi Stati Membri oħra;
10. Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Awwissu 2022 u li għaldaqstant, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mill-1 ta’ Awwissu 2022 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
11. Jinnota li l-Belġju beda jġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex jimplimenta l-FEG fit-22 ta’ Settembru 2021 u li għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ riklamar, ta’ kontroll u ta’ rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-22 ta’ Settembru 2021 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;
12. Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux għajnuna minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu rrispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;
13. Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji, skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni; ifakkar li l-Istati Membri li japplikaw għal appoġġ finanzjarju mill-FEG jeħtiġilhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-sensji kollettivi jkunu ġew rispettati u li l-kumpanija kkonċernata tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha kif xieraq;
14. Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju (EGF/2023/001 BE/LNSA)
(It-test ta' dan l-anness mhuwiex riprodott hawnhekk peress li jaqbel mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2023/1558.)
Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.
Ftehim UE/Ċilì: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
124k
43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 b’rabta mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (6618/2023 – C9-0202/2023 – 2023/0036(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (6618/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (6619/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0202/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0222/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika taċ-Ċilì.
Ftehim UE/Ġappun: servizzi tal-ajru
119k
43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għas-servizzi tal-ajru (07028/2023 – C9-0119/2023 – 2022/0419(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07028/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (16232/2022),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0119/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9‑0221/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.
Oġġezzjoni għal att delega: Ir-regoli dettaljati tal-produzzjoni għallmelħ tal-baħar organiku u mlieħ organiċi oħra għall-ikel u l-għalf
124k
44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati tal-produzzjoni għall-melħ tal-baħar organiku u mlieħ organiċi oħra għall-ikel u l-għalf (C(2023)02781 - 2023/2676(DEA))
– wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2023)02781),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 30(7)(a) u l-Artikolu 54(6) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
A. billi r-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar il-produzzjoni ta’ ikel u għalf ipproċessati;
B. billi l-melħ użat għall-ikel u l-għalf u l-ilma tax-xorb huma esklużi minn dawk ir-rekwiżiti;
C. billi l-memorandum ta’ spjegazzjoni tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jirrikonoxxi li l-melħ mhuwiex prodott agrikolu;
D. billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-uniċi regoli ta’ produzzjoni applikabbli għal mineral;
E. billi l-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji moderni, iżda għall-produzzjoni tal-melħ tal-blat organiku ttikkettat, ir-restrizzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji moderni tal-minjieri huma aktar stretti mill-merti tal-impatt ambjentali tagħhom, u dan jagħmel il-produzzjoni tal-melħ organiku tal-mejda mill-melħ tal-blat mhux attraenti u jwassal għal disponibbiltà limitata ħafna ta’ melħ tal-blat organiku fis-suq;
F. billi ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ konverżjoni ta’ mill-inqas sitt xhur għall-melħ tal-blat, peress li l-kwalità tal-prodott finali ma tistax tittejjeb b’perjodu ta’ konverżjoni;
G. billi r-regoli ta’ produzzjoni għall-alka organika u għall-annimali organiċi tal-akkwakultura jirrikjedu li l-produzzjoni ssir f’postijiet li mhumiex soġġetti għall-kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi li l-użu tagħhom mhux awtorizzat għall-użu fil-produzzjoni organika, jew b’sustanzi niġġiesa li jipperikolaw in-natura organika tal-prodotti; billi filwaqt li l-għadajjar għall-alka u l-akkwakultura jistgħu jiġu mċaqalqa, is-siti tal-produzzjoni tal-melħ tal-baħar huma installati b’mod permanenti, u dan jagħmel l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli tal-produzzjoni mill-produtturi tal-melħ tal-baħar estremament diffiċli;
H. billi r-rekwiżiti previsti għall-produzzjoni tal-melħ tal-baħar organiku jistgħu jwasslu, b’mod partikolari minħabba l-prevalenza tal-mikroplastik fl-ilmijiet tal-baħar, għal disponibbiltà limitata ħafna ta’ melħ tal-baħar organiku fis-suq;
I. billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni jirrikjedi produzzjoni mingħajr kontaminazzjoni li tikkonċerna prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika għal kull tip ta’ produzzjoni tal-melħ, li mhijiex meħtieġa għal prodotti organiċi mill-biedja u li għalhekk tmur lil hinn b’mod ċar, u mhijiex konformi mar-Regolament (UE) Nru 2018/848;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u tinnotifikaha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (COM(2022)0156 – C9-0144/2022 – 2022/0104(COD))(1)
(1) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew55 huwa l-istrateġija tal-Ewropa li tiżgura, sal-2050, ekonomija newtrali għall-klima, nadifa u ċirkolari, l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi, it-tnaqqis tat-tniġġis filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa għal politiki trasformattivi fil-fond. L-Unjoni hija impenjata wkoll li ssegwi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli56 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha57. L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà58 ta’ Ottubru 2020 u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero59 adottati f’Mejju 2021 jindirizzaw speċifikament l-aspetti tat-tniġġis tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod parallel, l-Istrateġija Industrijali l-Ġdida għall-Ewropa60 tkompli tenfasizza r-rwol potenzjali tat-teknoloġiji trasformattivi. Politiki oħra partikolarment rilevanti għal din l-inizjattiva jinkludu l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”61, l-Istrateġija tal-Metan62 u l-wegħda ta’ Glasgow b’rabta mal-metan63, l-Istrateġija tal-Adattament għall-Klima64, l-Istrateġija tal-Bijodiversità65, l-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt66 u l-Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli67. Barra minn hekk, bħala parti mir-rispons tal-UE għall-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna tal-2022, ir-REPowerEU68 tipproponi Azzjoni Ewropea Konġunta biex tappoġġa d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, taċċellera t-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli u ttejjeb l-effiċjenza enerġetika.
(1) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew55 huwa l-istrateġija tal-Ewropa li tiżgura, sal-2050, ekonomija newtrali għall-klima, nadifa u ċirkolari, l-ottimizzazzjoni tal-użu (mill-ġdid) u l-ġestjoni tar-riżorsi, it-tnaqqis tat-tniġġis filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ politiki trasformattivi fil-fond, tranżizzjoni ġusta u l-ħtieġa li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. L-Unjoni hija impenjata wkoll għall-Ftehim ta’ Pariġi55a, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli56 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha57 u l-involviment tagħha fid-WHO. L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà58 ta’ Ottubru 2020 u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero59 adottati f’Mejju 2021 jindirizzaw speċifikament l-aspetti tat-tniġġis tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod parallel, l-Istrateġija Industrijali l-Ġdida għall-Ewropa60 tkompli tenfasizza r-rwol potenzjali tat-teknoloġiji trasformattivi. Politiki oħra partikolarment rilevanti għal din l-inizjattiva jinkludu l-liġi Ewropea dwar il-Klima60a,il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”61, l-Istrateġija tal-Metan62 u l-wegħda ta’ Glasgow b’rabta mal-metan63, l-Istrateġija tal-Adattament għall-Klima64, l-Istrateġija tal-Bijodiversità65, l-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt66, l-Istrateġija dwar il-Ħamrija66a u l-Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli67. Barra minn hekk, bħala parti mir-rispons tal-UE għall-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna tal-2022, ir-REPowerEU68 tipproponi Azzjoni Ewropea Konġunta biex tappoġġa d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, taċċellera t-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli u ttejjeb l-effiċjenza enerġetika.
_________________
_________________
55 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019)0640.
55 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019)0640.
55a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4)
58 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020)0667.
58 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020)0667.
59 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021)0400.
59 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021)0400.
60 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa COM(2020)0102.
60 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa COM(2020)0102.
60a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)
61 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”: nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi Triqitna lejn in-Newtralità Klimatika COM/2021/550 final.
61 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”: nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi Triqitna lejn in-Newtralità Klimatika COM/2021/550 final.
62 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan COM(2020)0663.
62 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan COM(2020)0663.
63 https://www.globalmethanepledge.org/
63 https://www.globalmethanepledge.org/
64 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima COM(2021)0082.
64 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima COM(2021)0082.
65 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna COM(2020)0380.
65 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna COM(2020)0380.
66 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent COM(2020)0381.
66 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent COM(2020)0381.
66a Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima; COM(2021)0699.
68 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli; COM(2022)0108.
68 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli; COM(2022)0108.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar reviżjoni tal-miżuri tal-Unjoni biex jiġi indirizzat it-tniġġis minn installazzjonijiet industrijali kbar, inkluż ir-rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni settorjali tal-leġiżlazzjoni u kif dan isir kompletament konsistenti mal-politiki dwar il-klima, l-enerġija u l-ekonomija ċirkolari. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt jitolbu wkoll li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fis-sors, inklużi sorsi li bħalissa mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Għalhekk, l-indirizzar tat-tniġġis minn ċerti attivitajiet agroindustrijali jeħtieġ l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
(2) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar reviżjoni tal-miżuri tal-Unjoni biex jiġi indirizzat it-tniġġis minn installazzjonijiet industrijali kbar, inkluż ir-rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni settorjali tal-leġiżlazzjoni u kif dan isir kompletament konsistenti mal-politiki dwar il-klima, l-enerġija, l-ilma, il-kwalità tal-arja u l-ekonomija ċirkolari filwaqt li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, u jiġu protetti l-annimali, minn riskji u impatti relatati mal-ambjent u filwaqt li jitqiesu l-interkonnessjonijiet bejn is-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-annimali. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt jitolbu wkoll li jitjiebu l-effiċjenza u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fis-sors, inklużi sorsi li bħalissa mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Għalhekk, l-indirizzar tat-tniġġis minn ċerti attivitajiet agroindustrijali filwaqt li jiġu promossi prattiki agrikoli sostenibbli li għandhom kobenefiċċji multipli għall-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jeħtieġ l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
_________________
_________________
69 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis); ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17-119.
69 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis); ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17-119.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) L-industrija estrattiva tal-Unjoni hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-istrateġija industrijali tal-UE, inkluż l-aġġornament tagħha. Il-materja prima hija ta’ importanza strateġika għat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, għall-enerġija, għall-materjali u għat-trasformazzjoni tal-ekonomija ċirkolari u għat-tisħiħ tar-reżiljenza ekonomika tal-UE. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-kapaċitajiet domestiċi sostenibbli jeħtieġ li jiġu żviluppati ulterjorment. Dan jeħtieġ miżuri effettivi, adattati u armonizzati biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti u li jintużaw l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, u b’hekk jiġu applikati proċessi li huma kemm l-aktar effiċjenti kif ukoll li għandhom l-inqas impatti possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-mekkaniżmi ta’ governanza tad-Direttiva 2010/75/UE li jassoċjaw mill-qrib l-esperti tal-industrija mal-iżvilupp ta’ rekwiżiti ambjentali konsenswali u mfassla apposta se jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli ta’ dawk l-attivitajiet fl-Unjoni. L-iżvilupp u d-disponibbiltà ta’ standards maqbula b’mod komuni se jwasslu għal kundizzjonijiet ekwi tal-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Għalhekk huwa xieraq li dawk l-attivitajiet jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE.
(3) L-industrija estrattiva tal-Unjoni hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-istrateġija industrijali tal-UE, inkluż l-aġġornament tagħha. Il-materja prima hija ta’ importanza strateġika għat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, għall-enerġija, għall-materjali u għat-trasformazzjoni tal-ekonomija ċirkolari u għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-awtonomija ekonomika tal-UE. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-kapaċitajiet u l-provvista domestiċi sostenibbli jeħtieġ li jiġu żviluppati aktar, speċjalment fid-dawl tad-domanda globali dejjem tikber, il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-provvista u t-tensjonijiet ġeopolitiċi. Dan jeħtieġ miżuri effettivi, adattati u armonizzati biss għal attivitajiet li jikkonċernaw ċerti minerali metalliferi u minerali industrijali speċifiċi li għandhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent u/jew il-konsum tal-ilma u l-enerġija bħall-ipproċessar kimiku, ikkonfermati minn valutazzjoni tal-impatt, biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti u li jintużaw l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, u b’hekk jiġu applikati proċessi li huma kemm l-aktar effiċjenti kif ukoll li għandhom l-inqas impatti possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ tali attivitajiet li jikkonċernaw ċerti minerali industrijali. Il-mekkaniżmi ta’ governanza tad-Direttiva 2010/75/UE li jassoċjaw mill-qrib l-esperti tal-industrija mal-iżvilupp ta’ rekwiżiti ambjentali konsenswali u mfassla apposta se jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli ta’ dawk l-attivitajiet fl-Unjoni. L-iżvilupp u d-disponibbiltà ta’ standards maqbula b’mod komuni se jwasslu għal kundizzjonijiet ekwi tal-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Għalhekk huwa xieraq li dawk l-attivitajiet jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kif ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, fil-każ ta’ skoperti kbar ġodda ta’ minerali fl-Unjoni li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida)
(3a) Problemi persistenti b’irwejjaħ (“tniġġis tax-xamm”) kif ukoll problemi bl-iskariku ta’ ilma industrijali mormi li jistgħu jiġu aggravati minn fluttwazzjonijiet staġjonali tal-kundizzjonijiet ambjentali, huma kwistjoni ta’ tħassib partikolari f’bosta oqsma fl-Unjoni u mhumiex indirizzati b’mod adegwat fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan l-att emendatorju jqis l-impatt tat-tniġġis tax-xamm u tal-iskariku tal-ilma industrijali fuq is-saħħa, il-kwalità tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Emenda 289 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) It-trobbija tal-majjali, tat-tjur u tal-bhejjem tal-ifrat tikkawża emissjonijiet sinifikanti ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja u fl-ilma. Sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa, inklużi l-ammonijaka, il-metan, in-nitrati u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u b’hekk tittejjeb il-kwalità tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija, huwa meħtieġ li jitnaqqas il-limitu li ’l fuq minnu l-installazzjonijiet tal-majjali u tat-tjur huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE u li tiġi inkluża wkoll it-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat f’dak il-kamp ta’ applikazzjoni. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-BAT iqisu n-natura, id-daqs, id-densità u l-kumplessità ta’ dawn l-installazzjonijiet, inkluż l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat ibbażati fuq il-mergħat, fejn l-annimali jkunu mrobbija biss skont l-istaġun f’installazzjonijiet fuq ġewwa, u l-firxa ta’ impatti ambjentali li jista’ jkollhom. Ir-rekwiżiti tal-proporzjonalità fil-BATs għandhom l-għan li jinċentivaw lill-bdiewa jimplimentaw it-tranżizzjoni neċessarja lejn prattiki agrikoli li dejjem aktar ekoloġiċi.
(4) It-trobbija tal-majjali, tat-tjur u tal-bhejjem tal-ifrat, filwaqt li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel, tikkawża emissjonijiet sinifikanti ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja u fl-ilma. Sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa, inklużi l-ammonijaka, il-metan, in-nitrati u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u b’hekk tittejjeb il-kwalità tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija, huwa meħtieġ li jitnaqqas il-limitu li ’l fuq minnu l-installazzjonijiet kbar tal-majjali u tat-tjur huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE u li tiġi inkluża wkoll it-trobbija fuq skala kbira tal-bhejjem tal-ifrat f’dak il-kamp ta’ applikazzjoni. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-BAT iqisu n-natura, id-daqs, id-densità u l-kumplessità ta’ dawn l-installazzjonijiet, inkluż l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat ibbażati fuq il-mergħat, fejn l-annimali jkunu mrobbija biss skont l-istaġun f’installazzjonijiet fuq ġewwa, u l-firxa ta’ impatti ambjentali li jista’ jkollhom. Jenħtieġ li l-BAT ma jinkludu l-ebda rakkomandazzjoni li twassal għal bidla minn sistemi bbażati fuq il-mergħat għal trobbija kompletament fuq ġewwa. Ir-rekwiżiti tal-proporzjonalità fil-BATs għandhom l-għan li jinċentivaw lill-bdiewa jimplimentaw it-tranżizzjoni neċessarja lejn prattiki agrikoli li dejjem aktar ekoloġiċi. Standards ambjentali għoljin kemm fl-attivitajiet industrijali kif ukoll fit-trobbija intensiva tal-annimali għandhom it-tendenza li jżidu l-valur tal-produzzjoni tal-prodotti, u b’hekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Għalhekk, sabiex jiġu promossi standards ambjentali ogħla madwar id-dinja, huwa essenzjali li tiġi introdotta reċiproċità mal-produtturi barra mill-Unjoni, u b’hekk tiġi inċentivata l-importazzjoni fis-suq intern ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ obbligi ambjentali simili, l-ewwel nett bil-produzzjoni agrikola skont l-Anness Ia kif previst f’din id-Direttiva u potenzjalment tali reċiproċità tiġi estiża għall-attivitajiet industrijali.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Sal-2040, fl-Unjoni x’aktarx li sseħħ żieda sinifikanti fl-għadd ta’ installazzjonijiet fuq skala kbira għall-produzzjoni ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi, li żżid is-sehem tal-Unjoni tal-produzzjoni globali tal-batteriji. Filwaqt li bosta mill-attivitajiet tal-katina tal-valur tal-batteriji huma diġà regolati mid-Direttiva 2010/75/UE u l-batteriji huma regolati bħala prodotti mir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* +., għadu meħtieġ li fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġu inklużi installazzjonijiet kbar li jimmanifatturaw il-batteriji, jiġi żgurat li dawn ikunu koperti wkoll mir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE u għalhekk jikkontribwixxu għal tkabbir aktar sostenibbli tal-manifattura tal-batteriji. L-inklużjoni ta’ installazzjonijiet kbar li jimmanifatturaw il-batteriji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE se ttejjeb b’mod olistiku s-sostenibbiltà tal-batteriji u se timminimizza l-impatt tagħhom fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
(5) Sal-2030, fl-Unjoni x’aktarx li sseħħ żieda sinifikanti fl-għadd ta’ installazzjonijiet fuq skala kbira għall-produzzjoni ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi, li żżid is-sehem tal-Unjoni tal-produzzjoni globali tal-batteriji. Filwaqt li bosta mill-attivitajiet tal-katina tal-valur tal-batteriji huma diġà regolati mid-Direttiva 2010/75/UE, attivitajiet oħra, bħall-assemblaġġ ta’ moduli tal-batteriji u pakki ta’ batteriji jaqgħu b’mod ċar barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-batteriji huma regolati bħala prodotti mir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* +. Madankollu, għadu meħtieġ li fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġu inklużi installazzjonijiet kbar li jimmanifatturaw il-batteriji, minbarra installazzjonijiet li jassemblaw esklużivament moduli ta’ batteriji u pakki ta’ batteriji, biex b’hekk jiġi żgurat li tali installazzjonijiet kbar ta’ manifattura jkunu koperti wkoll mir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE u għalhekk jikkontribwixxu għal tkabbir aktar sostenibbli tal-manifattura tal-batteriji. L-inklużjoni ta’ installazzjonijiet kbar li jimmanifatturaw il-batteriji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE se ttejjeb b’mod olistiku s-sostenibbiltà tal-batteriji u se timminimizza l-impatt tagħhom fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida)
(5a) L-idroġenu rinnovabbli se jkun essenzjali biex jissostitwixxi l-fjuwils fossili f’industriji u trasport li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati u li huma intensivi fl-enerġija, id-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija tal-Unjoni u t-tisħiħ tal-progress lejn in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Il-produzzjoni tal-idroġenu permezz tal-elettroliżi tal-ilma għandha impatt ambjentali ħafna aktar baxx mill-produzzjoni tiegħu f’impjanti tal-idroġenu konvenzjonali, u l-impronta tal-ilma hija kruċjali, u parametru speċifiku ħafna għall-post jiddependi mid-disponibbiltà, il-konsum, id-degradazzjoni u t-tniġġis tal-ilma lokali. Għalkemm jeħtieġ ilma ta’ kwalità għolja għall-produzzjoni tiegħu, l-idroġenu bħala trasportatur tal-enerġija joffri potenzjal kbir għall-awtosuffiċjenza għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Bil-għan li jkompli jissaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-permessi għall-installazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 2010/75/UE għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess għall-utenti rreġistrati. Sommarju uniformi tal-permessi jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll għall-pubbliku taħt l-istess kundizzjonijiet.
(6) Bil-għan li jkompli jissaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-permessi għall-installazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 2010/75/UE għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess għall-utenti rreġistrati filwaqt li jiġi żgurat li l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali tiġi salvagwardjata. Sommarju uniformi tal-permessi jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll għall-pubbliku taħt l-istess kundizzjonijiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida dwar il-pubblikazzjoni tal-permessi.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw ukoll miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità biex jippromwovu, jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità mal-obbligi mqiegħda fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont id-Direttiva 2010/75/UE. Bħala parti mill-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jissospendu l-operat ta’ installazzjoni fejn ksur kontinwu tal-kundizzjonijiet għal permess u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sejbiet tar-rapport ta’ spezzjoni joħolqu jew jirriskjaw li jikkawżaw periklu għas-saħħa tal-bniedem jew effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, sabiex jitwaqqaf dak il-periklu.
(8) L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw ukoll miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità biex jippromwovu, jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità mal-obbligi mqiegħda fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont id-Direttiva 2010/75/UE. Bħala parti mill-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità, sabiex jitwaqqaf dak il-periklu, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jissospendu l-operat ta’ installazzjoni fejn ksur kontinwu tal-kundizzjonijiet għal permess u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sejbiet tar-rapport ta’ spezzjoni joħolqu jew jirriskjaw li jikkawżaw periklu għas-saħħa tal-bniedem jew effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ diversi Stati Membri, pereżempju, permezz ta’ skariki tal-ilma mormi, u jaffettwaw ħażin is-servizzi tal-ekosistema, bħall-forniment tal-ilma tax-xorb.L-awtorità kompetenti jenħtieġ li ttejjeb il-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati u tinforma lill-operaturi tal-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi u lill-awtoritajiet kompetenti transfruntiera affettwati minn ksur.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) Sabiex titrawwem l-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE li qed iwettqu attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa xieraq li dawk l-installazzjonijiet jiġu sottomessi għar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fir-rigward tal-unitajiet ta’ kombustjoni jew ta’ unitajiet oħra li jarmu d-diossidu tal-karbonju fuq is-sit.
(9) Sabiex titrawwem l-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva2010/75/UE li qed iwettqu attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva2003/87/KE, huwa xieraq li jiġi applikat il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u li l-installazzjonijiet li jonqsu milli jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata, jew dawk li jonqsu milli jimplimentaw ir-riżultati ta’ awditu tal-enerġija ċċertifikat, jiġu sottomessi għar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fir-rigward tal-unitajiet ta’ kombustjoni jew ta’ unitajiet oħra li jarmu d-diossidu tal-karbonju fuq is-sit. Il-pjan REPowerEU jirrikonoxxi li l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jtejbu r-reżiljenza fil-każ ta’ tfixkil tal-importazzjonijiet tal-enerġija minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari fil-każ ta’ kunflitti ġeopolitiċi.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kkonkludiet li hemm bżonn li jissaħħu r-rabtiet bejn dik id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 1907/200671, biex jiġu indirizzati aħjar ir-riskji tal-użu tas-sustanzi kimiċi f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE. Sabiex jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-ħidma mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar is-sustanzi kimiċi u t-tħejjija tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT skont id-Direttiva 2010/75/UE, l-ECHA jenħtieġ li tingħata rwol formali fit-tali tħejjija tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT.
(10) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kkonkludiet li hemm bżonn li jissaħħu r-rabtiet bejn dik id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 1907/200671, biex jiġu indirizzati aħjar ir-riskji tal-użu tas-sustanzi kimiċi f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE. Sabiex jiġu żviluppati sinerġiji, b’mod partikolari dwar il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi, bejn il-ħidma mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar is-sustanzi kimiċi, u t-tħejjija tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT skont id-Direttiva 2010/75/UE, l-ECHA jenħtieġ li tingħata rwol formali fit-tali tħejjija tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT. Barra minn hekk, dan il-proċess jibbenefika mill-għarfien espert tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
_________________
_________________
71 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
71 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 11
(11) Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni li tappoġġa d-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet u tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), filwaqt li tinżamm l-integrità ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ informazzjoni li tikkwalifika bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva, u kif miġbura mill-industrija fil-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni organizzat mill-Kummissjoni għall-fini tal-abbozzar, ir-rieżami jew l-aġġornament tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT jenħtieġ li jiġu speċifikati. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-individwi li jipparteċipaw fl-iskambju ta’ informazzjoni ma jikkondividux informazzjoni li tikkwalifika bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva ma’ kwalunkwe rappreżentant ta’ impriżi jew ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali li jkollhom interess ekonomiku fl-attivitajiet industrijali kkonċernati u fis-swieq relatati. Tali skambju ta’ informazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(11) Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni li tappoġġa d-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet u tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), filwaqt li tinżamm l-integrità ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ informazzjoni li tikkwalifika bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva, u kif miġbura mill-industrija fil-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni organizzat mill-Kummissjoni għall-fini tal-abbozzar, ir-rieżami jew l-aġġornament tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT jenħtieġ li jiġu speċifikati. Jenħtieġ li jiġi żgurat, inkluż, pereżempju, permezz ta’ ftehimiet ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni u l-anonimizzazzjoni tad-data, li l-individwi li jipparteċipaw fl-iskambju ta’ informazzjoni ma jikkondividux informazzjoni li tikkwalifika bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva ma’ kwalunkwe rappreżentant ta’ impriżi jew ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali li jkollhom interess ekonomiku fl-attivitajiet industrijali kkonċernati u fis-swieq relatati. Tali skambju ta’ informazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’mod ġenerali, huma meħtieġa sinerġiji u koordinazzjoni ma’ leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti oħra tal-Unjoni, fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu kkonsultati kif xieraq qabel l-għoti ta’ permess skont id-Direttiva 2010/75/UE.
(12) Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’mod ġenerali, huma meħtieġa sinerġiji u koordinazzjoni ma’ leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti oħra tal-Unjoni, fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari mad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016, jenħtieġ li jiġu kkonsultati kif xieraq qabel l-għoti ta’ permess skont id-Direttiva2010/75/UE.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Bil-ħsieb li jittejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali u s-sikurezza tal-installazzjoni, inkluż billi tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi u l-użu mill-ġdid tal-ilma, u l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji assoċjati mal-użu ta’ sustanzi perikolużi, jenħtieġ li l-operatur jistabbilixxi u jimplimenta sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) f’konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT, u jenħtieġ li jagħmilha disponibbli għall-pubbliku. L-EMS jenħtieġ li tkopri wkoll il-ġestjoni tar-riskji relatati mal-użu tas-sustanzi perikolużi u analiżi tas-sostituzzjoni possibbli ta’ sustanzi perikolużi b’alternattivi aktar sikuri.
(13) Bil-ħsieb li jittejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali u s-sikurezza tal-installazzjoni, inkluż billi tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġi ottimizzat l-użu u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi u tal-ilma, u l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji assoċjati mal-użu ta’ sustanzi perikolużi, jenħtieġ li l-operatur jistabbilixxi u jimplimenta sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) f’konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT, u jenħtieġ li jagħmilha disponibbli għall-pubbliku. L-EMS jenħtieġ li tiġi żviluppata b’mod li jirrifletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, kif ukoll l-impatti ambjentali li jista’ jkollha. L-EMS jenħtieġ li tiġi awditjata u tkun disponibbli bla ħlas għall-pubbliku fuq l-internet. L-EMS jenħtieġ li tkopri wkoll il-ġestjoni tar-riskji relatati mal-użu tas-sustanzi perikolużi u analiżi tas-sostituzzjoni possibbli ta’ sustanzi perikolużi b’alternattivi aktar sikuri.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 14
(14) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ulterjorment il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli għar-rilaxxi ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma f’permess mogħti skont id-Direttiva 2010/75/UE, tista’ tqis il-proċessi ta’ trattament downstream f’impjant tat-trattament tal-ilma mormi, sabiex jiġi żgurat li tali rilaxxi ma jwasslux għal żieda fit-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilmijiet riċeventi meta mqabbla ma’ sitwazzjoni fejn l-installazzjoni tapplika l-BAT u tissodisfa l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għar-rilaxxi diretti.
(14) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli għar-rilaxxi ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma f’permess mogħti skont id-Direttiva 2010/75/UE, tista’ tqis il-proċessi ta’ trattament downstream f’impjant tat-trattament tal-ilma mormi, sabiex jiġi żgurat li tali rilaxxi ma jwasslux għal żieda fit-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilmijiet riċeventi jew jimpedixxu l-kapaċità jew il-potenzjal li jiġu rkuprati riżorsi mill-fluss tat-trattament tal-ilma mormi meta mqabbla ma’ sitwazzjoni fejn l-installazzjoni tapplika l-BAT u tissodisfa l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għar-rilaxxi diretti.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) L-għoti ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’mod ġenerali jirrikjedi fost l-oħrajn l-istabbiliment fil-permessi tal-valuri limitu tal-emissjonijiet f’livell li jiżgura l-konformità mal-livelli ta’ emissjonijiet applikabbli assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-BAT. Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT-AELs) normalment jiġu espressi bħala meded, aktar milli bħala valuri uniċi, biex jirriflettu d-differenzi fi ħdan tip partikolari ta’ installazzjonijiet li jirriżultaw f’varjazzjonijiet fil-prestazzjonijiet ambjentali miksuba meta tiġi applikata l-BAT. Pereżempju, BAT partikolari ma tipprovdix l-istess prestazzjoni għal installazzjonijiet differenti, xi BATs jistgħu ma jkunux adattati għall-użu f’ċerti installazzjonijiet, jew taħlita ta’ BATs tista’ tkun aktar effettiva fuq xi sustanzi niġġiesa jew fuq xi setturi ambjentali minn oħrajn. Il-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’mod ġenerali ġiet ipperikolata mill-prattika li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet fl-aktar tarf baxx tal-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, mingħajr ma jitqies il-potenzjal ta’ installazzjoni partikolari li tikseb livelli ta’ emissjonijiet aktar baxxi permezz tal-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Tali prattika tiskoraġġixxi lil dawk li jinsabu quddiem nett milli jimplimentaw metodi tekniċi aktar effettivi, u xxekkel il-kisba ta’ kundizzjonijiet ekwi f’livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jistabbilixxu fil-permessi l-aktar valuri limitu baxxi possibbli tal-emissjonijiet li jirriflettu l-prestazzjoni tal-BAT għall-installazzjonijiet speċifiċi, filwaqt li jqisu l-firxa sħiħa tal-BAT-AELs u jimmiraw lejn l-aħjar prestazzjoni ambjentali possibbli għall-installazzjonijiet; sakemm l-operatur ma jurix li l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT tippermetti biss lill-installazzjoni kkonċernata li tissodisfa valuri limitu tal-emissjonijiet inqas stretti.
(15) L-għoti ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’mod ġenerali jirrikjedi fost l-oħrajn l-istabbiliment fil-permessi tal-valuri limitu tal-emissjonijiet f’livell li jiżgura l-konformità mal-livelli ta’ emissjonijiet applikabbli assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-BAT. Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT-AELs) normalment jiġu espressi bħala meded, aktar milli bħala valuri uniċi, biex jirriflettu d-differenzi fi ħdan tip partikolari ta’ installazzjonijiet li jirriżultaw f’varjazzjonijiet fil-prestazzjonijiet ambjentali miksuba meta tiġi applikata l-BAT. Pereżempju, BAT partikolari ma tipprovdix l-istess prestazzjoni għal installazzjonijiet differenti, xi BATs jistgħu ma jkunux adattati għall-użu f’ċerti installazzjonijiet, jew taħlita ta’ BATs tista’ tkun aktar effettiva fuq xi sustanzi niġġiesa jew fuq xi setturi ambjentali minn oħrajn. Il-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b’mod ġenerali ġiet ipperikolata mill-prattika li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet fl-aktar tarf baxx tal-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, mingħajr ma jitqies il-potenzjal ta’ installazzjoni partikolari li tikseb livelli ta’ emissjonijiet aktar baxxi permezz tal-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Tali prattika tiskoraġġixxi lil dawk li jinsabu quddiem nett milli jimplimentaw metodi tekniċi aktar effettivi, u xxekkel il-kisba ta’ kundizzjonijiet ekwi f’livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet, filwaqt li tqis il-medda sħiħa tal-BAT AELs, fil-livell l-aktar strett li jista’ jinkiseb għall-installazzjoni speċifika. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet jenħtieġ li jqisu l-effetti transmedjali, jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjoni mill-operatur li tanalizza l-fattibbiltà li jintlaħaq it-tarf l-aktar strett tal-medda tal-BAT-AEL u li timmira lejn l-aħjar prestazzjoni ambjentali ġenerali għall-installazzjoni speċifika f’kundizzjonijiet operattivi normali standard, filwaqt li jitqiesu l-fluttwazzjonijiet operattivi standard f’każijiet ta’ medji fuq terminu qasir, sakemm l-operatur ma jurix li l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT tippermetti biss lill-installazzjoni kkonċernata li tissodisfa valuri limitu tal-emissjonijiet inqas stretti.
Emendi 290 u 299 Proposta għal direttiva Premessa 15a (ġdida)
(15a) Jenħtieġ li l-konklużjonijiet tal-BAT jidentifikaw tekniki li l-operaturi industrijali jistgħu jimplimentaw biex ikunu konsistenti mal-ambizzjoni tal-UE ta’ tniġġis żero u ekonomija ċirkolari u l-objettivi tan-newtralità karbonika. Jenħtieġ li l-operaturi industrijali jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw tekniki ta’ trasformazzjoni industrijali profondi deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT u stabbiliti fi pjan ta’ trasformazzjoni.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 16
(16) Il-kontribut tad-Direttiva 2010/75/UE għall-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija u għall-ekonomija ċirkolari fl-Unjoni jenħtieġ li jsir aktar effettiv, filwaqt li jitqies il-prinċipju “L-Effiċjenza Enerġetika Tiġi l-Ewwel” bħala prinċipju gwida tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. Għalhekk, il-permessi jenħtieġ li jistabbilixxu, fejn possibbli, valuri limitu obbligatorji tal-prestazzjoni ambjentali fuq il-livelli tal-konsum u tal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materjali riċiklati, abbażi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT AELs) stabbiliti fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT.
(16) Il-kontribut tad-Direttiva 2010/75/UE għall-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija u għall-ekonomija ċirkolari fl-Unjoni jenħtieġ li jsir aktar effettiv, filwaqt li jitqies il-prinċipju “L-Effiċjenza Enerġetika Tiġi l-Ewwel” bħala prinċipju gwida tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. Għalhekk, il-permessi jenħtieġ li jistabbilixxu, fejn possibbli, valuri limitu indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali, dment li jiġi żgurat it-tmiem bi prestazzjoni aktar baxxa tal-medda obbligatorja fuq il-livelli tal-konsum u tal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materjali riċiklati, abbażi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT AEPLs) stabbiliti fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, filwaqt li jitqies il-konsum ogħla tal-enerġija relatat ma’ ċerti attivitajiet u proċessi ta’ dekarbonizzazzjoni u ta’ tindif mit-tniġġis, u ma’ tekniki emerġenti u innovattivi u l-ekosistema industrijali kollha.L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu derogi temporanji biss meta valutazzjoni turi li l-kisba tal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali bl-aqwa tekniki disponibbli kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT twassal għal kostijiet sproporzjonalment ogħla meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali u l-effetti transmedjali, u meta jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) Bil-għan li tiġi evitata jew minimizzata l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa minn installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE u biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jingħataw derogi mill-valuri limitu tal-emissjonijiet jenħtieġ li jitfasslu aħjar permezz ta’ prinċipji ġenerali, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar armonizzata ta’ tali derogi madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, id-derogi mill-valuri limitu tal-emissjonijiet jenħtieġ li ma jingħatawx meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali.
(17) Bil-għan li tiġi evitata jew minimizzata l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa minn installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE u biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jingħataw derogi mill-valuri limitu tal-emissjonijiet jenħtieġ li jitfasslu aħjar permezz ta’ prinċipji ġenerali. Jeħtieġ li jiġu pprovduti kriterji ċari, inklużi d-durata massima u l-iskeda ta’ żmien għar-reviżjoni tad-derogi, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar armonizzata ta’ tali derogi fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, id-derogi mill-valuri limitu tal-emissjonijiet jenħtieġ li ma jingħatawx meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kkonkludiet li kien hemm xi diskrepanza fl-approċċi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu, tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, filwaqt li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi regoli komuni għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-validazzjoni tal-livelli mkejla kemm għall-emissjonijiet fl-arja kif ukoll għall-emissjonijiet fl-ilma abbażi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Dawk ir-regoli ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jieħdu preċedenza fuq ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli III u IV dwar il-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet li jinsabu fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2010/75/UE.
(18) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kkonkludiet li kien hemm xi diskrepanza fl-approċċi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu, tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, filwaqt li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi u l-prevenzjoni tar-riskji ta’ korruzzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi regoli komuni għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-validazzjoni tal-livelli mkejla kemm għall-emissjonijiet fl-arja kif ukoll għall-emissjonijiet fl-ilma abbażi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Dawk ir-regoli ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jieħdu preċedenza fuq ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli III u IV dwar il-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet li jinsabu fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2010/75/UE.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdida)
(18a) L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jiżguraw li jiġu ssimplifikati metodi armonizzati ta’ monitoraġġ ambjentali, inklużi tekniki ta’ monitoraġġ emerġenti, pereżempju permezz ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, għad-detezzjoni ta’ sustanzi niġġiesa rilevanti.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) L-istandards ta’ kwalità ambjentali jirreferu għar-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-arja u l-ilma; li jridu jiġu ssodisfati fi żmien partikolari minn ambjent partikolari jew minn parti partikolari tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat li meta jagħtu permess lil installazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li ma jistabbilixxux biss kundizzjonijiet biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet tal-installazzjoni mal-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, iżda jenħtieġ ukoll, fejn xieraq bil-ħsieb li jitnaqqas il-kontribut speċifiku tal-installazzjoni għat-tniġġis li jseħħ fiż-żona rilevanti, li jinkludu kundizzjonijiet addizzjonali speċifiċi fil-permess li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT, sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-installazzjoni mal-istandards ta’ kwalità ambjentali. Tali kundizzjonijiet jistgħu jikkonsistu fl-istabbiliment ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti jew fil-limitazzjoni tat-tħaddim jew tal-kapaċità tal-installazzjoni.
(19) L-istandards ta’ kwalità ambjentali jirreferu għar-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-arja u l-ilma; li jridu jiġu ssodisfati fi żmien partikolari minn ambjent partikolari jew minn parti partikolari tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat li meta jagħtu permess lil installazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li ma jistabbilixxux biss kundizzjonijiet biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet tal-installazzjoni mal-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, iżda jenħtieġ ukoll, fejn xieraq bil-ħsieb li jitnaqqas il-kontribut speċifiku tal-installazzjoni għat-tniġġis li jseħħ fiż-żona rilevanti, u filwaqt li jitqies l-effett kumulattiv tal-installazzjonijiet fl-istess żona ġeografika, li jinkludu kundizzjonijiet addizzjonali speċifiċi fil-permess li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT, sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-installazzjoni mal-istandards ta’ kwalità ambjentali. Tali kundizzjonijiet jistgħu jikkonsistu fl-istabbiliment ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti jew fil-limitazzjoni tat-tħaddim jew tal-kapaċità tal-installazzjoni.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Il-kundizzjonijiet għall-permessi jenħtieġ li jiġu riveduti regolarment u, fejn meħtieġ, aġġornati mill-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti. Tali rieżami jew aġġornament jenħtieġ li jsir ukoll fejn ikun meħtieġ li l-installazzjoni tikkonforma ma’ standard ta’ kwalità ambjentali, inkluż fil-każ ta’ standard ta’ kwalità ambjentali ġdid jew rivedut jew fejn l-istatus tal-ambjent riċeventi jeħtieġ reviżjoni tal-permess sabiex tinkiseb konformità mal-pjanijiet u mal-programmi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħall-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill72.
(20) Sabiex jiġi żgurat li l-permessi mogħtija skont id-Direttiva 2010/75/UE jindirizzaw il-ħtieġa li tittejjeb il-prestazzjoni, il-kundizzjonijiet għall-permessi jenħtieġ li jiġu rieżaminati regolarment u, fejn meħtieġ, aġġornati mill-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti. Il-frekwenza ta’ dawn ir-rieżamijiet jenħtieġ li tkun ta’ 8 snin. Tali rikunsiderazzjonijiet tal-permess jenħtieġ li jsiru wkoll fejn ikun meħtieġ li l-installazzjoni tikkonforma ma’ standard ta’ kwalità ambjentali, inkluż fil-każ ta’ standard ta’ kwalità ambjentali ġdid jew rivedut jew fejn l-istatus tal-ambjent riċeventi jeħtieġ reviżjoni tal-permess sabiex tinkiseb konformità mal-pjanijiet u mal-programmi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħall-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill72.
_________________
_________________
72 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000).
72 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000).
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida)
(20a) Minħabba l-prinċipju ġenerali tal-applikazzjoni mhux retroattiva ta’ liġi, rekwiżiti ġodda għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali jenħtieġ li japplikaw biss għall-installazzjonijiet meta jkun meħtieġ aġġornament tal-permess bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ Konklużjoni ġdida tal-BAT wara d-data tat-tmiem għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, jew meta l-istandards ta’ kwalità ambjentali jew is-sikurezza operattiva tal-installazzjoni jeħtieġu aġġornament tal-permess u sa mhux aktar tard minn 10 snin wara d-dħul fis-seħħ. Min-naħa l-oħra, għal installazzjonijiet ġodda li bdew il-proċedura ta’ applikazzjoni wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, ir-rekwiżiti l-ġodda għall-valuri limitu tal-emissjonijiet jenħtieġ li jkunu applikabbli.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Il-kooperazzjoni transkonfinali jenħtieġ li sseħħ qabel l-għoti ta’ permessi fejn aktar minn Stat Membru wieħed jista’ jiġi affettwat mill-operat ta’ installazzjoni, u jenħtieġ li tinkludi informazzjoni u konsultazzjoni minn qabel tal-pubbliku kkonċernat u tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra li jistgħu jiġu affettwati.
(23) Il-kooperazzjoni transfruntiera permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni reġjonali xierqa jenħtieġ li sseħħ qabel ir-rikunsiderazzjoni jew l-għoti ta’ permessi fejn aktar minn Stat Membru wieħed jista’ jiġi affettwat mill-operat ta’ installazzjoni, u jenħtieġ li tinkludi informazzjoni u konsultazzjoni minn qabel tal-pubbliku kkonċernat u tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra li jistgħu jiġu affettwati.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 24
(24) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE sabet li, anke jekk jenħtieġ li trawwem it-trasformazzjoni tal-industrija Ewropea, din mhijiex dinamika biżżejjed u ma tappoġġax biżżejjed l-użu ta’ proċessi u teknoloġiji innovattivi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ffaċilitati l-ittestjar u l-użu ta’ metodi tekniċi emerġenti bi prestazzjoni ambjentali mtejba, biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mar-riċerkaturi u l-industriji fi proġetti ta’ riċerka ffinanzjati pubblikament soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fl-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali rilevanti, kif ukoll li jiġi stabbilit ċentru ddedikat biex jappoġġa l-innovazzjoni billi jiġbor u janalizza informazzjoni dwar metodi tekniċi innovattivi, inklużi metodi tekniċi emerġenti, rilevanti għal attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva u biex jiġi kkaratterizzat il-livell ta’ żvilupp tagħhom mir-riċerka sal-implimentazzjoni (livell ta’ tħejjija teknoloġika jew “TRL”) u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Dan se jinforma wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tfassil, ir-rieżami u l-aġġornament tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT. Il-metodi tekniċi innovattivi li għandhom jinġabru u jiġu analizzati miċ-ċentru jenħtieġ li tal-anqas ikunu fil-livell tat-teknoloġija muri fl-ambjent rilevanti (ambjent industrijalment rilevanti fil-każ ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin) jew dimostrazzjoni tal-prototipi tas-sistema fl-ambjent operattiv (TRL 6-7).
(24) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE sabet li, anke jekk jenħtieġ li trawwem it-trasformazzjoni tal-industrija Ewropea, din mhijiex dinamika biżżejjed u ma tappoġġax biżżejjed l-użu ta’ proċessi u teknoloġiji innovattivi, inklużi dawk li huma essenzjali għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u għall-kisba tal-objettivi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Mingħajr ma jiġi preskritt l-użu ta’ kwalunkwe teknika jew teknoloġija speċifika, għalhekk huwa xieraq li jiġu ffaċilitati l-ittestjar u l-użu ta’ metodi tekniċi emerġenti bi prestazzjoni ambjentali mtejba, biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mar-riċerkaturi u l-industriji fi proġetti ta’ riċerka ffinanzjati pubblikament soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fl-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali rilevanti, kif ukoll li jiġi stabbilit ċentru ddedikat biex jappoġġa l-innovazzjoni billi jiġbor u janalizza informazzjoni dwar metodi tekniċi innovattivi, inklużi metodi tekniċi emerġenti, rilevanti għal attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva u biex jiġi kkaratterizzat il-livell ta’ żvilupp tagħhom mir-riċerka sal-implimentazzjoni (livell ta’ tħejjija teknoloġika jew “TRL”) u jiġi vvalutat il-livell tal-prestazzjoni ambjentali ta’ dawk it-tekniki, filwaqt li titqies kwalunkwe limitazzjoni potenzjali fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data. Dan se jinforma wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tfassil, ir-rieżami u l-aġġornament tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT. Il-metodi tekniċi innovattivi li għandhom jinġabru u jiġu analizzati miċ-ċentru jenħtieġ li tal-inqas ikunu fil-livell tat-teknoloġija muri fl-ambjent rilevanti (ambjent industrijalment rilevanti fil-każ ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin) jew dimostrazzjoni tal-prototipi tas-sistema fl-ambjent operattiv (TRL 6-7).
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 25
(25) L-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni rigward ekonomija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050 jitlob trasformazzjoni profonda tal-ekonomija tal-Unjoni. B’mod konsistenti mat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-operaturi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE jenħtieġ li jinkludu pjanijiet ta’ trasformazzjoni fis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom. Tali pjanijiet ta’ trasformazzjoni se jikkomplementaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ Rapportar tas-Sostenibbiltà Korporattiva skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill75 billi jipprovdu mezz għall-implimentazzjoni konkreta ta’ dawn ir-rekwiżiti fil-livell tal-installazzjoni. L-ewwel prijorità hija t-trasformazzjoni tal-attivitajiet intensivi fl-enerġija elenkati fl-Anness I. Għalhekk, l-operaturi ta’ installazzjonijiet intensivi fl-enerġija jenħtieġ li jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2030. L-operaturi tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet oħra elenkati fl-Anness I jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni bħala parti mir-rikunsiderazzjoni u l-aġġornament tal-permessi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT ippubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2030. Filwaqt li l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni jenħtieġ li jibqgħu dokumenti indikattivi mħejjija taħt ir-responsabbiltà tal-operaturi, l-organizzazzjoni tal-awditjar ikkuntrattata mill-operaturi bħala parti mis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom jenħtieġ li tivverifika li jkun fihom l-informazzjoni minima li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea f’att ta’ implimentazzjoni, u l-operaturi jenħtieġ li jagħmlu l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni pubbliċi.
(25) L-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni rigward ekonomija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050 jitlob trasformazzjoni profonda tal-ekonomija tal-Unjoni. B’mod konsistenti mat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-operaturi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE jenħtieġ li jinkludu pjanijiet ta’ trasformazzjoni indikattivi fil-livell ta’ grupp, korporattiv jew ta’ installazzjoni fis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom. Tali pjanijiet ta’ trasformazzjoni se jikkomplementaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ Rapportar tas-Sostenibbiltà Korporattiva skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill75, filwaqt li għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni, l-informazzjoni jew id-data li diġà huma rrapportati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill75a jew id-Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva [ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ referenza għal 2022/0051 (COD)]75b jenħtieġ li jkun possibbli li sempliċiment issir referenza jekk ikunu konformi mal-elementi tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni. L-ewwel prijorità hija t-trasformazzjoni tal-attivitajiet intensivi fl-enerġija elenkati fl-Anness I. Għalhekk, l-operaturi ta’ installazzjonijiet intensivi fl-enerġija, li għalihom tingħata deroga jew li huma fost il-200 installazzjoni li jniġġsu l-aktar ħlief għal installazzjonijiet bi pjan ta’ għeluq għall-2035 jenħtieġ li jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2027 fil-livell ta’ installazzjoni. It-tieni prijorità hija li l-operaturi l-oħra kollha ta’ installazzjonijiet intensivi fl-enerġija jenħtieġ li jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2029 fil-livell ta’ grupp jew korporattiv b’referenza għal kull installazzjoni. Bl-istess mod, l-operaturi tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet oħra elenkati fl-Anness I jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipproduċu pjanijiet ta’ trasformazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2030. Filwaqt li l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni jenħtieġ li jibqgħu dokumenti indikattivi mħejjija taħt ir-responsabbiltà tal-operaturi, l-organizzazzjoni tal-awditjar ikkuntrattata mill-operaturi bħala parti mis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom jenħtieġ li tivverifika li jkun fihom l-informazzjoni minima li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea f’att delegat, u l-operaturi jenħtieġ li jagħmlu l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni pubbliċi, filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità u ma jiżvelawx informazzjoni kummerċjali sensittiva.Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tal-att delegat tal-pjan ta’ trasformazzjoni fl-2035, u wara dan jenħtieġ li tirrevedi l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni.
_________________
_________________
75 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE; ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19–76.
75 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE; ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19–76.
75a Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
75b Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 25a (ġdida)
(25a) Meta jitqiesu r-riskji relatati mal-ilma għall-attivitajiet industrijali u r-riskji għall-ilma minnhom, speċjalment meta titqies is-sitwazzjoni attwali rigward in-nixfiet u l-għargħar fl-Ewropa jew il-livelli tal-baħar li qed jogħlew, l-għodod diġitali bħas-sistemi ta’ ġestjoni diġitalizzati jistgħu jgħinu biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji relatati mal-ilma b’mod kwantitattiv u kwalitattiv u jgħinu lill-operaturi fit-trasformazzjoni tal-installazzjonijiet tagħhom.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 2010/75/UE tkompli tilħaq l-objettivi tagħha li tipprevjeni jew tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa u tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dik id-Direttiva sabiex tistabbilixxi regoli operattivi li jkun fihom rekwiżiti għal attivitajiet relatati mat-trobbija ta’ tjur, majjali u bhejjem tal-ifrat, u li jiġu emendati l-Annessi I u Ia ta’ dik id-Direttiva billi tiżdied attività agroindustrijali biex jiġi żgurat li tissodisfa l-objettivi tagħha li tipprevjeni jew tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 201677. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(29) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 2010/75/UE tkompli tilħaq l-objettivi tagħha li tipprevjeni jew tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa u tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dik id-Direttiva sabiex tistabbilixxi regoli operattivi li jkun fihom rekwiżiti għal attivitajiet relatati, irrispettivament mill-proċeduri ta’ permess jew ta’ reġistrazzjoni tagħhom, mat-trobbija fuq skala kbira tal-annimali skont l-Anness Ia ta’ din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 201677. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
_________________
_________________
77 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
77 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 30
(30) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ (i) il-format li għandu jintuża għas-sommarju tal-permess; (ii) metodoloġija standardizzata għall-valutazzjoni tad-disproporzjonalità bejn il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT u l-benefiċċji ambjentali potenzjali, (iii) il-metodu ta’ kejl għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permess fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, (iv) l-arranġamenti dettaljati meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament taċ-ċentru tal-innovazzjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali, u (v) il-format li għandu jintuża għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill78.
(30) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ (i) il-format li għandu jintuża għas-sommarju tal-permess; (ii) metodoloġija standardizzata għall-valutazzjoni tad-disproporzjonalità bejn il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT u l-benefiċċji ambjentali potenzjali filwaqt li jitqies il-metodu “Valur tal-Ħajja Statistika” (VSL), jekk xieraq, (iii) il-metodu ta’ kejl għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permess fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, (iv) l-arranġamenti dettaljati meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament taċ-ċentru tal-innovazzjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali, u (v) il-format li għandu jintuża għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill78.
_________________
_________________
78 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
78 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 31
(31) Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut minimu ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Id-disparitajiet fir-reġimi tal-penali, il-fatt li l-penali imposti jitqiesu f’ħafna każijiet baxxi wisq biex verament ikollhom effett ta’ deterrent fuq l-imġiba illegali, u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni uniformi madwar l-Istati Membri, jimminaw il-kundizzjonijiet ekwi dwar l-emissjonijiet industrijali madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li titqies id-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali fejn ksur identifikat skont din id-Direttiva jikkostitwixxi reat fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE.
(31) Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut minimu ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Id-disparitajiet fir-reġimi tal-penali, il-fatt li l-penali imposti jitqiesu f’ħafna każijiet baxxi wisq biex verament ikollhom effett ta’ deterrent fuq l-imġiba illegali, u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni uniformi madwar l-Istati Membri, jimminaw il-kundizzjonijiet ekwi dwar l-emissjonijiet industrijali madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni uniformi billi tadotta linji gwida. Tali linji gwida jenħtieġ li jinkludu l-prinċipju ta’ kumpens, bħala prijorità, tal-komunitajiet lokali li fihom tkun ġiet ikkawżata l-ħsara. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ne bis in idem u l-prinċipju tal-proporzjonalità. Jenħtieġ li titqies id-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali fejn ksur identifikat skont din id-Direttiva jikkostitwixxi reat fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) Fejn ikun seħħ dannu għas-saħħa tal-bniedem bħala riżultat ta’ ksur tal-miżuri nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-individwi affettwati jkunu jistgħu jitolbu u jiksbu kumpens għal dak id-dannu mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi rilevanti u, fejn xieraq, mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għall-ksur. Tali regoli dwar il-kumpens jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE. Huma jirfdu wkoll id-dritt għall-ħajja, l-integrità tal-persuna u l-kura tas-saħħa stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt għal rimedju effettiv kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta. Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma tagħtix lill-partijiet privati dritt ta’ kumpens bħala konsegwenza ta’ dannu ambjentali jew ta’ theddida imminenti ta’ tali dannu.
(32) Fejn ikun seħħ dannu għas-saħħa tal-bniedem bħala riżultat ta’ ksur tal-miżuri nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-individwi affettwati jkunu jistgħu jitolbu u jiksbu kumpens għal dak id-dannu mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi rilevanti u, fejn xieraq, mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għall-ksur meta deċiżjoni, att jew ommissjoni tal-awtorità tkun ikkawżat id-dannu u kkontribwiet għalih. Tali regoli dwar il-kumpens jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE. Huma jirfdu wkoll id-dritt għall-ħajja, l-integrità tal-persuna u l-kura tas-saħħa stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt għal rimedju effettiv kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta. Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma tagħtix lill-partijiet privati dritt ta’ kumpens bħala konsegwenza ta’ dannu ambjentali jew ta’ theddida imminenti ta’ tali dannu.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 32a (ġdida)
(32a) F’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali bħall-pandemija tal-COVID-19 jew il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, meta installazzjoni tiffaċċja interruzzjoni persistenti fil-provvista ta’ materja prima jew fjuwils jew tfixkil tal-elementi ta’ teknika ta’ tnaqqis minħabba force majeure, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod temporanju valuri limitu inqas stretti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet jew ambjentali, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni ġenerali tal-ambjent.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 2010/75/UE tindirizza d-dritt għal kumpens għad-danni mġarrba minn individwi. Sabiex jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom kontra d-danni għas-saħħa kkawżati minn ksur tad-Direttiva 2010/75/UE u b’hekk jiġi żgurat infurzar aktar effiċjenti ta’ dik id-Direttiva, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent, bl-inklużjoni ta’ dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-konsumaturi u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont id-dritt nazzjonali, bħala membri tal-pubbliku kkonċernat, jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom fi proċedimenti, kif jiddeterminaw l-Istati Membri, jew f’isem jew b’appoġġ għal kwalunkwe vittma, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati. L-Istati Membri normalment igawdu minn awtonomija proċedurali biex jiżguraw rimedju effettiv kontra l-ksur tad-dritt tal-Unjoni, soġġett għar-rispett tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività. Madankollu, l-esperjenza turi li filwaqt li hemm evidenza epidemjoloġika qawwija fuq l-impatti negattivi tat-tniġġis fuq is-saħħa tal-popolazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-arja, huwa diffiċli għall-vittmi ta’ ksur tad-Direttiva 2010/75/UE skont ir-regoli proċedurali dwar l-oneru tal-prova ġeneralment applikabbli fl-Istati Membri, li juru rabta ta’ kawżalità bejn il-ħsara mġarrba u l-ksur. B’riżultat ta’ dan, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-vittmi ta’ ksur tad-Direttiva 2010/75/UE ma għandhomx mod effettiv biex jiksbu kumpens għall-ħsara kkawżata minn tali ksur. Sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-individwi li jiksbu kumpens għal ksur tad-Direttiva 2010/75/UE u li jikkontribwixxu għal infurzar aktar effiċjenti tar-rekwiżiti tagħha madwar l-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġi adattat l-oneru tal-prova applikabbli għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Għalhekk, meta individwu jkun jista’ jipprovdi evidenza robusta biżżejjed biex iwassal għal preżunzjoni li l-ksur tad-Direttiva 2010/75/UE jkun l-oriġini tad-dannu kkawżat lis-saħħa ta’ individwu, jew ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għalih, jenħtieġ li jkun il-konvenut li jirribatti dik il-preżunzjoni sabiex jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu.
(33) Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 2010/75/UE tindirizza d-dritt għal kumpens għad-danni mġarrba minn individwi. Sabiex jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom kontra d-danni għas-saħħa kkawżati minn ksur tad-Direttiva 2010/75/UE u b’hekk jiġi żgurat infurzar aktar effiċjenti ta’ dik id-Direttiva, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent, bl-inklużjoni ta’ dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-konsumaturi u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont id-dritt nazzjonali, bħala membri tal-pubbliku kkonċernat, jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom fi proċedimenti, kif jiddeterminaw l-Istati Membri, jew f’isem jew b’appoġġ għal kwalunkwe vittma, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati. L-Istati Membri jgawdu minn awtonomija proċedurali biex jiżguraw rimedju effettiv kontra l-ksur tad-dritt tal-Unjoni, soġġett għar-rispett tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività. L-esperjenza turi li filwaqt li hemm evidenza epidemjoloġika qawwija fuq l-impatti negattivi tat-tniġġis fuq is-saħħa tal-popolazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-arja, huwa diffiċli għall-vittmi ta’ ksur tad-Direttiva 2010/75/UE skont ir-regoli proċedurali li juru rabta ta’ kawżalità bejn il-ħsara mġarrba u l-ksur. B’riżultat ta’ dan, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-vittmi ta’ ksur tad-Direttiva 2010/75/UE ma għandhomx mod effettiv biex jiksbu kumpens għall-ħsara kkawżata minn tali ksur. Sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-individwi li jiksbu kumpens għal ksur tad-Direttiva 2010/75/UE u li jikkontribwixxu għal infurzar aktar effiċjenti tar-rekwiżiti tagħha madwar l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi adattata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar preżunzjonijiet konfutabbli applikabbli għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Preżunzjonijiet konfutabbli huma mekkaniżmu komuni biex jittaffew id-diffikultajiet evidenzjali tar-rikorrent, filwaqt li jiġu ppreservati d-drittijiet tal-konvenut. Preżunzjonijiet konfutabbli huma applikabbli biss dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Sabiex jinżamm tqassim ġust tar-riskju, u sabiex jiġi evitat treġġigħ lura tal-oneru tal-provi, jenħtieġ li rikorrent ikun meħtieġ juri evidenza rilevanti biżżejjed, inkluża data xjentifika, li twassal għal preżunzjoni li l-ksur ikkawża jew ikkontribwixxa għad-dannu. Fid-dawl tal-isfidi evidenzjarji li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni midruba, speċjalment f’każijiet kumplessi, il-mekkaniżmu ta’ preżunzjoni konfutabbli jikseb bilanċ ġust għall-individwu li jġarrab dannu għas-saħħa, għall-industrija u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet tiegħu. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tintuża data xjentifika rilevanti, irrispettivament minn jekk tiġix ippubblikata fuq il-Portal, bħala evidenza f’konformità mad-dritt nazzjonali. Fejn tali data xjentifika rilevanti ma tkunx disponibbli, jenħtieġ li jkun possibbli li tintuża evidenza oħra biex tappoġġa t-talba f’konformità mad-dritt nazzjonali.
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 35
(35) L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE wriet applikazzjonijiet diverġenti madwar l-Istati Membri dwar il-kopertura ta’ installazzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz tal-ħami, minħabba li l-formulazzjoni tad-definizzjoni ta’ din l-attività ppermettiet lill-Istati Membri jiddeċiedu jekk japplikawx iż-żewġ kriterji jew wieħed minnhom biss dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-forn. Bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni aktar konsistenti ta’ dik id-Direttiva u li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, tali installazzjonijiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva kull meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda minn dawk iż-żewġ kriterji.
(35) L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE wriet applikazzjonijiet diverġenti madwar l-Istati Membri dwar il-kopertura ta’ installazzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz tal-ħami, minħabba li l-formulazzjoni tad-definizzjoni ta’ din l-attività ppermettiet lill-Istati Membri jiddeċiedu jekk japplikawx iż-żewġ kriterji jew wieħed minnhom biss dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-forn. Bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni aktar konsistenti ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll konformità mad-Direttiva 2003/87/KE u li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ċari u mhux ambigwi għall-inklużjoni ta’ manifattura fuq skala industrijali ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz tan-nar fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE. Tali kriterji jenħtieġ li jikkorrispondu mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Meta tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet għal sustanzi niġġiesa, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tikkunsidra s-sustanzi kollha, inklużi s-sustanzi ta’ tħassib emerġenti, li jistgħu jiġu rilaxxati mill-installazzjoni kkonċernata u li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. B’dan il-mod, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-periklu, il-kwantità u n-natura tas-sustanzi emessi u l-potenzjal tagħhom li jniġġsu kwalunkwe settur ambjentali. Il-konklużjonijiet tal-BAT, fejn rilevanti, huma l-punt ta’ referenza għall-għażla tas-sustanzi li għalihom iridu jiġu stabbiliti l-valuri limitu tal-emissjonijiet, għalkemm l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tagħżel sustanzi addizzjonali. Bħalissa, is-sustanzi niġġiesa individwali huma elenkati b’mod mhux eżawrjenti fl-Anness II tad-Direttiva 2010/75/UE; li mhuwiex kompatibbli mal-approċċ olistiku ta’ dik id-Direttiva u ma jirriflettix il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jqisu s-sustanzi niġġiesa rilevanti kollha, inklużi dawk ta’ tħassib emerġenti. Għalhekk, jenħtieġ li titħassar il-lista mhux eżawrjenti ta’ sustanzi niġġiesa. Minflok, jenħtieġ li ssir referenza għal-lista ta’ sustanzi li jniġġsu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/200679.
(36) Meta tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet għal sustanzi niġġiesa, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tikkunsidra s-sustanzi kollha, inklużi s-sustanzi ta’ tħassib emerġenti u t-tniġġis tax-xamm, li jistgħu jiġu rilaxxati mill-installazzjoni kkonċernata fl-arja, fil-ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art u li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. B’dan il-mod, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-periklu, il-kwantità u n-natura tas-sustanzi emessi u l-potenzjal tagħhom li jniġġsu kwalunkwe settur ambjentali kif ukoll fluttwazzjonijiet ambjentali staġjonali, li jenħtieġ li jitqiesu wkoll. Il-konklużjonijiet tal-BAT, fejn rilevanti, huma l-punt ta’ referenza għall-għażla tas-sustanzi li għalihom iridu jiġu stabbiliti l-valuri limitu tal-emissjonijiet, għalkemm l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tagħżel sustanzi addizzjonali. Bħalissa, is-sustanzi niġġiesa individwali huma elenkati b’mod mhux eżawrjenti fl-Anness II tad-Direttiva 2010/75/UE; li mhuwiex kompatibbli mal-approċċ olistiku ta’ dik id-Direttiva u ma jirriflettix il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jqisu s-sustanzi niġġiesa rilevanti kollha, inklużi dawk ta’ tħassib emerġenti. Għalhekk, jenħtieġ li titħassar il-lista mhux eżawrjenti ta’ sustanzi niġġiesa. Minflok, jenħtieġ li ssir referenza għal-lista ta’ sustanzi li jniġġsu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/200679.
_________________
_________________
79 Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
79 Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 37
(37) Għalkemm il-landfills huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, ma teżisti l-ebda konklużjoni tal-BAT għal-landfills peress li dik l-attività taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE80 u r-rekwiżiti ta’ din l-aħħar Direttiva jitqiesu li jikkostitwixxu l-BAT. Minħabba l-iżviluppi tekniċi u l-innovazzjoni li seħħew mill-adozzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE, issa hemm disponibbli metodi tekniċi aktar effettivi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. L-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT skont id-Direttiva 2010/75/UE tippermetti li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ambjentali ewlenin relatati mal-operat tal-landfills tal-iskart, inklużi l-emissjonijiet sinifikanti tal-metan. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 1999/31/KE tippermetti l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT dwar il-landfills skont id-Direttiva 2010/75/UE.
(37) Għalkemm il-landfills huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, ma teżisti l-ebda konklużjoni tal-BAT għal-landfills peress li dik l-attività taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE80 u r-rekwiżiti ta’ din l-aħħar Direttiva jitqiesu li jikkostitwixxu l-BAT. Minħabba l-iżviluppi tekniċi u l-innovazzjoni li seħħew mill-adozzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE, issa hemm disponibbli metodi tekniċi aktar effettivi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. L-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT skont id-Direttiva 2010/75/UE tippermetti li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ambjentali ewlenin relatati mal-operat tal-landfills tal-iskart, inklużi l-emissjonijiet sinifikanti tal-metan. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 1999/31/KE tippermetti l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT dwar il-landfills skont id-Direttiva 2010/75/UE. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2010/75/UE u 1999/31/KE jiġu emendati skont dan.
_________________
_________________
80 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
80 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 38
(38) Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2010/75/UE u 1999/31/KE jiġu emendati skont dan.
imħassar
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 38a (ġdida)
(38a) Il-proċeduri skont id-Direttiva 2010/75/UE, inkluż il-preparazzjoni tal-BAT u l-proċeduri tal-permessi nazzjonali, huma kkunsidrati mill-industriji kkonċernati bħala twal wisq u jikkawżaw inċertezza għall-pubbliku kkonċernat, li hija, fil-biċċa l-kbira, minħabba kapaċità amministrattiva insuffiċjenti. F’dan ir-rigward, l-estensjoni konsiderevoli tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tirrappreżenta sfida oħra għall-Kummissjoni, il-Forum taħt l-Artikolu 13 u, speċjalment, għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta pjan ta’ azzjoni għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, u b’hekk tippermetti l-aċċelerazzjoni tal-proċeduri previsti skont id-Direttiva, b’mod partikolari għat-teknoloġiji abilitanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri biex tikkonforma mal-proċeduri leġiżlattivi u tekniċi l-ġodda, bħal permezz ta’ għodda diġitali uniformi għall-applikazzjoni għall-permessi.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 38b (ġdida)
(38b) Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att ta’ emenda, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jimmaniġġjaw l-ammont ta’ xogħol miżjud relatat mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kif emendata b’din id-Direttiva u jiżguraw proċess ta’ ħruġ ta’ permessi effiċjenti u bla xkiel, b’mod partikolari, fil-każ ta’ permessi malajr għall-installazzjonijiet li japplikaw tekniki emerġenti, u b’hekk inaqqsu l-inċertezza għan-negozji għal minimu u jappoġġaw it-trasformazzjoni lejn industrija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima, filwaqt li jissalvagwardjaw is-saħħa u d-drittijiet tal-pubbliku kkonċernat.
Emenda 291 Proposta għal direttiva Premessa 41a (ġdida)
(41a) L-impjanti tal-kombustjoni li huma parti minn sistemi iżolati żgħar, speċifikament dawk li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi, jistgħu, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom u n-nuqqas ta’ interkonnessjoni mal-grilja kontinentali tal-Istati Membri jew mal-grilja ta’ Stat Membru ieħor, jiffaċċjaw sfidi speċjali li jeħtieġu aktar żmien biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jistabbilixxu pjan għall-konformità li jkopri l-impjanti ta’ kombustjoni li jkunu parti minn sistema iżolata żgħira, li jistipula l-miżuri meħuda mill-Istat Membru biex jiżgura konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029. Il-pjan jenħtieġ li jiddeskrivi l-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-konformità, japplika l-aħjar tekniki disponibbli u l-miżuri biex jiġu mminimizzati d-daqs u t-tul ta’ żmien tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa matul il-perjodu kopert mill-pjan, u jinkludi informazzjoni dwar miżuri għall-ġestjoni tad-domanda u l-possibbiltajiet tal-qalba għal alternattivi aktar nodfa, bħall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u interkonnessjoni mal-grilji kontinentali jew ma’ grilja ta’ Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jikkomunikaw il-Pjan ta’ Konformità tagħhom lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaġġornaw il-pjan f’każ li l-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jirrappurtaw kull sena dwar il-progress lejn il-konformità.
Emenda 292 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 Direttiva 2010/75/UE Titolu
Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)
“(-1) It-Titolu jinbidel b’dan li ġej
“Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u agrikoli(il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)”;
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 1 – paragrafu 2
Tippreskrivi wkoll regoli maħsuba għall-prevenzjoni jew, meta dan ma jkunx prattiku, għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart, sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kollu kemm hu.
Tippreskrivi wkoll regoli maħsuba għall-prevenzjoni jew, meta dan ma jkunx prattiku, għat-tnaqqis b’mod kontinwu ta’ emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart, sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kollu kemm hu.
Barra minn hekk, din tistabbilixxi regoli mfassla biex itejbu l-effiċjenza fir-riżorsi sabiex jitnaqqas l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima.
Emenda 263 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 1 – paragrafu 2 b (ġdid)
(1a) Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Meta jieħdu l-azzjonijiet biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u soċjalment ġusta għal kulħadd. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida biex tappoġġa lill-Istati Membri f’dak ir-rigward.”;
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(-a) il-punt 2 huwa sostitwit kif ġej:
(2) “tniġġis” tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta’ attivita umana, ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew ħsejjes fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li tirriżulta fi ħsara għal proprjetà materjali, jew tgħarraq jew tfixkel il-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent;
“(2) “tniġġis” tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta’ attività umana, ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana, ħsejjes jew irwejjaħ (“tniġġis tax-xamm”) fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li tirriżulta f’dannu għal proprjetà materjali, jew tgħarraq jew tfixkel il-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent;
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
(-aa) jiddaħħal il-punt li ġej:
(2a) “tniġġis tax-xamm” tfisser tniġġis prodott minn emissjonijiet gassużi fl-atmosfera li jista’ jikkawża korrimenti jew kundizzjoni ta’ mard jew stat ta’ telqa sinifikanti ġenerali għal persuni li jgħixu qrib l-installazzjoni.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ab (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(ab) jiddaħħal il-punt li ġej:
(5a) “valur limitu tal-prestazzjoni ambjentali” tfisser il-valur indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali fil-firxa vinkolanti tal-livelli tal-prestazzjoni ambjentali, inklużi l-livelli tal-konsum, il-livelli tal-effiċjenza fir-riżorsi li jkopru l-materjali, l-ilma u r-riżorsi tal-enerġija, l-iskart, u livelli oħra miksuba skont kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati, meta l-firxa ma tistax tinqabeż matul perjodu wieħed jew aktar ta’ żmien.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ac (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9
(ac) il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(9) “bidla sostanzjali” tfisser bidla fin-natura jew it-tħaddim, jew estensjoni, ta’ installazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart li jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;
“(9) “bidla sostanzjali” tfisser bidla fin-natura jew it-tħaddim, estensjoni jew estensjoni ta’ durata ta’ permess ta’ installazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart li jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ad (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10 – punti b u c
(ad) il-punti (b) u (c) tal-punt 10 jinbidlu b’dan li ġej:
(b) “metodi tekniċi disponibbli” tfisser dawk żviluppati fuq skala li tkun tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur rilevanti industrijali, taħt kondizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-vantaġġi, sew jekk il-metodi tekniċi jkunu użati u prodotti ġewwa l-Istat Membru inkwistjoni sew jekk le, sakemm dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur;
“(b)“metodi tekniċi disponibbli” tfisser dawk żviluppati fuq skala li tkun tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur rilevanti industrijali, taħt kondizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-vantaġġi, sew jekk il-metodi tekniċi jkunu użati u prodotti ġewwa l-Unjoni sew jekk le, sakemm dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur;
(c) “l-aħjar” tfisser l-aktar waħda effettiva biex jinkiseb livell ġenerali għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu;
(c) “l-aħjar” tfisser l-aktar waħda effettiva biex jinkiseb livell ġenerali għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu, inklużi s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-klima;
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 12
(12) “il-konklużjonijiet tal-BAT” tfisser dokument li jinkludi l-partijiet ta’ dokument ta’ referenza tal-BAT li jistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn adatt, il-miżuri rilevanti ta’ rimedjazzjoni tas-sit;
(12) “il-konklużjonijiet tal-BAT” tfisser dokument li jinkludi l-partijiet ta’ dokument ta’ referenza tal-BAT li jistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn adatt, il-miżuri rilevanti ta’ rimedjazzjoni tas-sit;
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13a
(13a) “livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, ħlief il-livelli ta’ emissjonijiet, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ BAT jew taħlita ta’ BATs;
(13a) “livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli” tfisser il-firxa vinkolanti ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali għal installazzjonijiet fl-istess attivitajiet settorjali u li għandhom karatteristiċi simili, bħal trasportaturi tal-enerġija, materja prima, unitajiet ta’ produzzjoni u prodotti finali, meta d-data magħmula disponibbli fl-iskambju ta’ informazzjoni li tappoġġa d-determinazzjoni tal-BAT tkun robusta biżżejjed madwar l-Unjoni, li għandha tinkludi livelli ta’ konsum u effiċjenza fir-riżorsi, għall-Konklużjonijiet tal-BAT wara l-ewwel konklużjoni wara [daħħal id-data tat-tmiem għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja], il-livelli ta’ użu mill-ġdid għall-ilma, l-enerġija, u l-materja prima, ħlief il-livelli ta’ emissjonijiet, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ BAT jew taħlita ta’ BATs kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressi bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari, taħt kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati;
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13aa (ġdid)
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cc (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14
(cc) il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(14) “teknika emerġenti” tfisser teknika ġdida għal attività industrijali li, jekk żviluppata kummerċjalment, tista’ tipprovdi jew livell ġenerali ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent jew mill-anqas l-istess livell ta’ protezzjoni tal-ambjent u ffrankar akbar mill-aħjar metodi tekniċi disponibbli eżistenti;
“(14) “teknika emerġenti” tfisser teknika ġdida għal attività industrijali li, jekk żviluppata kummerċjalment, tista’ tipprovdi jew livell ġenerali ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem jew mill-anqas l-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u ffrankar akbar mill-aħjar metodi tekniċi disponibbli eżistenti;
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23
(da) il-punt (23) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(23) “tjur” tfisser it-tjur kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjonijiet ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi*
“(23) “tjur” tfisser it-tjur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt 9, tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali*;”;
__________________
__________________
* ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
* ĠU L 084, 31.3.2016, p. 1.
Emenda 251 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23b
(23b) “bhejjem tal-ifrat” tfisser annimali domestiċi tal-ispeċi Bos taurus;
imħassar
Emenda 252 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23c
(23c) “unità tal-bhejjem” jew “LSU” tfisser l-ekwivalenti tar-ragħa ta’ baqra tal-ħalib adult waħda li tipproduċi 3 000 kg ta’ ħalib kull sena, mingħajr oġġetti tal-ikel ikkonċentrati addizzjonali, li tintuża biex tesprimi d-daqs tal-azjendi agrikoli li jrabbu kategoriji differenti ta’ annimali, bl-użu tar-rati ta’ konverżjoni, b’referenza għall-produzzjoni attwali fis-sena kalendarja, stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014**”.
(23c) “unità ta’ bhejjem” jew “LSU” tfisser unità ta’ kejl standard li tippermetti l-aggregazzjoni ta’ kategoriji ta’ unitajiet ta’ bhejjem li jkopru l-majjali u t-tjur li l-koeffiċjenti tagħhom huma elenkati fl-Anness -Ia, sabiex jitqabblu dawk il-kategoriji;
* Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).
** Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).”;.
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23 c a (ġdid)
(23ca) “biedja estensiva” tirreferi għal tip ta’ trobbija tal-annimali kkaratterizzat minn livelli baxxi ta’ input għal kull unità ta’ erja ta’ art, abbażi ta’ prattiki estensivi, b’densità ta’ unitajiet ta’ bhejjem ugwali għal jew inqas minn 2,0 LSU għal kull ettaru (LSU/ha densità) użat għar-ragħa, jew abbażi ta’ prattiki tal-biedja ċċertifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, b’densità ta’ unitajiet ta’ bhejjem ugwali għal jew inqas minn 2,0 LSU għal kull ettaru (densità LSU/ha) użati għar-ragħa jew għall-foraġġ, jew prattiki ta’ trobbija fejn il-bhejjem ikunu soġġetti għal prattiki ta’ transumanza mill-inqas 180 jum fis-sena jew sakemm il-kundizzjonijiet klimatiċi jippermettu, b’mod partikolari fir-reġjuni alpin.
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 48
(48) “minerali industrijali” tfisser minerali użati fl-industrija għall-produzzjoni ta’ prodotti nofshom lesti jew lesti, bl-eċċezzjoni ta’ minerali li fihom il-metalli, minerali tal-enerġija, minerali tal-kostruzzjoni u ħaġar prezzjuż;
imħassar
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 49
(49) “minerali metalliferi” tfisser minerali li jipproduċu metalli jew sustanzi metalliċi;
imħassar
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 50
(50) “livelli ta’ emissjonijiet assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ metodu tekniku emerġenti jew b’taħlita ta’ metodi tekniċi emerġenti, espressi bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari, f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati;
(50) “livelli ta’ emissjonijiet assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ metodu tekniku emerġenti jew b’taħlita ta’ metodi tekniċi emerġenti, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressi bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari, f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati;
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 51
(51) “livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, ħlief il-livelli ta’ emissjonijiet, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ metodu tekniku emerġenti jew b’kombinazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti;
(51) “livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti” tfisser il-firxa indikattiva ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, ħlief il-livelli ta’ emissjonijiet, inklużi l-livelli ta’ konsum ta’ materjal, ilma u enerġija, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ metodu tekniku emerġenti jew b’kombinazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti, għal installazzjonijiet fi ħdan l-istess attivitajiet tas-settur u li għandhom karatteristiċi simili, bħal vetturi tal-enerġija, materja prima, unitajiet tal-produzzjoni u prodotti finali, espressi bħala medja fuq perijodu ta’ żmien partikolari, taħt kundizzjonijiet ta’ referenza speċifiċi;
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 53 – punt a
(a) il-livelli tal-konsum;
(a) il-livelli tal-konsum tal-ilma u tal-enerġija;
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 53 – punt b
(b) il-livelli tal-effiċjenza fir-riżorsi u l-livelli ta’ użu mill-ġdid li jkopru r-riżorsita’ materjali, ilma u enerġija;
(b) il-livelli tal-effiċjenza tal-ilma, l-enerġija, u l-materja prima; il-livelli ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, l-enerġija u l-materja prima;
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 53 – punt f
(e) skart u livelli oħra miksuba f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati
(e) skart u livelli oħra miksuba f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressi bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari.
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 53a (ġdid)
(53a) “sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma” tfisser l-infrastruttura u elementi tekniċi oħra meħtieġa għall-produzzjoni, il-provvista u l-użu tal-ilma reklamat; din tinkludi l-elementi kollha mill-punt tat-tluq tal-proċess tal-produzzjoni sal-punt li fih jintuża l-ilma reklamat, inkluża l-infrastruttura tad-distribuzzjoni u tal-ħżin, meta rilevanti;
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 53b (ġdid)
(53b) “ilma reklamat” tfisser ilma li jkun ġie reklamat minn użi preċedenti u jerġa’ jintuża għal skop ta’ benefiċċju differenti;
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 53c (ġdid)
(53c) “użu mill-ġdid tal-ilma” tfisser il-proċess li permezz tiegħu l-ilma jiġi rkuprat minn użu preċedenti u kkonvertit permezz ta’ sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma f’ilma li jista’ jerġa’ jintuża għal varjetà ta’ skopijiet;
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 3a (ġdid)
(3a) Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:
Artikolu 3a
Informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali
1. F’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill90/313/KEE u d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-informazzjoni mhux kunfidenzjali biss għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Irrispettivament minn min jippubblika l-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jingħataw opportunità qabel il-pubblikazzjoni biex jitolbu b’mod proporzjonat it-trattament kunfidenzjali tal-elementi rilevanti u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u definit b’mod ċar mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni tista’ tiġi redatta, jew jekk dan ma jkunx possibbli, tista’ tiġi eskluża fil-każ ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
3. Sa mhux aktar tard minn xahar wara talba magħmula skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta t-talba u tinnotifika lill-operatur bid-deċiżjoni tagħha. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-operatur jista’ jikkontesta d-deċiżjoni fl-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru sa mhux aktar tard minn xahar wara d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti.
4. Jekk l-operatur jitlob trattament kunfidenzjali, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi biss il-pubblikazzjoni tal-elementi kkontestati sakemm jintlaħaq ftehim mal-awtoritajiet kompetenti jew tittieħed deċiżjoni finali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru.
(4a) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’, u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ permess jiġu koordinati kollha kemm huma meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jew aktar minn operatur wieħed ikunu involuti jew meta jingħata aktar minn permess wieħed, sabiex jiġi garantit approċċ integrat effettiv mill-awtoritajiet kompetenti kollha għal din il-proċedura.
"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’, u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ permess jiġu koordinati kollha kemm huma meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jew aktar minn operatur wieħed ikunu involuti jew meta jingħata aktar minn permess wieħed. Sabiex jiġi garantit approċċ integrat effettiv mill-awtoritajiet kompetenti kollha għal din il-proċedura, għandha tiġi stabbilita sistema elettronika għall-permessi u għall-konformità.”
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a) ħarsa ġenerali tal-kundizzjonijiet prinċipali għal permess;
(a) ħarsa ġenerali tal-kundizzjonijiet prinċipali li jinkludu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet;
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format li għandu jintuża għas-sommarju msemmi fit-tieni subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format li għandu jintuża għas-sommarju msemmi fit-tieni subparagrafu u linji gwida dwar il-pubblikazzjoni ta’ permessi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).
4a. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni valutazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa minħabba l-bidliet ta’ din id-Direttiva, inkluż pronjożi u stimi tal-ammont ta’ xogħol akkumulat tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi żgurat li jkollhom kapaċità amministrattiva xierqa biex jipprovdu proċess ta’ għoti ta’ permessi f’waqtu, effiċjenti u bla xkiel.
4b. Mingħajr preġudizzju għal liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċess għall-għoti ta’ permessi rapidi għal installazzjonijiet li japplikaw teknika emerġenti relatata mal-attività ewlenija tal-installazzjoni skont l-Artikolu 27c, ma jaqbiżx it-18-il xahar, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.
Jekk tkun meħtieġa estensjoni sa sitt xhur, l-Istat Membru għandu jinforma lill-operatur dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-estensjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ilestu l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal permess sa mhux aktar tard minn 90 jum wara li jirċevuhom.
Fi żmien 90 jum minn meta l-applikant jissottometti talba rispettiva, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ opinjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell ta’ dettall li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Jekk leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tkun teħtieġ ukoll valutazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tipprovdi proċeduri koordinati u konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Fi żmien 12-il xahar minn meta l-operatur jissottometti talba għal permess, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ilestu l-parti tal-konsultazzjoni pubblika tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-proġett.
4c. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 4a għandhom japplikaw ukoll fejn operatur japplika għal permess li jkopri aktar minn installazzjoni waħda taħt l-Artikolu 4(2).
(5a) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Meta jiġu adottati reġoli ġenerali vinkolanti, il-permess jista’ sempliċement jinkludi referenza għal dawn ir-regoli.
“Meta jiġu adottati reġoli ġenerali vinkolanti, il-permess jista’ jinkludi referenza għal dawn ir-regoli. Meta jiġu adottati regoli ġenerali vinkolanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw approċċ integrat u livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu ekwivalenti għal dak li jista’ jinkiseb b’kondizzjonijiet għal permess individwali.”
Fil-każ ta’ tniġġis li jaffettwa r-riżorsi tal-ilma tax-xorb, inkluż ir-riżorsi transkonfinali, jew li jaffettwa l-infrastruttura tal-ilma mormi fil-każ ta’ rimi indirett, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operaturi tal-ilma tax-xorb u l-ilma mormi affettwati, inklużi operaturi tal-ilma mormi transkonfinali, bil-miżuri meħuda biex jipprevjenu jew jirrimedjaw il-ħsara kkawżata minn dak it-tniġġis għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 7 – paragrafu 2
Fil-każ ta’ kwalunkwe inċident jew aċċident li jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-aċċident jew l-inċident għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tiġi infurmata minnufih. Il-kooperazzjoni transkonfinali u multidixxiplinari bejn l-Istati Membri affettwati għandu jkollha l-għan li tillimita l-konsegwenzi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u li tipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli.
Fil-każ ta’ kwalunkwe inċident jew aċċident li jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-aċċident jew l-inċident għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tiġi infurmata minnufih permezz ta’ mezzi tal-komunikazzjoni stabbiliti kif imsemmi fl-Artikolu 26(5). Il-kooperazzjoni transkonfinali u multidixxiplinari bejn l-Istati Membri affettwati għandu jkollha l-għan li tillimita l-konsegwenzi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u li tipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli.
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 8 – titolu
Huma għandhom jadottaw ukoll miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità biex jippromwovu, jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità mal-obbligi mqiegħda fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont din id-Direttiva.
(Ma taffettwax il-verżjoni bil-Malti).
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Fil-każ ta’ ksur tal-kundizzjonijiet għal permess, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
Fil-każ ta’ ksur tal-kundizzjonijiet għal permess li jirriżultaw minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
Fejn il-ksur tal-kundizzjonijiet għal permess ikun ta’ periklu immedjat għas-saħħa tal-bniedem jew jhedded li jikkawża effett immedjat negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, u sakemm ma jerġax ikun hemm konformità skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tħaddim tal-installazzjoni, l-impjant ta’ kombustjoni, l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jew parti rilevanti tiegħu għandha tkun sospiża mingħajr ebda dewmien.
Fejn il-ksur tal-kundizzjonijiet għal permess ikun ta’ periklu immedjat għas-saħħa tal-bniedem,għat-teħid tal-ilma tax-xorb jew jhedded li jikkawża effett immedjat negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, u sakemm ma jerġax ikun hemm konformità skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tħaddim tal-installazzjoni, l-impjant ta’ kombustjoni, l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jew parti rilevanti tiegħu għandha tkun sospiża mingħajr ebda dewmien.
2a. Fil-każ ta’ ksur ta’ konformità li jaffettwa r-riżorsi tal-ilma tax-xorb, inkluż ir-riżorsi transkonfinali, jew li jaffettwa l-infrastruttura tal-ilma mormi fil-każ ta’ rimi indirett, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operaturi tal-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, u lill-awtoritajiet rilevanti affettwati kollha li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, inklużi l-awtoritajiet transkonfinali, bil-ksur u l-miżuri meħuda biex jipprevjenu jew jirrimedjaw il-ħsara kkawżata għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 8 – paragrafu 3
Meta l-ksur tal-kundizzjonijiet għal permess ikompli jikkawża periklu għas-saħħa tal-bniedem jew effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, u fejn ma tkunx ġiet implimentata l-azzjoni meħtieġa biex jerġa’ jkun hemm il-konformità identifikata fir-rapport ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 23(6), it-tħaddim tal-installazzjoni, tal-impjant tal-kombustjoni, tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew tal-parti rilevanti tiegħu jista’ jiġi sospiż mill-awtorità kompetenti sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità mal-kundizzjonijiet għal permess.
Meta l-ksur tal-kundizzjonijiet għal permess ikompli jikkawża periklu għas-saħħa tal-bniedem jew effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, u fejn ma tkunx ġiet implimentata l-azzjoni meħtieġa biex jerġa’ jkun hemm il-konformità identifikata fir-rapport ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 23(6), it-tħaddim tal-installazzjoni, tal-impjant tal-kombustjoni, tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew tal-parti rilevanti tiegħu għandu jiġi sospiż mill-awtorità kompetenti sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità mal-kundizzjonijiet għal permess.
3a. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi infurzata b’mod effettiv u ma għandha tiġi posposta jew imwaqqfa bl-ebda mod, inkluż jekk l-operatur jikkontesta d-deċiżjoni ta’ sospensjoni permezz ta’ kwalunkwe mezz amministrattiv jew ġudizzjarju, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni ġudizzjarja definittiva li tikkonkludi li l-operazzjoni tista’ titkompla.
3b. Fil-każ ta’ kwalunkwe ksur tal-kundizzjonijiet għal permess li jaffettwa s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ il-ksur tal-kundizzjonijiet għal permess għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tiġi infurmata minnufih permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni stabbiliti kif imsemmi fl-Artikolu 26(5).
Emenda 257 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 9 – paragrafu 2
(7) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu (2) jitħassar.
imħassar
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c
(7a) Fl-Artikolu (11), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(c) ma jiġi kkawżat ebda tniġġis sinifikanti;
“(c) ma jiġi kkawżat ebda tniġġis sinifikanti, inkluż it-tniġġis olfattiv;”
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f
(7b) Fl-Artikolu 11, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(f) l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti;
“(f) l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti u l-użu u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jiġu promossi;”
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt fa
(fa) ir-riżorsi materjali u l-ilma jintużaw b’mod effiċjenti , inkluż permezz tal-użu mill-ġdid;
(fa) ir-riżorsi materjali u l-ilma jintużaw b’mod effiċjenti , inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt fb
(fb) il-prestazzjoni ambjentali ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-katina tal-provvista titqies kif xieraq;
imħassar
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt g
(8a) Fl-Artikolu 11(1), il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(g) għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu evitati aċċidenti u jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom;
"(g) għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, jiġu evitati aċċidenti u jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom;
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 12 – paragrafu 1– punt b
(8b) Fl-Artikolu 12(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(b) il-materja prima u dik awżiljari, sustanzi oħra u l-enerġija użata fi jew ġenerata mill-installazzjoni;
“(b) il-materja prima u dik awżiljari, sustanzi oħra, l-enerġija u l-ilmaużati fi jew iġġenerati mill-installazzjoni;”
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 12 – paragrafu 1– punt c
(8c) Fl-Artikolu 12(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8d (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 12 – paragrafu 1– punt f
(8d) Fl-Artikolu 12(1), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(f) in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet imbassra mill-installazzjoni f’kull element ambjentali kif ukoll l-identifikazzjoni tal-effetti sinifikanti tal-emissjonijiet fuq l-ambjent;
“(f) in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet imbassra, inklużi l-emissjonijiet olfattivi bħala konċentrazzjonijiet u, fejn possibbli, tal-anqas fl-ilma, f’tagħbijiet, mill-installazzjoni f’kull element ambjentali kif ukoll l-identifikazzjoni tal-effetti sinifikanti tal-emissjonijiet fuq l-ambjent;”
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 1
1. Sabiex tfassal, tirrevedi u, fejn meħtieġ, taġġorna d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Kummissjoni.”
1. Sabiex tfassal, tirrevedi u, fejn meħtieġ, taġġorna d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-ambjent, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Kummissjoni.
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
aa. jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
1a. Il-Kummissjoni għandha, sa tmiem it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (2012/119/UE) u tipprovdi kemm lill-grupp ta’ ħidma tekniku ta’ Sevilla kif ukoll lill-Forum skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva r-riżorsi meħtieġa u tadatta l-istruttura, il-kompetenzi u l-finanzjament tagħhom f’konformità mal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi kondiviża biss mal-Kummissjoni u mal-individwi li ġejjin li jkunu ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni: ħaddiema taċ-ċivil u impjegati pubbliċi oħra li jirrappreżentaw lill-Istati Membri jew lill-aġenziji tal-Unjoni, u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. L-iskambju ta’ informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva għandu jibqa’ limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jitfasslu, jiġu rieżaminati u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u tali informazzjoni kummerċjali riżervata jew informazzjoni kummerċjali sensittiva ma għandhiex tintuża għal skopijiet oħra.
B’deroga mill-Artikolu 3a, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi kondiviża biss mal-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi anonimizzata, mingħajr referenza għall-operatur jew l-installazzjoni partikolari, qabel ma tiġi kondiviża mal-individwi li ġejjin li jkunu ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni: ħaddiema taċ-ċivil u impjegati pubbliċi oħra li jirrappreżentaw lill-Istati Membri jew lill-aġenziji tal-Unjoni, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi industrijalirilevanti. L-iskambju ta’ informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva għandu jibqa’ limitat għal dak li huwa teknikament meħtieġ biex jitfasslu, jiġu rieżaminati u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u tali informazzjoni kummerċjali riżervata jew informazzjoni kummerċjali sensittiva ma għandhiex tintuża għal skopijiet oħra. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprovdi mudell għal ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
(ba) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tlaqqa’ regolarment forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent.
“Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tlaqqa’ regolarment forum ibbilanċjat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent.”
Emenda 96 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bb (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt d
(bb) il-paragrafu (3), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(d) gwida dwar it-tfassil ta’ dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom inkluża l-adegwatezza tal-kontenut u l-format tagħhom.
“(d) gwida dwar it-tfassil ta’ dokumenti ta’ referenza tal-BAT, inklużi l-effetti minn mezz għal ieħor, filwaqt li titqies l-ambizzjoni leġiżlattiva li dejjem qed tikber dwar id-dekarbonizzazzjoni u l-indipendenza tal-enerġija, u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom inkluża l-adegwatezza tal-kontenut u l-format tagħhom, kif ukoll indikazzjoni ċara tal-istrument xieraq, bħal punti ta’ riferiment jew livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma tekniku.”
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bc (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 5
(bc) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
5. Deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 75(2).
“5. L-iskambju ta’ informazzjoni għat-tħejjija, ir-rieżami u, jekk meħtieġ, l-aġġornament, ta’ dokument BREF ma għandux jaqbeż perjodu ta’ erba’ snin. L-opinjoni tal-forum imsemmi fil-paragrafu 3 dwar il-kontenut propost ta’ BREF għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mil-laqgħa finali tal-grupp ta’ esperti responsabbli għar-rieżami tal-BREF.
Deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 75(2). Id-dokumenti ta’ referenza tal-BAT għandhom jiġu rieżaminati u, meta meħtieġ, aġġornati tal-inqas kull tmien snin.”
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bd (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 13 – paragrafu 6
(bd) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
6. Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli pubblikament id-dokument ta’ referenza tal-BAT u tiżgura li l-konklużjonijiet tal-BAT ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri.
“6. Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahar, tagħmel disponibbli pubblikament id-dokument ta’ referenza tal-BAT u l-konklużjonijiet tal-BAT disponibbli għall-pubbliku fuq paġna web li tkun faċli biex tinstab. Il-konklużjoni tal-BAT għandha tiġi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għandha tkun disponibbli online fuq il-Portal tal-Emissjonijiet Industrijali.”
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt ia (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
(ia) jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:
Meta installazzjoni industrijali tirrilaxxa l-ilma mormi direttament jew indirettament fl-ilma tal-wiċċ, l-operaturi tal-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi għandhom jiġu kkonsultati qabel ma jinħareġ il-permess dwar il-konsegwenzi potenzjali tal-emissjonijiet fuq l-infrastrutturi tagħhom u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. L-awtoritajiet għandhom iqisu din l-informazzjoni meta jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għal permess. Tali proċedura ma għandhiex iddewwem l-għoti tal-permess bla bżonn.
Emenda 100 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt ii Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a) il-valuri limitu tal-emissjonijiet għal sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006*, u għal sustanzi oħra li jniġġsu, li x’aktarx joħorġu mill-installazzjoni kkonċernata fi kwantitajiet sinifikanti, wara li jiġu kkunsidrati n-natura u l-potenzjal tagħhom li jittrasferixxu t-tniġġis minn element ambjentali għal ieħor;
(a) il-valuri limitu tal-emissjonijiet għal sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006*, u għal sustanzi niġġiesa oħra, b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-irwejjaħ u s-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, indikati bħala sustanzi prijoritarji skont id-Direttivi 2000/60/KE jew 2008/105/KE, dwar il-listi ta’ sorveljanza stabbiliti fil-qafas tad-Direttivi 2006/118/KE jew 2008/105/KE, jew sustanzi oħra li huma soġġetti għal valuri ta’ limitu jew restrizzjonijiet oħra skont id-Direttivi 2008/50/KE, 2004/107/KE jew 2006/118/KE, sal-adozzjoni tal-att delegat li jespandi l-Anness II tar-Regolament dwar il-Portal tal-Emissjonijiet Industrijali, li x’aktarx joħorġu mill-installazzjoni kkonċernata fi kwantitajiet sinifikanti, wara li jiġu kkunsidrati n-natura u l-potenzjal tagħhom li jittrasferixxu t-tniġġis minn element ambjentali għal ieħor, iqisu l-varjazzjonijiet ambjentali staġjonali;
______________________
___________________
* Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).”;
* Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).”;
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt iii Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa
(aa) valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali;
(aa) valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, kif imsemmi fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 15(3a);
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt iv Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) rekwiżiti adattati li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, u miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ u l-immaniġġar tal-iskart iġġenerat mill-installazzjoni;
(b) rekwiżiti adattati li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, u miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ u l-immaniġġar tal-iskart iġġenerat mill-installazzjoni, b’attenzjoni speċifika mogħtija lill-produzzjoni tal-ilma tax-xorb;
Emenda 103 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt v Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(ba) rekwiżiti adattati għal sistema ta’ ġestjoni ambjentali kif stabbilit fl-Artikolu 14a;
(ba) rekwiżiti adattati li jistabbilixxu l-karatteristiċi ġenerali għal sistema ta’ ġestjoni ambjentali f’konformità mal-Artikolu 14a;
Emenda 104 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt via (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c – subpunt iia (ġdid)
(via) fil-punt (c), jiżdied is-subpunt (iia) (ġdid) li ġej:
(ii a) rekwiżiti għall-kontroll tal-kwalità tal-laboratorji li jwettqu l-monitoraġġ, abbażi ta’ standards internazzjonali bħal ISO 17025.
Emenda 105 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a – punt viia (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt e
(vii a) il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(e) rekwiżiti adatti għaż-żamma fl-ordni u s-sorveljanza regolari ta’ miżuri meħudin għall-prevenzjoni ta’ emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art skont il-punt (b) u rekwiżiti adatti li jikkonċernaw il-monitoraġġ perijodiku ta’ ħamrija u ilma ta’ taħt l-art fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi rilevanti li x’aktarx jinstabu fuq is-sit u b’konsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni;
“(e) rekwiżiti adatti għaż-żamma fl-ordni u s-sorveljanza regolari ta’ miżuri meħudin għall-prevenzjoni ta’ emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art skont il-punt (b) u rekwiżiti adatti li jikkonċernaw il-monitoraġġ perijodiku ta’ ħamrija u ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi rilevanti li x’aktarx jinstabu fuq is-sit u b’konsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni;
Emenda 106 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)
(aa) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
2a. L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-miżura msemmija fil-paragrafu 1, is-subparagrafu 2, il-punt (bb) sa tnax-il xahar. Tali deroga tista’ tapplika biss wara l-għoti tal-permess, dment li jkunu diġà saru sforzi suffiċjenti biex l-EMS tiġi ffinalizzata f’dak il-perjodu ta’ żmien.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur iħejji u jimplimenta, għal kull installazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, sistema ta’ ġestjoni ambjentali (“EMS”). L-EMS għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet inklużi fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT li jiddeterminaw l-aspetti li għandhom jiġu koperti fl-EMS.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur iħejji u jimplimenta, għal kull installazzjoni, inkluż, skont l-Artikolu 4(2), għal installazzjonijiet koperti b’mod konġunt mill-permess, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, sistema ta’ ġestjoni ambjentali (“EMS”). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li għandhom jissemmew fil-kundizzjonijiet tal-permess li jikkonċernaw il-karatteristiċi tal-EMS ikunu ta’ natura ġenerali biss.
L-EMS għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet inklużi fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT li jiddeterminaw l-aspetti li għandhom jiġu koperti fl-EMS, fil-forma ta’ test standardizzat kif ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fi BREFs, abbażi ta’ opinjoni mill-forum msemmi fl-Artikolu 13.
L-EMS għandha tiġi riveduta perjodikament biex jiġi żgurat li tkompli tkun xierqa, adegwata u effettiva.
L-EMS għandha tiġi awditjata mill-inqas kull tliet snin minn verifikatur ambjentali, kif definit fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament 1221/2009, li jivverifika l-konformità tal-EMS, u tal-implimentazzjoni tagħha, ma’ dan l-Artikolu. Il-liċenzja jew l-akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament 1221/2009 għandha tinkludi r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14a – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-EMS għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
2. L-EMS għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 110 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14a – paragrafu 2 – punt b
(b) objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, li għandhom iqisu l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT u l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-katina tal-provvista;
(b) objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, li għandhom iqisu l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT;
Emenda 111 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14a – paragrafu 2 – punt d
(d) inventarju tas-sustanzi kimiċi tas-sustanzi perikolużi preżenti fl-installazzjoni bħala tali, bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew bħala parti mit-taħlitiet, valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta’ sustanzi bħal dawn fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u analiżi tal-possibbiltajiet li jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri;
(d) inventarju tas-sustanzi kimiċi tas-sustanzi perikolużi preżenti rilevanti fl-installazzjoni bħala tali, bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew bħala parti mit-taħlitiet, valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta’ sustanzi bħal dawn fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u analiżi tal-possibbiltajiet li jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri;
Emenda 112 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14a – paragrafu 2 – subparagrafi 2, 3 u 4
Il-livell ta’ dettall tal-EMS għandu jkun konsistenti man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista’ jkollha.
F’każijiet fejn l-EMS hija inkluża f’konklużjoni tal-BAT iżda l-EMS ma tkoprix elementi stabbiliti fl-Artikolu 14a(2), il-punti (a) sa (e), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur iħejji u jimplimenta l-EMS sa 12-il xahar wara d-data ta’ tmiem tat-transpożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
Meta l-elementi tal-EMS, jew l-indikaturi tal-prestazzjoni, l-objettivi u l-miżuri relatati jkunu diġà ġew żviluppati f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u jikkonformaw ma’ dan il-paragrafu, referenza fl-EMS għad-dokumenti rilevanti għandha tkun biżżejjed.
Emenda 113 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 14a – paragrafu 3
3. L-EMS ta’ installazzjoni għandha tkun disponibbli fuq l-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati.
3. L-EMS ta’ installazzjoni għandha tkun disponibbli fuq l-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 4a ta’ din id-Direttiva.
Emenda 114 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Fir-rigward tar-rilaxxi indiretti ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma, l-effett ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi barra mill-installazzjoni jista’ jitqies meta jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kkonċernata, dment li l-operatur jiżgura li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
Fir-rigward tar-rilaxxi indiretti ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma, fl-ewwel stadju, għandu jitqies l-effett fuq impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew industrijali, kif applikabbli, barra mill-installazzjoni, meta jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva [id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (riformulazzjoni)]. Bħala t-tieni pass, l-effett ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi barra urban jew industrijali mill-installazzjoni jista’ jitqies meta jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kkonċernata. Il-passi, kif imsemmija f’dan il-paragrafu, għandhom jittieħdu dment li jiġi garantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu, li tali passi ma jwasslux għal livelli ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent u sakemm l-operatur jiżgura li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
Emenda 115 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a) is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jfixklux it-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u lanqas il-kapaċità li jiġu rkuprati r-riżorsi mill-fluss tat-trattament tal-ilma mormi;
Emenda 116 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-aktar valuri limitu tal-emissjonijiet stretti possibbli li huma konsistenti mal-aktar emissjonijiet baxxi li jistgħu jinkisbu bl-applikazzjoni tal-BAT fl-installazzjoni, u li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT-AELs) kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5). Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni mill-operatur li tanalizza l-fattibbiltà li jiġi ssodisfat it-tarf l-aktar strett tal-medda tal-BAT-AEL u li tintwera l-aħjar prestazzjoni li tista’ tikseb l-installazzjoni billi tiġi applikata l-BAT kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
Soġġett għall-pubblikazzjoni ta’ konklużjonijiet ġodda jew emendati tal-BAT, wara t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-Artikolu 21(3), jew meta l-permess jingħata jew jiġi aġġornat skont l-Artikolu 21(5), jew [id-data tal-ewwel jum tax-xahar 10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], skont liema tiġi l-ewwel u għall-operaturi li jkunu ppreżentaw għall-applikazzjoni ta’ permess wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva u filwaqt li titqies id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE (“Il-Gwida BREF”) l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-aktar valuri limitu tal-emissjonijiet stretti li jistgħu jinkisbu għall-installazzjoni speċifika li huma konsistenti mal-aktar emissjonijiet baxxi li jistgħu jinkisbu bl-applikazzjoni tal-BAT fl-installazzjoni. Dawk il-valuri limitu għandhom iqisu l-effetti minn mezz għal ieħor u jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT-AELs) kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5). Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni mill-operatur tal-firxa sħiħa BAT-AEL, li tanalizza l-fattibbiltà li jiġi ssodisfat it-tarf l-aktar strett tal-medda tal-BAT-AEL u li tintwera l-aħjar prestazzjoni ġenerali li tista’ tikseb l-installazzjoni speċifika taħt kundizzjonijiet normali ta’ operat, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fl-operat standard f’każijiet ta’ medji għal perijodu qasir, billi tiġi applikata l-BAT kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
Jekk jiġu adottati regoli ġenerali vinkolanti li jikkonċernaw l-Artikolu 15(3), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ġenerali vinkolanti dwar l-aktar valuri limitu tal-emissjonijiet stretti li jistgħu jinkisbu billi japplikaw il-BAT biss għal kategoriji ta’ installazzjonijiet fl-istess attivitajiet settorjali li għandhom karatteristiċi simili, u bbażati fuq valutazzjoni mill-Istati Membri li tanalizza l-fattibbiltà li jintlaħaq l-aktar tarf strett tal-medda li jista’ jinkiseb.
Emenda 273 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15 – paragrafu 3a
3a. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, tali valuri limitu tal-prestazzjoni ma jaqbżux il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BATs kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5).
3a. Soġġett għall-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT ġodda jew emendati skont din id-Direttiva, u wara t-traspożizzjoni tagħha, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE (“Il-Gwida BREF”), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi valuri indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, tali valuri limitu tal-prestazzjoni ma jaqbżux il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BATs kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5) filwaqt li jitqiesu l-effetti transmedjali fl-installazzjonijiet, inklużi b’emissjonijiet eteroġenji u industrijali.
Emenda 119 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b
(b) il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata, inkluż f’każ ta’ pjan ta’ għeluq tal-installazzjoni li jkun intlaħaq qbil dwaru fi żmien erba’ snin mid-data tal-pubblikazzjoni tal-konklużjoni BAT.
Id-derogi msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. Id-derogi ma għandhomx jingħataw meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali msemmija fl-Artikolu 18.
Id-derogi mogħtija wara t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jingħataw għal massimu ta’ ħames snin u jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha timmira li tipprevjeni t-tniġġis utiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. Id-derogi ma għandhomx jingħataw meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali msemmija fl-Artikolu 18.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid jekk id-deroga mogħtija skont dan il-paragrafu hijiex ġustifikata kull erba’ snin jew bħala parti minn kull rikunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21, fejn tali rikunsiderazzjoni ssir aktar kmieni minn erba’ snin wara li tkun ingħatat id-deroga.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid jekk id-deroga mogħtija skont dan il-paragrafu hijiex ġustifikata kull ħames snin jew bħala parti minn kull rikunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21, fejn tali rikunsiderazzjoni ssir aktar kmieni minn ħames snin wara li tkun ingħatat id-deroga.
Emenda 122 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid) – subparagrafi 1 u 2
4a. B’deroga mill-paragrafu 3a, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet speċifiċi, tistabbilixxi valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali inqas stretti mit-tarf ta’ fuq tal-medda obligatorja. Deroga ta’ dan it-tip tista’ tapplika biss fejn hemm valutazzjoni li turi li l-ilħuq ta’ valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT twassal għal kostijiet sproporzjonalment ogħla meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali u l-effetti minn mezz għall-ieħor minħabba:
(a) l-pożizzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet klimatiċi lokali tal-installazzjoni kkonċernata; jew
(b) il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata, inkluż f’każ ta’ pjan ta’ għeluq tal-installazzjoni li jkun intlaħaq qbil dwaru fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet BAT.
Id-deroga mill-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali relatati mal-ilma, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tkun kondizzjonali fuq valutazzjoni robusta ta’ riskju tal-ilma preżenti u futur għall-installazzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta f’anness tal-kundizzjonijiet għal permess ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu inkluż ir-riżultat tal-valutazzjoni u l-ġustifikazzjoni għall-kundizzjonijiet imposti.
Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda impatt ambjentali sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. Id-derogi ma għandhomx jingħataw meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali msemmija fl-Artikolu 18.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid jekk id-deroga mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu hijiex ġustifikata kull ħames snin jew bħala parti minn kull rikunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21, fejn tali rikunsiderazzjoni ssir aktar kmieni minn ħames snin wara li tkun ingħatat id-deroga.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi metodoloġija standardizzata għall-valutazzjoni tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).
4b. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, b’deroga mill-paragrafi 3 u 3a, l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet meta installazzjoni tiffaċċja interruzzjoni f’daqqa fil-provvista ta’ materja prima jew fjuwils jew tfixkil tal-elementi tat-teknika tat-tnaqqis minħabba force majeure, tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet u livelli tal-prestazzjoni ambjentali inqas stretti, għal massimu ta’ tliet xhur, li jistgħu jiġu estiżi bi tliet xhur meta jippersistu ċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija f’dan il-paragrafu, soġġett għal valutazzjoni simplifikata li tiġġustifika r-raġunijiet u l-perjodu għal dan l-aġġustament temporanju. Hekk kif jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-provvista jew tat-tnaqqis, l-Istat Membru għandu jiżgura li din id-deroga tieqaf milli jkollha effett.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’kull deroga mogħtija taħt iċ-ċirkostanzi staordinarji msemmija fl-ewwel suparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-użu tal-klawżola tad-deroga huwiex ġustifikat filwaqt li tqis kif xieraq il-kriterji stabbiliti f’dan is-subparagrafu. Jekk il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jirrevedu d-deroga pprovduta skont dan. Hekk kif il-kundizzjonijiet tal-provvista jiġu rrestawrati, id-deroga għandha tieqaf milli tapplika.
Emenda 128 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 15a – paragrafu 1
1. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 14(1), il-punt (h), il-korrezzjoni magħmula għall-kejl biex jiġu ddeterminati l-valuri medji vvalidati tal-emissjonijiet ma għandhiex taqbeż l-inċertezza tal-kejl tal-metodu ta’ kejl.
1. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 14(1), il-punt (h), il-korrezzjoni magħmula għall-kejl biex jiġu ddeterminati l-valuri medji vvalidati tal-emissjonijiet ma għandhiex taqbeż l-inċertezza tal-kejl stabbilita fir-Rapport ta’ Referenza tal-EIPPCB dwar il-Monitoraġġ.
Ir-Rapport ta’ Referenza tal-EIPPCB dwar il-Monitoraġġ għandu jiġi aġġornat sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Il-Kummissjoni għandha sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodu ta’ kejl għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permess fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).
Il-Kummissjoni għandha sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodu għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permess fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).
Il-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jindirizza, bħala minimu, id-determinazzjoni tal-valuri medji vvalidati tal-emissjonijiet u għandu jistabbilixxi kif għandhom jitqiesu l-inċertezza tal-kejl u l-frekwenza tal-qbiż tal-valuri limitu tal-emissjonijiet fil-valutazzjoni tal-konformità.
Il-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jindirizza, bħala minimu, id-determinazzjoni tal-valuri medji vvalidati tal-emissjonijiet u għandu jistabbilixxi kif għandhom jitqiesu l-inċertezza tal-kejl, kif stabbilita mir-Rapport ta’ Referenza tal-EIPPCB dwar il-Monitoraġġ, u l-frekwenza tal-qbiż tal-valuri limitu tal-emissjonijiet fil-valutazzjoni tal-konformità.
(13a) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. Il-frekwenza tal-monitoraġġ perijodiku kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 14(1) għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti f’permess għal kull installazzjoni individwali jew f’regoli ġenerali vinkolanti.
“2. Il-frekwenza tal-monitoraġġ perijodiku kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 14(1) għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti f’permess għal kull installazzjoni individwali jew f’regoli ġenerali vinkolanti.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-monitoraġġ perijodiku għandu jitwettaq mill-inqas darba kull ħames snin għall-ilma ta’ taħt l-art u kull għaxar snin għall-ħamrija, sakemm tali monitoraġġ ma jkunx ibbażat fuq valutazzjoni sistematika tar-riskju ta’ kontaminazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-monitoraġġ perijodiku għandu jitwettaq kif stabbilit fil-Konklużjonijiet BAT, fejn applikabbli, u mill-inqas darba kull tliet snin għall-ilma ta’ taħt l-art u kull seba’ snin għall-ħamrija, sakemm tali monitoraġġ ma jkunx ibbażat fuq valutazzjoni sistematika tar-riskju ta’ kontaminazzjoni.
(14a) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. Meta jiġu adottati regoli ġenerali vinkolanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw approċċ integrat u livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu ekwivalenti għal dak li jista’ jinkiseb b’kondizzjonijiet għal permess individwali.
“1. Meta jiġu adottati regoli ġenerali vinkolanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw approċċ integrat f’konformità mal-Artikolu 15(3), is-subparagrafu 2a (ġdid), u livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu ekwivalenti għal dak li jista’ jinkiseb b’kondizzjonijiet għal permess individwali.”
Emenda 134 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 18 – paragrafu 1
Meta standard tal-kwalità ambjentali jkun jeħtieġ kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, għandhom jiġu inklużi miżuri addizzjonali fil-permess bil-għan li titnaqqas il-kontribuzzjoni speċifika tal-installazzjoni għat-tniġġis li jseħħ fiż-żona rilevanti.
Meta standard tal-kwalità ambjentali jkun jeħtieġ kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, għandhom jiġu inklużi miżuri addizzjonali bħall-istabbiliment ta’ limiti ta’ tagħbijiet supplementari għas-sustanzi niġġiesa rilevanti fil-permess, bil-għan li titnaqqas il-kontribuzzjoni speċifika tal-installazzjoni għat-tniġġis li jseħħ fiż-żona rilevanti mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu biex ikun hemm konformità mal-istandards tal-kwalità ambjentali.
Emenda 135 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 18 – paragrafu 2
Fejn ikunu ġew inklużi kundizzjonijiet aktar stretti fil-permess skont l-ewwel paragrafu, għandu jkun meħtieġ monitoraġġ regolari tal-konċentrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa rilevanti fl-ambjent riċeventi li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tal-installazzjonijiet ikkonċernati mill-operatur, u r-riżultati ta’ tali monitoraġġ għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti. Meta l-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ kejl għas-sustanzi niġġiesa kkonċernati jkunu stabbiliti f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, dawn il-metodi għandhom jintużaw għall-fini tal-monitoraġġ imsemmi f’dan il-paragrafu.
Fejn ikunu ġew inklużi kundizzjonijiet aktar stretti fil-permess skont l-ewwel paragrafu, għandu jkun meħtieġ monitoraġġ regolari tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbijiet ta’ sustanzi niġġiesa rilevanti fl-ambjent riċeventi li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tal-installazzjonijiet ikkonċernati mill-operatur, u r-riżultati ta’ tali monitoraġġ għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti u lill-operaturi tal-ilma tax-xorb downstream u/jew tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, kif rilevanti, fl-inqas żmien possibbli wara li l-informazzjoni tkun ġiet iġġenerata, u mhux aktar tard minn xahar wara li l-informazzjoni tkun ġiet iġġenerata. Meta l-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ kejl għas-sustanzi niġġiesa kkonċernati, inklużi l-hekk imsejħa effetti cocktail, jkunu stabbiliti f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, dawn il-metodi għandhom jintużaw għall-fini tal-monitoraġġ imsemmi f’dan il-paragrafu.”.
Emenda 136 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 19
(15a) L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 19
“Artikolu 19
Żviluppi fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli
Żviluppi fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar metodi tekniċi disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe konklużjonijiet ġodda jew aġġornati tal-BAT u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kkonċernat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar metodi tekniċi disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe konklużjonijiet jew regoli operattivi ġodda jew aġġornati tal-BAT u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kkonċernat.”
(15b) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti b’kull bidla ppjanata fin-natura jew il-funzjonament, jew estensjoni tal-installazzjoni li jista’ jkollha konsegwenzi għall-ambjent. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess.
“1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti b’kull bidla ppjanata fin-natura jew il-funzjonament, jew estensjoni tal-installazzjoni li jista’ jkollha konsegwenzi għall-ambjent mill-inqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta’ tali bidla jew estensjoni. Meta jkun il-każ, l- awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess, inklużi l-proċessi rilevanti għall-estensjoni.”
(15c) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtorità kompetenti perijodikament tirrikunsidra, f’konformità mal-paragrafi 2 sa 5, il-kondizzjonijiet kollha għal permess u, fejn meħtieġ biex tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva, taġġorna dawk il-kondizzjonijiet.
“1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtorità kompetenti perijodikament tirrikunsidra, f’konformità mal-paragrafi 2 sa 5, il-kondizzjonijiet kollha għal permess u, fejn meħtieġ biex tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva, taġġorna dawk il-kondizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw mill-ġdid il-permess mill-inqas kull tmien snin.”
Emenda 139 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15d (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(15d) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3, is-subparagrafu 1, il-punt (a) jiġi sostwit b’dan li ġej:
(a) il-kondizzjonijiet kollha għal permess għall-installazzjoni kkonċernata jiġu rrikunsidrati u, fejn meħtieġ, aġġornati biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 15(3) u (4), fejn applikabbli;
“(a) il-kondizzjonijiet kollha għal permess għall-installazzjoni kkonċernata jiġu rrikunsidrati u, fejn meħtieġ, aġġornati biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 15(3), (3a) u (4), fejn applikabbli;”
Emenda 305 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 e (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)
(15e) Fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“3a. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’, f’każ li l-impriżi jimplimentaw trasformazzjoni industrijali profonda f’konformità mal-Artikolu 3 lejn l-objettivi tal-Unjoni dwar ekonomija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima billi tibni installazzjonijiet ġodda jew billi tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni għal installazzjonijiet ġodda, tipposponi l-kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament tal-permess għall-attivitajiet ikkonċernati – mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-kapitoli speċifiċi għas-settur – sakemm titlesta t-trasformazzjoni, iżda mhux aktar tard mill-2035.”
Emenda 140 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafi 1 u 2
(16a) Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
2. Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, u fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni, l-operatur għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport ta’ bażi qabel ma jibda jħaddem installazzjoni jew qabel ma permess għal installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara s-7 ta’ Jannar 2013.
“2. Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, u fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni, l-operatur għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport ta’ bażi qabel ma jibda jħaddem installazzjoni jew qabel ma permess għal installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara s-7 ta’ Jannar 2013.
Ir- rapport ta’ bażi għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi determinat l-istat ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art sabiex isir tqabbil kwantitattiv mal-istat mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet previsti taħt il-paragrafu 3.
Ir-rapport ta’ bażi għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi determinat l-istat ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art sabiex isir tqabbil kwantitattiv mal-istat mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet previsti taħt il-paragrafu 3.”
(16b) Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3, is-subparagrafu 1, huwa sostitwit b’dan li ġej:
Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art minn sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni. Meta l-installazzjoni tkun ikkawżat tniġġis sinifikattiv tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art permezz ta’ sustanzi perikolużi rilevanti meta mqabbel mal-qagħda stabbilita fir-rapport ta’ bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dak it-tniġġis jiġi indirizzat biex b’hekk is-sit imur lura għal dak l-istat. Għal dak il-għan, tista’ titqies il-fattibbiltà teknika ta’ miżuri bħal dawn.
“Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art minn sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni. Meta l-installazzjoni tkun ikkawżat tniġġis sinifikattiv tal-ħamrija, tal-ilma tal-wiċċ jew ta’ taħt l-art permezz ta’ sustanzi perikolużi rilevanti meta mqabbel mal-qagħda stabbilita fir-rapport ta’ bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dak it-tniġġis jiġi indirizzat biex b’hekk is-sit imur lura għal dak l-istat. Għal dak il-għan, tista’ titqies il-fattibbiltà teknika ta’ miżuri bħal dawn.”
(16c) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 4, is-subparagrafu 2, huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-perijodu bejn żewġ żjarat fuq is-siti għandu jkun ibbażat fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati u m’għandux jaqbeż is-sena għall-installazzjonijiet tal-ogħla riskju u tliet snin għall-installazzjonijiet tal-anqas riskju.
“Il-perjodu bejn żewġ żjarat fuq is-siti għandu jkun ibbażat fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati u m’għandux jaqbeż is-sena għall-installazzjonijiet tal-ogħla riskju u tliet snin għall-installazzjonijiet tal-anqas riskju. Il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar l-istima tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet.”
(16d) Fl-Artikolu 23(4), is-subparagrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-Kummissjoni tista’ tadotta gwida dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji ambjentali.
“Sa mhux aktar tard minn sentejn wara t-tranżposizzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta u, fejn xieraq, taġġorna b’mod regolari, gwida dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji ambjentali.”
Emenda 144 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt a – punt -i (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b
(-i) Fl-Artikolu 24(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(b) il-ħruġ ta’ permess għal kwalunkwe bidla sostanzjali;
“(b) il-ħruġ jew ir-rikunsiderazzjoni ta’ permess għal kwalunkwe bidla sostanzjali;”
Emenda 145 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt b – punt i Direttiva 2010/75/UE Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ, il-konsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, fir-rigward tal-punti (a), (b) u (f), l-informazzjoni li ġejja:
2. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ, il-konsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-Internet, fuq is-sit web tagħha, fuq paġna web li tinstab faċilment,mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, fir-rigward tal-punti (a), (b) u (f), l-informazzjoni li ġejja:”;
Emenda 146 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt b – punt ia (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(ia) Fl-Artikolu 24(2), jiddaħħal il-punt aa (ġdid):
Emenda 147 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt b – punt iia (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt e
(iia) Fl-Artikolu 24(2), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(e) kif il-kondizzjonijiet għal permess imsemmija fl-Artikolu 14, inklużi l-valuri limitu tal-emissjonijiet ikunu ġew determinati f’relazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;
“(e) kif il-kondizzjonijiet għal permess imsemmija fl-Artikolu 14, inklużi l-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-livelli tal-prestazzjoni ambjentali ikunu ġew determinati f’relazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-livelli tal-emissjonijiet u l-livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;
Emenda 148 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt c Direttiva 2010/75/UE Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-Internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, dan li ġej:
3. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-Internet, fuq is-sit web tagħha, fuq paġna web li tinstab faċilment, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, dan li ġej:
Emenda 149 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt c Direttiva 2010/75/UE Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt b
(b) ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet kif meħtieġ skont il-kundizzjonijiet għal permess u miżmumin mill-awtorità kompetenti;
(b) ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet kif meħtieġ skont il-kundizzjonijiet għal permess u miżmumin mill-awtorità kompetenti f’bażi tad-data, f’format li jippermetti li jitniżżlu settijiet ta’ data fuq il-bażi ta’ mistoqsijiet;
Emenda 150 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 25 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(17a) Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew quddiem korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet soġġetti għal Aritkolu 24 meta titwettaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew quddiem korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet soġġetti għall-Artikolu 14, għall-Artikoli 17(1) sa (3), għall-Aritkolu 22 u għall-Artikolu 24 meta titwettaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-proċedura ta’ rieżami tista’ ma tkunx kondizzjonali fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
Il-proċedura ta’ rieżami ma għandhiex tkunkondizzjonali fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
(18a) Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
3. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u tnaqqir ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat.
“3. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u tnaqqir ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat.
Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-il-ħarsien ambjentali u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1.
Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-il-ħarsien ambjentali u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali u l-interess ta’ kwalunkwe awtorità pubblika subnazzjonali li t-territorju jew il-popolazzjoni tagħha jistgħu jiġu affettwati ħażin minn nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttivagħandhom jitqiesu biżżejjed għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1.
Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu mnaqqra għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1.
Dawn l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu mnaqqra għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1.”
Emenda 153 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 26 – paragrafu 1
1. Meta Stat Membru jkun konxju li t-tħaddim ta’ installazzjoni jista’ jkollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti jitlob dan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal permess skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 20(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li trid tingħata jew li trid tkun magħmula disponibbli skont l-Anness IV fl-istess waqt li jagħmilha disponibbli lill-pubbliku. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, għandhom jitwettqu konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Stati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li l-kummenti mill-Istat Membru li jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti jiġu pprovduti qabel ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal permess, tasal għad-deċiżjoni tagħha. Jekk ma jingħata l-ebda kumment mill-Istat Membru li jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti fil-perjodu għall-konsultazzjoni tal-pubbliku kkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tipproċedi bil-proċedura tal-għoti tal-permessi.
1. Meta Stat Membru jkun konxju li t-tħaddim ta’ installazzjoni jista’ jkollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti jitlob dan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal permess skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 20(2) jew li fit-territorju tiegħu jkun ġie rikunsidrat permess skont l-Artikolu 21 għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li trid tingħata jew li trid tkun magħmula disponibbli skont l-Anness IV fl-istess waqt li jagħmilha disponibbli lill-pubbliku u sa mhux aktar minn tliet xhur wara. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, għandhom jitwettqu konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Stati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li l-kummenti mill-Istat Membru li jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti jiġu pprovduti qabel ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal permess, tasal għad-deċiżjoni tagħha. Jekk ma jingħata l-ebda kumment mill-Istat Membru li jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti fil-perjodu għall-konsultazzjoni tal-pubbliku kkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tipproċedi bil-proċedura tal-għoti tal-permessi.
(19a) Fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej:
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu kanali ta’ komunikazzjoni transkonfinali reġjonali xierqa.
Emenda 155 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 Direttiva 2010/75/UE Kapitolu IIa – titolu
PROMOZZJONI TAL-INNOVAZZJONI”
L-IFFAĊILITAR U L-PROMOZZJONI TAL-INNOVAZZJONI
Emenda 156 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti, b’mod partikolari fejn tali metodi tekniċi jkunu ġew identifikati fil-konklużjonijiet tal-BAT, fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT jew fis-sejbiet taċ-ċentru tal-innovazzjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali msemmija fl-Artikolu 27a.”.
Mingħajr ma jeħtieġu l-użu ta’ metodu tekniku jew teknoloġija speċifika, l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti, b’mod partikolari fejn tali metodi tekniċi jkunu ġew identifikati fil-konklużjonijiet tal-BAT, fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT jew fis-sejbiet taċ-ċentru tal-innovazzjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali msemmija fl-Artikolu 27a.
Emenda 157 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27a – paragrafu 2
2. Iċ-ċentru għandu jiġbor u janalizza informazzjoni dwar metodi tekniċi innovattivi, inklużi metodi tekniċi emerġenti rilevanti għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jikkaratterizza l-livell ta’ żvilupp tagħhom u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tqis is-sejbiet taċ-ċentru meta tħejji l-programm ta’ ħidma għall-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(3), il-punt (b), u meta tfassal, tirrevedi u taġġorna d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(1).
2. Iċ-ċentru għandu jiġbor u janalizza informazzjoni dwar metodi tekniċi innovattivi, inklużi metodi tekniċi emerġenti rilevanti għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jikkaratterizza l-livell ta’ żvilupp tagħhom u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tqis is-sejbiet taċ-ċentru meta tħejji l-programm ta’ ħidma għall-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu13(3), il-punt(b), u meta tfassal, tirrevedi u taġġorna, wara valutazzjoni mill-grupp ta’ ħidma tekniku rilevanti f’Sevilla, id-dokumenti ta’ referenza tal-BAT imsemmija fl-Artikolu13(1).
Emenda 158 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27a – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
(ea) rappreżentanti tal-bdiewa kkonċernati;
Emenda 159 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27a – paragrafu 3 – punt g
(g) organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali;
(g) organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent;
Emenda 160 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27b – paragrafu 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi temporanji mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(2) u (3) u mill-prinċipji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11, għall-ittestjar ta’ metodi tekniċi emerġenti għal perjodu totali ta’ żmien li ma jaqbiżx l-24 xahar.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 u l-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi temporanji mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu15(2) u (3) u mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 11, il-punti (a) u (b), għall-ittestjar ta’ metodi tekniċi għal perjodu totali ta’ żmien li ma jaqbiżx is-36 xahar, dment li wara l-perjodu speċifikat, jew il-metodu tekniku jitwaqqaf jew l-attività tikseb mill-inqas il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
Emenda 274 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27c – paragrafu 1
B’deroga mill-Artikolu 21(3), l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, fi żmien sitt snin mill-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT f’konformità mal-Artikolu 13(5) relatata mal-attività ewlenija ta’ installazzjoni, l-emissjonijiet ma għandhomx, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, jaqbżu l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-metodi tekniċi emerġenti kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT.
B’deroga mill-Artikolu 15(3) u (3a) u l-Artikolu 21(3), l-awtorità kompetenti tista’, fuq talba tal-operatur, tistabbilixxi valuri limitu indikattivi tal-emissjonijiet li jiżguraw li, fi żmien sitt snin mill-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT f’konformità mal-Artikolu 13(5) relatata mal-attività ewlenija ta’ installazzjoni, l-emissjonijiet ma għandhomx, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, jaqbżu l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-metodi tekniċi emerġenti kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-INCITE dwar il-metodi tekniċi emerġenti li għalihom ikun ingħata permess.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li sat-30 ta’ Ġunju 2030 l-operatur jinkludi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14a, pjan ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq kwalunkwe attività elenkata fil-punti 1, 2, 3, 4, 6.1a, u 6.1b tal-Anness I. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-installazzjoni se tittrasforma ruħha matul il-perjodu 2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.
L-Istati Membri għandhom jitolbu li sat-30ta’Ġunju2030 l-operatur jinkludi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu li hemm referenza għaliha fl-Artikolu14a, pjan ta’ trasformazzjoni indikattiv għall-attivitajiet raggruppati fil-livell ta’ kumpanija elenkati fil-punti1, 2, 3, 4, 6.1a, u 6.1b tal-AnnessI. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif il-kumpanija se tittrasforma ruħha matul il-perjodu2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jinkludi informazzjoni speċifika dwar kif il-kumpanija tippjana li ssir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, tal-ilma u tar-riżorsi billi tistabbilixxi l-miżuri li se jiġu implimentati biex jitnaqqas il-konsum ġenerali u ttejjeb l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tagħha.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2031, l-organizzazzjoni tal-awditu kkuntrattata mill-operatur bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu, tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-awditu kkuntrattata mill-operatur bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu tivvaluta, mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenzi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050.
Meta elementi tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni jkunu diġà ġew żviluppati x’imkien ieħor u jkunu konformi ma’ din id-dispożizzjoni, fil-pjan ta’ trasformazzjoni jista’ jsir riferiment għad-dokumenti rilevanti.
1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rieżaminati b’mod regolari u, jekk neċessarju, riveduti.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, bħala parti mir-rieżami tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21(3) wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT wara l-1 ta’ Jannar 2030, l-operatur jinkludi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu msemmija fl-Artikolu 14a, pjan ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 1. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-installazzjoni se tittrasforma ruħha matul il-perjodu 2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li sal-1 ta’ Jannar 2030, l-operatur li qed iwettaq kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 1 jinkludi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu msemmija fl-Artikolu 14a, pjan ta’ trasformazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-installazzjoni se tittrasforma ruħha matul il-perjodu 2030-2050 sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, bl-użu tal-format imsemmi fil-paragrafu 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-awditu kkuntrattata mill-operatur bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-awditu kkuntrattata mill-operatur bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4.
Emenda 260 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27d – paragrafu 3
3. L-operatur għandu jagħmel il-pjan ta’ trasformazzjoni tiegħu kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 pubbliċi, bħala parti mill-pubblikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu.
3. Il-kumpanija għandha tagħmel il-pjan ta’ trasformazzjoni tagħha, l-aġġornamenti tiegħu kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi1 u 2 pubbliċi, bħala parti mill-pubblikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha.
Emenda 168 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 27d – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha sat-30 ta’ Ġunju 2028, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2)..
4. Il-Kummissjoni għandha sat-30 ta’ Ġunju 2026, tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 76 biex jissupplimenta din id-Direttiva billi jistabbilixxi l-format għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni u l-lista tal-installazzjonijiet li jniġġsu l-aktar.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina sal-2035 il-kontenut u l-format tal-pjan ta’ trasformazzjoni, u fejn meħtieġ iżżid, permezz ta’ atti delegati, elementi, bħal objettivi intermedji settorjali, kif ukoll deskrizzjoni tal-format għar-rappurtar tagħhom, fejn meħtieġ, mal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni u, sal-2040, il-lista tal-200 installazzjoni li jniġġsu l-aktar hekk kif jiġu kkunsidrati, wara s-sustanzi niġġiesa fl-arja, ukoll is-sustanzi niġġiesa tal-ilma.
4a. L-Istati Membri għandhom, meta jkun rilevanti, jirrikjedu li l-operaturi ta’ installazzjonijiet jivvalutaw l-benefiċċji tal-użu ta’ għodod diġitali biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni tagħhom.
(22a) Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
5. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga għal massimu ta’ sitt xhur mill-obbligu ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 għad-diossidu tal-kubrit fir-rigward ta’ impjant ta’ kombustjoni li għal dan l-iskop normalment juża karburant ta’ kubrit baxx, f’każijiet fejn l-operatur ma jistax jikkonforma ma’ dawk il-valuri limitu minħabba interruzzjoni fil-forniment ta’ karburant ta’ kubrit baxx kawżat minn nuqqas serju.
“5. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga għal massimu ta’ sitt xhur mill-obbligu ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 għad-diossidu tal-kubrit fir-rigward ta’ impjant ta’ kombustjoni li għal dan l-iskop normalment juża karburant ta’ kubrit baxx, f’każijiet fejn l-operatur ma jistax jikkonforma ma’ dawk il-valuri limitu minħabba interruzzjoni fil-forniment ta’ karburant ta’ kubrit baxx kawżat minn nuqqas serju.
L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull deroga mogħtija taħt l-ewwel suparagrafu.
L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull deroga mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu u jipprovdu lill-Kummissjoni prova tan-nuqqas u ġustifikazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li għalihom id-deroga hija meħtieġa.”
(22b) Fl-Artikolu 30(6), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni immedjatament b’kull deroga mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu.
“L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni immedjatament b’kull deroga mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu u jipprovdu lill-Kummissjoni prova tal-interruzzjoni fil-provvista u ġustifikazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li għalihom id-deroga hija meħtieġa.”
Emenda 172 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22c (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 30 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt c
(22c) Fl-Artikolu 30(9), is-subparagrafu 1, il-punt c huwa sostitwit b’dan li ġej:
(c) l-impjanti ta’ kombustjoni alimentati minn gassijiet li mhumiex gass naturali;
“(c) l-impjanti ta’ kombustjoni alimentati minn gassijiet li mhumiex gassijiet fossili jew bijoġeniċi;”
Emenda 294 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 d (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 34a
(22d) Jiddaħħal l-Artikolu 34a li ġej:
“1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw, sal-31 ta’ Diċembru 2029, jeżentaw lill-impjanti ta’ kombustjoni li jkunu parti minn sistema iżolata żgħira fi [data tad-dħul fis-seħħ], mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(2) u fl-Artikolu 15(3) għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab jew, fejn applikabbli, mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmija fl-Artikolu 31. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab imniżżla fil-permess ta’ dawn l-impjanti ta’ kombustjoni, skont b’mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom tal-inqas jinżammu.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-emissjonijiet jiġu mmonitorjati u li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet mill-valuri limitu tal-emissjonijiet biss meta jkunu ġew eżawriti l-miżuri kollha possibbli li jniġġsu inqas. L-eżenzjoni ma għandhiex issir għal perjodu itwal milli hu meħtieġ.
2. Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-impjanti ta’ kombustjoni kkonċernati għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab imsemmija fl-Artikolu 15(3).
3. L-Istati Membri li jkunu pprevedew eżenzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jimplimentaw Pjan ta’ Konformità li jkopri l-impjanti ta’ kombustjoni li jibbenefikaw minn eżenzjoni f’konformità mal-paragrafu 1. Il-Pjan ta’ Konformità għandu jkun fih il-miżuri meħuda mill-Istat Membru biex jiżgura konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-Artikolu 15(3) għad-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab sal-31 ta’ Diċembru 2029. Il-pjan għandu jinkludi wkoll miżuri biex jiġu mminimizzati d-daqs u t-tul ta’ żmien tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul il-perjodu kopert mill-pjan u informazzjoni dwar miżuri għall-ġestjoni tad-domanda u l-possibbiltajiet tal-qalba għal alternattivi aktar nodfa bħall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u interkonnessjoni mal-grilji kontinentali.
4. Mhux aktar tard minn [data tad-dħul fis-seħħ + sitt xhur], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-Pjan ta’ Konformità tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet u, fejn il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi l-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis li l-pjan tiegħu ikun ġie aċċettat. F’każ li l-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet għar-raġuni li l-pjan ma jiggarantixxix il-konformità tal-impjanti kkonċernati sal-31 ta’ Diċembru 2029 jew ma jimminimizzax id-daqs u t-tul ta’ żmien tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul il-perjodu kopert mill-pjan, l-Istat Membru għandu jikkomunika pjan rivedut fi żmien sitt xhur min-notifika tal-oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ verżjoni ġdida ta’ pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun ta’ sitt xhur.
5. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-azzjonijiet deskritti fil-pjan sa mhux aktar tard minn [data tad-dħul fis-seħħ + 18-il xahar], u fl-aħħar ta’ kull sena kalendarja sussegwenti. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għall-pjan. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ verżjoni ġdida ta’ pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 għandu jkun ta’ sitt xhur.
6. L-Istat Membru għandu jagħmel id-deroga u l-kondizzjonijiet imposti disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 24(2).”;
Emenda 173 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a) l-inċinerazzjoni ma tikkawżax emissjonijiet ogħla mill-kombustjoni tal-fjuwils li jniġġsu l-anqas disponibbli fis-suq li jistgħu jiġu maħruqa fl-installazzjoni;
(a) l-inċinerazzjoni tikkawża emissjonijiet aktar baxxi mill-kombustjoni tal-fjuwils li jniġġsu l-anqas disponibbli fis-suq li jistgħu jiġu maħruqa fl-installazzjoni;
2a. L-emissjonijiet fl-arja mill-impjanti tal-inċinerazzjoni u tal-koinċinerazzjoni tal-iskart għandhom jiġu mmonitorjati wkoll waqt kundizzjonijiet mhux normali ta’ tħaddim (OTNOC), b’mod partikolari l-emissjonijiet ta’ PCDD/F u PCBs simili għad-diossina matul l-operazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem tat-tħaddim. L-impjanti tal-inċinerazzjoni u tal-koinċinerazzjoni għandhom jipprevjenu l-emissjonijiet ta’ PCDD/F u PCBs simili għad-diossina matul il-ħinijiet kollha ta’ tħaddim, inkluż l-OTNOC, inter alia billi jiżguraw li s-sistema tat-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija tkun kompletament operattiva qabel ma jiddaħħal l-iskart.
(23c) Fl-Artikolu 55, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. Għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b’kapaċità nominali ta’ żewġ tunnellati metriċi jew aktar fis-siegħa, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 72 għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ħidma u l-monitoraġġ tal-impjant u jagħti kont tal-ġestjoni tal-proċess tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni u l-livell tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma bi tqabbil mal-valuri limitu tal-emissjonijiet. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
2. Għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b’kapaċità nominali ta’ żewġ tunnellati metriċi jew aktar fis-siegħa, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 72 għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ħidma u l-monitoraġġ tal-impjant u jagħti kont tal-ġestjoni tal-proċess tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni u l-livell tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma bi tqabbil mal-valuri limitu tal-emissjonijiet. Dan għandu jinkludi data dwar l-emissjonijiet mogħtija f’valuri grossi u rapporti ta’ analiżi tal-laboratorju oriġinali. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
(23d) Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Is-sustanzi jew taħlitiet li, minħabba l-kontenut tagħhom ta’ komposti organiċi volatili kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F, għandhom jinbidlu, safejn hu possibbli b’sustanzi jew taħlitiet inqas dannużi fl-iqsar żmien possibbli.
Is-sustanzi jew taħlitiet li, minħabba l-kontenut tagħhom ta’ komposti organiċi volatili, karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F, jew li huma kklassifikati bħala persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew li jfixklu s-sistema endokrinali fis-sens tar-Regolament 1272/2008, għandhom jinbidlu, safejn hu possibbli b’sustanzi jew taħlitiet inqas dannużi fl-iqsar żmien possibbli.
(23e) Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
2. Fejn installazzjoni eżistenti tgħaddi minn tibdil sostanzjali, jew taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ewwel darba wara t-tibdil sostanzjali, dik il-parti tal-installazzjoni li tgħaddi minn tibdil sostanzjali għandha tiġi trattata jew bħala installazzjoni ġdida jew bħala installazzjoni eżistenti, bil-kondizzjoni li l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni kollha ma jaqbżux dawk li jirriżultaw li kellhom il-parti mibdula sostanzjalment u li jiġu trattati bħala installazzjoni ġdida.
“2. Fejn installazzjoni eżistenti tgħaddi minn tibdil sostanzjali, jew taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ewwel darba wara t-tibdil sostanzjali, dik il-parti tal-installazzjoni li tgħaddi minn tibdil sostanzjali għandha tiġi trattata bħala installazzjoni ġdida.”
Emenda 179 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23f (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Artikolu 64 - paragrafu 2 - punt da (ġdid)
(23f) Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud:
(da) l-ostakli għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta’ solventi organiċi u modi kif jitneħħew dawn l-ostakli.
(23g) Fl-Artikolu 70, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
3. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont l-istandards CEN jew, jekk l-istandards CEN mhumiex disponibbli, l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw il-forniment ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
“3. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont l-istandards CEN jew, jekk l-istandards CEN mhumiex disponibbli, l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw il-forniment ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. Dan japplika wkoll għas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-laboratorju li jwettaq il-monitoraġġ. ”
Emenda 253 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70a – paragrafu 1
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet stabbiliti fl-Anness Ia li jilħqu l-limiti tal-kapaċità stabbiliti f’dak l-Anness.
Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin ta’ trobbija tal-ħnieżer u t-tjur li jilħqu l-limitu l-aktar baxx:
(a) azjenda agrikola jew installazzjoni agrikola:
(i) b’aktar minn 40 000 post għat-tjur,
(ii) b’aktar minn 2 000 post għal majjali ta’ produzzjoni (aktar minn 30 kg), jew
(iii) b’aktar minn 750 post għal majjali nisa.
jew
(b) azjenda agrikola jew installazzjoni agrikola b’750 unità ta’ bhejjem (LSU) jew aktar. L-ekwivalenti approssimattiv f’LSU għandu jkun ibbażat fuq il-koeffiċjenti stabbiliti fl-Anness -Ia għal din id-Direttiva.
Sa [l-ewwel jum tax-xahar ta’ wara 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 3] il-prodotti li joriġinaw minn attivitajiet ta’ trobbija koperti mill-Kapitolu VIa jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-UE dment li l-installazzjoni fejn isseħħ l-attività ta’ trobbija tikkonforma mal-kundizzjonijiet uniformi tar-regoli operattivi msemmija f’dan l-Artikolu, jew jekk l-importaturi jipprovdu garanziji tal-oriġini minn pajjiżi terzi meqjusa bħala komparabbli fl-effettività. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħu l-importazzjonijiet għandhom jivverifikaw il-konformità tal-prodotti importati. Il-Kummissjoni għandha sa [l-ewwel jum tax-xahar wara 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] tressaq att delegat biex tistabbilixxi metodoloġija konsistenti mad-WTO li tistabbilixxi l-proċedura għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq tal-Unjoni u l-proċedura ta’ verifika għall-awtorità kompetenti, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi.
Emenda 182 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70b – paragrafu 1
Jekk żewġ installazzjonijiet jew aktar ikunu jinsabu qrib xulxin u jekk l-operatur tagħhom ikun l-istess jew jekk l-installazzjonijiet ikunu taħt il-kontroll ta’ operaturi li jkunu involuti f’relazzjoni ekonomika jew legali, l-installazzjonijiet ikkonċernati għandhom jitqiesu bħala unità waħda għall-fini tal-kalkolu tal-limitu tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 70a.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li jekk żewġ installazzjonijiet jew aktar, involuti f’attivitajiet ta’ trobbija, ikunu jinsabu qrib xulxin u jekk l-operatur tagħhom ikun l-istess jew jekk l-installazzjonijiet ikunu taħt il-kontroll ta’ operaturi li jkunu involuti f’relazzjoni ekonomika jew legali, l-installazzjonijiet ikkonċernati għandhom jitqiesu bħala unità waħda għall-fini tal-kalkolu tal-limitu tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 70a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ir-regola ma tintużax biex jiġu evitati l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. Sa ... [l-ewwel jum tal-24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, wara li tikkonsulta l-Istati Membri, dwar il-kriterji biex l-installazzjonijiet differenti jitqiesu bħala unità waħda fis-sens tal-paragrafu 1.
Emenda 183 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – titolu
Permessi
Permessi u reġistrazzjonijiet
Emenda 184 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda installazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu ma titħaddem mingħajr permess u li l-operat tagħha jikkonforma mar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda installazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu ma titħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma tkun irreġistrata u li l-operat tal-installazzjonijiet kollha kif imsemmija fl-Anness Ia jikkonforma mar-regoli operattivi f’kundizzjonijiet uniformi msemmija fl-Artikolu 70i.
L-Istati Membri għandhom jużaw kwalunkwe proċedura preeżistenti simili għar-reġistrazzjoni sabiex jevitaw li joħolqu piż amministrattiv. F’kull każ, l-Istati Membri għandhom japplikaw proċedura ta’ permessi għat-trobbija intensiva tat-tjur u tal-majjali:
(a) b’aktar minn 40 000 post għat-tjur,
(b) b’aktar minn 2 000 post għal majjali ta’ produzzjoni (aktar minn 30 kg), jew
(c) b’aktar minn 750 post għal ħnieżer nisa.
Emenda 185 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-applikazzjonijiet għall-permessi għandhom jinkludu mill-inqas deskrizzjoni tal-elementi li ġejjin:
2. Ir-reġistrazzjonijiet jew l-applikazzjonijiet għall-permessi għandhom jinkludu mill-inqas deskrizzjoni tal-elementi li ġejjin:
Emenda 186 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – paragrafu 2 – punt b
(b) it-tip ta’ annimal
(b) it-tip ta’ annimal u d-densità tal-bhejjem tiegħu;
Emenda 187 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – paragrafu 2 – punt e
(e) in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet prevedibbli mill-installazzjoni f’kull mezz.
(e) in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet prevedibbli mill-installazzjoni f’kull mezz f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim .
Emenda 188 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) l-għadd approssimattiv ta’ jiem li l-annimali qattgħu barra mill-istalla
Emenda 189 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70c – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe bidla sostanzjali ppjanata għall-installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, li jista’ jkollha konsegwenzi għall-ambjent. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra mill-ġdid u taġġorna l-permess.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe bidla sostanzjali ppjanata għall-installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, li jista’ jkollha konsegwenzi għall-ambjent. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra mill-ġdid u taġġorna l-permess jew titlob lill-operatur biex japplika għal permess jew jagħmel reġistrazzjoni ġdida.
4a. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn wara l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli operattivi, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew li jivvaluta l-impatt tas-sistema fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-installazzjonijiet agrikoli li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-kostijiet attribwiti għas-sistemi ta’ permessi u ta’ reġistrazzjoni u t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksuba permezz tal-miżuri implimentati, filwaqt li tqis il-kostijiet u l-benefiċċji kollha relatati mal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti, sabiex ċerti dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni mid-direttiva jiġu adattati skont dan.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati f’konformità mar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati f’kundizzjonijiet uniformi u f’konformità mar-regoli operattivi stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 70i.
L-operatur għandu jżomm rekord ta’, u jipproċessa, ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ, għal perjodu ta’ mill-inqas sitt snin, b’tali mod li tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u mal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fir-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i.
Id-data ta’ monitoraġġ għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl jew, fejn dan mhuwiex possibbli, permezz ta’ metodi ta’ kalkolu bħall-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni. Kemm il-metodi ta’ kejl kif ukoll il-metodi ta’ kalkolu jekk applikabbli, għandhom jiġu deskritti fir-regoli operattivi.
L-operatur għandu jżomm rekord ta’, u jipproċessa, ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ, għal perjodu ta’ mill-inqas sitt snin, b’tali mod li tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u mal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fir-regoli operattivi.
Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum ta’ 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, wara l-kriterji għall-metodi ta’ kejl u kalkolu, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet u l-eteroġeneità tal-prattiki ta’ trobbija fl-Unjoni kollha.
Emenda 193 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70d – paragrafu 2
2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u mal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fir-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa’ jkun hemm il-konformità fl-iqsar żmien possibbli.
2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u mal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali f’kundizzjonijiet uniformi stabbiliti fir-regoli operattivi stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 70i, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa’ jkun hemm il-konformità fl-iqsar żmien possibbli.
Emenda 194 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70d – paragrafu 3
3. L-operatur għandu jiżgura li kwalunkwe tixrid fuq l-art ta’ skart, prodotti sekondarji tal-annimali jew residwi oħra ġġenerati mill-installazzjoni jitwettaq f’konformità mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, kif speċifikat fir-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i, u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u li ma tikkawżax tniġġis sinifikanti tal-ambjent.
3. L-operatur għandu jiżgura li kwalunkwe ġestjoni tad-demel, inkluż it-tixrid fuq l-art ta’ skart, prodotti sekondarji tal-annimali jew residwi oħra ġġenerati mill-installazzjoni jitwettaq f’konformità mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, kif speċifikat fir-regoli operattivi, u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u li ma tikkawżax tniġġis sinifikanti tal-ambjent.
Emenda 195 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70e – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ xieraq f’konformità mar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ xieraq f’kundizzjonijiet uniformi u f’konformità mar-regoli operattivi stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 70i.
Emenda 196 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70e – paragrafu 3
3. L-operatur għandu, mingħajr dewmien, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, id-data u l-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel talba bħal din sabiex tivverifika l-konformità mar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel talba bħal din, jekk membru tal-pubbliku jitlob aċċess għad-data jew għall-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu..
3. L-operatur għandu, mingħajr dewmien, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, id-data u l-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel talba bħal din sabiex tivverifika l-konformità mar-regoli operattivi. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel talba bħal din, jekk membru tal-pubbliku jitlob aċċess għad-data jew għall-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 197 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70f – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri għall-emissjonijiet u l-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali mmonitorjati skont ir-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fihom.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri għall-emissjonijiet u l-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali mmonitorjati skont ir-regoli operattivi f’kundizzjonijiet uniformi stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 70i ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fihom.
Emenda 198 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70g – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) fil-proċedura għar-reġistrazzjoni, f’każ li ma jiġux adottati regoli ġenerali vinkolanti, u l-Istati Membri jippermettu li l-installazzjoni tiġi rreġistrata biss.
Emenda 199 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70g – paragrafu 2 – punt a
Il-proċedura ta’ rieżami tista’ ma tkunx kondizzjonali fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
Il-proċedura ta’ rieżami ma għandhiex ma tkunx kondizzjonali fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli operattivi li jkun fihom rekwiżiti konsistenti mal-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għall-attivitajiet elenkati fl-Anness Ia, li għandhom jinkludu dan li ġej:
imħassar
(a) valuri limitu tal-emissjonijiet;
(b) rekwiżiti tal-monitoraġġ;
(c) prattiki ta’ tifrix fir-raba’;
(d) prattiki ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni tat-tniġġis;
1a. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, is-setturi kkonċernati, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u l-Kummissjoni qabel ma tistabbilixxi regoli operattivi dwar il-kundizzjonijiet uniformi f’konformità mal-paragrafu 2.
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu b’mod partikolari jindirizza dan li ġej:
(a) il-livelli ta’ emissjonijiet u ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ installazzjonijiet u l-metodi tekniċi f’termini ta’ emissjonijiet, konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart, u miżuri oħra konsistenti mal-Anness III;
(b) il-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi f’dak ir-rigward;
(c) l-aqwa metodi tekniċi identifikati wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b).
Emenda 203 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70i – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 76 biex jissupplimenta din id-Direttiva billi jistabbilixxi r-regoli operattivi msemmija fil-paragrafu 1.”.
2. Il-Kummissjoni għandha sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 76 biex jistabbilixxi regoli operattivi dwar il-kundizzjonijiet uniformi għal kull attività msemmija fl-Anness Ia insegwitu tal-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu.
Tali regoli operattivi f’kundizzjonijiet uniformi għandhom ikunu konsistenti mal-użu tal-aqwa tekniki disponibbli għall-attivitajiet elenkati fl-Anness Ia u għandhom iqisu n-natura, it-tip, id-daqs u d-densità ta’ dawn l-installazzjonijiet, id-daqs tal-merħliet ta’ tipi ta’ annimali uniċi f’azjendi agrikoli mħallta, u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem ibbażati fuq il-mergħat, fejn l-annimali jitrabbew staġjonalment biss f’installazzjonijiet fuq ġewwa.
Ir-regoli operattivi għandhom jinkorporaw l-eżistenza ta’ metodi tekniċi emerġenti fit-trobbija tal-annimali u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti tista’ tagħti permess lil installazzjoni agrikola li tuża tali metodi tekniċi.
Emenda 204 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 70i – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għall-permessi għall-installazzjonijiet ikkonċernati jkunu konformi mar-regoli operattivi msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 42 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat li jistabbilixxi dawk ir-regoli.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għall-permessi għall-installazzjonijiet ikkonċernati u l-installazzjonijiet li qed jiġu rreġistrati jkunu konformi mar-regoli operattivi msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 42 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat li jistabbilixxi dawk ir-regoli.
(25a) Fl-Artikolu 72, jiżdied il-paragrafu li ġej:
5. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’mod elettroniku l-elementi li ġejjin, li għandhom jiġu ppubblikati f’format faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent fuq il-Portal:
(a) is-sommarju tal-permess f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ din id-Direttiva;
(b) il-link dirett għall-EMS skont l-Artikolu 14a ta’ din id-Direttiva;
(c) il-link dirett għall-permess skont l-Artikolu 5(4) ta’ din id-Direttiva u fejn applikabbli għall-Anness tal-permess għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15, it-tieni subparagrafu ta’ din id-Direttiva;
(d) il-link dirett għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni skont l-Artikolu 27d ta’ din id-Direttiva;
(f) lista ta’ installazzjonijiet mhux konformi skont l-Artikolu 79 ta’ din id-Direttiva insegwitu tad-deċiżjoni finali dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-liġi nazzjonali;
(g) il-link dirett għas-sit web tal-avviżi pubbliċi għal kull installazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
Il-Kummissjoni għandha tinkorpora l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri fil-Portal fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tinkorpora l-informazzjoni li ġejja fil-Portal fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni:
(a) il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(6) ta’ din id-Direttiva.
Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis id-dinamiċi tal-innovazzjoni u r-rieżami msemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis id-dinamika tal-innovazzjoni, il-metodi tekniċi emerġenti, il-ħtieġa ta’ aktar miżuri ta’ prevenzjoni tat-tniġġis filwaqt li jqis il-ħtieġa ta’ tranżizzjoni industrijali ġusta u inklużiva u r-rieżami msemmi fl-Artikolu8 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Emenda 207 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 73 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment jew l-aġġornar tar-rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u għar-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT adottati matul il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment jew l-aġġornar tar-rekwiżiti minimi fil-livell tal-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet, inklużi attivitajiet li għalihom ma ġew adottati l-ebda konklużjonijiet tal-BAT skont l-Artikolu 13(7) ta’ din id-Direttiva u għar-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT adottati matul il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Emenda 208 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 73 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)
Emenda 209 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 74 – paragrafu 2
2. Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jilħqu l-objettivi tagħha li tipprevjeni jew li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa u li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 76, biex temenda l-Anness I jew l-Anness Ia billi tinkludi f’dawk l-Annessi attività agroindustrijali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
imħassar
(a) għandha jew huwa mistenni li jkollha impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, b’mod partikolari bħala konsegwenza tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa u tal-użu tar-riżorsi;
(b) il-prestazzjoni ambjentali tagħha tvarja fi ħdan l-Unjoni;
(c) tippreżenta potenzjal għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tiegħu permezz tal-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli jew metodi tekniċi innovattivi;
(d) l-inklużjoni tagħha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija vvalutata, abbażi tal-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħha, biex ikollha proporzjon favorevoli ta’ benefiċċji tas-soċjetà għall-kostijiet ekonomiċi.
2a. Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 76 sabiex jemenda l-punt 3.6. tal-Anness I billi jżid lista eżawrjenti ta’ proċessi ta’ estrazzjoni u trattament ta’ minerali industrijali mhux enerġetiċi għall-barit tal-minerali industrijali mhux tal-enerġija, bħall-barit, il-bentonit, id-diatomit, il-feldspar, il-fluworspar, il-grafit, il-kaolin, il-manjeżit, il-perlite, il-potassa, il-melħ, il-kubrit u t-talc, fejn il-proċessi ta’ estrazzjoni u trattament għal tali minerali jkollhom impatt ambjentali sinifikanti fir-rigward tal-emissjonijiet u/jew tal-konsum tal-ilma u l-enerġija bil-limiti rilevanti.
2b. Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 76 sabiex jemenda l-punt 3.6. tal-Anness I billi jżid minerali mhux enerġetiċi reċentement skoperti fl-Unjoni, jekk l-estrazzjoni u t-trattament tagħhom ikollhom impatt ambjentali sinifikanti fir-rigward tal-emissjonijiet u/jew tal-konsum tal-ilma u l-enerġija bil-limiti rilevanti.
2a. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ETC/ATNI 2020/4, sat-30 ta’ Ġunju 2026 tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 76 sabiex tistabbilixxi lista tal-200 installazzjoni li jniġġsu l-aktar, ibbażata fuq spejjeż ta’ ħsara marġinali għas-sustanzi li jniġġsu l-arja (PM2.5, PM10, SO2, NH3, NOX, NMVOCs, As, Cd, CrVI, Pb, Hg, Ni, 1,3 butadjen, benżen, formaldeid, benżo(a)piren, diossini u furani) u għal gassijiet serra (CO2, CH4 u N2O) f’konformità mar-rapport. Meta tkun qed tistabbilixxi l-lista, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra t-tniġġis minn sustanzi niġġiesa rispettivi fl-ambjent tal-ilma, fejn applikabbli.
Emenda 213 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 79 – paragrafu 2
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li effettivament iċaħħad lill-persuna responsabbli għall-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut. Fil-każ ta’ ksur imwettaq minn persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali multi għandu jkun mill-inqas 8 % tal-fatturat annwali tal-operatur fl-Istat Membru kkonċernat.
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li effettivament iċaħħad lill-persuna responsabbli għall-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut. Fil-każ ta’ ksur imwettaq minn persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali multi għandu jkun mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-operatur fis-sena finanzjarja li tippreċedi s-sena li fiha ġiet imposta l-multa fl-Unjoni.
Emenda 214 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 79 – paragrafu 3 – punt c
(c) il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.
(c) il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, l-irriversibbiltà ta’ kwalunkwe ħsara kkawżata bħala riżultat tal-ksur u t-tul ta’ żmien meħtieġ biex tali ħsara titreġġa’ lura.
Emenda 215 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 79 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) ksur preċedenti rilevanti mwettaq mill-operatur jew minn din l-installazzjoni;
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dħul mill-penali jintuża, bħala kwistjoni ta’ prijorità, biex jikkumpensa għall-ħsara kkawżata lill-komunitajiet lokali, anki għall-konsegwenzi soċjali tat-tmiem tal-attivitajiet ekonomiċi, minħabba ksur tal-permessi. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 79a, id-dħul miġbur mill-penali ma għandux jintuża għall-fini tal-Artikolu 79a.
3b. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-penali msemmija f’dan il-paragrafu u, fil-każ ta’ disparitajiet ovvji bejn ir-reġimi ta’ penali tal-Istati Membri, għandha, fejn xieraq, tadotta linji gwida.
Emenda 218 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 79a – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun seħħ dannu għas-saħħa tal-bniedem bħala riżultat ta’ ksur tal-miżuri nazzjonali li ġew adottati skont din id-Direttiva, l-individwi affettwati jkollhom id-dritt li jitolbu u jiksbu kumpens għal dak id-dannu mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi rilevanti u, fejn xieraq, mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għall-ksur.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun seħħ dannu għas-saħħa tal-bniedem bħala riżultat ta’ ksur tal-miżuri nazzjonali li ġew adottati skont din id-Direttiva, l-individwi affettwati jkollhom id-dritt li jitolbu u jiksbu kumpens għal dak id-dannu mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi rilevanti responsabbli għall-ksur, anki, fejn xieraq, mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fejn id-deċiżjoni, l-att jew l-ommissjoni tal-awtorità jkunu kkawżaw jew ikkontribwew għad-dannu.
Emenda 282 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 Direttiva 2010/75/UE Artikolu 79a – paragrafu 4
4. Fejn ikun hemm talba għal kumpens f’konformità mal-paragrafu 1, appoġġata minn evidenza li minnha tista’ tiġi preżunta rabta ta’ kawżalità bejn id-dannu u l-ksur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà tkun fuq il-persuna responsabbli għall-ksur biex turi li l-ksur ma kkawżax jew ma kkontribwixxiex għad-dannu.
4. Fejn ikun hemm talba għal kumpens f’konformità mal-paragrafu 1, appoġġata minn data xjentifika ċara u konsistenti li turi rabta ta’ kawżalità bejn id-dannu u l-ksur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali data tiġi rikonoxxuta kemm fil-liġi sostantiva kif ukoll fil-liġi proċedurali bħala evidenza u tingħata l-piż dovut mill-qrati nazzjonali, flimkien mal-evidenza rilevanti l-oħra kollha skont il-liġi nazzjonali u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ir-rikorrent ikun ipprovda evidenza raġonevolment disponibbli biex isostni talba għal kumpens f’konformità mal-paragrafu 1, u jkun wera b’mod raġonevoli li hemm evidenza addizzjonali fil-kontroll tal-konvenut jew ta’ parti terza, jekk mitluba mir-rikorrent, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ tordna li tali evidenza tiġi żvelata mill-konvenut jew mill-parti terza f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, soġġett għar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-proporzjonalità.
5a. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, “data xjentifika ċara u konsistenti” tfisser data statistika, epidemjoloġika u data xjentifika oħra rilevanti għall-valutazzjoni tal-qorti nazzjonali rispettiva ta’ jekk teżistix rabta ta’ kawżalità statistikament soda bejn tipi speċifiċi ta’ tniġġis u kundizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi. L-Istati Membri għandhom joħolqu sistema ċentralizzata biex jirċievu, jiġbru u jippubblikaw data xjentifika ċara u konsistenti dwar ir-rabtiet ta’ kawżalità, filwaqt li jqisu kemm ir-riċerka nazzjonali kif ukoll dik internazzjonali, il-kunsiderazzjonijiet tal-fatturi tal-impatt, il-pubblikazzjonijiet evalwati bejn il-pari, il-klassifikazzjonijiet tal-universitajiet u tal-istituzzjonijiet tar-riċerka, il-grad ta’ aċċettazzjoni mill-komunità xjentifika, livell sodisfaċenti ta’ replikazzjoni tar-riżultati u l-ammissibbiltà tagħha fil-proċeduri legali skont din id-Direttiva.
5b. L-Istati Membri għandhom jissottomettu data xjentifika rilevanti dwar ir-rabtiet ta’ kawżalità bejn ċerti tipi ta’ tniġġis u ċerti kundizzjonijiet tas-saħħa lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. L-Aġenzija għandha tinkorpora d-data wara skrutinju inizjali tal-affidabbiltà xjentifika tas-sorsi fil-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit skont ir-Regolament (UE).../... COM(2022)0157 – C9-0145/2022 – 2022/0105(COD)
Emenda 254 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness – Ia (ġdid)
(33a) Jiddaħħal l-Anness -Ia stabbilit fl-Anness Ia għal din id-Direttiva.
Emenda 223 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – point -a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 1.2a (ġdid)
(-a) Fl-Anness I, il-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt 1.2a (ġdid):
1.2a L-esplorazzjoni u l-produzzjoni upstream taż-żejt fuq l-art u l-gass naturali, il-ġbir u l-ipproċessar tal-gass naturali
Emenda 224 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 1.2b (ġdid)
(-a a) Fl-Anness I, il-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt 1.2b (ġdid):
1.2b L-esplorazzjoni u l-produzzjoni upstream taż-żejt fuq l-art u l-gass naturali
Emenda 306 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt b Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 2.3 – punt aa
(aa) it-tħaddim ta’ mtieħen ta’ laminazzjoni fil-kesħa b’kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati ta’ azzar mhux maħdum fis-siegħa;
imħassar
Emenda 307 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt b Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 2.3 – punt ab
(ab) it-tħaddim ta’ makkinarji ta’ trafilaġġ b’kapaċità li taqbeż iż-żewġ (2) tunnellati ta’ azzar mhux maħdum fis-siegħa;
imħassar
Emenda 225 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt b Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 2.3 – punt b
(b) it-tħaddim ta’ ferreriji bl-imrietel li l-enerġija tagħhom taqbeż l-20 kilojoule għal kull martell;
(b) it-tħaddim ta’ ferreriji bl-imrietel li l-enerġija tagħhom taqbeż l-50 kilojoule għal kull martell;
Emenda 226 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt b Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 2.3 – punt ba
(ba) it-tħaddim ta’ ferreriji bi preses tal-forġa li l-forza tagħhom taqbeż l-10 mega-newtons (MN) għal kull pressa;”.
imħassar
Emenda 227 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt c Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 2.7
2.7. Il-manifattura ta’ batteriji tal-joni tal-litju (inkluż l-assemblaġġ ta’ ċelloli tal-batteriji u ta’ pakki ta’ batteriji), b’kapaċità tal-produzzjoni ta’ 3,5 GWh jew aktar fis-sena.”;
2.7. Il-manifattura ta’ batteriji tal-joni tal-litju, minbarra l-assemblaġġ esklussiv ta’ ċelloli f’pakketti u moduli, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 17, 500 tunnellata ta’ ċelloli tal-batteriji (katodu, anodu, elettrolit, separatur u kapsula) jew aktar fis-sena.
Emenda 228 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt d Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 3.5 – punt a
(a) kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum; jew
(a) kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum, u/jew;
Emenda 229 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt e Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 3.6 – parti introduttorja
3.6. L-estrazzjoni u t-trattament (operazzjonijiet bħat-tifrik, il-kontroll tad-daqs, il-benefiċjazzjoni u t-titjib) tal-minerali mhux tal-enerġija li ġejjin:
3.6. L-estrazzjoni u t-trattament (operazzjonijiet bħat-tifrik, il-kontroll tad-daqs, il-benefiċjazzjoni u t-titjib) tal-minerali mhux tal-enerġija li ġejjin: il-boksajt, il-kromu, il-kobalt, ir-ram, id-deheb, il-ħadid, iċ-ċomb, il-litju, il-manganiż, in-nikil, il-palladju, il-platinu, il-landa, it-tungstenu u ż-żingu."
Emenda 230 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt e Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 3.6 – punt a
Emenda 232 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 4.2 – punt a
(e a) Fl-Anness I, il-punt 4.2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a) gassijiet, bħall-ammonja, il-klorin jew klorur ta’ l-idroġenu, fluworin jew fluworidu ta’ l-idroġenu, ossidi tal-faham, komposti tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, idroġenu, dijossidu tal-kubrit, klorur tal-karbonil
“(a) gassijiet, bħall-ammonja, il-klorin jew klorur tal-idroġenu, fluworin jew fluworidu tal-idroġenu, ossidi tal-faham, komposti tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, idroġenu għajr l-elettrolisi tal-ilma għall-produzzjoni tal-idroġenu, fejn l-kapaċità tal-produzzjoni tal-idroġenu hija inqas minn 50 MW, dijossidu tal-kubrit, klorur tal-karbonil"
Emenda 233 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt eb (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 5.2 – parti introduttorja
(eb) Fl-Anness I, il-paragrafu 3, is-subparagrafu 3, il-punt 5.2, il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
Rimi jew irkupru ta’ skart f’impjanti għall-inċinerazzjoni tal-iskart jew f’impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart:
Rimi jew irkupru ta’ skart f’impjanti għall-inċinerazzjoni tal-iskart jew f’impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart ħlief jekk dak l-iskart ikun kompost esklussivament minn bijomassa kif definit fl-Artikolu 3(31)(b) ta’ din id-Direttiva:
Emenda 234 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt g Direttiva 2010/75/UE Anness I – punt 5.3 – punt a – punt i
(i) it-trattament bijoloġiku (bħad-diġestjoni anaerobika jew il-kodiġestjoni);
Emenda 255 Proposta għal direttiva Anness – I a (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness -I a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Ir-rati ta’ konverżjoni tal-annimali għal unitajiet ta’ bhejjem (“LSU” - livestock units) li hemm referenza għalihom fid-definizzjoni ta’ LSU
Majjali
Ħnieżer tal-għalla > 50 kg
0,5 LSU
Ħnieżer oħra > 30 kg
0,3 LSU
Tjur
Tiġieġ tas-simna
0,007 LSU
Tiġieġ tal-bajd
0,014 LSU
Ngħam
0,35 LSU
Dundjani
0,03 LSU
Papri
0,01 LSU
Wiżż
0,02 LSU
Tajr ieħor tar-razzett mhux ikklassifikat banda oħra
0,001 LSU
Emenda 256 Proposta għal direttiva Anness II Direttiva 2010/75/UE ANNESS Ia
ANNESS Ia
imħassar
1. It-trobbija tal-baqar, tal-ħnieżer u tat-tjur f’installazzjonijiet ta’ 150 unità ta’ bhejjem (LSU) jew aktar.
2. It-trobbija ta’ kwalunkwe taħlita tal-annimali li ġejjin: bhejjem tal-ifrat, ħnieżer, tjur, f’installazzjonijiet ta’ 150 LSU jew aktar.
L-ekwivalenti approssimattiv f’LSU huwa bbażat fuq ir-rati ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014*.
* Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.07.2014, p. 18).”;.
Emenda 237 Proposta għal direttiva Anness III Direttiva 2010/75/UE Anness II – punt 1.5
1.5. Il-kostijiet evalwati mill-operatur għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti, abbażi tal-informazzjoni minn sorsi oħra bħal fornituri tat-teknoloġija, ġudizzji esperti jew data minn impjanti oħra fejn ġew installati reċentement l-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
1.5. Il-kostijiet evalwati mill-operatur għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti, abbażi tal-informazzjoni minn sorsi oħra bħal fornituri tat-teknoloġija, riċerka evalwata bejn il-pari, ġudizzji esperti jew data minn impjanti oħra fejn ġew installati reċentement l-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
Emenda 238 Proposta għal direttiva Anness IIIa (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness III – punt 2
fl-Anness III, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
2. l-użu ta’ sustanzi anqas perikolużi;
“2. l-użu ta’ angas sustanzi perikolużi, u sustanzi oħra ta’ tħassib serju ħafna;”
Emenda 239 Proposta għal direttiva Anness IIIb (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness III – punt 5
Fl-Anness III, il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:
5. teknoloġiji avvanzati u tibdil fl-għarfien u fil-fehim xjentifiku;
“5. teknoloġiji avvanzati, inklużi għodod diġitali, u tibdil fl-għarfien u fil-fehim xjentifiku;”
Emenda 240 Proposta għal direttiva Anness IIIc (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness III – punt 9
Fl-Anness III, il-punt 9 jinbidel b’dan li ġej:
9. il-konsum u n-natura tal-materja prima (inkluż l-ilma) użata fil-proċess u l-effiċjenza ta’ enerġija tagħhom;
“9. Il-konsum, ir-riċiklaġġ u n-natura tal-materja prima (inkluż l-ilma) użata fil-proċess u l-effiċjenza ta’ enerġija u d-dekarbonizzazzjoni;”
Emenda 241 Proposta għal direttiva Anness IIId (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness III – punt 11
Fl-Anness III, il-punt 11 jinbidel b’dan li ġej:
11. il-ħtieġa ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti u l-imminimizzar tal-konsegwenzi għall-ambjent;
11. il-ħtieġa ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti u l-imminimizzar tal-konsegwenzi għall-ambjent u għall-ħaddiema;
Emenda 242 Proposta għal direttiva Anness IIIe (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness III – punt 12b (ġdid)
Fl-Anness III jiġi miżjud il-punt li ġej:
12b. Il-ħtieġa li jiġi evitat u minimizzat l-impatt negattiv fuq il-bijodiversità.
Emenda 243 Proposta għal direttiva Anness IIIf (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness IV – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fl-Anness IV, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
1. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf (b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra xierqa bħalma hija l-midja elettronika meta disponibbli) dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew, l-iktar tard hekk kif din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovvduta b’mod raġonevoli:
“1. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf (b’avviżi pubbliċi u permezz ta’ paġna web faċli biex tinstab fis-sit web tal-awtoritajiet pubbliċi li l-aċċess għaliha mhuwiex ristrett) dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew, l-iktar tard hekk kif din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovvduta b’mod raġonevoli:
Emenda 244 Proposta għal direttiva Anness IIIg (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness IV – paragrafu 3
Fl-Anness IV, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
3. Il-pubbliku kkonċernat għandu jkun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni.
“3. Il-pubbliku kkonċernat għandu jkun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti f’ħin utli qabel ma tittieħed deċiżjoni.”
Emenda 245 Proposta għal direttiva Anness IIIh (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness IV – paragrafu 5
Fl-Anness IV, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (pereżempju, bit-twaħħil tal-kartelluni f’ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (pereżempju, b’sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom jiġu pprovvduti perijodi raġjonevoli ta’ żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku u l-pubbliku interessat jiġu mgħarrfa sabiex iħejju ruħhom u jippartieċipaw b’mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent suġġett għal dan l-Anness.
“5. Għandhom jiġu pprovduti perjodi raġonevoli ta’ żmien għall-fażijiet differenti, billi jitħalla żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi informat u biex il-pubbliku kkonċernat iħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv għall-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent fis-sens ta’ dan l-Anness.”
Emenda 246 Proposta għal direttiva Anness IIIi (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness IV - paragrafu 5a (ġdid)
Fl-Anness IV, jiżdied il-paragrafu li ġej:
5a. Il-pubbliku kkonċernat li jgħix fi Stat Membru li jikkondividi l-fruntiera mal-Istat Membru li fih qed titwettaq l-attività għandu jkun informat b’mod ugwalment effettiv għall-pubbliku kkonċernat li jgħix fl-istess Stat Membru fejn titwettaq l-attività. Dan għandu jinkludi t-traduzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti prevista fil-paragrafi 1 u 2.
Emenda 247 Proposta għal direttiva Anness IIIj (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness V - Parti 3 - paragrafu 8 - subparagrafu 3
Fl-Anness V, il-Parti 3, il-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultati tal-verifika tas-sistemi awtomizzati tal-kejl.
L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultati tal-verifika tas-sistemi awtomizzati tal-kejl fi żmien tliet xhur.
Emenda 248 Proposta għal direttiva Anness IIIk (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness V - Parti 3 - paragrafu 10 - subparagrafu 2
Fl-Anness V, il-Parti 3, il-paragrafu 10, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
Kwalunkwe jum li fih ikunu invalidi iktar minn tliet valuri medji kull siegħa minħabba tħaddim ħażin jew minħabba manutenzjoni tas-sistema awtomizzata ta’ kejl, għandu jkun invalidat. Jekk ikunu invalidati iktar minn għaxart ijiem matul sena għal dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-operatur jieħu miżuri adegwati biex itejjeb l-affidabbiltà tas-sistema awtomizzata ta’ kejl.
Kwalunkwe jum li fih ikunu invalidi iktar minn tliet valuri medji kull siegħa minħabba tħaddim ħażin jew minħabba manutenzjoni tas-sistema awtomizzata ta’ kejl, għandu jkun invalidat. Jekk ikunu invalidati iktar minn għaxart ijiem matul sena għal dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha teżiġi li l-operatur jieħu miżuri adegwati biex itejjeb l-affidabbiltà tas-sistema awtomizzata ta’ kejl fi żmien tliet xhur.
Emenda 249 Proposta għal direttiva Anness III l (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness VI – Parti 6 – punt 1.2
Fl-Anness VI, il-Parti 6, il-punt 1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1.2. Kampjunar u analiżi tas-sustanzi li jniġġsu kollha li jinkludi dijossini u furani kif ukoll il-garanzija ta’ kwalità ta’ sistemi ta’ kejl awtomizzati u l-metodi ta’ kejl ta’ referenza biex tikkalibrahom għandhom jitwettqu skont is-CEN-standards. Jekk l-istandards CEN mhumiex disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għotja ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. Is-sistemi ta’ kejl awtomizzati għandhom ikunu suġġetti għal kontroll permezz ta’ kejl parallel mal-metodi ta’ referenza mill-inqas darba fis-sena.
1.2. Kampjunar u analiżi tas-sustanzi li jniġġsu kollha li jinkludi dijossini u furani kif ukoll il-garanzija ta’ kwalità tal-laboratorji u ta’ sistemi ta’ kejl awtomizzati u l-metodi ta’ kejl ta’ referenza biex tikkalibra dan tal-aħħar għandhom jitwettqu skont is-CEN-standards. Jekk l-istandards CEN mhumiex disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għotja ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. Is-sistemi ta’ kejl awtomizzati għandhom ikunu suġġetti għal kontroll permezz ta’ kejl parallel mal-metodi ta’ referenza mill-inqas darba fis-sena.
Emenda 250 Proposta għal direttiva Anness III m (ġdid) Direttiva 2010/75/UE Anness VI – Parti 8 – punt 1.2
Fl-Anness VI, il-Parti 8, il-punt 1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-valuri medji ta’ kull nofs siegħa u l-medji ta’ għaxar minuti għandhom jiġu ddeterminati matul il-ħin tal-ħidma effettiv (il-perjodi ta’ x’ħin jinxtgħel u jintefa’ huma esklużi jekk m’hemmx skart li qiegħed jiġi inċinerat) mill-valuri mkejla wara li jiġi mnaqqas il-valur tal-intervall kunfidenzjali speċifikat fil-punt 1.3 tal-Parti 6. Il-valuri medji ta’ kull jum għandhom jiġu ddeterminati minn dawk il-valuri medji validati.
Il-valuri medji ta’ kull nofs siegħa u l-medji ta’ għaxar minuti għandhom jiġu ddeterminati matul il-ħin tal-ħidma effettiv (il-perjodi ta’ x’ħin jinxtegħlu u jintfew id-dijossini, il-furani u l-poliklorobifenili simili għad-dijossini huma inklużi anke jekk ma hemmx skart li qiegħed jiġi inċinerat) mill-valuri mkejla wara li jiġi mnaqqas il-valur tal-intervall kunfidenzjali speċifikat fil-punt 1.3 tal-Parti 6. Il-valuri medji ta’ kull jum għandhom jiġu ddeterminati minn dawk il-valuri medji validati.
Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0216/2023).
Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali
214k
65k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali u l-istabbiliment ta’ Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (COM(2022)0157 – C9-0145/2022 – 2022/0105(COD))(1)
(2) Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, irratifikata mill-Komunità Ewropea fis-17 ta’ Frar 2005 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tirrikonoxxi li ż-żieda fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jikkontribwixxu għal sensibilizzazzjoni akbar dwar kwistjonijiet ambjentali, skambju liberu ta’ fehmiet, parteċipazzjoni aktar effettiva mill-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali u, eventwalment, għal ambjent aħjar.
(2) Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, irratifikata mill-Komunità Ewropea fis-17 ta’ Frar 2005 mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tirrikonoxxi li ż-żieda fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jikkontribwixxu għal sensibilizzazzjoni akbar dwar kwistjonijiet ambjentali, skambju liberu ta’ fehmiet, parteċipazzjoni aktar effettiva mill-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u, eventwalment, għal ambjent aħjar. Fejn il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni tirrikjedi li l-informazzjoni kummerċjali jew industrijali tinżamm kunfidenzjali biex jiġi protett interess ekonomiku leġittimu, jenħtieġ li dik il-kunfidenzjalità tiġi ssalvagwardjata sabiex jiġu protetti tali interessi ekonomiċi leġittimi.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tirrikonoxxi d-dritt għall-protezzjoni ta’ data u/jew fajls personali, relatati ma’ persuna fiżika li ma tkunx tat il-kunsens tagħha għall-iżvelar tal-informazzjoni lill-pubbliku, fejn il-kunfidenzjalità ta’ tali informazzjoni tkun prevista fil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jirrikjedi lill-Istati Membri jinfurmaw lis-suġġetti tad-data bid-drittijiet tagħhom skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u bil-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.
_________________________
1a Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) F’konformità mal-konklużjonijiet tat-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, f’Ġunju 2021, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”), żviluppat Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”)38 biex jissostitwixxi r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u għalhekk itejjeb is-sinerġiji mar-rapportar skont id-Direttiva 2010/75/UE.
(7) F’konformità mal-konklużjonijiet tat-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, f’Ġunju 2021, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”), żviluppat Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”)38 biex jissostitwixxi r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti bil-għan li jtejjeb is-sinerġiji mar-rapportar skont id-Direttiva 2010/75/UE.
_________________
_________________
38 https://industry.eea.europa.eu/
38 https://industry.eea.europa.eu/
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Jenħtieġ li l-Portal jipprovdi lill-pubbliku b’aċċess mingħajr ħlas u online għal sett ta’ data integrat u koerenti ulterjuri dwar il-pressjonijiet ambjentali ewlenin iġġenerati minn installazzjonijiet industrijali peress li tali data tikkostitwixxi għodda kosteffettiva għat-twettiq ta’ paraguni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali, filwaqt li jinkoraġġixxi prestazzjoni ambjentali aħjar, jittraċċa x-xejriet, juri l-progress fit-tnaqqis tat-tniġġis, fl-installazzjonijiet ta’ valutazzjoni komparattiva, fil-monitoraġġ tal-konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u fl-evalwazzjoni tal-progress miksub permezz tal-politiki u l-programmi ambjentali tal-Unjoni u nazzjonali.
(8) Jenħtieġ li l-Portal jipprovdi lill-pubbliku b’aċċess online u mingħajr ħlas għal sett ta’ data integrat u koerenti ulterjuri, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, dwar il-pressjonijiet ambjentali ewlenin iġġenerati minn installazzjonijiet industrijali, inkluża informazzjoni meħtieġa li tkun prevista skont l-Artikolu 74(2a) tad-Direttiva 2010/75/UE, kif emendat mid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament u tal-Kunsill (COM(2022)0156), peress li tali data tikkostitwixxi għodda kosteffettiva għat-twettiq ta’ paraguni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali, għat-tħeġġiġ ta’ prestazzjoni ambjentali aħjar, għat-traċċar tax-xejriet, għall-wiri tal-progress fit-tnaqqis tat-tniġġis, għal valutazzjoni komparattiva ambjentali aħjar tal-installazzjonijiet, u wkoll għar-rikonoxximent tal-ispeċifiċitajiet ta’ kull installazzjoni, għall-monitoraġġ tal-konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, għall-istabbiliment tal-prijoritajiet u għall-evalwazzjoni tal-progress miksub permezz tal-politiki u l-programmi ambjentali tal-Unjoni u nazzjonali.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Jenħtieġ li l-Portal jippreżenta d-data li jkun fih f’forom aggregati u mhux aggregati biex l-utenti jkunu jistgħu jwettqu tfittxijiet immirati.
(9) Jenħtieġ li l-Portal jippreżenta d-data li jkun fih f’forom aggregati u mhux aggregati biex l-utenti jkunu jistgħu jwettqu tfittxijiet immirati kif ukoll ikunu permessi mezzi elettroniċi ta’ estrazzjoni tad-data li jkunu faċli għall-utent, inklużi settijiet ta’ data fuq il-bażi ta’ mistoqsijiet.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li japplikaw fil-“livell tal-installazzjoni” sabiex jiġu implimentati sinerġiji bejn il-Portal u l-bażijiet tad-data dwar il-pressjonijiet ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, inklużi dawk koperti mid-Direttiva 2010/75/UE, u biex tiġi żgurata l-koerenza mal-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u l-appoġġ għaliha.
(10) Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li japplikaw fil-“livell tal-installazzjoni”, jew, f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2010/75/UE u fejn permess ikopri żewġ installazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn installazzjonijiet operati mill-istess operatur fl-istess sit, fil-livell tal-permess, sabiex jiġu implimentati sinerġiji bejn il-Portal u l-bażijiet tad-data dwar il-pressjonijiet ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, inklużi dawk koperti mid-Direttiva 2010/75/UE, u biex tiġi żgurata l-koerenza mal-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u l-appoġġ għaliha.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Jenħtieġ li l-Portal jinkludi wkoll data dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima mill-installazzjonijiet ikkonċernati biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti ħafna fir-riżorsi
(13) Jenħtieġ li l-Portal jinkludi wkoll data bażika dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima mill-installazzjonijiet ikkonċernati, dment li l-ambitu ta’ dik id-data ma jaqbiżx dak li hu meħtieġ biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti ħafna fir-riżorsi.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) L-operaturi tal-installazzjonijiet jenħtieġ li jirrapportaw ukoll informazzjoni dwar il-volum tal-produzzjoni, l-għadd ta’ impjegati u s-sigħat ta’ tħaddim tal-installazzjoni kkonċernata kif ukoll informazzjoni dwar inċidenti li wasslu għal rilaxxi, sabiex tkun tista’ ssir il-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u tal-ilma mormi.
(15) L-operaturi tal-installazzjonijiet jenħtieġ li jirrapportaw ukoll informazzjoni ġenerali dwar il-volum tal-produzzjoni u s-sigħat ta’ tħaddim tal-installazzjoni kkonċernata, kif ukoll informazzjoni dwar inċidenti li wasslu għal rilaxxi, dment li l-ambitu ta’ dik l-informazzjoni ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex tkun tista’ ssir il-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u tal-ilma mormi.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Il-benefiċċju ġenerali tal-Portal għall-aċċess għal informazzjoni ambjentali dwar installazzjonijiet industrijali jenħtieġ li jiġi massimizzat billi jiġu inklużi rabtiet ma’ flussi ta’ informazzjoni oħra li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art u dwar il-ġestjoni tal-iskart, inkluż ir-rapportar skont id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 u d-Direttiva 2010/75/UE. Barra minn hekk, sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-Portal għall-utenti, jenħtieġ li dan jitfassal biex jiffaċilita l-integrazzjoni futura ma’ flussi rilevanti oħra ta’ data ambjentali.
(16) Il-benefiċċju ġenerali tal-Portal għall-aċċess għal informazzjoni ambjentali dwar installazzjonijiet industrijali jenħtieġ li jiġi massimizzat billi jiġu inklużi rabtiet mas-sommarju tal-permess, mas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, u mal-pjan ta’ trasformazzjoni, kif ukoll ma’ flussi ta’ informazzjoni oħra li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art u dwar il-ġestjoni tal-iskart, inkluż ir-rapportar skont id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 u d-Direttiva 2010/75/UE. Barra minn hekk, sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-Portal għall-utenti, jenħtieġ li dan jitfassal biex jiffaċilita l-integrazzjoni futura ma’ flussi rilevanti oħra ta’ data ambjentali.
_________________
_________________
41 Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
41 Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
42 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
42 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rapportar mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi t-tip u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-iskadenzi tar-rapportar. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43.
(20) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rapportar mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi t-tip u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, inklużi l-forom elettroniċi standardizzati fejn ikun xieraq, u l-iskadenzi tar-rapportar. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43.
_________________
_________________
43 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
43 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Minħabba l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess rapidu għall-informazzjoni ambjentali, huwa essenzjali li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu d-data disponibbli għall-pubbliku malajr kemm ikun teknikament fattibbli. Għal dak il-għan, filwaqt li l-iskadenza preċiża tar-rapportar għandha tiġi stabbilita f’att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li ma tkunx aktar tard minn 11-il xahar wara t-tmiem tas-sena tar-rapportar.
(21) Minħabba l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess rapidu għall-informazzjoni ambjentali, huwa essenzjali li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu d-data disponibbli għall-pubbliku bl-aktar mod mgħaġġel li jkun teknikament fattibbli, u f’kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet iġġenerata l-informazzjoni. Għal dak il-għan, filwaqt li l-iskadenza preċiża tar-rapportar għandha tiġi stabbilita f’att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li ma tkunx aktar tard minn 11-il xahar wara t-tmiem tas-sena tar-rapportar.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Id-data rrapportata mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun ta’ kwalità għolja b’mod partikolari fir-rigward tal-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi.
(23) Id-data elettronikament irrapportata mill-Istati Membri u mill-operaturi jenħtieġ li tkun ta’ kwalità għolja b’mod partikolari fir-rigward tal-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tiġi żgurata fl-iżvilupp ulterjuri tal-Portal billi jiġu pprovduti opportunitajiet bikrija u effettivi biex jiġu ppreżentati kummenti, informazzjoni, analiżi u opinjonijiet għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
(25) Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tiġi żgurata fl-iżvilupp ulterjuri tal-Portal billi jiġu pprovduti opportunitajiet bikrija, regolari u effettivi biex jiġu ppreżentati kummenti, informazzjoni, analiżi u opinjonijiet għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Sabiex ittejjeb l-utilità u l-impatt tal-Portal, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, jenħtieġ li tiżviluppa gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(26) Sabiex ittejjeb l-utilità u l-impatt tal-Portal, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, jenħtieġ li tiffaċilita l-armonizzazzjoni tal-forniment elettroniku tad-data, sabiex tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha, u jenħtieġ li tiżviluppa gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll tipprovdi assistenza teknika, pereżempju, biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ formoli elettroniċi.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jiġu ddeterminati l-livelli limitu tar-rapportar, biex jiżdiedu inkwinanti li huma soġġetti għal miżuri regolatorji speċifiċi skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-ilma u tal-arja u dwar is-sustanzi kimiċi, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, id-Direttivi 2000/60/KE53, 2004/107/KE54, 2006/118/KE55, 2008/50/KE56 u 2008/105/UE57 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jiġu riflessi l-bidliet li saru fil-Protokoll fir-rigward tal-inkwinanti li għandhom jiġu rrapportati jew il-livelli limitu tar-rapportar tagħhom, u biex dak l-Anness jiġi adattat għall-progress xjentifiku jew tekniku.
(29) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jiġu ddeterminati l-livelli limitu tar-rapportar, biex jiżdiedu inkwinanti, b’mod partikolari sustanzi ta’ tħassib emerġenti, bħall-mikroinkwinanti jew il-mikroplastiks, inkluż fil-forom nano tagħhom, li huma soġġetti għal miżuri regolatorji speċifiċi skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-ilma u tal-arja u dwar is-sustanzi kimiċi, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, id-Direttivi 2000/60/KE53, 2004/107/KE54, 2006/118/KE55, 2008/50/KE56 u 2008/105/UE57 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jiġu riflessi l-bidliet li saru fil-Protokoll fir-rigward tal-inkwinanti li għandhom jiġu rrapportati jew il-livelli limitu tar-rapportar tagħhom, u biex dak l-Anness jiġi adattat għall-progress xjentifiku jew tekniku.
_________________
_________________
52 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
52 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
53 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
53 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
54 Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).
54 Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).
55 Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
55 Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
56 Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
56 Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
57 Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
57 Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Meta tadotta atti delegati, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet58. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(30) Meta tadotta atti delegati, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u fil-livell tal-ispeċjalisti rilevanti u s-setturi industrijali, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet58. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
_________________
_________________
58 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
58 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jimplimenta l-Protokoll tal-UNECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (“il-Protokoll”) billi jistabbilixxi regoli dwar il-ġbir u r-rapportar tad-data ambjentali dwar l-installazzjonijiet industrijali u jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“Portal”) fil-livell tal-Unjoni fil-forma ta’ bażi tad-data online li tagħti aċċess għal tali data.
Dan ir-Regolament jimplimenta l-Protokoll tal-UNECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (“il-Protokoll”) billi jistabbilixxi regoli dwar il-ġbir u r-rapportar tad-data ambjentali dwar l-installazzjonijiet industrijali u jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”) fil-livell tal-Unjoni fil-forma ta’ bażi tad-data online li tagħti aċċess għal tali data.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
(9a) Il-“Kodiċi tal-Iskart tal-UE” tfisser il-kodiċi ta’ sitt ċifri fil-lista tal-iskart tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a
_________________
1aId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14
(14) “irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE;
(14) “irkupru” tfisser l-operazzjonijiet imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE, diżaggregati skont il-kodiċi R rilevanti;
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15
(15) “rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE;
(15) “rimi” tfisser l-operazzjonijiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE, diżaggregati skont il-kodiċi D rilevanti;
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Portal għandu jinkludi d-data dwar:
1. Il-portal għandu jinkludi data, f’format standardizzat li jiffaċilita l-estrazzjoni tad-data, dwar:
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)
(ba) is-sommarju tal-permess kif stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156), u l-anness għall-permess f’konformità mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) fejn disponibbli, informazzjoni sistematika pprovduta mill-Istati Membri dwar id-data xjentifika disponibbli kif imsemmi fl-Artikolu 79a tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156).
(a) lista ta’ installazzjonijiet mhux konformi skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156) wara d-deċiżjoni finali dwar in-nuqqas ta’ konformità maħruġa mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-liġi nazzjonali;
(b) il-Konklużjoni BAT kif imsemmi fl-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156).
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b) reġistri, bażijiet tad-data jew siti web eżistenti oħra aċċessibbli għall-pubbliku, stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, li jipprovdu aċċess għar-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art, u dwar il-ġestjoni tal-iskart.
(b) reġistri, bażijiet tad-data jew siti web eżistenti oħra aċċessibbli għall-pubbliku, stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, li jipprovdu aċċess f’format standardizzat li jippermetti l-estrazzjoni tad-data, fejn l-estrazzjoni tad-data hija possibbli, u għar-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art, u dwar il-ġestjoni tal-iskart.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt ba (ġdid)
(ba) il-permess imsemmi fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb) Is-sistema tal-ġestjoni ambjentali prevista fl-Artikolu 14a tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt bc (ġdid)
(bc) il-pjanijiet ta’ trasformazzjoni previsti fl-Artikolu 27d tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Portal aċċessibbli għall-pubbliku, u għandha tippreżenta d-data kemm f’forma aggregata kif ukoll f’forma mhux aggregata bil-għan li tippermetti tfittxijiet skont:
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Portal aċċessibbli b’mod faċli u għall-pubbliku, u faċli biex jintuża mill-utenti, u għandha tippreżenta d-data kemm f’forma aggregata kif ukoll f’forma mhux aggregata bil-għan li tippermetti t-tfittxijiet, l-estrazzjoni tad-data u d-downloads ta’ settijiet ta’ data fuq il-bażi ta’ mistoqsijiet skont:
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-installazzjoni, inkluża l-kumpanija omm tal-installazzjoni fejn applikabbli, u s-sit ġeografiku tagħha, inkluż il-baċir tax-xmara;
(a) l-installazzjoni, jew grupp ta’ żewġ installazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn installazzjonijiet koperti mill-istess permess f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, inkluża l-kumpanija omm tal-installazzjoni fejn applikabbli, u s-sit ġeografiku tagħha, inkluż il-baċir tax-xmara;
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f
(f) it-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u, kif xieraq, id-destinazzjoni tagħhom;
(f) it-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u, kif xieraq, id-destinazzjoni tagħhom f’konformità mal-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/98/KE, li jindikaw b’“R” jew “D”, rispettivament, jekk l-iskart huwiex destinat għall-irkupru jew għar-rimi;
F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn hija kkonċernata d-data personali, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-suġġetti tad-data bid-drittijiet tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data f’dak ir-Regolament u bil-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-operatur ta’ kull installazzjoni li jwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I, li jissodisfaw il-livelli limitu ta’ kapaċità applikabbli speċifikati f’dak l-Anness, għandu jirrapporta kull sena, lill-awtorità kompetenti tiegħu, id-data li ġejja, sakemm dik id-data ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti:
1. L-operatur ta’ kull installazzjoni, jew ta’ grupp ta’ żewġ installazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn installazzjonijiet koperti mill-istess permess f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, li jwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I, li jissodisfaw il-livelli limitu ta’ kapaċità applikabbli speċifikati f’dak l-Anness, għandu jirrapporta mill-inqas kull sena u juża formola elettronika tal-input, lill-awtorità kompetenti tiegħu, id-data li ġejja, sakemm dik id-data ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti:
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
(e) l-informazzjoni li tippermetti l-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata skont il-punti (a) sa (d), inkluż il-volum tal-produzzjoni, l-għadd ta’ impjegati, l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim, u informazzjoni dwar aċċidenti li wasslu għal rilaxxi;
(e) l-informazzjoni li tippermetti l-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata skont il-punti (a) sa (d), inkluż il-volum tal-produzzjoni, l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim, u informazzjoni dwar aċċidenti li wasslu għal rilaxxi;
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) is-sommarju tal-permess kif stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) ir-rabta diretta mas-sistema tal-ġestjoni ambjentali prevista fl-Artikolu 14a tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc) ir-rabta diretta mal-permess imsemmi fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)
(fd) ir-rabta diretta mal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni previsti fl-Artikolu 27d tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156);
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. L-operaturi għandhom jispeċifikaw fir-rapport il-metodi użati għall-kisba tad-data. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kejl, għandu jiġi indikat il-metodu analitiku. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kalkolu, għandu jiġi indikat il-metodu ta’ kalkolu.
4. L-operaturi għandhom jispeċifikaw fir-rapport il-metodi użati għall-kisba tad-data. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kejl, għandu jiġi indikat il-metodu analitiku. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kalkolu, għandu jiġi indikat il-metodu ta’ kalkolu, inkluża l-inċertezza tal-kejl relatata.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 11
11. Wara li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw data sa meta l-operaturi għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti tagħhom.
11. Wara li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw data sa meta l-operaturi għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu formola elettronika tal-input lill-operatur għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’dan l-Artikolu.
11a. Fejn, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, permess ikopri żewġ installazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn installazzjonijiet operati mill-istess operatur fl-istess sit, l-operatur jista’ jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’dan l-Artikolu billi jissottometti f’rapport uniku d-data kollha relatata ma’ tali installazzjonijiet, jew tali partijiet mill-installazzjonijiet, koperti mill-istess permess.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 6 − paragrafu 1
1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5 f’format u sa data li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Fi kwalunkwe każ, id-data tar-rapportar għandha tkun mhux aktar tard minn 11-il xahar wara t-tmiem tas-sena tar-rapportar.
1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5, link dirett għas-sit web tal-awtoritajiet kompetenti għal avviżi pubbliċi għal kull installazzjoni u lista ta’ installazzjonijiet mhux konformi skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament u tal-Kunsill (COM(2022)0156) wara d-deċiżjoni finali dwar in-nuqqas ta’ konformità maħruġa mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-liġi nazzjonali, f’format standardizzat li jippermetti t-tfittxijiet u l-estrazzjonijiet, fejn possibbli u sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Fi kwalunkwe każ, id-data tar-rapportar għandha tkun mhux aktar tard minn 11-il xahar wara t-tmiem tas-sena tar-rapportar.
2a. L-Istati Membri għandhom jagħtu wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija informazzjoni sistematika dwar id-data xjentifika disponibbli kif imsemmi fl-Artikolu 79a tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156). L-Aġenzija għandha tinkorpora d-data fil-Portal wara li teżamina bir-reqqa l-affidabbiltà xjentifika tas-sorsi.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 8 − paragrafu 2
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi tal-installazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari dwar l-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tagħhom.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi tal-installazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari dwar l-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tagħhom. Fil-każ ta’ nuqqasijiet kwalitattivi preżenti fid-data prevista fl-Artikolu 5, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-operaturi tal-installazzjoni kkonċernata għandhom jipprovdu mingħajr dewmien id-data kkoreġuta lill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 10 − paragrafu 1
Meta d-data titqies kunfidenzjali minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament għas-sena tar-rapportar ikkonċernata għandu jindika separatament għal kull installazzjoni liema data ma tkunx tista’ ssir pubblika u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan.
Meta d-data titqies kunfidenzjali minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament għas-sena tar-rapportar ikkonċernata għandu jindika separatament għal kull installazzjoni, jew f’rapport uniku għal grupp ta’ żewġ installazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn installazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 5(11a) ta’ dan ir-Regolament, liema data ma tkunx tista’ ssir pubblika u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkollhom il-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni ta’ tali data f’konformità mal-Artikolu 3a tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, kif emendata bid-Direttiva XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0156).
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-pubbliku għandu jkollu l-opportunità li jippreżenta kummenti, informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet f’qafas ta’ żmien raġonevoli.
2. Il-pubbliku għandu jkollu l-opportunità li jippreżenta kummenti, informazzjoni, analiżi u opinjonijiet f’qafas ta’ żmien raġonevolment twil u fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 12 – titolu
Gwida
Gwida dwar l-implimentazzjoni
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tfassal u taġġorna perjodikament gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tindirizza mill-inqas dan li ġej:
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, u wara konsultazzjoni mal-grupp ta’ esperti tar-reġistru Ewropew dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta’ inkwinanti (PRTR Ewropew), għandha tfassal u taġġorna perjodikament gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tindirizza mill-inqas dan li ġej:
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 13 − paragrafu 1
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-għarfien pubbliku tal-Portal u l-fehim u l-użu tad-data li tinsab fih.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-għarfien pubbliku tal-Portal u l-fehim u l-użu tad-data li tinsab fih f’kooperazzjoni mill-qrib mal-pubbliku.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d
(d) sabiex jiġi allinjat mal-Protokoll wara l-adozzjoni ta’ emenda għall-annessi tiegħu.
(d) sabiex jiżdiedu l-inkwinanti li ġew miżjuda mal-Annessi tal-Protokoll.
2a. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness II ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-kriterji msemmija f’dan l-Artikolu u s-sustanzi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 2010/75/UE. Abbażi ta’ tali rieżami, fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 15 sabiex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(3) u fl-Artikolu 14 għal perjodu ta’ ħames snin minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġobkom daħħlu d-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(3) u fl-Artikolu 14 għal perjodu ta’ erba’ snin minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġobkom daħħlu d-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lill-persuna responsabbli għall-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut.
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika fl-Istat Membru fejn ikun seħħ il-ksur jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lill-persuna responsabbli għall-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiżdied gradwalment għal ksur ripetut.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) kwalunkwe penali li jkunu rċevew qabel skont dan l-Artikolu;
Emenda 59 Proposta għal regolament Anness I
Test propost mill-Kummissjoni
Anness I
L-attivitajiet
Attività
Livell Limitu ta’ Kapaċità
1
Attivitajiet imniżżlin fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE
’Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE
2
Attivitajiet imniżżlin fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE
’Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE
3
Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/2193 (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)
Impjant tal-kombustjoni b’input termali kklassifikat ta’ mill-inqas 20 MW u inqas minn 50 MW
4
Tħaffir taħt l-art u operazzjonijiet relatati, inkluża l-estrazzjoni ta’ żejt grezz jew gass onshore jew offshore (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)
L-ebda livell limitu ta’ kapaċità (l-installazzjonijiet kollha huma soġġetti għal rapportar)
5
Tħaffir fil-miftuħ u xogħol fil-barrieri (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)
Fejn is-superfiċe tal-erja li effettivament qed tiġi mħaffra hija ta’ 25 ettaru
6
Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban
B’kapaċità ta’ 100 000 ekwivalenti ta’ popolazzjoni jew aktar
7
Akkwakultura
B’kapaċità tal-produzzjoni ta’ 100tunnellata ta’ ħut jew frott tal-baħar fis-sena
8
Installazzjonijiet għall-bini u/jew iż-żarmar tal-vapuri, u għat-tiżbigħ jew it-tneħħija ta’ żebgħa mill-vapuri
B’kapaċità għall-vapuri li għandhom tul ta’ 100 metru
Emenda
Anness I
L-attivitajiet
Attività
Livell Limitu ta’ Kapaċità
1
Attivitajiet imniżżlin fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE
’Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE
2
Attivitajiet imniżżlin fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE
’Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE
3
Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/2193 (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)
Impjant tal-kombustjoni b’input termali kklassifikat ta’ mill-inqas 20 MW u inqas minn 50 MW
4
Tħaffir taħt l-art u operazzjonijiet relatati, inkluża l-estrazzjoni ta’ żejt grezz jew gass onshore jew offshore (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)
L-ebda livell limitu ta’ kapaċità (l-installazzjonijiet kollha huma soġġetti għal rapportar)
5
Tħaffir fil-miftuħ u xogħol fil-barrieri (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)
Fejn is-superfiċe tal-erja li effettivament qed tiġi mħaffra hija ta’ 25 ettaru
6
Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban
B’kapaċità ta’ 100 000 ekwivalenti ta’ popolazzjoni jew aktar
7
Akkwakultura intensiva
B’kapaċità tal-produzzjoni ta’ 500tunnellata ta’ ħut jew frott tal-baħar fis-sena
8
Installazzjonijiet għall-bini u/jew iż-żarmar tal-vapuri, u għat-tiżbigħ jew it-tneħħija ta’ żebgħa mill-vapuri
B’kapaċità għall-vapuri li għandhom tul ta’ 100 metru
Emenda 56 Proposta għal regolament Anness II – ringiela 33a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(33a)
115-32-2
Dikofol
1
1
1
Emenda 57 Proposta għal regolament Anness II – ringiela 49a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(49a)
335-67-1, 355-46-4 u oħrajn
PFAS, inklużi PFOA1a, PFHxS1b, l-imlieħi tagħhom u l-komposti relatati
1
1
1
_________________
1a Aċidu perfluworoottanojku
1b Aċidu sulfoniku tal-perfluworoeżan
Emenda 58 Proposta għal regolament Anness II – nota f’qiegħ il-paġna 12
(12) Massa totali tad-difenileteri brominati li ġejjin: penta-BDE, octa-BDE u deca-BDE.
(12) Massa totali tad-difenileteri brominati li ġejjin: penta-BDE, octa-BDE u deca-BDE, hepta-BDE, eża-BDE, tetra-BDE.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0559 – C9-0331/2021 – 2021/0223(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0559),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0331/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-9 ta' Diċembru 2021(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' Jannar 2022(2),
– wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-26 ta' April 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0234/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' fjuwils rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (COM(2021)0562 – C9-0333/2021 – 2021/0210(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0562),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0333/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021(1),
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' April 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0233/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' karburanti rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għall-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni) (COM(2021)0558 – C9-0330/2021 – 2021/0203(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0558),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0330/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2021(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2022(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali(3),
– wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta’ Settembru 2022 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-29 ta’ Marzu 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0221/2022),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni)
Il-protezzjoni ta' ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi
274k
80k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (COM(2022)0177 – C9-0161/2022 – 2022/0117(COD))(1)
Emenda 1 Proposta għal direttiva Kunsiderazzjoni 2a (ġdida)
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) L-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) tipprevedi, inter alia, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, li tinkludi r-rispett għal-libertà u l-pluraliżmu tal-media (l-Artikolu 11), u għal rimedju effettiv u smigħ ġust (l-Artikolu 47).
(2) L-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) tipprevedi, inter alia, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, li tinkludi r-rispett għal-libertà u l-pluraliżmu tal-media (l-Artikolu 11), għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni (l-Artikolu 12) u għal rimedju effettiv u smigħ ġust (l-Artikolu 47).
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida)
(3a) Id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni huwa dritt fundamentali li għandu jiġi eżerċitat b’sens ta’ dmir u b’responsabbiltà, filwaqt li jitqies id-dritt fundamentali tan-nies li jiksbu informazzjoni imparzjali kif ukoll ir-rispett għad-dritt fundamentali li wieħed jipproteġi r-reputazzjoni, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza. F’każijiet ta’ kunflitt bejn dawn id-drittijiet, il-partijiet kollha għandu jkollhom aċċess għall-qrati b’rispett dovut għall-prinċipju ta’ proċess ġust.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdida)
(3b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u l-libertà u l-pluraliżmu tal-media fl-Unjoni, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tipproponi pakkett kemm ta’ liġi mhux vinkolanti kif ukoll ta’ liġi vinkolanti biex tindirizza l-għadd dejjem jikber ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika jew “SLAPPs” li jikkonċernaw lill-ġurnalisti, l-NGOs, l-akkademiċi u s-soċjetà ċivili fl-Unjoni. Il-Parlament ippropona miżuri leġiżlattivi fl-oqsma tal-liġi proċedurali ċivili u kriminali, bħal mekkaniżmu ta’ tkeċċija bikrija għal kawżi ċivili abbużivi, id-dritt għall-aġġudikazzjoni sħiħa tal-ispejjeż imġarrba mill-konvenut, u d-dritt għal kumpens għad-danni. Ir-riżoluzzjoni tal-11 ta’ Novembru 2021 inkludiet ukoll sejħa għal taħriġ adegwat għall-imħallfin u l-prattikanti legali dwar l-SLAPPs, fond speċifiku biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-vittmi tal-SLAPPs u reġistru pubbliku tad-deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-kawżi SLAPP. Barra minn hekk, il-Parlament appella għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (“ir-Regolament Brussell I”) u tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b(“ir-Regolament Ruma II”) sabiex jiġu pprevenuti “turiżmu ta’ libell” jew “għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni”.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
1b Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipprovdi protezzjoni lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika dwar materji ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kontra proċedimenti ġudizzjarji li jinfetħu kontrihom sabiex jiġu skoraġġuti mill-parteċipazzjoni pubblika (komunement imsejħa strategic lawsuits against public participation (kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika) jew “SLAPPs”).
(4) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipprovdi regoli minimi fil-livell tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-protezzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika dwar materji ta’ interess pubbliku, inklużi l-ġurnalisti, il-pubblikaturi, l-organizzazzjonijiet tal-media, l-informaturi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-NGOs, it-trade unions, l-artisti, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi, kontra proċedimenti ġudizzjarji li jinfetħu kontrihom, kif ukoll it-theddid relatat, sabiex jiġu skoraġġuti mill-parteċipazzjoni pubblika (komunement imsejħa “strategic lawsuits against public participation” (kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika) jew “SLAPPs”).
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Il-ġurnalisti għandhom rwol importanti fl-iffaċilitar tad-dibattitu pubbliku u fit-twassil u l-akkoljenza ta’ informazzjoni, opinjonijiet u ideat. Huwa essenzjali li jingħataw l-ispazju meħtieġ biex jikkontribwixxu għal dibattitu miftuħ, liberu u ġust u biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza. Il-ġurnalisti għandhom ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod effettiv sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal pluralità ta’ fehmiet fid-demokraziji Ewropej.
(5) Il-ġurnalisti għandhom rwol importanti fl-iffaċilitar tad-dibattitu pubbliku u fit-twassil u l-akkoljenza ta’ informazzjoni, opinjonijiet u ideat. Ġurnaliżmu indipendenti, professjonali u responsabbli, kif ukoll l-aċċess għal informazzjoni pluralistika, huma pilastri fundamentali tad-demokrazija. Huwa essenzjali li jingħataw l-ispazju meħtieġ biex jikkontribwixxu għal dibattitu miftuħ, liberu u ġust u biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza. Il-ġurnalisti għandhom ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod effettiv u mingħajr biża’ sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal pluralità ta’ fehmiet fid-demokraziji Ewropej.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Il-ġurnalisti investigattivi għandhom rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-estremiżmu. Ix-xogħol tagħhom iġib miegħu riskji partikolarment għoljin u qed jesperjenzaw għadd dejjem akbar ta’ attakki u fastidju. Hija meħtieġa sistema robusta ta’ salvagwardji sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rwol kruċjali tagħhom bħala gwardjani dwar materji ta’ interess pubbliku leġittimu.
(6) Il-ġurnalisti investigattivi u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-media għandhom rwol ewlieni f’li jikxfu u f’li jiġġieldu l-kriminalità organizzata, l-abbuż tal-poter, il-korruzzjoni, il-ksur tad-drittijiet fundamentali u l-estremiżmu. Ix-xogħol tagħhom iġib miegħu riskji partikolarment għoljin u qed jesperjenzaw għadd dejjem akbar ta’ attakki, qtil, theddid, intimidazzjoni u fastidju. Hija meħtieġa sistema robusta ta’ salvagwardji u protezzjoni, inkluża protezzjoni tas-sikurezza fiżika tagħhom, sabiex tkun tista’ tippermetti lill-ġurnalisti investigattivi jissodisfaw ir-rwol kruċjali tagħhom bħala gwardjani dwar materji ta’ interess pubbliku, mingħajr biża’ ta’ kastig talli wettqu riċerka għall-verità u infurmaw lill-pubbliku.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ukoll rwol importanti fid-demokraziji Ewropej, speċjalment fiż-żamma tad-drittijiet fundamentali, tal-valuri demokratiċi, tal-inklużjoni soċjali, tal-protezzjoni ambjentali u tal-istat tad-dritt. Dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħajja pubblika u jsemmgħu leħenhom dwar materji ta’ politika u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr biża’ ta’ intimidazzjoni. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jirreferu għall-individwi jew l-organizzazzjonijiet involuti fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u varjetà ta’ drittijiet oħrajn, bħad-drittijiet ambjentali u klimatiċi, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-LGBTIQ, id-drittijiet tal-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju, id-drittijiet tax-xogħol jew il-libertajiet reliġjużi. Il-parteċipanti l-oħrajn fid-dibattitu pubbliku, bħall-akkademiċi u r-riċerkaturi, jistħoqqilhom ukoll protezzjoni adegwata.
(7) Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ukoll rwol importanti fid-demokraziji Ewropej, speċjalment fiż-żamma tad-drittijiet fundamentali, tal-valuri demokratiċi, tal-inklużjoni soċjali, tal-protezzjoni ambjentali, tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-istat tad-dritt. Meta jitqiesu l-politiki ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni lill-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet ambjentali. Jenħtieġ li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħajja pubblika, jippromwovu l-obbligu ta’ rendikont u jsemmgħu leħenhom dwar materji ta’ politika u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr biża’ ta’ intimidazzjoni. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jirreferu għall-individwi jew l-organizzazzjonijiet involuti fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u varjetà ta’ drittijiet oħrajn, bħad-drittijiet ambjentali u klimatiċi, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-LGBTIQ, id-drittijiet tal-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju, id-drittijiet tax-xogħol jew il-libertajiet reliġjużi.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdida)
(7a) Il-parteċipanti fid-dibattitu pubbliku, għajr il-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet tal-media jew id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħal akkademiċi, riċerkaturi jew artisti, jistħoqqilhom ukoll protezzjoni adegwata. F’soċjetà demokratika, jenħtieġ li jkunu jistgħu jirriċerkaw, jgħallmu, jitgħallmu, iwettqu xogħolhom u jikkomunikaw mingħajr biża’ ta’ ritaljazzjoni. L-akkademiċi u r-riċerkaturi jikkontribwixxu b’mod fundamentali għad-diskors pubbliku u t-tixrid tal-għarfien, kif ukoll jiżguraw li d-dibattitu demokratiku jkun jista’ jsir fuq bażi infurmata u jiġġieled id-diżinformazzjoni.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) Sabiex jitrawwem dan l-ambjent, huwa importanti li l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Tali proċedimenti ġudizzjarji ma jinfetħux għall-fini ta’ aċċess għall-ġustizzja, iżda biex jissikkett id-dibattitu pubbliku tipikament bl-użu tal-fastidju u l-intimidazzjoni.
(9) Sabiex jitrawwem dan l-ambjent, huwa importanti li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Tali proċedimenti ġudizzjarji ma jinfetħux għall-fini ta’ aċċess għall-ġustizzja, iżda biex jissikkett id-dibattitu pubbliku u jiġu prevenuti l-investigazzjoni u r-rappurtar ta’ ksur ta’ liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż il-korruzzjoni jew prattiki abużivi oħra tipikament bl-użu tal-fastidju u l-intimidazzjoni.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) L-iSLAPPs tipikament jinfetħu minn entitajiet b’saħħithom, pereżempju individwi, gruppi tal-illobbjar, korporazzjonijiet u organi tal-istat. Dawn spiss jinvolvu żbilanċ fil-poter bejn il-partijiet, fejn l-attur ikollu pożizzjoni finanzjarja jew politika aktar b’saħħitha mill-konvenut. Għalkemm ma humiex komponent indispensabbli ta’ kawżi bħal dawn, fejn ikun preżenti, żbilanċ fil-poter iżid b’mod sinifikanti l-effetti dannużi kif ukoll l-effetti dissważivi tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
(10) L-iSLAPPs tipikament jinfetħu minn entitajiet b’saħħithom, pereżempju individwi, gruppi tal-illobbjar, korporazzjonijiet, uffiċjali pubbliċi, entitajiet ikkontrollati pubblikament, politiċi, awtoritajiet ġudizzjarji u organi tal-istat f’attentat li jsikktu d-dibattitu pubbliku. Dawn spiss jinvolvu żbilanċ fil-poter bejn il-partijiet, meta r-rikorrent ikollu pożizzjoni finanzjarja jew politika aktar b’saħħitha mill-konvenut. Għalkemm ma humiex komponent indispensabbli ta’ kawżi bħal dawn, meta jkun preżenti, żbilanċ fil-poter iżid b’mod sinifikanti l-effetti dannużi kif ukoll l-effetti dissważivi tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 11
(11) Il-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-kredibbiltà u r-reputazzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jaħlu r-riżorsi finanzjarji u oħrajn tagħhom. Minħabba proċedimenti bħal dawn, il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar materja ta’ interess pubbliku tista’ tiġi ttardjata jew evitata għalkollox. It-tul tal-proċeduri u l-pressjoni finanzjarja jista’ jkollhom effett dissważiv fuq il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, l-eżistenza ta’ prattiki bħal dawn jista’ jkollha effett ta’ deterrent fuq il-ħidma tagħhom billi tikkontribwixxi għall-awtoċensura b’antiċipazzjoni ta’ proċedimenti ġudizzjarji futuri possibbli, li jwassal għat-tfaqqir tad-dibattitu pubbliku għad-detriment tas-soċjetà kollha kemm hi.
(11) Il-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-kredibbiltà u r-reputazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika u jaħlu r-riżorsi finanzjarji u oħrajn tagħhom. Minħabba proċedimenti bħal dawn, il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar materja ta’ interess pubbliku tista’ tiġi ttardjata jew evitata għalkollox. It-tul tal-proċeduri u l-pressjoni finanzjarja jista’ jkollhom effett dissważiv fuq il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika. Għalhekk, l-eżistenza ta’ prattiki bħal dawn jista’ jkollha effett ta’ deterrent fuq il-ħidma tagħhom billi tikkontribwixxi għall-awtoċensura b’antiċipazzjoni ta’ proċedimenti ġudizzjarji futuri possibbli, li jwassal għat-tfaqqir tad-dibattitu pubbliku għad-detriment tas-soċjetà kollha kemm hi.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Dawk immirati mill-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jistgħu jiffaċċjaw diversi kawżi simultanjament, xi drabi mibdija f’diversi ġuriżdizzjonijiet. Il-proċedimenti mibdija fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru wieħed kontra persuna residenti fi Stat Membru ieħor normalment ikunu aktar kumplessi u għaljin għall-konvenut. L-atturi fi proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jistgħu jużaw ukoll għodod proċedurali sabiex iżidu t-tul u l-kost tal-litigazzjoni, u jressqu kawżi f’ġuriżdizzjoni li huma jqisu li hija favorevoli għall-kawża tagħhom, aktar milli quddiem qorti li tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tisma’ t-talba. Prattiki bħal dawn ipoġġu wkoll piżijiet bla bżonn u ta’ ħsara fuq is-sistemi tal-qrati nazzjonali.
(12) Dawk immirati mill-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jistgħu jiffaċċjaw diversi kawżi simultanjament, li jistgħu jkunu ċivili, amministrattivi jew kriminali jew taħlita ta’ dawn, xi drabi mibdija f’diversi ġuriżdizzjonijiet. Il-proċedimenti mibdija fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru wieħed kontra persuna residenti fi Stat Membru ieħor normalment ikunu aktar kumplessi u għaljin għall-konvenut. Ir-rikorrenti fi proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jistgħu jużaw ukoll għodod proċedurali sabiex iżidu t-tul u l-kost tal-litigazzjoni, u jressqu kawżi f’ġuriżdizzjoni li huma jqisu li hija favorevoli għall-kawża tagħhom (għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni), aktar milli quddiem qorti li tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tisma’ t-talba. It-tul u l-varjetà tal-proċedimenti, il-pressjoni finanzjarja u t-theddida ta’ penali jikkostitwixxu għodod qawwija biex vuċijiet kritiċi jiġu intimidati u msikkta. Prattiki bħal dawn ipoġġu wkoll piżijiet bla bżonn u ta’ ħsara fuq is-sistemi tal-qrati nazzjonali u jwasslu għal użu ħażin tar-riżorsi tagħhom, b’tali mod li jikkostitwixxu abbuż tas-sistemi ġudizzjarji.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Is-salvagwardji previsti f’din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba l-involviment tagħha f’parteċipazzjoni pubblika. Għandhom jipproteġu wkoll lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, jew fuq bażi professjonali jew personali, jappoġġaw, jassistu jew jipprovdu oġġetti jew servizzi lil persuna oħra għal finijiet marbuta direttament mal-parteċipazzjoni pubblika fuq materja ta’ interess pubbliku. Dan jinvolvi pereżempju l-fornituri tal-internet, il-pubblikaturi jew l-istamperiji, li jiffaċċjaw jew huma mhedda bi proċedimenti ġudizzjarji talli jipprovdu servizzi lill-persuna fil-mira tal-proċedimenti ġudizzjarji.
(13) Is-salvagwardji previsti f’din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba l-involviment dirett jew indirett tagħha f’parteċipazzjoni pubblika. Jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, jew fuq bażi professjonali jew personali, jappoġġaw, jassistu jew jipprovdu oġġetti jew servizzi lil persuna oħra għal finijiet marbuta direttament mal-parteċipazzjoni pubblika fuq materja ta’ interess pubbliku. Dan jinvolvi pereżempju l-avukati, il-membri tal-familja, il-fornituri tal-internet, il-pubblikaturi jew l-istamperiji, li jiffaċċjaw jew huma mhedda bi proċedimenti ġudizzjarji talli jassistu, jipprovdu appoġġ jew servizzi lill-persuna fil-mira tal-proċedimenti ġudizzjarji.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Id-Direttiva ma tapplikax għal talbiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà tal-Istat għal azzjonijiet jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii) u talbiet kontra uffiċjali li jaġixxu f’isem l-Istat u r-responsabbiltà għal atti ta’ awtoritajiet pubbliċi, inkluża r-responsabbiltà ta’ detenturi ta’ kariga maħtura pubblikament.
(15) Id-Direttiva ma tapplikax għal talbiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà tal-Istat għal azzjonijiet jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii) u talbiet kontra uffiċjali li jaġixxu f’isem l-Istat u r-responsabbiltà għal atti ta’ awtoritajiet pubbliċi, inkluża r-responsabbiltà ta’ detenturi ta’ kariga maħtura pubblikament, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix dan. F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-proċedimenti tal-qorti xorta jistgħu jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “materji ċivili u kummerċjali” kif imsemmi f’din id-Direttiva meta Stat jew korp pubbliku jkun parti, jekk l-atti jew l-ommissjonijiet ma jseħħux fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 15a (ġdida)
(15a) Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi, u b’hekk tippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika, inkluż id-dritt nazzjonali li jistabbilixxi salvagwardji proċedurali aktar effettivi, bħal penali doppja meta, b’rispett sħiħ għad-dritt ta’ proċess ġust, il-qorti tista’ mhux biss tagħti l-ispejjeż jew il-kumpens lill-konvenut iżda wkoll timponi penali li r-rikorrent għandu jħallas lill-Istat meta jkun ċar li l-litigazzjoni li beda kienet vessatorja, frivola jew b’rieda ħażina. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma sservix biex tiġġustifika xi regressjoni relatata mal-livell ta’ protezzjoni li diġà jeżisti f’kull Stat Membru.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 16
(16) Il-parteċipazzjoni pubblika għandha tfisser kwalunkwe dikjarazzjoni jew attività minn persuna fiżika jew ġuridika espressa jew imwettqa fl-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni dwar materja ta’ interess pubbliku, bħall-ħolqien, il-wiri, ir-reklamar jew promozzjoni oħra ta’ komunikazzjonijiet, pubblikazzjonijiet jew xogħlijiet ġurnalistiċi, politiċi, xjentifiċi, akkademiċi, artistiċi, kummentattivi jew satiriċi, u kwalunkwe azzjoni preparatorja marbuta direttament magħhom. Tista’ tinkludi wkoll attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika, bħall-organizzazzjoni ta’ jew il-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ lobbjar, dimostrazzjonijiet u protesti jew attivitajiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għal rimedju effettiv, bħall-preżentata ta’ lmenti, petizzjonijiet, talbiet amministrattivi u ġudizzjarji u l-parteċipazzjoni f’seduti pubbliċi. Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tinkludi wkoll attivitajiet preparatorji, ta’ appoġġ jew ta’ assistenza li jkollhom rabta diretta u inerenti mal-istqarrija jew mal-attività inkwistjoni u li jkunu mmirati biex irażżnu l-parteċipazzjoni pubblika. Barra minn hekk, tista’ tkopri attivitajiet oħrajn maħsuba sabiex jinfurmaw jew jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika jew biex jippromwovu azzjoni mill-pubbliku, inklużi attivitajiet minn kwalunkwe entità privata jew pubblika b’rabta ma’ materja ta’ interess pubbliku, bħall-organizzazzjoni ta’ riċerka, stħarriġ, kampanji jew kwalunkwe azzjoni kollettiva oħra, jew il-parteċipazzjoni fihom, u kwalunkwe azzjoni kollettiva oħra.
(16) Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tfisser kwalunkwe dikjarazzjoni, attività jew azzjoni preparatorja, ta’ appoġġ jew li tassisti direttament marbuta magħha, minn persuna fiżika jew ġuridika espressa jew imwettqa fl-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem u libertajiet bħad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni dwar materja ta’ interess pubbliku, bħall-ħolqien, il-wiri, ir-reklamar jew promozzjoni oħra ta’ komunikazzjonijiet, pubblikazzjonijiet jew xogħlijiet ġurnalistiċi, politiċi, xjentifiċi, akkademiċi, artistiċi, kummentattivi jew satiriċi, u kwalunkwe attività preparatorja marbuta direttament magħhom. Tista’ tinkludi wkoll attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tal-libertà akkademika u artistika, tad-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika, bħall-organizzazzjoni ta’ jew il-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ lobbjar, dimostrazzjonijiet u protesti jew attivitajiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għal rimedju effettiv, bħall-preżentata ta’ lmenti, petizzjonijiet, talbiet amministrattivi u ġudizzjarji u l-parteċipazzjoni f’seduti pubbliċi. Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tinkludi wkoll attivitajiet preparatorji, ta’ appoġġ jew ta’ assistenza li jkollhom rabta diretta u inerenti mal-istqarrija jew mal-attività inkwistjoni u li jkunu fil-mira biex irażżnu l-parteċipazzjoni pubblika. Barra minn hekk, tista’ tkopri attivitajiet oħrajn maħsuba sabiex jinfurmaw jew jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika jew biex jippromwovu azzjoni mill-pubbliku, inklużi attivitajiet minn kwalunkwe entità privata jew pubblika b’rabta ma’ materja ta’ interess pubbliku, bħall-organizzazzjoni ta’ riċerka, stħarriġ, kampanji jew kwalunkwe azzjoni kollettiva oħra, jew il-parteċipazzjoni fihom, u kwalunkwe azzjoni kollettiva oħra.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) Il-kunċett ta’ materja ta’ interess pubbliku jenħtieġ li tinkludi wkoll il-kwalità, is-sikurezza jew aspetti rilevanti oħra tal-oġġetti, tal-prodotti jew tas-servizzi fejn tali materji ikunu rilevanti għas-saħħa pubblika, għas-sikurezza, għall-ambjent, għall-klima jew għat-tgawdija tad-drittijiet fundamentali. Tilwima purament individwali bejn konsumatur u manifattur jew fornitur ta’ servizz dwar oġġett, prodott jew servizz għandha tkun koperta biss meta l-materja jkun fiha element ta’ interess pubbliku, pereżempju fir-rigward ta’ prodott jew servizz li jonqos milli jikkonforma mal-istandards ambjentali jew ta’ sikurezza.
(18) Il-kunċett ta’ kwistjoni ta’ interess pubbliku jenħtieġ li jinkludi kwistjonijiet rilevanti għat-tgawdija tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru u n-nondiskriminazzjoni, u l-protezzjoni tal-istat tad-dritt, il-libertà u l-pluraliżmu tal-media, u l-ambjent. Huwa jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kwalità, is-sikurezza jew aspetti rilevanti oħra tal-oġġetti, tal-prodotti jew tas-servizzi meta tali materji jkunu rilevanti għas-saħħa pubblika, għas-sikurezza, għall-ambjent, għall-klima, għall-konsumatur jew għad-drittijiet tax-xogħol. Tilwima purament individwali bejn konsumatur u manifattur jew fornitur ta’ servizz dwar oġġett, prodott jew servizz jenħtieġ li tkun koperta biss meta l-materja jkun fiha element ta’ interess pubbliku, pereżempju fir-rigward ta’ prodott jew servizz li jonqos milli jikkonforma mal-istandards ambjentali jew ta’ sikurezza.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 19a (ġdida)
(19a) Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, frodi, approprjazzjoni indebita, ħasil tal-flus, estorsjoni, koerċizzjoni, fastidju sesswali u vjolenza abbażi tal-ġeneru, jew forom oħra ta’ intimidazzjoni u kriminalità, jew kwalunkwe reat kriminali jew amministrattiv ieħor, inkluża l-kriminalità finanzjarja u ambjentali, jikkwalifikaw bħala kwistjonijiet ta’ interess pubbliku. Attivitajiet bl-għan li jipproteġu l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, il-prinċipju ta’ noninterferenza fil-proċessi demokratiċi, u li jipprovdu jew jiffaċilitaw l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni bl-għan li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni jikkwalifikaw ukoll bħala kwistjonijiet ta’ interess pubbliku.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Il-proċedimenti ġudizzjarji abbużivi tipikament jinvolvu tattiċi ta’ litigazzjoni użati b’rieda ħażina bħal dewmien tal-proċedimenti, li jikkawżaw spejjeż sproporzjonati lill-konvenut fil-proċedimenti jew fl-għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni. Dawn it-tattiċi jintużaw mill-attur għal skopijiet oħra minbarra li jikseb aċċess għall-ġustizzja. Dawn it-tattiċi ta’ spiss ikunu, għalkemm mhux dejjem, ikkombinati ma’ diversi forom ta’ intimidazzjoni, fastidju jew theddid.
(20) In-nuqqas ta’ bilanċ fil-poter bejn il-partijiet li huwa karatteristiku tal-iSLAPPs tipikament jirriżulta mill-użu ħażin ta’ vantaġġ ekonomiku jew influwenza politika mir-rikorrent kontra l-konvenut, flimkien man-nuqqas ta’ mertu legali. Indikaturi oħra għalproċedimenti ġudizzjarji abbużivi tipikament jinvolvu tattiċi ta’ litigazzjoni użati b’rieda ħażina bħal dipendenza fuq allegazzjoni waħda jew aktar li jkunu kompletament jew parzjalment infondati, tressiq ta’ numru eċċessiv ta’ talbiet, dewmien tal-proċedimenti jew twaqqif ta’ kawżi fi stadju aktar tard tal-proċedimenti, bidu ta’ proċedimenti differenti fuq kwistjonijiet simili, li jikkawżaw spejjeż sproporzjonati lill-konvenut fil-proċedimenti jew fl-għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni. L-imġiba fil-passat tar-rikorrent u, b’mod partikolari, kwalunkwe storja ta’ intimidazzjoni legali jenħtieġ li jitqiesu wkoll meta jiġi ddeterminat jekk il-proċedimenti tal-qorti humiex ta’ natura abbużiva. Dawn it-tattiċi jintużaw mir-rikorrent għal skopijiet oħra minbarra li jikseb aċċess għall-ġustizzja jew li ġenwinament jeżerċita dritt. Dawn it-tattiċi ta’ spiss ikunu, għalkemm mhux dejjem, ikkombinati ma’ diversi forom ta’ intimidazzjoni, fastidju jew theddid.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida)
(20a) Proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika qed isiru aktar sofistikati u aktar effettivi, b’waħda mit-tekniki użati tkun il-ftuħ ta’ kawżi multipli kontra l-istess persuna dwar l-istess suġġett, li jfisser li kollha kemm huma għandhom jiġu difiżi u ttrattati fl-istess ħin u b’mod parallel mill-istess persuna, fatt li jżid l-ispejjeż b’mod sproporzjonat.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 20b (ġdida)
(20b) L-iSLAPPs huma kkaratterizzati b’mod konsistenti minn żbilanċ fil-poter bejn ir-rikorrent u l-konvenut f’termini ta’ riżorsi finanzjarji u legali. Dan l-iżbilanċ fil-poter iqajjem tħassib partikolari jekk il-kawżi abbużivi jiġu ffinanzjati direttament jew indirettament minn baġits tal-Istat u jkunu kkombinati ma’ miżuri statali indiretti u diretti oħra kontra l-organizzazzjonijiet tal-media indipendenti, il-ġurnaliżmu indipendenti u s-soċjetà ċivili.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 20c (ġdida)
(20c) Proċedimenti tal-qorti abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika spiss jiksru d-dritt tal-konvenuti għad-difiża rikonoxxut mill-Karta, u jista’ jkollhom impatt ukoll fuq id-dritt tagħhom għal proċess ġust u l-preżunzjoni tal-innoċenza.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 22
(22) Materja jenħtieġ li titqies li għandha implikazzjonijiet transfruntieri ħlief jekk iż-żewġ partijiet ikunu ddomiċiljati fl-istess Stat Membru bħall-qorti adita. Anki meta ż-żewġ partijiet ikunu ddomiċiljati fl-istess Stat Membru bħall-qorti adita, il-materja għandha titqies li għandha implikazzjonijiet transfruntieri f’żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet oħrajn. L-ewwel sitwazzjoni hija meta l-att speċifiku ta’ parteċipazzjoni pubblika li jikkonċerna materja ta’ interess pubbliku jkun rilevanti għal aktar minn Stat Membru wieħed. Dan jinkludi pereżempju l-parteċipazzjoni pubblika f’avvenimenti organizzati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bħal dehriet f’seduti pubbliċi, jew stqarrijiet jew attivitajiet dwar materji li huma ta’ rilevanza speċifika għal aktar minn Stat Membru wieħed, bħat-tniġġis transfruntier jew allegazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus b’involviment transfruntier potenzjali. It-tieni sitwazzjoni fejn materja jenħtieġ li titqies li għandha implikazzjonijiet transfruntieri hija meta l-attur jew l-entitajiet assoċjati jkunu bdew proċedimenti tal-qorti fl-istess ħin jew preċedenti kontra l-istess konvenuti jew konvenuti assoċjati fi Stat Membru ieħor. Dawn iż-żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet iqisu l-kuntest speċifiku tal-iSLAPPs.
(22) Materja jenħtieġ li titqies li għandha implikazzjonijiet transfruntieri ħlief jekk iż-żewġ partijiet ikunu ddomiċiljati fl-istess Stat Membru bħall-qorti adita. Anki meta ż-żewġ partijiet ikunu ddomiċiljati fl-istess Stat Membru bħall-qorti adita, jenħtieġ li l-materja titqies li għandha implikazzjonijiet transfruntieri f’żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet oħrajn. L-ewwel sitwazzjoni hija meta l-att speċifiku ta’ parteċipazzjoni pubblika jkun rilevanti għal aktar minn Stat Membru wieħed minħabba d-dimensjoni transfruntiera tal-att innifsu, jew minħabba l-interess leġittimu li l-pubbliku jista’ jieħu fil-materja kkonċernata mill-att, inkluż jekk l-att huwiex aċċessibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi. Dawn is-sitwazzjonijiet jinkludu pereżempju l-parteċipazzjoni pubblika f’atti, bħal avvenimenti organizzati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dehriet f’seduti pubbliċi, jew pubblikazzjonijiet imxerrda b’mod wiesa’. Huma jistgħu jinkludu wkoll stqarrijiet jew attivitajiet dwar materji, bħat-tniġġis transfruntier, jew allegazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus b’involviment transfruntier potenzjali. Att ta’ parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li jitqies li huwa aċċessibbli f’aktar minn Stat Membru wieħed, b’mod partikolari, jekk isir fuq l-internet, pereżempju fil-każ ta’ kampanji tal-media soċjali jew kopertura tal-media online. In-natura tal-internet li huwa preżenti kullimkien tiġġustifika l-kunsiderazzjoni ta’ atti ta’ parteċipazzjoni pubblika li huma aċċessibbli f’aktar minn Stat Membru wieħed bħala materji b’implikazzjonijiet transfruntiera. L-effett tal-mezzi diġitali ta’ komunikazzjoni fuq il-kunċett ta’ elementi transfruntiera diġà ġie rikonoxxut fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. It-tieni sitwazzjoni fejn materja jenħtieġ li titqies li għandha implikazzjonijiet transfruntieri hija meta r-rikorrent jew l-entitajiet assoċjati jkunu bdew proċedimenti tal-qorti fl-istess ħin jew preċedenti kontra l-istess konvenuti jew konvenuti assoċjati fi Stat Membru ieħor. Dawn iż-żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet iqisu l-kuntest speċifiku tal-iSLAPPs.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 22a (ġdida)
(22a) Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli għall-persuni fil-mira minn proċedimenti tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika mill-mument li l-awtoritajiet kompetenti jsiru konxji ta’ dawn il-persuni u matul il-proċedimenti kollha f’konformità mad-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. L-appoġġ jenħtieġ li jkun disponibbli permezz ta’ varjetà ta’ mezzi, inkluż billi jiġu pprovduti informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti, b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u bla ħlas, dwar il-proċeduri u r-rimedji disponibbli, dwar il-protezzjoni mill-intimidazzjoni, il-fastidju jew it-theddid ta’ azzjoni legali, u dwar id-drittijiet tal-persuna kkonċernata, u billi tiġi pprovduta għajnuna legali fi proċedimenti ċivili transfruntiera, għajnuna legali fi proċedimenti ulterjuri u konsulenza legali jew assistenza legali oħra li titqies xierqa. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu assistenza finanzjarja u miżuri ta’ appoġġ, inkluż appoġġ psikoloġiku, għal dawk fil-mira mill-proċedimenti tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 22b (ġdida)
(22b) Il-parteċipazzjoni fi proċedimenti kontra l-parteċipazzjoni pubblika tesponi lil dawk fil-mira għal stress psikoloġiku partikolari. Barra minn hekk, il-preparazzjoni għal tali proċedimenti u parteċipazzjoni fihom hija marbuta ma’ riżorsi siewja tal-konvenuti li ħafna drabi ma jkollhomx jew li nkella jkunu ġew investiti fl-involviment fil-parteċipazzjoni pubblika. Assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u korpi kollettivi oħra, bħat-trade unions, u kwalunkwe entità legali oħra li, f’konformità mal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali tagħhom, għandha interess leġittimu fis-salvagwardja tad-drittijiet tal-konvenut jenħtieġ li għalhekk ikollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-proċedimenti, jew f’isem il-konvenut jew b’appoġġ għalih, bl-approvazzjoni tiegħu, jew li jipprovdu informazzjoni fil-proċeduri ġudizzjarji previsti għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva. Tali possibbiltà ta’ rappreżentanza legali jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-kompetenzi tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema li jinvolvu ruħhom f’isem il-ħaddiema jew b’appoġġ għalihom fi proċedimenti ġudizzjarji, f’konformità ma’ regoli oħra tal-Unjoni u nazzjonali.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Il-konvenuti għandhom ikunu jistgħu japplikaw għas-salvagwardji proċedurali li ġejjin: talba għal garanzija li tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti, jew tal-ispejjeż tal-proċedimenti u tad-danni, u talba għal ċaħda bikrija ta’ proċedimenti tal-qorti manifestament infondati, talba għal rimedji kontra proċedimenti abbużivi bil-qorti (aġġudikazzjoni tal-ispejjeż, kumpens għad-danni u penali), jew kollha kemm huma fl-istess ħin.
(23) Jenħtieġ li l-konvenuti jkunu jistgħu japplikaw għas-salvagwardji proċedurali li ġejjin: talba għal garanzija li tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti, jew tal-ispejjeż tal-proċedimenti u tad-danni, u talba għal ċaħda bikrija ta’ proċedimenti tal-qorti manifestament infondati, talba għal rimedji kontra proċedimenti abbużivi bil-qorti (aġġudikazzjoni tal-ispejjeż, kumpens għad-danni u penali), jew kollha kemm huma fl-istess ħin. Il-proċedimenti ġudizzjarji kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi minħabba l-involviment tagħhom fil-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li jiġu ttrattati b’mod rapidu u effettiv, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 26
(26) Sabiex il-konvenut jiġi pprovdut b’salvagwardja addizzjonali, għandu jkun hemm il-possibbiltà li jingħata garanzija biex ikopri l-ispejjeż proċedurali u/jew id-danni, meta l-qorti tqis li anke jekk it-talba ma tkunx manifestament infondata, hemm elementi li jindikaw abbuż tal-proċedura u l-prospetti għas-suċċess fil-proċedimenti ewlenin ikunu baxxi. Garanzija ma tinvolvix sentenza fuq il-merti iżda sservi bħala miżura kawtelatorja li tiżgura l-effetti ta’ deċiżjoni finali li ssib abbuż ta’ proċedura. Għandu jkun f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi ordnata garanzija mill-qorti fuq mozzjoni tagħha stess jew fuq talba mill-konvenut.
(26) Sabiex il-konvenut jiġi pprovdut b’salvagwardja addizzjonali, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jingħata garanzija biex ikopri l-ispejjeż proċedurali u/jew id-danni, meta l-qorti tqis li anke jekk it-talba ma tkunx manifestament infondata, hemm elementi li jindikaw abbuż tal-proċedura u l-prospetti għas-suċċess fil-proċedimenti ewlenin ikunu baxxi. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata garanzija lill-konvenut fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti tal-qorti u jenħtieġ li l-imħallef ikun jista’ jordna li tiġi allokata dispożizzjoni għat-tariffi tal-qorti lill-konvenut u jiġġarrbu mir-rikorrent filwaqt li titqies, meta jkun xieraq, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partijiet u l-ispejjeż prevedibbli tal-proċedimenti. Garanzija ma tinvolvix sentenza fuq il-merti iżda sservi bħala miżura kawtelatorja li tiżgura l-effetti ta’ deċiżjoni finali li ssib abbuż ta’ proċedura u li tkopri l-ispejjeż u d-danni kkawżati lill-konvenut. Jenħtieġ li jkun f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi ordnata garanzija mill-qorti fuq mozzjoni tagħha stess jew fuq talba mill-konvenut.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) Sabiex tiġi żgurata ħeffa kbira fil-proċedura mħaffa fuq rikors għal ċaħda bikrija, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien għaż-żamma ta’ seduti jew sabiex il-qorti tieħu deċiżjoni. Huma jistgħu jadottaw ukoll skemi simili għal proċeduri fir-rigward ta’ miżuri provviżorji. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jiżguraw li meta l-konvenut ikun ressaq rikors għal salvagwardji proċedurali oħrajn, id-deċiżjoni tittieħed ukoll b’ħeffa. Għal trattament rapidu, l-Istati Membri jistgħu jqisu, fost l-oħrajn, jekk ir-rikorrent ikunx beda proċedimenti multipli jew miftiehma f’materji simili u l-eżistenza ta’ tentattivi ta’ intimidazzjoni, fastidju jew theddid lill-konvenut.
(29) Il-qrati jew it-tribunali aditi b’applikazzjoni għal salvagwardji proċedurali, jenħtieġ li jaġixxu b’mod rapidu fir-rigward ta’ dik l-applikazzjoni, billi jużaw l-aktar proċeduri effiċjenti disponibbli skont id-dritt nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata ħeffa kbira fil-proċedura mħaffa fuq rikors għal ċaħda bikrija, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien għaż-żamma ta’ seduti jew sabiex il-qorti tieħu deċiżjoni. Huma jistgħu jadottaw ukoll skemi simili għal proċeduri fir-rigward ta’ miżuri provviżorji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforzi biex jiżguraw li meta l-konvenut ikun ressaq rikors għal salvagwardji proċedurali oħrajn, id-deċiżjoni tittieħed ukoll b’ħeffa. Għal trattament rapidu, l-Istati Membri jistgħu jqisu, fost l-oħrajn, jekk ir-rikorrent ikunx beda proċedimenti multipli jew miftiehma f’materji simili u l-eżistenza ta’ tentattivi ta’ intimidazzjoni, fastidju jew theddid lill-konvenut.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 30
(30) Jekk konvenut ikun ressaq rikors għal ċaħda bikrija, jenħtieġ li l-attur fil-proċedimenti prinċipali jġib prova fil-proċedura mħaffa li t-talba ma hijiex manifestament infondata. Dan ma jirrappreżentax limitazzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja, meta jitqies li l-attur iġorr l-oneru tal-prova fir-rigward ta’ dik it-talba u jeħtieġlu biss li jissodisfa l-limitu ħafna aktar baxx li juri li t-talba ma hijiex manifestament infondata sabiex tiġi evitata ċaħda bikrija.
(30) Jekk konvenut ikun ressaq rikors għal ċaħda bikrija, jenħtieġ li r-rikorrent fil-proċedimenti prinċipali jġib prova fil-proċedura mħaffa li t-talba ma hijiex manifestament infondata. Dan ma jirrappreżentax limitazzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja, meta jitqies li r-rikorrent iġorr l-oneru tal-prova fir-rigward ta’ dik it-talba u jeħtieġlu biss li jissodisfa l-limitu ħafna aktar baxx li juri li t-talba ma hijiex manifestament infondata sabiex tiġi evitata ċaħda bikrija. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta’ tkeċċija bikrija jittieħdu dejjem minn imħallef, fuq bażi ta’ każ b’każ, u jenħtieġ li r-rikorrenti dejjem ikunu intitolati li jressqu appell kontra d-deċiżjoni bikrija ta’ ċaħda.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 31
(31) L-ispejjeż għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż sħaħ tar-rappreżentanza legali mġarrba mill-konvenut sakemm dawn l-ispejjeż ma jkunux eċċessivi. L-ispejjeż tar-rappreżentanza legali li jaqbżu l-ammonti stabbiliti fit-tabelli tat-tariffi statutorji ma għandhomx jitqiesu bħala eċċessivi per se. Il-kumpens sħiħ għad-danni għandu jinkludi kemm danni materjali kif ukoll immaterjali, bħall-ħsara fiżika u psikoloġika.
(31) Jenħtieġ li l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż sħaħ tar-rappreżentanza legali, inklużi l-kostijiet ta’ qabel il-proċess imġarrba mill-konvenut sakemm dawn l-ispejjeż ma jkunux eċċessivi. L-ispejjeż tar-rappreżentanza legali li jaqbżu l-ammonti stabbiliti fit-tabelli tat-tariffi statutorji jenħtieġ li ma jitqiesux bħala eċċessivi per se, iżda jkun permess li l-ispejjeż jingħataw bis-sħiħ. Meta d-dritt nazzjonali ma jipprevedix l-għoti bis-sħiħ tal-ispejjeż lil hinn mit-tariffi statutorji, il-qorti jenħtieġ li tkun tista’ tagħti l-ispejjeż bis-sħiħ bi kwalunkwe mezz ieħor li jkun disponibbli, f’konformità mad-dritt nazzjonali, inkluż permezz tal-kumpens għad-danni.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 31a (ġdida)
(31a) Il-kumpens sħiħ għad-danni għandu jinkludi kemm danni materjali kif ukoll mhux materjali, bħall-ħsara fiżika, għar-reputazzjoni u psikoloġika. Sabiex il-konvenut ikun jista’ jitlob id-danni faċilment u fil-ħin, jenħtieġ li jkun possibbli li jfittex id-danni fl-istess proċedimenti bħal dawk imressqa kontra l-konvenut, meta jkun xieraq permezz ta’ kontrotalba. Jenħtieġ li d-dannu materjali jinkludi b’mod partikolari l-onorarji tal-avukat, meta ma jkunux rimborżabbli bħala spejjeż, spejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż mediċi, b’mod partikolari għall-assistenza psikoloġika. Id-dannu materjali jenħtieġ li jinkludi l-ispejjeż ta’ qabel il-proċess, jekk dawn ma jkunux inklużi fl-ispejjeż skont il-liġi nazzjonali jew din id-direttiva. L-ispejjeż ta’ qabel il-proċess għandhom jinkludu wkoll l-ispejjeż neċessarji mġarrba fir-rigward tad-difiża tad-drittijiet tal-persuna kontra talbiet abbużivi, inklużi l-onorarji tal-avukat. Id-dannu mhux materjali jinkludi b’mod partikolari forom differenti ta’ ħsara fiżika u/jew psikoloġika, uġigħ u tbatija jew diffikultà emozzjonali relatati mal-proċedimenti ġudizzjarji, dannu għar-reputazzjoni u b’mod ġenerali, kwalunkwe tip ta’ dannu intanġibbli.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) L-għan ewlieni li l-qrati jew it-tribunali jingħataw il-possibbiltà li jimponu penali huwa sabiex l-atturi potenzjali jkunu skoraġġiti milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Tali penali jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-elementi ta’ abbuż identifikati. Meta jistabbilixxu l-ammonti għal penali, il-qrati jistgħu jqisu l-potenzjal ta’ effett dannuż jew dissważiv tal-proċedimenti fuq il-parteċipazzjoni pubblika, inkluż fir-rigward tan-natura tat-talba, jekk ir-rikorrent ikunx beda proċedimenti multipli jew miftiehma f’materji simili u l-eżistenza ta’ tentattivi ta’ intimidazzjoni, fastidju jew theddida għall-konvenut.
(32) L-għan ewlieni li l-qrati jew it-tribunali jingħataw il-possibbiltà li jimponu penali huwa sabiex ir-rikorrenti potenzjali jkunu skoraġġiti milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Tali penali jenħtieġ li jiġu determinati abbażi ta’ każ b’każ u jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-elementi ta’ abbuż identifikati. Meta jistabbilixxu l-ammonti għal penali, il-qrati jistgħu jqisu l-potenzjal ta’ effett dannuż jew dissważiv tal-proċedimenti fuq il-parteċipazzjoni pubblika, inkluż fir-rigward tan-natura tat-talba, jekk ir-rikorrent ikunx beda proċedimenti multipli jew miftiehma f’materji simili u l-eżistenza ta’ tentattivi ta’ intimidazzjoni, fastidju jew theddida għall-konvenut.
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 32a (ġdida)
(32a) Biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkun jista’ jkun konxju mid-deċiżjonijiet tal-qorti, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu reġistru nazzjonali aċċessibbli għall-pubbliku tad-deċiżjonijiet tal-qorti rilevanti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi reġistru tal-Unjoni aċċessibbli għall-pubbliku abbażi tal-informazzjoni mir-reġistri tal-Istati Membri li jikkonċernaw deċiżjonijiet rilevanti tal-qorti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Fil-kuntest transfruntier, huwa importanti wkoll li tiġi rikonoxxuta t-theddida tal-iSLAPPs minn pajjiżi terzi mmirati lejn il-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u persuni oħrajn involuti fil-parteċipazzjoni pubblika li huma ddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea. Dawn jistgħu jinvolvu danni eċċessivi mogħtija kontra ġurnalisti tal-UE, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u oħrajn. Il-proċedimenti tal-Qorti f’pajjiżi terzi huma aktar kumplessi u għaljin għall-persuni fil-mira. Sabiex jiġu protetti d-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea u sabiex jiġi evitat li s-salvagwardji previsti minn din id-Direttiva jiġu mminati minn rikors għal proċedimenti ġudizzjarji f’ġuriżdizzjonijiet oħrajn, huwa importanti li tiġi pprovduta protezzjoni wkoll kontra proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati u abbużivi f’pajjiżi terzi.
(33) Fil-kuntest transfruntier, huwa importanti wkoll li tiġi rikonoxxuta t-theddida tal-iSLAPPs minn pajjiżi terzi mmirati lejn il-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u persuni oħrajn involuti fil-parteċipazzjoni pubblika li huma ddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea. Dawn jistgħu jinvolvu danni eċċessivi mogħtija kontra persuni li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika. Il-proċedimenti tal-Qorti f’pajjiżi terzi huma aktar kumplessi u għaljin għall-persuni fil-mira. Sabiex jiġu protetti d-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea u sabiex jiġi evitat li s-salvagwardji previsti minn din id-Direttiva jiġu mminati minn rikors għal proċedimenti ġudizzjarji f’ġuriżdizzjonijiet oħrajn, huwa importanti li tiġi pprovduta protezzjoni wkoll kontra proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati u abbużivi f’pajjiżi terzi.
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 33a (ġdida)
(33a) Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni għal talbiet ta’ malafama jew talbiet oħra bbażati fuq il-liġi ċivili jew kummerċjali li jistgħu jikkostitwixxu proċedimenti tal-qorti abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika, l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-konvenut jenħtieġ li jitqies bħala l-unika ġuriżdizzjoni, wara li jkunu ġew ikkunsidrati kif xieraq il-każijiet li fihom il-konvenuti f’każijiet ta’ malafama jkunu persuni fiżiċi. Bl-eċċezzjoni ta’ dik ir-regola li tikkonċerna każijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax l-applikazzjoni tar-Regolament Brussell I.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 33b (ġdida)
(33b) Din id-Direttiva tistabbilixxi raġuni speċjali għal-liġi applikabbli għall-pubblikazzjonijiet bħala att ta’ parteċipazzjoni pubblika. F’talbiet dwar pubblikazzjoni bħala att ta’ parteċipazzjoni pubblika, il-liġi applikabbli jenħtieġ li titqies bħala l-liġi tal-post li għalih dik il-pubblikazzjoni tkun diretta. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi identifikat dak il-post, il-liġi applikabbli jenħtieġ li tkun il-liġi tal-post tal-kontroll editorjali jew tal-attività rilevanti fir-rigward tal-att ta’ parteċipazzjoni pubblika. F’każijiet għajr dawk koperti minn dik l-eċċezzjoni, din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax l-applikazzjoni tar-Regolament Ruma II.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 34
(34) Din id-Direttiva toħloq raġuni speċjali ġdida ta’ ġuriżdizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-persuni fil-mira ta’ SLAPPs iddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea jkollhom rimedju effiċjenti disponibbli fl-Unjoni kontra proċedimenti ġudizzjarji abbużivi mressqa f’qorti jew tribunal ta’ pajjiż terz. Din il-bażi speċjali ta’ ġuriżdizzjoni tippermetti li l-persuni fil-mira li jkunu ddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea jfittxu, fil-qrati jew fit-tribunali tad-domiċilju tagħhom, kumpens għad-danni u għall-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-proċedimenti quddiem il-qorti jew it-tribunal tal-pajjiż terz. Dan id-dritt japplika irrispettivament mid-domiċilju tal-attur fil-proċedimenti fil-pajjiż terz.
(34) Din id-Direttiva toħloq raġuni speċjali ġdida ta’ ġuriżdizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-persuni fil-mira ta’ SLAPPs iddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea jkollhom rimedju effiċjenti disponibbli fl-Unjoni kontra proċedimenti ġudizzjarji abbużivi mressqa f’qorti jew tribunal ta’ pajjiż terz. Din il-bażi speċjali ta’ ġuriżdizzjoni tippermetti li l-persuni fil-mira li jkunu ddomiċiljati fl-Unjoni Ewropea jfittxu, fil-qrati jew fit-tribunali tad-domiċilju tagħhom, kumpens għad-danni u għall-ispejjeż imġarrba jew li jkunu raġonevolment mistennija li jiġu mġarrba b’rabta mal-proċedimenti quddiem il-qorti jew it-tribunal tal-pajjiż terz. Dan id-dritt japplika irrispettivament mid-domiċilju tar-rikorrent fil-proċedimenti fil-pajjiż terz.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 34a (ġdida)
(34a) L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu u jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi rikonoxxuti u attivi li jaħdmu mal-persuni fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika, b’mod partikolari fir-rigward ta’ inizjattivi ta’ tfassil tal-politika, kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni, programmi ta’ riċerka u ta’ edukazzjoni, u taħriġ, kif ukoll il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt ta’ tali miżuri.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 34b (ġdida)
(34b) Id-dispożizzjonijiet u s-salvagwardji ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għall-proċedimenti tal-qorti abbużivi kollha kontra l-parteċipazzjoni pubblika quddiem qorti nazzjonali fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u wara din id-data.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 34c (ġdida)
(34c) L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu inkoraġġiti biex jieħdu azzjoni xierqa biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tagħhom għat-titjib tal-aċċess ta’ dawk fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika għal informazzjoni dwar is-salvagwardji proċedurali stabbiliti f’din id-Direttiva u skont id-dritt nazzjonali. Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tkopri l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prattiki kurrenti fl-Istati Membri f’każijiet transfruntiera u l-għoti ta’ assistenza, meta jkun xieraq, lil networks u korpi Ewropej bħall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-ħidma fuq materji direttament rilevanti għal dawk fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Premessa 34d (ġdida)
(34d) B’rispett xieraq għall-indipendenza tal-professjoni legali, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-adozzjoni minn assoċjazzjonijiet professjonali ta’ regoli deontoloġiċi li jiggwidaw l-imġiba tal-professjonisti legali biex jiskoraġġixxu l-adozzjoni ta’ kawżi abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika, inkluż, meta jkun xieraq, sanzjonijiet dixxiplinari għall-ksur ta’ dawk ir-regoli. Tali miżuri jenħtieġ li jiġu żviluppati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Emenda 43 Proposta għal direttiva Premessa 34e (ġdida)
(34e) Il-ġbir tad-data huwa essenzjali biex jiġu ddokumentati każijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji abbużivi u jiġu pprovduti soluzzjonijiet għall-prevenzjoni tagħhom. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi kriterji komuni biex jiġu standardizzati l-proċeduri tal-ġbir tad-data fl-Istati Membri u jiġi żgurat li tinġabar data komparabbli. L-Istati Membri jenħtieġ li, fuq bażi regolari, jipprovdu lill-Kummissjoni b’data disponibbli li turi kif dawk fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika kisbu aċċess għas-salvagwardji stabbiliti f’din id-Direttiva. Abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti rapport kull ħames snin dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jsiru pubbliċi.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Din id-Direttiva tikkomplementa r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”). Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u tipprovdi sett komprensiv ta’ miżuri li jinkludu t-taħriġ, it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni, l-appoġġ għall-persuni fil-mira ta’ proċedimenti ġudizzjarji abbużivi u l-ġbir tad-data, ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
(36) Din id-Direttiva tikkomplementa r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”). Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u tipprovdi sett komprensiv ta’ miżuri li jinkludu t-taħriġ, it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni, l-appoġġ għall-persuni fil-mira ta’ proċedimenti ġudizzjarji abbużivi u l-ġbir tad-data, ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward, b’mod partikolari, tal-inklużjoni ta’ salvagwardji, simili għal dawk previsti minn din id-Direttiva, b’relazzjoni ma’ każijiet domestiċi mhux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, u l-għoti ta’ assistenza legali lill-konvenuti b’mod affordabbli u faċilment aċċessibbli, u jikkunsidraw l-inklużjoni fil-liġijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tagħhom ta’ dispożizzjonijiet immirati għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu inkoraġġiti wkoll jikkunsidraw li jistabbilixxu fond biex jappoġġaw lill-vittmi tal-iSLAPPs, li jenħtieġ li jintuża direttament għal tariffi legali jew l-għoti ta’ għajnuna legali u appoġġ psikoloġiku.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Premessa 36a (ġdida)
(36a) Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar appoġġ komprensiv u miżuri preventivi, mekkaniżmi ta’ appoġġ mhux finanzjarju bħall-għoti ta’ għajnuna legali u appoġġ psikoloġiku, kif ukoll miżuri ta’ taħriġ, ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ ġbir tad-data. Hija tfittex ukoll li tiżgura li d-data tinġabar billi jiġu stabbiliti kriterji komuni fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit punt fokali nazzjonali li jiġbor u jaqsam l-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu gwida u appoġġ għall-persuni fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Tali organizzazzjonijiet jistgħu jinkludu assoċjazzjonijiet ta’ professjonisti legali, kunsilli tal-media u tal-istampa, assoċjazzjonijiet komprensivi għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, assoċjazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, ditti legali li jiddefendu persuni fil-mira tal-proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika pro bono, l-uffiċċji ta’ konsultazzjoni legali tal-universitajiet u organizzazzjonijiet nongovernattivi oħrajn.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 36b (ġdida)
(36b) Sabiex titrawwem il-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-iSLAPPs u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-mira, huwa kruċjali li jiġu promossi l-informazzjoni rilevanti, is-sensibilizzazzjoni, il-kampanji, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż dwar id-drittijiet u l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tagħhom.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 36c (ġdida)
(36c) Jenħtieġ li t-taħriġ għall-ġurnalisti, għall-professjonisti l-oħra fil-qasam tal-media u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem isaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jindirizzaw proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Jenħtieġ li dan jiffoka fuq ir-rikonoxximent ta’ tali proċedimenti ġudizzjarji, fuq kif wieħed għandu jaġixxi meta jkun fil-mira tagħhom u jinformahom dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom minn tali proċedimenti. It-taħriġ jenħtieġ li jiġi pprovdut ukoll lill-professjonisti legali sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar proċedimenti ġudizzjarji abbużivi u jkunu jistgħu jidentifikawhom fi stadju bikri ħafna.
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1
Din id-Direttiva tipprovdi salvagwardji kontra proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transfruntieri miġjuba kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, b’mod partikolari ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, minħabba l-involviment tagħhom fil-parteċipazzjoni pubblika.
Din id-Direttiva tipprovdi sett ta’ standards minimi ta’ protezzjoni u salvagwardji kontra proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati u abbużivi f’materji ċivili, kif ukoll it-theddid tagħhom, b’implikazzjonijiet transfruntiera miġjuba kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għal materji ta’ natura ċivili jew kummerċjali b’implikazzjonijiet transfruntieri, tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Din ma għandhiex tiġi estiża, b’mod partikolari, għal dħul, materji doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbilità tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċiżżju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).
Din id-Direttiva għandha tapplika għal materji ta’ natura ċivili jew kummerċjali li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera, inklużi miżuri interim u kawtelatorji, kontrokawżi jew tipi partikolari oħra ta’ rimedji disponibbli taħt strumenti oħrajn , tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Din ma għandhiex tiġi estiża, b’mod partikolari, għal dħul, materji doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
Rekwiżiti minimi
1. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli mis-salvagwardji previsti f’din id-Direttiva kontra proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati u abbużivi f’materji ċivili.
2. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanza m’għandha tikkostitwixxi raġunijiet għal tnaqqis fil-livell ta’ salvagwardji diġà mogħtija mill-Istati Membri fil-materji koperti b’din id-Direttiva.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
1. “parteċipazzjoni pubblika” tfisser kwalunkwe dikjarazzjoni jew attività minn persuna fiżika jew ġuridika espressa jew imwettqa fl-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni dwar materja ta’ interess pubbliku u azzjoni preparatorja, ta’ appoġġ jew ta’ assistenza marbuta direttament magħha. Dan jinkludi l-ilmenti, il-petizzjonijiet, it-talbiet amministrattivi jew ġudizzjarji u l-parteċipazzjoni f’seduti pubbliċi;
1. “parteċipazzjoni pubblika” tfisser kwalunkwe dikjarazzjoni jew attività minn persuna fiżika jew ġuridika espressa jew imwettqa fl-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, libertà akkademika, jew libertà ta’ assemblea u assoċjazzjoni, u azzjoni preparatorja, ta’ appoġġ jew ta’ assistenza marbuta direttament magħha, dwar materja ta’ interess pubbliku. Dan jinkludi l-ilmenti, il-petizzjonijiet, it-talbiet amministrattivi jew ġudizzjarji, il-parteċipazzjoni f’seduti pubbliċi, il-ħolqien, l-esibizzjoni, ir-reklamar, jew promozzjoni oħra ta’ komunikazzjonijiet, pubblikazzjonijiet jew xogħlijiet ġurnalistiċi, politiċi, xjentifiċi, akkademiċi, artistiċi, satiriċi;
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
(a) is-saħħa pubblika, is-sikurezza, l-ambjent, il-klima jew it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali;
(a) id-drittijiet fundamentali, inklużi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-libertà tal-media u d-drittijiet tal-konsumatur u tax-xogħol, kif ukoll is-saħħa pubblika, is-sikurezza, l-ambjent jew il-klima;
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
(b) l-attivitajiet ta’ persuna jew entità b’viżibbiltà pubblika jew ta’ interess pubbliku;
(b) l-attivitajiet ta’ persuna jew entità b’viżibbiltà pubblika jew ta’ interess pubbliku, inklużi uffiċjali tal-gvern u entitajiet privati;
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 –punt d
(d) allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, frodi jew kriminalità;
(d) allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, frodi, approprjazzjoni indebita, ħasil tal-flus, estorsjoni, koerċizzjoni, fastidju sesswali u vjolenza abbażi tal-ġeneru, jew forom oħra ta’ intimidazzjoni, jew kwalunkwe reat kriminali jew amministrattiv ieħor, inkluża l-kriminalità ambjentali;
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt e
(e) attivitajiet immirati lejn il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni;
(e) attivitajiet bil-għan li jipproteġu l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, il-prinċipju ta’ noninterferenza fil-proċessi demokratiċi, u li jipprovdu jew jiffaċilitaw l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni bil-għan li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni;
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)
(ea) attivitajiet akkademiċi, xjentifiċi, ta’ riċerka u artistiċi;
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
“proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika” tfisser proċedimenti ġudizzjarji mressqa fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika li huma kompletament jew parzjalment infondati u li għandhom bħala l-għan ewlieni tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jippenalizzaw il-parteċipazzjoni pubblika. Indikazzjonijiet ta’ tali skop jistgħu jkunu:
“proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika” tfisser proċedimenti ġudizzjarji mressqa fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika li huma kompletament jew parzjalment infondati, ikkaratterizzati minn elementi li jindikaw użu ħażin tal-proċess ġudizzjarju għal finijiet għajr l-affermazzjoni, il-ġustifikazzjoni jew l-eżerċitar b’mod ġenwin ta’ dritt u li għandhom bħala l-għan ewlieni tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jippenalizzaw il-parteċipazzjoni pubblika b’mod abbużiv. Indikazzjonijiet ta’ tali skop jistgħu jkunu:
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)
(-a) l-użu ħażin tal-vantaġġ ekonomiku jew l-influwenza politika mir-rikorrent kontra l-konvenut, li jwassal għal żbilanċ fis-setgħat bejn iż-żewġ partijiet;
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
(c) intimidazzjoni, fastidju jew theddid min-naħa tal-attur jew tar-rappreżentanti tiegħu.
(c) intimidazzjoni, fastidju jew theddid min-naħa tar-rikorrent jew tar-rappreżentanti tiegħu, qabel jew wara l-proċedimenti, kif ukoll kwalunkwe storja preċedenti ta’ intimidazzjoni mir-rikorrent.
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)
(ca) l-użu in mala fede ta’ tattiċi proċedurali, bħal dewmien fil-proċedimenti, u l-għażla li tiġi segwita talba li hija soġġetta għall-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun se tittratta t-talba bl-aktar mod favorevoli, jew il-waqfien tal-kawżi fi stadju aktar tard tal-proċedimenti.
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-att ta’ parteċipazzjoni pubblika li jikkonċerna materja ta’ interess pubbliku li kontrih jinfetħu proċedimenti ġudizzjarji jkun rilevanti għal aktar minn Stat Membru wieħed, jew
(a) l-att ta’ parteċipazzjoni pubblika jkun rilevanti għal aktar minn Stat Membru wieħed, jew minħabba d-dimensjoni transfruntiera tal-att innifsu, jew minħabba l-interess leġittimu li l-pubbliku jista’ jieħu fil-materja kkonċernata mill-att, inkluż jekk l-att huwiex aċċessibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, jew
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-miżuri dwar is-salvagwardji proċedurali f’konformità mal-Kapitoli III u IV jistgħu jittieħdu mill-qorti jew mit-tribunal adit bil-materja ex officio.
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-miżuri dwar is-salvagwardji proċedurali f’konformità mal-KapitoliIII u IV jistgħu jittieħdu mill-qorti jew mit-tribunal adit bil-materja ex officio.
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Proċedimenti rapidi tal-qorti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew it-tribunali aditi b’applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 jaġixxu fil-proċedimenti li fir-rigward tagħhom tkun tressqet l-applikazzjoni billi jużaw l-aktar proċeduri rapidi disponibbli skont id-dritt nazzjonali, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 5b (ġdid)
Artikolu 5b
Assistenza lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika jkollhom aċċess, kif xieraq, għal miżuri ta’ appoġġ, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
(a) informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti li jkunu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas dwar proċeduri u rimedji disponibbli, dwar il-protezzjoni mill-intimidazzjoni, mill-fastidju jew mit-theddid ta’ azzjoni legali, u dwar id-drittijiet tagħhom; u
(b) għajnuna legali f’konformità mad-Direttiva 2003/8/KE tal-Kunsill, u, f’konformità mad-dritt nazzjonali, għajnuna legali fi proċedimenti ulterjuri, u konsulenza legali jew assistenza legali oħra;
(c) assistenza finanzjarja u miżuri ta’ appoġġ, inkluż appoġġ psikoloġiku, għal dawk fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li qorti jew tribunal aditi bi proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jkunu jistgħu jaċċettaw li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jissalvagwardjaw jew jippromwovu d-drittijiet ta’ persuni involuti fil-parteċipazzjoni pubblika jkunu jistgħu jieħdu sehem f’dawk il-proċedimenti, jew b’appoġġ tal-konvenut jew sabiex jipprovdu informazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li qorti jew tribunal aditi bi proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika jkunu jistgħu jaċċettaw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u korpi kollettivi oħra, bħat-trade unions, u kwalunkwe entità legali oħra li, f’konformità mal-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jissalvagwardjaw jew jippromwovu d-drittijiet ta’ persuni involuti fil-parteċipazzjoni pubblika jkunu jistgħu jieħdu sehem f’dawk il-proċedimenti, jew f’isem jew b’appoġġ tal-konvenut, bl-approvazzjoni tiegħu, jew sabiex jipprovdu informazzjoni, fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja prevista għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva.Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet eżistenti ta’ rappreżentanza u intervent kif garantiti minn regoli oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
L-istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika, il-qorti jew it-tribunal aditi jkollhom is-setgħa li jeħtieġu lill-attur jagħti garanzija għall-ispejjeż proċedurali, jew għall-ispejjeż u d-danni proċedurali, jekk iqisu li tali garanzija hija xierqa fid-dawl tal-preżenza ta’ elementi li jindikaw proċedimenti ġudizzjarji abbużivi.
L-istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika, il-qorti jew it-tribunal aditi jkollhom is-setgħa li jeħtieġu lir-rikorrent jagħti garanzija għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż kollha tar-rappreżentanza legali mġarrba mill-konvenut u d-danni, jekk iqisu li tali garanzija hija xierqa fid-dawl tal-preżenza ta’ elementi li jindikaw proċedimenti ġudizzjarji abbużivi. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi tali possibbiltà, tista’ tingħata garanzija lill-konvenut fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti tal-qorti.
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien għall-eżerċizzju tad-dritt li jippreżentaw rikors għal ċaħda bikrija. Il-limiti ta’ żmien għandhom ikunu proporzjonati u ma jirrendux dan l-eżerċizzju impossibbli jew eċċessivament diffiċli.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti ta’ żmien għall-eżerċizzju tad-dritt li jippreżentaw rikors għal ċaħda bikrija. Il-limiti ta’ żmien għandhom ikunu proporzjonati, raġonevoli u ma jirrendux dan l-eżerċizzju impossibbli jew eċċessivament diffiċli.
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li attur li jkun ippreżenta proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika jkun jista’ jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż kollha tar-rappreżentanza legali mġarrba mill-konvenut, sakemm dawn l-ispejjeż ma jkunux eċċessivi.
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li rikorrent li jkun ippreżenta proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż kollha tar-rappreżentanza legali mġarrba mill-konvenut, sakemm dawn l-ispejjeż ma jkunux eċċessivi. Meta d-dritt nazzjonali ma jiggarantix l-għoti bis-sħiħ tal-ispejjeż tar-rappreżentanza legali lil hinn mit-tabelli tat-tariffi statutorji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali spejjeż jiġu koperti bis-sħiħ b’mezzi oħra disponibbli skont id-dritt nazzjonali, u, meta jkun xieraq, permezz ta’ kumpens għad-danni f’konformità mal-Artikolu 15.
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li persuna fiżika jew ġuridika li tkun ġarrbet ħsara bħala riżultat ta’ proċedimenti abbużivi tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika tkun tista’ titlob u tikseb kumpens sħiħ għal dik il-ħsara.
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li persuna fiżika jew ġuridika li tkun ġarrbet ħsara bħala riżultat ta’ proċedimenti abbużivi tal-qorti kontra l-parteċipazzjoni pubblika tkun tista’ titlob u tikseb kumpens sħiħ għal dik il-ħsara, li tkopri ħsara materjali jew mhux materjali, inkluża l-ħsara għar-reputazzjoni, mingħajr il-ħtieġa li jinbdew proċedimenti tal-qorti separati għal dak il-għan.
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew it-tribunali li jimponu penali jqisu kif xieraq:
(i) is-sitwazzjoni ekonomika tar-rikorrent;
(ii) in-natura u l-għadd tal-elementi li jindikaw abbuż identifikat.
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Reġistri nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-qorti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta proċedimenti ġudizzjarji abbużivi għall-involviment f’parteċipazzjoni pubblika jkunu tressqu f’qorti jew tribunal ta’ pajjiż terz kontra persuna fiżika jew ġuridika ddomiċiljata fi Stat Membru, dik il-persuna tista’ titlob, fil-qrati jew fit-tribunali tal-post fejn tkun iddomiċiljata, kumpens għad-danni u l-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-proċedimenti quddiem il-qorti jew it-tribunal tal-pajjiż terz, irrispettivament mid-domiċilju tal-attur fil-proċedimenti fil-pajjiż terz.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta proċedimenti ġudizzjarji abbużivi għall-involviment f’parteċipazzjoni pubblika jkunu tressqu f’qorti jew tribunal ta’ pajjiż terz kontra persuna fiżika jew ġuridika ddomiċiljata fi Stat Membru, dik il-persuna għandu jkollha d-dritt li titlob, fil-qrati jew fit-tribunali tal-post fejn tkun iddomiċiljata, kumpens għad-danni u l-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-proċedimenti quddiem il-qorti jew it-tribunal tal-pajjiż terz, irrispettivament mid-domiċilju tar-rikorrent fil-proċedimenti fil-pajjiż terz.
Emenda 73 Proposta għal direttiva Kapitolu Va (ġdid)
Kapitolu Va
Ġuriżdizzjoni, liġi applikabbli u relazzjonijiet ma’ strumenti tad-dritt internazzjonali privat tal-Unjoni
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 18a (ġdid)
Artikolu 18a
Ġuriżdizzjoni għal talbiet ta’ malafama
F’talbiet għal malafama jew talbiet oħra bbażati fuq il-liġi ċivili jew kummerċjali li jistgħu jikkostitwixxu talba skont din id-Direttiva, id-domiċilju tal-konvenut għandu jitqies bħala l-unika ġuriżdizzjoni, wara li jkunu ġew ikkunsidrati kif xieraq il-każijiet li fihom il-vittmi ta’ malafama jkunu persuni fiżiċi.
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 18b (ġdid)
Artikolu 18b
Relazzjonijiet mar-Regolament Brussell I
Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 18a ta’ din id-Direttiva, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament Brussell I.
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 18c (ġdid)
Artikolu 18c
Liġi applikabbli għall-pubblikazzjonijiet bħala att ta’ parteċipazzjoni pubblika
F’talbiet li jirrigwardaw pubblikazzjoni bħala att ta’ parteċipazzjoni pubblika, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-post li lejha tkun diretta dik il-pubblikazzjoni. F’każ li ma jkunx possibbli li jiġi identifikat il-post li lejh tkun diretta l-pubblikazzjoni, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-post tal-kontroll editorjali jew tal-attività editorjali rilevanti fir-rigward tal-att ta’ parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 18d (ġdid)
Artikolu 18d
Relazzjonijiet mar-Regolament Ruma II
Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 18c ta’ din id-Direttiva, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament Ruma II.
Emenda 78 Proposta għal direttiva Kapitolu Vb (ġdid)
Kapitolu Vb
Dispożizzjonijiet oħra
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 18e (ġdid)
Artikolu 18e
Reġistru tal-Unjoni
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tistabbilixxi reġistru tal-Unjoni aċċessibbli għall-pubbliku abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 16a tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-qorti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 18f (ġdid)
Artikolu 18f
Sensibilizzazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, bil-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika u s-salvagwardji proċedurali stabbiliti f’din id-Direttiva kontrihom. Tali azzjoni tista’ tinkludi kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni u programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, meta jkun xieraq, b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 18g (ġdid)
Artikolu 18g
Punt uniku ta’ servizz
L-Istati Membri għandhom, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jieħdu miżuri xierqa biex jistabbilixxu “punt uniku ta’ servizz” li jinkludi n-networks nazzjonali ddedikati ta’ avukati speċjalizzati, ġuristi u psikologi, li l-persuni fil-mira tal-iSLAPPs jistgħu jikkuntattjaw, u li permezz tagħhom jistgħu jirċievu gwida u aċċess faċli għal informazzjoni dwar l-iSLAPPs, u protezzjoni kontrihom, inkluż fir-rigward tal-għajnuna legali, l-appoġġ finanzjarju u l-appoġġ psikoloġiku.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 18h (ġdid)
Artikolu 18h
Taħriġ tal-ġuristi
1. B’rispett dovut għall-indipendenza tal-professjoni legali, l-Istati Membri għandhom jirrakkomandaw li dawk reponsabbli mit-taħriġ tal-avukati jagħmlu disponibbli kemm taħriġ ġenerali kif ukoll speċjalizzat biex iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika u s-salvagwardji proċedurali kontrihom previsti f’din id-Direttiva.
2. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu li dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin jagħmlu disponibbli kemm taħriġ ġenerali kif ukoll speċjalizzat biex l-imħallfin isiru aktar konxji tal-ħtiġijiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika.
3. Permezz tas-servizzi pubbliċi tagħhom jew bil-finanzjament tal-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tal-iSLAPP, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu inizjattivi li jippermettu lil dawk li jipprovdu appoġġ lil dawk fil-mira tal-proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika biex jirċievu taħriġ adegwat.
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 18i (ġdid)
Artikolu 18i
Kooperazzjoni u koordinazzjoni tas-servizzi
L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għat-titjib tal-aċċess ta’ dawk fil-mira tal-proċedimenti tal-qorti manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika għal informazzjoni dwar is-salvagwardji proċedurali previsti f’din id-Direttiva u skont id-dritt nazzjonali. Tali kooperazzjoni għandha tal-inqas tkun immirata lejn:
(a) l-iskambju tal-prattiki attwali; u
(b) l-għoti ta’ assistenza lin-networks Ewropej li jaħdmu fuq materji direttament rilevanti għal dawk fil-mira tal-proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika.
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 18j (ġdid)
Artikolu 18j
Regoli deontoloġiċi għall-professjonisti legali
L-Istati Membri, b’rispett dovut għall-indipendenza tal-professjoni legali, għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni minn assoċjazzjonijiet professjonali ta’ regoli deontoloġiċi li jiggwidaw l-imġiba tal-professjonisti legali biex jiskoraġġixxu t-teħid ta’ kawżi abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika, u meta jkun xieraq, iqisu miżuri li jindirizzaw kwalunkwe ksur ta’ dawk ir-regoli.
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 18k (ġdid)
Artikolu 18k
Ġbir tad-data
1. L-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-arranġamenti istituzzjonali tagħhom dwar l-istatistika ġudizzjarja, għandhom jinkarigaw awtorità waħda jew aktar bir-responsabbiltà li jiġbru u jaggregaw data dwar proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika mibdija fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, b’rispett sħiħ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.
2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:
(a) l-għadd ta’ proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra kawżi ta’ parteċipazzjoni pubblika, mibdija fis-sena rilevanti;
(b) l-għadd ta’ proċedimenti tal-qorti abbużivi kontra każijiet ta’ parteċipazzjoni pubblika miċħuda kmieni minħabba li jkunu dipendenti fuq talbiet kompletament jew parzjalment infondati;
(c) l-għadd ta’ proċedimenti ġudizzjarji, ikklassifikati skont it-tip ta’ konvenut (eż. ġurnalist, difensur tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjoni tal-media);
(d) l-għadd ta’ proċedimenti ġudizzjarji, ikklassifikati skont it-tip ta’ rikorrent (eż. politiku, persuna privata, kumpanija, jekk ir-rikorrent huwiex entità barranija);
(e) ċifri dwar atti ta’ parteċipazzjoni pubblika li dwarhom infetħu proċedimenti ġudizzjarji;
(f) ċifri dwar l-istimi tal-ammont tad-danni inizjali mitlubin mir-rikorrenti;
(g) deskrizzjoni tal-bażijiet legali differenti li r-rikorrenti jistrieħu fuqhom u ċ-ċifri relatati;
(h) ċifri dwar it-tul tal-proċedimenti, inklużi l-istanzi kollha;
(i) ċifri dwar elementi transfruntiera;
(j) meta tkun disponibbli, data oħra, inkluż dwar l-ispejjeż ġudizzjarji tal-proċedimenti u, meta jkun rilevanti u xieraq, ċifri rilevanti dwar l-isfond storiku tal-każijiet;
(k) it-tip ta’ talba maħruġa abbażi ta’ din id-Direttiva u, meta jkun xieraq, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tikkomplementaha.
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn [ħames (5) snin mid-data tat-traspożizzjoni]. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni għandha sa mhux aktar tard minn [6 snin mid-data tat-traspożizzjoni], tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika u tal-impatt ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emenda ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari id-data disponibbli li turi kif dawk fil-mira tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-parteċipazzjoni pubblika użaw is-salvagwardji previsti f’din id-Direttiva, sa [tliet snin mid-data tat-traspożizzjoni]. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni għandha sa mhux aktar tard minn [erba’ snin mid-data tat-traspożizzjoni] u kull ħames snin wara dan, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika u tal-impatt ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri filwaqt li jqis il-kuntest nazzjonali f’kull Stat Membru, inkluża l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emenda ta’ din id-Direttiva. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu pubbliċi.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir tali ir-referenza.
1a. L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva wkoll għall-każijiet pendenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0223/2023).
Miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-żona koperta mill-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA)
121k
42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona koperta mill-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA) (COM(2022)0563 – C9-0370/2022 – 2022/0348(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0563),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0370/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0192/2023),
1. Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta' miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi (l-Att dwar iċ-Ċipep) (COM(2022)0046 – C9-0039/2022 – 2022/0032(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0046),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3), 182(1), 183 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0039/2022),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 173(3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2022(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2022(2),
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 40 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0014/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi qafas ta' miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (l-Att dwar iċ-Ċipep)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1781.)
Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva
Dikjarazzjoni politika konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi diżimpenjati f’Orizzont Ewropa
Allokazzjoni ta’ EUR 500 miljun fil-pakkett eżistenti
Fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi diżimpenjati b'rabta mal-programm ta’ riċerka(3), il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jerġgħu jagħmlu disponibbli għall-benefiċċju tal-programm ta’ riċerka approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jikkorrispondu għall-ammont sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) fil-perjodu 2021-2027 ta’ diżimpenji, li jirriżulta minn nuqqas totali jew parzjali ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti li jappartjenu għall-Programm Qafas “Orizzont Ewropa” jew il-predeċessur tiegħu “Orizzont 2020”(4), kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità tal-baġit fil-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali u għas-setgħat tal-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li, fi ħdan l-allokazzjoni ta’ EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) li tirriżulta mid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi diżimpenjati msemmija hawn fuq, ammont indikattiv ta’ EUR 75 miljun (fi prezzijiet attwali) ser jiġi allokat għall-attivitajiet ta’ riċerka ta’ Ċipep għall-Ewropa, filwaqt li jiġu ppreservati kemm jista’ jkun l-allokazzjonijiet ta’ raggruppamenti(5) li mhumiex relatati mill-qrib maċ-ċipep.
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-Ewropa (l-Att dwar iċ-Ċipep)
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità tal-baġit fil-qafas tal-proċeduri tal-baġit annwali futuri, u skont l-impenn baġitarju tagħhom espress b’mod komuni għall-Att dwar iċ-Ċipep, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tesplora bħala kwistjoni ta’ prijorità proposti biex jissaħħaħ il-baġit għall-Att dwar iċ-Ċipep bi kwalunkwe finanzjament fi ħdan l-Intestatura 1 jkun disponibbli biex jintlaħaq l-ammont ta’ EUR 50 miljun biex jitlesta l-pakkett finanzjarju ta’ EUR 3,3 biljun imsemmi fir-Regolament dwar l-Att dwar iċ-Ċipep.
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
Il-protezzjoni tal-ġurnalisti madwar id-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni
185k
69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti madwar id-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2022/2057(INI))
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, u l-Kumment Ġenerali Nru 34 tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar l-Artikolu 19 tiegħu dwar il-libertajiet tal-opinjoni u tal-espressjoni,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tal-2005 u l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-2005,
– wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni tat-13 ta’ April 2021 dwar id-diżinformazzjoni u l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u dak tal-20 ta’ April 2022 bit-titolu “It-tisħiħ tal-libertà tal-media u tas-sikurezza tal-ġurnalisti fl-era diġitali”,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tan-NU dwar is-Sikurezza tal-Ġurnalisti u l-Kwistjoni tal-Impunità tat-12 ta’ April 2012,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tat-Tielet Konvenzjoni ta’ Ġinevra li jirreferi għall-“korrispondenti tal-gwerra”, l-Artikolu 79 tal-Protokoll Addizzjonali I dwar “miżuri ta’ protezzjoni għall-ġurnalisti” u l-artikoli l-oħra li jipproteġu lil tali professjonisti bħala persuni ċivili fi żminijiet ta’ kunflitt armat,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1738 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-23 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni taċ-ċivili f’kunflitti armati, li tikkundanna l-attakki kontra l-ġurnalisti f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, ir-Rappreżentant għal-Libertà tal-Media tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), ir-Rapporteur Speċjali għal-Libertà tal-Espressjoni tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u r-Rapporteur Speċjali għal-Libertà tal-Espressjoni u l-Aċċess għall-Informazzjoni tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-politiċi u l-uffiċjali pubbliċi u l-libertà tal-espressjoni,
– wara li kkunsidra l-eżiti tal-25 Kunsill Ministerjali tal-OSKE tas-7 ta’ Diċembru 2018, u b’mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 3/18 dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tat-TFUE dwar id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha dwar il-libertà tal-espressjoni,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Mejju 2014,
– wara li kkunsidra il-pjan ta’ azzjoni għad-demokrazija Ewropea tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 (COM(2020)0790),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra d-diskors illegali ta’ mibegħda online, imniedi f’Mejju 2016, u s-seba’ evalwazzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2021, li minnha ħareġ id-dokument bit-titolu “Skeda Informattiva – is-7 evalwazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta”,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2022 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (COM(2022)0177),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar il-litteriżmu fil-media f’dinja dejjem tinbidel,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Is-sikurezza tal-ġurnalisti hija prijorità għall-Unjoni Ewropea”,
– wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-Kunsill tal-Ewropa biex jippromwovi l-protezzjoni u s-sikurezza tal-ġurnalisti, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2016)4 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri tat-13 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u atturi oħra tal-media u r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2018)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri tas-7 ta’ Marzu 2018 dwar il-pluraliżmu tal-media u t-trasparenza tas-sjieda tal-media,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni C(2021)6650 tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tat-13 ta’ Frar 2019 dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-ġurnaliżmu ta’ kwalità fl-era diġitali u r-rapport annwali tiegħu tal-2022 bit-titolu “Defending Press Freedom in Times of Tension and Conflict” (Niddefendu l-Libertà tal-Istampa fi Żminijiet ta’ Tensjoni u Kunflitt),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Addis Ababa għar-rikonoxximent tal-kartuns bħala dritt fundamentali, ippreżentata lill-UNESCO fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa fit-3 ta’ Mejju 2019,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE, minn naħa waħda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OACPS), min-naħa l-oħra, inizjalat min-negozjaturi ewlenin tal-UE u tal-OACPS fil-15 ta’ April 2021, b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi 2021 lill-ġurnalisti Maria Ressa u Dmitry Mouratov, rispettivament mill-Filippini u mir-Russja, b’rikonoxximent tal-isforzi eċċezzjonali tagħhom biex jissalvagwardjaw il-libertà tal-ġurnalisti,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta UE-AKP tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-impatt tal-media soċjali fuq il-governanza, l-iżvilupp, id-demokrazija u l-istabbiltà (ACP-EU/102.745/19/fin.),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu mressqa għal dibattitu dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt skont l-Artikolu 144 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0206/2023),
A. billi kull bniedem għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, tal-opinjoni u tal-informazzjoni; billi dan id-dritt jinkludi l-libertà li wieħed ikollu opinjonijiet mingħajr indħil u li jfittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta’ kwalunkwe mezz u indipendentement mill-fruntieri; billi d-demokraziji jistgħu jiffunzjonaw biss meta ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni indipendenti u affidabbli u meta l-azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tiġi skrutinizzata b’mod effettiv mill-media u minn osservaturi esterni oħrajn u billi jiżvelaw kull tip ta’ abbuż tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media huma komponenti kruċjali tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif ukoll jippermettu li jkun hemm soċjetajiet demokratiċi, ħielsa u parteċipattivi; billi l-kompiti demokratiċi ewlenin tal-ġurnalisti u tal-media indipendenti jinkludu t-tisħiħ tat-trasparenza u tar-responsabbiltà demokratika; billi l-libertà tal-informazzjoni hija dritt fundamentali rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; billi l-ġurnalisti jista’ jkollhom rwol essenzjali fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;
B. billi ġurnalist huwa individwu li josserva, jiddeskrivi, jiddokumenta, jinvestiga u janalizza avvenimenti, dikjarazzjonijiet, politiki u kwalunkwe proposta li tista’ taffettwa lis-soċjetà, bl-iskop li jissistematizza tali informazzjoni u jiġbor u janalizza fatti biex jinforma, kemm online kif ukoll offline, lil segmenti tas-soċjetà jew lis-soċjetà b’mod ġenerali; billi l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, fil-kumment ġenerali tiegħu Nru 34 (2011), jiddefinixxi l-ġurnaliżmu bħala “funzjoni kondiviża minn firxa wiesgħa ta’ atturi, inklużi ġurnalisti u analisti professjonali full-time, kif ukoll bloggers u oħrajn li jinvolvu ruħhom f’forom ta’ awtopubblikazzjoni fuq materjal stampat, fuq l-Internet jew xi mkien ieħor”;
C. billi l-istati għandhom l-obbligi li jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali assoċjati mal-ġurnaliżmu u mal-media, bħad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni, id-dritt għall-ħajja, id-dritt għad-dinjità personali, u d-dritt li korrispondenza tal-ġurnalisti tiġi rrispettata fil-forom varji tagħha; billi d-dritt umanitarju internazzjonali jipprevedi l-protezzjoni tal-ġurnalisti u tal-korrispondenti tal-gwerra, filwaqt li jagħtihom protezzjonijiet speċifiċi fil-kunflitti armati; billi l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni mingħajr distinzjoni ta’ kwalunkwe tip, inkluża d-diskriminazzjoni abbażi tar-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, u l-proprjetà, it-twelid jew status ieħor; billi, f’xi każijiet, il-protezzjoni inadegwata mogħtija lill-ġurnalisti u l-atteġġjament dejjem aktar ostili fil-konfront tagħhom min-naħa ta’ ċerti personalitajiet pubbliċi qegħdin jimminaw sostanzjalment il-libertajiet bażiċi tagħhom;
D. billi l-ġurnalisti u ħaddiema oħrajn tal-media għandhom missjoni li jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni dwar suġġetti ġenerali jew speċjalizzati ta’ interess bl-aktar mod responsabbli u oġġettiv possibbli; billi huwa importanti li jiġi kkunsidrat ir-rwol soċjetali tal-ħaddiema kollha tal-media u tal-persunal ta’ appoġġ, kif ukoll tal-ħaddiema tal-media tal-komunità u l-hekk imsejħa ġurnalisti ċittadini;
E. billi f’dawn l-aħħar snin kien hemm tnaqqis fil-libertà tal-istampa u xejra dejjem tikber ta’ attakki fiżiċi, fastidju, inkluż online, u intimidazzjoni bil-għan li jsikktu u jfarrku lill-ġurnalisti, b’mod partikolari l-korrispondenti tal-gwerra, il-ġurnalisti investigattivi li jaħdmu biex jikxfu l-korruzzjoni, it-traffikar, l-abbuż korporattiv, jew l-għemil ħażin ta’ atturi politiċi, u l-ġurnalisti li jirrapportaw dwar sitwazzjonijiet f’ċerti stati jew dittatorjati totalitarji; billi għadd dejjem akbar ta’ ġurnalisti qed jinqatlu barra miż-żoni ta’ kunflitt armat; billi l-ġurnalisti lokali li jkopru stejjer lokali jikkostitwixxu bil-bosta l-akbar numru ta’ vittmi; billi meta jiġbru u jxerrdu informazzjoni affidabbli dwar il-kunflitti armati, il-ġurnalisti jwettqu missjoni kruċjali ta’ interess pubbliku; billi din hija sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti biex jinżamm ir-rwol essenzjali tal-media indipendenti biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà;
F. billi xi awtoritajiet deliberatament jipprojbixxu l-aċċess tal-ġurnalisti għal żoni ta’ kunflitt sabiex jimmonopolizzaw l-informazzjoni li toħroġ, isikktu lill-informaturi, jgħattu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u jikkontrollaw l-opinjoni pubblika; billi f’bosta każijiet il-korrispondenti tal-media jħabbtu wiċċhom ma’ diversi diffikultajiet u tfixkil intenzjonat biex jaċċessaw pajjiżi jew żoni speċifiċi fejn qed ikunu qed iseħħu kunflitti jew abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem; billi n-nuqqas ta’ kapaċità tagħhom li jaċċessaw dawn iż-żoni jdgħajjef il-kwalità tar-rapportar tal-iżviluppi lokali, li jippermetti li jkun hemm kampanji akbar ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni fil-media offline u online;
G. billi l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-ġurnalisti biex iwettqu xogħolhom huma diversi, inklużi restrizzjonijiet fuq il-moviment, bħad-deportazzjonijiet u ċ-ċaħda tal-aċċess għal pajjiż jew żona partikolari, il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, l-arresti arbitrarji u d-detenzjoni, it-tortura, il-vjolenza sesswali, b’mod partikolari kontra ġurnalisti nisa, il-ksur tal-garanziji ta’ proċess ġust, is-sentenzjar fuq akkużi foloz, il-konfiska ta’ tagħmir u l-ħsara li jista’ jkun hemm, is-serq tal-informazzjoni, is-sorveljanza illegali u l-isgass tal-uffiċċji, l-intimidazzjoni, il-fastidju tal-membri tal-familja, it-theddid għall-mewt, il-kampanji ta’ stigmatizzazzjoni u defamatorji biex jiskreditaw lill-ġurnalisti, il-proċedimenti legali abbużivi, il-ħtif, l-għajbien sfurzat, il-qtil u trattament ieħor krudili, inuman jew degradanti jew il-kastig;
H. billi l-ġurnalisti investigattivi li qed jaħdmu biex jikxfu l-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata qed ikunu partikolarment fil-mira; billi l-ġurnalisti jeħtieġu aċċess dirett, immedjat u mingħajr xkiel għall-informazzjoni sabiex jiskrutinizzaw kif xieraq lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;
I. billi l-ġurnalisti jeħtieġu sorsi affidabbli għall-ħidma investigattiva tagħhom; billi l-informaturi jipprovdu sorsi ewlenin ta’ informazzjoni għall-ġurnalisti, inkluż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u jista’ jkollhom rwol essenzjali fid-detezzjoni u r-rappurtar ta’ irregolaritajiet u għemil ħażin; billi, meta jagħmlu dan, jistgħu jsaħħu r-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza; billi l-protezzjoni adegwata tal-informaturi hija prekundizzjoni biex tiġi żgurata l-effettività tagħhom; billi d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprovdi protezzjoni b’saħħitha għall-informaturi, għas-sorsi ġurnalistiċi u għar-rapportar tal-interess pubbliku;
J. billi l-innovazzjoni teknoloġika żiedet il-kapaċità tal-individwi, tal-gvernijiet u ta’ atturi oħra li jispijjaw fuq il-ġurnalisti, li jiksru d-dritt tagħhom għall-privatezza u d-dritt tagħhom għall-kunfidenzjalità tas-sorsi tagħhom, tikkomprometti s-sigurtà diġitali tagħhom u timponi ċ-ċensura fuqhom; billi attakki bħal dawn jistgħu jinkludu li tinġabar data b’mod illegali jew kontra l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tal-privatezza, li jiġu kompromessi l-kontijiet tal-ġurnalisti, jew li dawn jiġu llokkjati barra l-kontijiet tagħhom, li jiġu soġġetti għal malware intrużiv, li jisfaw fil-mira ta’ kontenut ta’ mibegħda u vjolenti, li jiġu skreditati pubblikament u li tinġabar u tiġi ppubblikata informazzjoni personali dwarhom jew dwar il-familji tagħhom, u saħansitra li tintuża informazzjoni miksuba biex jiġu assassinati; billi s-sorveljanza u t-theddid diġitali qed ikollhom impatt negattiv fuq il-libertà tal-istampa madwar id-dinja u qed jillimitaw il-kapaċità tal-ġurnalisti li jinvestigaw u jirrappurtaw;
K. billi l-ġurnalisti jiffaċċjaw fastidju u theddid dejjem akbar għas-sikurezza u l-ħajja tagħhom fuq il-pjattaformi online, bħal fora, siti web tal-media soċjali, e-mail u s-siti web u taċ-chat, minn individwi b’intenzjonijiet malizzjużi, u minn xi gvernijiet, b’mod partikolari l-gvernijiet ta’ pajjiżi jew reġjuni li fihom dawn il-ġurnalisti huma attivi u jippruvaw jew jirnexxilhom jesponu kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, il-korruzzjoni tal-gvern jew ta’ atturi korporattivi jew jenfasizzaw tentattivi biex tiġi żgwidata l-opinjoni pubblika permezz ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni, intimidazzjoni u miżinformazzjoni;
L. billi, skont il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti, fl-2022, inqatlu 67 ġurnalist, filwaqt li 64 ġew irrappurtati neqsin; billi, skont data ppubblikata minn Reporters Mingħajr Fruntieri (RSF), 1 668 ġurnalist inqatlu madwar id-dinja bejn l-2003 u l-2022 b’rabta mal-ħidma tagħhom, u total ta’ 533 ġurnalist kienu jinsabu detenuti fl-2022 talli wettqu ħidmiethom, skont ir-round up annwali tal-RSF tal-2022 dwar vjolenza u abbużi kontra l-ġurnalisti; billi r-rapport tal-UNESCO dwar il-libertà tal-espressjoni 2021-2022 maħruġ fis-17 ta’ Jannar 2023 innota l-mewt ta’ 86 ġurnalist fl-2022, li jikkostitwixxi qtil kull erbat ijiem u żieda mit-total ta’ 55 qtil fl-2021;
M. billi s-sikurezza tal-ġurnalisti hija kruċjali biex tiggarantixxi l-kapaċità tagħhom li jagħmlu xogħolhom sew; billi l-pajjiżi jridu jiggarantixxu l-protezzjoni tal-ġurnalisti kollha li joperaw fit-territorju tagħhom; billi hemm nuqqas ta’ miżuri internazzjonali robusti biex jipproteġu lill-ġurnalisti u jindirizzaw l-impunità għal reati kontra l-ġurnalisti; billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem talab li tiġi stabbilita task force internazzjonali dwar il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-attakki fuq ġurnalisti;
N. billi l-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat ir-rwol essenzjali li għandhom il-ġurnalisti biex jipprovdu liċ-ċittadini informazzjoni affidabbli u vverifikata; billi għalhekk għandu jsir sforz akbar biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u xierqa għall-ġurnalisti u għall-ħaddiema tal-media; billi ċerti gvernijiet użaw b’mod inġust ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 bħala metodu biex jirrestrinġu b’mod illeġittimu l-ħidma tal-ġurnalisti, speċjalment fir-rigward tar-rapportar tagħhom dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
O. billi l-verifika tal-fatti hija attività ġurnalistika speċifika li tinvolvi li l-fatti jiġu vverifikati jew li n-narrattivi uffiċjali jiġu kkontestati bil-għan li tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni jew tiġi żvelata miżinformazzjoni kemm online kif ukoll offline; billi l-verifikaturi tal-fatti joperaw f’dinja fejn iċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni hija estensiva u fejn l-algoritmi jippolarizzaw lid-dibattiti; billi dan għandu r-riskju li jesponi lill-verifikaturi tal-fatti għal attakki online, theddid, fastidju, pressjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u proċedimenti legali abbużivi;
P. billi t-tkabbir rapidu tal-media online u soċjali amplifika l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, kif ukoll it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz, bil-għan li jiġu skreditati s-sorsi kredibbli ta’ informazzjoni u li l-ġurnalisti, il-kontrolluri tal-fatti u l-ħaddiema tal-media li qed jagħmlu ħilithom biex jillimitaw dan it-tixrid jisfaw fil-mira; billi għadd dejjem jikber ta’ nies qed jirrikorru għall-internet u għall-media soċjali biex iżommu lilhom infushom infurmati;
Q. billi d-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni jista’ jkollhom konsegwenzi serji fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jistgħu jippreżentaw theddida sinifikanti għall-valuri tad-demokrazija u għal-libertajiet individwali; billi l-aħbarijiet foloz spiss jinħolqu biex jisfruttaw l-emozzjonijiet tan-nies u biex jiġbdu l-attenzjoni, u b’hekk jinxterdu b’mod aktar faċli u aktar malajr mill-aħbarijiet veri; billi l-attivitajiet għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni huma kkunsidrati kwistjoni ta’ interess pubbliku;
R. billi, skont il-Kummissjoni, il-ġurnaliżmu politiku huwa partikolarment f’riskju, peress li xokkijiet jew kriżijiet soċjali ta’ spiss iservu bħala instigaturi għall-gvernijiet biex iniedu miżuri biex jillimitaw il-libertà, il-pluraliżmu u l-indipendenza tal-media;
S. billi l-attakki, l-intimidazzjoni, l-eżilju furzat, il-qtil u l-priġunerija ta’ ġurnalisti, kartunisti, bloggers u ħaddiema tal-media għadhom fenomenu mifrux, kif l-istess hija l-impunità għal dawn l-azzjonijiet; billi l-ispazji online qed isiru dejjem aktar ambjent ostili, u d-diskors ta’ mibegħda u l-vjolenza l-aktar kontra ġurnalisti nisa qed jintensifikaw; billi dawn ir-reati jillimitaw il-kapaċità tal-pubbliku li jirċievi informazzjoni u ideat korretti u għalhekk għandhom impatt fuq id-dritt taċ-ċittadini li jirċievu informazzjoni u fuq il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-kelma, il-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni politika; billi kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għall-ġurnalisti jinkludu l-evitar ta’ pressjoni interna u esterna bla bżonn, tad-dipendenza, tal-vulnerabbiltà u tal-instabbiltà, u b’hekk tar-riskju tal-awtoċensura;
T. billi f’xi pajjiżi l-ġurnalisti detenuti ġew imċaħħda mid-dritt tal-aċċess għal avukat u qed jiġu mhedda u maltrattati f’kundizzjonijiet inumani; billi d-dritt għal aċċess indipendenti u trasparenti għall-ġustizzja huwa komponent ewlieni tal-istat tad-dritt u d-dritt għal proċess ġust irid jiġi żgurat madwar id-dinja;
U. billi, minbarra l-vjolenza kontra l-ġurnalisti, l-intimidazzjoni, il-fastidju, il-qtil, l-impunità u n-nuqqas ta’ prosekuzzjoni għandhom effett li jberrdu u jwasslu għall-awtoċensura;
V. billi l-ħtif tal-media, in-nuqqas ta’ trasparenza istituzzjonali, id-diskors ta’ mibegħda u d-diżinformazzjoni qed jiġu sfruttati dejjem aktar mill-atturi tal-istat, u f’xi każijiet anki mhux tal-istat, għal finijiet politiċi biex tiġi intensifikata l-polarizzazzjoni soċjali, l-aktar minn movimenti politiċi antidemokratiċi; billi dawn il-prattiki jintużaw b’mod partikolari minn reġimi awtoritarji biex iżommu l-poter;
W. billi media tas-servizz pubbliku ffinanzjata tajjeb u b’saħħitha tista’ tkun garanti ta’ soċjetajiet demokratiċi; billi, madankollu, il-media tas-servizz pubbliku u l-ġurnalisti tagħha qed jiffaċċjaw għadd ta’ sfidi dejjem akbar, inkluża pressjoni politika u tas-suq, kif ukoll tnaqqis fl-infiq pubbliku għas-servizzi tal-media, aggravati aktar mill-pandemija tal-COVID-19;
X. billi t-trasparenza tas-sjieda u tal-finanzjament tal-media hija ferm importanti biex jiġu żgurati l-pluraliżmu tal-media u l-ġurnaliżmu indipendenti; billi jrid isir kull sforz biex tiġi żgurata r-robustezza tas-settur tal-media, biex tiġi żgurata l-indipendenza, u biex jiżdiedu l-libertà u l-pluraliżmu tal-media; billi t-trasparenza tal-finanzjament tal-media hija element essenzjali fil-promozzjoni tal-fiduċja fost iċ-ċittadini;
Y. billi l-ġurnalisti nisa jħabbtu wiċċhom ma’ forom ta’ vjolenza speċifiċi għall-ġeneru, bħall-fastidju sesswali u dak online; billi l-fastidju u l-abbuż online ta’ spiss huma sesswalizzati ħafna, ibbażati mhux fuq il-kontenut tax-xogħol tal-vittmi, iżda fuq il-karatteristiċi fiżiċi, l-isfond kulturali jew il-ħajja privata tagħhom; billi dan it-theddid jista’ jwassal lil ġurnalisti nisa biex jiċċensuraw lilhom infushom u jkollu effett li jberred fuq il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni; billi l-esperti konsistentement sabu evidenza li n-nisa huma fil-minoranza fis-setturi tal-media, b’mod partikolari fi rwoli kreattivi, u huma sottorappreżentati b’mod sever fil-livelli għolja tat-teħid tad-deċiżjonijiet; billi diversi pajjiżi jiskoraġġixxu jew saħansitra jipprojbixxu lin-nisa milli jsegwu karrieri fil-ġurnaliżmu; billi l-imġiba misoġinistika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra l-ġurnalisti nisa online ma jistgħux jiġu ttollerati jew normalizzati; billi d-diskors ta’ mibegħda sessista qed jistigmatizza, jiġġenera biża’ u mistħija, kif ukoll ħsara psikoloġika, professjonali u għar-reputazzjoni, u jqajjem tħassib relatat mat-theddid għall-privatezza u s-sigurtà diġitali; billi f’każijiet estremi, it-theddid online li mhuwiex kriminalizzat jista’ jeskala għall-vjolenza fiżika, il-fastidju u l-abbuż tal-ġurnalisti f’kuntesti offline;
Z. billi d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħha l-ġurnalisti tista’ tintwera fir-rigward tal-ġeneru, ir-razza, l-etniċità, ir-reliġjon, it-twemmin, l-età, il-klassi, u l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom; billi l-ġurnalisti LGBTIQ+ huma f’riskju ogħla ta’ attakki online; billi l-attakki online spiss jaggravaw it-theddid għas-sikurezza offline; billi dan it-theddid jista’ jwassal għall-awtoċensura u għandu effett li jberred fuq il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni;
AA. billi f’ħafna pajjiżi, kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) jintużaw minn atturi politiċi u finanzjarji bil-għan li jsikktu l-vuċijiet kritiċi jew biex ibeżżgħu lill-ġurnalisti sakemm iwaqqfu l-investigazzjonijiet dwar il-korruzzjoni u kwistjonijiet oħra ta’ interess pubbliku; billi l-iSLAPPs huma theddida serja għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, peress li l-ġurnalisti jistgħu jinżammu milli jitkellmu jew jiġu ppenalizzati talli jitkellmu dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku; billi dan huwa partikolarment komuni f’pajjiżi b’liġijiet ta’ malafama jew ta’ libell li huma aktar faċli li jiġu abbużati, kif ukoll f’pajjiżi mmexxija minn reġim awtoritarju; billi l-pajjiżi mhux tal-UE u l-“proxies” tagħhom bħalissa huma involuti fi SLAPPs kontra ġurnalisti Ewropej fil-ġurisdizzjonijiet nazzjonali tal-UE;
AB. billi l-Pjan ta’ Azzjoni tan-NU dwar is-Sikurezza tal-Ġurnalisti u l-Kwistjoni tal-Impunità għandu l-għan li joħloq ambjent ħieles u sikur għall-ġurnalisti u għall-ħaddiema tal-media, kemm f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt kif ukoll f’sitwazzjonijiet mhux ta’ kunflitt, bil-għan li jissaħħu l-paċi, id-demokrazija u l-iżvilupp madwar id-dinja; billi jinħtieġu riżorsi finanzjarji u umani adegwati ddedikati għal implimentazzjoni xierqa tal-Pjan ta’ Azzjoni tan-NU;
AC. billi t-tixrid tal-miżinformazzjoni, l-aħbarijiet foloz, il-propaganda u d-diżinformazzjoni joħolqu klima ta’ xettiċiżmu globali fost il-popolazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni b’mod ġenerali, li jesponi lill-ġurnalisti għal nuqqas ta’ fiduċja u huwa theddida għal-libertà tal-informazzjoni, għad-dibattitu demokratiku u għall-indipendenza tal-media, u żied il-ħtieġa ta’ sorsi tal-media ta’ kwalità għolja; billi ma sarx biżżejjed sforz biex il-ġurnalisti u ċ-ċittadini jiġu protetti mill-propaganda, l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni online;
AD. billi l-analiżi tad-data u l-algoritmi qed ikollhom impatt dejjem akbar fuq l-informazzjoni li ssir aċċessibbli għaċ-ċittadini; billi diversi pajjiżi adottaw liġijiet bl-intenzjoni falza li jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità li iżda fil-fatt joħonqu l-libertà tal-istampa billi huma mmirati lejn il-ġurnalisti indipendenti u kritiċi; billi kien hemm ġurnalisti li ntefgħu l-ħabs, ġew eżiljati bil-forza u ġew ittorturati talli rrappurtaw dwar il-korruzzjoni u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem;
AE. billi s-Sħubija dwar l-Informazzjoni u d-Demokrazija, li tiġbor flimkien 50 stat minn madwar id-dinja, appellat għall-istabbiliment ta’ salvagwardji demokratiċi fl-ispazju ta’ komunikazzjoni u informazzjoni u rrikonoxxiet id-dritt ta’ kull ċittadin li jkollu informazzjoni affidabbli; billi din is-sħubija żviluppat sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet sabiex tindirizza l-kwistjoni tal-kaos tal-informazzjoni li l-UE tista’ tuża biex tappoġġja l-isforzi ta’ pajjiżi demokratiċi barra mill-Unjoni;
AF. billi għadd dejjem jikber ta’ ġurnalisti Ewropej qed ikollhom jivvjaġġaw lejn żoni ta’ kunflitt mingħajr assigurazzjoni peress li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jirrifjutaw li jkopru s-soġġorn tagħhom;
AG. billi l-Premju Daphne Caruana Galizia tal-Parlament Ewropew, stabbilit f’Diċembru 2019 bħala ġieħ lil Daphne Caruana Galizia, ġurnalista investigattiva Maltija kontra l-korruzzjoni u blogger li nqatel f’attakk b’bomba fil-karozza tagħha fl-2017, jippremja fuq bażi annwali ġurnaliżmu eċċellenti li jippromwovi jew jiddefendi l-prinċipji u l-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea bħad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;
1. Jissottolinja u jinsisti li kull bniedem għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, tal-opinjoni u tal-informazzjoni u li dan id-dritt jinkludi l-libertà li jkollu opinjonijiet mingħajr indħil u li jfittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta’ kwalunkwe mezz u indipendentement mill-fruntieri, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; ifakkar fir-rwol essenzjali li jista’ jkollhom il-ġurnalisti fil-promozzjoni u s-salvagwardja tal-valuri demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza l-ħtieġa li l-ġurnalisti jiġu protetti minn kwalunkwe tip ta’ vjolenza, kif stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024;
2. Ifakkar fil-fatt li d-demokrazija ma tistax tiffunzjona mingħajr informazzjoni affidabbli disponibbli u aċċessibbli kemm online kif ukoll offline; jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-indipendenza tal-ġurnalisti, tas-salvagwardja tal-libertà tal-espressjoni, li tiġi żgurata d-diversità tal-media u li jiġi ppreservat id-dritt fundamentali ta’ kull ċittadin li jkun infurmat;
3. Ifakkar li l-libertà li wieħed jipprattika l-ġurnaliżmu mingħajr restrizzjonijiet malizzjużi u intenzjonati hija xhieda tal-valuri tad-demokrazija u li meta l-prattika mingħajr restrizzjonijiet tal-ġurnaliżmu titħalla ssir, ikun kontribut għall-valuri demokratiċi;
4. Jikkundanna r-reati kollha, inklużi l-attakki fiżiċi, il-ħtif ta’ persuni, it-tortura, l-intimidazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda, kontra ġurnalisti, ħaddiema tal-media u persunal assoċjat madwar id-dinja, inkluż fl-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta’ impunità madwar id-dinja għal dawn ir-reati u jitlob li dawk responsabbli jagħtu rendikont ta’ għemilhom permezz ta’ investigazzjonijiet indipendenti, f’waqthom u effettivi mwettqa f’konformità mal-obbligi internazzjonali u l-istat tad-dritt; jissottolinja d-dritt tal-vittmi u l-familji tagħhom li jkollhom aċċess għal rimedji u konsulenza legali xierqa matul il-proċedimenti;
5. Jikkundanna bil-qawwa kull detenzjoni arbitrarja tal-ġurnalisti u kull detenzjoni proviżorja bbażati fuq kriterji politiċi jew fuq liġijiet abbużivi; jappella biex il-ġurnalisti kollha li qed jinżammu mingħajr prova ta’ involviment individwali fit-twettiq ta’ reat jew mingħajr ma jinġiebu akkużi kontrihom jinħelsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti biex joqogħdu lura milli jittrattaw lill-qraba ta’ ġurnalisti ssuspettati bħala persuni ssuspettati potenzjali huma wkoll u milli jimponu fuqhom sanzjonijiet amministrattivi jew ta’ tip ieħor;
6. Jiddeplora l-fatt li, skont il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti, fl-2022, inqatlu 67 ġurnalist madwar id-dinja, minbarra dawk li kienu mhedda jew soġġetti għal vjolenza jew priġunerija arbitrarja; jagħti ġieħ lil dawk kollha li tilfu ħajjithom u sofrew attakki fl-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni tagħhom kemm online kif ukoll offline u jappoġġja lil dawk kollha li għandhom il-kuraġġ li jitkellmu kontra l-inġustizzja, il-korruzzjoni u l-illegalità; jenfasizza li r-reati kontra l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media għandhom jiġu investigati mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, meta jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għall-investigazzjoni;
7. Ifakkar fir-rwol essenzjali tal-ġurnalisti, inklużi l-ġurnalisti politiċi u investigattivi li jikxfu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li jiġbru informazzjoni affidabbli u rilevanti, jiskrutinizzaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-uffiċjali eletti u jiżvelaw ksur tad-dritt nazzjonali u internazzjonali, delitti finanzjarji u korporattivi, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, repressjoni tal-istat, korruzzjoni, networks u attivitajiet kriminali, reati ambjentali u kull tip ta’ abbuż tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkontribwixxi għall-kontrolli u l-bilanċi meħtieġa biex dawk responsabbli għall-ksur, inklużi l-persuni fil-poter, jagħtu rendikont ta’ għemilhom; jissottolinja l-fatt li dawn l-attivitajiet ipoġġu l-ġurnalisti f’riskju personali akbar;
8. Itenni t-tħassib serju kontinwu tiegħu dwar l-istat tal-libertà tal-media fid-dinja fil-kuntest tal-abbużi u l-attakki li għadhom qed jitwettqu kontra l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media f’ħafna pajjiżi, kif ukoll iż-żeblieħ dejjem jikber tagħhom fil-pubbliku, li għandu impatt negattiv fuq il-prattika tal-ġurnaliżmu, b’mod partikolari fejn jidħol il-ġurnaliżmu politiku, investigattiv u transfruntier; jesprimi tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-media f’pajjiżi li huma kkunsidrati mir-Reporters Mingħajr Fruntieri li għandhom l-agħar sitwazzjonijiet madwar id-dinja; jiddispjaċih dwar l-abbużi mifruxa, kemm online kif ukoll offline, u ċ-ċensura li jiffaċċjaw il-ġurnalisti, inkluż abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, il-ġeneru u l-identità tal-ġeneru f’ħafna pajjiżi;
9. Jissottolinja r-rwol importanti tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar il-protesti u d-dimostrazzjonijiet u jappella li dawn jiġu protetti sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom mingħajr biża’, rappreżalji jew fastidju; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fir-restrizzjonijiet u fir-rappreżalji mmirati biex jifgaw il-protesti pubbliċi, li jestendu sat-trażżin ta’ kwalunkwe rapportar tagħhom minn ġurnalisti u osservaturi indipendenti;
10. Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ oqfsa legali jew ta’ politika speċifiċi li jipproteġu lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema tal-media mill-vjolenza, it-theddid u l-intimidazzjoni fuq skala globali, u l-ħtieġa li tiġi miġġielda l-impunità ta’ dawk li jwettquhom; jikkundanna l-fatt li xi personalitajiet pubbliċi u rappreżentanti tal-awtoritajiet iżebilħu lill-ġurnalisti pubblikament, peress li dan idgħajjef il-fiduċja fil-media fis-soċjetà kollha;
11. Jissottolinja d-dmir tal-awtoritajiet pubbliċi li jipproteġu l-libertà tal-espressjoni u s-sikurezza tal-ġurnalisti u jistieden lill-pajjiżi madwar id-dinja jippromulgaw leġiżlazzjoni u politiki bbażati fuq l-esperjenzi tal-ġurnalisti, f’konformità mad-dritt u l-istandards internazzjonali, bl-objettiv li jipprovdu l-ambjent legali għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni vigoruża ta’ każijiet ta’ repressjoni tal-ġurnalisti u jipproteġuhom, u biex jiżguraw li jkun hemm investigazzjoni u segwitu xierqa, inkluża l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jipprevjenu tali vjolenza, jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont u jeqirdu l-impunità;
12. Jiddeplora l-fatt li l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media spiss jaħdmu f’kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ sigurtà prekarji u li sejrin għall-agħar, li jikkomprometti l-kapaċità tagħhom li jaħdmu f’ambjent sikur u favorevoli; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-ġurnalisti żgħażagħ u lill-ġurnalisti freelance u jfakkar fid-dmir ta’ diliġenza li l-organizzazzjonijiet tal-media għandhom lejn il-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media li jaħdmu magħhom; jisħaq li kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għall-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media huma kruċjali biex jitrawwem ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja, li jippermetti lill-ġurnalisti jwettqu l-missjonijiet tagħhom u jiddefendu d-dritt għall-informazzjoni u d-dritt li wieħed ikun infurmat; jistieden lill-awtoritajiet jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti, biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti u jipproteġu lill-ġurnalisti mill-vjolenza fiżika u psikoloġika;
13. Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-ġurnalisti u l-professjonisti tal-media li jaħdmu f’żoni ta’ kunflitt, peress li dawn sikwit jiffaċċjaw ostakoli finanzjarji li ma jħalluhomx ikomplu l-ħidma importanti tagħhom minħabba l-kunflitti; huwa tal-fehma li l-ġurnalisti li jivvjaġġaw lejn żoni ta’ kunflitt għandhom jingħataw assigurazzjoni adegwata;
14. Jissottolinja li l-ġurnalisti għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ, b’mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u l-ewwel għajnuna, mill-organizzazzjonijiet tal-media; jistieden lill-kumpaniji, b’mod partikolari fis-settur diġitali, iwettqu diliġenza dovuta effettiva u bir-reqqa biex jipprevjenu jew jimmitigaw kwalunkwe impatt negattiv fuq il-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu tal-media u d-drittijiet tal-ġurnalisti f’pajjiżi mhux tal-UE;
15. Ifakkar fl-obbligu li tiġi protetta l-libertà tal-espressjoni, inkluż għas-satiristi u l-kartunisti, huma u jinfurmaw, jippromwovu l-valuri demokratiċi u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, filwaqt li jipprotestaw kontra l-kriminalità, il-korruzzjoni u l-abbużi tal-poter u jitfgħu dawl fuq u jiġġieldu ċ-ċensura u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
16. Jiddeplora ż-żieda fit-tentattivi mill-awtoritajiet reliġjużi u statali li jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u li jikkritikaw taħt il-pretest ta’ liġijiet reliġjużi jew blasfemi, speċjalment fil-każ ta’ satira jew kritika fil-forma ta’ xogħlijiet u espressjonijiet ġurnalistiċi jew kreattivi;
17. Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati s-sikurezza u l-benesseri tal-ġurnalisti li jfittxu l-fatti, li huma partikolarment fil-mira minħabba li jiżvelaw il-miżinformazzjoni, id-diżinformazzjoni, u lil dawk li jxerrdu l-propaganda, u meta jagħmlu dan, sikwit jesponu fatti li xi persuni jkunu għamlu ħafna sforz biex jaħbu jew jgħawġu; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod biex tindirizza din il-kwistjoni, bħal qafas legali għal mezzi tal-media mmirati u mezzi effettivi biex dawn joperaw;
18. Jirrimarka li l-garanzija tal-kunfidenzjalità tas-sorsi hija prerekwiżit għall-ġurnaliżmu investigattiv u stampa indipendenti u li l-informaturi wrew li huma sors importanti għall-promozzjoni tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont; jenfasizza, għalhekk, ir-rwol li l-informaturi jista’ jkollhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni minn atturi statali u mhux statali u biex il-pubbliku jinżamm infurmat; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-informaturi u l-pubblikaturi tagħhom fil-kxif ta’ abbużi madwar id-dinja;
19. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ data affidabbli dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti li qed jiffaċċjaw ambjenti ta’ xogħol ostili; juri r-rispett tiegħu lejn organizzazzjonijiet bħar-Reporters Mingħajr Fruntieri, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti, Frontline, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti u l-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi, biex insemmu biss ftit minnhom, għall-appoġġ tagħhom lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema tal-media f’sitwazzjonijiet ta’ periklu li jistgħu jheddu s-sigurtà u l-benesseri tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġiji olistiċi u sofistikati biex tfittex modi kif taqbad id-data fuq perjodi itwal ta’ żmien u għal tipi differenti ta’ vjolazzjonijiet kontra l-ġurnalisti; jitlob li jiġu żviluppati settijiet ta’ għodod ta’ monitoraġġ effikaċi, f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti, u li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikompli jirrapporta regolarment lill-Parlament dwar l-istat globali tal-libertà tal-media u l-ksur tad-drittijiet tal-ġurnalisti madwar id-dinja;
20. Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, kwalunkwe tentattiv biex tiġi msikkta l-media indipendenti jew biex jiġu mminati l-libertà u l-pluraliżmu tagħha u biex jiġi ristrett l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni affidabbli permezz tal-għeluq tal-internet, is-sorveljanza illegali u/jew sproporzjonata, l-imblukkar jew l-iffiltrar ta’ kontenut online permezz ta’ talbiet illeġittimi jew indiskriminati lil pjattaformi għat-tneħħija tal-kontenut jew l-imblukkar ta’ siti web ta’ komunikazzjoni u tal-media soċjali; iwissi kontra prattiki li indirettament irażżnu tali media permezz ta’ patroċinju finanzjarju u jikkundanna, b’mod partikolari, it-tentattivi li tiġi kkontrollata l-media tas-servizz pubbliku; jiddeplora l-adozzjoni minn xi pajjiżi mhux tal-UE tal-hekk imsejħa liġijiet dwar l-aġenti barranin, li qed jintużaw biex isikktu u jrażżnu l-ġurnaliżmu; jistieden lill-gvernijiet jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-abbuż u ma jużawx ħażin il-miżuri protettivi biex jipprevjenu l-libertà tal-espressjoni jew biex jippermettu ċ-ċensura; jirrakkomanda li l-gvernijiet jippermettu l-libertà tad-djalogu soċjali u politiku u l-kritika; ifakkar li, kif iddikjarat mir-Rapporteur Speċjali tan-NU għal-Libertà tal-Espressjoni, il-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media hija prattika li tmur kontra d-demokrazija u l-pluraliżmu, peress li timpedixxi l-espressjoni diversa tad-diversi setturi tas-soċjetà;
21. Jiddenunzja l-użu dejjem jikber ta’ tagħmir ta’ sorveljanza u ta’ spyware għall-monitoraġġ, l-interċettazzjoni u ċ-ċensura tal-ħidma tal-ġurnalisti; jikkundanna l-involviment ta’ atturi statali u privati f’din is-sorveljanza illeċita, li tikser, fost drittijiet oħra, id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti; jitlob li l-allegazzjonijiet kollha ta’ sorveljanza illegali tal-ġurnalisti jiġu soġġetti għal investigazzjoni b’mod indipendenti u għal prosekuzzjoni fil-qrati, u li l-awturi jinżammu responsabbli; jissottolinja l-importanza li jingħata rimedju lill-ġurnalisti li jkunu sfaw illegalment fil-mira ta’ spyware; jitlob l-infurzar u l-monitoraġġ stretti tar-regolament tal-UE dwar l-oġġetti b’użu doppju sabiex ma tkun tista’ ssir l-ebda esportazzjoni tal-UE li tippermetti lir-reġimi awtoritarji jkollhom fil-mira jew jattakkaw b’mod arbitrarju lill-ġurnalisti;
22. Jikkundanna l-użu tas-SLAPPs biex isikktu jew jintimidaw il-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-media, inkluż minn awtoritajiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE kontra ġurnalisti u media bbażati fl-UE, u biex jinħoloq ambjent ta’ biża’ li jrażżan ir-rappurtar tagħhom; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva kontra l-SLAPPs immirati lejn il-ġurnalisti fl-UE; jitlob li din il-leġiżlazzjoni tkopri b’mod adegwat id-dimensjoni esterna tal-SLAPPs sabiex tipproteġi lill-ġurnalisti bbażati fl-UE minn kawżi abbużivi mibdija minn awtoritajiet minn pajjiżi mhux tal-UE jew mill-“proxies” tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE, f’dan ir-rigward, jinkoraġġixxu lill-pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment sħab tal-istess fehma li għadhom ma għamlux dan, biex jieħdu inizjattivi simili fil-livell nazzjonali u jinvolvu ruħhom dwar din il-kwistjoni fil-livell internazzjonali; jistieden lill-UE tipprovdi appoġġ legali u assistenza oħra lill-ġurnalisti fil-mira tal-SLAPPs u biex taħdem mas-sħab biex tiżviluppa linji gwida komprensivi għall-prosekuturi li jindirizzaw l-SLAPPs u tipprovdi lilhom u lill-imħallfin taħriġ dwar il-kwistjoni; jemmen li biex ittejjeb il-governanza esterna tagħha, l-UE jeħtiġilha tmexxi bl-eżempju u twettaq l-ambizzjonijiet domestiċi tagħha fil-qasam tal-politika tal-media b’mod kompletament koerenti u konsistenti; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali(1) u jappella għall-introduzzjoni ta’ miżuri effettivi fil-proposti ppubblikati reċentement għal direttiva kontra l-“kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika” (id-Direttiva anti-SLAPP) (COM(2022)0177) kif ukoll tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media (COM(2022)0457), li huma sinjali li juru li l-UE qiegħda tadotta approċċ aktar robust fir-rigward tal-politiki tal-media; huwa tal-fehma li dawn il-miżuri jistgħu jispiraw reġjuni oħra fid-dinja u jgħinu biex jiġu stabbiliti standards globali pożittivi; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa(2) dwar il-malafama, li jinkludu gwida dwar l-iżgurar tal-proporzjonalità tas-sanzjonijiet u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
23. Jilqa’ azzjonijiet li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar il-firxa sħiħa ta’ mekkaniżmi u għodod ta’ protezzjoni tal-UE u internazzjonali oħra li jistgħu jintużaw b’mod urġenti b’appoġġ għall-ġurnalisti fil-periklu li diġà huma disponibbli għall-persunal tal-UE/NU, organizzazzjonijiet iddedikati għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; huwa tal-fehma li l-UE tista’ żżid il-preżenza tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-ġurnalisti barra mill-UE permezz tal-ħidma tad-delegazzjonijiet tagħha, kemm billi taħdem direttament mal-ġurnalisti kif ukoll permezz tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tagħha biex tiżgura li jkunu magħrufa u aċċessibbli għall-ġurnalisti anke f’żoni remoti u permezz tal-appoġġ u l-promozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ twissija internazzjonali eżistenti għall-ġurnalisti fil-periklu; jitlob li dawn il-mekkaniżmi u l-għodod ta’ protezzjoni jissaħħu b’approċċ sensittiv għall-ġeneru u b’żieda fil-finanzjament mill-UE u mill-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE jkollhom riżorsi finanzjarji u ta’ persunal adegwati f’dan ir-rigward;
24. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jippromwovu l-użu tal-litteriżmu medjatiku bħala għodda biex tappoġġja l-fehim usa’ taċ-ċittadini u tas-soċjetajiet dwar ir-rwol soċjetali tal-ġurnaliżmu u jippromwovu programmi ta’ skambju għall-ġurnalisti; jitlob, b’mod partikolari, għall-promozzjoni ta’ programmi u politiki mmirati lejn it-trawwim tal-litteriżmu medjatiku u tal-aħbarijiet, għall-ġurnalisti u l-atturi tal-media; iqis li t-tisħiħ tal-ġurnaliżmu huwa essenzjali għall-prevenzjoni tad-diżinformazzjoni, il-polarizzazzjoni u l-vjolenza u jista’ jsaħħaħ id-demokraziji billi jiffavorixxi l-parteċipazzjoni politika; jenfasizza li huwa essenzjali li l-ġurnalisti jkunu ggarantiti l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikkontribwixxu għal dibattitu pubbliku miftuħ, liberu u ġust, li huwa aspett ewlieni biex jgħin lis-soċjetà tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil; itenni t-talba tiegħu biex l-edukazzjoni dwar il-media tiġi inkluża f’kuntesti formali u informali, inkluż permezz ta’ kurrikuli tal-edukazzjoni sabiex jitrawmu l-litteriżmu, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-media u jiġi promoss u appoġġjat il-ħsieb kritiku; f’dan ir-rigward, jistenna bil-ħerqa r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (2012-2027); jinnota li l-ħtieġa li tiġi żgurata l-libertà tal-media għandha tiġi inkluża fil-programmi ta’ sħubija tal-UE ma’ pajjiżi mhux tal-UE;
25. Jinsisti fuq it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-pjattaformi online, il-gvernijiet u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġi indirizzat b’mod effettiv it-tixrid ta’ messaġġi li jinċitaw il-mibegħda jew jinstigaw il-vjolenza lejn il-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media, filwaqt li jitqies il-fatt li n-nisa huma partikolarment fil-mira; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri biex il-ġurnalisti jiġu protetti mill-vjolenza online u abbażi tal-ġeneru fuq il-media soċjali u pjattaformi diġitali oħrajn; jistieden lill-pjattaformi jneħħu minnufih il-kummenti jew ir-reazzjonijiet online li jagħtu fastidju lill-ġurnalisti, jinċitaw il-vjolenza u l-mibegħda jew jimminaw is-sikurezza tal-ġurnalisti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet barra mill-UE jwettqu investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ fastidju u abbuż online sabiex dawk responsabbli jinżammu responsabbli;
26. Jenfasizza li f’dawn l-aħħar snin id-diskors ta’ mibegħda u d-diskriminazzjoni fil-media, kemm online kif ukoll offline, kif ukoll il-vjolenza ċibernetika kontra l-ġurnalisti, saru dejjem aktar mifruxa, u b’hekk qed jheddu l-libertà tal-media, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-informazzjoni u l-pluraliżmu tal-media; ifakkar li d-diskors ta’ mibegħda online jista’ jinċita l-vjolenza offline u l-fastidju online; jenfasizza li l-ġurnalisti nisa b’mod partikolari jiffaċċjaw ukoll fastidju sesswali u vjolenza sesswali u huma ħafna aktar probabbli li jesperjenzaw fastidju online mill-kollegi rġiel tagħhom; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jeżerċitaw pressjoni politika u diplomatika biex ibiddlu l-politiki u l-prattiki ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jiskoraġġixxu jew saħansitra jipprojbixxu lin-nisa milli jsegwu karrieri fil-ġurnaliżmu;
27. Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati membri tal-UE japplikaw il-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline b’mod uniformi u konsistenti fir-rigward tal-protezzjoni tal-ġurnalisti u d-difiża tal-libertà tal-istampa; iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE, lid-delegazzjonijiet tiegħu u lill-Istati Membri jagħmlu l-isforzi kollha biex jippromwovu, jużaw u jikkondividu eżempji ta’ prattiki tajbin, speċjalment ma’ uffiċjali tal-UE qabel ma jiġu assenjati barra l-UE; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE jinvolvu ruħhom f’kampanji ta’ informazzjoni biex iqajmu kuxjenza dwar il-perikli tal-aħbarijiet foloz u jipprovdu lill-pubbliku ġenerali għodod biex jidentifikawhom u jfittxu sorsi affidabbli ta’ informazzjoni;
28. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex dejjem iqisu l-għażla tal-azzjoni pubblika espressa kontra d-diplomazija silenzjuża, fl-interess tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza li jiżdied il-fehim tas-soċjetà ċivili tal-modus operandi tad-delegazzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-prattika tal-ġurnaliżmu u l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE, f’dan ir-rigward, jagħmlu dikjarazzjonijiet aktar pubbliċi, sa fejn ikun possibbli, kemm b’mod preventiv kif ukoll b’reazzjoni għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni fid-dinja jew restrizzjonijiet fuqhom, b’mod partikolari f’każijiet ta’ attakki u detenzjoni ta’ ġurnalisti f’pajjiżi mhux tal-UE;
29. Jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jagħmilha waħda mill-ogħla prijoritajiet tiegħu li jiżgura s-sikurezza tal-ġurnalisti, tal-ħaddiema tal-media u tal-persunal assoċjat fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE; jemmen li jista’ jsir aktar f’dan ir-rigward; jinsisti bil-qawwa li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jagħti aktar attenzjoni lil każijiet speċifiċi ta’ arresti u prosekuzzjonijiet illeġittimi ta’ ġurnalisti u r-restrizzjoni tad-drittijiet tagħhom, u l-ħtieġa li jiġi evitat in-nuqqas ta’ azzjoni fil-protezzjoni tal-ġurnalisti li ħajjithom tinsab f’periklu immedjat;
30. Jistieden lis-SEAE jistabbilixxi pjan ta’ reazzjoni ta’ emerġenza li għandu jiġi segwit mid-delegazzjonijiet tal-UE b’firxa ta’ għodod protettivi, bħal li jinħarġu dikjarazzjonijiet, li jkun hemm reazzjonijiet għal kampanji ta’ malafama, li jiġi kkoordinat il-monitoraġġ tal-proċessi, jitwettqu żjarat fil-ħabs, żjarat fid-djar jew fl-uffiċċji ta’ ġurnalisti f’riskju, jitqajmu każijiet urġenti mal-awtoritajiet, li d-djalogi bilaterali jintużaw biex jitqajjem tħassib dwar il-libertà tal-istampa, jiġu ffaċilitati l-mistrieħ u l-opportunitajiet ta’ serħan għal ġurnalisti fir-riskju jew dawk trawmatizzati, jingħata appoġġ għar-rilokazzjoni u/jew l-evakwazzjoni temporanja, jiġi pprovdut akkumpanjament fiżiku f’sitwazzjonijiet estremi, ikun hemm promozzjoni favur il-ġurnalisti u tinbena l-kapaċità tal-infurzar tal-liġi lokali, tal-awtoritajiet ġudizzjarji u governattivi biex il-ġurnalisti jiġu protetti, inkluż billi ssir pressjoni għal għoti ta’ rendikont sħiħ għall-abbużi tal-libertà tal-istampa; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġurnalisti li qed jinżammu ostaġġi u lill-protezzjoni tal-membri tal-familja tal-ġurnalisti fil-mira; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jappoġġjaw inizjattivi li għandhom l-għan li jwissu lill-ħaddiema tal-media dwar theddid immedjat f’pajjiżi mhux tal-UE b’mod immirat u rapidu u jiżviluppaw linji gwida mfassla apposta għall-ġurnalisti; ifakkar lill-Istati Membri li l-viżi umanitarji jistgħu jintużaw bħala mekkaniżmu ta’ sikurezza u protezzjoni għall-ġurnalisti fil-periklu; Jissottolinja l-importanza li l-ġurnalisti f’riskju jiġu aġevolati u appoġġjati, inkluż permezz ta’ proċess ta’ rilokazzjoni u billi l-ħidma tagħhom tkun appoġġjata waqt l-eżilju tagħhom u li l-ġurnalisti li qed jaħarbu minn kampanji ta’ ċensura u propaganda sponsorjati mill-istat jibqgħu jiġu appoġġjati billi jiġu megħjuna jbiddlu t-territorju u jkomplu joperaw minn post sikur jew iċaqalqu l-media indipendenti tagħhom barra minn pajjiżhom, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu informazzjoni rrappurtata b’mod liberu u affidabbli;
31. Jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza kontra l-ġurnalisti fl-eżerċizzju tal-ħidma tagħhom fil-livelli kollha tas-soċjetà u fi ħdan il-gvernijiet; iħeġġeġ lis-SEAE jiżviluppa approċċ strutturat għall-appoġġ tal-ġurnalisti li jiffaċċjaw theddid diġitali; jappella, f’dan ir-rigward, li tissaħħaħ il-kapaċità tad-delegazzjonijiet tal-UE biex jindirizzaw din il-kwistjoni, inkluż billi jiġi appoġġjat l-aċċess għat-taħriġ għall-ġurnalisti biex iżidu l-għarfien tagħhom dwar is-sigurtà diġitali preventiva u l-prattiki tajba; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-eventwalità ta’ każijiet ta’ ksur tas-sigurtà diġitali fil-komunikazzjonijiet, u jappella li jiġu indirizzati l-impatti psikoloġiċi tal-fastidju fuq l-internet tal-ġurnalisti; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-appoġġ tal-UE għall-iżvilupp tal-media ma jkunx limitat għat-taħriġ tal-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media iżda jestendi wkoll għall-akkwist ta’ tagħmir tekniku professjonali, li hija talba li tiġi espressa regolarment minn ġurnalisti indipendenti barra mill-UE;
32. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jsaħħu wkoll l-appoġġ tagħhom għall-bini tal-kapaċità billi jassistu lill-pajjiżi mhux tal-UE jippromulgaw oqfsa legali li jiffavorixxu l-pluraliżmu tal-media, il-protezzjoni tal-ġurnalisti, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni online u offline, u jiżguraw li l-attakki kollha kontra l-ġurnalisti jiġu investigati u mħarrka u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ protezzjoni adegwati; għal dak l-għan, jappella għall-appoġġ tal-UE biex tippromwovi l-iżvilupp kontinwu tal-kompetenzi u l-ħiliet fil-professjonijiet kollha rilevanti għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u professjonisti oħra tal-media f’pajjiżi sħab, b’mod partikolari għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-imħallfin u l-prosekuturi, kif ukoll l-awtoritajiet rilevanti kollha involuti fis-sikurezza diġitali;
33. Jistieden lis-SEAE jħeġġeġ l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-forzi tal-infurzar tal-liġi u l-ġurnalisti biex jippermetti rapportar mhux ostakolat u attivitajiet oħra tal-media li jkopru protesti jew dimostrazzjonijiet f’pajjiżi mad-delegazzjonijiet tal-UE u jistabbilixxi fehim komuni tad-drittijiet tal-ġurnalisti;
34. Jissottolinja l-ħtieġa ta’ involviment u koordinazzjoni multilaterali msaħħa dwar is-sikurezza u l-protezzjoni effettiva tal-ġurnalisti, il-ħaddiema tal-media u l-persunal assoċjat, bil-ħsieb li jiġi stabbilit approċċ ta’ politika komprensiv li jinkludi l-pilastri tal-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-prosekuzzjoni; jisħaq li l-UE jeħtiġilha tmexxi bl-eżempju u ssostni u tintensifika l-impenn tagħha għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u biex tiġġieled l-impunità għar-reati kontra l-ġurnalisti, il-ħaddiema tal-media u l-persunal assoċjat bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha, u, għal dan l-għan, tmexxi patt u taħdem f’alleanza ma’ demokraziji oħra u sħab tal-istess fehma;
35. Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE, lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE u lis-sħab tal-istess fehma jinvolvu ruħhom f’sensibilizzazzjoni u appoġġ proattivi fir-rigward tal-ġurnalisti u l-entitajiet tal-media indipendenti f’pajjiżi mhux tal-UE bil-għan li jappoġġjaw il-ħidma u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, jagħmlu valutazzjonijiet regolari tal-ambjent tal-libertà tal-istampa f’kull pajjiż rispettiv, jinkludu r-riskji kontinwi jew emerġenti għall-ġurnalisti, u jfittxu modi kif jimplimentaw jew miżuri li jistgħu jipprevjenu l-abbużi milli jseħħu jew miżuri ta’ protezzjoni, inkluż l-għoti ta’ appoġġ morali dimostrabbli u viżibbli lill-ġurnalisti f’riskju u lill-media indipendenti; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ punt ta’ kuntatt għall-ġurnalisti biex ifittxu protezzjoni u appoġġ u jimmonitorjaw il-vjolenza;
36. Jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE jimponu sanzjonijiet immirati skont is-Sanzjonijiet Globali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) kontra individwi u entitajiet responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra ġurnalisti u ħaddiema tal-media;
37. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu miżuri sostenibbli fil-ftehimiet u s-sħubijiet kollha tagħhom ma’ pajjiżi terzi mhux tal-UE bil-għan li jipproteġu, jiffinanzjaw u jappoġġjaw il-pluraliżmu fil-media u l-ġurnaliżmu indipendenti; ifakkar, għal dan l-għan, iċ-ċentralità tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet bilaterali tal-UE u jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-ksur serju tad-drittijiet tal-ġurnalisti fl-attivazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw fondi għal dak il-għan, inkluż billi jżidu l-allokazzjoni għall-programm tematiku tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI);
38. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li l-programmi ta’ finanzjament tal-UE jkunu magħrufa u aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali attivi fis-sikurezza tal-ġurnalisti u l-libertà ta’ espressjoni u, fejn xieraq, li jinkoraġġuhom u jappoġġjawhom fl-applikazzjoni ta’ tali programmi u biex ikollhom rwol ewlieni fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ proġetti rilevanti; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ bejn il-finanzjament tal-UE għal proġetti biex tiġi promossa s-sikurezza tal-ġurnalisti u biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-media, f’konformità mal-programm tematiku tal-NDICI dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u l-ipprogrammar indikattiv pluriennali tagħha u indikaturi relatati; itenni t-talba tiegħu li jiġi ssimplifikat il-proċess ta’ applikazzjoni sabiex isir inqas burokratiku;
39. Ifakkar li l-avvanzi fil-libertà tal-media u l-libertà tal-espressjoni huma parti kruċjali mill-proċess ta’ adeżjoni tal-UE; ifakkar li l-pajjiżi kandidati b’ambjenti tal-media sodi u kompetittivi huma aktar suxxettibbli li jimxu malajr fin-negozjati tal-adeżjoni mal-UE; f’dan ir-rigward jilqa’ l-appoġġ li jingħata permezz tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija, iżda jemmen li jeħtieġ li tittieħed aktar azzjoni biex jiġi appoġġjat il-ġurnaliżmu indipendenti f’oqsma influwenzati minn atturi barranin malizzjużi; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Media Demokratika biex jappoġġja lill-ġurnaliżmu indipendenti fit-tkabbir u fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-UE u fil-pajjiżi kandidati;
40. Jitlob li jkun hemm qafas ġuridiku adegwat u sostenibbli li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ protezzjoni tal-ispazju tal-informazzjoni libera, ibbażat fuq ir-reċiproċità tar-rekwiżiti ta’ ftuħ; jemmen li din is-sistema għall-protezzjoni ta’ spazji ta’ informazzjoni demokratika għandha tinbena fuq żewġ pilastri: 1) it-trattament indaqs – għall-mezzi awdjoviżivi kollha li jxandru fl-UE; 2) ir-reċiproċità – il-ftuħ tal-ispazju pubbliku għall-entitajiet tax-xandir tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE;
41. Jemmen li l-programmi, il-fondi u l-inizjattivi tal-UE bħal Ewropa Kreattiva, il-Pjan ta’ Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv, l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media, il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline u l-mekkaniżmu tal-UE għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem għandhom jintużaw bis-sħiħ fil-governanza esterna tal-UE biex jipprovdu appoġġ immirat lill-organizzazzjonijiet tal-media u tal-aħbarijiet f’pajjiżi mhux tal-UE, minkejja t-twettiq mill-organizzazzjonijiet tal-media tad-dmir tagħhom ta’ diliġenza fil-konfront tal-ġurnalisti tagħhom, b’mod partikolari, billi jikkonformaw mal-paragrafu 16 tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u atturi oħra tal-media(3) u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar il-protezzjoni, is-sikurezza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti;
42. Iħeġġeġ bil-qawwa li jiżdied l-appoġġ għall-programmi ta’ finanzjament, dikjarazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi mmirati lejn it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ protezzjoni fil-livell tan-NU u dawk ta’ mekkaniżmi reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem f’konsultazzjoni mal-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappoġġjaw lill-ġurnalisti; jilqa’ l-ħidma tal-proċeduri speċjali tan-NU fl-indirizzar tat-theddid kontra l-ġurnalisti, inkluża r-rakkomandazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għal-Libertà tal-Opinjoni u tal-Espressjoni biex tinħoloq task force internazzjonali dwar il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ attakki fuq il-ġurnalisti u biex titqies b’mod attiv il-possibbiltà li jkun hemm Rappreżentant Speċjali tan-NU għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti fid-Dinja kollha, fost miżuri oħra;
43. Jilqa’ l-ħidma tas-Sħubija dwar l-Informazzjoni u d-Demokrazija, li tiġbor flimkien 50 stat minn madwar id-dinja u li appellat għall-istabbiliment ta’ salvagwardji demokratiċi fl-ispazju ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni u rrikonoxxiet id-dritt li wieħed jirċievi informazzjoni affidabbli; jappoġġja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Sħubija dwar l-Informazzjoni u d-Demokrazija;
44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
Il-Kunsill tal-Ewropa, “Id-Dekriminalizzazzjoni tal-malafama: Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-proporzjonalità tal-liġijiet u l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem”, 13 ta’ Lulju 2018.
Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2016)4 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u ta’ atturi oħra tal-media.
Il-liġi elettorali, il-kumitat investigattiv u l-istat tad-dritt fil-Polonja
141k
44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-liġi elettorali, il-kumitat investigattiv u l-istat tad-dritt fil-Polonja (2023/2747(RSP))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 7(1) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza(1),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 u tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar is-seduti ta’ smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru (RRF) tal-Polonja(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fil-Polonja u l-preċedenza tad-dritt tal-UE(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar il-libertà tal-media u d-deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt fil-Polonja(6),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-mexxejja ta’ ħames gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ħtieġa ta’ missjoni ta’ osservazzjoni elettorali fuq skala sħiħa għall-elezzjonijiet parlamentari fil-Polonja,
– wara li kkunsidra l-kapitli tal-pajjiżi dwar il-Polonja fir-rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-7 ta’ Ġunju 2023 dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kawża Xero Flor w Polsce sp. z o.o. vs il-Polonja,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u kif riflessi fil-Karta u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
B. billi, skont l-Artikolu 49 tat-TUE, l-UE hija magħmula minn stati li impenjaw ruħhom liberament u volontarjament għall-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE;
C. billi l-konformità ta’ Stat Membru mal-valuri li jinsabu fl-Artikolu 2 tat-TUE hija kundizzjoni għat-tgawdija tad-drittijiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati għal dak l-Istat Membru; billi l-Polonja stess issottoskriviet għall-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi kwalunkwe riskju ċar ta’ ksur serju min-naħa ta’ Stat Membru tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lil dak l-Istat Membru individwali, iżda għandu impatt kbir ukoll fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta’ bejniethom, u fuq in-natura nnifisha tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha;
D. billi, għal diversi snin, l-istat tad-dritt kien qed jiddeterjora fil-Polonja bħala riżultat tal-azzjonijiet sistematiċi tal-gvern tagħha; billi din is-sitwazzjoni ma ġietx indirizzata biżżejjed, għad hemm ħafna tħassib u għad hemm ħafna kwistjonijiet ġodda; billi dan qed ikollu impatt negattiv fuq l-immaġni tal-UE, kif ukoll fuq l-effettività u l-kredibbiltà tagħha biex tiddefendi d-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fuq livell globali; billi din il-problema trid tiġi indirizzata permezz ta’ azzjoni koordinata tal-UE;
E. billi, fis-26 ta’ Jannar 2023, is-Sejm, il-Kamra Inferjuri tal-Parlament Pollakk, adotta emendi għall-Kodiċi Elettorali tal-pajjiż, li daħal fis-seħħ fl-31 ta’ Marzu 2023, inqas minn sitt xhur qabel l-elezzjonijiet parlamentari huma mistennija li jissejħu; billi dan jikser il-Kodiċi ta’ Prattika Tajba fi Kwistjonijiet Elettorali adottat mill-Kummissjoni ta’ Venezja u l-ġurisprudenza tat-Tribunal Kostituzzjonali Pollakk;
F. billi, fl-14 ta’ April 2023, is-Sejm adotta l-Att dwar il-Kumitat tal-Istat għall-Investigazzjoni tal-Influwenza Russa dwar is-Sigurtà Interna tar-Repubblika tal-Polonja bejn l-2007 u l-2022 (l-Att dwar il-Kumitat Investigattiv); billi, fit-8 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ ksur, billi qieset li l-liġi l-ġdida tikser il-prinċipju tad-demokrazija, il-prinċipji tal-legalità u n-nonretroattività tas-sanzjonijiet, il-prinċipji ġenerali taċ-ċertezza tad-dritt u r-res judicata, id-drittijiet għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u li ma ssirx prosekuzzjoni darbtejn għall-istess kawża ta’ azzjoni, u l-protezzjoni tas-segretezza professjonali, kif ukoll ir-rekwiżiti tad-dritt tal-UE relatati mal-protezzjoni tad-data; billi, fis-16 ta’ Ġunju 2023, is-Sejm adotta emendi għall-Att tal-Kumitat Investigattiv mingħajr ma biddlu sostanzjalment;
G. billi, fit-13 ta’ Jannar 2023, is-Sejm adotta emendi għall-Att dwar il-Qorti Suprema u ċerti liġijiet oħra; billi l-President Pollakk iddeċieda, qabel ma ffirma l-abbozz ta’ liġi li fih dawk l-emendi, li jirreferih lit-“Tribunal Kostituzzjonali” għal sentenza dwar il-konformità tiegħu mal-kostituzzjoni tal-pajjiż; billi, fil-15 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lill-Polonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) minħabba ksur tad-dritt tal-UE mit-“Tribunal Kostituzzjonali” u l-ġurisprudenza tiegħu; billi, fil-5 ta’ Ġunju 2023, il-QĠUE affermat mill-ġdid fil-Kawża C-204/21 li d-dispożizzjonijiet nazzjonali Pollakki dwar il-ġudikatura jiksru l-istat tad-dritt;
H. billi, fis-17 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tiegħu dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Polonja, li stabbiliet diversi stadji importanti li għandhom jiġu implimentati b’mod effettiv qabel is-sottomissjoni tal-ewwel talba għall-ħlas;
1. Itenni s-sejbiet, it-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet espressi fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Polonja; jikkundanna l-isforzi intenzjonati u sistematiċi tal-Gvern Pollakk biex jhedded il-valuri fundamentali tal-UE stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, speċjalment l-istat tad-dritt; ifakkar li l-Gvern Pollakk huwa responsabbli għar-restawr tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE;
2. Jesprimi tħassib serju dwar l-emendi għall-Kodiċi Elettorali Pollakk adottati ftit qabel l-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin tal-pajjiż tal-2023 u bl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-2024 fuq l-orizzont; jindika li l-emendi jista’ jkollhom effett diskriminatorju fir-rigward tal-limiti tal-għadd tal-voti mitfugħa mill-votanti barra mill-pajjiż, li jirriskja li jinvalida dawn il-voti; ifakkar li l-Kamra Straordinarja tal-Kontroll u l-Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema Pollakka, li għandha tilwim elettorali fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha, ma tistax titqies bħala tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit minn qabel bil-liġi skont it-tifsira tal-Karta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pollakki biex iġibu t-tmexxija tal-elezzjonijiet tagħhom f’konformità mal-impenji meħuda mill-membri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u obbligi u standards internazzjonali oħra għal elezzjonijiet demokratiċi; jitlob li d-dispożizzjonijiet domestiċi jinġiebu f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni limitata ta’ osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE fl-2019 u mar-rakkomandazzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni elettorali tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jistieden lill-ODIHR tal-OSKE jorganizza missjoni ta’ osservazzjoni elettorali fuq skala sħiħa għall-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin fil-Polonja; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod urġenti jekk l-emendi reċenti għall-Kodiċi Elettorali Pollakk jikkonformawx mad-dritt tal-UE, tikkondividi l-eżitu ta’ din il-valutazzjoni mal-Parlament Ewropew u tieħu azzjoni ta’ infurzar xierqa f’każ li jinstab li l-emendi mhumiex konformi;
3. Jilqa’ l-proċedura rapida ta’ ksur tal-Kummissjoni għall-Att dwar il-Kumitat Investigattiv; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pollakki jirrevokaw l-att jew tal-anqas jissospendu l-effett tiegħu sakemm il-Kummissjoni ta’ Venezja tkun tat l-opinjoni urġenti tagħha mitluba mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u l-att ikun ġie emendat skont dik l-opinjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-proċedura ta’ ksur malajr kemm jista’ jkun jekk l-att jibqa’ fis-seħħ, b’mod partikolari billi tuża proċedura ta’ ksur imħaffa u tappella lill-QĠUE biex tieħu miżuri interim;
4. Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li t-“Tribunal Kostituzzjonali” attwali tal-Polonja huwa illeġittimu, huwa nieqes minn validità u indipendenza legali u mhuwiex kwalifikat biex jinterpreta l-kostituzzjoni tal-pajjiż, u li l-opinjoni tiegħu dwar l-emendi għall-Att dwar il-Qorti Suprema u ċerti liġijiet oħra għandhom għalhekk jitqiesu nulli u bla effett; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel progress fil-litigazzjoni tagħha malajr kemm jista’ jkun u tappella wkoll lill-QĠUE biex tieħu miżuri interim fil-kawża pendenti rigward it-“Tribunal Kostituzzjonali”; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tniedi b’urġenza proċedura ta’ ksur rigward il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura illeġittimu (NCJ) u l-imħallfin kollha maħtura minnu, b’mod partikolari dawk maħtura fil-Kamra Straordinarja tal-Kontroll u l-Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema, li teżamina t-tilwim elettorali;
5. Jesprimi tħassib serju li l-emendi għall-Att dwar il-Qorti Suprema u ċerti liġijiet oħra, jekk jiġu ppromulgati kif propost, jagħtu mandat ġdid lill-Qorti Amministrattiva Suprema biex tittratta każijiet dixxiplinari li jinvolvu l-imħallfin mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn l-imħallfin maħtura legalment u dawk maħtura mill-NCJ illeġittimu; iqis li dawn l-emendi ma jsolvux il-problema tas-sistema dixxiplinari għall-imħallfin fil-Polonja li ma jikkonformawx mad-dritt tal-UE;
6. Itenni d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-Kunsill naqas milli jagħmel progress sinifikattiv fil-proċedura li għaddejja tal-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-Polonja; jinnota li l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 għandha kamp ta’ applikazzjoni limitat, b’mod partikolari għax hija limitata għas-sitwazzjoni li tikkonċerna l-istat tad-dritt fil-Polonja fis-sens strett tal-indipendenza tal-ġudikatura; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta motivata fir-rigward tal-Polonja billi tinkludi riskji ċari ta’ ksur serju ta’ valuri bażiċi oħra minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, speċjalment id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza l-iżviluppi ġodda kollha li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet fil-qafas ta’ din il-proċedura;
7. Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mill-għodod kollha disponibbli biex tindirizza l-ksur eżistenti u potenzjali tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni jew dikjarazzjoni li tista’ tindika li seta’ kien hemm xi negozjati jew ftehimiet mhux trasparenti li setgħu kienu ta’ preġudizzju għall-pożizzjoni uffiċjali tal-istituzzjonijiet; jissottolinja li l-Kummissjoni għandha l-kompitu li tivvaluta b’mod indipendenti u oġġettiv il-konformità tal-Polonja mal-istadji importanti u l-kundizzjonijiet, mingħajr ma tikkomprometti d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli għall-Parlament rigward il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-konformità tal-awtoritajiet Pollakki mal-istadji importanti u l-kundizzjonijiet, li jxekkel il-kapaċità tal-Parlament li jeżerċita r-rwol tiegħu bħala l-awtorità baġitarja u ta’ kwittanza; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta r-rwol tal-Parlament;
9. Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Pollakki biex jissodisfaw l-istadji importanti u l-miri marbuta mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jimplimentaw is-sentenzi rilevanti kollha tal-QĠUE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex il-fondi tal-UE jilħqu lin-nies fil-Polonja;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta biex jiġi stabbilit laboratorju tat-teknoloġija tal-UE li jimmonitorja l-użu possibbli ta’ spyware qabel l-elezzjonijiet parlamentari jew matulhom;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.
– wara li kkunsidra l-klawżoli passerelle fit-Trattati tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 31(3) u l-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 81(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 192(2), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 312(2), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 333 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2018 bit-titolu “Attur dinji aktar b’saħħtu: teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE” (COM(2018)0647),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2019 bit-titolu “Lejn teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE” (COM(2019)0008),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2019 bit-titolu “Teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u aktar demokratiku fil-politika tal-UE dwar l-enerġija u l-klima” (COM(2019)0177),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2019 bit-titolu “Teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti fil-politika soċjali: L-identifikazzjoni tal-oqsma għal bidla msaħħa għall-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata” (COM(2019)0186),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta’ Liżbona(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0208/2023),
A. billi l-unanimità fil-Kunsill saret wieħed mill-impedimenti l-aktar kbar biex jintlaħqu deċiżjonijiet rapidi, effettivi u ambizzjużi; billi l-Kunsill jirrikorri għall-unanimità anke f’sitwazzjonijiet meta t-Trattati jipprevedu votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK);
B. billi, filwaqt li huwa tajjeb li jkun hemm qbil ġenerali fost l-Istati Membri, f’okkażjonijiet differenti xi Stati Membri użaw id-dritt tagħhom tal-veto, imblukkaw jew dewmu l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, b’mod partikolari sabiex iqajmu tħassib dwar kwistjonijiet oħra mhux relatati jew saħansitra biex jeżerċitaw pressjoni żejda fuq kwistjonijiet oħra li ma jkunux relatati; billi dan huwa ta’ tħassib, hekk kif l-unanimità jenħtieġ li tiġi bbilanċjata minn livell għoli ta’ responsabbiltà u jenħtieġ li tkun konformi mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-TUE;
C. billi għadd dejjem akbar ta’ sfidi u theddid, inkluża l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna flimkien ma’ tkabbir futur possibbli tal-UE, jenfasizzaw il-ħtieġa li ssir riforma urġenti tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni, inkluż fl-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti permezz tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-2024 tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021–2027;
D. billi f’diversi okkażjonijiet l-unanimità żammet lill-UE milli taġixxi malajr u b’mod effettiv dwar kwistjonijiet relatati mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u milli tieħu deċiżjonijiet importanti dwar il-politika tal-enerġija u dik ambjentali; billi l-vetoes nazzjonali dewmu wkoll l-approvazzjoni ta’ politiki ewlenin fil-qasam tat-tassazzjoni, bħad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni(4), u mblokkaw l-adozzjoni ta’ proposti bħall-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva; billi dawn il-politiki ewlenin jistgħu jkunu ta’ benefiċċju wkoll għas-suq uniku u għall-kapaċità tal-Unjoni li tilħaq l-objettivi ekonomiċi, ekoloġiċi, soċjali u diġitali tagħha;
E. billi l-klawżoli passerelle huma mekkaniżmi previsti fit-Trattati biex jagħmlu t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE aktar flessibbli; billi dawn ma jistgħux iżidu jew inaqqsu l-kompetenzi tal-UE, u jistgħu jimmodifikaw biss ir-regoli tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jippermettu bidla minn unanimità għal VMK u/jew billi jintroduċu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (OLP) f’każijiet speċifiċi fejn it-Trattati jipprevedu proċedura leġiżlattiva speċjali;
F. billi hemm żewġ tipi ta’ klawżoli passerelle:
(a)
il-klawżoli passerelle ġenerali, li jirrikjedu awtorizzazzjoni unanima mill-Kunsill Ewropew kif ukoll l-approvazzjoni tal-Parlament, u l-parlamenti nazzjonali għandhom veto fuq dawn il-klawżoli;
(b)
il-klawsoli passerelle speċjali relatati ma’ sitt oqsma ta’ politika speċifiċi li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni unanima tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill u li fihom ir-rwol tal-Parlament huwa sfortunatament marġinali;
G. billi hemm 94 każ fit-Trattati fejn il-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jaġixxu b’unanimità; billi f’67 minn dawn il-każijiet ta’ klawżoli passerelle jistgħu jintużaw għal bidla minn unanimità għal VMK(5); billi f’każijiet oħra fejn hija prevista l-unanimità, bħall-proċedura ordinarja ta’ reviżjoni tat-Trattati, l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda u d-deċiżjonijiet b’implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, il-klawżoli passerelle ma jistgħux jintużaw;
H. billi fl-2018 u l-2019 il-Kummissjoni ppreżentat erba’ komunikazzjonijiet li fihom proposti għall-attivazzjoni ta’ klawżoli passerelle għall-politika estera u ta’ sigurtà, il-politika tat-tassazzjoni, il-politika dwar l-enerġija u l-klima, u l-politika soċjali;
I. billi l-Parlament talab li jiġu attivati klawżoli passerelle f’aktar minn 40 riżoluzzjoni mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona;
J. billi l-Kunsill qatt ma ta segwitu effettiv għal dawn il-proposti u kien biss dan l-aħħar li kellu l-ewwel diskussjonijiet sostantivi fi snin dwar l-attivazzjoni possibbli tal-klawżoli passerelle;
K. billi l-klawżoli passerelle ntużaw darba biss fl-2004 għal bidla lejn VMK u kodeċiżjoni għal deċiżjonijiet speċifiċi dwar il-viżi, l-ażil, l-immigrazzjoni u l-moviment liberu tal-persuni(6); billi l-ebda klawżola passerelle ma ġiet attivata minn dak iż-żmien ’l hawn;
L. billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa pproponiet bidla mill-unanimità għall-VMK sabiex jittejbu l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u tiġi żgurata l-kapaċità tal-UE li taġixxi malajr u b’mod effettiv filwaqt li tinżamm l-unanimità fi ftit oqsma, prinċipalment id-dħul ta’ pajjiżi ġodda fl-UE u l-bidliet għall-prinċipji fundamentali tal-UE, hekk kif iddikjarat fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE(7);
M. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022, il-Parlament appella għal konvenzjoni biex jiġu riveduti t-Trattati u ppropona bidla mill-unanimità għall-VMK f’oqsma rilevanti, inkluża l-attivazzjoni tal-klawżoli passerelle;
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jemmen li l-Unjoni jeħtiġilha tkun tista’ twieġeb malajr u b’mod effettiv għall-isfidi bla preċedent li qed tiffaċċja, minflok li xi drabi tiddependi fuq proċeduri ta’ emerġenza li jirrikjedu votazzjoni b’unanimità fil-Kunsill mingħajr ebda involviment formali tal-Parlament; jiddispjaċih li, għalkemm f’każijiet speċifiċi l-Unjoni wriet li hija kapaċi taġixxi b’mod deċiżiv, ir-rekwiżit ta’ votazzjoni b’unanimità spiss imblokka l-azzjoni tal-UE f’oqsma differenti;
2. Iqis li huwa urġenti, għalhekk, li mmorru lil hinn mill-unanimità u ssir bidla malajr kemm jista’ jkun lejn il-votazzjoni VMK u l-OLP f’oqsma ta’ politika ewlenin sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-UE li taġixxi; jappella lill-Kunsill biex ma jibqax juża wkoll il-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’unanimità f’oqsma ta’ politika fejn il-VMK diġà hija prevista fit-Trattati;
3. Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jtenni l-impenn tiegħu li jsegwi b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini;
4. Itenni t-talba tiegħu biex it-Trattati jiġu emendati b’mod urġenti(8); iħeġġeġ lill-Kunsill biex jibgħat il-proposta tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew u jappella lill-Kummissjoni tieħu responsabbiltà ta’ din il-kwistjoni skont l-Artikolu 48(3) tat-TUE;
5. Jenfasizza li l-“potenzjal mhux sfruttat” tat-Trattat ta’ Liżbona u l-attivazzjoni possibbli tal-klawsoli passerelle spiss intużaw bħala skuża biex tiġi posposta diskussjoni kostruttiva dwar il-bidliet fit-Trattat u ma jistgħux jiġu invokati aktar bħala alternattiva jew pass preliminari qabel ir-reviżjonijiet tat-Trattat; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ azzjonijiet tanġibbli mill-Istati Membri biex jagħmlu użu minn dan il-potenzjal mhux sfruttat;
6. Jissottolinja li, filwaqt li bidliet urġenti possibbli fit-Trattat li jestendu l-VMK għal oqsma fejn l-unanimità hija attwalment meħtieġa, dawn jieħdu ż-żmien qabel ma jidħlu fis-seħħ, speċjalment jekk jiġu proposti wara konvenzjoni bħala parti minn proċedura ordinarja ta’ reviżjoni tat-Trattat;
7. Ifakkar li, fil-każ ta’ staġnar fit-tul ikkawżat mill-unanimità, il-kooperazzjoni msaħħa u l-astensjoni kostruttiva jistgħu jintużaw fejn previst fit-Trattati;
8. Jisħaq li l-klawżoli passerelle jipprovdu għodda importanti biex tittejjeb il-kapaċità tal-UE li taġixxi malajr u b’mod effettiv;
9. Jenfasizza li, filwaqt li l-klawżoli passerelle jistgħu jintużaw immedjatament, bħalissa jistgħu jiġu attivati biss wara votazzjoni unanima fil-Kunsill jew fil-Kunsill Ewropew; itenni(9), għaldaqstant, li l-attivazzjoni tal-klawżoli passerelle għandha tkun possibbli permezz ta’ VMK u jappella sabiex it-Trattati jinbidlu biex jippermettu dan;
10. Jilqa’ l-fatt li, f’diskussjonijiet reċenti fil-Kunsill, il-maġġoranza tal-Istati Membri esprimew ir-rieda tagħhom li jużaw klawżoli passerelle f’ċerti oqsma u fuq bażi ta’ każ b’każ; jiddispjaċih li, sfortunatament, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni formali dwar l-attivazzjoni tagħhom;
11. Iħeġġeġ lill-Presidenzi tal-Kunsill attwali u li ġejjin biex jagħtu segwitu għal dawn id-diskussjonijiet b’mod effettiv billi, fost l-oħrajn, iżidu l-attivazzjoni tal-klawżoli passerelle fil-laqgħat li jmiss tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Ġenerali u l-Kunsill Affarijiet Ġenerali;
12. Jappella lill-Kummissjoni tevalwa u tirrakkomanda, fejn possibbli, li l-klawżoli passerelle jiġu attivati meta tkun qed tabbozza l-programm ta’ ħidma tagħha u meta toħroġ proposti leġiżlattivi f’oqsma ta’ politika fejn tkun meħtieġa l-unanimità jew proċedura leġiżlattiva speċjali;
Oqsma għall-attivazzjoni tal-klawżoli passerelle
Politika estera u ta’ sigurtà komuni
13. Jissottolinja li l-PESK hija qasam fejn il-kapaċità tal-UE li taġixxi malajr tiddetermina l-effett utli tad-deċiżjonijiet tagħha; jenfasizza li l-attivazzjoni tal-klawżoli passerelle f’dan il-qasam għaldaqstant issaħħaħ kemm il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi malajr u b’mod effettiv kif ukoll il-kredibbiltà tagħha fix-xena globali;
14. Jisħaq li l-klawżoli passerelle għandhom jintużaw għal bidla lejn il-VMK f’oqsma speċifiċi tal-PESK, b’mod partikolari:
(a)
għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra gvernijiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE, entitajiet mhux statali u individwi, inklużi dawk implimentati fi ħdan ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u dawk relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
(b)
għall-adozzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
(c)
u għal deċiżjonijiet rigward it-tisħiħ tal-missjonijiet ċivili tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK);
15. Jilqa’ l-fatt li xi wħud minn dawn l-oqsma speċifiċi tal-PESK ġew identifikati mill-Kummissjoni(10) bħala oqsma li jibbenefikaw immedjatament mill-applikazzjoni ta’ klawżoli passerelle u li, f’diskussjonijiet reċenti fil-Kunsill, bosta Stati Membri appoġġjaw bil-qawwa l-attivazzjoni ta’ klawżoli passerelle f’dawn l-oqsma; iħeġġeġ lill-presidenzi attwali u futuri tal-Kunsill biex joħolqu qbil fil-Kunsill dwar l-użu gradwali tal-klawżoli passerelle f’dawn l-oqsma tal-PESK;
16. Jilqa’ l-użu reċenti ta’ astensjoni kostruttiva, kif previst fl-Artikolu 31 tat-TUE, minn ċerti Stati Membri dwar deċiżjonijiet ewlenin tal-PESK; jemmen li, sakemm jiġu attivati l-klawżoli passerelle f’xi oqsma tal-PESK, l-astensjoni kostruttiva għandha tintuża aktar ta’ spiss mill-Istati Membri biex jingħeleb l-istaġnar potenzjali maħluq b’unanimità;
Il-politika fiskali u tassazzjoni
17. Jissottolinja l-fatt li l-klawżoli passerelle qatt ma ntużaw fil-qasam tat-tassazzjoni;
Enerġija u ambjent
18. Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn il-VMK u l-OLP għal ċerti aspetti tal-politiki ambjentali u tal-enerġija hija partikolarment urġenti għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-iffaċilitar ta’ tranżizzjoni nadifa u ġusta u l-adozzjoni ta’ miżuri effettivi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-enerġija flimkien mal-emerġenza ambjentali u klimatika attwali u dan skont ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament(11);
Politiki soċjali u kontra d-diskriminazzjoni
19. Jissottolinja li, fil-kuntest ta’ swieq tax-xogħol li qed jevolvu, qed isir dejjem importanti għall-UE li tappoġġja u tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjonijiet soċjali;
20. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jintużaw il-klawżoli passerelle ġenerali għall-miżuri ta’ nondiskriminazzjoni previsti fl-Artikolu 19 tat-TFUE;
21. Iqis li huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt potenzjali tal-użu tal-klawżola speċifika għas-settur prevista fl-Artikolu 153(2) tat-TFUE biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li timplimenta miżuri li jkopru d-drittijiet kollha tal-ħaddiema;
22. Jisħaq li kwalunkwe attivazzjoni ta’ klawżoli passerelle f’dawn l-oqsma għandha tinkorpora djalogu mas-sħab soċjali Ewropej, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-rwol u l-ftehimiet tagħhom, u għandha tinkludi miżuri għall-protezzjoni tal-acquis soċjali;
Liġi dwar il-familja b’implikazzjonijiet transfruntiera
23. Jisħaq fuq l-importanza taċ-ċaqliq lejn il-proċedura leġiżlattiva ordinarja f’oqsma relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, pereżempju permezz tal-attivazzjoni tal-klawżola passerelle speċifika għas-settur relatata mal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntiera (l-Artikolu 81(3), it-tieni subparagrafu tat-TFUE);
Kooperazzjoni msaħħa
24. Itenni l-impenn tiegħu(12) li ma jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ebda proposta ġdida ta’ kooperazzjoni msaħħa sakemm l-Istati Membri parteċipanti ma jikkommettux ruħhom li jattivaw il-klawżola passerelle speċifika għas-settur fl-Artikolu 333 tat-TFUE għal bidla lejn il-VMK u l-OLP;
Id-drittijiet elettorali
25. Jappella sabiex issir riflessjoni dwar il-possibbiltà li fil-Kunsill tintuża l-VMK u l-OLP tintuża fl-oqsma speċifiċi li jirregolaw il-pedamenti demokratiċi tal-UE, b’mod partikolari għal:
(a)
l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali (l-Artikolu 223(1) tat-TFUE), li xorta tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom;
(b)
l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-elezzjonijiet muniċipali taċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (l-Artikolu 22 tat-TFUE);
Skeda ta’ żmien għall-attivazzjoni tal-klawżoli passerelle
Oqsma ta’ prijorità għal żmien qasir (sa tmiem l-2023)
26. Jappella lill-Kunsill Ewropew jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 31(3) tat-TUE li tistabbilixxi li l-miżuri restrittivi (l-Artikolu 29 tat-TUE), bħal dawk stabbiliti fi ħdan ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jew dawk imposti b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, għandhom jittieħdu b’VMK;
27. Jappella lill-Kunsill Ewropew, fid-dawl tal-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa, biex jattiva l-klawżoli passerelle ġenerali li jippermettu li miżuri dwar il-politika tal-enerġija li jkunu primarjament fiskali (l-Artikolu 194(3) tat-TFUE) jiġu approvati permezz tal-VMK u l-OLP;
28. Jappella lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-kuntest usa’ tal-emerġenza klimatika u ambjentali u tal-objettivi stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, tippreżenta proposta għall-attivazzjoni tal-klawżola passerelle speċjali prevista fl-Artikolu 192(2), it-tieni subparagrafu tat-TFUE għal bidla lejn l-OLP għal ċerti dispożizzjonijiet ambjentali;
29. Jappella lill-Kunsill Ewropew jattiva l-klawżola passerelle prevista fl-Artikolu 312(2), it-tieni subparagrafu tat-TFUE għall-adozzjoni ta’ reviżjoni tal-QFP attwali wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-2024 li se jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni;
Oqsma ta’ prijorità fuq terminu medju (sa tmiem l-2024 jew il-mandat attwali tal-Kummissjoni)
30. Jappella lill-Kunsill Ewropew juża l-klawżola passerelle fi ħdan l-Artikolu 31(3) tat-TUE biex jiżgura li l-pożizzjonijiet tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem f’fora multilaterali (l-Artikolu 29 tat-TUE), il-ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-PESK (l-Artikolu 37 tat-TUE) u l-missjonijiet ċivili tal-PSDK (l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43 tat-TUE) jittieħdu permezz ta’ VMK;
31. Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jippreżentaw u jadottaw deċiżjoni li tinkludi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u forom oħra ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala wieħed mill-oqsma ta’ kriminalità definiti fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE;
Oqsma ta’ prijorità fit-tul (malajr kemm jista’ jkun fil-leġiżlatura li jmiss)
32. Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jattiva klawżoli passerelle għal bidla lejn il-VMK għal deċiżjonijiet fl-oqsma kollha tal-PESK, ħlief għall-ħolqien ta’ missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv skont il-PSDK, sakemm jidħlu fis-seħħ il-bidliet rilevanti fit-Trattat;
33. Jappella lill-Kunsill Ewropew jattiva l-klawżoli passerelle ġenerali biex ċerti miżuri tal-politika soċjali u kontra d-diskriminazzjoni jkunu jistgħu jiġu approvati permezz ta’ OLP u VMK;
34. Jappella lill-Kunsill Ewropew jew lill-Kunsill jattivaw il-klawżoli passerelle ġenerali għal bidla lejn il-VMK u l-OLP għal deċiżjonijiet fl-oqsma kollha possibbli li huma relatati mal-funzjonament demokratiku tal-Unjoni, inklużi dawk marbuta mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew;
35. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jidħlu f’diskussjonijiet mal-Parlament skont l-iskeda ta’ żmien ta’ hawn fuq;
o o o
36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1).
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, “Proposti u miżuri speċifiċi relatati li jinsabu fir-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: Valutazzjoni teknika preliminari aġġornata”, nota 10033/22 tat-30 ta’ Novembru 2022.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/927/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 li tipprovdi għal ċerti żoni koperti mit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li għandhom ikunu regolati mill-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 ta’ dak it-Trattat (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2021”(1),
– wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2021”,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-28 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Feedback on the input provided by the European Parliament as part of its ‘Resolution on Banking Union – Annual Report 2021’” (Feedback dwar il-kontribut ipprovdut mill-Parlament Ewropew bħala parti mir-“Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2021”),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2021 tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji ta’ Marzu 2022,
– wara li kkunsidra r-risposta tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tat-28 ta’ Novembru 2022 għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2021”,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015 bit-titolu “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (COM(2015)0586),
– wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Is-settur bankarju: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward l-implimentazzjoni tar-riformi ta’ Basel III”,
– wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar ġabra ta’ regoli msaħħa”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2022 dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) (COM(2022)0228),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-indirizzar ta’ self improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0822),
– wara li kkunsidra l-ewwel rieżami tematiku tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar it-trasparenza u l-livell ta’ tariffi u imposti għal prodotti bankarji għall-konsumatur fl-UE,
– wara li kkunsidra l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ trasparenza tal-2022 tal-EBA fl-Unjoni kollha, ippubblikat fid-9 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-BĊE dwar il-prijoritajiet superviżorji tiegħu għall-perjodu 2023-2025, ippubblikat fit-12 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra l-eżiti tal-konferenza konġunta tal-SRB u l-BĊE bit-titolu “The test of time: Banking Union a decade on” (It-test taż-żmien: l-Unjoni Bankarja deċennju wara), li saret fit-23 u l-24 ta’ Ġunju 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar it-trattament tal-unjoni bankarja Ewropea fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni għall-banek globali sistemikament importanti,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-BĊE ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja”,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni ECB/2020/62 tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni ECB/2020/35,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali)(2),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, fis-seduti ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fit-30 ta’ Ġunju 2022 u fl-1 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja tal-21 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “2022 List of Global Systemically Important Banks (G-SIBs)” (Lista tal-2022 tal-Banek Globali Sistemikament Importanti),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-President tal-SRB Elke König fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fit-13 ta’ Lulju 2022 u fit-30 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet fis-seduti ta’ smigħ pubbliċi tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mal-kandidati proposti mill-Kummissjoni għall-President tal-SRB u pożizzjoni oħra permanenti fl-SRB fl-24 ta’ Ottubru 2022,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-SRB tat-13 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Resolvability of Banking Union banks: 2021” (Ir-riżolvibbiltà tal-banek tal-Unjoni Bankarja: 2021),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tat-22 ta’ Settembru 2022 dwar il-vulnerabbiltajiet fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni(3),
– wara li kkunsidra r-riżultati tar-rieżami tematiku tal-BĊE bit-titolu “Walking the talk: Banks gearing up to manage risks from climate change and environmental degradation” (Nagħmlu dak li ngħidu: Il-banek jippreparaw ruħhom biex jimmaniġġjaw ir-riskji li jirriżultaw mit-tibdil tal-klima u d-degradazzjoni ambjentali), ippubblikat fit-2 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-BERS tal-21 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Fiscal support and macroprudential policy – Lessons from the COVID-19 pandemic” (Il-politika tal-appoġġ fiskali u makroprudenzjali – Tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-BERS tal-1 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Monitoring systemic risks in the EU securitisation market” (Il-monitoraġġ ta’ riskji sistemiċi fis-suq tat-titolizzazzjoni tal-UE),
– wara li kkunsidra d-dokument tat-Tim ta’ Monitoraġġ tar-Riskju Klimatiku tal-BĊE/BERS ta’ Lulju 2021 bit-titolu “Climate-related risk and financial stability” (Ir-riskju relatat mal-klima u l-istabbiltà finanzjarja),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-BĊE ta’ Novembru 2021 bit-titolu “The state of climate and environmental risk management in the banking sector – Report on the supervisory review of banks’ approaches to manage climate and environmental risks” (L-istat tal-ġestjoni tar-riskju tal-klima u l-ambjent fis-settur bankarju – Rapport dwar ir-rieżami superviżorju tal-approċċi tal-banek biex jimmaniġġjaw ir-riskji tal-klima u l-ambjent),
– wara li kkunsidra l-istandards tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tas-16 ta' Diċembru 2022 rigward it-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-kriptoassi,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-15 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Principles for the effective management and supervision of climate-related financial risks” (Prinċipji għall-immaniġġjar u s-superviżjoni effettivi tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-30 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Rapport dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament għas-sena finanzjarja 2021”,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat Konġunt tal-ASE bit-titolu “Risks and Vulnerabilities in the EU Financial System – March 2022” (Riskji u Vulnerabbiltajiet fis-Sistema Finanzjarja tal-UE – Marzu 2022) (JC 2022 09), ippubblikat fit-13 ta’ April 2022,
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Osservatorju tat-Taxxa tal-UE ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “Tax Planning by European Banks” (Ippjanar tat-Taxxa mill-Banek Ewropej),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, l-EBA u l-SRB tal-20 ta’ Marzu 2023 dwar it-tħabbira fid-19 ta’ Marzu 2023 mill-awtoritajiet Żvizzeri,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ffirmata mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament u li ntlaħaq qbil dwarha mill-koordinaturi għal sitt gruppi politiċi tal-Parlament (PPE, S&D, Renew, Verts/ALE, ECR u The Left) tas-7 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0177/2023),
A. billi, fil-preżent, l-Unjoni Bankarja (UB) tikkonsisti mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), bil-ġabra unika tar-regoli bħala l-pedament tagħha, li tiżgura allinjament sħiħ bejn is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u hija parti integrali mill-istabbiltà finanzjarja tal-UE; billi għalkemm id-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti(6) tistipula standards minimi għoljin fil-qasam tal-protezzjoni tad-depożiti, l-UB tkun għadha ma tlestietx sakemm ma jiġix stabbilit it-tielet pilastru tagħha – l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS);
B. billi minkejja l-aħjar sforzi, għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar EDIS; billi l-Membri tal-PE appellaw għal rieżami ambizzjuż tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu (CMDI), li jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS; billi madankollu, dan il-qafas m’għandux jitqies bħala sostitut għal EDIS; billi l-istabbiliment ta’ EDIS għadu prijorità;
C. billi ntlaħaq ftehim dwar il-ħolqien ta’ garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), iżda billi l-garanzija ta’ kontinġenza għadha ma ġietx implimentata;
D. billi UB ikkompletata tikkostitwixxi żvilupp pożittiv għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tal-UE, billi tipprovdi l-bażi għal sistema bankarja aktar stabbli, tnaqqas ir-riskju sistemiku, issaħħaħ il-kompetizzjoni u tagħmilha aktar ekwa, ittejjeb l-għażla għall-konsumatur, iżżid l-opportunitajiet għal servizzi bankarji transfruntieri u l-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, tkabbar l-investiment ekonomiku, toffri aċċess aħjar għall-finanzjament għall-unitajiet domestiċi u l-impriżi u tnaqqas l-ispejjeż għall-klijenti bankarji;
E. billi l-UB hija miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-UE;
F. billi settur bankarju stabbli, reżiljenti, dinamiku u kompetittiv huwa vitali għat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-investiment, kif ukoll għall-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika u għall-appoġġ tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);
G. billi l-aggressjoni tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħha qed ikollhom impatt dirett u indirett fuq is-settur bankarju tal-UE; billi dawn l-impatti jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tas-settur; billi l-banek tal-UE għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar tal-implimentazzjoni li għaddejja tas-sanzjonijiet kontra r-Russja imposti mill-UE b’reazzjoni għall-invażjoni, u tal-konformità magħhom;
H. billi s-settur bankarju s’issa wera reżiljenza għall-kriżi kkaġunata mill-pandemija tal-COVID-19 bl-għajnuna ta’ miżuri straordinarji ta’ salvataġġ tal-politika pubblika u qafas regolatorju reżiljenti tal-UE; billi hekk kif is-settur bankarju tal-UE jkompli ħiereġ mill-pandemija, l-UE jeħtiġilha tkompli żżomm standards għolja, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kapital u l-prattiki ta’ ġestjoni tar-riskji, biex tiżgura r-reżiljenza futura tas-settur;
I. billi minkejja l-isfidi kkawżati mill-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna, il-proporzjon aggregat ta’ self li ma jrendix (non-performing loans - NPLs) kompla jonqos għal 2,29 % fit-tielet trimestru tal-2022; billi dan kien appoġġat minn moratorji fuq il-kreditu u n-negozjar mill-ġdid tal-kreditu mal-klijenti; billi deterjorament potenzjali tal-kwalità tal-assi u żidiet fil-proporzjonijiet tal-NPLs jistgħu jimmaterjalizzaw wara t-tneħħija gradwali kompleta tal-miżuri temporanji ta’ appoġġ introdotti matul il-kriżi tal-COVID-19;
J. billi l-kwistjonijiet ta’ “kbar wisq biex ifallu” u “interkonnessi wisq biex ifallu” għadhom ma ġewx indirizzati biżżejjed, minkejja l-impenn li ttieħed wara l-kriżi finanzjarja l-kbira u l-ħidma sinifikanti li saret u li għadha qed issir;
K. billi s-settur tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji qed ikompli jikber, u qed joħloq aktar riskji għall-istabbiltà finanzjarja; billi l-iskoperturi ġenerali tal-banek għall-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji għadhom għoljin, minħabba l-interkonnettività finanzjarja tagħhom;
L. billi r-rwol tas-settur bankarju huwa kruċjali għall-irkupru ekonomiku wara l-kriżi tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija, speċjalment għall-SMEs, kif ukoll għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli; billi s-settur għandu rwol fundamentali biex it-tfaddil jiġi dirett lejn investimenti produttivi; billi s-settur bankarju għandu għalhekk iżomm lura minn esponiment eċċessiv għal attivitajiet spekulattivi;
M. billi l-għanijiet ewlenin fit-tfassil tal-politiki ekonomiċi għas-settur bankarju għandhom ikunu li jiġu minimizzati: (1) il-probabbiltà li l-banek ifallu, (2) l-impatt ekonomiku tal-banek li jfallu u (3) ir-riskju ta’ kriżijiet bankarji sistemiċi;
N. billi r-riskji għas-sostenibbiltà jaffettwaw lill-banek b’diversi modi, inkluż permezz ta’ riskju ta’ kreditu jew għar-reputazzjoni;
O. billi d-diġitalizzazzjoni tas-settur finanzjarju ġabet magħha avvanzi teknoloġiċi sinifikanti fis-settur bankarju tal-UE, li rriżultaw f’aktar effiċjenza fil-provvista ta’ servizzi bankarji, u tipprovdi opportunitajiet estensivi għas-settur bankarju, iżda toħloq ukoll sfidi, inkluż fir-rigward tar-riskji ċibernetiċi – peress li l-banek qed jiddependu dejjem aktar fuq l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni – il-privatezza tad-data, ir-riskji għar-reputazzjoni, ir-riskji fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML), it-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-esklużjoni soċjali; billi l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali, li se jidħol fis-seħħ fl-2025, se jipprovdi qafas robust għall-banek biex iħejju għal u jittrattaw it-theddid ċibernetiku;
P. billi minħabba l-lakuni li fadal fil-qafas tal-UE għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, hemm bżonn ta’ superviżjoni u infurzar aktar b’saħħithom, armonizzati u effettivi kontra l-ħasil tal-flus, peress li dan huwa neċessarju biex titħares l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-UE u tingħata protezzjoni minn theddid minn pajjiżi terzi b’riskju għoli; billi għadhom jeżistu differenzi kbar fl-approċċi li l-awtoritajiet nazzjonali tal-UE jieħdu rigward is-superviżjoni tal-AML u s-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-AML; billi l-finalizzazzjoni tal-pakkett AML għandha ssaħħaħ ir-regoli dwar l-AML u tiżgura implimentazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dawn ir-regoli, inkluż bl-istabbiliment ta’ awtorità superviżorja tal-AML tal-UE, li ssaħħaħ is-sistema bankarja tal-UE;
Q. billi qed tkompli l-ħidma fuq il-pakkett bankarju tal-UE, li se jipprovdi qafas xieraq għall-adegwatezza tal-kapital bankarju, l-ittestjar tal-istress u r-rekwiżiti tal-likwidità;
R. billi l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għas-servizzi finanzjarji u ta’ protezzjoni fuq livell għoli tal-investituri u d-depożitanti kollha tinsab fil-qalba tal-UB u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU); billi l-konsumaturi, l-investituri u d-depożitanti għandhom jinżammu infurmati tajjeb dwar kwalunkwe deċiżjoni li jkollha impatt fuqhom;
S. billi s-settur bankarju Ewropew għadu fil-biċċa l-kbira l-fornitur ewlieni tal-finanzjament tal-kumpaniji, li jwassal għal dipendenza sinifikanti fuq is-settur, b’kuntrast ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra, li fihom is-swieq kapitali jirrappreżentaw sehem konsiderevoli ta’ finanzjament lill-kumpaniji;
T. billi l-effetti tad-deċiżjoni tal-BĊE li jgħolli r-rati tal-imgħax sabiex titnaqqas l-inflazzjoni ġew riflessi immedjatament fl-imgħax imħallas mill-unitajiet domestiċi u mill-kumpaniji lill-banek, u b’hekk żdiedu l-profitti tal-banek u r-redditi ta’ min ifaddal, filwaqt li ġiet affettwata b’mod negattiv il-kapaċità tal-mutwatarji li jħallsu lura s-self tagħhom; billi ż-żieda qawwija fir-rati tal-imgħax tiġġenera wkoll riskji għall-banek, b’mod partikolari l-iżvalutazzjoni potenzjali ta’ xi assi fil-karti bilanċjali tagħhom;
U. billi l-iżvilupp ta’ CMU jirrikjedi l-istabbiliment ta’ regoli komuni u għodod effettivi biex titnaqqas il-frammentazzjoni fis-suq uniku, jiġi ffaċilitat l-aċċess għal mezzi alternattivi ta’ finanzjament u jiġu evitati d-delokalizzazzjoni tal-kapital u l-iskemi ta’ evitar tat-taxxa;
V. billi t-tlestija tal-UB tikkontribwixxi b’mod qawwi għat-tkissir taċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u s-sovrani, inkluż billi titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-iskoperturi tal-banek għas-sovrani tagħhom stess, u dan iħares ir-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE, jipprevjeni l-użu ta’ flus pubbliċi biex jiġu salvati l-banek f’riskju ta’ falliment u jsaħħaħ il-fiduċja tal-impriżi, tal-investituri u taċ-ċittadini fis-sistema finanzjarja tal-UE;
W. billi skont l-analiżi tal-MSU “l-implimentazzjoni ta’ EDIS m’għandhiex tkun marbuta ma’ aktar punti ta’ referenza għat-tnaqqis tar-riskji”(7);
X. billi l-ġestjoni tal-kriżijiet għadha frammentata madwar l-UE u l-UB, u dan jirriżulta f’kundizzjonijiet mhux ekwi bejn il-banek u l-ġuriżdizzjonijiet; billi l-qafas CMDI għandu jiżgura li l-banek kollha japplikaw approċċ konsistenti u effiċjenti u għandu jikkontribwixxi wkoll għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, għall-minimizzazzjoni tal-użu ta’ flus il-kontribwenti u għall-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE;
Y. billi Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar stabbli, kompetittiva u konverġenti tirrikjedi li l-UB titlesta bit-tielet pilastru tagħha ta’ EDIS żviluppata bis-sħiħ u tirrikjedi wkoll CMU profonda u kompletament funzjonali u assi sikur taż-żona tal-euro;
Z. billi l-UE u r-Renju Unit attwalment huma impenjati li jżommu kooperazzjoni regolatorja u superviżorja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; billi dan l-approċċ kooperattiv għandu jirfed ir-relazzjonijiet fit-tul bejn l-UE u r-Renju Unit; billi l-Kummissjoni se testendi l-permess temporanju tagħha li jippermetti lill-banek u lill-maniġers tal-fondi tal-UE jużaw il-kmamar tal-ikklerjar tar-Renju Unit; billi għadu ma ġiex iffirmat memorandum ta’ qbil imwiegħed bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-kooperazzjoni regolatorja;
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-impatt devastanti tagħha fuq il-poplu Ukren; jinnota li l-invażjoni Russa kellha wkoll konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u finanzjarji għall-UE, inkluż li taggrava x-xejriet tal-inflazzjoni; jinnota li l-iskoperturi diretti tal-banek għar-Russja u l-Ukrajna huma limitati, imma li s-settur bankarju jaf ikun affettwat minn impatti indiretti; jistieden lill-BĊE, lill-EBA u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jimmonitorjaw l-iżviluppi relatati mal-gwerra fl-Ukrajna, b’mod partikolari r-ramifikazzjonijiet tagħhom għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE, bħal kwalunkwe deterjorament potenzjali fil-kwalità tal-assi; jenfasizza għalhekk l-importanza ta’ ġestjoni tar-riskju prudenti u proviżjonament xieraq; jinnota li, skont il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE(8), l-iskoperturi tal-banek għal korporattivi intensivi fl-enerġija u derivattivi tal-enerġija żdiedu wara ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija; jisħaq li l-banek iffaċċjaw żieda fl-iskoperturi għar-riskju tal-kontroparti minħabba żieda fis-sejħiet għall-marġni għall-banek li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għall-klijenti tagħhom; jenfasizza li l-banek għandhom isaħħu r-reżiljenza tagħhom għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji; jistieden lill-BĊE u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jadottaw miżuri superviżorji xierqa biex jevitaw li l-kriżi tal-enerġija twassal għal kriżi finanzjarja;
2. Qed jimmonitorja l-iżviluppi li għaddejjin fis-swieq finanzjarji wara l-falliment ta’ Silicon Valley Bank u ta’ żewġ banek oħra ta’ daqs medju tal-Istati Uniti, kif ukoll l-akkwiżizzjoni ta’ Credit Suisse mill-UBS; jilqa’ d-dikjarazzjoni konġunta tal-EBA, l-SRB u s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tal-20 ta’ Marzu 2023 dwar it-tħabbira fid-19 ta’ Marzu 2023 mill-awtoritajiet Żvizzeri;
3. Jisħaq li l-approfondiment tas-CMU u t-tlestija tal-UB se jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet aħjar għall-finanzjament tal-ekonomija Ewropea, kemm għall-unitajiet domestiċi kif ukoll għall-kumpaniji li għadhom jiddependu ħafna mill-kreditu bankarju biex jagħmlu l-investimenti u joħolqu l-impjiegi, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għar-reżiljenza tal-ekonomija Ewropea u għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;
4. Ifakkar li l-UB hija komplement essenzjali għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u għas-suq uniku li jallinja r-responsabbiltà għas-superviżjoni, ir-riżoluzzjoni u l-finanzjament fil-livell tal-UE, li jfisser li l-banek fiż-żona tal-euro kollha jsegwu l-istess ġabra ta’ regoli; jilqa’ l-progress sinifikanti li sar mill-kriżi finanzjarja tal-2008 ’l hawn permezz tal-istabbiliment tal-ġabra unika tar-regoli, tal-MSU u tal-SRM; jenfasizza li l-banek tal-Ewropa huma f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex jilqgħu għax-xokkijiet finanzjarji u li hemm fis-seħħ mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni biex il-banek li jkunu qed ifallu jiġu ġestiti mingħajr ma jintużaw flus il-kontribwenti;
5. Jinnota li l-miżuri ta’ appoġġ pubbliku flimkien mad-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja u l-aġġustamenti regolatorji tal-BĊE ppermettew lis-settur bankarju jaġixxi bħala ammortizzatur għall-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19; jirrikonoxxi li t-tisħiħ tar-rekwiżiti prudenzjali implimentati wara l-2008 tejbu r-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE; huwa mħasseb, madankollu, li s-sehem ta’ NPLs jista’ jiżdied issa li l-miżuri ta’ appoġġ pubbliku tal-pandemija tal-COVID-19 tneħħew gradwalment; huwa mħasseb dwar l-impatti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ żieda fir-riskju ta’ inadempjenza tal-kreditu u taż-żieda potenzjali fil-livelli ta’ NPLs; jinnota li s-sospensjoni temporanja tad-distribuzzjoni tad-dividendi u tax-xiri lura tal-ishma kienet effettiva biex tissalvagwardja r-reżiljenza tal-banek matul il-kriżi tal-COVID-19; jinnota li din l-għodda ma ġietx applikata b’mod konsistenti minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra, minkejja rakkomandazzjonijiet simili minn superviżuri settorjali oħra; jitlob li l-introduzzjoni ta’ limitazzjoni aġġustata għar-riskju fuq id-dividendi u x-xiri lura tiġi kkunsidrata fi żminijiet ta’ kriżi;
6. Jisħaq li l-UE għandha timplimenta b’mod ġust u komprensiv ir-riforma ta’ Basel III b'mod tempestiv u proporzjonat; iqis li l-ispeċifiċitajiet tal-banek tal-UE għandhom jitqiesu fejn ikun hemm evidenza suffiċjenti u robusta li l-qafas internazzjonali ma jkoprix dawn l-ispeċifiċitajiet sabiex jiġu żgurati l-kompetittività tal-banek tal-UE u kundizzjonijiet ekwi internazzjonali, kif enfasizzat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Novembru 2016(9); jinnota li l-EBA u l-BĊE ħarġu dikjarazzjoni konġunta li titlob lill-UE tirrispetta l-impenji internazzjonali tagħha;
7. Huwa mħasseb dwar il-livell għoli ta’ inflazzjoni, jiġifieri 8,4 % għall-2022; jinnota li, b’reazzjoni għal din iż-żieda qawwija fl-inflazzjoni, il-BĊE ddeċieda li jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tiegħu minn 0 % għal 3 % għar-rata ta’ operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament; jenfasizza li ż-żieda qawwija attwali fl-inflazzjoni hija prinċipalment fenomenu min-naħa tal-provvista l-aktar minħabba fatturi esterni, b’mod partikolari l-gwerra Russa kontra l-Ukrajna u t-tfixkil tal-ktajjen tal-provvista minħabba l-kriżi tal-COVID-19, li jagħmlu l-għodod tal-politika monetarja inqas effettivi biex inaqqsu l-inflazzjoni; ifakkar li l-għan primarju tal-BĊE huwa li jiggarantixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet, li hija definita bħala inflazzjoni ta’ 2 % fuq terminu medju; jirrikonoxxi li inflazzjoni għolja u rati tal-imgħax ogħla għandhom żvantaġġi soċjali u ekonomiċi, inkluż fir-rigward tal-kapaċità tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji li jħallsu lura s-self tagħhom u jagħmlu l-investimenti meħtieġa biex jittrasformaw l-UE f’ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050;
8. Jenfasizza li r-rati tal-imgħax offruti lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs fl-Istati Membri jvarjaw ħafna; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jikkunsidraw miżuri li jtaffu l-piż fuq l-SMEs u fuq min għandu dejn ipotekarju fl-Istati Membri li għandhom rati ta’ self ogħla biex jiżguraw li ċ-ċittadini u l-impriżi kollha jkunu jistgħu jaċċessaw kapital tant meħtieġ b’rati ġusti u kompetittivi;
9. Jenfasizza r-rwol tas-sistema bankarja fl-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju; iqis li l-ambjent ġeopolitiku l-ġdid iżid l-urġenza ta’ din it-tranżizzjoni, b’mod partikolari l-ħtieġa li jsir investiment fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli; jissottolinja l-importanza fundamentali li ssir tranżizzjoni soċjalment ġusta; ifakkar li, kif rikonoxxut mill-BĊE, il-kostijiet ta’ din it-tranżizzjoni se jkunu aktar baxxi mill-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni;
10. Jilqa’ t-test tal-istress klimatiku imwettaq mill-MSU fl-2022 u jieħu nota tal-miri stabbiliti għall-2024; jilqa’ l-azzjonijiet ta’ segwitu diġà meħuda mill-MSU, inkluż il-ħruġ ta’ prattiki tajba, li jikkontribwixxu għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tal-għarfien fis-settur bankarju kollu; ifakkar li l-MSU jista’ jistabbilixxi rekwiżiti tal-pilastru 2 għall-banek li ma jikkonformawx mar-rakkomandazzjoni maħruġa bħala parti mit-test tal-istress; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-iskoperturi finanzjarji li jirriżultaw mir-riskji klimatiċi;
11. Jilqa’ l-adozzjoni tal-istandards vinkolanti u l-mudelli komuni tal-EBA għad-divulgazzjonijiet tal-banek dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG); iqis li dawn id-divulgazzjonijiet għandhom itejbu l-informazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rigward l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskji ESG u l-istrateġiji tagħhom biex jindirizzawhom u għalhekk jikkontribwixxu biex jingħalaq id-distakk fid-data dwar ir-riskji ESG;
12. Jinnota li l-adozzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà(10) se tiżgura l-konsistenza, il-komparabbiltà u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fis-settur finanzjarju u f’dak mhux finanzjarju;
13. Qed isegwi b’interess il-ħidma li għaddejja mill-Kummissjoni u mill-BĊE fuq l-euro diġitali; jistenna b’ħerqa l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar l-euro diġitali; ifakkar li din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva tar-riskji u l-benefiċċji ta’ munita diġitali ta’ bank ċentrali; jirrimarka li l-euro diġitali jrid jagħti prijorità lil livell għoli ta’ privatezza, protezzjoni tad-data, kunfidenzjalità tad-data dwar il-pagamenti, reżiljenza ċibernetika u sigurtà;
14. Jilqa’ l-fatt li l-Kroazja issa hija l-20 Stat Membru li ngħaqad maż-żona tal-euro; jistieden lill-Istati Membri tal-UE li għadhom mhumiex parti mill-UB biex jieħdu passi ħalli jissieħbu fiha; ifakkar li kwalunkwe adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fiż-żona tal-euro hija kundizzjonali għall-preżenza ta’ qafas robust u effettiv għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fl-Istat Membru kkonċernat;
15. Iħeġġeġ lill-banek jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni, inkluż billi jinvestu f’sistemi tal-IT u fir-riċerka u l-iżvilupp u billi jimplimentaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti skont l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali, filwaqt li jżommu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, speċjalment għall-gruppi vulnerabbli b’livelli baxxi ta’ litteriżmu diġitali jew finanzjarju; jilqa’ l-progress li sar fuq il-pakkett dwar il-finanzi diġitali; iqis li l-protezzjoni tal-konsumatur trid tissaħħaħ f’kuntest diġitali u li l-inklużjoni finanzjarja għandha tingħata prijorità, b’mod partikolari billi jittejjeb il-litteriżmu diġitali u finanzjarju;
16. Jisħaq li suq uniku li jiffunzjona tajjeb huwa meħtieġ għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jinnota li l-livell u l-firxa ta’ imposti u tariffi miġbura mill-istituzzjonijiet finanzjarji jvarjaw ħafna kemm fl-UE kif ukoll fl-istituzzjonijiet finanzjarji fl-istess Stat Membru, u dan ixekkel il-komparabbiltà bejn il-fornituri u jagħmel ħsara lill-interessi tal-konsumatur; jappella għat-titjib tal-qafas ta’ protezzjoni tal-konsumatur, inkluż fl-istrateġija tal-investituri fil-livell tal-konsumatur li jmiss; jinnota l-konsolidazzjoni tas-servizzi bankarji għall-konsumatur f’ċerti Stati Membri u t-tnaqqis b’konsegwenza fl-għażla tal-konsumatur għall-klijenti bankarji; jieħu nota tal-isfidi tas-superviżjoni bankarja maħluqa minn istituzzjonijiet kbar u sistemikament importanti; jisħaq fuq il-benefiċċji ta’ settur bankarju diversifikat u kompetittiv fl-Ewropa; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-ostakli u x-xkiel li l-konsumaturi jħabbtu wiċċhom magħhom meta jagħmlu użu minn operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, u tipproponi soluzzjonijiet biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi finanzjarji għall-konsumatur lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiżhom;
17. Jilqa’ l-ħolqien ta’ NextGenerationEU u jenfasizza r-rwol importanti tiegħu fl-irkupru ekonomiku wara l-kriżi tal-COVID-19 u fil-preservazzjoni tal-istabbiltà makroekonomika; iqis li dan irid iservi bħala opportunità biex jissaħħu l-investimenti pubbliċi u privati u tiġi appoġġata l-modernizzazzjoni tal-ekonomija; jisħaq li l-ħolqien ta’ assi sikur tal-UE jista’ jgħin biex jittaffew iċ-ċrieki vizzjużi bejn is-sovrani u s-setturi bankarji domestiċi; iqis li NextGenerationEU jipprovdi assi Ewropej ta’ kwalità għolja u b’riskju baxx, li jippermettu riekwilibriju ta’ bonds sovrani fuq il-karti bilanċjali tal-banek;
18. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas li jiġi żgurat bilanċ sħiħ bejn il-ġeneri fl-istituzzjonijiet u l-korpi finanzjarji tal-UE; jiddispjaċih b’mod partikolari għall-fatt li n-nisa għadhom sottorappreżentati f’karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; jisħaq li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet u fil-forza tax-xogħol huwa pożittiv kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija; jilqa’ l-approvazzjoni reċenti tad-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpaniji elenkati fil-Boroż u miżuri relatati(11), wara diversi snin mingħajr progress; jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji jaġġornaw il-politiki tagħhom dwar id-diversità u l-inklużjoni regolarment u jgħinu fit-trawwim ta’ kulturi tax-xogħol sani li jagħtu prijorità lill-inklużività; jitlob lill-awtoritajiet superviżorji jagħmlu użu mis-setgħat superviżorji tagħhom fir-rigward tad-diversità u l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji;
19. Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, il-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-Bord tal-SRB kollha ma għandhomx bilanċ bejn l-ġeneri; jappella lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE jagħtu prijorità lill-kisba ta’ bilanċ sħiħ bejn il-ġeneri mill-aktar fis possibbli, inkluż billi jipprovdu listi ta’ preselezzjonijiet ibbilanċjati bejn il-ġeneri ta’ kandidati għall-ħatriet futuri kollha li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Parlament, anki fil-BĊE u fl-ogħla istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE, u billi jagħmlu ħilithom biex jinkludu mill-inqas mara waħda u kandidat raġel wieħed għal kull proċedura ta’ nomina; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019, li kellha l-għan li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fil-listi sussegwenti ta’ kandidati għan-nomini għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE; itenni l-impenn tiegħu li ma jqisx il-listi ta’ kandidati li ma jirrispettawx il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri;
Superviżjoni
20. Jinnota li mill-bidu tal-2022, il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-banek tal-MSU naqas għal 14,74 % u l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità wkoll naqas għal 162,03 %(12); jilqa’ l-fatt li l-istokk tal-NPLs fuq il-karti bilanċjali tal-banek kompla jonqos, għalkemm b’diversi gradi u minkejja livelli differenti madwar l-Istati Membri; jinsab imħasseb, madankollu, dwar id-deterjorament tal-kwalità tal-assi li jirriżulta minn rati tal-imgħax ogħla; jinnota li s-self fl-istadju 2 żdied għal 9,5 % tas-self totali tal-banek, l-ogħla livell mill-2018, u li din iż-żieda hija kkonċentrata ħafna f’xi Stati Membri; jisħaq li l-vulnerabbiltajiet qed jakkumulaw f’xi segmenti tas-suq, inkluż fis-settur tal-proprjetà immobbli; jissottolinja li l-banek għandhom iżommu biżżejjed assi kapitali u likwidi f’idejhom biex ilaħħqu mar-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-gwerra tar-Russja;
21. Ifakkar li t-tnaqqis tar-riskju fuq il-karti bilanċjali tal-banek jikkontribwixxi għal UB aktar stabbli, b’saħħitha u orjentata lejn it-tkabbir ekonomiku; iqis li l-monitoraġġ tat-tnaqqis fl-NPLs għandu jibqa’ waħda mill-prijoritajiet superviżorji, b’mod ibbilanċjat li jqis ir-riskji ta’ dekapitalizzazzjoni u l-konsegwenzi għad-debituri; jappella lill-koleġiżlaturi jkomplu jiżviluppaw qafas adegwat biex jindirizzaw din il-prijorità;
22. Jinnota r-rieżami tal-BĊE tal-prijoritajiet superviżorji tiegħu għat-tliet snin li ġejjin, li huma (1) it-tisħiħ tar-reżiljenza għal xokkijiet makrofinanzjarji u ġeopolitiċi immedjati, (2) l-indirizzar tal-isfidi tad-diġitalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ tmexxija tal-korpi maniġerjali, u (3) it-tisħiħ tal-isforzi biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;
23. Jinnota li l-profittabbiltà tas-settur bankarju żdiedet matul is-sena li għaddiet, u laħqet l-ogħla livell tagħha f’14-il sena, u dan juri li l-kompetittività tal-banek tal-UE tjiebet; jirrikonoxxi l-importanza li l-profitti jintużaw biex jinbnew buffers, tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif ukoll biex tiġi ffinanzjata l-ekonomija Ewropea;
24. Jisħaq li, bħala medja, l-aqwa ħames banek fl-Istati Membri tal-UE għandhom 68 % tal-assi bankarji kollha fis-suq, u jaqbżu t-80 % f’xi każijiet, u li l-akbar 37 bank tal-UE jammontaw għal 71,4 % tal-assi totali bankarji domestiċi;
25. Jemmen li settur bankarju diversifikat sew, li jinkludi wkoll banek żgħar u lokali, kif ukoll dawk pubbliċi u kooperattivi, joffri soluzzjoni tajba għall-kumpaniji u l-unitajiet domestiċi; jissottolinja r-riskji sistemiċi li jirriżultaw mill-interkonnessjonijiet u l-kumplessità, li jirfdu l-problema ta’ “kbar wisq biex ifallu” li mmotivat il-ħidma sinifikanti li l-istituzzjonijiet tal-UE għamlu f’dan ir-rigward u jappella biex din titkompla;
26. Jinnota li l-iskoperturi ta’ xi banek għad-dejn sovran domestiku għadhom għoljin flimkien ma’ ħtiġijiet ta’ finanzjament pubbliku mingħajr preċedent mill-kriżi tal-COVID-19 ’l hawn; ifakkar li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UB huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji bankarji u dawk sovrani, flimkien mal-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti; jieħu nota tal-Kumitat ta’ Basel dwar il-ħidma tas-Superviżjoni Bankarja rigward ir-riskju sovran; iqis li soluzzjoni għall-UE għandha tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali;
27. Jenfasizza li l-banek għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u fl-iżgurar li l-UE tkun kapaċi tissodisfa l-impenji ambjentali tagħha; jinnota li tali tranżizzjoni tirrikjedi investiment sinifikanti; jinnota li l-SMEs għandhom ukoll ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal din it-tranżizzjoni; jappella biex jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għal attivitajiet assoċjati ma’ riskji ESG; jinnota li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkomplu jiffinanzjaw attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, minkejja r-rikonoxximent li t-tibdil fil-klima joħloq theddida ewlenija għall-istabbiltà finanzjarja;
28. Ifakkar li bħala parti mill-“istrateġija għall-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli’’ tagħha, il-Kummissjoni wiegħdet li “se tieħu azzjoni biex tiżgura l-inklużjoni ta’ fatturi ESG rilevanti fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu”, u qed issegwi l-proposta leġiżlattiva li jmiss dwar dan b’interess;
29. Jisħaq fuq ir-rabta bejn l-AML u r-riskji prudenzjali; iħeġġeġ lis-superviżuri prudenzjali biex iqisu bis-sħiħ ir-riskji tal-AML fl-attivitajiet superviżorji tagħhom u biex jikkoordinaw mal-awtoritajiet tal-AML u l-awtoritajiet għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jappella lill-koleġiżlaturi jilħqu qbil malajr dwar il-pakkett tal-AML, inkluż il-ħolqien ta’ awtorità ġdida AML, li jeħtieġ ikollha r-riżorsi adegwati; jenfasizza li l-istabbiliment ta’ awtorità AML huwa opportunità unika biex il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżuri prudenzjali u l-awtoritajiet AML jittejbu u jiġu ssimplifikati; iqis li l-proċedura biex tiġi stabbilita l-lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli għandha tissaħħaħ, inkluż billi jitqies l-involviment tal-awtorità AML fil-proċess, biex tiġi protetta l-integrità tas-settur finanzjarju tal-UE; jisħaq li l-banek jaġixxu bħala gwardjani fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u li għalhekk irid ikollhom oqfsa robusti ta’ ġestjoni tar-riskju fis-seħħ u jiġu ssorveljati b’mod effettiv;
30. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jiġu applikati r-regoli eżistenti kollha dwar l-AML; jieħu nota tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri li mhumiex qed japplikaw b’mod korrett l-AMLD V(13);
31. Itenni li jistgħu jokkorru riskji sistemiċi simili għall-banek meta l-intermedjazzjoni tal-kreditu ssir f’ambjent fejn l-istandards regolatorji u s-sorveljanza superviżorja huma aktar laxki milli jkunu għall-banek regolari; jisħaq fuq ir-riskji li jirriżultaw mill-iskoperturi tal-banek għas-settur bankarju “parallel’’; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji, inkluż billi jiġu żviluppati għodod regolatorji u superviżorji speċifiċi biex tiġi evitata kriżi tal-likwidità; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi rilevanti fejn xieraq;
32. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ konverġenza superviżorja kontinwa bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-ġuriżdizzjonijiet tal-UE u fi ħdan is-suq intern, peress li fl-aħħar mill-aħħar din se tgħin biex tiġi appoġġata l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-UE u dak nazzjonali;
33. Jinnota li l-kriptoassi joħolqu sfidi u opportunitajiet ġodda fis-sistema finanzjarja; jilqa’ għalhekk l-adozzjoni tar-regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi u r-regolament dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ċerti kriptoassi; jenfasizza li l-avvenimenti reċenti tas-suq jenfasizzaw il-ħtieġa li titkompla l-ħidma fuq oqsma bħall-finanzjament deċentralizzat, l-attivitajiet ta’ self tal-kriptoassi, il-konglomerati kriptografiċi u t-tokens mhux funġibbli; jitlob lill-Kummissjoni tqis proposti leġiżlattivi ġodda kif xieraq; jilqa’ l-istandard dwar it-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-banek għall-kriptoassi adottat mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja fis-16 ta’ Diċembru 2022 u jappella lill-koleġiżlaturi jqisu li jindirizzawh bħala parti mir-rieżami attwali tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital(14);
34. Jirrimarka l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità bejn il-miżuri orizzontali u r-regolamentazzjoni tas-suq finanzjarju, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà u l-politiki diġitali, biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż burokratiku;
35. Jisħaq li l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw minn miżuri diretti ta’ għajnuna mill-Istat għandhom ikunu soġġetti għal limitazzjonijiet sinifikanti fuq id-distribuzzjoni tad-dividendi, ix-xiri lura tal-ishma u l-pagamenti ta’ rimunerazzjoni varjabbli;
36. Jinnota l-kwistjonijiet u l-isfidi assoċjati mal-kwistjoni b’rabta mal-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll dak ospitanti; jirrimarka li integrazzjoni akbar tas-suq tirrikjedi salvagwardji kredibbli għall-pajjiżi ospitanti fil-livell tal-UE;
Riżoluzzjoni
37. Jilqa’ l-attivitajiet tal-SRB fl-2022, inkluż l-immaniġġjar tiegħu tal-kollass ta’ Sberbank wara l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna; jilqa’ l-fatt li l-banek taħt il-mandat tal-SRB b’mod ġenerali għamlu progress tajjeb fir-riżolvibbiltà u fil-bini tal-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tagħhom;
38. Jirrimarka li biex il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu kompletament konformi mar-rekwiżiti legali, dawn iridu jinkludu valutazzjoni komprensiva tar-riżolvibbiltà ta’ kull bank, inkluż dwar jekk jeżistux impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u kif dawk l-impedimenti jistgħu jitneħħew; jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-mappa termika tar-riżolvibbiltà; jitlob lill-SRB ikompli jtejjeb it-trasparenza tad-deċiżjonijiet tiegħu;
39. Ifakkar li l-banek jeħtieġ ikomplu jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet ewlenin tagħhom wara li tiġi implimentata deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni; jinsab imħasseb dwar l-isfida tal-likwidità li bank imdaqqas jista’ jiffaċċja f’każ ta’ riżoluzzjoni; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaqblu dwar soluzzjoni li tipprovdi fiduċja u ttejjeb il-prevedibbiltà;
40. Jieħu nota tal-programm ta’ ħidma tal-SRB għall-2023; jenfasizza li l-SRF għandu jkun mimli għalkollox u li l-banek kollha għandhom ikunu riżolvibbli għalkollox sal-aħħar tal-2023, inkluż bħala riżultat ta’ miri vinkolanti dwar ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli; jinnota li hu meħtieġ aktar progress mill-banek kollha;
41. Jilqa’ l-ftehim tal-Grupp tal-Euro li jintroduċi garanzija ta’ kontinġenza għall-SRF fil-forma ta’ linja ta’ kreditu rotanti mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES); jiddispjaċih li l-ftehim ma ġiex implimentat fl-2022 minħabba dewmien fir-ratifika tat-Trattat dwar il-MES; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-SRF fil-prevenzjoni tas-salvataġġi tal-banek mill-kontribwenti; jisħaq fuq l-importanza tiegħu fit-tisħiħ tal-qafas ta’ ġestjoni tal-kriżijiet; jisħaq li l-SRF huwa pass sinifikanti lejn it-tlestija tal-UB; jappella għar-ratifika sħiħa tal-Ftehim Emendatorju għat-Trattat dwar il-MES mill-Istati Membri kollha, inkluż l-istabbiliment ta’ garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-SRF;
42. Jirrimarka l-ħtieġa li jindirizza l-lakuni identifikati fil-qafas ta’ ġestjoni tal-kriżijiet; jitlob li l-valutazzjoni tal-interess pubbliku tiġi speċifikata u armonizzata aktar b’mod li jiżgura applikazzjoni konsistenti u prevedibbli tal-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni; jappella għal armonizzazzjoni akbar tat-trattament ta’ banek żgħar u medji u jenfasizza li l-għodod ta’ riżoluzzjoni disponibbli għall-SRB iridu jkunu akkumpanjati minn aċċess għal riżorsi finanzjarji xierqa, esklużi flus il-kontribwenti; jappella għal kundizzjonijiet ekwi fost l-istrutturi differenti tal-gruppi bankarji u għall-aktar strateġija ta’ riżoluzzjoni xierqa, li tiżgura implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni magħżula; jisħaq li l-qafas ta’ riżoluzzjoni u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom ikunu konsistenti; jisħaq li r-rieżami tal-Komunikazzjoni dwar il-Banek(15) ilha li saret, peress li nħarġet qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek(16); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-Komunikazzjoni dwar il-Banek u tallinjaha mal-eżitu tar-rieżami tas-CMDI biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn iż-żewġ oqfsa;
43. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tipproponi l-inizjattiva leġiżlattiva dwar il-qafas CMDI fil-perjodu ta’ żmien li impenjat ruħha għalih fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-qafas CMDI; jissottolinja l-ħtieġa ta’ rieżami ambizzjuż u komprensiv tal-qafas CMDI biex dan isir aktar konsistenti, kredibbli u effettiv; ifakkar li l-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti hija waħda mill-objettivi ewlenin tal-qafas ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, li t-telf għandu primarjament jiġġarrab mill-azzjonisti u l-kredituri u li kull fejn il-finanzjament estern ikun għadu meħtieġ biex jiġu implimentati strateġiji ta’ riżoluzzjoni b’mod effettiv, tali finanzjament għandu jiġi minn xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija; jisħaq li sistema ta’ riżoluzzjoni kredibbli u li tiffunzjona tajjeb hija ta’ importanza kbira biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja f’kuntest makroekonomiku inċert; iqis li r-rieżami tas-CMDI huwa pass meħtieġ li jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS, bil-ħsieb li titlesta l-UB;
44. Jieħu nota tal-ħatra ta’ President ġdid tal-SRB u ta’ membru ġdid tal-Bord; jirrimarka n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali tal-SRB; iħeġġeġ lill-SRB jindirizza din il-kwistjoni u jiżgura rappreżentazzjoni aktar ibbilanċjata tal-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali tiegħu;
45. Iħeġġeġ lill-SRB jimxi lejn l-użu ulterjuri ta’ strateġiji ta’ trasferiment fir-riżoluzzjonijiet, filwaqt li jibni fuq l-aħjar prattiki eżistenti;
Assigurazzjoni ta’ depożitu
46. Jiddispjaċih li l-UB għadha mhix kompleta minħabba n-nuqqas ta’ EDIS; jinnota li, bis-saħħa tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti, il-protezzjoni tad-depożitanti tjiebet u ġiet armonizzata; jirrikonoxxi li l-EDIS ittejjeb il-protezzjoni għad-depożitanti fl-UE ikun fejn ikun jinsab il-bank tagħhom; iqis li l-EDIS tipprovdi salvagwardja addizzjonali lill-Istati Membri ospitanti u, flimkien mar-rieżami tas-CMDI, tikkontribwixxi għalhekk għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet b’rabta mal-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll dak ospitanti; ifakkar li l-Parlament għandu mandat biex jinnegozja dwar l-EDIS u huwa lest li jkompli l-ħidma tiegħu biex jikkompletaha mill-aktar fis possibbli;
47. Jenfasizza li, minkejja l-implikazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna, il-proporzjon tal-NPL naqas għal 2,29 %; jirrikonoxxi l-progress sinifikanti li sar fit-tnaqqis tar-riskji fis-settur bankarju; jinnota, min-naħa l-oħra, il-progress limitat dwar il-kondiviżjoni tar-riskji; jappella għal mekkaniżmu ġust ta’ kondiviżjoni tar-riskji permezz ta’ EDIS, filwaqt li titkompla x-xejra fit-tnaqqis tar-riskju fil-pajjiżi kollha tal-UE; jenfasizza l-importanza ta’ tnaqqis kontinwu tar-riskju għas-suċċess tal-UB;
48. Jisħaq fuq l-importanza tal-proporzjonalità tar-riskju għall-kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u għal EDIS futura; jappella biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali; iwissi li n-nuqqas ta’ approċċ kompatibbli mal-inċentivi u bbażat fuq ir-riskju jista’ joħloq riskji ta’ periklu morali, li jwassal għas-sussidjar ta’ mudelli kummerċjali spekulattivi minn oħrajn konservattivi;
49. Jirrimarka li kwalunkwe EDIS għandha tqis regoli ċari għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro;
50. Jiddispjaċih għall-Istati Membri li għadhom jaġixxu ’l barra mill-qafas Komunitarju u jdgħajfu r-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur; jitlob li jinżamm infurmat dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin fil-livell tal-Grupp tal-Euro u l-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar l-EDIS;
51. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-UB; jappoġġa t-talbiet mill-Membri tal-PE li jinnegozjaw il-proposta tal-EDIS fid-dikjarazzjoni tagħhom tas-7 ta’ Diċembru 2022 għal rieżami ambizzjuż tal-qafas tas-CMDI, li jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS, filwaqt li jirrikonoxxi li l-qafas m’għandux jitqies bħala sostitut għal EDIS u li l-proposta tal-EDIS tal-2015 m’għandhiex tiġi rtirata; itenni t-talba urġenti tiegħu lill-Kunsill biex itemm l-istaġnar u biex jaħdem b’mod kostruttiv mal-Parlament biex jintlaħaq ftehim dwar l-EDIS;
52. Jirrikonoxxi l-kunċetti differenti għal EDIS; iqis, madankollu, li kwalunkwe soluzzjoni għal żmien qasir li tinstab m’għandhiex tipprevjeni l-istabbiliment ta’ EDIS żviluppata bis-sħiħ li tippermetti l-kondiviżjoni tat-telf abbażi ta’ kriterji konkreti;
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Dikjarazzjoni tal-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE fis-seduta ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fl-1 ta’ Diċembru 2022.
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
Id-Direttiva (UE) 2022/2381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpaniji elenkati u miżuri relatati (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44).
Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
It-tħeġġiġ u l-adattament tat-taħriġ vokazzjonali bħala għodda għas-suċċess tal-impjegati u element kostitwenti għall-ekonomija tal-UE fl-industrija 4.0 l-ġdida
197k
66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar it-tħeġġiġ u l-adattament tat-taħriġ vokazzjonali bħala għodda għas-suċċess tal-impjegati u element kostitwenti għall-ekonomija tal-UE fl-industrija 4.0 l-ġdida (2022/2207(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 179, 180 u 181 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 6, 9, 41, 153, 162, 165, 166 u 174 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 14, 15, 23, 25 u 26 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD),
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b’mod partikolari l-SDGs 4, 8 u 9,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża BX vs Unitatea Administrativ Teritorială D. (C-909-19)(1),
– wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u, b’mod partikolari, il-prinċipji 1, 3, 4 u 5 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” (COM(2020)0274),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019 dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023 dwar strateġija tal-UE biex tingħata spinta lill-kompetittività industrijali, lill-kummerċ u lill-impjiegi ta’ kwalità(5),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2020 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Parteċipazzjoni u l-Benesseri ta’ Persuni Akbar fl-Età fl-Era tad-Diġitalizzazzjoni,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza(6),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Osnabruck tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala faċilitatur tal-rkupru u tranżizzjonijiet ġusti lejn ekonomiji diġitali u ekoloġiċi,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti(7),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż(8),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(9),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali” (COM(2021)0118),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2016 bit-titolu “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta’ Suq Uniku Diġitali” (COM(2016)0180),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” (COM(2021)0350),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (COM(2020)0102),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” (COM(2020)0103),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ: Pont għall-Impjiegi għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0276),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ Ewropej: l-impjiegi u l-irkupru soċjali wara l-pandemija(10),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2017 bit-titolu “Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli: Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE” (COM(2017)0479),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2020)0212),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar l-istabbiliment taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 – mikrokredenzjali, kontijiet ta’ apprendiment individwali u apprendiment għal ambjent sostenibbli(11),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027: Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali” (COM(2020)0624) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2020)0209),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Digital Economy and Society Index (DESI) 2020: Human capital” (Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) 2020: Kapital uman),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2020 dwar it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet bħala bażi biex jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-impjegabbiltà, fil-kuntest ta’ appoġġ għall-irkupru ekonomiku u l-koeżjoni soċjali,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2020 dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2016 bit-titolu “L-industrija 4.0 u t-trasformazzjoni diġitali: It-triq ’il quddiem”,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Il-finanzjament sostenibbli għat-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet, fil-kuntest tal-għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzat”,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2018 bit-titolu “Il-futur tax-xogħol – il-ksib ta’ għarfien u ħiliet adegwati sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-impjiegi futuri”,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ April 2023 bit-titolu “Żvilupp ta’ kompetenza u ħiliet fil-kuntest tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali”,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-21 ta’ April 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021)0206),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2023/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet(12),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali pproklamata fil-15 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Global Gateway tal-UE,
– wara li kkunsidra l-istudju Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) ta’ Frar 2020 bit-titolu “Empowering adults through upskilling and reskilling pathways” (It-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-adulti permezz ta’ perkorsi ta’ taħriġ ta’ aġġornament u ta’ taħriġ mill-ġdid),
– wara li kkunsidra r-rapport konġunt tas-Cedefop u tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) tat-30 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Fostering skills use for sustained business performance: Evidence from the European Company Survey” (It-trawwim tal-użu tal-ħiliet għal prestazzjoni sostnuta tan-negozju: Evidenza mill-Istħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej)(13),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim għall-adulti 2021 - 2030(14),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0232/2023),
A. billi l-politiki dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet huma kompetenza tal-Istati Membri; billi l-UE għandha rwol dejjem aktar importanti biex tappoġġja, tistimola, tikkoordina u tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri;
B. billi l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), u b’mod partikolari t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u ta’ dawk li jkunu qed ifittxu impjieg, se jkomplu jiżdiedu, b’mod partikolari b’riżultat tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika; billi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti huma essenzjali biex jinżammu u jiġu attirati ħaddiema tas-sengħa; billi t-taħriġ ipprovdut lill-ħaddiema minn min jimpjegahom ma jridx jaffettwa b’mod negattiv ir-remunerazzjoni tal-ħaddiema;
C. billi t-tqabbil tal-ħiliet u l-aspirazzjonijiet tal-ħaddiema mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-UE li qed jevolvu huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-Sena tal-Ħiliet tal-UE;
D. billi fost l-akbar sfidi li qed jiffaċċjaw l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi (CVET) bħalissa hemm l-attraenza baxxa tagħhom meta mqabbla mal-edukazzjoni akkademika, in-nuqqas ta’ interess fost l-istudenti u n-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa;
E. billi t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika jista’ biss ikollhom suċċess jekk il-ħaddiema jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa;
F. billi l-implimentazzjoni ta’ CVET ta’ kwalità għolja tista’ timponi piż finanzjarju sinifikanti, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);
G. billi l-aċċess ugwali għall-VET, inklużi l-opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, kif ukoll opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, huwa kruċjali;
H. billi, fl-2021, 45 % tal-ħaddiema rrappurtaw li rċevew taħriġ imħallas minn min iħaddimhom matul l-aħħar 12-il xahar; billi dan is-sehem kien aktar baxx fost il-ħaddiema żgħażagħ, in-nisa, u l-ħaddiema b’kuntratti ta’ aġenzija għal żmien fiss u temporanji, u dan jindika inugwaljanzi fl-aċċess għat-taħriġ(15);
I. billi, fl-2021, 9,7 % ta’ dawk bejn it-18 u l-24 sena fl-UE kienu temmew biss l-edukazzjoni sekondarja għolja u ma kinux qed jipparteċipaw f’edukazzjoni jew taħriġ ulterjuri; billi 56 % ta’ nies Rom ta’ bejn is-16 u l-24 sena ma kinux impenjati fl-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) fl-2021;
J. billi, fl-2021, il-proporzjon ta’ persuni fl-UE ta’ bejn il-25 u l-64 sena fl-edukazzjoni jew it-taħriġ kien ta’ 10,8 %, u s-sehem ta’ persuni ta’ bejn il-25 u l-64 sena fl-edukazzjoni u t-taħriġ żdied b’1,7 punt perċentwali meta mqabbel mal-2020, u b’hekk reġa’ lura għal-livelli tal-2019, jew għal-livelli ta’ qabel il-COVID-19(16);
K. billi l-Ewropa qed tesperjenza swieq tax-xogħol li qed jiċkienu u, sal-2030, 40 % tal-Ewropej se jkunu qed jgħixu f’reġjuni fejn in-numru ta’ impjiegi qed jonqos(17); billi 77 % tal-kumpaniji tal-UE rrapportaw diffikultajiet biex isibu ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa; billi din id-diskrepanza fil-ħiliet bejn il-ħaddiema u l-impjiegi fis-suq tax-xogħol tal-UE ġġib magħha spejjeż sinifikanti għall-ekonomiji, il-kumpaniji u l-individwi; billi t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-fatturi li jindikaw il-kwalità tax-xogħol bħalma hija l-paga, l-awtonomija tal-impjegat u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, flimkien mal-investimenti fil-ħiliet u fit-tagħlim fil-livell tal-kumpaniji, jistgħu jwasslu biex in-nuqqas ta’ ħaddiema jittaffa(18);
L. billi objettiv wieħed tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa huwa li sal-2025 ikun hemm rata ta’ parteċipazzjoni fit-tagħlim ta’ 50 % fost dawk ta’ bejn il-25 u l-64 sena (meta mqabbel ma’ 38 % fl-2016); billi l-objettiv għall-parteċipazzjoni fost dawk ta’ bejn is-16 u l-74 sena b’minn tal-inqas ħiliet diġitali bażiċi huwa ta’ 70 % (meta mqabbel ma’ 56 % fl-2019); billi madwar 42 % tal-Ewropej ma għandhomx ħiliet diġitali bażiċi, inklużi 37 % ta’ dawk fil-forza tax-xogħol; billi l-Unjoni trid li sal-2030 iżżid is-sehem tal-popolazzjoni b’minn tal-inqas il-ħiliet diġitali bażiċi għal 80 %;
M. billi l-VET u t-tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità jistgħu jikkontribwixxu biex jinkisbu l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR); billi wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-EPSR huwa li sal-2030 jintlaħaq sehem ta’ 60 % tal-adulti fit-taħriġ kull sena u mill-inqas 78 % f’impjieg;
N. billi l-mira tal-UE fl-ambitu tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti (15 % fl-2020) ma ntlaħqitx fiċ-ċiklu li għadda, b’mod partikolari fir-rigward tal-persuni li jagħmlu parti mill-gruppi vulnerabbli u emarġinati u/jew b’inqas opportunitajiet; billi l-anzjani huma l-grupp ta’ età bl-inqas probabbiltà li jipparteċipaw fit-tagħlim għall-adulti; billi dimensjonijiet oħra ta’ esklużjoni evalwati mill-Eurostat huma relatati mal-ġeneru u relatati mal-livell edukattiv u mal-istatus attiv tal-individwu fis-suq tax-xogħol;
O. billi l-inugwaljanzi fl-aċċess għat-tagħlim għall-adulti u l-VET għall-ħaddiema u għall-persuni li qed ifittxu xogħol għadhom jippersistu; billi l-livell ta’ edukazzjoni milħuq, il-grupp okkupazzjonali, is-settur ekonomiku tal-attività u d-daqs tal-istabbiliment kollha flimkien jiddeterminaw il-parteċipazzjoni tal-adulti fil-VET; billi l-ostakli l-aktar frekwenti fl-aċċess għat-tagħlim għall-adulti huma l-ispejjeż, l-inaċċessibbiltà, in-nuqqas ta’ infrastruttura tal-kura, il-litteriżmu baxx u l-istima personali baxxa; billi waħda minn kull tliet kumpaniji li ma jorganizzawx taħriġ isemmu l-ammont kbir ta’ xogħol u n-nuqqas ta’ ħin bħala raġunijiet, filwaqt li 28 % jindikaw spejjeż għoljin ta’ taħriġ vokazzjonali kontinwu(19); billi kemm il-ħin kif ukoll l-ispiża huma ostakli kbar għat-tagħlim għall-adulti minn perspettiva individwali;
P. billi 45 % biss tal-ħaddiema fl-Unjoni jistgħu jużaw l-għarfien u l-ħiliet attwali tagħhom fl-impjieg ewlieni tagħhom, filwaqt li għall-kumplament, parti mill-għarfien u l-ħiliet tagħhom mhumiex utilizzati biżżejjed(20); billi minbarra n-nuqqas ta’ ħaddiema u d-diskrepanzi fil-ħiliet, id-diffikultajiet biex jiġu reklutati ħaddiema tas-sengħa jirriflettu wkoll kwalità batuta tax-xogħlijiet disponibbli, nuqqas ta’ politika tar-riżorsi umani orjentata lejn in-nies u opportunitajiet ta’ tfassil tax-xogħol mhux sfruttati(21);
Q. billi r-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali, li tinkludi d-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-provvista tas-servizzi u tal-proċessi ta’ produzzjoni, qed tfassal is-swieq tax-xogħol u tal-edukazzjoni u s-soċjetajiet tal-lum, billi toħloq kemm sfidi u kif ukoll opportunitajiet għall-ħaddiema u l-kumpaniji bħalma huma l-għajbien ta’ xi kompiti u okkupazzjonijiet u l-ħolqien ta’ oħrajn, ir-riallokazzjoni dinamika tal-kompiti tax-xogħol u t-tfassil mill-ġdid tal-kontenut tax-xogħlijiet; billi jeħtieġ aktar investiment mill-kumpaniji biex jiżviluppaw VET b’saħħithom madwar l-Unjoni u jippromwovu kompetenzi adattati għall-ħidma b’teknoloġiji ġodda, bħall-produzzjoni u l-makkinarju intelliġenti, ir-robotika avvanzata, il-cloud computing, l-intelliġenza artifiċjali, l-ipproċessar tad-data u l-Internet tal-Oġġetti; jissottolinja l-importanza li, minn naħa, nakkomodaw il-ħtieġa ta’titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid u min-naħa l-oħra nindirizzaw id-distakk diġitali;
R. billi s-sehem tal-impjegati (11,8 %) u l-ħaddiema (11,5 %) fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti huwa ogħla meta mqabbel mal-popolazzjoni adulta inġenerali, iżda wera xejriet simili f’dawn l-aħħar snin; billi hemm differenzi sinifikanti f’dan ir-rigward bejn l-Istati Membri(22);
S. billi ċ-ċifri tal-Eurostat dwar l-intrapriżi fl-UE b’10 impjegati jew aktar (bl-esklużjoni tal-intrapriżi tas-settur finanzjarju) juru li 98 % jużaw il-kompjuters u 97 % għandhom aċċess għall-internet; billi madwar 60 % tal-persuni kollha attivi fis-suq tal-impjiegi jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets jew apparat portabbli ieħor fuq ix-xogħol(23);
T. billi tnaqqis fin-numru ta’ impjiegi b’livell medju ta’ ħiliet u b’paga medja jista’ jiġi osservat favur żieda fl-impjiegi b’pagi baxxi u b’livell baxx ta’ ħiliet minħabba l-awtomatizzazzjoni tax-xogħol;
U. billi 21 % tal-ħaddiema fl-Ewropa jindikaw li l-funzjonijiet tax-xogħol primarju tagħhom inbidlu minħabba l-introduzzjoni ta’ software jew hardware ġdid(24);
V. billi l-edizzjoni tal-2022 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea turi riżultati mtejba fl-innovazzjoni matul is-snin 2015-2022; billi għad hemm disparitajiet serji bejn l-Istati Membri(25);
W. billi tlieta minn kull erba’ kumpaniji tal-UE jiffaċċjaw diffikultajiet biex isibu persunal bil-ħiliet it-tajba(26); billi hemm diskrepanza emerġenti fil-ħiliet;
X. billi l-ħiliet trażversali bħalma huma l-ħiliet ta’ man-nies, il-multilingwiżmu, il-ħiliet ta’ tagħlim, il-komunikazzjoni, it-trattament tal-klijent, is-soluzzjoni tal-problemi, il-ħsieb kritiku, l-intraprenditorija, il-kreattività, il-kompetenzi interkulturali, il-ħidma f’tim u l-litteriżmu diġitali u fil-media qed jiġu vvalutati dejjem aktar minn min iħaddem bħala kruċjali għall-impjieg; billi l-ħiliet trażversali għandhom impatt li jmur lil hinn mill-impjieg u jirrikjedu bidla fil-mentalità tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-VET;
Y. billi l-kompetenzi li ġejjin ġew identifikati u maqbula mill-Istati Membri kollha bħala essenzjali biex jiġi żgurat approċċ ta’ tagħlim tul il-ħajja: il-litteriżmu, il-multilingwiżmu, il-kompetenzi fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), il-kompetenzi diġitali, il-kompetenzi personali, soċjali u ta’ tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem kompetenzi, il-kompetenza ċivika, il-ħiliet interkulturali u l-intraprenditorija; billi hemm nuqqas sproporzjonat ta’ nisa li jipparteċipaw fl-iSTEM;
Z. billi bejn l-2020 u l-2021 sitta minn kull għaxar ħaddiema tal-UE+ wettqu mill-inqas attività ta’ edukazzjoni u taħriġ formali jew mhux formali biex jitgħallmu ħiliet relatati mal-impjieg(27);
AA. billi l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv sinifikanti fuq l-implimentazzjoni sistematika tal-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ; billi l-kriżi relatata biddlet il-mod tax-xogħol u saħħet il-ħtieġa li naġġornaw ir-repertorju tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol Ewropea, speċjalment f’termini ta’ ħiliet diġitali;
AB. billi hemm domanda dejjem akbar għall-ħiliet diġitali; billi teknoloġiji diġitali ġodda ġew introdotti f’44 % tal-postijiet tax-xogħol bejn l-2020 u l-2021; billi erbgħa minn kull għaxar impjegati adulti aktar spiss użaw teknoloġiji diġitali biex iwettqu xi parti mill-kompiti tax-xogħol tagħhom u madwar terz (36 %) ipparteċipaw aktar f’tagħlim online li għandu x’jaqsam mal-impjieg milli offline(28); billi t-tranżizzjoni diġitali lejn industrija 4.0 tirrikjedi li jiżdiedu l-ħiliet diġitali bażiċi għall-ħaddiema kollha u li jiġi aġevolat l-akkwist ta’ ħiliet diġitali aktar avvanzati, filwaqt li jiġi żgurat ir-rikonoxximent xieraq tagħhom fl-Istati Membri kollha; billi għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-riskji u għalhekk għall-forniment ta’ ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà u s-sikurezza diġitali;
AC. billi l-kompiti jistgħu jiġu awtomatizzati f’ħafna setturi u sa punti differenti, u dan jirriżulta f’bidliet sinifikanti fl-impjiegi, fil-produttività tax-xogħol, fir-rekwiżiti tal-ħiliet u fid-daqs tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni b’differenzi reġjonali qawwija; billi 35 % tal-ħaddiema jibżgħu li t-teknoloġiji diġitali ġodda jistgħu jew sejrin iwettqulhom xogħolhom kompletament jew parzjalment fil-futur(29); billi 45 % huma mħassba wkoll dwar il-ħiliet teknoloġiċi li ma għadhomx jintużaw u l-ħtieġa li jinkisbu għarfien u ħiliet ġodda; billi 49 % tal-attivitajiet li n-nies huma mħallsa jagħmlu fl-ekonomija globali hemm potenzjal li jsiru awtomatizzati billi t-teknoloġija li qed tintwera bħalissa tiġi adattata(30);
AD. billi wieħed minn kull ħames ħaddiema adulti tal-UE+ (u 31 % ta’ dawk li ma jużawx it-teknoloġija diġitali) jibbenefikaw minn taħriġ fl-aktar ħiliet diġitali bażiċi, jiġifieri n-navigazzjoni fuq l-internet; billi minn 70 % sa 90 % jistgħu jiġu mħarrġa mill-ġdid f’bażijiet ta’ data aktar avvanzati u f’ħiliet ta’ programmazzjoni tal-kompjuter(31);
AE. billi, skont il-miri tal-UE, 75 % tal-kumpaniji tal-UE għandhom jużaw teknoloġiji tal-cloud computing, Intelliġenza Artifiċjali u big data u aktar minn 90 % tal-SMEs għandhom jilħqu mill-inqas livell bażiku ta’ intensità diġitali(32);
AF. billi l-allinjament tal-kurrikuli u l-aspirazzjonijiet tan-nies mal-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa biex jinkiseb kemm it-tisħiħ personali u professjonali u kif ukoll jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tas-soċjetà huwa waħda mill-isfidi ewlenin għas-sistemi edukattivi tal-Istati Membri; billi aktar minn nofs it-tfal li jidħlu fl-iskola primarja se jkunu impjegati f’impjiegi li ma jeżistux bħalissa;
AG. billi huwa kruċjali li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet u inċentivi ottimali biex jippermettu lil min iħaddem ikollu aċċess għal VET ta’ kwalità għolja li se jiżguraw esperjenza ta’ tagħlim utli u l-iżvilupp ta’ sett ta’ ħiliet rilevanti għall-impjegati;
AH. billi l-promozzjoni ta’ proċess ta’ tagħlim ibbażat fuq il-kompetenza tista’ tiżgura l-adattabbiltà bla xkiel tal-proċess ta’ tagħlim għall-ħtiġijiet tal-istudenti u l-bidliet soċjetali li qed iseħħu b’ritmu mgħaġġel;
AI. billi, matul is-snin, in-natura, il-kwalità, il-perċezzjoni u l-evalwazzjoni soċjetali tal-VET evolvew, u dan sar bis-saħħa, fost l-oħrajn, ta’ kampanji u politiki dwar il-VET, prospetti ta’ karriera aħjar, opportunitajiet ta’ mobilità, u s-soluzzjonijiet diġitali fl-edukazzjoni; billi, minkejja t-titjib fl-istatus u l-immaġni tal-VET, ta’ spiss għadhom ma humiex l-ewwel għażla fost iż-żgħażagħ u huma meqjusa bħala għażla sekondarja u inqas attraenti, wara l-edukazzjoni ġenerali;
AJ. billi l-bidliet demografiċi fl-Istati Membri qed jaċċelleraw u huma mistennija jkomplu jagħmlu dan fid-deċennji li ġejjin, u jsaħħu l-ħtieġa li jsir użu mill-potenzjal sħiħ tal-adulti kollha fl-età tax-xogħol permezz ta’ investimenti kontinwi fil-ħiliet tagħhom, l-għarfien u l-kwalifiki kif ukoll permezz tat-tqegħid ta’ aktar persuni f’impjieg attiv; billi l-kumpaniji jistgħu jgħaddu minn problemi relatati mat-telf ta’ għarfien meta l-ħaddiema li jkollhom l-esperjenza jirtiraw; billi l-postijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ; billi huwa kruċjali li jitrawwem it-tagħlim bejn ħaddiema b’aktar esperjenza u dawk b’inqas esperjenza fil-kumpaniji u li jiġi żgurat it-trasferiment tal-għarfien, anki minn ġenerazzjoni għal oħra, permezz ta’ programmi ta’ tutoraġġ, coaching u mentoraġġ;
AK. billi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u aċċess għal sistemi ta’ sigurtà soċjali, servizzi soċjali ta’ kwalità u ambjent ta’ għajxien attraenti se jkollhom rwol prominenti fiż-żamma u l-attrazzjoni ta’ ħaddiema tas-sengħa; billi t-tisħiħ tal-iżvilupp personali u l-gwida għat-tagħlim minn età bikrija u l-appoġġ għall-aċċess ugwali għall-informazzjoni jistgħu jgħinu lin-nies jagħżlu perkorsi ta’ tagħlim adatti għal opportunitajiet ta’ impjieg ta’ kwalità;
AL. billi għadhom għaddejjin bidliet demografiċi; billi huwa stmat li l-popolazzjoni tal-Ewropa fl-età tax-xogħol (ta’ bejn l-20 u l-64 sena) se tkun qed tonqos b’0,4 % kull sena minn issa sal-2040; billi t-tnaqqis demografiku qed jikkawża wkoll bidliet fl-istruttura tas-suq tax-xogħol u domanda dejjem akbar għal ħaddiema f’ċerti setturi, bħalma huwa s-settur tal-kura tas-saħħa jew is-settur tal-kura;
AM. billi 28 settur ġew ikklassifikati bħala li għandhom nuqqasijiet ta’ ħaddiema tas-sengħa, inklużi l-kura tas-saħħa, l-ospitalità, il-kostruzzjoni, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà; billi hemm nuqqas ġenerali ta’ ħaddiema, b’mod partikolari nisa, bi sfondi ta’ STEM; billi l-għalliema huma wieħed mill-aktar ħames impjiegi bi skarsezzi fl-Ewropa, b’differenzi bbażati fuq ir-reġjuni ġeografiċi u s-suġġetti, li jħallu impatt fuq il-kapaċità li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ li l-istudenti kollha jeħtieġu sabiex jadattaw għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika kif ukoll ir-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali;
AN. billi d-domanda dejjem tikber ta’ min iħaddem għal ħiliet speċifiċi turi l-ħtieġa ta’ impenn aktar b’saħħtu tal-kumpaniji fil-VET;
AO. billi l-Parlament Ewropew ikkundanna ripetutament il-prattika ta’ traineeships mhux imħallsa bħala forma ta’ sfruttament ta’ ħaddiema żgħażagħ u ksur tad-drittijiet tagħhom;
AP. billi, bħala parti mill-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippermetti lill-persuni b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti u jipparteċipaw bis-sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja; billi huwa kruċjali li jiġu pprovduti opportunitajiet aħjar għall-persuni b’diżabilità biex jipparteċipaw fil-VET u jiksbu ħiliet ġodda, u dan huwa prerekwiżit għall-impjieg u l-indipendenza;
1. Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, biex il-potenzjal sħiħ tal-individwi jiġi sfruttat bl-aktar mod għaqli, kif ukoll biex ikun hemm żvilupp sostenibbli tal-Unjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi l-aktar vulnerabbli jew żvantaġġati; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (EVETA)(33);
2. Jenfasizza li l-impjegati għandu jkollhom aċċess għal taħriġ vokazzjonali matul il-ħinijiet tax-xogħol;
3. Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata t-tranżizzjoni doppja tal-postijiet tax-xogħol li tkun sostenibbli u ġusta, filwaqt li tinżamm il-forza tax-xogħol eżistenti; jisħaq li min iħaddem għandu jipprovdi taħriġ intern lill-ħaddiema, filwaqt li jiżgura miżuri ta’ appoġġ għall-persuni li jiffaċċjaw diffikultajiet fir-rigward tat-taħriġ;
4. Jisħaq li kull persuna teħtieġ opportunitajiet biex tiżviluppa, taġġorna u ttejjeb il-ħiliet tagħha sabiex tlaħħaq mar-realtajiet tax-xogħol li qed jinbidlu malajr fid-dinja tax-xogħol u biex tirnexxi fil-ħajja personali u fil-karriera tagħha; jisħaq li dan jirrikjedi approċċ sistemiku għat-tagħlim u l-iżvilupp tal-ħiliet tul il-ħajja, appoġġjat minn edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali (IVET) li jkunu aċċessibbli, ta’ kwalità u inklużivi, kif ukoll sistemi ta’ CVET li jiffunzjonaw tajjeb u moderni biex l-adulti kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ, u biex jingħata appoġġ lil min iħaddem biex jipprovdi tali taħriġ; jiddispjaċih dwar il-fatt li n-nisa huma sottorappreżentati fl-iSTEM u fil-VET; jissottolinja l-importanza li jiżdied l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa f’dan ir-rigward u li kwalunkwe sterjotip marbut ma’ dan jiġi indirizzat;
5. Jissottolinja l-ħtieġa ta’ inklużjoni attiva taż-żgħażagħ u l-anzjani fil-proċess ta’ tagħlim vokazzjonali sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fir-rigward tal-ħiliet u t-taħriġ vokazzjonali;
6. Jenfasizza li xi wħud mill-fatturi li jfixklu l-VET fil-livell tal-kumpanija huma:
–
in-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-VET bħala opportunità ta’ karriera u mod ta’ kif jitjiebu r-reżiljenza u l-eċċellenza;
–
it-twemmin ta’ min iħaddem li l-ħiliet u l-kwalifiki disponibbli tal-persunal tiegħu huma suffiċjenti u xierqa;
–
il-preferenza tal-kumpaniji li jirreklutaw persunal ġdid minflok ma jipprovdu taħriġ mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti tagħhom;
–
l-ostakli għall-forniment ta’ taħriġ, inkluż l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet u l-aċċessibbiltà għat-taħriġ ipprovdut minn min iħaddem (f’termini kemm ta’ post kif ukoll ta’ u ħin) u l-ammont kbir ta’ xogħol tal-impriżi;
–
it-tentattivi biex ir-responsabbiltà tat-taħriġ tiġi ttrasferita minn fuq min iħaddem għall-ħaddiema;
–
id-diskriminazzjoni abbażi tal-età, bħal meta l-ħaddiema akbar fl-età ma jitħallewx jipparteċipaw fit-taħriġ;
–
in-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-ħiliet miksuba lil hinn mill-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u bl-iskop li jwasslu għall-iżvilupp individwali tal-ħaddiem;
7. Jenfasizza r-rwol ewlieni tas-sħab soċjali fir-rigward tal-VET; jisħaq fuq l-importanza ta’ djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb u r-rwol tal-ftehimiet kollettivi biex jiġi żgurat il-forniment tal-VET lill-ħaddiema kollha;
8. Ifakkar li n-nuqqas ta’ ħiliet u ħaddiema huwa, f’xi każijiet, ir-riżultat ta’ impjiegi mhux attraenti u kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena; jenfasizza għalhekk li l-indirizzar ta’ dawk il-kwistjonijiet, permezz ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u politiki ta’ żamma, huwa importanti għal suq tax-xogħol futur li jiffunzjona tajjeb; jisħaq li t-titjib tal-kwalità tal-impjiegi f’setturi u kumpaniji b’kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol huwa element importanti biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-eżodu ta’ mħuħ, li tirriżulta f’inugwaljanzi dejjem jikbru bejn ir-reġjuni, żvilupp mhux ugwali kif ukoll kapaċità mhux ugwali biex tiġi xprunata l-innovazzjoni u jinħolqu l-impjiegi;
9. Jinnota li l-kisba ta’ firxa ta’ ħiliet relatati mal-użu ta’ software bażiku jew magni kompjuterizzati sempliċi għandha tiġi pprovduta u mħallsa minn kull min iħaddem, peress li din il-kisba ta’ ħiliet tifforma l-qalba tat-tranżizzjoni doppja;
10. Jenfasizza li l-politiki tal-VET jibqgħu frammentati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu lejn konverġenza akbar bejn is-sistemi nazzjonali abbażi tal-aħjar prattiki; jirrimarka li s-sistemi tal-VET effiċjenti jirrikjedu l-iżvilupp ta’ strateġiji sistematiċi u riżorsi xierqa, allinjati mal-istrateġiji marbuta mal-ħiliet, żviluppati permezz tad-djalogu soċjali biex in-nies jingħataw is-setgħa, biex jiksbu għajnuna ħalli jisfruttaw bl-aħjar mod il-potenzjal tagħhom u biex tiġi żgurata kompetittività ekonomika sostenibbli;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprojbixxu l-prattika tat-traineeships mhux imħallsa u jipproponu qafas legali komuni biex tiġi żgurata remunerazzjoni ġusta għat-traineeships u għall-apprendistati sabiex jiġu evitati prattiki ta’ sfruttament;
12. Jenfasizza l-importanza tal-VET għall-persuni b’diżabilità u b’diffikultajiet fit-tagħlim; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji u li jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għal kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni NEET, għal dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, għall-ħaddiema ta’ età akbar, għall-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet u għal dawk li qegħdin ifittxu impjieg, kif ukoll għall-persuni li jgħixu f’żoni remoti jew rurali jew għan-nies li jagħmlu parti minn gruppi emarġinati li jesperjenzaw ostakli istituzzjonali, ambjentali u ta’ attitudni, biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema; jissottolinja li tali opportunitajiet ta’ taħriġ għandhom jipprovdu ħiliet għall-impjiegi lesti għall-futur, inkluż matul it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid ta’ persuni li jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol billi, pereżempju, jadattaw it-titjib tat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid għall-kapaċitajiet u x-xewqat tagħhom u jiżguraw appoġġ imfassal apposta għall-bżonnijiet tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili peress li dawn għandhom rwol ewlieni biex jilħqu nies minn sfondi differenti;
13. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu pprovduti VET għall-adulti fil-livell individwali, inkluż għal persuni bi kwalifiki baxxi u b’livell baxx ta’ ħiliet, għal dawk li għandhom l-inqas aċċess għal taħriġ fil-ħiliet u l-kompetenzi bażiċi, kif ukoll għal persuni ta’ età akbar, nisa, persuni b’diżabilità u dawk li qed jipprovaw jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol wara assenzi twal ikkawżati minn, fost l-oħrajn, problemi tas-saħħa kroniċi jew serji, jew ikkawżati mill-bżonn li jagħtu kura informali; jisħaq li għandhom jiġu pprovduti appoġġ u inċentivi xierqa u li l-perkorsi ta’ tagħlim tal-VET għandhom ikunu flessibbli, iffokati fuq l-istudent u orjentati lejn ir-riżultati; jissottolinja l-importanza tal-appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju, tal-iżvilupp ta’ gwida għall-karrieri u tal-kampanji ta’ informazzjoni dwar il-VET biex tinkiseb parteċipazzjoni ogħla u inklużiva fl-opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ; jissottolinja, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-leave mħallas għat-taħriġ;
14. Itenni l-appell tiegħu lil min iħaddem biex jinvesti fl-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-ħaddiema tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika kif ukoll il-ħiliet personali trażversali;
15. Jirrimarka li l-impriżi, b’mod partikolari l-SMEs, l-organizzazzjonijiet ta’ ekonomija soċjali u dawk mingħajr skop ta’ qligħ, jeħtiġilhom ikunu involuti, imħeġġa u appoġġjati b’mod estensiv mill-Unjoni Ewropea biex jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet aċċessibbli u inklużiv għal kulħadd, li ma jħalli lil ħadd jibqa’ lura;
16. Jinnota li l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni NEET u gruppi vulnerabbli oħra għandha ssir enfasi ewlenija u pedament ta’ VET ta’ kwalità għolja, u din tirrikjedi ħiliet trażversali speċifiċi mill-għalliema u minn min iħarreġ; ifakkar li l-ħiliet u l-kompetenzi trażversali qed jintużaw dejjem aktar fil-kurrikuli tal-VET tal-Istati Membri; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-validazzjoni u r-rikonoxximent formali tal-ħiliet u l-kompetenzi, b’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz tal-edukazzjoni jew l-esperjenza mhux formali u informali, bħall-għoti ta’ kura fit-tul jew il-volontarjat, kif ukoll fir-rigward tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba f’pajjiżi terzi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-għodod attwali u jiġu esplorati għodod oħra biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi; jappella għal qafas komuni għar-rikonoxximent tal-ħiliet trażversali;
17. Jissottolinja l-ħtieġa ta’ kultura ta’ tagħlim ġdida orjentata lejn l-iżvilupp ta’ ħiliet trażversali f’ambjenti ta’ tagħlim formali, informali u mhux formali, li tiżgura li l-adulti kollha, l-adulti żgħażagħ u ż-żgħażagħ kollha jingħataw is-setgħa għall-impjiegi kif ukoll għal parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u fl-iżvilupp personali, b’mod partikolari permezz tal-kisba ta’ ħiliet bħalma huma s-servizz lill-konsumatur, il-ħiliet interpersonali, li jinkludu l-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni, is-soluzzjoni tal-problemi, il-ġestjoni, li tinkludi l-ġestjoni tal-ħin, il-ħsieb kritiku, it-tagħlim dwar kif titgħallem, il-kompetenzi fir-rigward tas-sostenibbiltà, u l-ħiliet diġitali, inklużi l-kompetenzi fiċ-ċibersigurtà;
18. Jissottolinja l-importanza ta’ tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol u li tinkiseb esperjenza prattika; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-eżempji tal-aħjar prattiki relatati mas-sistemi ta’ edukazzjoni doppji, li jgħaqqdu apprendistati ta’ kwalità f’impriżi ma’ edukazzjoni skolastika vokazzjonali, u b’hekk jgħaqqdu d-dinja tax-xogħol mad-dinja tal-edukazzjoni u jagħtu liż-żgħażagħ l-aċċess għas-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw is-sistemi ta’ edukazzjoni doppja; jistieden għalhekk lill-kumpaniji jagħtu aktar attenzjoni lir-rwol tal-VET u lit-tagħlim tul il-ħajja; jisħaq fuq il-ħtieġa li min iħaddem jiddedika parti sostanzjali mir-riżorsi tiegħu biex jiżgura li l-impjegati tiegħu jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bl-aħħar teknoloġiji u f’ambjenti organizzattivi ġodda, kif ukoll biex jipprevjeni l-esklużjoni diġitali; jistieden ukoll lill-kumpaniji jippermettu livelli għoljin ta’ diskrezzjoni tal-kompiti u parteċipazzjoni organizzattiva tal-ħaddiema, peress li dawn il-forom ta’ organizzazzjoni tax-xogħol huma assoċjati ma’ aċċess aħjar għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet; jirrimarka li min iħaddem għandu jistinka biex jipprovdi kundizzjonijiet xierqa u spazju sikur għall-ħaddiema li jkunu fi triqithom biex jiksbu jew li jkunu jixtiequ jiksbu edukazzjoni formali jew mhux formali u biex jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-SMEs, li għalihom huwa partikolarment ta’ sfida li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet; jisħaq li l-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jibbenefikaw minn kooperazzjoni strutturata ma’ esperti mill-VET;
19. Ifakkar fir-rwol fundamentali tal-għalliema u ta’ dawk li jħarrġu li jaħdmu b’mod parallel fl-istituzzjonijiet tal-VET u fil-kumpaniji, u li jistgħu jgħinu biex jorbtu l-provvista tal-VET aktar mill-qrib mal-ħtiġijiet tal-impjegaturi billi jġibu l-innovazzjoni fl-iskejjel u jindirizzaw in-nuqqas ta’ għalliema tal-VET; ifakkar li kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet tal-VET u l-kumpaniji tista’ tindirizza b’mod effiċjenti n-nuqqas ta’ għalliema tal-VET u tqarreb il-kurrikuli tal-VET lejn il-ħtiġijiet tal-impjegaturi; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-għalliema u dawk li jħarrġu jakkwistaw kompetenzi ġodda billi jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ titjib fil-ħiliet u taħriġ mill-ġdid; jissottolinja li l-ftuħ ta’ korsijiet ta’ żvilupp professjonali kontinwu (CPD) mogħtija fl-iskejjel tal-VET lil dawk li jħarrġu u, bil-maqlub, l-offerta ta’ taħriġ fil-kumpanija lill-għalliema tal-iskejjel tal-VET, jistgħu jkunu ta’ benefiċċju reċiproku biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom filwaqt li jassoċjawhom fit-tfassil tal-kurrikuli; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet edukattivi jinvestu b’mod urġenti u jelaboraw aktar l-istrateġiji ta’ CPD tagħhom għall-għalliema tal-VET u għal dawk li jħarrġu u jipprovdulhom rikonoxximent aħjar;
20. Jisħaq li sabiex jirrispondu b’mod adegwat għall-ħtiġijiet tal-industriji li qed jittrasformaw u l-isfidi maħluqa mit-tranżizzjoni doppja, kif ukoll biex l-industrija Ewropea tinżamm kompetittiva fis-swieq globali, se jkun meħtieġ investiment kontinwu fl-infrastruttura tas-CVET, fit-taħriġ tal-għalliema, u fis-sistemi tal-aċċertament tal-kwalità;
21. Jistieden lill-Istati Membri kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kkonċernati jsaħħu l-miżuri għall-ġlieda kontra l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż permezz tat-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u miżuri ddedikati ċċentrati fuq l-iżvilupp professjonali;
22. Jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, huma strumenti importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw miżuri mmirati lejn gruppi żvantaġġati u b’livell baxx ta’ ħiliet, b’enfasi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ li jippermettu l-iżvilupp ta’ ħiliet soċjali, xjentifiċi u professjonali, b’mod partikolari l-ħiliet diġitali bażiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kkonċernati jiżguraw id-diversifikazzjoni tal-offerta tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
23. Jisħaq fuq il-ħtieġa li min iħaddem irawwem it-tagħlim bejn il-ħaddiema ta’ aktar esperjenza u dawk ta’ inqas u b’hekk jonqsu d-differenzi fil-ħiliet; jirrakkomanda, għalhekk, anki fid-dawl tal-bidla demografika, li jinħolqu inċentivi għall-mentoraġġ biex il-ħiliet u l-esperjenza jkunu jistgħu jinqasmu, anki bejn il-ġenerazzjonijiet, biex jitħeġġeġ it-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema kollha u biex jiġu indirizzati l-iskarsezzi ta’ ħaddiema u d-diskrepanzi fir-rigward tax-xogħol; jissottolinja l-importanza tal-volontarjat, li jista’ jikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;
24. Jistieden lill-kumpaniji jużaw metodi biex ibassru l-impatt tal-intelliġenza artifiċjali fuq l-impjiegi, bħat-tagħlim sorveljat tal-magni bil-għan, fost l-oħrajn, li jidentifikaw l-okkupazzjonijiet fejn il-bidliet huma l-aktar probabbli u jadattaw għalihom fl-aħjar ħin;
25. Iħeġġeġ lill-kumpaniji jgħinu lill-ħaddiema jassumu responsabbiltà akbar għall-karrieri tagħhom billi jindikaw perkorsi tal-karrieri alternattivi u jgħinuhom jiddeterminaw dak li għandhom jimmiraw għalih, jissuġġerixxu l-ħiliet meħtieġa għal dan u jorganizzaw taħriġ xieraq f’dan ir-rigward; jirrakkomanda li din l-offerta tiġi pprovduta wkoll għall-persuni li jkunu għaddejjin minn edukazzjoni professjonali/industrijali (studenti u apprendisti) permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji u l-istabbilimenti edukattivi;
26. Jiġbed l-attenzjoni għall-opportunitajiet u l-isfidi li jirriżultaw mill-għadd dejjem akbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE, bħala riżultat, fost affarijiet oħra, tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jissottolinja l-importanza li jingħata appoġġ lill-migranti, lill-applikanti għall-ażil u lir-rifuġjati biex itejbu l-ħiliet tagħhom u jitħarrġu mill-ġdid u jkollhom aċċess għal impjiegi ta’ kwalità u informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali; jenfasizza li l-miżuri ewlenin biex isir użu aħjar mill-potenzjal tagħhom jinkludu l-finanzjament tat-tagħlim tal-lingwi bħala bażi għall-komunikazzjoni u x-xogħol, kif ukoll l-iffaċilitar tar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom; jissottolinja r-rwol kruċjali tas-sistemi u l-mogħdijiet tal-VET, inklużi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, bħala għodod ewlenin għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-applikanti għall-ażil, il-migranti, u r-refuġjati;
27. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-persuni kollha fis-soċjetà, speċjalment l-anzjani, li jippermettilhom jitgħallmu u jiksbu ħiliet ġodda u jibqgħu attivi fiżikament u mentalment;
28. Jisħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni vokazzjonali u l-kisba ta’ ħiliet u kompetenzi ġodda, speċjalment dawk meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u t-tranżizzjoni diġitali; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-VET, inklużi s-sħab soċjali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti, kurrikuli li jenfasizzaw fuq impjiegi meħtieġa biex jadattaw għall-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika u t-tranżizzjoni diġitali;
29. Filwaqt li jqis l-fatt li l-promozzjoni tal-Patt għall-Ħiliet hija wieħed mill-modi biex jinkiseb dan, jistieden lill-Kummissjoni tfassal is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 b’mod olistiku fuq bażi wiesgħa, filwaqt li tevita r-rappreżentazzjoni tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet bħala sempliċement mezz biex jiżdiedu l-kompetittività u l-impjegabbiltà;
30. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni ma’ korpi konsultattivi tripartitiċi u l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistat, iwettqu kampanji u attivitajiet edukattivi, inkluż matul is-Sena Ewropea tal-Ħiliet u permezz ta’ avvenimenti bħall-Euroskills, sabiex jippromwovu l-attraenza u l-opportunitajiet offruti mill-VET ta’ kwalità u t-tagħlim għall-adulti, kif ukoll iwettqu skambju tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam;
31. Jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi relatati mal-VET u jipprovdu assistenza, bħal servizzi ta’ konsulenza, lil ċerti impriżi, bħall-SMEs u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, biex jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ taħriġ u japplikaw għal appoġġ finanzjarju; jindika li, meta l-SMEs ma jkunux jistgħu joffru korsijiet ta’ taħriġ, tali taħriġ ikun jista’ jiġi pprovdut minn organizzazzjonijiet bħall-kmamar tal-artiġjanat jew il-kmamar tal-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-investiment f’miżuri li għandhom l-għan li jintegraw iż-żgħażagħ żvantaġġati u lill-persuni NEET fis-suq tax-xogħol kif ukoll li jnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola, li huwa fatt partikolarment prominenti fost il-persuni Rom; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fis-saħħa tat-tfal tal-iskola u tal-istudenti, jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola u jappoġġjaw il-konsulenza dwar l-istudji u l-karriera; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), mill-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza u mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta f’dan il-kuntest;
32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-investiment permezz tal-FSE+ biex jappoġġjaw miżuri li għandhom l-għan li jintegraw liż-żgħażagħ żvantaġġati u lill-persuni NEET fis-suq tax-xogħol kif ukoll biex inaqqsu r-rata tat-tluq bikri mill-iskola;
33. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jistabbilixxu mekkaniżmu għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji li joffru apprendistati u taħriġ ta’ kwalità għolja f’konformità mal-istandards ta’ kwalità tal-Qafas Ewropew għall-Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati u appoġġjati;
34. Jenfasizza l-benefiċċji li l-mobbiltà internazzjonali tipprovdi kemm lill-istudenti kif ukoll lill-edukaturi fil-VET u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ffaċilitati skemi ta’ mobbiltà, filwaqt li jitnaqqsu l-ostakli eżistenti għall-mobbiltà; ifakkar li l-parteċipanti fil-VET huma eliġibbli għall-Erasmus+ u jissottolinja li l-appoġġ fi ħdan dan il-programm għandu jkun adattat għall-isfond soċjoekonomiku u l-ħtiġijiet tal-parteċipanti, filwaqt li jitqies ukoll l-għoli tal-ħajja fl-Istati Membri ospitanti; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw is-Sena Ewropea tal-Ħiliet biex joħolqu momentum ħalli jkomplu jsaħħu l-qafas ta’ mobbiltà tat-tagħlim vokazzjonali;
35. Jisħaq li jeżistu kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet relatati mal-iżviluppi teknoloġiċi, partikolarment dawk fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u r-realtà virtwali, li se jibdlu l-qasam tal-VET, anke f’termini li se jagħmlu l-opportunitajiet ta’ taħriġ aktar aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għal ammont akbar ta’ kumpaniji u ħaddiema; jenfasizza r-responsabbiltà li l-istituzzjonijiet edukattivi u min iħaddem għandhom biex jippreparaw lill-istudenti, lill-apprendisti u lill-ħaddiema għall-preżenza tal-intelliġenza artifiċjali fuq il-post tax-xogħol u biex jiżviluppaw, b’mod partikolari, ħiliet fil-ħsieb kritiku f’dan ir-rigward; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u min iħaddem sabiex jissaħħu l-kompetenzi diġitali u l-għarfien dwar l-għodod li jużaw l-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika;
36. Jilqa’ l-inizjattivi li għandhom l-għan li jżidu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-tagħlim, bħar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kontijiet tat-tagħlim individwali(34), u l-politiki ta’ valur tal-Istati Membri, bħal-leave edukattiv b’remunerazzjoni;
37. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
“Working conditions in the time of COVID-19: Implications for the future” (Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fi żmien il-COVID-19: Implikazzjonijiet għall-futur), Eurofound, 29 ta’ Novembru 2022, disponibbli fuq: https://www.eurofound.europa.eu/mt/publications/report/2022/working-conditions-in-the-time-of-covid-19-implications-for-the-future.
L-istatistika tal-Eurostat dwar it-tagħlim fost l-adulti, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Adult_learning_statistics.
McKinsey Global Institute, “The future of work in Europe: Automation, workforce transitions and the shifting geography of employment” (Il-futur tax-xogħol fl-Ewropa: Awtomatizzazzjoni, tranżizzjonijiet fil-forza tax-xogħol u l-ġeografija tal-impjiegi li qed tinbidel”, p. iv.
L-annessi tal-proposta għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill li takkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-Istrateġija Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli għall-2020 (COM(2019)0653), disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52019DC0653&rid=5.
Sommarju ta’ politika tas-Cedefop, “Challenging digital myths – First findings from Cedefop’s second European skills and jobs survey” (Nisfidaw il-miti diġitali – L-ewwel sejbiet mit-tieni stħarriġ tas-Cedefop dwar il-ħiliet u l-impjiegi), https://www.cedefop.europa.eu/files/9173_en.pdf.
Kif imsemmi fil-paragrafu 32 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż, ĠU C 205, 20.5.2022, p. 17.