Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (COM(2022)0142 – C9-0132/2022 – 2022/0095(COD))(1)
(1) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew25 hu l-istrateġija ta’ tkabbir sostenibbli tal-Ewropa li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, kompetittiva, newtrali għall-klima u ċirkolari. Dan jistabbilixxi l-objettiv ambizzjuż li jkun żgurat li l-Unjoni ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Dan jirrikonoxxi l-vantaġġi tal-investiment fis-sostenibbiltà kompetittiva tal-Unjoni billi tibni Ewropa aktar ġusta, aktar ekoloġika u aktar diġitali. Il-prodotti jaqdu rwol ċentrali f’din it-tranżizzjoni ekoloġika. Filwaqt li jenfasizza li l-proċessi ta’ produzzjoni u x-xejriet ta’ konsum attwali jibqgħu lineari wisq u jiddependu fuq il-volum ta’ materjali ġodda estratti, innegozjati u pproċessati u finalment jintremew bħala skart jew emissjonijiet, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal tranżizzjoni lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari u jenfasizza l-progress sinifikanti li għad irid isir. Dan jidentifika wkoll l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi fl-2030 u fl-2050.
(1) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew25 hu l-istrateġija ta’ tkabbir sostenibbli tal-Ewropa li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, kompetittiva, newtrali għall-klima u ċirkolari u ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. Dan jistabbilixxi l-objettiv ambizzjuż li jkun żgurat li l-Unjoni ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Dan jirrikonoxxi l-vantaġġi tal-investiment fis-sostenibbiltà kompetittiva tal-Unjoni billi tibni Ewropa aktar ġusta, aktar ekoloġika u aktar diġitali. Il-prodotti jaqdu rwol ċentrali f’din it-tranżizzjoni ekoloġika. Filwaqt li jenfasizza li l-proċessi ta’ produzzjoni u x-xejriet ta’ konsum attwali jibqgħu lineari wisq u jiddependu fuq il-volum ta’ materjali ġodda estratti, innegozjati u pproċessati u finalment jintremew bħala skart jew emissjonijiet, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal tranżizzjoni lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari u jenfasizza l-progress sinifikanti li għad irid isir. Dan jidentifika wkoll l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi fl-2030 u fl-2050.
__________________
__________________
25 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Patt Ekoloġiku Ewropew COM(2019) 640 final.
25 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Patt Ekoloġiku Ewropew COM(2019)640 final.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Biex titħaffef it-tranżizzjoni għal mudell ta’ ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni fasslet aġenda orjentata lejn il-futur fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva26 (CEAP), bl-objettiv li tagħmel il-qafas regolatorju adattat għal futur sostenibbli. Kif stabbilit f’dan il-pjan, bħalissa ma hemm l-ebda sett komprensiv ta’ rekwiżiti biex ikun żgurat li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jsiru dejjem aktar sostenibbli u li jkun hemm prova taċ-ċirkolarità. B’mod partikolari, id-disinn tal-prodott ma jippromwovix biżżejjed is-sostenibbiltà matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Minħabba f’hekk, il-prodotti qed jiġu sostitwiti ta’ spiss, li jinvolvu użu sinifikanti tal-enerġija u tar-riżorsi biex jiġu prodotti u distribwiti prodotti ġodda u jintremew dawk antiki. Għadu diffiċli wisq għall-operaturi ekonomiċi u għaċ-ċittadini biex jagħmlu għażliet sostenibbli fir-rigward ta’ prodotti minħabba li l-informazzjoni rilevanti u l-għażliet affordabbli biex jagħmlu dan huma nieqsa. Dan iwassal għal opportunitajiet mitlufa għas-sostenibbiltà u għal operazzjonijiet li jżommu l-valur, domanda limitata għal materjali sekondarji u ostakli għall-adozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari.
(2) Biex titħaffef it-tranżizzjoni għal mudell ta’ ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni fasslet aġenda orjentata lejn il-futur fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva26 (CEAP), bl-objettiv li tagħmel il-qafas regolatorju adattat għal futur sostenibbli. Il-pjan jissottolinja li, għaċ-ċittadini, l-ekonomija ċirkolari se tipprovdi prodotti ta’ kwalità għolja, funzjonali u sikuri, li jkunu effiċjenti u affordabbli, idumu jservu aktar u li jkunu maħsuba għal użu mill-ġdid, tiswija u riċiklaġġ ta’ kwalità għolja. Kif stabbilit f’dan il-pjan, bħalissa ma hemm l-ebda sett komprensiv ta’ rekwiżiti biex ikun żgurat li l-prodotti kollha introdotti fis-suq tal-Unjoni jsiru dejjem aktar sostenibbli u li jkun hemm prova taċ-ċirkolarità. B’mod partikolari, id-disinn tal-prodott ma jippromwovix biżżejjed is-sostenibbiltà matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Minħabba f’hekk, il-prodotti qed jiġu sostitwiti ta’ spiss, u dan jinvolvi użu sinifikanti tal-enerġija u tar-riżorsi biex jiġu prodotti u distribwiti prodotti ġodda u jintremew dawk antiki. Għadu diffiċli wisq għall-operaturi ekonomiċi u għaċ-ċittadini biex jagħmlu għażliet sostenibbli fir-rigward ta’ prodotti minħabba li l-informazzjoni rilevanti u l-għażliet affordabbli biex jagħmlu dan huma nieqsa. Dan iwassal għal opportunitajiet mitlufa għas-sostenibbiltà u għal operazzjonijiet li jżommu l-valur, domanda limitata għal materjali sekondarji u ostakli għall-adozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari.
__________________
__________________
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva COM(2020) 98 final.
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva COM(2020)98 final.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Id-disponibbiltà sigura u suffiċjenti ta’ materja prima kritika hija essenzjali għal tranżizzjoni doppja Ewropea b’suċċess filwaqt li tiġi żgurata industrija Ewropea kompetittiva. Huwa importanti li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ informazzjoni komprensivi dwar il-materjali, inkluż dwar il-materja prima kritika, u dwar il-prodotti introdotti fis-suq tal-Unjoni sabiex jitwettaq l-approċċ deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2020 dwar Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar1a u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar strateġija Ewropea għall-materja prima kritika1b.
__________________
1a Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar” (COM(2020)0474).
(4) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni, diġà tfaċċaw approċċi nazzjonali diverġenti għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, li jvarjaw mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar id-durata tal-kompatibbiltà tas-software tal-apparati elettroniċi għar-rapportar tal-obbligi dwar it-trattament ta’ oġġetti durabbli mhux mibjugħa. Din hija indikazzjoni li aktar sforzi nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament aktarx iwasslu għal aktar frammentazzjoni tas-suq intern. Għalhekk, biex jiġi salvagwardjat il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, hemm bżonn ta’ qafas regolatorju biex jiġu introdotti progressivament rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti. Dan ir-Regolament, billi jagħmel l-approċċ tal-ekodisinn stabbilit inizjalment fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 applikabbli għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ prodotti, jipprovdi qafas bħal dan.
(4) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni, diġà tfaċċaw approċċi nazzjonali diverġenti għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, li jvarjaw mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar id-durata tal-kompatibbiltà tas-software tal-apparati elettroniċi għar-rapportar tal-obbligi dwar it-trattament ta’ oġġetti durabbli mhux mibjugħa. Din hija indikazzjoni li aktar sforzi nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament aktarx iwasslu għal aktar frammentazzjoni tas-suq intern. Għalhekk, biex jiġi salvagwardjat il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, hemm bżonn ta’ qafas regolatorju ambizzjuż biex jiġu introdotti progressivament rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti. Dan ir-Regolament, billi jagħmel l-approċċ tal-ekodisinn stabbilit inizjalment fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 applikabbli għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ prodotti, jipprovdi qafas bħal dan.
__________________
__________________
29 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
29 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex jagħmel il-prodotti adatti għal ekonomija newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari, li tnaqqas l-iskart u tiżgura li l-prestazzjoni ta’ dawk li jinsabu fuq quddiem nett fis-sostenibbiltà ssir in-norma b’mod progressiv. Jenħtieġ li jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ġodda tal-ekodisinn biex jittejbu d-durabbiltà, l-użu mill-ġdid, l-aġġornament u l-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott, jittejbu l-possibbiltajiet għar-rinnovazzjoni u l-manutenzjoni, tiġi indirizzata l-preżenza ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti, tiżdied l-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi tagħhom, tonqos il-ġenerazzjoni mistennija tagħhom ta’ materjali tal-iskart u jiżdied il-kontenut riċiklat fil-prodotti, filwaqt li jkunu żgurati l-prestazzjoni u s-sikurezza tagħhom, tkun permessa l-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u jonqsu l-impronti tal-karbonju u ambjentali.
(5) Dan ir-Regolament se jappoġġa xejriet ta’ produzzjoni u ta’ konsum li jkunu allinjati mal-miri ta’ sostenibbiltà globali tal-Unjoni, inklużi dawk marbuta mal-klima, l-ambjent, l-enerġija, l-użu tar-riżorsi u l-bijodiversità, filwaqt li jirrispetta l-limiti planetarji, billi jistabbilixxi qafas leġiżlattiv li jikkontribwixxi biex jingħata lok għal prodotti adatti għal ekonomija newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari, jitnaqqas l-iskart u jiġi żgurat li l-prestazzjoni ta’ dawk li jinsabu fuq quddiem nett fis-sostenibbiltà ssir in-norma b’mod progressiv. Dan jenħtieġ li jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ġodda tal-ekodisinn biex jittejbu d-durabbiltà, l-użu mill-ġdid, il-possibbiltà ta’ titjib fil-kwalità, ir-riċiklabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott, jittejbu l-possibbiltajiet għar-rinnovazzjoni u l-manutenzjoni, tiġi indirizzata l-preżenza ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti, tiżdied l-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi tagħhom, tonqos il-ġenerazzjoni mistennija tagħhom ta’ materjali tal-iskart u jiżdied il-kontenut riċiklat fil-prodotti, filwaqt li jkunu żgurati l-prestazzjoni u s-sikurezza tagħhom, tkun permessa l-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u jonqsu l-impronti tal-karbonju u ambjentali.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Il-prattiki li jrendu l-prodotti mhux funzjonali jew obsoleti b’mod prematur qed jaffettwaw b’mod negattiv lill-konsumaturi, u għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba ż-żieda fl-użu tal-materjali fl-ekonomija tagħna. Biex jiżgura li l-prodotti jkollhom ħajja twila għall-konsumaturi, biex inaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u biex jikkontribwixxi għal konsum sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza tali prattiki, b’mod partikolari meta jkunu r-riżultat ta’ għażliet intenzjonati tad-disinn mill-manifatturi, meta l-aġġornamenti jew l-aċċessorji tas-software ma jiġux ipprovduti f’perjodu ta’ żmien xieraq, jew meta l-funzjonalità ta’ prodott tkun limitata meta l-konsumaturi jużaw oġġetti konsumabbli, partijiet ta’ rikambju jew aċċessorji mhux ipprovduti mill-manifattur oriġinali. Peress li l-possibbiltà ta’ tiswija hija pedament għall-ħajja twila tal-prodotti, ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura wkoll li ż-żarmar tal-komponenti ewlenin ma jiġix ostakolat, u li l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-partijiet ta’ rikambju ma jkunx limitat għal min ikun awtorizzat biex isewwi.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2020 “Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi”30, laqa’ l-promozzjoni ta’ prodotti durabbli li huma aktar faċli biex jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati. Fir-rapport tiegħu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari adottat fis-16 ta’ Frar 202131, il-Parlament Ewropew kompla japprova l-aġenda ppreżentata mill-Kummissjoni fis-CEAP. Qies li t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari tista’ tipprovdi soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali attwali u l-kriżi ekonomika li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar “Nagħmlu l-Irkupru Ċirkolari u Ekoloġiku” adottati fil-11 ta’ Diċembru 202032, laqa’ wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti leġiżlattivi bħala parti minn qafas ta’ politika komprensiv u integrat dwar il-prodotti sostenibbli li jippromwovu n-newtralità klimatika, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi u ekonomija ċirkolari mhux tossika, jipproteġu s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, u jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-konsumaturi u lix-xerrejja pubbliċi.
(6) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2020 “Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi”30, appella għall-istabbiliment ta’ qafas tajjeb biex tiġi żgurata l-produzzjoni ta’ prodotti durabbli li huma aktar faċli biex jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati filwaqt li jiġu pprovduti aktar drittijiet għall-konsumaturi, inklużi rekwiżiti ta’ informazzjoni u perjodi itwal ta’ garanzija legali. Fir-rapport tiegħu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari adottat fis-16 ta’ Frar 202131, il-Parlament Ewropew issottolinja li l-prodotti u l-materjali sostenibbli, ċirkolari, sikuri u mhux tossiċi għandhom isiru n-norma fis-suq tal-Unjoni u mhux l-eċċezzjoni, u għandhom jitqiesu bħala l-għażla prestabbilita, li tkun attraenti, affordabbli u aċċessibbli għall-konsumaturi kollha. Il-Parlament Ewropew appella wkoll għal miri vinkolanti tal-Unjoni biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-impronti tal-materjali u tal-konsum tal-Unjoni. Qies li t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari tista’ tipprovdi soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali attwali u l-kriżi ekonomika li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar “Nagħmlu l-Irkupru Ċirkolari u Ekoloġiku” adottati fil-11 ta’ Diċembru 202032, laqa’ wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti leġiżlattivi bħala parti minn qafas ta’ politika komprensiv u integrat dwar il-prodotti sostenibbli li jippromwovu n-newtralità klimatika, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi u ekonomija ċirkolari mhux tossika, jipproteġu s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, u jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-konsumaturi u lix-xerrejja pubbliċi.
(8) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali usa’ tal-Unjoni. It-tmien (8) Programm ta’ Azzjoni Ambjentali38 jistabbilixxi f’qafas legali l-objettiv tal-Unjoni li tibqa’ fi ħdan il-limiti planetarji u jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji, li jinkludu t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari mhux tossika. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jitlob ukoll lill-Unjoni biex timmonitorja, tirrapporta, tipprevjeni u tirrimedja aħjar it-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija u tal-prodotti għall-konsumatur. Dan ifisser li s-sustanzi kimiċi, il-materjali u l-prodotti jridu jkunu sikuri u sostenibbli kemm jista’ jkun possibbli mid-disinn u tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u b’hekk iwasslu għal ċikli ta’ materjali mhux tossiċi39. Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u s-CEAP jirrikonoxxu li s-suq intern tal-Unjoni jipprovdi massa kritika li tista’ tinfluwenza l-istandards dinjin dwar is-sostenibbiltà tal-prodott u d-disinn tal-prodott. Dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk ikollu rwol sinifikanti lejn il-kisba ta’ diversi miri stabbiliti skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli “Konsum u produzzjoni responsabbli”40, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni.
(8) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali usa’ tal-Unjoni. It-tmien (8) Programm ta’ Azzjoni Ambjentali38 jistabbilixxi f’qafas legali l-objettiv tal-Unjoni li tibqa’ fi ħdan il-limiti planetarji u jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji, li jinkludu t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari mhux tossika. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jitlob ukoll lill-Unjoni biex timmonitorja, tirrapporta, tipprevjeni u tirrimedja aħjar it-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija u tal-prodotti għall-konsumatur. Dan ifisser li s-sustanzi kimiċi, il-materjali u l-prodotti jridu jkunu jew isiru sikuri u sostenibbli mid-disinn u tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u b’hekk iwasslu għal ċikli ta’ materjali mhux tossiċi39. Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u s-CEAP jirrikonoxxu li s-suq intern tal-Unjoni jipprovdi massa kritika li tista’ tinfluwenza l-istandards dinjin dwar is-sostenibbiltà tal-prodott u d-disinn tal-prodott. Dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk ikollu rwol sinifikanti lejn il-kisba ta’ diversi miri stabbiliti skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli “Konsum u produzzjoni responsabbli”40, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni.
__________________
__________________
38 Id-Deċiżjoni (UE) 2022/…. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 [Żid ir-referenza meta tiġi ppubblikata fil-ĠU – ftehim ta’ trilogu tat-2 ta’ Diċembru 2021].
38 Id-Deċiżjoni (UE) 2022/…. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 [Żid ir-referenza meta tiġi ppubblikata fil-ĠU – ftehim ta’ trilogu tat-2 ta’ Diċembru 2021].
39 Kif stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Lejn tniġġis żero għall-arja, għall-ilma u għall-ħamrija (COM(2021)400 final) u l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (COM(2020)667 final), li jitlob li jiġu adottati l-għanijiet ta’ tniġġis żero fil-produzzjoni u fil-konsum.
39 Kif stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Lejn tniġġis żero għall-arja, għall-ilma u għall-ħamrija (COM(2021)400 final) u l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (COM(2020)667 final), li jitlob li jiġu adottati l-għanijiet ta’ tniġġis żero fil-produzzjoni u fil-konsum.
40 L-inklużjoni b’mod partikolari ta’ miri skont l-SDG 12 (“Konsum u produzzjoni responsabbli”).
40 L-inklużjoni b’mod partikolari ta’ miri skont l-SDG 12 (“Konsum u produzzjoni responsabbli”).
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a) Is-settur tal-oġġetti użati għandu rwol speċifiku fil-promozzjoni tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, inkluż fl-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari ġodda. Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan is-settur, li għandu l-għan li jestendi l-ħajja tal-prodotti u jevita li dawn isiru skart, il-prodotti użati, b’mod partikolari l-prodotti li jiġu rinnovati jew jissewwew, li joriġinaw mill-Unjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala prodotti ġodda li jiġu introdotti fis-suq jew li jitqiegħdu fis-servizz u għalhekk jenħtieġ li ma jkollhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn. Il-prodotti użati importati minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, iżda jenħtieġ li jkun possibbli li dawn jiġu eżentati dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u jkun żgurat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li fil-prinċipju japplikaw għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti, bħal magni tal-ħasil jew magni tal-ħasil u washer dryers. Biex tinkiseb l-akbar effettività tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tittejjeb b’mod effiċjenti s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġi stabbilit rekwiżit orizzontali wieħed jew aktar tal-ekodisinn għal firxa usa’ ta’ gruppi ta’ prodotti, bħall-apparat elettroniku jew t-tessuti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn meta s-similaritajiet tekniċi tal-gruppi ta’ prodotti jippermettu li s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom tittejjeb abbażi tal-istess rekwiżiti.
(13) Sabiex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u jkun żgurat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li fil-prinċipju japplikaw għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti, bħal magni tal-ħasil jew magni tal-ħasil u washer dryers. Biex tinkiseb l-akbar effettività tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tittejjeb b’mod effiċjenti s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġi stabbilit rekwiżit orizzontali wieħed jew aktar tal-ekodisinn għal firxa usa’ ta’ gruppi ta’ prodotti, bħall-apparat elettroniku jew it-tessuti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn meta s-similaritajiet tekniċi tal-gruppi ta’ prodotti jippermettu li s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom tittejjeb abbażi tal-istess rekwiżiti. Huwa importanti li jiġu żviluppati rekwiżiti orizzontali b’mod partikolari dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jaġġustaw għar-rekwiżiti l-ġodda tal-ekodisinn. Dawk ir-rekwiżiti orizzontali jenħtieġ li jqisu l-benefiċċji ambjentali potenzjali li joħorġu mill-użu ta’ ċarġer komuni wieħed għal diversi prodotti. Għalhekk, jenħtieġ li l-gruppi ta’ prodotti b’similaritajiet tekniċi jkunu meħtieġa li jkunu mgħammra b’ċarġers komuni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi rekwiżiti kif xieraq għall-gruppi ta’ prodotti koperti, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jinkludu rekwiżiti ta’ prestazzjoni u informazzjoni. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jintużaw biex jittejbu l-aspetti tal-prodott rilevanti għas-sostenibbiltà ambjentali, bħall-effiċjenza enerġetika, id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija u l-impronti tal-karbonju u ambjentali. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u f’konformità mar-regoli kummerċjali internazzjonali.
(14) Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi rekwiżiti kif xieraq għall-gruppi ta’ prodotti koperti, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jinkludu rekwiżiti ta’ prestazzjoni u informazzjoni. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jintużaw biex jittejbu l-aspetti rilevanti tal-prodott li jikkonċernaw is-sostenibbiltà ambjentali, bħall-effiċjenza enerġetika, id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà u l-impronti tal-karbonju u ambjentali. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u f’konformità mar-regoli kummerċjali internazzjonali. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkunu bbażati wkoll fuq il-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I u, meta tistabbilixxihom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-klima, l-ambjent u l-bijodiversità, l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tar-riżorsi. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-impronti ambjentali, tal-materjali u tal-konsum tal-Unjoni sabiex jinġiebu fi ħdan il-limiti planetarji malajr kemm jista’ jkun.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Ladarba att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn jiġi adottat mill-Kummissjoni għal grupp ta’ prodotti partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li, biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern, ma jibqgħux jitħallew jistabbilixxu rekwiżiti nazzjonali tal-prestazzjoni abbażi ta’ parametri tal-prodott koperti minn tali rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti f’dak l-att delegat, u ma għandhomx jibqgħu jitħallew jistabbilixxu rekwiżiti nazzjonali ta’ informazzjoni abbażi ta’ parametri tal-prodott koperti minn tali rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dak l-att delegat. Biex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi li ma jkun meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u/jew fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ xi parametru speċifiku tal-prodott.
(15) Ladarba att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn jiġi adottat mill-Kummissjoni għal grupp ta’ prodotti partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li, biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern, ma jibqgħux jitħallew jistabbilixxu rekwiżiti nazzjonali tal-prestazzjoni abbażi ta’ parametri tal-prodott koperti minn tali rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti f’dak l-att delegat, u ma jibqgħux jitħallew jistabbilixxu rekwiżiti nazzjonali ta’ informazzjoni abbażi ta’ parametri tal-prodott koperti minn tali rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dak l-att delegat. Biex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi li ma jkun meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u/jew fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ xi parametru speċifiku tal-prodott. Huwa importanti li l-Kummissjoni tiġġustifika kif xieraq id-deċiżjoni tagħha meta tiddeċiedi li ma tistabbilix rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew ta’ informazzjoni.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-piż regolatorju, jenħtieġ li tkun żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, speċjalment il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, is-sustanzi kimiċi u l-iskart51. Madankollu, l-eżistenza ta’ setgħat skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni biex jiġu stabbiliti rekwiżiti bl-istess effetti jew effetti simili bħar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament ma tillimitax is-setgħat inklużi f’dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat f’dan ir-Regolament.
(17) Jenħtieġ li tkun żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, speċjalment il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, is-sustanzi kimiċi, l-imballaġġ u l-iskart51. Madankollu, l-eżistenza ta’ setgħat skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni biex jiġu stabbiliti rekwiżiti bl-istess effetti jew effetti simili bħar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament ma tillimitax is-setgħat inklużi f’dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat f’dan ir-Regolament.
__________________
__________________
51 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alterattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018) 32 final).
51 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018)32 final).
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Biex titqies id-diversità tal-prodotti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħżel il-metodi biex tivvaluta l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u, kif xieraq, tiżviluppahom aktar abbażi tan-natura tal-prodott, l-aktar aspetti rilevanti tiegħu u l-impatti tagħhom fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenza tagħha fil-valutazzjoni tal-istabbiliment tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2009/125/KE u l-isforzi kontinwi biex jiġu żviluppati u mtejba għodod ta’ valutazzjoni bbażati fuq ix-xjenza, bħall-aġġornament tal-metodoloġija għall-ekodisinn ta’ prodotti relatati mal-enerġija, u l-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/227956, inkluż fir-rigward tal-ħżin temporanju tal-karbonju, kif ukoll l-iżvilupp ta’ standards minn organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej tal-istandardizzazzjoni, inkluż dwar l-effiċjenza materjali tal-prodotti relatati mal-enerġija. Filwaqt li tibni fuq dawn l-għodod u tuża studji dedikati meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli ssaħħaħ l-aspetti taċ-ċirkolarità (bħad-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija inkluż punteġġ għall-possibbiltà ta’ tiswija, l-identifikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi li jfixklu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ) fil-valutazzjoni tal-prodotti u fit-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, u jenħtieġ li tiżviluppa metodi jew għodod ġodda meta xieraq. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll approċċi ġodda għat-tħejjija ta’ kriterji obbligatorji tal-akkwist pubbliku u għall-projbizzjonijiet fuq il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa.
(19) Biex titqies id-diversità tal-prodotti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħżel il-metodi biex tivvaluta l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u, kif xieraq, tiżviluppahom aktar abbażi tan-natura tal-prodott, l-aktar aspetti rilevanti tiegħu u l-impatti tagħhom fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenza tagħha fil-valutazzjoni tal-istabbiliment tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2009/125/KE u l-isforzi kontinwi biex jiġu żviluppati u mtejba għodod ta’ valutazzjoni bbażati fuq ix-xjenza, bħall-aġġornament tal-metodoloġija għall-ekodisinn ta’ prodotti relatati mal-enerġija, u l-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/227956, inkluż fir-rigward tal-ħżin temporanju tal-karbonju, kif ukoll l-iżvilupp ta’ standards minn organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej tal-istandardizzazzjoni, inkluż dwar l-effiċjenza materjali tal-prodotti relatati mal-enerġija, kif ukoll il-qasam tal-inġinerija elettroteknika. Filwaqt li tibni fuq dawn l-għodod u tuża studji dedikati meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli ssaħħaħ l-aspetti taċ-ċirkolarità (bħad-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija inkluż punteġġ għat-tiswija, ir-riċiklabbiltà, l-użu mill-ġdid, l-identifikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi li jfixklu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ) fil-valutazzjoni tal-prodotti, f’konformità ma’ approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja bil-ħsieb tat-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, u jenħtieġ li tiżviluppa metodi jew għodod ġodda meta jkun xieraq. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll approċċi ġodda għat-tħejjija ta’ kriterji obbligatorji tal-akkwist pubbliku u għall-projbizzjonijiet fuq il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa.
__________________
__________________
56 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet.
56 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma’ parametru ta’ prodott magħżul rilevanti għall-aspett tal-prodott fil-mira li għalih ikun ġie identifikat il-potenzjal għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali. Tali rekwiżiti jistgħu jinkludu livelli minimi jew massimi ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-parametru tal-prodott, rekwiżiti mhux kwantitattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni fir-rigward tal-parametru tal-prodott, jew rekwiżiti relatati mal-prestazzjoni funzjonali ta’ prodott biex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni magħżula ma jħallux impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-prodott li jwettaq il-funzjoni li għaliha jkun ġie ddisinjat u kummerċjalizzat. Fir-rigward tal-livelli minimi jew massimi, dawn jistgħu pereżempju jieħdu l-forma ta’ limitu fuq il-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ materjal partikolari inkorporat fil-prodott, rekwiżit għal kwantitajiet minimi ta’ kontenut riċiklat, jew limitu fuq kategorija speċifika ta’ impatt ambjentali jew fuq aggregazzjoni tal-impatti ambjentali rilevanti kollha. Eżempju ta’ rekwiżit mhux kwantitattiv hu l-projbizzjoni ta’ soluzzjoni teknika speċifika li hi ta’ detriment għall-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott. Se jintużaw rekwiżiti tal-prestazzjoni biex tkun żgurata t-tneħħija tal-prodotti bl-agħar prestazzjoni mis-suq meta dan ikun meħtieġ biex jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali tar-Regolament.
(20) Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma’ parametru ta’ prodott magħżul rilevanti għall-aspett tal-prodott fil-mira li għalih ikun ġie identifikat il-potenzjal għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali. Tali rekwiżiti jistgħu jinkludu livelli minimi jew massimi ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-parametru tal-prodott, rekwiżiti mhux kwantitattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni fir-rigward tal-parametru tal-prodott, jew rekwiżiti relatati mal-prestazzjoni funzjonali ta’ prodott biex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni magħżula ma jħallux impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-prodott li jwettaq il-funzjoni li għaliha jkun ġie ddisinjat u kummerċjalizzat. Fir-rigward tal-livelli minimi jew massimi, dawn jistgħu pereżempju jieħdu l-forma ta’ limitu fuq il-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ materjal partikolari inkorporat fil-prodott, rekwiżit għal kwantitajiet minimi ta’ kontenut riċiklat filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta’ materjali riċiklati, jew limitu fuq kategorija speċifika ta’ impatt ambjentali jew fuq aggregazzjoni tal-impatti ambjentali rilevanti kollha. Eżempju ta’ rekwiżit mhux kwantitattiv hu l-projbizzjoni ta’ soluzzjoni teknika speċifika li tkun ta’ detriment għall-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott. Se jintużaw rekwiżiti tal-prestazzjoni biex tkun żgurata t-tneħħija tal-prodotti bl-agħar prestazzjoni mis-suq u biex isir ċaqliq gradwali lejn il-prodotti bl-aħjar prestazzjoni meta dan ikun meħtieġ biex jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali tar-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis ukoll l-użu ta’ materjali rinnovabbli minn sorsi sostenibbli fil-prodotti u jindirizza r-rilaxx tan-nanoplastiks u tal-mikroplastiks.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Is-sikurezza kimika hija element rikonoxxut tas-sostenibbiltà tal-prodott. Hija bbażata fuq il-perikli intrinsiċi tas-sustanzi kimiċi għas-saħħa jew għall-ambjent flimkien ma’ esponiment speċifiku jew ġeneriku, u hija indirizzata mil-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, bħar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 u d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi bbażati fuq is-sikurezza kimika, kif isir skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Bl-istess mod, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi għal raġunijiet relatati mas-sikurezza alimentari. Madankollu, id-dritt tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ikel ma jippermettix li jiġu indirizzati, permezz ta’ restrizzjonijiet fuq ċerti sustanzi, l-impatti fuq is-sostenibbiltà li mhumiex relatati mas-sikurezza kimika jew mas-sikurezza alimentari. Biex tingħeleb din il-limitazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti, f’ċerti kundizzjonijiet, ir-restrizzjoni, primarjament għal raġunijiet għajr is-sikurezza kimika jew alimentari, ta’ sustanzi preżenti fi prodotti jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-prodotti. Dan ir-Regolament ukoll jenħtieġ li ma jirriżultax fid-duplikazzjoni jew fis-sostituzzjoni ta’ restrizzjonijiet ta’ sustanzi koperti mid-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63, li għandha bħala l-objettiv tagħha l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż l-irkupru u r-rimi ambjentalment sod tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku.
(22) Is-sikurezza kimika hija element rikonoxxut tas-sostenibbiltà tal-prodott. Hija bbażata fuq il-perikli intrinsiċi tas-sustanzi kimiċi għas-saħħa jew għall-ambjent flimkien ma’ esponiment speċifiku jew ġeneriku, u hija indirizzata mil-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, bħar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 u d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi bbażati fuq is-sikurezza kimika, kif isir skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, dment li ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jirriżulta mill-użu ta’ sustanza preżenti fil-prodott jew f’komponent tal-prodott meta jiġi introdott fis-suq jew matul l-istadji sussegwenti taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi għal raġunijiet relatati mas-sikurezza alimentari. Madankollu, id-dritt tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ikel ma jippermettix li jiġu indirizzati, permezz ta’ restrizzjonijiet fuq ċerti sustanzi, l-impatti fuq is-sostenibbiltà li mhumiex relatati mas-sikurezza kimika jew mas-sikurezza alimentari. Biex tingħeleb din il-limitazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti, f’ċerti kundizzjonijiet, ir-restrizzjoni ta’ sustanzi preżenti fi prodotti li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-prodotti. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa, meta jkun meħtieġ, iżda jenħtieġ li ma jirriżultax fid-duplikazzjoni jew fis-sostituzzjoni ta’ restrizzjonijiet ta’ sustanzi koperti mid-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63, li għandha bħala l-objettiv tagħha l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż l-irkupru u r-rimi ambjentalment sod tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku.
__________________
__________________
58 Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
58 Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
59 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
59 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
60 Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
60 Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
61 Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
61 Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
62 Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
62 Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
63 Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
63 Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma’ parametru tal-prodott magħżul rilevanti għall-aspett tal-prodott, bħall-impronta ambjentali tal-prodott jew id-durabbiltà tiegħu. Dawn jistgħu jirrikjedu li l-manifattur jagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ parametru tal-prodott magħżul jew informazzjoni oħra li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi ttrattat minn partijiet oħra minbarra l-manifattur biex tittejjeb il-prestazzjoni rigward parametru bħal dan. Tali rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti jew flimkien ma’, jew minflok, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni fuq l-istess parametru tal-prodott kif xieraq. Meta att delegat jinkludi rekwiżiti ta’ informazzjoni, jenħtieġ li dan jindika l-metodu biex l-informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli, bħall-inklużjoni tiegħu fuq sit web b’aċċess liberu, passaport tal-prodotti jew tikketta tal-prodott. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni huma meħtieġa biex joħolqu t-tibdil meħtieġ fl-imġiba ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ dan ir-Regolament. Billi jipprovdu bażi soda għax-xerrejja u għall-awtoritajiet pubbliċi biex iqabblu l-prodotti abbażi tas-sostenibbiltà ambjentali tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni huma mistennija li jixprunaw lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi lejn għażliet aktar sostenibbli.
(23) Biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma’ parametru tal-prodott magħżul rilevanti għall-aspett tal-prodott, bħall-impronta ambjentali u dik tal-karbonju tal-prodott u d-durabbiltà tiegħu. Dawn jenħtieġ li jirrikjedu li l-manifattur jagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ parametru tal-prodott magħżul jew informazzjoni oħra li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi ttrattat minn partijiet oħra minbarra l-manifattur biex tittejjeb il-prestazzjoni rigward parametru bħal dan. Tali rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti jew flimkien ma’, jew minflok, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni fuq l-istess parametru tal-prodott kif xieraq. Huwa importanti li l-Kummissjoni tiġġustifika kif xieraq id-deċiżjoni tagħha li tistabbilixxi biss rekwiżiti ta’ informazzjoni minflok rekwiżiti ta’ prestazzjoni. Meta att delegat jinkludi rekwiżiti ta’ informazzjoni, jenħtieġ li dan jindika l-metodu biex l-informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli u faċilment aċċessibbli, bħall-inklużjoni tagħha fuq sit web b’aċċess liberu, passaport tal-prodotti jew tikketta tal-prodott. Jenħtieġ li l-informazzjoni essenzjali relatata mas-saħħa, is-sikurezza u d-drittijiet tal-utenti finali tiġi pprovduta dejjem lill-konsumaturi permezz ta’ mezzi fiżiċi u tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni huma meħtieġa biex joħolqu t-tibdil meħtieġ fl-imġiba ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ dan ir-Regolament. L-informazzjoni rilevanti għal deċiżjoni infurmata dwar ix-xiri ta’ prodott jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-konsumatur qabel ix-xiri tal-prodott. Billi jipprovdu bażi soda għax-xerrejja u għall-awtoritajiet pubbliċi biex iqabblu l-prodotti abbażi tas-sostenibbiltà ambjentali tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni huma mistennija li jixprunaw lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi lejn għażliet aktar sostenibbli.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Meta l-atti delegati jinkludu rekwiżiti ta’ informazzjoni, huma jistgħu wkoll jiddeterminaw klassijiet ta’ prestazzjoni rigward parametru tal-prodott rilevanti wieħed jew aktar, biex jiffaċilitaw it-tqabbil bejn il-prodotti abbażi ta’ dak il-parametru. Il-klassijiet ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodotti abbażi tas-sostenibbiltà relattiva tagħhom u jistgħu jintużaw kemm mill-konsumaturi kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi. Bħala tali, huma maħsuba biex jixprunaw is-suq lejn prodotti aktar sostenibbli.
(24) Meta l-atti delegati jinkludu rekwiżiti ta’ informazzjoni, huma jistgħu wkoll jiddeterminaw klassijiet ta’ prestazzjoni rigward parametru tal-prodott rilevanti wieħed jew aktar, biex jiffaċilitaw it-tqabbil bejn il-prodotti abbażi ta’ dak il-parametru. Il-klassijiet ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodotti abbażi tas-sostenibbiltà relattiva tagħhom u jistgħu jintużaw kemm mill-konsumaturi kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi. Bħala tali, huma maħsuba biex jixprunaw is-suq lejn prodotti aktar sostenibbli mingħajr ma jikkompromettu l-funzjonalità.Peress li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar id-durabbiltà u l-kapaċità ta’ tiswija tal-prodotti għandhom rwol ċentrali fir-rigward tal-involviment tal-konsumaturi f’xejriet ta’ konsum sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-istabbiliment ta’ punteġġi għat-tiswija.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżit li jsir disponibbli passaport tal-prodotti. Il-passaport tal-prodotti hu għodda importanti biex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-atturi tul il-katina tal-valur kollha u d-disponibbiltà ta’ passaport tal-prodotti jenħtieġ li ttejjeb b’mod sinifikanti t-traċċabbiltà minn tarf sa tarf ta’ prodott tul il-katina tal-valur tiegħu. Fost affarijiet oħra, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni dwar il-prodott rilevanti għalihom, jippermetti lill-operaturi ekonomiċi u atturi oħra tal-katina tal-valur bħal min isewwi jew riċiklaturi li jaċċessaw informazzjoni rilevanti, u jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jwettqu dmirijiethom. Għal dan il-għan, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li ma jissostitwixxix iżda jikkomplementa l-forom mhux diġitali tat-trażmissjoni tal-informazzjoni, bħall-informazzjoni fil-manwal tal-prodott jew fuq tikketta. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-passaport tal-prodotti jintuża għal informazzjoni dwar aspetti oħra ta’ sostenibbiltà applikabbli għall-grupp ta’ prodotti rilevanti skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
(26) Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżit li jsir disponibbli passaport tal-prodotti. Il-passaport tal-prodotti hu għodda importanti biex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-atturi tul il-katina tal-valur kollha u d-disponibbiltà ta’ passaport tal-prodotti jenħtieġ li ttejjeb b’mod sinifikanti t-traċċabbiltà minn tarf sa tarf ta’ prodott tul il-katina tal-valur tiegħu. Fost affarijiet oħra, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni dwar il-prodott rilevanti, jippermetti lill-operaturi ekonomiċi u atturi oħra tal-katina tal-valur, bħal min isewwi b’mod professjonali, operaturi indipendenti, rinnovaturi jew riċiklaturi jaċċessaw informazzjoni rilevanti, u jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jwettqu dmirijiethom, mingħajr ma tiġi pperikolata l-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Għal dan il-għan, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li ma jissostitwix, iżda jikkomplementa l-forom mhux diġitali tat-trażmissjoni tal-informazzjoni, bħall-informazzjoni fil-manwal tal-prodott jew fuq it-tikketta. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-passaport tal-prodotti jintuża għal informazzjoni dwar aspetti oħra ta’ sostenibbiltà applikabbli għall-grupp ta’ prodotti rilevanti skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Biex titqies in-natura tal-prodott u tas-suq tiegħu, l-informazzjoni li trid titniżżel fil-passaport tal-prodotti jenħtieġ li tiġi eżaminata bir-reqqa abbażi ta’ każ b’każ meta jitħejjew regoli speċifiċi għall-prodott. Biex jiġi ottimizzat l-aċċess għall-informazzjoni li tirriżulta filwaqt li jiġu protetti wkoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-passaport tal-prodotti jeħtieġ li jitfassal u jiġi implimentat b’mod li jippermetti aċċess differenzjat għall-informazzjoni inkluża fil-passaport tal-prodotti skont it-tip ta’ informazzjoni u t-tipoloġija tal-partijiet ikkonċernati. Bl-istess mod, biex ikunu evitati kostijiet għall-kumpaniji u għall-pubbliku li jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji usa’, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jkun speċifiku għall-mudell tal-oġġett, tal-lott jew tal-prodott, skont pereżempju l-kumplessità tal-katina tal-valur, id-daqs, in-natura jew l-impatti tal-prodotti kkunsidrati.
(27) Biex titqies in-natura tal-prodott u tas-suq tiegħu, l-informazzjoni li għandha titniżżel fil-passaport tal-prodotti jenħtieġ li tiġi eżaminata bir-reqqa abbażi ta’ każ b’każ meta jitħejjew regoli speċifiċi għall-prodott, filwaqt li jitqiesu l-każijiet ta’ oġġetti uniċi u l-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Biex jiġi ottimizzat l-aċċess għall-informazzjoni li tirriżulta filwaqt li jiġu protetti wkoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-passaport tal-prodotti jeħtieġ li jitfassal u jiġi implimentat b’mod li jippermetti aċċess differenzjat għall-informazzjoni inkluża fil-passaport tal-prodotti skont it-tip ta’ informazzjoni u t-tipoloġija tal-partijiet ikkonċernati. Bl-istess mod, biex ikunu evitati kostijiet għall-kumpaniji u għall-pubbliku li jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji usa’, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jkun speċifiku għall-mudell tal-oġġett, tal-lott jew tal-prodott, skont pereżempju l-kumplessità tal-katina tal-valur, id-daqs, in-natura jew l-impatti tal-prodotti kkunsidrati. Il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jibqa’ disponibbli mill-inqas għat-tul tal-ħajja mistenni ta’ prodott speċifiku, iżda b’marġni adegwat biex jiġi żgurat li l-passaport tal-prodotti jkun disponibbli f’każijiet meta l-prodott idum aktar milli mistenni.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Biex tkun żgurata l-interoperabbiltà, jenħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ mezzi ta’ data permessi. Għall-istess raġuni, il-mezz ta’ data u l-identifikatur uniku tal-prodott jenħtieġ li jiġu rilaxxati f’konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda dan ir-Regolament billi tissostitwixxi jew iżżid standards li f’konformità magħhom jistgħu jiġu rilaxxati l-mezzi ta’ data u l-identifikaturi uniċi, fid-dawl tal-progress tekniku jew xjentifiku. Dan jenħtieġ li jiżgura li l-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-prodotti tkun tista’ tiġi rreġistrata u trażmessa mill-operaturi ekonomiċi kollha, kif ukoll li tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tal-identifikatur uniku ma’ komponenti esterni bħall-apparat tal-iskennjar.
(28) Biex tkun żgurata l-interoperabbiltà, jenħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ mezzi ta’ data permessi. Għall-istess raġuni, il-mezz ta’ data u l-identifikatur uniku tal-prodott jenħtieġ li jiġu rilaxxati f’konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment. Jenħtieġ li d-data tkun trasferibbli permezz ta’ network tal-iskambju tad-data interoperabbli u miftuħ mingħajr intrappolament tal-klijentela. Jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex temenda dan ir-Regolament billi tissostitwixxi jew iżżid standards li f’konformità magħhom jistgħu jiġu rilaxxati l-mezzi ta’ data u l-identifikaturi uniċi, fid-dawl tal-progress tekniku jew xjentifiku. Dan jenħtieġ li jiżgura li l-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-prodotti tkun tista’ tiġi rreġistrata u trażmessa mill-operaturi ekonomiċi kollha, kif ukoll li tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tal-identifikatur uniku ma’ komponenti esterni bħall-apparat tal-iskennjar.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Biex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għajr dawk dwar il-passaport tal-prodotti jew biex ikun żgurat li l-passaporti tal-prodotti jkunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla teżenta lil gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżiti tal-passaport tal-prodotti f’każ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux disponibbli fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali għad-disinn tekniku u għall-operat tal-passaport tal-prodotti. Bl-istess mod, biex ikun evitat piż amministrattiv bla bżonn lill-operatur ekonomiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla teżenta lil gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżiti tal-passaport tal-prodotti f’każ li dritt ieħor tal-Unjoni diġà jkun jinkludi sistema għall-forniment diġitali ta’ informazzjoni dwar il-prodott li tippermetti lill-atturi tul il-katina tal-valur jaċċessaw informazzjoni rilevanti dwar il-prodott u tiffaċilita l-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jiġu riveduti perjodikament filwaqt li titqies aktar disponibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
(29) Biex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għajr dawk dwar il-passaport tal-prodotti jew biex ikun żgurat li l-passaporti tal-prodotti jkunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla teżenta lil gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżiti tal-passaport tal-prodotti f’każ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux disponibbli fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali għad-disinn tekniku u għall-operat tal-passaport tal-prodotti. Bl-istess mod, biex ikun evitat piż amministrattiv bla bżonn lill-operatur ekonomiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla teżenta lil gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżiti tal-passaport tal-prodotti b’mod eċċezzjonali f’każ li dritt ieħor tal-Unjoni diġà jkun jinkludi sistema għall-forniment diġitali ta’ informazzjoni dwar il-prodott li tippermetti lill-atturi tul il-katina tal-valur jaċċessaw informazzjoni rilevanti dwar il-prodott u tiffaċilita l-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jiġu riveduti perjodikament filwaqt li titqies aktar disponibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u jintemmu meta jkun possibbli.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Biex tkun żgurata l-introduzzjoni effettiva tal-passaport tal-prodotti, tad-disinn tekniku, tar-rekwiżiti tad-data u tat-tħaddim tal-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jaderixxi ma’ sett ta’ rekwiżiti tekniċi essenzjali. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jipprovdu bażi għall-użu konsistenti tal-passaport tal-prodotti fis-setturi kollha. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali, jew fil-forma ta’ standard armonizzat imsemmi fil-Ġurnal Uffiċjali jew, bħala għażla ta’ riżerva, speċifikazzjoni komuni adottata mill-Kummissjoni. Id-disinn tekniku jenħtieġ li jiżgura li l-passaport tal-prodotti jġorr id-data b’mod sikur, filwaqt li jirrispetta r-regoli tal-privatezza, il-passaport diġitali tal-prodotti se jiġi żviluppat fi djalogu miftuħ mas-sħab internazzjonali, biex jitqiesu l-fehmiet tagħhom meta jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet tekniċi u biex ikun żgurat li dawn jgħinu biex jitneħħew l-ostakli kummerċjali għal prodotti aktar ekoloġiċi u jitnaqqsu l-kostijiet għal investimenti sostenibbli, kummerċjalizzazzjoni u konformità. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti relatati mat-traċċabbiltà tul il-katina tal-valur jenħtieġ li, biex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, sa fejn ikun possibbli jiġu żviluppati abbażi ta’ approċċ kunsenswali u bl-involviment, ir-rieda, u l-kollaborazzjoni effettiva ta’ sett divers ta’ atturi, inkluż korpi ta’ standardizzazzjoni, assoċjazzjonijiet tal-industrija, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, esperti, NGOs u sħab internazzjonali, inkluż ekonomiji li qed jiżviluppaw.
(33) Biex tkun żgurata l-introduzzjoni effettiva tal-passaport tal-prodotti, id-disinn tekniku, ir-rekwiżiti tad-data u t-tħaddim tal-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jaderixxu ma’ sett ta’ rekwiżiti tekniċi essenzjali. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jipprovdu bażi għall-użu konsistenti tal-passaport tal-prodotti fis-setturi kollha. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali, jew fil-forma ta’ standard armonizzat imsemmi fil-Ġurnal Uffiċjali jew, bħala għażla ta’ riżerva, speċifikazzjoni komuni adottata mill-Kummissjoni. Id-disinn tekniku jenħtieġ li jiżgura li l-passaport tal-prodotti jġorr id-data b’mod sigur, filwaqt li jirrispetta r-regoli tal-privatezza. Il-passaport diġitali tal-prodotti se jiġi żviluppat fi djalogu miftuħ mas-sħab internazzjonali, biex jitqiesu l-fehmiet tagħhom meta jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet tekniċi u biex ikun żgurat li dawn jgħinu biex jitneħħew l-ostakli kummerċjali għal prodotti aktar ekoloġiċi b’ċikli tal-ħajja u ċirkolarità estiżi, jitnaqqsu l-kostijiet għal investimenti sostenibbli, kummerċjalizzazzjoni u konformità, u tiġi appoġġata l-innovazzjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti relatati mat-traċċabbiltà tul il-katina tal-valur jenħtieġ li, biex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, sa fejn ikun possibbli jiġu żviluppati abbażi ta’ approċċ kunsenswali u bl-involviment, ir-rieda, u l-kollaborazzjoni effettiva ta’ sett divers ta’ atturi, inklużi korpi ta’ standardizzazzjoni, assoċjazzjonijiet tal-industrija, negozji ġodda, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, esperti, NGOs u sħab internazzjonali, inklużi ekonomiji li qed jiżviluppaw.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ data personali. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni jenħtieġ li jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67.
(35) Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ data personali. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66 b’attenzjoni partikolari għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni jenħtieġ li jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67. Jenħtieġ li d-data personali tal-utenti finali ma tinħażinx fil-passaport diġitali tal-prodotti.
__________________
__________________
66 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
66 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
67 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
67 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Biex il-konsumaturi jitħeġġu jagħmlu għażliet aktar sostenibbli, jenħtieġ li t-tikketti, meta jkunu meħtieġa mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, jipprovdu informazzjoni għal tqabbil effettiv tal-prodotti, pereżempju billi jindikaw klassijiet tal-prestazzjoni. Speċifikament għall-konsumaturi, it-tikketti fiżiċi jistgħu jkunu sors addizzjonali ta’ informazzjoni fil-post tal-bejgħ. Dawn jistgħu jipprovdu bażi viżwali rapida għall-konsumaturi biex jiddistingwu bejn prodotti bbażati fuq il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ parametru speċifiku tal-prodott jew sett ta’ parametri tal-prodott. Jenħtieġ li, meta xieraq, jippermettu wkoll l-aċċess ta’ informazzjoni addizzjonali billi jkollhom referenzi speċifiċi bħall-indirizzi tas-siti web, il-kodiċijiet QR dinamiċi, il-links għat-tikketti online jew xi mezz xieraq orjentat lejn il-konsumatur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi fl-att delegat rilevanti l-aktar mod effettiv biex turi dawn it-tikketti, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod online, filwaqt li tqis l-implikazzjonijiet għall-klijenti u għall-operaturi ekonomiċi u l-karatteristiċi tal-prodotti kkonċernati. Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll li t-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ tal-prodott.
(39) Biex il-konsumaturi jitħeġġu jagħmlu għażliet sostenibbli, jenħtieġ li t-tikketti, meta jkunu meħtieġa mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, jipprovdu informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment għal tqabbil effettiv tal-prodotti, pereżempju billi jindikaw klassijiet tal-prestazzjoni. Speċifikament għall-konsumaturi, it-tikketti fiżiċi jistgħu jkunu sors addizzjonali ta’ informazzjoni fil-post tal-bejgħ. Dawn jistgħu jipprovdu bażi viżwali rapida għall-konsumaturi biex jiddistingwu bejn prodotti abbażi tal-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ parametru speċifiku tal-prodott jew sett ta’ parametri tal-prodott. Jenħtieġ li, meta jkun xieraq, jippermettu wkoll l-aċċess ta’ informazzjoni addizzjonali billi jkollhom referenzi speċifiċi bħall-indirizzi tas-siti web, il-kodiċijiet QR dinamiċi, il-links għat-tikketti online jew xi mezz xieraq orjentat lejn il-konsumatur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi fl-att delegat rilevanti l-aktar mod effettiv li bih jintwerew dawn it-tikketti, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod online, filwaqt li tqis l-implikazzjonijiet għall-klijenti u għall-operaturi ekonomiċi u l-karatteristiċi tal-prodotti kkonċernati. Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll li t-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ tal-prodott.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu protetti minn informazzjoni qarrieqa li tista’ xxekkel l-għażliet tagħhom għal prodotti aktar sostenibbli. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jkun ipprojbit li l-prodotti li jkollhom tikketta li timita t-tikketti previsti f’dan ir-Regolament jitqiegħdu fis-suq.
(41) Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu protetti minn informazzjoni qarrieqa li tista’ xxekkel l-għażliet tagħhom għal prodotti aktar sostenibbli. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jkun ipprojbit li l-prodotti li jkollhom tikketta b’informazzjoni qarrieqa jew kontradittorja jew li timita t-tikketti previsti f’dan ir-Regolament jiġu introdotti fis-suq. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li tkompli tintwera Ekotikketta tal-UE jew ekotikketti eżistenti oħra tat-tip I kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 66/2010.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Biex jinkiseb l-aktar mod effiċjenti dwar l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u biex l-ewwel jiġu indirizzati l-prodotti li jħallu l-akbar impatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq prijoritizzazzjoni tal-prodotti li għandhom jiġu regolati skont dan ir-Regolament u r-rekwiżiti li se japplikaw għalihom. Abbażi tal-proċess segwit għall-prijoritizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta pjan ta’ ħidma, li jkopri mill-inqas tliet (3) snin, li tistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom qed tippjana li tadotta atti delegati kif ukoll l-aspetti tal-prodott li għalihom beħsiebha tadotta atti delegati ta’ applikazzjoni orizzontali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża l-prijoritizzazzjoni tagħha fuq sett ta’ kriterji li jappartjenu b’mod partikolari għall-kontribut potenzjali tal-atti delegati għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-enerġija u l-potenzjal tagħhom għat-titjib tal-aspetti tal-prodott magħżula mingħajr kostijiet sproporzjonati għall-operaturi pubbliċi u ekonomiċi. Meta titqies l-importanza tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi tal-enerġija tal-Unjoni, il-pjanijiet ta’ ħidma jenħtieġ li jinkludu sehem adegwat ta’ azzjonijiet relatati ma’ prodotti relatati mal-enerġija. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu kkonsultati wkoll permezz tal-Forum dwar l-Ekodisinn. Minħabba l-kumplimentarjetajiet bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/1369 għall-prodotti relatati mal-enerġija, l-iskedi ta’ żmien għall-pjan ta’ ħidma skont dan ir-Regolament u dak previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1369 jenħtieġ li jiġu allinjati.
(42) Biex jinkiseb l-aktar mod effiċjenti dwar l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u biex l-ewwel jiġu indirizzati l-prodotti li jħallu l-akbar impatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq prijoritizzazzjoni tal-prodotti li għandhom jiġu regolati skont dan ir-Regolament u r-rekwiżiti li se japplikaw għalihom. Abbażi tal-proċess segwit għall-prijoritizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta pjan ta’ ħidma, li jkopri mill-inqas tliet (3) snin, filwaqt li tistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom qed tippjana li tadotta atti delegati kif ukoll l-aspetti tal-prodott li għalihom beħsiebha tadotta atti delegati ta’ applikazzjoni orizzontali, u l-iskedi ta’ żmien stmati għall-istabbiliment tagħhom. Il-pjan ta’ ħidma u l-aġġornamenti tiegħu jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku u ppreżentati lill-Parlament Ewropew qabel l-adozzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra b’mod partikolari dawk il-gruppi ta’ prodotti identifikati f’dan ir-Regolament, u tibbaża l-prijoritizzazzjoni tagħha fuq sett ta’ kriterji li jappartjenu b’mod partikolari għall-kontribut tal-atti delegati għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-enerġija u l-potenzjal tagħhom għat-titjib tal-aspetti tal-prodott magħżula mingħajr kostijiet sproporzjonati għall-operaturi pubbliċi u ekonomiċi. Meta titqies l-importanza tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi tal-enerġija tal-Unjoni, il-pjanijiet ta’ ħidma jenħtieġ li jinkludu sehem adegwat ta’ azzjonijiet relatati ma’ prodotti relatati mal-enerġija. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu kkonsultati wkoll permezz tal-Forum dwar l-Ekodisinn. Minħabba l-komplementarjetajiet bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/1369 għall-prodotti relatati mal-enerġija, l-iskedi ta’ żmien għall-pjan ta’ ħidma skont dan ir-Regolament u dak previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1369 jenħtieġ li jiġu allinjati.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdida)
(42a) L-industrija tas-siment, bħala wieħed mill-aktar setturi intensivi fl-enerġija, fil-materjal u fil-karbonju, bħalissa hija responsabbli għal madwar 7% tal-emissjonijiet globali u 4% tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-UE1a, u dan jagħmilha settur ewlieni għall-allinjament mal-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima u l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni malajr kemm jista’ jkun. Filwaqt li l-prodotti tal-kostruzzjoni, inkluż is-siment, għandhom ikunu koperti skont [ir-Regolament li jmiss li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-kostruzzjoni, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (UE) 305/2011 (2022/0094 COD)], dawn jibqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ rekwiżiti tal-prodott meħtieġa b’mod urġenti biex jintlaħqu l-objettivi tagħna dwar il-klima u l-ambjent, kwalunkwe nuqqas ta’ prestazzjoni adegwata u rekwiżit ta’ informazzjoni għal dawn il-prodotti skont [ir-Regolament li jmiss li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-kostruzzjoni, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (UE) 305/2011 (2022/0094 COD)] għandu jiskatta l-inklużjoni tagħhom fil-pjan ta’ ħidma li jmiss ta’ dan ir-Regolament.
__________________
1a Decarbonisation options for the cement industry (Għażliet ta’ dekarbonizzazzjoni għall-industrija tas-siment), EUR 31378 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2023, ISBN 978-92-76-61599-6, doi:10.2760/174037, JRC131246.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Fl-indirizzar tal-prodotti tal-kostruzzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-prodotti finali biss meta l-obbligi maħluqa mir-[Regolament rivedut dwar il-Prodotti tal-Kostruzzjoni] u l-implimentazzjoni tiegħu x’aktarx li ma jilħqux biżżejjed l-objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali segwiti minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, meta tfassal pjanijiet ta’ ħidma, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis li, fil-kontinwazzjoni tal-prattika attwali, [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti għall-Kostruzzjoni], fir-rigward ta’ prodotti relatati mal-enerġija li huma wkoll prodotti għall-kostruzzjoni, se jagħti prevalenza lir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti skont dan ir-Regolament. Dan jenħtieġ li jkun il-każ pereżempju għall-apparati tat-tisħin, għall-bojlers, għall-pompi tas-sħana, għall-apparat tat-tisħin tal-ilma u tal-ispazju, għall-fannijiet, għas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni u għall-prodotti fotovoltajċi (esklużi pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini). Għal dawn il-prodotti, [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti tal-Kostruzzjoni] jista’ jintervjeni b’mod kumplimentari meta meħtieġ, prinċipalment fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza, filwaqt li jqis ukoll leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar prodotti bħal apparat tal-gass, vultaġġ baxx, u makkinarju.
(43) Meta tfassal pjanijiet ta’ ħidma, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis li, fil-kontinwazzjoni tal-prattika attwali, [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti tal-Kostruzzjoni], fir-rigward ta’ prodotti relatati mal-enerġija li huma wkoll prodotti tal-kostruzzjoni, se jagħti prevalenza lir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti skont dan ir-Regolament. Dan jenħtieġ li jkun il-każ pereżempju għall-apparati tat-tisħin, għall-bojlers, għall-pompi tas-sħana, għall-apparat tat-tisħin tal-ilma u tal-ispazju, għall-fannijiet, għas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni u għall-prodotti fotovoltajċi (esklużi pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini). Għal dawn il-prodotti, [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti tal-Kostruzzjoni] jista’ jintervjeni b’mod kumplimentari meta meħtieġ, prinċipalment fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza, filwaqt li jqis ukoll leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar prodotti bħal apparat tal-gass, vultaġġ baxx, u makkinarju.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Biex titħeġġeġ l-awtoregolamentazzjoni bħala alternattiva valida għall-approċċi regolatorji, dan ir-Regolament jenħtieġ li, bi tkomplija tad-Direttiva 2009/125/KE, jinkludi l-possibbiltà għall-industrija li tippreżenta miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni proposti mill-industrija, flimkien mal-informazzjoni u l-evidenza ppreżentati mill-firmatarji, inkluż fid-dawl tal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni u l-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza mad-dritt tal-Unjoni. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta u taġġorna att li jelenka l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni kkunsidrati bħala alternattivi validi għal att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Jixraq ukoll, pereżempju fid-dawl tal-iżviluppi rilevanti tas-suq jew teknoloġiċi fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kkonċernat, li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob verżjoni riveduta tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni kull meta jitqies meħtieġ. Ladarba miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi elenkata f’att ta’ implimentazzjoni, hemm aspettattiva leġittima għall-operaturi ekonomiċi li l-Kummissjoni mhux se tadotta att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dan il-grupp ta’ prodotti speċifiku. Madankollu, mhuwiex eskluż li l-Kummissjoni tista’ tadotta rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn li japplikaw ukoll għall-prodotti koperti minn miżura ta’ awtoregolamentazzjoni rikonoxxuta għall-aspetti tal-prodott mhux indirizzati minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. Meta l-Kummissjoni tqis li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li hija tneħħi dik l-awtoregolamentazzjoni mill-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-miżuri rikonoxxuti ta’ awtoregolamentazzjoni. Konsegwentement, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jistgħu mbagħad jiġu stabbiliti għall-gruppi ta’ prodotti li qabel kienu indirizzati mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
(44) Sabiex titħeġġeġ l-awtoregolamentazzjoni bħala alternattiva valida għall-approċċi regolatorji, dan ir-Regolament jenħtieġ li, bi tkomplija tad-Direttiva 2009/125/KE, jinkludi l-possibbiltà għall-industrija li tippreżenta miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni meta dawk il-prodotti jew gruppi ta’ prodotti ma jkunux inklużi fil-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jenħtieġ li jiġu allinjati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni proposti mill-industrija, flimkien mal-informazzjoni u l-evidenza ppreżentati mill-firmatarji, inkluż fid-dawl tal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni u l-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tadotta u taġġorna att li jelenka l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni kkunsidrati bħala alternattivi validi għal att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Jixraq ukoll, pereżempju fid-dawl tal-iżviluppi rilevanti tas-suq jew teknoloġiċi fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kkonċernat, li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob verżjoni riveduta tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni kull meta jitqies meħtieġ. Ladarba miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi elenkata f’att delegat, ikun hemm aspettattiva leġittima għall-operaturi ekonomiċi li l-Kummissjoni mhux se tadotta att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dan il-grupp ta’ prodotti speċifiku. Madankollu, mhuwiex eskluż li l-Kummissjoni tista’ tadotta rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn li japplikaw ukoll għall-prodotti koperti minn miżura ta’ awtoregolamentazzjoni rikonoxxuta għall-aspetti tal-prodott mhux indirizzati minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. Meta l-Kummissjoni tqis li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li hija tneħħi dik l-awtoregolamentazzjoni mill-att delegat li jelenka l-miżuri rikonoxxuti ta’ awtoregolamentazzjoni. Konsegwentement, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jistgħu mbagħad jiġu stabbiliti għall-gruppi ta’ prodotti li qabel kienu indirizzati mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) L-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) jistgħu jibbenefikaw ħafna minn żieda fid-domanda għal prodotti sostenibbli iżda jistgħu jiffaċċjaw ukoll kostijiet u diffikultajiet b’xi wħud mir-rekwiżiti. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li, fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom, jipprovdu informazzjoni adegwata, jiżguraw taħriġ immirat u speċjalizzat, u jipprovdu assistenza u appoġġ speċifiċi, inkluż dawk finanzjarji, lill-SMEs attivi fil-manifattura ta’ prodotti li għalihom huma stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li, pereżempju, ikopru l-kalkolu tal-impronta ambjentali tal-prodott u l-implimentazzjoni teknika tal-passaport tal-prodotti. Jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet mill-Istati Membri fir-rigward tar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.
(45) L-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) jistgħu jibbenefikaw ħafna minn żieda fid-domanda għal prodotti sostenibbli iżda jistgħu jiffaċċjaw ukoll kostijiet u diffikultajiet b’xi wħud mir-rekwiżiti. Sabiex jappoġġaw l-SMEs, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li, fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom, jipprovdu informazzjoni adegwata, jiżguraw taħriġ immirat u speċjalizzat, u jipprovdu assistenza u appoġġ speċifiċi, inklużi dawk finanzjarji, permezz ta’ fondi u għodod ta’ finanzjament eżistenti, lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs attivi fil-manifattura ta’ prodotti li għalihom huma stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Jenħtieġ li dawk il-miżuri mill-inqas jinkludu mekkaniżmi speċifiċi biex jiffaċilitaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-passaport tal-prodotti u mat-twettiq tal-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja. Jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet mill-Istati Membri fir-rigward tar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 46
(46) Il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, bħat-tessuti u ż-żraben, mill-operaturi ekonomiċi qed issir problema ambjentali mifruxa madwar l-Unjoni, b’mod partikolari minħabba t-tkabbir rapidu tal-bejgħ online. Dan jammonta għal telf ta’ riżorsi ekonomiċi siewja peress li l-merkanzija tiġi prodotta, trasportata u wara tinqered mingħajr ma qatt tintuża għall-iskop intenzjonat tagħha. Għalhekk, fl-interess tal-protezzjoni ambjentali, dan ir-Regolament jeħtieġ jistabbilixxi qafas biex tkun evitata l-qerda ta’ prodotti mhux mibjugħa li jkunu maħsuba primarjament għall-konsumaturi skont id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69, inkluż il-prodotti ritornati minn xi konsumaturi fid-dawl tad-dritt ta’ rtirar tagħhom kif stabbilit mid-Direttiva (UE) 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70. Dan se jnaqqas l-impatt ambjentali ta’ dawk il-prodotti billi jnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u billi jiskoraġġixxi l-produzzjoni żejda tal-prodotti. Barra minn hekk, minħabba li diversi Stati Membri introduċew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u b’hekk ħolqu distorsjonijiet fis-suq, huma meħtieġa regoli armonizzati dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa biex ikun żgurat li d-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut u operaturi ekonomiċi oħra huma soġġetti għall-istess regoli u inċentivi madwar l-Istati Membri.
(46) Il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, bħat-tessuti u ż-żraben kif ukoll tagħmir jew apparat elettriku u elettroniku mill-operaturi ekonomiċi qed issir problema ambjentali mifruxa madwar l-Unjoni, b’mod partikolari minħabba t-tkabbir rapidu tal-bejgħ online. Dan jammonta għal telf ta’ riżorsi ekonomiċi siewja peress li l-merkanzija tiġi prodotta, trasportata u wara tinqered mingħajr ma qatt tintuża għall-iskop intenzjonat tagħha. Għalhekk, fl-interess tal-protezzjoni ambjentali, dan ir-Regolament jeħtieġ jistabbilixxi qafas biex tkun evitata l-qerda ta’ prodotti mhux mibjugħa li jkunu maħsuba primarjament għall-konsumaturi skont id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69, inklużi l-prodotti ritornati minn xi konsumaturi fid-dawl tad-dritt ta’ rtirar tagħhom kif stabbilit mid-Direttiva (UE) 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70. Dan se jnaqqas l-impatt ambjentali ta’ dawk il-prodotti billi jnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u billi jiskoraġġixxi l-produzzjoni żejda tal-prodotti. Barra minn hekk, minħabba li diversi Stati Membri introduċew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u b’hekk ħolqu distorsjonijiet fis-suq, huma meħtieġa regoli armonizzati dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa biex ikun żgurat li d-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut u operaturi ekonomiċi oħra huma soġġetti għall-istess regoli u inċentivi madwar l-Istati Membri.
__________________
__________________
69 Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 6).
69 Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 6).
70 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
70 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) Biex tiġi diżinċentivata l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u biex tinħoloq aktar data dwar it-tħaddim ta’ din il-prattika, dan ir-Regolament jenħtieġ li jintroduċi obbligu ta’ trasparenza għall-operaturi ekonomiċi li jżommu prodotti tal-konsumatur fl-Unjoni, li jeħtieġ li jiżvelaw informazzjoni dwar l-għadd ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jintremew fis-sena. L-operatur ekonomiku jenħtieġ li jindika t-tip jew il-kategorija ta’ prodott, ir-raġunijiet għar-rimi tagħhom u l-konsenja tagħhom għal operazzjonijiet sussegwenti ta’ trattament tal-iskart. Filwaqt li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu liberi li jiddeterminaw kif jiżvelaw dik l-informazzjoni b’mod xieraq għall-ambjent tan-negozju tagħhom, jenħtieġ li titqies bħala l-aqwa prattika li tiġi inkluża l-informazzjoni meħtieġa f’dikjarazzjoni mhux finanzjarja disponibbli għall-pubbliku abbozzata f’konformità mal-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 meta applikabbli.
(47) Biex tiġi diżinċentivata l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u biex tinħoloq aktar data dwar it-tħaddim ta’ din il-prattika, dan ir-Regolament jenħtieġ li jintroduċi obbligu ta’ trasparenza għall-operaturi ekonomiċi li jżommu prodotti tal-konsumatur fl-Unjoni, li jeħtieġ li jiżvelaw informazzjoni dwar l-għadd ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jintremew fis-sena fuq sit web tal-Kummissjoni. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jindikaw it-tip jew il-kategorija ta’ prodott, ir-raġunijiet għar-rimi tagħhom u l-konsenja tagħhom għal operazzjonijiet sussegwenti ta’ trattament tal-iskart. Jenħtieġ ukoll li titqies bħala l-aqwa prattika li tiġi inkluża l-informazzjoni meħtieġa f’dikjarazzjoni mhux finanzjarja disponibbli għall-pubbliku abbozzata f’konformità mal-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 meta applikabbli.
__________________
__________________
71 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
71 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Biex tkun evitata l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, meta l-qerda ta’ tali prodotti tkun prevalenti, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprojbixxi l-qerda ta’ tali prodotti. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti li jistgħu potenzjalment jinqerdu mingħajr ma qatt jinbiegħu jew jintużaw, jeħtieġ tiġi stabbilita tali setgħa f’dan ir-Regolament. Madankollu, il-projbizzjoni stabbilita fl-atti delegati jenħtieġ li tapplika għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi li jridu jiġu determinati abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-punt sa fejn il-qerda ta’ tali prodotti sseħħ fil-prattika, filwaqt li titqies l-informazzjoni li jipprovdu l-operaturi ekonomiċi meta xieraq. Biex ikun żgurat li dan l-obbligu jkun proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra eżenzjonijiet speċifiċi li skonthom il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa xorta tista’ tkun permessa, pereżempju fid-dawl ta’ tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza. Biex tiġi monitorjata l-effettività ta’ din il-projbizzjoni u tiġi diżinċentivata ċ-ċirkomvenzjoni, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jiżvelaw l-għadd ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jinqerdu u r-raġunijiet għall-qerda tagħhom skont l-eżenzjonijiet applikabbli. Fl-aħħar nett, biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed fuq l-SMEs, jenħtieġ li dawn jiġu eżentati mill-obbligi li jiżvelaw il-prodotti skartati mhux mibjugħa tagħhom u mill-projbizzjoni li jiġu skartati gruppi ta’ prodotti speċifiċi stabbiliti f’atti delegati. Madankollu, meta jkun hemm evidenza raġonevoli li l-SMEs jistgħu jintużaw biex jevitaw dawk l-obbligi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob, f’dawk l-atti delegati, għal xi gruppi ta’ prodotti, li dawn l-obbligi japplikaw ukoll għal intrapriżi mikro, żgħar jew medji.
(48) Sabiex tkun evitata l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, meta l-qerda ta’ tali prodotti tkun prevalenti, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprojbixxi l-qerda ta’ tali prodotti. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti li jistgħu potenzjalment jinqerdu mingħajr ma qatt jinbiegħu jew jintużaw, jeħtieġ tiġi stabbilita tali setgħa f’dan ir-Regolament. Madankollu, il-projbizzjoni stabbilita fl-atti delegati jenħtieġ li tapplika għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi li għandhom jiġu determinati abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-punt sa fejn il-qerda ta’ tali prodotti sseħħ fil-prattika, filwaqt li titqies l-informazzjoni li jipprovdu l-operaturi ekonomiċi meta xieraq. Biex ikun żgurat li dan l-obbligu jkun proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra eżenzjonijiet speċifiċi li skonthom il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa xorta tista’ tkun permessa, pereżempju fid-dawl ta’ tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll lill-operaturi ekonomiċi biżżejjed żmien biex jaġġustaw għar-rekwiżiti l-ġodda ta’ tali projbizzjoni. Biex tiġi mmonitorjata l-effettività ta’ din il-projbizzjoni u tiġi diżinċentivata ċ-ċirkomvenzjoni, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jiżvelaw l-għadd ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jinqerdu u r-raġunijiet għall-qerda tagħhom skont l-eżenzjonijiet applikabbli. Fl-aħħar nett, biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed fuq l-intrapriżi żgħar, medji u mikro, jenħtieġ li dawn jiġu eżentati mill-obbligi li jiżvelaw il-prodotti skartati mhux mibjugħa tagħhom u mill-projbizzjoni li jiġu skartati gruppi ta’ prodotti speċifiċi stabbiliti f’atti delegati. Madankollu, meta jkun hemm evidenza raġonevoli li l-intrapriżi żgħar, medji u mikro jistgħu jintużaw biex jevitaw dawk l-obbligi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob, f’dawk l-atti delegati, għal xi gruppi ta’ prodotti, li dawn l-obbligi japplikaw ukoll għal intrapriżi mikro, żgħar jew medji. Sena wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mill-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li tkun ipprojbita għat-tessuti u għaż-żraben, kif ukoll għat-tagħmir elettriku u elettroniku, peress li teżisti biżżejjed evidenza li turi li l-qerda ta’ tali prodotti qed isseħħ u hija ta’ ħsara għall-ambjent.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) Hu essenzjali li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-obbligu ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hu impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill74 fir-rigward ta’ prodotti koperti minn dak ir-Regolament, inkluż prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn. Biex tkompli tittejjeb il-kooperazzjoni biex jiġi indirizzat il-kontenut illegali relatat ma’ prodotti mhux konformi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi obbligi konkreti biex din il-kooperazzjoni titqiegħed fil-prattika fir-rigward tas-swieq online. Pereżempju, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed itejbu b’mod kostanti l-għodod teknoloġiċi li jużaw għas-sorveljanza tas-suq online biex jidentifikaw prodotti mhux konformi mibjugħa online. Biex dawn l-għodod ikunu operazzjonali, is-swieq online jenħtieġ li jagħtu aċċess għall-interfaċċi tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jista’ jkollhom bżonn ukoll li jikkuppjaw id-data mis-swieq online.
(59) Hu essenzjali li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-obbligu ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hu impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill74 fir-rigward ta’ prodotti koperti minn dak ir-Regolament, inklużi prodott li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn. Sabiex jinżamm il-pass mal-iżvilupp teknoloġiku u l-mezzi ġodda ta’ bejgħ, jenħtieġ li l-konformità mal-obbligi tad-disinn stabbiliti għall-fornituri tas-swieq online fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill74a tapplika għall-fini tal-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 25 u 30(1) ta’ dan ir-Regolament u, meta jkun applikabbli, għar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. L-infurzar ta’ dawk l-obbligi jenħtieġ li jkun soġġett għar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065. Għall-finijiet tal-Artikolu 31, il-paragrafu 3, tar-Regolament (UE) 2022/2065, jenħtieġ li l-fornituri tas-swieq online jużaw tal-anqas is-sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-punt uniku ta’ kuntatt skont dan ir-Regolament jkun l-istess bħall-punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (EU) 2022/2065, mingħajr ma jipperikola l-objettiv li jiġu trattati kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza tal-prodotti b’mod rapidu u speċifiku.
_________________
_________________
74 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6/2019, p. 1).
74 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6/2019, p. 1).
74a Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 68
(68) Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, ir-rikors għal speċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li jintuża bħala soluzzjoni ta’ riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, pereżempju meta l-proċess ta’ standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta’ kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew meta jkun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ standard armonizzat. Tali dewmien jista’ pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. Barra minn hekk, ir-rikors għal din is-soluzzjoni jenħtieġ li jkun possibbli meta l-Kummissjoni tkun irrestrinġiet jew irtirat ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti f’konformità mal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li twassal ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità.
(68) Il-qafas ta’ standardizzazzjoni attwali tal-Unjoni li huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-hekk imsejjaħ “Approċċ Ġdid” u fuq ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jirrappreżenta l-qafas biex jiġu elaborati standards li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta’ referenzi rilevanti għal standards armonizzati, ir-rikors għal speċifikazzjonijiet komuni, permezz tal-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jintuża bħala soluzzjoni ta’ riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, pereżempju meta l-proċess ta’ standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta’ kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew meta jkun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ standard armonizzat u l-iskadenza preskritta ma tkunx tista’ tinżamm. Tali dewmien jista’ pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. Barra minn hekk, ir-rikors għal din is-soluzzjoni jenħtieġ li jkun possibbli meta l-Kummissjoni tkun irrestrinġiet jew irtirat ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti f’konformità mal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li twassal ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-proċess tal-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet komuni li jkopru r-rekwiżiti tal-ekodisinn ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 86
(86) Biex il-konsumaturi jiġu inċentivati jagħmlu għażliet sostenibbli, b’mod partikolari meta l-prodotti aktar sostenibbli ma jkunux affordabbli biżżejjed, jenħtieġ li jiġu previsti mekkaniżmi bħall-ekovawċers u t-tassazzjoni ekoloġika. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn inċentivi biex jippremjaw il-prodotti bl-aħjar prestazzjoni fost dawk li għalihom ġew stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni permezz ta’ atti delegati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jagħmlu dan billi jimmiraw dawk l-inċentivi lejn l-aktar żewġ klassijiet popolati ta’ prestazzjoni, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-att delegat rilevanti. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodott abbażi tal-klassi ta’ prestazzjoni tiegħu. Għall-istess raġuni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar liema parametri tal-prodott jew livelli relatati ta’ prestazzjoni l-inċentivi tal-Istati Membri jikkonċernaw f’każ li l-ebda klassi ta’ prestazzjoni ma tiġi ddeterminata fl-att delegat applikabbli jew meta jiġu stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ aktar minn parametru wieħed tal-prodott. L-introduzzjoni ta’ inċentivi tal-Istati Membri jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
(86) Biex il-konsumaturi jiġu inċentivati jagħmlu għażliet sostenibbli, b’mod partikolari meta l-prodotti aktar sostenibbli ma jkunux affordabbli biżżejjed, jenħtieġ li jiġu previsti mekkaniżmi bħall-ekovawċers li jistgħu jintużaw biss għax-xiri ta’ prodotti u servizzi li jirrispettaw l-ambjent, u tassazzjoni ekoloġika. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn inċentivi biex jippremjaw il-prodotti bl-aħjar prestazzjoni fost dawk li għalihom ġew stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni permezz ta’ atti delegati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jagħmlu dan billi jimmiraw dawk l-inċentivi lejn l-aktar żewġ klassijiet popolati ta’ prestazzjoni, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-att delegat rilevanti. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jipprojbixxu l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodott abbażi tal-klassi ta’ prestazzjoni tiegħu. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar liema parametri tal-prodott jew livelli relatati ta’ prestazzjoni l-inċentivi tal-Istati Membri jikkonċernaw f’każ li l-ebda klassi ta’ prestazzjoni ma tiġi ddeterminata fl-att delegat applikabbli jew meta jiġu stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ aktar minn parametru wieħed tal-prodott. L-introduzzjoni ta’ inċentivi tal-Istati Membri jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 87
(87) L-akkwist pubbliku jammonta għal 14% tal-PDG tal-Unjoni. Biex tikkontribwixxi għall-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tirrikjedi, meta xieraq, li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttiva 2014/24/UE78 u 2014/25/UE79 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jallinjaw l-akkwist tagħhom ma’ kriterji jew miri speċifiċi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jridu jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Il-kriterji jew il-miri stabbiliti minn atti delegati għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi jenħtieġ li jiġu rispettati mhux biss meta jinxtraw direttament dawk il-prodotti f’kuntratti ta’ provvista pubblika iżda wkoll f’kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jew ta’ servizzi pubbliċi fejn dawk il-prodotti se jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti. Meta mqabbla ma’ approċċ volontarju, kriterji jew miri obbligatorji se jiżguraw li l-ingranaġġ tal-infiq pubbliku biex tingħata spinta lid-domanda għal prodotti bi prestazzjoni aħjar jiġi massimizzat. Il-kriterji jenħtieġ li jkunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.
(87) L-akkwist pubbliku jammonta għal 14% tal-PDG tal-Unjoni. Sabiex tikkontribwixxi għall-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi u ssir it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tirrikjedi, meta jkun xieraq, li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE78 u 2014/25/UE79 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jallinjaw l-akkwist tagħhom ma’ kriterji jew miri speċifiċi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Il-kriterji jew il-miri stabbiliti minn atti delegati għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi jenħtieġ li jiġu rispettati mhux biss meta jinxtraw direttament dawk il-prodotti f’kuntratti ta’ provvista pubblika iżda wkoll f’kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jew ta’ servizzi pubbliċi meta dawk il-prodotti jkunu se jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti. Meta mqabbla ma’ approċċ volontarju, il-kriterji jew miri obbligatorji se jiżguraw li l-ingranaġġ tal-infiq pubbliku biex tingħata spinta lid-domanda għal prodotti bi prestazzjoni aħjar jiġi massimizzat fl-Istati Membri kollha. Il-kriterji jenħtieġ li jkunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.
__________________
__________________
78 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
78 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
79 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
79 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 88
(88) L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn hu essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ugwali fis-suq tal-Unjoni u jkun żgurat li jinkisbu l-benefiċċji u l-kontribut mistennija ta’ dan ir-Regolament biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-enerġija u ċ-ċirkolarità. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni japplika għall-prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn skont dan ir-Regolament, sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura jew effett f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, biex jitnaqqsu l-livelli problematiċi ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodotti koperti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE, biex ikun evitat aħjar in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti futuri tal-ekodisinn, u filwaqt li jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ u ż-żieda fl-ambizzjoni ta’ dan ir-Regolament meta mqabbel mad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fih regoli addizzjonali speċifiċi li jikkumplimentaw il-qafas maħluq mir-Regolament (UE) 2019/1020. Dawk ir-regoli addizzjonali speċifiċi jenħtieġ li jkunu mmirati lejn aktar tisħiħ tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri u jenħtieġ li jipprovdu għodod addizzjonali għall-Kummissjoni biex tiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jieħdu azzjoni biżżejjed li tevita n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
(88) L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn hu essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ugwali fis-suq tal-Unjoni u jkun żgurat li jinkisbu l-benefiċċji u l-kontribut mistennija ta’ dan ir-Regolament biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-enerġija u ċ-ċirkolarità. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni japplika għall-prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn skont dan ir-Regolament, sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura jew effett f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, biex jitnaqqsu l-livelli problematiċi ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodotti koperti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE, biex ikun evitat aħjar in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti futuri tal-ekodisinn, u filwaqt li jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ u ż-żieda fl-ambizzjoni ta’ dan ir-Regolament meta mqabbel mad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fih regoli addizzjonali speċifiċi li jikkomplementaw il-qafas maħluq mir-Regolament (UE) 2019/1020. Dawk ir-regoli addizzjonali speċifiċi jenħtieġ li jkunu mmirati lejn aktar tisħiħ tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri u jenħtieġ li jipprovdu għodod addizzjonali għall-Kummissjoni biex tiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jieħdu azzjoni suffiċjenti biex jevitaw in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn u jistabbilixxu mill-ġdid il-konformità meta dan ikun rilevanti.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 90
(90) Biex ikun żgurat li jsiru l-kontrolli xierqa fuq skala adegwata rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu pjan ta’ azzjoni dedikat li jidentifika l-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex jonqos in-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti rilevanti jew mar-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn. Meta rilevanti, dan il-pjan ta’ azzjoni jenħtieġ li jkun parti mill-istrateġiji nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri adottati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
(90) Biex ikun żgurat li jsiru l-kontrolli xierqa fuq skala adegwata rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu pjan ta’ azzjoni dedikat li jidentifika l-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex inaqqsu jew itemmu n-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti rilevanti jew mar-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn. Meta jkun rilevanti, dan il-pjan ta’ azzjoni jenħtieġ li jkun parti mill-istrateġiji nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri adottati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 91
(91) Il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħal-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità osservati jew l-impatti ambjentali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità. L-attivitajiet ippjanati biex jiġu indirizzati dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li min-naħa tagħhom ikunu proporzjonati mal-fatti li jwasslu għall-prijoritizzazzjoni tagħhom. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-prodotti u r-rekwiżiti li l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom li jidentifikaw il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex jonqas in-nuqqas ta’ konformità.
(91) Il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħal-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità osservati jew l-impatti ambjentali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità jew l-għadd ta’ lmenti riċevuti. L-attivitajiet ippjanati biex jiġu indirizzati dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li min-naħa tagħhom ikunu proporzjonati mal-fatti li jwasslu għall-prijoritizzazzjoni tagħhom. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiddetermina l-prodotti u r-rekwiżiti li l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom li jidentifikaw il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex inaqqsu n-nuqqas ta’ konformità.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 92
(92) Meta jiġu osservati livelli problematiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn minkejja l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-appoġġ imsaħħa stabbiliti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tintervjeni biex tiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu kontrolli fuq skala adegwata. Għalhekk, biex jiġi ssalvagwardjat l-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tistabbilixxi għadd minimu ta’ kontrolli li jridu jsiru fuq prodotti jew rekwiżiti speċifiċi. Din is-setgħa jenħtieġ li tkun addizzjonali għall-għoti tas-setgħa fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
(92) Meta jiġu osservati livelli problematiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn minkejja l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-appoġġ imsaħħa stabbiliti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tintervjeni fil-pront u b’mod effiċjenti biex tiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu kontrolli fuq skala adegwata. Għalhekk, sabiex jiġi ssalvagwardjat l-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi għadd minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fuq prodotti jew rekwiżiti speċifiċi. Din is-setgħa jenħtieġ li tkun addizzjonali għall-għoti tas-setgħa fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 94
(94) Biex tissaħħaħ aktar il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-prodotti jew tar-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex jonqos in-nuqqas ta’ konformità jkun Regolament, jissodisfaw f’intervalli regolari u jidentifikaw prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq li jridu jitqiesu fil-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri, fil-prijoritajiet għall-għoti ta’ appoġġ mill-Unjoni, u fir-rekwiżiti tal-ekodisinn li huma interpretati b’mod differenti li jwasslu għal distorsjoni tas-suq.
(94) Biex tissaħħaħ aktar il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-prodotti jew tar-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex inaqqsu jew itemmu n-nuqqas ta’ konformità, jiltaqa’ f’intervalli regolari u jidentifika prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq li għandhom jitqiesu fil-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri, fil-prijoritajiet għall-għoti ta’ appoġġ mill-Unjoni, u fir-rekwiżiti tal-ekodisinn li huma interpretati b’mod differenti li jwasslu għal distorsjoni tas-suq.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 95
(95) Biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li tittieħed azzjoni biżżejjed li tevita n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li, meta rilevanti, tħaddem il-miżuri ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) 2019/1020. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza u, fejn xieraq tiffinanzja, proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni, investimenti konġunti fil-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet notifikanti u l-korpi notifikati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal linji gwida dwar kif iridu jiġu applikati u infurzati r-rekwiżiti tal-ekodisinn fejn meħtieġ biex tkun żgurata l-applikazzjoni armonizzata tagħhom.
(95) Biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li tittieħed azzjoni biżżejjed li tevita n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li, meta rilevanti, tħaddem il-miżuri ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) 2019/1020. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza u, meta jkun xieraq tiffinanzja, proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni, investimenti konġunti fil-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet notifikanti u l-korpi notifikati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati u infurzati r-rekwiżiti tal-ekodisinn biex tkun żgurata l-applikazzjoni armonizzata tagħhom.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 101
(101) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fil-prodotti mqiegħda fis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-pubbliku jeħtieġ li jkun żgurat li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu prodotti mhux konformi fis-suq ikunu soġġetti għal penali. Għalhekk, fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
(101) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fil-prodotti introdotti fis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-pubbliku jeħtieġ li jkun żgurat li l-operaturi ekonomiċi li jintroduċu prodotti mhux konformi fis-suq ikunu soġġetti għal penali. Għalhekk, fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament. Biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji komuni mhux eżawrjenti biex jiġu ddeterminati t-tipi u l-livelli ta’ penali li għandhom jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament. Tali kriterji jenħtieġ li jinkludu, fost l-oħrajn, in-natura u s-serjetà tal-ksur u l-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur u l-ħsara ambjentali kkawżata minnu, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u biex ikun żgurat il-moviment liberu fis-suq intern billi jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn li l-prodotti għandhom jissodisfaw biex jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, li għandhom jiġu elaborati aktar mill-Kummissjoni f’atti delegati, huma relatati ma’:
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti sabiex il-prodotti sostenibbli jsiru n-norma u biex titnaqqas l-impronta ambjentali globali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u biex ikun żgurat il-moviment liberu fis-suq intern billi jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn li l-prodotti għandhom jissodisfaw biex jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz. Dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, li għandhom jiġu elaborati aktar mill-Kummissjoni f’atti delegati, huma relatati ma’:
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt g
(g) il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti;
(g) il-manifattura mill-ġdid tal-prodotti;
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga) ir-riċiklaġġ tal-prodotti;
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
(13) “tmiem tal-ħajja” tfisser l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda meta prodott jintrema u jintemm meta l-prodott jiġi rritornat lin-natura bħala prodott tal-iskart jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor;
(13) “tmiem tal-ħajja” tfisser l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda meta prodott jintrema u jintemm meta l-materjal tal-iskart tal-prodott jiġi rritornat lin-natura jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor;
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15
(15) “klassi ta’ prestazzjoni” tfisser firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru ta’ prodott wieħed jew aktar imsemmija fl-Anness I, ordnati fi stadji suċċessivi biex jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodott;
(15) “klassi ta’ prestazzjoni” tfisser firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru ta’ prodott wieħed jew aktar imsemmija fl-Anness I, abbażi ta’ metodoloġija komuni għall-prodott jew għall-grupp ta’ prodotti, ordnati fi stadji suċċessivi biex jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodott;
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16
(16) “manifattura” tfisser proċess industrijali li fih prodott jiġi prodott minn oġġetti li huma skart, prodotti jew komponenti u li fih issir mill-inqas bidla waħda fil-prodott li taffettwa s-sikurezza, il-prestazzjoni, l-iskop jew it-tip tal-prodott li tipikament jitqiegħed fis-suq b’garanzija kummerċjali;
(16) “manifattura mill-ġdid” tfisser proċess industrijali li fih prodott jiġi prodott minn oġġetti li huma skart, prodotti jew komponenti u li fih issir mill-inqas bidla waħda fil-prodott li taffettwa b’mod sinifikanti s-sikurezza jew il-prestazzjoni, jew taffettwa l-iskop jew it-tip tal-prodott li tipikament jiġi introdott fis-suq b’garanzija kummerċjali;
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17
(17) “titjib” tfisser it-titjib tal-funzjonalità, tal-prestazzjoni, tal-kapaċità jew tal-estetika ta’ prodott;
(17) “titjib” tfisser it-titjib tal-funzjonalità, tal-prestazzjoni, tal-kapaċità, tas-sikurezza jew tal-estetika ta’ prodott;
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18
(18) “rinnovazzjoni” tfisser it-tħejjija jew il-modifika ta’ oġġett li hu skart jew prodott biex il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tiegħu jiġu restawrati fl-użu maħsub, fil-firxa ta’ prestazzjoni u ta’ manutenzjoni oriġinarjament maħsuba fl-istadju tad-disinn, jew li jissodisfaw l-istandards tekniċi jew ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli, bir-riżultat li prodott isir kompletament funzjonali;
(18) “rinnovazzjoni” tfisser l-ittestjar, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ oġġett li hu prodott jew skart biex il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tiegħu jiġu restawrati fl-użu maħsub oriġinarjament fl-istadju tad-disinn, bir-riżultat li prodott isir kompletament funzjonali;
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
(20a) “obsolexxenza prematura” tfisser it-tqegħid fis-suq ta’ prodott b’karatteristika li tillimita l-ħajja prevedibbli tiegħu;
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
(21) “durabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ prodott li jiffunzjona kif meħtieġ, f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ użu, manutenzjoni u tiswija, sakemm xi avveniment limitanti jwaqqaf il-funzjonament tiegħu;
(21) “durabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ prodott li jiffunzjona u jżomm għal ċertu perjodu ta’ żmien il-funzjoni u l-prestazzjoni meħtieġa tiegħu f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, manutenzjoni u tiswija sakemm xi avveniment limitanti jwaqqaf lill-prodott milli jiffunzjona;
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22
(22) “affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà li prodott jiffunzjona kif meħtieġ f’kundizzjonijiet partikolari għal durata partikolari mingħajr avveniment limitanti;
(22) “affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà kbira li prodott jiffunzjona kif meħtieġ f’kundizzjonijiet partikolari għal durata partikolari mingħajr avveniment limitanti;
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23
(23) “impronta ambjentali” tfisser kwantifikazzjoni tal-impatti ambjentali ta’ prodott, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija waħda ta’ impatt ambjentali kif ukoll ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt abbażi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott;
(23) “impronta ambjentali” tfisser kwantifikazzjoni tal-impatti ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija waħda ta’ impatt ambjentali kif ukoll jekk b’rabta ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt abbażi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott jew metodi xjentifiċi oħra żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u ttestjati b’mod wiesa’ f’kollaborazzjoni ma’ setturi differenti tal-industrija u rikonoxxuti mill-Kummissjoni;
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25a (ġdid)
(25a) “impronta tal-materjali” tfisser il-kwantifikazzjoni tal-materjali meħtieġa għal sistema ta’ prodotti bħala t-total tal-bijomassa, il-fjuwils fossili, il-minerali tal-metall u l-minerali mhux metalliċi kkunsmati;
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28 – punt a
(a) tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 u tiġi identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; jew
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28 – punt b – inċiż 9a (ġdid)
— sustanzi rregolati skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28 – punt b – inċiż 9b (ġdid)
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 35
(35) “qerda” tfisser il-ħsara jew ir-rimi intenzjonati ta’ prodott bħala skart bl-eċċezzjoni tar-rimi għall-iskop uniku li jiġi pprovdut prodott għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid;
(35) “qerda” tfisser il-ħsara jew ir-rimi intenzjonati ta’ prodott bħala skart bl-eċċezzjoni tar-rimi għall-iskop uniku li jiġi pprovdut prodott għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-rinnovazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid;
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37
(37) “prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser kwalunkwe prodott tal-konsumatur li ma nbiegħx jew li jkun ġie rritornat minn konsumatur fid-dawl tad-dritt ta’ rtirar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2011/83/UE;
(37) “prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser kwalunkwe prodott tal-konsumatur tajjeb għall-konsum jew għall-bejgħ li ma nbiegħx inklużi s-surplus, l-inventarju eċċessiv, l-istokk żejjed u l-istokk mhux mibjugħ, inklużi prodotti rritornati minn konsumatur fid-dawl tad-dritt ta’ rtirar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/83/UE;
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 46a (ġdid)
(46a) “operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun indipendenti mill-manifattur u li tkun direttament jew indirettament involuta fir-rinnovazzjoni, fit-tiswija, fil-manutenzjoni jew fl-adattament għal skop differenti tal-prodott, u tinkludi l-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart, ir-rinnovaturi, min isewwi, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir għat-tiswija, għodda jew partijiet ta’ rikambju, kif ukoll il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar u l-operaturi li joffru taħriġ lill-installaturi, il-manifatturi u dawk li jsewwu t-tagħmir;
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 46b (ġdid)
(46b) “min isewwi b’mod professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni għal prodott, irrispettivament minn jekk dik il-persuna taġixxix fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur jew b’mod indipendenti;
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 55
(55) “suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li juża software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ operaturi ekonomiċi għall-bejgħ ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
(55) “suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li juża interfaċċa online li tippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ operaturi ekonomiċi għall-bejgħ ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
Għandha tapplika d-definizzjoni ta’ “tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” li tinsab fl-Artikolu 3, il-punt (1)(a), tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “fornitur ta’ sustanza jew preparat” u “fornitur ta’ oġġett” li jinsabu fl-Artikolu 3, il-punti (32) u (33), rispettivament, tar-Regolament (KE) 1907/2006.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal, jew fir-rigward ta’, prodotti biex ittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness VI u għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 u mal-Kapitolu III. Is-setgħa li jiġu adottati rekwiżiti tal-ekodisinn tinkludi s-setgħa li jiġi stabbilit li mhu meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-prestazzjoni, l-ebda rekwiżit tal-informazzjoni jew l-ebda rekwiżit la tal-prestazzjoni u lanqas tal-informazzjoni mhu meħtieġ għal ċerti parametri speċifikati tal-prodott imsemmija fl-Anness I.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 66 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal, jew fir-rigward ta’, prodotti biex ittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness VI u għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 u mal-Kapitolu III. Is-setgħa li jiġu adottati rekwiżiti tal-ekodisinn tinkludi s-setgħa li jiġi stabbilit li mhu meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-prestazzjoni, l-ebda rekwiżit tal-informazzjoni jew li f’każijiet eċċezzjonali l-ebda rekwiżit la tal-prestazzjoni u lanqas tal-informazzjoni mhu meħtieġ għal ċerti parametri speċifikati tal-prodott imsemmija fl-Anness I.
Is-setgħa li jiġu adottati rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tinkludi s-setgħa li jiġi stabbilit li ma japplika l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn għal prodotti jew gruppi ta’ prodotti użati importati, għal perjodu limitat ta’ żmien, meta, abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa skont l-Artikolu 5(4)(b) il-Kummissjoni tikkonkludi li:
(a) ikun rilevanti li jiġi eżentat prodott użat importat jew grupp ta’ prodotti użati importati partikolari minħabba s-sehem sostanzjali li jirrappreżenta fis-suq tal-prodotti użati rilevanti tal-Unjoni u d-domanda ġenwina tal-konsumatur li jissodisfa; u
(b) tali eżenzjoni ma ddgħajjifx il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u l-applikazzjoni usa’ tar-rekwiżiti tal-ekodisinn fis-suq tal-prodotti rilevanti tal-Unjoni; u
(c) l-iffrankar tar-riżorsi minħabba l-introduzzjoni fis-suq tal-prodott użat importat jew tal-grupp ta’ prodotti użati importati ikun akbar mill-benefiċċji tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti jew gruppi ta’ prodotti ġodda.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tissupplimenta wkoll dan ir-Regolament billi tispeċifika l-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità minn fost il-moduli stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tar-rekwiżiti tal-prodott jew tal-ekodisinn ikkonċernati, f’konformità mal-Artikolu 36.
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi żmien suffiċjenti biex jaġġustaw għar-rekwiżiti l-ġodda, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs.Il-Kummissjoni għandha tissupplimenta wkoll dan ir-Regolament billi tispeċifika l-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità minn fost il-moduli stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tar-rekwiżiti tal-prodott jew tal-ekodisinn ikkonċernati, f’konformità mal-Artikolu 36.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) jispeċifikaw il-metodoloġija biex tiġi vvalutata l-possibbiltà ta’ tiswija ta’ prodott, jiġu ddefiniti l-klassijiet ta’ prestazzjoni li għandhom jintwerew mill-punteġġ għat-tiswija, u jiġu ddefiniti l-kategoriji ta’ prodotti li għalihom għandu japplika l-punteġġ għat-tiswija;
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g
(g) il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib;
(g) il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-prodotti;
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt k
(k) il-possibbiltà ta’ manifattura mill-ġdid u riċiklaġġ;
(k) il-possibbiltà ta’ manifattura mill-ġdid;
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
Madankollu, meta żewġ gruppi ta’ prodotti jew aktar juru xebh tekniku li jippermetti titjib tal-aspett tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi ta’ rekwiżit komuni, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jistgħu jiġu stabbiliti orizzontalment għal dawk il-gruppi ta’ prodotti.
Meta żewġ gruppi ta’ prodotti jew aktar juru xebh tekniku li jippermetti titjib tal-aspett tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi ta’ rekwiżit komuni, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jistgħu jiġu stabbiliti orizzontalment għal dawk il-gruppi ta’ prodotti. Dawk ir-rekwiżiti orizzontali jistgħu jiġu speċifikati aktar permezz tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal grupp ta’ prodotti speċifiku kopert minn rekwiżit orizzontali tal-ekodisinn.
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha:
4. Meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konsistenza u tevita rekwiżiti kunfliġġenti ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u għandha:
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a – punt i
(i) il-prijoritajiet tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika u prijoritajiet oħra relatati tal-Unjoni;
(i) l-objettivi tal-Unjoni li jikkonċernaw:
— il-klima, b’mod partikolari l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119;
— l-ambjent, inklużi l-bijodiversità, l-effiċjenza u s-sigurtà tar-riżorsi u t-tnaqqis tal-impronti ambjentali, tal-materjali u tal-konsum, u l-objettiv li tibqa’ fi ħdan il-limiti planetarji kif stabbilit fit-Tmien (8) Programm ta’ Azzjoni Ambjentali;
— in-nuqqas ta’ tossiċità;
— l-effiċjenza enerġetika; u
— objettivi oħra relatati tal-Unjoni;
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a – punt ii
(ii) il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż sa liema punt tindirizza l-aspetti rilevanti tal-prodott elenkati fil-paragrafu 1;
(ii) il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż sa liema punt tindirizza l-aspetti rilevanti tal-prodott elenkati fil-paragrafu 1, u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a – punt iia (ġdid)
(iia) il-ftehimiet internazzjonali rilevanti;
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a – punt va (ġdid)
(va) il-prijoritizzazzjoni tal-miżuri skont il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE;
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt b
(b) twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, u kif xieraq fuq studji u riżultati tar-riċerka addizzjonali prodotti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament Ewropej. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-profondità tal-analiżi tal-aspetti tal-prodott elenkati fil-paragrafu 1 tkun proporzjonata għas-sinifikat tagħhom. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn dwar l-aktar aspetti sinifikanti ta’ prodott fost dawk elenkati fil-paragrafu 1 ma għandux jiġi mdewwem bla bżonn minn inċertezzi dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu aspetti oħra ta’ dak il-prodott;
(b) twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, u kif xieraq fuq studji u riżultati tar-riċerka addizzjonali prodotti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament Ewropej. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn dwar l-aspetti tal-prodott elenkati fil-paragrafu 1 ma għandux jiġi mdewwem bla bżonn minn inċertezzi dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu aspetti oħra ta’ dak il-prodott. Fil-valutazzjonijiet tal-impatt, il-Kummissjoni għandha:
(i) tiżgura li l-aspetti tal-prodott kollha elenkati fil-paragrafu 1 jiġu analizzati u li l-profondità tal-analiżi tal-aspetti tal-prodott elenkati fil-paragrafu 1 tkun proporzjonata għall-importanza tagħhom;
(ii) tiżgura li jiġu analizzati l-kompromessi bejn l-aspetti differenti tal-prodott elenkati fil-paragrafu 1;
(iv) tipprovdi valutazzjoni tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4, it-tieni paragrafu, dwar il-prodotti użati importati, meta dan ikun rilevanti;
(v) tipprovdi valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt rilevanti fuq is-saħħa tal-bniedem;
(vi) tipprovdi valutazzjoni tal-livell minimu ta’ prestazzjoni ta’ prodott jew ta’ grupp ta’ prodotti, li jeħtieġ li potenzjalment jintlaħaq fil-futur sabiex dak il-prodott jew dak il-grupp ta’ prodotti jkun konformi mal-objettivi tal-Unjoni kif elenkati fil-paragrafu 4, il-punt (a)(i);
Meta jkun xieraq, il-valutazzjoni tal-impatt għandha tintuża wkoll biex jiġu stabbiliti kriterji dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, l-Ekotikketta, kif ukoll inċentivi ekonomiċi oħra sabiex tittejjeb il-konsistenza bejn l-istrumenti ta’ politika differenti.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)
(cb) tqis kwalunkwe feedback ipprovdut mill-konsultazzjonijiet pubbliċi;
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a
(a) ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;
(a) ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità jew is-sikurezza tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt c
(c) ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi f’termini tal-affordabbiltà tal-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqies ukoll l-aċċess għall-prodotti użati, id-durabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;
(c) ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi f’termini tal-affordabbiltà tal-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqies ukoll l-aċċess għall-prodotti użati, inklużi l-prodotti użati importati, id-durabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt d
(d) ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq il-kompetittività tal-atturi ekonomiċi, tal-anqas tal-SMEs;
(d) ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq il-kompetittività tal-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs;
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt f
(f) ma għandu jkun hemm l-ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi jew fuq atturi ekonomiċi oħra.
(f) ma għandu jkun hemm l-ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi jew atturi ekonomiċi oħra, b’mod partikolari għall-mikrointrapriżi u l-SMEs;
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt fa (ġdid)
(fa) għandu jingħata biżżejjed żmien lill-manifatturi jew lil atturi ekonomiċi oħra biex jaġġustaw għar-rekwiżiti l-ġodda, b’mod partikolari billi jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs.
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 8
8. Il-Kummissjoni għandha tippubblika studji u analiżijiet rilevanti użati fl-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
8. Il-Kummissjoni għandha tippubblika studji u analiżijiet rilevanti hekk kif ikunu disponibbli, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), użati fl-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Durabbiltà u possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti
1. Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn skont l-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-manifatturi ma jillimitawx id-durabbiltà ta’ prodott billi jagħmluh obsolet qabel iż-żmien, b’mod partikolari minħabba d-disinn ta’ karatteristika speċifika, l-użu ta’ oġġetti tal-konsum, il-partijiet ta’ rikambju, jew in-nuqqas ta’ forniment ta’ aġġornamenti tas-software jew aċċessorji f’perjodu ta’ żmien xieraq.
2. Meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn skont l-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-manifatturi ma jillimitawx il-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti billi jimpedixxu ż-żarmar ta’ komponenti ewlenin jew jillimitaw l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-partijiet ta’ rikambju esklużivament għal dawk awtorizzati biex isewwu.
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I u għandhom, kif xieraq, jinkludu:
2. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-parametri rilevanti tal-prodott imsemmija fl-Anness I u għandhom, kif xieraq, jinkludu:
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 6 − paragrafu 3
3. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni bbażati fuq il-parametru tal-prodott stabbilit fil-punt (f) tal-Anness I, ma għandhomx jirrestrinġu l-preżenza ta’ sustanzi fi prodotti għal raġunijiet relatati primarjament mas-sikurezza kimika.
3. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni bbażati fuq il-parametru tal-prodott stabbilit fl-Anness I, il-punt (f), ma għandhomx jirrestrinġu l-preżenza ta’ sustanzi fi prodotti għal raġunijiet relatati primarjament mas-sikurezza kimika, dment li ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jirriżulta mill-użu ta’ sustanza preżenti fil-prodott jew f’komponent tal-prodott meta jiġi introdott fis-suq jew matul l-istadji sussegwenti taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b – paragrafu 1 – punt ii
(ii) informazzjoni għall-konsumaturi u għal utenti finali oħra dwar kif jinstallaw, jużaw, iżommu u jsewwu l-prodott biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jiżguraw l-aħjar durabbiltà, kif ukoll dwar kif jirritornaw jew jarmu l-prodott fi tmiem il-ħajja tiegħu;
(ii) informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi u għal utenti finali oħra dwar l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-prodott biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jiżguraw l-aħjar durabbiltà, kif ukoll dwar kif jirritornaw jew jarmu l-prodott fi tmiem il-ħajja tiegħu;
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b – paragrafu 1 – punt iia (ġdid)
(iia) informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi u għal utenti finali oħra, dwar kif jiġu installati sistemi operattivi ta’ partijiet terzi;
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b – paragrafu 1 – punt iib (ġdid)
(iib) informazzjoni rilevanti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ tiswija u rinnovazzjoni u għall-operaturi involuti fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid, fl-użu mill-ġdid, fit-tiswija u fiż-żarmar;
Dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni għandhom jikkorrispondu għal titjib statistikament sinifikanti fil-livelli ta’ prestazzjoni.
Dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni għandhom jikkorrispondu għal titjib statistikament sinifikanti fil-livelli ta’ prestazzjoni u għandhom jużaw bħala l-livell minimu r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 6.
4a. Meta xieraq, abbażi tal-evidenza pprovduta fil-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fl-Artikolu 5(4), il-punt (b), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott relatata mal-possibbiltà ta’ tiswija għandhom jieħdu l-forma ta’ punteġġ għall-possibbiltà ta’ tiswija biex l-utenti finali jkunu jistgħu jqabblu faċilment il-prestazzjoni tal-prodotti. Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti għandha tiġi żviluppata skont l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji ta’ prodotti u stipulata fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4. Dak l-att delegat għandu jiddefinixxi wkoll il-kontenut u t-tqassim tat-tikketta li jkun fiha l-punteġġ għall-possibbiltà ta’ tiswija, kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 14, bl-użu ta’ lingwaġġ u pittogrammi ċari u faċli biex jinftiehmu, biex jiġi evitat li jkun hemm wisq informazzjoni għall-konsumaturi.
Meta disponibbli, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti tista’ tinkludi aspetti rilevanti oħra ta’ prodott, bħad-durabbiltà, l-affidabbiltà jew ir-robustezza, u tiġi speċifikata aktar fl-att delegat rilevanti filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-kategorija ta’ prodotti.
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu t-traċċar tas-sustanzi kollha ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, sakemm tali traċċar ma jkunx diġà permess minn att delegat ieħor adottat skont l-Artikolu 4 li jkopri l-prodotti kkonċernati, u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu t-traċċar tas-sustanzi kollha ta’ tħassib preżenti fil-prodott kif jiġi introdott fis-suq, f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq livell limitu, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, dment li tali traċċar ma jkunx diġà permess minn att delegat ieħor adottat skont l-Artikolu 4 li jkopri l-prodotti kkonċernati, u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a) l-isem tas-sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-prodott;
(a) l-isem tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC) tas-sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-prodott, inkluż in-numru ta’ identifikazzjoni kimika, jiġifieri n-numru tal-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew in-numru tal-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS) jew in-numru tal-Chemical Abstracts Service (CAS);
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d
L-eżenzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu pprovduti abbażi tal-fattibbiltà teknika jew ir-rilevanza tat-traċċar ta’ sustanzi ta’ tħassib, il-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u f’każijiet oħra debitament ġustifikati.
L-eżenzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu pprovduti abbażi tal-fattibbiltà teknika jew tar-rilevanza tat-traċċar ta’ sustanzi ta’ tħassib, tal-eżistenza ta’ metodi analitiċi għad-detezzjoni u għall-kwantifikazzjoni tagħhom, tal-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u f’każijiet oħra debitament ġustifikati.
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt e
(e) f’manwal għall-utent;
(e) f’manwal għall-utent jew f’dokumentazzjoni oħra li takkumpanja l-prodott;
L-informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà tas-sustanzi skont il-paragrafu 5 għandha tingħata jew fuq il-prodott jew tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott.
Informazzjoni li hija essenzjali għas-saħħa, għas-sikurezza u għad-drittijiet tal-utenti finali għandha tiġi pprovduta u għandha tkun aċċessibbli f’forma fiżika mal-prodott u tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott.
7a. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà skont id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 8 - paragrafu 1
1. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom jipprovdu li l-prodotti jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk ikun disponibbli passaport tal-prodotti f’konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4 u l-Artikoli 9 u 10.
1. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom jipprevedu li l-prodotti jistgħu jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk passaport tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4 u l-Artikoli 9 u 10. L-informazzjoni fil-passaport tal-prodotti għandha tkun akkurata, kompluta u aġġornata.
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-passaport tal-prodotti skont l-Anness III;
(a) l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-passaport tal-prodotti skont l-Anness III b’kunsiderazzjoni speċifika għal informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt f
(f) l-atturi li għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni fil-passaport tal-prodotti u għal liema informazzjoni għandu jkollhom aċċess, inkluż il-klijenti, l-utenti finali, il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri, negozjanti, min isewwi, manifatturi mill-ġdid, riċiklaturi, awtoritajiet nazzjonali kompetenti, organizzazzjonijiet ta’ interess pubbliku u l-Kummissjoni, jew xi organizzazzjoni li taġixxi f’isimhom;
(f) l-atturi li għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni fil-passaport tal-prodotti u għal liema informazzjoni għandu jkollhom aċċess, inkluż il-klijenti, l-utenti finali, il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri, in-negozjanti, min isewwi b’mod professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi, it-trade unions u l-Kummissjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni li taġixxi f’isimhom;
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt g
(g) l-atturi li jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw l-informazzjoni fil-passaport tal-prodotti, inkluż meta meħtieġ il-ħolqien ta’ passaport ġdid tal-prodotti, u liema informazzjoni jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw, inkluż manifatturi, min isewwi, professjonisti tal-manutenzjoni, manifatturi mill-ġdid, riċiklaturi, awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-Kummissjoni, jew xi organizzazzjoni li taġixxi f’isimhom;
(g) l-atturi li għandhom jintroduċu jew jaġġornaw l-informazzjoni fil-passaport tal-prodotti, inkluż meta meħtieġ il-ħolqien ta’ passaport ġdid tal-prodotti li għandu jkun marbut mal-passaport jew mal-passaporti tal-prodotti tal-prodott oriġinali, u liema informazzjoni jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw, inklużi l-manifatturi, min isewwi b’mod professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, il-professjonisti tal-manutenzjoni, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-Kummissjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni li taġixxi f’isimhom, filwaqt li jevitaw id-duplikazzjoni tal-informazzjoni u tar-rapportar;
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt h
(h) il-perjodu li għalih għandu jibqa’ disponibbli l-passaport tal-prodotti.
(h) il-perjodu li matulu l-passaport tal-prodotti għandu jibqa’ disponibbli li għandu jikkorrispondi għal mill-inqas il-ħajja mistennija ta’ prodott speċifiku.
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a
(a) jiżguraw li l-atturi tul il-katina tal-valur, b’mod partikolari l-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni dwar il-prodott rilevanti għalihom;
(a) jiżguraw li l-atturi tul il-katina tal-valur, ikunu jistgħu jaċċessaw faċilment l-informazzjoni dwar il-prodott rilevanti għalihom;
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data ma’ identifikatur uniku tal-prodott;
(a) għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data ma’ identifikatur uniku tal-prodott li għandu jidentifika l-prodott, indipendentement mill-identifikatur ta’ kwalunkwe passaport tal-prodotti u minn kwalunkwe isem ta’ dominju tal-internet;
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d) l-informazzjoni kollha inkluża fil-passaport tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli u għandha tkun tista’ tinqara minn magna, strutturata u tista’ titfittex, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 10;
(d) l-informazzjoni kollha inkluża fil-passaport tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli u għandha tkun tista’ tinqara minn magna, strutturata, u tista’ titfittex, u għandha tkun trasferibbli permezz ta’ network tal-iskambju tad-data interoperabbli u miftuħ mingħajr intrappolament tal-klijentela f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 10;
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) id-data personali relatata mal-utent finali tal-prodott ma għandhiex tinħażen fil-passaport tal-prodotti;
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 9 − paragrafu 3
3. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu jipprovdi lin-negozjanti b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data biex jippermetti lin-negozjant jagħmlu aċċessibbli għall-klijenti meta ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott. L-operatur ekonomiku għandu jipprovdi dik il-kopja diġitali mingħajr ħlas u fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mit-talba tan-negozjant.
3. L-operatur ekonomiku li jintroduċi l-prodott fis-suq għandu jipprovdi lin-negozjanti u lis-swieq online b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data biex ikunu jistgħu jagħmluha aċċessibbli għall-klijenti meta ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-prodott fiżikament. L-operatur ekonomiku għandu jipprovdi dik il-kopja diġitali mingħajr ħlas u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba.
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-passaporti tal-prodotti għandhom ikunu interoperabbli ma’ bażijiet tad-data ta’ prodotti eżistenti, bħal pereżempju, il-bażi tad-data tas-Sustanzi ta’ Tħassib fl-Oġġetti, bħala tali jew f’oġġetti kumplessi (Prodotti) (SCIP) u l-bażi tad-data tar-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL), kull meta fattibbli u rilevanti;
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess liberu għall-passaport tal-prodotti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
(b) il-klijenti, l-utenti finali, il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri, in-negozjanti, min isewwi b’mod professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-trade unions u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess faċli u mingħajr ħlas għall-passaport tal-prodotti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-passaporti tal-prodotti għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod li jkun faċli biex jintużaw mill-utent;
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c
(c) id-data inkluża fil-passaport tal-prodotti għandu jaħżinha l-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew l-operaturi awtorizzati biex jaġixxu f’isimhom;
(c) id-data inkluża fil-passaport tal-prodotti għandha tinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tagħha jew minn operaturi awtorizzati biex jaġixxu f’isimhom;
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Pjattaforma għat-Tqabbil
1. Sa [daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm għodda online aċċessibbli għall-pubbliku li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jqabblu l-informazzjoni inkluża fil-passaporti tal-prodotti maħżuna mill-operatur ekonomiku f’konformità mal-Artikolu 10(c). L-għodda għandha tkun iddisinjata b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jfittxu l-informazzjoni f’konformità mad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 10(1)(b).
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
(b) it-tqassim tat-tikketta filwaqt li jitqiesu l-viżibbiltà u l-leġibbiltà;
(b) it-tqassim tat-tikketta filwaqt li jiżguraw il-viżibbiltà u l-leġġibbiltà;
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-mod li bih għandha tintwera t-tikketta lill-klijenti inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 u l-implikazzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi rilevanti;
(c) il-mod li bih għandha tintwera t-tikketta lill-klijenti inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882, u l-implikazzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi rilevanti;
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2
2. Meta rekwiżit ta’ informazzjoni jinvolvi l-inklużjoni f’tikketta tal-klassi ta’ prestazzjoni ta’ prodott kif imsemmi fl-Artikolu 7(4), it-tqassim tat-tikketta msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jippermetti lill-klijenti jqabblu faċilment il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-parametru rilevanti tal-prodott u jagħżlu prodotti bi prestazzjoni aħjar.
2. Meta rekwiżit ta’ informazzjoni jinvolvi l-inklużjoni f’tikketta tal-klassi ta’ prestazzjoni ta’ prodott kif imsemmi fl-Artikolu 7(4), it-tqassim tat-tikketta msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jkun ċar u jinftiehem faċilment, u għandu jippermetti lill-klijenti jqabblu faċilment il-prestazzjoni tal-prodott b’rabta mal-parametru rilevanti tal-prodott u jagħżlu prodotti bi prestazzjoni aħjar.
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ma jeħtiġux li l-prodotti jkollhom tikketta, dawk il-prodotti ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz jekk jipprovdu jew juru tikketti li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti fir-rigward tat-tikketti previsti fl-Artikolu 14.
Il-prodotti ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz jekk jipprovdu jew juru tikketti li x’aktarx iqarrqu bil-klijenti jew ifixkluhom fir-rigward tat-tikketti previsti fl-Artikolu 14, inkluż meta atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ma jkunux jirrikjedu li l-prodotti jkollhom tikketta.
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c
(c) id-distribuzzjoni tal-impatti ambjentali, tal-użu tal-enerġija u tal-ġenerazzjoni tal-iskart tul il-katina tal-valur, b’mod partikolari jekk dawn iseħħux fl-Unjoni;
(c) id-distribuzzjoni tal-impatti klimatiċi u ambjentali, tal-użu tal-enerġija, tal-użu tar-riżorsi u tal-ġenerazzjoni tal-iskart tul il-katina tal-valur;
Il-Kummissjoni għandha tadotta u taġġorna b’mod regolari pjan ta’ ħidma, li jkopri perjodu ta’ mill-inqas tliet (3) snin, li jistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tinkludi l-aspetti tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li għalihom il-Kummissjoni beħsiebha tadotta rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn stabbiliti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ ħidma u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku, flimkien mad-dokumenti preparatorji rilevanti. Il-pjan ta’ ħidma għandu jistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-iskedi ta’ żmien stmati għall-istabbiliment tagħhom. Dik il-lista għandha tinkludi l-aspetti tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li għalihom il-Kummissjoni beħsiebha tadotta rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn stabbiliti skont l-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu.Il-pjan ta’ ħidma għandu jkopri perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, u għandu jiġi aġġornat regolarment.
Meta tadotta jew taġġorna l-pjan ta’ ħidma msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tikkonsulta l-Forum dwar l-Ekodisinn imsemmi fl-Artikolu 17.
Meta tadotta jew taġġorna l-pjan ta’ ħidma msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tikkonsulta l-Forum dwar l-Ekodisinn imsemmi fl-Artikolu 17 fi żmien xieraq.
Għall-perjodu 2024-2027, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħti prijorità lill-gruppi ta’ prodotti li ġejjin fl-ewwel pjan ta’ ħidma li jrid jiġi adottat mhux aktar tard minn ... [daħħal id-data tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Jekk kwalunkwe grupp ta’ prodotti minn dawn li ġejjin ma jiġix inkluż fil-pjan ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha fil-pjan ta’ ħidma:
— il-ħadid, l-azzar
— l-aluminju
— it-tessuti, b’mod partikolari l-ħwejjeġ u ż-żraben
— l-għamara, inklużi s-saqqijiet
— it-tajers
— id-deterġenti
— iż-żebgħa
— il-lubrikanti
— is-sustanzi kimiċi
— il-prodotti relatati mal-enerġija, li l-miżuri ta’ implimentazzjoni għalihom jeħtieġ li jiġu riveduti jew definiti mill-ġdid
— il-prodotti tal-ICT u prodotti elettroniċi oħra.
Kwalunkwe nuqqas ta’ prestazzjoni adegwata u ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ambjent u l-impronta tal-karbonju għas-siment skont [ir-Regolament li jmiss li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-kostruzzjoni, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (UE) 305/2011 (2022/0094 COD)] sal-2027 għandu jiskatta l-inklużjoni tas-siment bħala kategorija ta’ prodotti ta’ prijorità fil-pjan ta’ ħidma li jmiss ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li meta twettaq l-attivitajiet tagħha, tiżgura parteċipazzjoni bilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati kollha li jkunu involuti fil-prodott jew fil-grupp ta’ prodotti inkwistjoni, bħall-industrija, inkluż l-SMEs u l-industrija tas-snajja’, it-trade unions, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-partijiet għandhom jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, billi jeżaminaw l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti ta’ sorveljanza tas-suq u jivvalutaw il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li meta twettaq l-attivitajiet tagħha, iżżomm parteċipazzjoni bilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati kollha li jkunu involuti fil-prodott jew fil-grupp ta’ prodotti inkwistjoni, bħall-industrija, inklużi l-SMEs, l-intrapriżi soċjali u l-industrija tas-snajja’, l-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart, l-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, it-trade unions u l-assoċjazzjonijiet, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, ir-riċerkaturi u esperti oħra.
Il-partijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jikkontribwixxu b’mod partikolari għat-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, u jeżaminaw l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti ta’ sorveljanza tas-suq u jivvalutaw l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-laqgħat li jmiss tal-“Forum dwar l-Ekodisinn”, filwaqt li tiżgura li l-partijiet rilevanti jiġu infurmati kmieni biżżejjed qabel ma ssir konsultazzjoni.
Il-Forum dwar l-Ekodisinn għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod kompletament trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-konklużjonijiet u l-minuti adottati tal-laqgħat tal-Forum dwar l-Ekodisinn u d-dokumenti rilevanti l-oħra kollha fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Il-Forum dwar l-Ekodisinn jista’ jitlob lill-Kummissjoni tħejji rekwiżiti tal-ekodisinn għal grupp ta’ prodotti partikolari. Il-Kummissjoni għandha tqis tali talba.
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Żewġ operaturi ekonomiċi jew aktar jistgħu jippreżentaw miżura ta’ awtoregolamentazzjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti lill-Kummissjoni bħala alternattiva għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Dawk l-operaturi għandhom jipprovdu evidenza li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (e), huma ssodisfati. Fir-rigward tal-paragrafu 3, il-punt (a), dik l-evidenza għandha tikkonsisti f’analiżi teknika, ambjentali u ekonomika strutturata, li tiġġustifika r-rekwiżiti u l-objettivi tal-ekodisinn tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, u li tivvaluta l-impatti tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
1. Żewġ operaturi ekonomiċi jew aktar jistgħu jressqu quddiem il-Kummissjoni miżura ta’ awtoregolamentazzjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti bħala alternattiva għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4, jekk il-prodotti ma jkunux inklużi fil-pjan ta’ ħidma. Dawk l-operaturi għandhom jipprovdu evidenza li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (e), ġew issodisfati. Fir-rigward tal-paragrafu 3, il-punt (a), dik l-evidenza għandha tikkonsisti f’analiżi teknika, ambjentali u ekonomika strutturata, li tiġġustifika r-rekwiżiti tal-ekodisinn u l-objettivi tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, u li tivvaluta l-impatti tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni mressqa skont il-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b) ir-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodotti koperti mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni;
(b) ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, kif stabbiliti fl-Artikolu 5, applikabbli għall-prodotti koperti mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni;
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2– subparagrafu 1 – punt d
(d) regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-firmatarji u dwar l-ittestjar u l-ispezzjonijiet.
(d) regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-firmatarji u regoli dwar l-ittestjar u l-ispezzjonijiet;
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) regoli dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju;
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)
(db) spjegazzjoni dwar kif il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni mressqa skont il-paragrafu 1 ittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u tiżgura l-moviment liberu fis-suq intern aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tinżamm aġġornata u tkun disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku.
L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tinżamm aġġornata u tkun disponibbli fuq sit web tal-Kummissjoni aċċessibbli għall-pubbliku. L-operaturi ekonomiċi għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe bidla rigward il-firmatarji.
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura proposta ta’ awtoregolamentazzjoni, u, fejn meħtieġ, għandha tfittex parir xjentifiku mill-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, din għandha tistabbilixxi jekk hix alternattiva valida għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fejn jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura proposta ta’ awtoregolamentazzjoni, u, meta meħtieġ, għandha tfittex parir xjentifiku mingħand l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll lill-Forum dwar l-Ekodisinn dwar il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni mressqa skont il-paragrafu 1. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandha tistabbilixxi jekk hijiex alternattiva valida għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fejn jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a) il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u għall-iżgurar tal-moviment liberu fis-suq intern malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
(a) il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u għall-iżgurar tal-moviment liberu fis-suq intern aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni stabbiliti bħala alternattivi validi għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 66 li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni stabbiliti bħala alternattivi validi għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Dak l-att delegat għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2).
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-firmatarji ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni biex jissottomettu verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq rilevanti fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kkonċernat jew fejn ikollha raġuni biex temmen li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ma għadhomx issodisfati.
4. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-firmatarji ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni biex jissottomettu verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq rilevanti fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kkonċernat jew fejn ikollha raġuni biex temmen li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ma għadhomx issodisfati. Il-firmatarji għandhom jippreżentaw verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fi żmien tliet xhur minn meta t-talba tkun saret mill-Kummissjoni.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 5
5. Ladarba miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun ġiet elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, il-firmatarji ta’ dik il-miżura għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, f’intervalli regolari stabbiliti f’dak l-att ta’ implimentazzjoni, dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni u biex jintwera li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (e), jibqgħu ssodisfati. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli wkoll fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku.
5. Hekk kif miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun ġiet elenkata f’att delegat adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, il-firmatarji ta’ dik il-miżura għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, f’intervalli regolari stabbiliti f’dak l-att delegat, dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni u biex jintwera li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (e), għadhom issodisfati. Meta firmatarju ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, għandu jieħu azzjoni korrettiva. L-ispettur indipendenti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju. Ir-rapporti ta’ progress, inklużi r-rapporti ta’ konformità li jkun għamel l-ispettur indipendenti, u n-notifiki dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjoni korrettiva korrispondenti għandhom ikunu disponibbli fuq sit web tal-Kummissjoni aċċessibbli għall-pubbliku.
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 6
6. Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafi 4 jew 5, li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, din għandha tħassarha mil-lista msemmija f’dak il-paragrafu. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tadotta rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodott kopert minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
6. Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi ta’ informazzjoni li tkun irċeviet skont il-paragrafi 2, 4 jew 5, li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, għandha tħassarha mil-lista msemmija f’dak il-paragrafu. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tadotta rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodott kopert minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
1. Fil-kuntest ta’ programmi li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-SMEs, il-Kummissjoni għandha tqis inizjattivi li jgħinu lill-SMEs biex fil-katina tal-valur tagħhom jintegraw aspetti ta’ sostenibbiltà ambjentali, inkluż l-effiċjenza enerġetika.
1. Fil-kuntest ta’ programmi li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-mikrointrapriżi u l-SMEs, il-Kummissjoni għandha tqis inizjattivi li jgħinu lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs biex fil-katina tal-valur tagħhom jintegraw aspetti ta’ sostenibbiltà ambjentali, inkluża l-effiċjenza enerġetika.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2
2. Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, takkumpanja dawk l-atti b’linji gwida li jkopru l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs attivi fis-settur tal-prodott jew tal-grupp ta’ prodotti affettwati għall-iffaċilitar tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-SMEs.
2. Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, takkumpanja dawk l-atti b’linji gwida li jkopru l-ispeċifiċitajiet tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs attivi fis-settur tal-prodott jew tal-grupp ta’ prodotti affettwati għall-iffaċilitar tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minn tali mikrointrapriżi u SMEs.Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet rappreżentanti tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs fl-abbozzar tal-linji gwida.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jgħinu lill-SMEs japplikaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jgħinu lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs japplikaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. Meta jkunu qed iħejju tali miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet rappreżentanti tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs.
Dawk il-miżuri għandhom tal-anqas jinkludu l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili biex titqajjem kuxjenza u jinħolqu opportunitajiet ta’ networking għall-SMEs biex jadattaw għar-rekwiżiti.
Dawk il-miżuri għandhom mill-inqas jinkludu l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili biex tinħoloq sensibilizzazzjoni dwarhom u opportunitajiet ta’ networking għall-mikrointrapriżi u għall-SMEs biex jadattaw għar-rekwiżiti. Dawk il-miżuri għandhom mill-inqas jinkludu wkoll mekkaniżmi speċifiċi biex jiffaċilitaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12a u mat-twettiq ta’ valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja.
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a
(a) appoġġ finanzjarju, inkluż billi jingħataw vantaġġi fiskali u billi jsiru investimenti fl-infrastruttura fiżika u diġitali;
(a) appoġġ finanzjarju, inkluż billi jingħataw vantaġġi fiskali, tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni fil-Forum dwar l-Ekodisinn, u jiġu pprovduti investimenti fl-infrastruttura fiżika u diġitali;
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) l-għadd ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija fis-sena, differenzjati skont it-tip jew il-kategorija ta’ prodotti;
(a) l-għadd u l-perċentwal ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija fis-sena, differenzjati skont it-tip jew il-kategorija ta’ prodotti;
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c) il-konsenja ta’ prodotti mormija għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru tal-enerġija u l-operazzjonijiet ta’ rimi f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif iddefinita mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
(c) il-konsenja ta’ prodotti mormija biex jingħataw bħala donazzjoni, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid, riċiklaġġ, irkupru tal-enerġija u rimi f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif definita mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
L-operatur ekonomiku għandu jiżvela dik l-informazzjoni fuq sit web aċċessibbli liberament jew inkella jagħmilha disponibbli għall-pubbliku, sakemm att delegat adottat skont il-paragrafu 3 jibda japplika għall-kategorija ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija mill-operatur inkwistjoni.
L-operatur ekonomiku għandu jiżvela dik l-informazzjoni fuq sit web tal-Kummissjoni aċċessibbli liberament, sa ma att delegat adottat skont il-paragrafu 3 jibda japplika għall-kategorija ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija mill-operatur inkwistjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għall-iżvelar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-tip jew il-kategorija u kif l-informazzjoni għandha tiġi vverifikata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għall-iżvelar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-tip jew il-kategorija u kif l-informazzjoni trid tiġi vverifikata.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprojbixxi lill-operaturi ekonomiċi milli jeqirdu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa fl-Unjoni, fejn il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jaqgħu f’ċertu grupp ta’ prodotti jkollha impatt ambjentali sinifikanti.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprojbixxi lill-operaturi ekonomiċi milli jeqirdu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, meta l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jaqgħu f’ċertu grupp ta’ prodotti jkollha impatt ambjentali mhux negliġibbli.
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha sa ... [daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara din id-data tippubblika rapport dwar il-qerda ta’ oġġetti mhux mibjugħa. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-prodotti li għalihom tqis meħtieġ li tadotta att delegat li jipprojbixxi l-qerda ta’ oġġetti mhux mibjugħa.
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a) tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza;
(a) tħassib dwar is-saħħa, l-iġjene u s-sikurezza;
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
(b) ħsara fil-prodotti b’riżultat tal-immaniġġjar tagħhom jew identifikata wara li prodott ikun ġie rritornat minn konsumatur;
(b) ħsara fi prodotti li ma jistgħux jissewwew b’mod kosteffettiv b’riżultat tal-immaniġġar tagħhom jew li ġiet individwata wara li prodott ikun ġie rritornat;
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt c
(c) idoneità tal-prodott għall-iskop li għalih ikun maħsub, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali u l-istandards tekniċi;
imħassar
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) prodotti kontrafatti.
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a) l-għadd ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa meqruda;
(a) l-għadd u l-perċentwal ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa meqruda;
6a. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operaturi ekonomiċi biżżejjed żmien biex jaġġustaw għal rekwiżiti ġodda.
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 20a (ġdid)
Artikolu 20a
1. Sena wara ... [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mill-operaturi ekonomiċi għandha tkun ipprojbita għall-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin:
(a) tessuti u żraben;
(b) tagħmir elettriku u elettroniku.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66 biex tissupplimenta dan ir-Regolament biex tistabbilixxi ċerti eżenzjonijiet mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta jkun xieraq filwaqt li tqis dan li ġej:
(a) tħassib dwar is-saħħa, l-iġjene u s-sikurezza;
(b) ħsara fi prodotti li ma jistgħux jissewwew b’mod kosteffettiv b’riżultat tal-immaniġġar tagħhom jew li ġiet individwata wara li prodott ikun ġie rritornat;
(c) rifjut ta’ prodotti biex jingħataw bħala donazzjoni, jitħejjew għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid;
(d) prodotti kontrafatti.
3. Meta prodotti mhux mibjugħa jinqerdu taħt eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-operatur ekonomiku responsabbli għandu jiżvela fuq sit web aċċessibbli liberament jew inkella jagħmel disponibbli għall-pubbliku:
(a) l-għadd u l-perċentwal ta’ prodotti mhux mibjugħa meqruda;
(b) ir-raġunijiet għall-qerda tal-prodotti mhux mibjugħa, b’referenza għall-eżenzjoni applikabbli;
(c) il-konsenja tal-prodotti meqruda għall-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ, ta’ rkupru tal-enerġija u ta’ rimi f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif iddefinita mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Id-dettalji u l-format għall-iżvelar tal-informazzjoni previsti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 20(2) għandhom japplikaw għall-informazzjoni li trid tiġi żvelata skont dan il-paragrafu, dment li l-att delegat adottat skont il-paragrafu 2 ma jipprevedix mod ieħor.
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-SMEs.
Madankollu, il-Kummissjoni tista’, fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2, tipprevedi li l-projbizzjoni li jinqerdu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa msemmija fil-paragrafu 1 jew l-obbligu ta’ żvelar imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw għal:
(a) intrapriżi ta’ daqs medju, meta jkun hemm biżżejjed evidenza li dawn huma responsabbli għal proporzjon sostanzjali ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li qed jinqerdu;
(b) mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju, meta jkun hemm biżżejjed evidenza li jistgħu jintużaw biex tiġi evitata l-projbizzjoni li jinqerdu l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa msemmija fil-paragrafu 1 jew jiġi evitat l-obbligu ta’ żvelar msemmi fil-paragrafu 3.
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq jew fis-servizz. L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw perjodu itwal jew iqsar minn għaxar (10) snin biex titqies in-natura tal-prodotti jew tar-rekwiżiti kkonċernati.
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq jew imqiegħed fis-servizz. L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw perjodu itwal jew iqsar minn 10 snin sabiex titqies in-natura tal-prodotti, il-kumplessità tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta, jew ir-rekwiżiti kkonċernati.
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 7
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet biex il-konsumaturi u utenti finali oħra jkunu jistgħu jarmaw, jinstallaw, joperaw, jaħżnu, iżommu, isewwu u jarmu b’mod sikur il-prodott b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Tali struzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u skont l-Artikolu 7(2)(b), il-punt (ii).
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet f’format diġitali biex il-konsumaturi u utenti finali oħra jkunu jistgħu jarmaw, jinstallaw, joperaw u jaħżnu l-prodott, iwettqulu manutenzjoni, isewwuh u jarmuh b’mod sikur, liema istruzzjonijiet ikunu b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Tali istruzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u skont l-Artikolu 7(2)(b), il-punt (ii). L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw ukoll il-perjodu li matulu tali istruzzjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli online. Tali perjodu ma għandux ikun inqas minn 10 snin wara l-introduzzjoni tal-prodott fis-suq.
7a. Meta jipprovdi l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7, il-manifattur għandu jippreżentahom f’format li jippermetti li dawn jitniżżlu u jiġu ssejvjati fuq apparat elettroniku sabiex il-konsumatur jew utent finali ieħor ikun jista’ jkollu aċċess għalihom f’kull mument.
7b. Fuq talba tal-konsumatur jew ta’ utent finali ieħor fil-ħin tax-xiri jew sa sitt xhur wara dak ix-xiri, il-manifattur għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet f’format stampat mingħajr ħlas.
7c. L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw, f’każijiet ġustifikati sew, li ċerta informazzjoni konċiża li tifforma parti mill-istruzzjonijiet previsti fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi pprovduta f’format stampat.
Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti delegati għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, biex jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq.
Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li jkun ġie introdott fis-suq jew imqiegħed fis-servizz ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti delegati għandhom mingħajr dewmien żejjed jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott iġibuh konformi, jew biex immedjatament jirtiraw jew isejħu lura l-prodott, jekk ikun xieraq.
8a. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu mezzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħal numru tat-telefon, indirizz elettroniku jew taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità, sabiex jippermettu lill-utenti finali jressqu lmenti jew tħassib rigward in-nonkonformità potenzjali tal-prodotti.
Il-manifatturi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa meta jqisu li jkun hemm każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u jinfurmaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru tal-ilmenti u tat-tħassib biss sakemm ikun meħtieġ għall-fini ta’ dan ir-Regolament u jagħmluh disponibbli fuq talba minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, inkluż id-dokumentazzjoni teknika b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien 10 ijiem minn meta tasal talba mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, inkluża d-dokumentazzjoni teknika b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u dik id-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn 15-il jum minn meta tasal talba mingħand l-awtorità nazzjonali kompetenti.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d
(d) abbażi ta’ talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħmel disponibbli d-dokumenti rilevanti fi żmien 10 ijiem mill-wasla ta’ tali talba;
(d) abbażi ta’ talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħmel disponibbli d-dokumenti rilevanti mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard minn 15-il jum minn meta tasal tali talba;
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 4
4. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet biex il-konsumatur ikun jista’ jarma, jinstalla, jopera, jaħżen, iżomm, isewwi u jarmi l-prodott, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Tali struzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
4. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet, biex il-konsumatur ikun jista’ jarma, jinstalla, jopera u jaħżen il-prodott, iwettaqlu manutenzjoni, isewwih u jarmih, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Tali istruzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jistgħu jinqraw u għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21, il-paragrafi 7b u 7c għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz, ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-att għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, biex jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq.
Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, li huma jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz, ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-att għandhom mingħajr dewmien żejjed jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott iġibuh konformi, jew biex immedjatament jirtiraw jew isejħu lura l-prodott, jekk ikun xieraq.
L-importaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika. Id-dokumenti relevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart (10) ijiem wara l-irċevuta tat-talba min-naħa tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.
L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, inkluża d-dokumentazzjoni teknika, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u dik id-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti jew f’forma stampata inkella f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn 15-il jum minn meta tasal talba mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet, biex il-konsumatur ikun jista’ jarma, jinstalla, jopera, jaħżen, iżomm, u jarmi l-prodott, f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif iddeterminat mill-Istat Membru li fih il-prodott għandu jsir disponibbli fis-suq, u li tali struzzjonijiet ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2), il-punt (ii), kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
(b) il-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet, biex il-konsumatur ikun jista’ jarma, jinstalla, jopera, u jaħżen il-prodott, iwettaqlu manutenzjoni, isewwih u jarmih, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif iddeterminat mill-Istat Membru li fih il-prodott għandu jiġi introdott fis-suq, u li tali istruzzjonijiet ikunu ċari, jinftiehmu u jistgħu jinqraw u jinkludu mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (b), il-punt (ii), kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21, il-paragrafi 7b u 7c, għandhom japplikaw mutatis mutandis;
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt c
(c) ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta.
(c) ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet oħra li x’aktarx iqarrqu bil-klijenti jew ifixkluhom fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Obbligi tal-fornituri
Il-fornitur ta’ sustanza jew taħlita jew il-fornitur ta’ oġġett għandu jipprovdi mingħajr ħlas l-informazzjoni kollha rilevanti lill-operaturi ekonomiċi biex jiffaċilita l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4 – punt b
(b) ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta.
(b) ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet oħra li x’aktarx iqarrqu bil-klijenti jew ifixkluhom fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta billi jimitaw tikketti obbligatorji jew jipprovdu informazzjoni li tikkontradixxi t-tikketti obbligatorji jew li ma tkunx konsistenti magħhom.Dawn ir-restrizzjonijiet ma għandhomx jinkludu l-Ekotikketta tal-UE prevista fir-Regolament (KE) Nru 66/2010 u ekotikketti oħra EN ISO 14024 tat-tip 1 rikonoxxuti fuq livell nazzjonali jew reġjonali kif imsemmi f’dak ir-Regolament.
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 29 – titolu
Obbligi tas-swieq online u tal-magni tat-tiftix online
Obbligi tas-swieq online
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1
1. Il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandha, fir-rigward tas-swieq online u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tinkludi b’mod partikolari:
1. Is-swieq online għandhom jikkooperaw, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u f’każijiet speċifiċi, biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jimmitigaw ir-riskji ppreżentati minn prodott li qed jiġi offrut jew li kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.
(a) il-kooperazzjoni biex ikunu żgurati miżuri effettivi tas-sorveljanza tas-suq, inkluż billi jkun evitat li jiġu stabbiliti ostakli għal tali miżuri;
(b) li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu infurmati bi kwalunkwe azzjoni meħuda;
(c) l-istabbiliment ta’ skambju regolari u strutturat ta’ informazzjoni dwar offerti li tneħħew abbażi ta’ dan l-Artikolu minn swieq online;
(d) li jkunu permessi għodod online operati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jaċċessaw l-interfaċċi tagħhom biex jidentifikaw prodotti mhux konformi;
(e) fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, meta s-swieq online jew il-bejjiegħa online ikunu daħħlu fis-seħħ ostakli tekniċi għall-estrazzjoni tad-data mill-interfaċċi online tagħhom, jiġi permess li dawk l-awtoritajiet jikkupjaw tali data għall-finijiet tal-konformità tal-prodotti abbażi tal-parametri ta’ identifikazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq li jagħmlu t-talba.
Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ [l-Artikolu 22(7)] tar-Regolament (UE) …/… [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], is-swieq online għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b’mod li jippermetti lin-negozjanti jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 25 u jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni għandha tkun tista’ tiġi pprovduta għal kull prodott offrut u muri jew inkella ssir faċilment aċċessibbli mill-klijenti fuq l-elenkar ta’ prodott.
B’mod partikolari, fejn l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jirrikjedu li r-reklamar viżiv online għal ċerti prodotti jkun akkumpanjat minn informazzjoni elettronika online li għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri, is-swieq online għandhom jippermettu lin-negozjanti juru dan. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-magni tat-tiftix online u għal pjattaformi online oħra li jipprovdu reklamar viżiv online għall-prodotti kkonċernati.
imħassar
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 3
3. F’dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4, biex jordnaw lil suq online biex ineħħi kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott mhux konformi mill-interfaċċa online tiegħu, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh. Tali ordnijiet għandhom jikkonformaw ma’ [l-Artikolu 8(1)] tar-Regolament (UE) …/… [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
3. Għal dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, fir-rigward ta’ kontenut speċifiku li jirreferi għal offerta ta’ prodott mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, biex joħorġu ordni li tirrikjedi li l-fornituri tas-swieq online jneħħu tali kontenut mill-interfaċċa online tagħhom, jiddiżattivaw l-aċċess għalih jew juru twissija espliċita għall-utenti finali meta jaċċessaw l-interfaċċa. Tali ordnijiet għandhom jikkonformaw ma’ [l-Artikolu 8(1)] tar-Regolament (UE) …/… [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 4
4. Is-swieq online għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirċievu u jipproċessaw l-ordnijiet imsemmija fil-paragrafu 2 f’konformità ma’ [l-Artikolu 8] tar-Regolament (UE) …/… [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
Is-swieq online għandhom jistabbilixxu punt ta’ kuntatt uniku li jippermetti komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
Is-swieq online għandhom jistabbilixxu jew jaħtru punt ta’ kuntatt eżistenti bħala punt ta’ kuntatt uniku li jippermetti komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u jippermettu lill-konsumaturi jikkomunikaw direttament u malajr magħhom fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn.
Dan il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun l-istess punt ta’ kuntatt bħal dak imsemmi fl-[Artikolu 20(1)] tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament Ġenerali dwar is-Sikurezza tal-Prodotti] jew [l-Artikolu 10(1)] tar-Regolament (UE) …/… [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
Dan il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun l-istess punt ta’ kuntatt bħal dak imsemmi fl-[Artikolu 20(1)] tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament Ġenerali dwar is-Sikurezza tal-Prodotti] jew l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt c
(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip tiegħu u, meta disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott.
(c) informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, inklużi stampa tiegħu, it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott.
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Meta jirrikjedu li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali skont l-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
Meta, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jirrikjedu li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali skont l-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-ħtieġa li jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data u l-privatezza tad-data;
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a) ġbir tad-data waqt l-użu jekk din tkun tista’ tiġi aċċessata mill-bogħod bl-internet, sakemm l-utent finali ma jirrifjutax b’mod espliċitu li jagħmel dik id-data disponibbli;
(a) ġbir tad-data waqt l-użu jekk din tkun tista’ tiġi aċċessata mill-bogħod permezz tal-internet wara kunsens espliċitu mill-utent finali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 biex id-data ssir disponibbli;
L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhomx jaggravaw il-prestazzjoni tal-prodott rigward xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 li bihom jiġu koperti l-prodotti jew il-prestazzjoni funzjonali mill-perspettiva tal-utent meta mkejla bil-metodu ta’ ttestjar użat għall-valutazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent finali qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament.
L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhomx jaggravaw b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 li bihom huma koperti l-prodotti jew il-prestazzjoni funzjonali mill-perspettiva tal-utent meta mkejla bil-metodu ta’ ttestjar użat għall-valutazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent finali qabel l-aġġornament. Ma għandu jseħħ l-ebda tibdil fil-prestazzjoni f’każ li l-aġġornament jiġi rrifjutat.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 67(3).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 67(3). Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandards armonizzati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta’ standard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-atti ta’ implimentazzjoni jew il-partijiet tagħhom li jkun fihom l-istess rekwiżiti tal-ekodisinn.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1
1. Ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu, il-punt (h) għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew l-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jistgħu jieħdu l-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji, kriterji tal-għażla, kriterji għall-għoti, klawżoli dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, jew miri, kif xieraq.
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu, il-punt (h) għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew l-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, għandhom jieħdu l-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji, kriterji tal-għażla, kriterji għall-għoti, klawżoli dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, jew miri, kif xieraq.
1a. L-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni għandhom jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kontraenti nazzjonali biex itejbu l-ħiliet tal-persunal inkarigat mill-akkwist pubbliku ekoloġiku u jħarrġu lil tali persunal mill-ġdid.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 2– punt b
(b) il-ħtieġa li tkun żgurata domanda suffiċjenti għal prodotti aktar ambjentalment sostenibbli;
(b) il-benefiċċji ambjentali u l-ħtieġa li tiġi żgurata domanda suffiċjenti għal prodotti aktar sostenibbli mil-lat ambjentali.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020, kull Stat Membru għandu, mill-inqas kull sentejn (2), ifassal pjan ta’ azzjoni li jiddeskrivi l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati biex ikun żgurat li jsiru l-kontrolli xierqa fuq skala adegwata rigward dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. Kull Stat Membru għandu jfassal l-ewwel tali pjan ta’ azzjoni sas-[16 ta’ Lulju 2024].
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020, kull Stat Membru għandu, mill-inqas kull sentejn, ifassal pjan ta’ azzjoni li jiddeskrivi l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati biex jiżgura li l-kontrolli xierqa, inklużi kontrolli fiżiċi u fil-laboratorji bbażati fuq kampjuni adegwati, jitwettqu fuq skala adegwata b’rabta ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. Kull Stat Membru għandu jfassal l-ewwel tali pjan ta’ azzjoni sas-[16 ta’ Lulju 2024].
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati biex jonqos in-nuqqas ta’ konformità għal dawk il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet, inkluż in-natura u l-għadd minimu ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu matul il-perjodu kopert mill-pjan ta’ azzjoni.
(b) l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati sabiex jitnaqqas jew jintemm in-nuqqas ta’ konformità għal dawk il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet, inklużi n-natura u l-għadd minimu ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu matul il-perjodu kopert mill-pjan ta’ azzjoni.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) l-għadd ta’ lmenti riċevuti mingħand utenti finali, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jew informazzjoni oħra riċevuta mingħand operaturi ekonomiċi jew mingħand il-media;
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 3
3. In-natura u l-għadd ta’ kontrolli ppjanati skont il-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom ikunu proporzjonati għall-kriterji oġġettivi użati biex jiġu identifikati l-prijoritajiet f’konformità mal-paragrafu 2.
3. In-natura u l-għadd ta’ kontrolli ppjanati skont il-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom ikunu proporzjonati għall-kriterji oġġettivi użati biex jiġu identifikati l-prijoritajiet f’konformità mal-paragrafu 2. Għall-kategoriji ta’ prodotti identifikati bħala li jirrappreżentaw riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu li dawk il-kontrolli għandhom jinkludu kontrolli fiżiċi u fil-laboratorji bbażati fuq kampjuni adegwati.
3a. Sabiex iwettqu s-sorveljanza tas-suq b’rabta ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom ikollhom ir-riżorsi meħtieġa, inkluż biżżejjed riżorsi baġitarji u riżorsi oħra, bħal għadd suffiċjenti ta’ persunal kompetenti, għarfien espert, proċeduri u arranġamenti oħra għat-twettiq xieraq ta’ dmirijiethom.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw il-prodotti jew ir-rekwiżiti li l-Istati Membri għandhom tal-anqas iqisu bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont il-paragrafu 1, il-punt (a).
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi telenka l-prodotti jew ir-rekwiżiti li l-Istati Membri għandhom jinkludu bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq skont il-paragrafu 1, il-punt (a).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2).
imħassar
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d
(d) meta rilevanti, il-prijoritajiet inklużi fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(5).
(d) meta rilevanti, il-prijoritajiet inklużi fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 59(5).
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 informazzjoni dwar in-natura u s-severità ta’ kwalunkwe penali imposta fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-kontrolli mwettqa, kif ukoll in-natura u s-severità ta’ kwalunkwe penali imposta b’rabta ma’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tippubblika sommarju tar-rapport.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tippubblika kemm sommarju tar-rapport kif ukoll ir-rapport.
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) meta xieraq, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u mal-esperti.
Meta, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jitolbu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità, biex jintemm in-nuqqas ta’ konformità. L-azzjoni korrettiva meħtieġa li trid tittieħed mill-operatur ekonomiku tista’ tinkludi l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Meta, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jirrikjedu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, mal-grad tan-nuqqas ta’ konformità, biex jintemm in-nuqqas ta’ konformità. L-azzjoni korrettiva li trid tittieħed mill-operatur ekonomiku tista’ tinkludi bħala minimu l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 20(3), u l-Artikolu 61(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ sitt snin minn [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ sitt snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 20(3), u l-Artikolu 61(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 66 − paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 20(3), u l-Artikolu 61(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 20(3), u l-Artikolu 60(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 68 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom iqisu l-grad ta’ nuqqas ta’ konformità u n-numru ta’ unitajiet ta’ prodotti li mhumiex konformi mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali li jridu jiġu imposti fil-każ ta’ ksur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-kriterji li ġejjin:
(a) in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur, inkluż l-għadd ta’ unitajiet ta’ prodotti li ma jkunux konformi introdotti fis-suq tal-Unjoni;
(b) meta xieraq, il-karattru intenzjonat jew negliġenti tal-ksur;
(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, kif indikat pereżempju mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika li tinżamm responsabbli jew mill-introjtu annwali tal-persuna fiżika li tinżamm responsabbli;
(d) il-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e) il-ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent ikkawżata mill-ksur, sa fejn din tkun tista’ tiġi ddeterminata;
(f) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli biex timmitiga jew tirrimedja l-ħsara kkawżata;
(g) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika miżmuma responsabbli mal-awtorità kompetenti;
(h) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli;
(i) kwalunkwe azzjoni li jkollha l-għan li tevita jew tostakola l-kontrolli amministrattivi u
(j) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
-1. Il-Kummissjoni għandha tikkompila d-data rilevanti dwar il-prodotti u l-gruppi ta’ prodotti soġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inkluż dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-impronta ambjentali, tal-karbonju u dik tal-materjali tagħhom bl-għan li tevalwa t-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ dawk il-prodotti. Abbażi ta’ dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali.
Il-Kummissjoni għandha regolarment, u mill-inqas darba kull tliet snin wara l-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, twettaq evalwazzjoni ta’ tali rekwiżiti, bl-għan li tidentifika l-ħtieġa għal rieżamijiet potenzjali.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1
Mhux aktar tard minn [8 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-Rapport.
Mhux aktar tard minn [sitt snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull sitt snin minn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-użu ta’ eżenzjonijiet għal prodotti użati importati jew gruppi ta’ prodotti previsti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Mhux aktar tard minn [daħħal id-data erba’ snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ rekwiżiti tas-sostenibbiltà soċjali u tad-diliġenza dovuta fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport.
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 69a (ġdid)
Artikolu 69a
Rimedji għal nuqqas ta’ konformità
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-prodott għandu jitqies li mhuwiex konformi mal-kuntratt tal-bejgħ, skont is-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/771, u għandu jagħti lill-konsumaturi d-dritt għal rimedju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, indipendentement mill-iskadenza tal-limiti ta’ żmien kif definiti mill-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva.
2. Il-kummerċjalizzazzjoni jew l-offerta għall-bejgħ ta’ prodott li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titqies bħala prattika kummerċjali żleali f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE u għalhekk tagħti lill-konsumaturi d-dritt għal rimedju skont l-Artikolu 11a ta’ din id-Direttiva.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 69b (ġdid)
Artikolu 69b
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
Il-punt 27 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“(27) Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ... dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli u t-tħassir tad-Direttiva 2009/125/KE.”
__________________
1a Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).
Emenda 225 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-parametri li ġejjin jistgħu, kif xieraq, u meta meħtieġ, jiġu ssupplimentati minn oħrajn, jintużaw bħala bażi għat-titjib tal-aspetti tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 5(1):
Il-parametri li ġejjin għandhom, kif xieraq, u meta meħtieġ, jiġu ssupplimentati minn oħrajn, jintużaw, b’mod individwali jew ikkombinat, bħala bażi għat-titjib tal-aspetti tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 5(1):
Emenda 226 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt b
(b) il-faċilità tat-tiswija u l-manutenzjoni kif espressa permezz ta’: il-karatteristiċi, id-disponibbiltà u l-ħin tal-konsenja tal-partijiet ta’ rikambju, il-modularità, il-kompatibbiltà mal-partijiet ta’ rikambju disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u l-għodod meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal hardware u software meħtieġa jew l-użu tagħhom;
(b) il-faċilità tat-tiswija u l-manutenzjoni, filwaqt li titqies is-sikurezza tal-prodott, kif espressa permezz ta’: il-karatteristiċi, id-disponibbiltà, kemm iddum biex issir il-konsenja u l-affordabbiltà tal-partijiet ta’ rikambju, il-modularità, il-kompatibbiltà mal-għodod u mal-partijiet ta’ rikambju disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u jekk humiex meħtieġa għodod speċjalizzati, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttivi, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u għas-software meħtieġa jew għall-użu tagħhom;
Emenda 227 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt d
(d) il-faċilità u l-kwalità tar-riċiklaġġ kif espressi permezz ta’: l-użu ta’ materjali faċilment riċiklabbli, l-aċċess sikur, faċli u mhux distruttiv għal komponenti u materjali riċiklabbli jew komponenti u materjali li fihom sustanzi perikolużi, il-kompożizzjoni tal-materjal u omoġeneità, il-possibbiltà ta’ separazzjoni b’purità għolja, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u l-għodod meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa jew l-użu tagħhom;
(d) il-faċilità, il-kwalità u l-vijabbiltà ekonomika tar-riċiklaġġ kif espressi permezz ta’: l-użu ta’ materjali faċilment riċiklabbli, l-aċċess sikur, faċli u mhux distruttiv għal komponenti u materjali riċiklabbli jew komponenti u materjali li fihom sustanzi perikolużi u l-kompożizzjoni u l-omoġeneità tal-materjali, il-possibbiltà ta’ separazzjoni b’purità għolja, id-disinn għar-riċiklaġġ, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u l-għodod meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttivi, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u għas-software meħtieġa jew għall-użu tagħhom;
Emenda 228 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt e
(e) l-evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ detriment għall-użu mill-ġdid, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ prodotti u komponenti;
(e) l-evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ detriment għall-użu mill-ġdid, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ prodotti u komponenti, filwaqt li titqies is-sikurezza tal-prodott;
Emenda 229 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) l-evitar tal-obsolexxenza qabel iż-żmien;
Emenda 230 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt f
(f) l-użu ta’ sustanzi, waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi jew f’taħlitiet, tul il-proċess tal-produzzjoni ta’ prodotti, jew li jwassal għall-preżenza tagħhom fi prodotti, inkluż ladarba dawn il-prodotti jsiru skart;
(f) l-użu ta’ sustanzi, u b’mod partikolari l-użu ta’ sustanzi ta’ tħassib, waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi jew f’taħlitiet, matul il-proċess tal-produzzjoni tal-prodotti, jew li jwassal għall-preżenza tagħhom fil-prodotti, inkluż hekk kif dawn il-prodotti jsiru skart;
Emenda 231 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) l-użu jew il-kontenut ta’ materjali rinnovabbli minn sorsi rinnovabbli;
Emenda 232 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb) l-użu jew il-kontenut ta’ materja prima kritika:
Emenda 233 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)
(ma) l-impronta materjali tal-prodott;
Emenda 234 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt n
(n) ir-rilaxx tal-mikroplastik;
(n) ir-rilaxx ta’ mikroplastiks u nanoplastiks;
Emenda 235 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt p
(p) l-ammonti ta’ skart iġġenerat, inkluż l-iskart mill-plastik u l-iskart mill-imballaġġ u l-faċilità tal-użu mill-ġdid tagħhom, u l-ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
(p) l-ammonti ta’ skart iġġenerat, inkluż l-iskart tal-plastik u l-iskart tal-imballaġġ u l-faċilità biex jintużaw mill-ġdid, il-faċilità biex jiġu rriċiklati u l-ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
Emenda 236 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt q
(q) il-kundizzjonijiet tal-użu.
(q) il-kundizzjonijiet għall-użu, inklużi l-impatt ambjentali u l-benefiċċji matul l-użu;
Emenda 237 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)
(qa) l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem;
Emenda 238 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 1 – punt qb (ġdid)
(qb) il-provvista sikura u sostenibbli tal-materja prima.
Emenda 239 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 5(4), il-punt (a), u jqisu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt rilevanti. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
Emenda 240 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – punt 1 – paragrafu 2
L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-parametru li qed jiġi kkunsidrat, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġiji disponibbli fis-suq.
L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-parametru li qed jiġi kkunsidrat, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġiji disponibbli fis-suq kif ukoll it-titjib mistenni fit-teknoloġija.Għandha tqis ukoll il-pjanijiet direzzjonali settorjali eżistenti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.
Emenda 241 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – punt 1 – paragrafu 4
Abbażi ta’ din l-analiżi, u filwaqt li titqies il-fattibbiltà ekonomika u teknika, inkluż id-disponibbiltà ta’ riżorsi u teknoloġiji ewlenin, u l-potenzjal ta’ titjib, għandhom jiġu definiti livelli jew rekwiżiti mhux kwantitattivi.
Abbażi ta’ din l-analiżi, u filwaqt li jitqiesu l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, il-limiti planetarji, il-fattibbiltà ekonomika u teknika, inklużi d-disponibbiltà ta’ riżorsi u teknoloġiji ewlenin, kif ukoll il-potenzjal għal titjib, għandhom jiġu definiti livelli jew rekwiżiti mhux kwantitattivi.
Emenda 242 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt 8
(8) id-dati ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura jew perjodu mqassma fi stadji jew tranżitorji, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-impatti possibbli fuq l-SMEs jew fuq gruppi ta’ prodotti speċifiċi mmanifatturati primarjament mill-SMEs;
(8) id-dati ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura jew perjodu mqassmin fi stadji jew tranżizzjonali, b’mod partikolari billi jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs jew ta’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi mmanifatturati primarjament minn mikrointrapriżi u SMEs;
Emenda 243 Proposta għal regolament Anness VII – paragrafu 1 – kliem introduttorju
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ kriterji indikattivi tista’ tintuża biex jiġu vvalutati l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni bħala alternattiva għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament:
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ kriterji indikattivi għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni bħala alternattiva għal att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament:
Emenda 244 Proposta għal regolament Anness VII – paragrafu 1 – punt 2
Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ dan ir-Regolament u jridu jkunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jrid ikollhom approċċ integrat għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, tas-saħħa, tal-kwalità tal-ħajja u tal-interessi ekonomiċi.
Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ dan ir-Regolament u jridu jkunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jrid ikollhom approċċ integrat għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-interessi tal-konsumaturi, tas-saħħa, tal-kwalità tal-ħajja u tal-interessi ekonomiċi.
Emenda 245 Proposta għal regolament Anness VII – paragrafu 1 – punt 4
L-objettivi definiti mill-firmatarji fil-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni tagħhom iridu jiġu stabbiliti b’termini ċari u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tkopri perjodu twil ta’ żmien, iridu jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi u mal-miri temporanji b’mod affordabbli u kreddibbli permezz ta’ indikaturi ċari u affidabbli.
L-objettivi definiti mill-firmatarji fil-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni tagħhom iridu jiġu stabbiliti b’termini ċari, kwantifikabbli u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkopri perjodu twil ta’ żmien, iridu jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi u mal-miri temporanji b’mod affordabbli u kredibbli permezz ta’ indikaturi ċari u affidabbli.
Emenda 246 Proposta għal regolament Anness VII – paragrafu 1 – punt 5 – subpunt 1
Biex tkun żgurata t-trasparenza, iridu jiġu ppubblikati miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż online u b’mezzi elettroniċi oħra għat-tixrid tal-informazzjoni.
Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jiġu ppubbliċizzati, inkluż online fuq sit web tal-Kummissjoni aċċessibbli għall-pubbliku u b’mezzi elettroniċi oħra għat-tixrid tal-informazzjoni.
Emenda 247 Proposta għal regolament Anness VII – paragrafu 1 – punt 5 – subpunt 2
Il-partijiet ikkonċernati, inkluż l-Istati Membri, l-industrija, l-NGOs ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jridu jiġu mistiedna jikkummentaw dwar miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
Il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-industrija fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, l-NGOs ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jridu jiġu mistiedna jikkummentaw dwar miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
Emenda 248 Proposta għal regolament Anness VII – paragrafu 1 – punt 6 – subpunt 4
Meta firmatarju ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, dan irid jieħu azzjoni korrettiva.
Meta firmatarju ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, dan irid jieħu azzjoni korrettiva. L-ispettur indipendenti jrid jinnotifika lill-firmatarji l-oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità minn firmatarju u dwar l-azzjoni korrettiva li l-firmatarju jkun beħsiebu jieħu. Jekk il-firmatarju ma jkunx ħa azzjoni korrettiva biżżejjed fi żmien tliet xhur, dan irid jiġi eskluż mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0218/2023).
It-tariffi u l-imposti pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
222k
73k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi u l-imposti pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 u r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0721 – C9-0426/2022 – 2022/0417(COD))(1)
(1) L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) għandha rwol ewlieni fl-iżgurar li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss prodotti mediċinali sikuri, ta’ kwalità għolja u effikaċi, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti disponibbli għall-Aġenzija biex tiffinanzja l-attivitajiet tagħha, inklużi r-riżorsi li jirriżultaw mit-tariffi.
(1) L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) għandha rwol ewlieni fl-iżgurar li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss prodotti mediċinali sikuri, ta’ kwalità għolja u effikaċi, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tiżgura livell għoli ta’ għarfien espert u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti disponibbli għall-Aġenzija biex tattira u żżomm l-għarfien espert meħtieġ biex taqdi l-kompiti tagħha u biex tiffinanzja l-attivitajiet tagħha, inklużi r-riżorsi li jirriżultaw mit-tariffi.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) It-tariffi pagabbli lill-Aġenzija jenħtieġ li jkunu proporzjonati max-xogħol imwettaq fir-rigward tal-kisba u taż-żamma ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq evalwazzjoni tal-istimi u tal-previżjonijiet tal-Aġenzija fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol u l-kostijiet relatati għal dak ix-xogħol, kif ukoll fuq evalwazzjoni tal-kostijiet tas-servizzi pprovduti lill-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-prodotti mediċinali, li jaġixxu bħala relaturi u, meta jkun applikabbli, korelaturi maħtura mill-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija.
(3) It-tariffi pagabbli lill-Aġenzija jenħtieġ li jkunu proporzjonati max-xogħol imwettaq fir-rigward tal-kisba u taż-żamma ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq evalwazzjoni trasparenti tal-istimi u tal-previżjonijiet tal-Aġenzija fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol u l-kostijiet relatati għal dak ix-xogħol, kif ukoll fuq evalwazzjoni tal-kostijiet tas-servizzi pprovduti lill-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-prodotti mediċinali, li jaġixxu bħala relaturi u, meta jkun applikabbli, korelaturi maħtura mill-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija. Jenħtieġ li t-tariffi u l-istruttura tat-tariffi jqisu kwalunkwe bidla fil-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-prodotti mediċinali. Jenħtieġ li jiġi pprovdut finanzjament adegwat għal din l-infrastruttura pubblika kritika biex tingħata spinta lill-għarfien espert tagħha u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha permezz ta’ finanzjament xieraq.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Wara l-pandemija tal-COVID-19 u ż-żieda fl-inizjattivi fil-qasam tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija qed tiffaċċja fuq bażi kontinwa piż ta’ xogħol addizzjonali, li jinvolvi ħtiġijiet baġitarji addizzjonali f’termini ta’ persunal u riżorsi finanzjarji. Ix-xogħol addizzjonali, li jinkludi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-ħolqien tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, jenħtieġ li jkollu finanzjament xieraq mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida)
(4b) Għalkemm il-maġġoranza tal-finanzjament tagħha ġej minn sorsi privati, l-Aġenzija hija awtorità pubblika u huwa tal-akbar importanza li l-integrità u l-indipendenza tagħha jiġu ssalvagwardjati sabiex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fil-qafas leġiżlattiv u regolatorju għall-farmaċewtiċi fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi allokat biżżejjed finanzjament lill-Aġenzija sabiex tkun tista’ twettaq l-obbligi u l-impenji ta’ trasparenza tagħha.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4c (ġdida)
(4c) It-tariffi mħallsa lill-Aġenzija għandhom jirriflettu l-evalwazzjonijiet kumplessi meħtieġa biex tinkiseb u tinżamm awtorizzazzjoni tal-Unjoni. Huwa xieraq li jiġu rikonoxxuti l-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba minnhom. Huwa partikolarment xieraq li jiġu rikonoxxuti s-sinerġiji miksuba permezz ta’ timijiet ta’ valutazzjoni multinazzjonali u li jiġu appoġġati l-isforzi kollaborattivi ta’ dawk it-timijiet multinazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Aġenzija jimmonitorjaw l-iżvilupp ta’ timijiet ta’ valutazzjoni multinazzjonali meta jiddeterminaw il-bidliet li huma meħtieġa għall-istruttura tar-remunerazzjoni tal-Istati Membri.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) It-tariffi u l-imposti jenħtieġ li jkopru l-kost tas-servizzi u l-attivitajiet statutorji tal-Aġenzija li ma jkunx diġà kopert mill-kontribuzzjonijiet għad-dħul tagħha minn sorsi oħra. Il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet u t-tariffi tal-Aġenzija jenħtieġ li titqies meta jiġu stabbiliti t-tariffi u l-imposti, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, id-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/200525, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/200826, ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/78229, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128130, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2141/9631.
(5) It-tariffi u l-imposti jenħtieġ li jkopru l-kost tas-servizzi u l-attivitajiet statutorji tal-Aġenzija li ma jkunx diġà kopert mill-kontribuzzjonijiet għad-dħul tagħha minn sorsi oħra. Il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet u t-tariffi tal-Aġenzija jenħtieġ li titqies meta jiġu stabbiliti t-tariffi u l-imposti, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, id-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/200525, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/200826, ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, ir-Regolament(UE) 2022/123, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/78229, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128130, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2141/9631.
_________________
_________________
21 Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
21 Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
22 Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
22 Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
23 Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1).
23 Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
25 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2005 tal-15 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli għall-intrapriżi żgħar u medji dwar ħlasijiet lil u jirċievu assistenza amministrattiva mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (ĠU L 329, 16.12.2005, p. 4).
25 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2005 tal-15 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli għall-intrapriżi żgħar u medji dwar ħlasijiet lil u jirċievu assistenza amministrattiva mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (ĠU L 329, 16.12.2005, p. 4).
26 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7).
26 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7).
27 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
27 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
28 Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
28 Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/782 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jistabbilixxi l-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskju u għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 5).
29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/782 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jistabbilixxi l-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskju u għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 5).
30 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1281 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ prattika tajba ta’ farmakoviġilanza u dwar il-format, il-kontenut u s-sommarju tal-master file tas-sistema ta’ farmakoviġilanza għal prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 279, 3.8.2021, p. 15).
30 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1281 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ prattika tajba ta’ farmakoviġilanza u dwar il-format, il-kontenut u s-sommarju tal-master file tas-sistema ta’ farmakoviġilanza għal prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 279, 3.8.2021, p. 15).
31 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2141/96 tas-7 ta’ Novembru 1996 li jirrigwarda l-eżami ta’ applikazzjoni għat-trasferiment ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li jidħlu fl-iskop tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2309/93 (ĠU L 286, 8.11.1996, p. 6).
31 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2141/96 tas-7 ta’ Novembru 1996 li jirrigwarda l-eżami ta’ applikazzjoni għat-trasferiment ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li jidħlu fl-iskop tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2309/93 (ĠU L 286, 8.11.1996, p. 6).
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) F’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati, għall-korpi li d-dħul tagħhom huwa kostitwit minn tariffi jew imposti minbarra l-kontribut tal-Unjoni, it-tariffi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell li jevita defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus, u jenħtieġ li jiġu riveduti meta dan ma jkunx il-każ. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ monitoraġġ tal-kostijiet. L-għan ta’ tali sistema ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jkun li jiġu identifikati bidliet sinifikanti fil-kostijiet tal-Aġenzija li, filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u dħul ieħor li ma huwiex minn tariffi, jistgħu jirrikjedu bidla fit-tariffi, fl-imposti jew fir-remunerazzjoni stabbiliti skont dan ir-regolament. Dik is-sistema ta’ monitoraġġ jenħtieġ li tkun tista’ tidentifika wkoll, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u verifikabbli, bidliet sinifikanti fil-kostijiet tar-remunerazzjoni tas-servizzi pprovduti lill-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jaġixxu bħala relaturi u, meta jkun applikabbli, korelaturi u minn esperti kuntrattati mill-Aġenzija għall-proċeduri tal-gruppi ta’ esperti dwar l-apparati mediċi. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-kostijiet relatata mas-servizzi remunerati mill-Aġenzija tkun tista’ tiġi awditjata f’konformità mal-Artikolu 257 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.
(7) F’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati, għall-korpi li d-dħul tagħhom huwa kostitwit minn tariffi jew imposti minbarra l-kontribut tal-Unjoni, it-tariffi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell li jevita defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus, u jenħtieġ li jiġu riveduti meta dan ma jkunx il-każ. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema trasparenti ta’ monitoraġġ tal-kostijiet. L-għan ta’ tali sistema ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jkun li jiġu identifikati bidliet sinifikanti fil-kostijiet tal-Aġenzija li, filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u dħul ieħor li ma huwiex minn tariffi, jistgħu jirrikjedu bidla fit-tariffi, fl-imposti jew fir-remunerazzjoni stabbiliti skont dan ir-regolament. Dik is-sistema ta’ monitoraġġ jenħtieġ li tkun tista’ tidentifika wkoll, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u verifikabbli, bidliet sinifikanti fil-kostijiet tar-remunerazzjoni tas-servizzi pprovduti lill-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jaġixxu bħala relaturi u, meta jkun applikabbli, korelaturi u minn esperti kuntrattati mill-Aġenzija għall-proċeduri tal-gruppi ta’ esperti dwar l-apparati mediċi. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-kostijiet relatata mas-servizzi remunerati mill-Aġenzija tkun tista’ tiġi awditjata f’konformità mal-Artikolu 257 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.
_________________
_________________
32 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
32 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) F’konformità mal-politiki tal-unjoni, huwa xieraq li jiġi previst tnaqqis fit-tariffi biex jiġu appoġġati setturi u applikanti speċifiċi jew detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, bħall-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), jew biex isir rispons għal ċirkostanzi speċifiċi, bħal prodotti li jirrispondu għal prijoritajiet rikonoxxuti tas-saħħa pubblika jew tas-saħħa tal-annimali jew prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal suq limitat awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2019/6.
(15) F’konformità mal-politiki tal-unjoni, huwa xieraq li jiġi previst tnaqqis fit-tariffi biex jiġu appoġġati setturi u applikanti speċifiċi jew detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, bħall-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u s-settur akkademiku jew biex isir rispons għal ċirkostanzi speċifiċi, bħal prodotti li jirrispondu għal prijoritajiet rikonoxxuti tas-saħħa pubblika jew tas-saħħa tal-annimali jew prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal suq limitat awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2019/6.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jenħtieġ li jingħata s-setgħa li jipprovdi tnaqqis ulterjuri fit-tariffi għal raġunijiet ġustifikati ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali. Jenħtieġ li opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni tkun obbligatorja qabel ma jingħata tnaqqis ulterjuri fit-tariffi, sabiex jiġi żgurat l-allinjament mad-dritt tal-Unjoni u mal-politiki ġenerali tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ saħħa pubblika jew tal-annimali, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll għad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija li jnaqqas ċerti tipi ta’ tariffi abbażi ta’ eżaminazzjoni kritika tas-sitwazzjoni speċifika għal kull każ.
(17) Il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jenħtieġ li jingħata s-setgħa li jipprovdi tnaqqis ulterjuri fit-tariffi għal raġunijiet debitament ġustifikati ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali. Jenħtieġ li opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni tkun obbligatorja qabel ma jingħata tnaqqis ulterjuri fit-tariffi, sabiex jiġi żgurat l-allinjament mad-dritt tal-Unjoni u mal-politiki ġenerali tal-Unjoni. Għal finijiet ta’ trasparenza, jenħtieġ li l-Aġenzija tagħmel l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet għal aktar tnaqqis fit-tariffi disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, inkluż dwar ir-riċevituri u r-raġunijiet għad-deċiżjoni għal aktar tnaqqis fit-tariffi. Barra minn hekk, f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ saħħa pubblika jew tal-annimali, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll għad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija li jnaqqas ċerti tipi ta’ tariffi abbażi ta’ eżaminazzjoni kritika tas-sitwazzjoni speċifika għal kull każ. L-Aġenzija jenħtieġ li tiżgura li tali deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv isiru disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u tispjega r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà, b’mod partikolari sabiex isir adattament għall-iżviluppi fix-xjenza, il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun jista’ jispeċifika arranġamenti ta’ xogħol biex jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fuq proposta debitament ġustifikata mid-Direttur Eżekuttiv. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun jista’ jistabbilixxi dati ta’ skadenza u skadenzi għall-ħlas, metodi ta’ ħlas, skedi ta’ żmien, klassifikazzjonijiet dettaljati, listi ta’ tnaqqis addizzjonali fit-tariffi, u ammonti dettaljati fil-limiti ta’ firxa stabbilita. Jenħtieġ li opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni tkun obbligatorja qabel ma l-proposta titressaq lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni, sabiex jiġi żgurat l-allinjament mad-dritt tal-Unjoni u mal-politiki ġenerali tal-Unjoni.
(18) Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà, b’mod partikolari sabiex isir adattament għall-iżviluppi fix-xjenza u sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mediċi u ċirkostanzi mhux previsti, il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun jista’ jispeċifika arranġamenti ta’ xogħol biex jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fuq proposta debitament ġustifikata mid-Direttur Eżekuttiv. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun jista’ jistabbilixxi dati ta’ skadenza u skadenzi għall-ħlas, metodi ta’ ħlas, skedi ta’ żmien, klassifikazzjonijiet dettaljati, listi ta’ tnaqqis addizzjonali fit-tariffi, u ammonti dettaljati fil-limiti ta’ firxa stabbilita. Jenħtieġ li opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni tkun obbligatorja qabel ma l-proposta titressaq lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni, sabiex jiġi żgurat l-allinjament mad-dritt tal-Unjoni u mal-politiki ġenerali tal-Unjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Għall-valutazzjonijiet tagħhom, ir-relaturi u l-korelaturi u r-rwoli l-oħra kkunsidrati ekwivalenti għall-finijiet ta’ dan ir-regolament fil-pariri u fl-ispezzjonijiet xjentifiċi jibbażaw fuq l-evalwazzjonijiet u r-riżorsi xjentifiċi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, filwaqt li hija r-responsabbiltà tal-Aġenzija li tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi eżistenti mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Fid-dawl ta’ dan, u biex jiġu żgurati riżorsi xierqa għall-valutazzjonijiet xjentifiċi relatati mal-proċeduri mwettqa fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija jenħtieġ li tirremunera s-servizzi ta’ valutazzjoni xjentifika pprovduti mir-relaturi u mill-korelaturi maħtura mill-Istati Membri bħala membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija, jew, meta jkun rilevanti, ipprovduti mir-relaturi u mill-korelaturi fil-grupp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE. L-ammont ta’ remunerazzjoni għas-servizzi pprovduti minn dawk ir-relaturi u l-korelaturi jenħtieġ li jkun ibbażat fuq stimi tal-ammont ta’ xogħol involut u dan jenħtieġ li jitqies fl-istabbiliment tal-livell tat-tariffi imposti mill-Aġenzija.
(19) Għall-valutazzjonijiet tagħhom, ir-relaturi u l-korelaturi u r-rwoli l-oħra kkunsidrati ekwivalenti għall-finijiet ta’ dan ir-regolament fil-pariri u fl-ispezzjonijiet xjentifiċi jibbażaw fuq l-evalwazzjonijiet u r-riżorsi xjentifiċi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, filwaqt li hija r-responsabbiltà tal-Aġenzija li tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi eżistenti mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Fid-dawl ta’ dan, u biex jiġu żgurati riżorsi xierqa għall-valutazzjonijiet xjentifiċi relatati mal-proċeduri mwettqa fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija jenħtieġ li tirremunera s-servizzi ta’ valutazzjoni xjentifika pprovduti mir-relaturi u mill-korelaturi maħtura mill-Istati Membri bħala membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija, jew, meta jkun rilevanti, ipprovduti mir-relaturi u mill-korelaturi fil-grupp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE. L-ammont ta’ remunerazzjoni għas-servizzi pprovduti minn dawk ir-relaturi u l-korelaturi jenħtieġ li jkun ibbażat fuq stimi tal-ammont ta’ xogħol involut u dan jenħtieġ li jitqies fl-istabbiliment tal-livell tat-tariffi imposti mill-Aġenzija. Abbażi ta’ interess pubbliku speċifiku li jibbenefika kemm lill-Unjoni kif ukoll lill-Istati Membri, meta l-Aġenzija tagħti eżenzjoni sħiħa tat-tariffi, ir-remunerazzjoni tar-relaturi u l-korelaturi jenħtieġ li titnaqqas b’50 % jew 100 %, kif speċifikat fl-Anness V.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 26a (ġdida)
(26a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b’persunal u riżorsi oħra meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet rilevanti assoċjati mat-tariffi u l-imposti miġbura f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li kwalunkwe reviżjoni tat-tariffi u l-imposti skont l-Artikolu 11 titqies ukoll.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 26b (ġdida)
(26b) Il-kalkolu tal-ammonti tat-tariffi, l-imposti u r-remunerazzjoni jqisu r-rata tal-inflazzjoni mkejla permezz tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikat mill-Eurostat skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/792 sad-data tal-adozzjoni tal-proposta għal dan ir-regolament. Ir-rata tal-inflazzjoni kienet għolja meta ġiet ippreżentata l-proposta għal dan ir-Regolament, għadha għolja kif imkejla fl-2023, u, skont il-previżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, hija projettata li tibqa’ għolja fl-2024. L-ammonti rilevanti jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jiġi żgurat li t-tariffi, l-imposti u r-remunerazzjoni pagabbli jiġu aġġustati għal tali inflazzjoni qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tadotta att delegat biex temenda l-Annessi rilevanti ta’ dan ir-Regolament abbażi tar-rata tal-inflazzjoni ppubblikata erba’ xhur qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a) “Akkademja” jew “settur akkademiku” jfissru stabbilimenti pubbliċi jew privatita’ edukazzjoni għolja li jagħtu lawrji akkademiċi, organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi jew privatimingħajr skop ta’ qligħ li l-missjoni primarja tagħhom hija li jagħmlu r-riċerka, u organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ interess Ewropew;
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
(5b) “organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ” jew “entità legali mingħajr skop ta’ qligħ” ifissru entità legali li mill-forma legali tagħhom ma jagħmlux qligħ jew li għandhom obbligu legali jew statutorju li ma jqassmux profitti lill-azzjonisti jew lill-membri individwali tagħhom;
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
(5c) “organizzazzjoni internazzjonali ta’ interess Ewropew” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha jkunu Stati Membri jew pajjiżi assoċjati, u li l-objettiv ewlieni tagħha jkun li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
(6) “emerġenza tas-saħħa pubblika” tfisser sitwazzjoni ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika rrikonoxxuta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni Nru1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.
(6) “emerġenza tas-saħħa pubblika” tfisser sitwazzjoni ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika rrikonoxxuta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.
_________________
_________________
40Id-Deċiżjoni Nru1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
40Ir-Regolament (UE)2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2
2. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, meta japplika t-tnaqqis fit-tariffi, ir-remunerazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pagabbli f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhiex titnaqqas.
2. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, meta japplika anqas mit-tnaqqis kollu fit-tariffi, ir-remunerazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pagabbli f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhiex titnaqqas. Madankollu, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, meta jingħataw eżenzjonijiet mit-tariffi, ir-remunerazzjoni għandha titnaqqas kif stabbilit fl-Anness V.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4
4. Fuq proposta debitament ġustifikata mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, b’mod partikolari għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-annimali jew għall-appoġġ ta’ tipi speċifiċi ta’ prodotti jew applikanti magħżula minħabba raġunijiet debitament ġustifikati, il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jista’ jagħti, wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni, tnaqqis totali jew parzjali tal-ammont applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 8.
4. Fuq proposta debitament ġustifikata mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, b’mod partikolari għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-annimali jew għall-appoġġ ta’ tipi speċifiċi ta’ prodotti jew tipi ta’ applikanti magħżula minħabba raġunijiet debitament ġustifikati, il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jista’ jagħti, wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni, tnaqqis totali jew parzjali tal-ammont applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 8. L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni dwar tali tnaqqis disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Aġenzija billi tispjega raġunijiet għat-tnaqqis.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5
5. F’ċirkostanzi eċċezzjonali u minħabba raġunijiet imperattivi ta’ saħħa pubblika jew tal-annimali, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jagħti, fuq bażi ta’ każ b’każ, tnaqqis totali jew parzjali tat-tariffi stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV, bl-eċċezzjoni tat-tariffi stabbiliti fil-punti 6, 15 u 16 tal-Anness I, il-punti 7 u 10 tal-Anness II u l-punt 3 tal-Anness III. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom.
5. F’ċirkostanzi eċċezzjonali u minħabba raġunijiet imperattivi ta’ saħħa pubblika jew tal-annimali debitament ġustifikati, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jagħti, fuq bażi ta’ każ b’każ, tnaqqis totali jew parzjali tat-tariffi stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV, bl-eċċezzjoni tat-tariffi stabbiliti fil-punti 6, 15 u 16 tal-Anness I, il-punti 7 u 10 tal-Anness II u l-punt 3 tal-Anness III. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom. L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni dwar tali deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv, inklużi r-raġunijiet għat-tnaqqis, disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Aġenzija.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. L-ammonti stabbiliti fl-annessi għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija.
1. L-ammonti stabbiliti fl-annessi għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija u għandhom jiġu aġġornati biex jirreflettu kwalunkwe tibdil.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-kostijiet tagħha u d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jipprovdi, bħala parti mir-rapport annwali tal-attività fornut lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, informazzjoni dettaljata u sostanzjata dwar il-kostijiet li għandhom jiġu koperti minn tariffi u imposti li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni stabbilita fl-Anness VI u diżaggregazzjoni tal-kostijiet relatati mas-sena kalendarja preċedenti u għal previżjoni għas-sena kalendarja ta’ wara. L-Aġenzija għandha tippubblika wkoll ħarsa ġenerali ta’ dik l-informazzjoni fir-rapport annwali tagħha.
2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-kostijiet tagħha u d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jipprovdi, mingħajr dewmien bħala parti mir-rapport annwali tal-attività fornut lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, informazzjoni dettaljata u sostanzjata dwar il-kostijiet li għandhom jiġu koperti minn tariffi u imposti li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni stabbilita fl-Anness VI u informazzjoni rilevanti oħra, b’mod partikolari dwar l-aspetti prattiċi tat-twettiq tal-attivitajiet li għalihom l-Aġenzija tiġbor tariffi jew imposti, u diżaggregazzjoni tal-kostijiet relatati mas-sena kalendarja preċedenti u għal previżjoni għas-sena kalendarja ta’ wara. L-Aġenzija għandha tippubblika wkoll, mingħajr dewmien, ħarsa ġenerali ta’ dik l-informazzjoni fir-rapport annwali tagħha.
2a. It-tariffi kollha riċevuti, inklużi dawk fejn ikunu ngħataw tnaqqis u eżenzjonijiet, u tariffi li jkunu dovuti iżda li jkunu għadhom ma ġewx riċevuti mill-Aġenzija għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija u elenkati fir-rapport annwali tagħha.
Ir-rapport annwali tal-Aġenzija għandu jelenka wkoll diżaggregazzjoni dettaljata tal-ammonti kollha remunerati li tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali għax-xogħol tagħhom;
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-rata tal-inflazzjoni, imkejla permezz tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikat mill-Eurostat skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/792, fir-rigward tal-ammonti ta’ tariffi, imposti u remunerazzjoni stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament. L-eżerċizzju ta’ monitoraġġ ma għandux isir qabel [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u minn hemm ’il quddiem fuq bażi annwali. Kwalunkwe aġġustament, f’konformità mal-inflazzjoni, fit-tariffi, fl-imposti u fir-remunerazzjoni stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-regolament għandu jsir applikabbli, l-aktar kmieni, fl-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena kalendarja li fiha jkun seħħ l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ.
5. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-rata tal-inflazzjoni, imkejla permezz tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikat mill-Eurostat skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/792, fir-rigward tal-ammonti ta’ tariffi, imposti u remunerazzjoni stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament. L-eżerċizzju ta’ monitoraġġ ma għandux isir qabel [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u minn hemm ’il quddiem fuq bażi annwali. Abbażi ta’ dan l-eżerċizzju, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kwalunkwe aġġustament, f’konformità mal-inflazzjoni, u b’segwitu għar-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 10(2), fit-tariffi, fl-imposti u fir-remunerazzjoni stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-regolament għandu jsir applikabbli, l-aktar kmieni, fl-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena kalendarja li fiha jkun seħħ l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. L-aktar kmieni fi [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data 3 snin wara d-data tal-applikazzjoni] u f’intervalli ta’ tliet snin wara dan, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’, meta jitqies rilevanti fid-dawl tal-Artikolu 11(2), u wara konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport speċjali li jiddeskrivi, b’mod oġġettiv, ibbażat fuq il-fatti u dettaljat biżżejjed, rakkomandazzjonijiet ġustifikati:
6. L-aktar kmieni fi [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data 3 snin wara d-data tal-applikazzjoni] u f’intervalli ta’ tliet snin wara dan, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu, meta jitqies rilevanti fid-dawl tal-Artikolu 11(2), u wara konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport speċjali. L-Aġenzija għandha tippubblika r-rapport speċjali mingħajr dewmien u għandha tispjega b’mod oġġettiv, ġustifikat, ibbażat fuq il-fatti u dettaljat biżżejjed, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 – punt aa (ġdid)
(aa) biex kwalunkwe tariffa, imposta jew remunerazzjoni, tiġi adattata, jew jiġu introdotti tariffi, imposti jew remunerazzjonijiet ġodda wara bidla fil-kompiti statutorji tal-Aġenzija li tirriżulta f’bidla sinifikanti fil-kostijiet rispettivi;
6a. Bil-ħsieb li tappoġġa lill-Aġenzija biex tilħaq il-konklużjonijiet tagħha b’mod effiċjenti u effettiv, matul it-tħejjija ta’ rapport, l-Aġenzija għandha torganizza konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati sabiex tirċievi input dwar l-istruttura u l-livell tat-tariffi, l-imposti u r-remunerazzjoni, inklużi r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla fihom.
6b. Ir-rapport speċjali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien fuq is-sit web tal-Aġenzija. Ir-rapport speċjali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati kkonsultati fit-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 8
8. Il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe kjarifika jew prova ulterjuri tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jekk dan jitqies meħtieġ. Wara talba bħal din, l-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lill-Kummissjoni b’verżjoni aġġornata tar-rapport li tindirizza kwalunkwe kumment li jkun sar u mistoqsija mqajma mill-Kummissjoni.
8. Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu kwalunkwe kjarifika jew prova ulterjuri tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jekk dan jitqies meħtieġ. Wara talba bħal din, l-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’verżjoni aġġornata tar-rapport li tindirizza kwalunkwe kumment li jkun sar u mistoqsija mqajma mill-istituzzjoni rispettiva.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 9 – parti introduttorja
9. L-intervall tal-ħin tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 6 jista’ jitqassar fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
9. L-intervall tal-ħin għall-ewwel rapport speċjali, kif ukoll l-intervall tal-ħin tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 6 jista’ jitqassar fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
-1. Fi żmien ... [erba’ xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta, minkejja l-Artikolu 10(5), att delegat f’konformità mal-Artikolu 13, biex temenda l-Annessi I, II, III u IV, sabiex taġġusta l-ammonti stabbiliti fihom għar-rata tal-inflazzjoni ppubblikata erba’ xhur qabel ... [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c
(c) bidla fil-kompiti statutorji tal-Aġenzija li twassal għal bidla sinifikanti fil-kostijiet tagħha;
imħassar
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e
(e) informazzjoni rilevanti oħra, b’mod partikolari dwar aspetti prattiċi għall-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet li għalihom l-Aġenzija tiġbor tariffi jew imposti.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra li jista’ jkollhom impatt sostantiv fuq il-baġit tal-Aġenzija, inkluż iżda mhux limitat għall-ammont ta’ xogħol tagħha u r-riskji potenzjali relatati mal-fluttwazzjonijiet fid-dħul mit-tariffi tagħha. Il-livell tat-tariffi għandu jiġi stabbilit f’livell li jiżgura li d-dħul derivat minnhom, meta kkombinat ma’ sorsi oħra ta’ dħul tal-Aġenzija, ikun biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tas-servizzi mogħtija f’konformità mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-prinċipji tat-trasparenza stabbiliti fl-Anness VI.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 4
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni mogħtija mill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
L-att delegat imsemmi fl-Artikolu 11(-1) għandu japplika minn... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ].
Emenda 38 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 55200 għal kwalunkwe waħda mit-talbiet li ġejjin:
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 94000 għal kwalunkwe waħda mit-talbiet li ġejjin:
Emenda 39 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 2
Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 10400 għal kull wieħed miż-żewġ koordinaturi ta’ pariri xjentifiċi.
Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 23500 għal kull wieħed miż-żewġ koordinaturi ta’ pariri xjentifiċi.
Emenda 40 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 44700 għal kwalunkwe waħda mit-talbiet li ġejjin:
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 70600 għal kwalunkwe waħda mit-talbiet li ġejjin:
Emenda 41 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 2
Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 6500 għal kull wieħed miż-żewġ koordinaturi ta’ pariri xjentifiċi.
Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 17650 għal kull wieħed miż-żewġ koordinaturi ta’ pariri xjentifiċi.
Emenda 42 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 37200 għal kwalunkwe waħda mit-talbiet li ġejjin:
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 46900 għal kwalunkwe waħda mit-talbiet li ġejjin:
Emenda 43 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2
Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 5300 għal kull wieħed miż-żewġ koordinaturi ta’ pariri xjentifiċi.
Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 11730 għal kull wieħed miż-żewġ koordinaturi ta’ pariri xjentifiċi.
Emenda 44 Proposta għal regolament Anness I – punt 6 – punt 6.1
6.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 136 700 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 12400 għar-relatur u ta’ EUR 12400 għall-korelatur.
6.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 136 700 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 6200 għar-relatur u ta’ EUR 6200 għall-korelatur.
Emenda 45 Proposta għal regolament Anness I – punt 6 – punt 6.2
6.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 262 400 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 15300 għar-relatur u ta’ EUR 15300 għall-korelatur.
6.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 262 400 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 7650 għar-relatur u ta’ EUR 7650 għall-korelatur.
Emenda 46 Proposta għal regolament Anness I – punt 6 – punt 6.3
6.3. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 83 000 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2001/83/KE. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 2800 għar-relatur u ta’ EUR 2800 għall-korelatur.
6.3. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 83 000 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2001/83/KE. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 1400 għar-relatur u ta’ EUR 1400 għall-korelatur.
Emenda 47 Proposta għal regolament Anness I – punt 10 – punt 10.1
10.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 143 200 għal applikazzjoni għall-evalwazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-kwalità u mhux klinika skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 47400 għar-relatur.
10.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 143 200 għal applikazzjoni għall-evalwazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-kwalità u mhux klinika skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 23700 għar-relatur.
_________________
_________________
43 Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
43 Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
Emenda 48 Proposta għal regolament Anness I – punt 10 – punt 10.2
10.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 95 200 għal applikazzjoni għall-evalwazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-kwalità biss skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 31500 għar-relatur.
10.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 95 200 għal applikazzjoni għall-evalwazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-kwalità biss skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 15750 għar-relatur.
Emenda 49 Proposta għal regolament Anness I – punt 11 – punt 11.1
11.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 31 700 għal applikazzjoni għal ftehim ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika mitlub skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 6700 għar-relatur.
11.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 31 700 għal applikazzjoni għal ftehim ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika mitlub skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 3350 għar-relatur.
Emenda 50 Proposta għal regolament Anness I – punt 11 – punt 11.2
11.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 17 600 għal applikazzjoni għal modifika ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika miftiehem skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 6400 għar-relatur.
11.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 17 600 għal applikazzjoni għal modifika ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika miftiehem skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 3200 għar-relatur.
Emenda 51 Proposta għal regolament Anness I – punt 11 – punt 11.3
11.3. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 12 000 għal applikazzjoni għal eżenzjoni speċifika għall-prodott skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 1 800 għar-relatur.
11.3. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 12 000 għal applikazzjoni għal eżenzjoni speċifika għall-prodott skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 900 għar-relatur.
Emenda 52 Proposta għal regolament Anness I – punt 11 – punt 11.4
11.4. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 8 000 għal talba għal kontroll tal-konformità mal-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 1 000 għar-relatur.
11.4. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 8 000 għal talba għal kontroll tal-konformità mal-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 500 għar-relatur.
Emenda 53 Proposta għal regolament Anness I – punt 12 – paragrafu 2
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 16 800 għal applikazzjoni għad-denominazzjoni ta’ prodott mediċinali orfni skont ir-Regolament (KE) Nru 141/2000. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 1 500 għar-relatur.
Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 16 800 għal applikazzjoni għad-denominazzjoni ta’ prodott mediċinali orfni skont ir-Regolament (KE) Nru 141/2000. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 750 għar-relatur.
Emenda 54 Proposta għal regolament Anness II – punt 7 – punt 7.1
7.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 152 700 għal valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 54(8) tar-Regolament (UE) 2019/6. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 21100 għar-relatur u ta’ EUR 9600 għall-korelatur.
7.1. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 152 700 għal valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 54(8) tar-Regolament (UE) 2019/6. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 10550 għar-relatur u ta’ EUR 4800 għall-korelatur.
Emenda 55 Proposta għal regolament Anness II – punt 7 – punt 7.2
7.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 209 300 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 70(11) tar-Regolament (UE) 2019/6. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 29200 għar-relatur u ta’ EUR 12900 għall-korelatur.
7.2. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 209 300 għall-valutazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 70(11) tar-Regolament (UE) 2019/6. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 14600 għar-relatur u ta’ EUR 6450 għall-korelatur.
Emenda 56 Proposta għal regolament Anness II – punt 7 – punt 7.3
7.3. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 147 200 għall-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 141(1)(c) u (e) tar-Regolament (UE) 2019/6. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 17500 għar-relatur u ta’ EUR 7700 għall-korelatur.
7.3. Għandha tapplika tariffa ta’ EUR 147 200 għall-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 141(1), il-punti (c) u (e), tar-Regolament (UE) 2019/6. Tali tariffa għandha tiġi rinunzjata kompletament. Ir-remunerazzjoni għandha tkun ta’ EUR 8750 għar-relatur u ta’ EUR 3850 għall-korelatur.
Emenda 57 Proposta għal regolament Anness V – punt 1a (ġdid)
1a. Tnaqqis fit-tariffi mogħtija lill-akkademja u s-settur tar-riċerka mingħajr skop ta’ qligħ
1. Għandu jingħata tnaqqis totali fit-tariffa għal talbiet ta’ assistenza fil-protokoll u pariri xjentifiċi dwar prodotti mediċinali lill-applikanti mill-akkademja jew mis-settur akkademiku.
2. Applikanti mill-akkademja jew mis-settur akkademiku li mhumiex iffinanzjati jew immaniġġjati minn organizzazzjonijiet ta’ profitt privat fis-settur farmaċewtiku (PPO), u li ma kkonkludew ebda ftehim operattiv ma’ xi PPO dwar l-isponsorizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġett speċifiku ta’ riċerka li għalih tkun qed tintalab eżenzjoni mit-tariffa, għandhom jipprovdu dan li ġej:
(a) il-Formola tal-Entità Legali (LEF) u d-“dokument fundatur” (jew kwalunkwe dokument ieħor xieraq ipprovdut waqt il-proċess tal-applikazzjoni);
(b) evidenza tal-post ta’ stabbiliment legali, li tista’ tiġi evidenzjata mid-dokument fundatur jew kwalunkwe dokument ieħor xieraq li juri li s-sede tal-entità tinsab fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja;
(c) prova li l-applikant ma jinsabx taħt kontroll dirett jew indirett ta’ xi PPO.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, kontroll jista’, b’mod partikolari, jieħu waħda mill-forom li ġejjin:
(i) il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta ta’ aktar minn 50 % tal-valur tas-sehem nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-applikant, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-assoċjati ta’ dak l-applikant; jew
(ii) id-detenzjoni diretta jew indiretta, fil-liġi jew fil-fatt, ta’ setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-applikant.
Malli tirċievi talba għal parir xjentifiku, l-Aġenzija għandha tiċċekkja d-dikjarazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant u l-aċċettabbiltà tad-dikjarazzjoni bbażata fuq mudell definit, kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn.
L-Aġenzija għandha tirriżerva d-dritt tagħha li twettaq kontroll ex post u titlob evidenza li tikkonferma li l-kriterji għall-eżenzjoni mit-tariffi ġew issodisfati fi kwalunkwe mument qabel l-adozzjoni tal-ittra ta’ parir finali.
3. Meta japplika tnaqqis skont il-punt 1a, l-ebda remunerazzjoni ma għandha titħallas lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
Emenda 58 Proposta għal regolament Anness V – punt 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Għandu japplika tnaqqis fit-tariffi ta’ 20 % għat-tariffa annwali ta’ farmakoviġilanza stabbilita fit-Taqsima 3 tal-Anness III għall-prodotti mediċinali li ġejjin:
Għandu japplika tnaqqis fit-tariffi ta’ 30 % għat-tariffa annwali ta’ farmakoviġilanza stabbilita fit-Taqsima 3 tal-Anness III għall-prodotti mediċinali li ġejjin:
Emenda 59 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun relatata ma’ kull sena kalendarja:
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun relatata ma’ kull sena kalendarja u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Aġenzija:
Emenda 60 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a) numru ta’ każijiet ta’ tnaqqis fit-tariffi mogħtija skont id-deċiżjonijiet eżekuttivi stabbiliti fl-Artikolu 6;
Emenda 61 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt 6
(6) l-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol li jqattgħu r-relaturi u l-korelaturi u l-esperti kkuntrattati għall-proċeduri tal-gruppi ta’ esperti dwar l-apparati mediċi għal kull proċedura abbażi tal-informazzjoni pprovduta lill-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati. Il-proċeduri li għandhom jiġu inklużi għandhom jiġu deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija abbażi ta’ proposta mill-Aġenzija.
(6) l-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol li jqattgħu r-relaturi u l-korelaturi, inklużi s-sigħat li l-esperti u persuni oħra impjegati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jqattgħu biex jassistuhom, u l-esperti kkuntrattati għall-proċeduri tal-gruppi ta’ esperti dwar l-apparati mediċi għal kull proċedura abbażi tal-informazzjoni pprovduta lill-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati. Il-proċeduri li għandhom jiġu inklużi għandhom jiġu deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija abbażi ta’ proposta mill-Aġenzija.
Emenda 62 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
(6a) kwalunkwe indikatur tal-prestazzjoni rilevanti għal tariffi jew imposti għal servizzi xjentifiċi għal servizzi amministrattivi imposti f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 63 Proposta għal regolament Anness VI – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
(6b) kwalunkwe indikatur ewlieni tal-prestazzjoni rilevanti addizzjonali li jkollu impatt fuq l-ammont ta’ xogħol li qed jevolvi tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri fil-qafas regolatorju farmaċewtiku tal-Unjoni, inklużi l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran) (riformulazzjoni) (COM(2021)0434 – C9-0345/2021 – 2021/0248(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0434),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0345/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2021(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),
– wara li kkunsidra l-ittra tat-30 ta' Marzu 2022 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għas-Sajd skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0136/2022),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (riformulazzjoni)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni diġitali f'każijiet ta' terroriżmu (COM(2021)0757 – C9-0449/2021 – 2021/0393(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0757),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0449/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta’ Diċembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0261/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni diġitali f'każijiet ta' terroriżmu
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0767),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0441/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta’ Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0041/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-tad-Direttiva (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew(1) fit-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura (COM(2022)0304 – C9-0208/2022 – 2022/0195(COD))(2)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-restawr tan-natura
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fil-livell tal-Unjoni dwar ir-restawr tal-ekosistemi biex jiġi żgurat l-irkupru għal natura bijodiversa u reżiljenti madwar it-territorju tal-Unjoni. Ir-restawr tal-ekosistemi jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-Unjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għat-tibdil fil-klima.
(2) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew(5) stabbilixxa pjan direzzjonali ambizzjuż biex jittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, bl-għan li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u mill-impatti relatati mal-ambjent. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni adottat Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030(6).
(3) L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE(7), huma impenjati għall-viżjoni strateġika fit-tul adottata mill-Konferenza tal-Partijiet fl-2010 bid-Deċiżjoni X/2 Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020(8) li, sal-2050, il-bijodiversità trid tiġi vvalutata, ikkonservata, restawrata u użata b’mod għaqli, filwaqt li jinżammu s-servizzi tal-ekosistemi, tiġi sostnuta pjaneta f’saħħitha u jitwasslu benefiċċji essenzjali għan-nies kollha.
(4) Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika maqbula fil-COP 15 f’Diċembru 2022(9), il-Qafas Globali tal-Bijodiversità li jistabbilixxi miri globali orjentati lejn l-azzjoni għal azzjoni urġenti tul id-deċennju sal-2030 biex jiġi żgurat li ż-żoni kollha jkunu taħt ġestjoni tat-territorju parteċipatorja, integrata u li tinkludi l-bijodiversità u/jew proċessi ta’ ġestjoni effettivi li jittrattaw bidliet fl-użu tal-art u l-baħar; it-telf ta’ żoni ta’ importanza kbira għall-bijodiversità, inkluż ekosistemi ta’ integrità ekoloġika għolja, ikun f’livell qrib iż-żero sal-2030 filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni u lokali, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP); jiġi żgurat li sal-2030 mill-inqas 30 % taż-żoni ta’ ekosistemi degradati tal-art, tal-ilmijiet interni, u kostali u tal-baħar ikunu taħt restawr effettiv, sabiex jissaħħu l-bijodiversità u l-funzjonijiet u s-servizzi tal-ekosistema, l-integrità ekoloġika u l-konnettività; jiġu restawrati, jinżammu fi stat tajjeb u jissaħħu l-kontributi tan-natura lin-nies, inkluż il-funzjonijiet u s-servizzi tal-ekosistema, bħar-regolamentazzjoni tal-arja, l-ilma u l-klima, is-saħħa tal-ħamrija, id-dakkir u t-tnaqqis tar-riskju tal-mard, kif ukoll il-protezzjoni minn perikli u diżastri naturali, permezz ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u/jew approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-benefiċċju tan-nies u n-natura kollha. Permezz tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità ser ikun jista’ jsir progress fil-kisba tal-għanijiet orjentati lejn ir-riżultati għall-2050.
(5) L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU(10), b’mod partikolari l-għanijiet 14.2, 15.1, 15.2 u 15.3, jirreferu għall-ħtieġa li jiġu żgurati l-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-ekosistemi tal-ilma ħelu terrestri u interni u s-servizzi tagħhom, b’mod partikolari l-foresti, l-artijiet mistagħdra, il-muntanji u l-artijiet nixfin.
(6) L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, f’riżoluzzjoni tal-1 ta’ Marzu 2019(11), ipproklamat il-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030 id-Deċennju tan-NU dwar ir-Restawr tal-Ekosistema, bl-għan tappoġġa u żżid l-isforzi biex tipprevjeni, twaqqaf u treġġa’ lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi fid-dinja u tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tar-restawr tal-ekosistemi.
(7) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 għandha l-għan li tiżgura li l-bijodiversità tal-Ewropa titqiegħed fit-triq lejn l-irkupru sal-2030 għall-benefiċċji tan-nies, tal-pjaneta, tal-klima u tal-ekonomija tagħna. Tistabbilixxi pjan ambizzjuż tal-UE għar-restawr tan-natura b’għadd ta’ impenji ewlenin, inkluż impenn li titressaq proposta għal miri legalment vinkolanti tal-UE għar-restawr tan-natura biex jiġu restawrati l-ekosistemi degradati, b’mod partikolari dawk bl-aktar potenzjal li jaqbdu u jaħżnu l-karbonju, u biex jiġi evitat u jitnaqqas l-impatt tad-diżastri naturali.
(8) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021(12), il-Parlament Ewropew kien issodisfat ħafna bl-impenn li titfassal proposta leġiżlattiva b’miri legalment vinkolanti għar-restawr tan-natura, u barra minn hekk ikkunsidra li minbarra mira ġenerali għar-restawr, jenħtieġ li jiġu inklużi miri għar-restawr speċifiċi għall-ekosistemi għall-ħabitat u għall-ispeċijiet, li jkopru l-foresti, l-artijiet bil-ħaxix, l-artijiet mistagħdra, it-torbieri, il-pollinaturi, ix-xmajjar ġierja, iż-żoni kostali u l-ekosistemi tal-baħar.
(9) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020(13), il-Kunsill irrikonoxxa li l-prevenzjoni ta’ aktar tnaqqis tal-istat attwali tal-bijodiversità u tan-natura se tkun essenzjali, iżda mhux suffiċjenti biex in-natura terġa’ lura f’ħajjitna. Il-Kunsill afferma mill-ġdid li hija meħtieġa aktar ambizzjoni dwar ir-restawr tan-natura kif propost mill-Pjan il-ġdid tal-UE għar-Restawr tan-Natura, li jinkludi miżuri għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità lil hinn miż-żoni protetti. Il-Kunsill iddikjara wkoll li kien qed jistenna proposta għal miri legalment vinkolanti għar-restawr tan-natura, soġġett għal valutazzjoni tal-impatt.
(10) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tistabbilixxi impenn biex jiġi protett legalment minimu ta’ 30 % tal-art, inklużi l-ilmijiet interni, u 30 % tal-baħar fl-Unjoni, li minnhom mill-inqas terz jenħtieġ li jkun taħt protezzjoni stretta, inklużi l-foresti primarji u antiki kollha li fadal. Il-kriterji u l-gwida għad-deżinjazzjoni ta’ żoni protetti addizzjonali mill-Istati Membri(14) (il-“Kriterji u l-Gwida”), żviluppati mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, jenfasizzaw li jekk iż-żoni restawrati jikkonformaw jew huma mistennija li jikkonformaw, ladarba r-restawr jipproduċi l-effett sħiħ tiegħu, bil-kriterji għaż-żoni protetti, dawk iż-żoni restawrati għandhom jikkontribwixxu wkoll lejn il-miri tal-Unjoni dwar iż-żoni protetti. Il-Kriterji u l-Gwida jenfasizzaw ukoll li ż-żoni protetti jistgħu jipprovdu kontribut importanti għall-miri għar-restawr fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, billi joħolqu l-kundizzjonijiet biex l-isforzi ta’ restawr jirnexxu. Dan huwa partikolarment il-każ għal żoni li jistgħu jirkupraw b’mod naturali billi jwaqqfu jew jillimitaw xi wħud mill-pressjonijiet mill-attivitajiet tal-bniedem. It-tqegħid ta’ tali żoni, inkluż fl-ambjent tal-baħar, taħt protezzjoni stretta, f’xi każijiet, se jkun biżżejjed biex iwassal għall-irkupru tal-valuri naturali li huma jospitaw. Barra minn hekk, fil-Kriterji u l-Gwida huwa enfasizzat li l-Istati Membri kollha huma mistennija li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni dwar iż-żoni protetti stabbiliti fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, sal-punt li jkun proporzjonat għall-valuri naturali li jospitaw u għall-potenzjal li għandhom għar-restawr tan-natura.
(11) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tistabbilixxi mira biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda deterjorament fix-xejriet ta’ konservazzjoni jew fl-istatus tal-ħabitats u tal-ispeċijiet protetti u li mill-inqas 30 % tal-ispeċijiet u tal-ħabitats li bħalissa mhumiex fi status favorevoli se jaqgħu f’dik il-kategorija jew juru xejra pożittiva qawwija li se jkunu qed jaqgħu f’dik il-kategorija sal-2030. Il-gwida(15) li żviluppat il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex tappoġġa l-kisba ta’ dawn il-miri tenfasizza li aktarx li jkunu meħtieġa sforzi ta’ żamma u restawr għall-biċċa l-kbira ta’ dawk il-ħabitats u l-ispeċijiet, billi jitwaqqfu x-xejriet negattivi attwali tagħhom sal-2030 jew billi jinżammu x-xejriet attwali stabbli jew li qed jitjiebu, jew billi jiġi evitat it-tnaqqis tal-ħabitats u tal-ispeċijiet bi status ta’ konservazzjoni favorevoli. Il-gwida tenfasizza wkoll li dawk l-isforzi ta’ restawr jeħtieġ li primarjament jiġu ppjanati, implimentati u kkoordinati fil-livelli nazzjonali jew reġjonali u li, fl-għażla u fil-prijoritizzazzjoni tal-ispeċijiet u l-ħabitats li jridu jittejbu sal-2030, iridu jiġu mfittxija sinerġiji ma’ miri oħra tal-Unjoni u internazzjonali, b’mod partikolari miri tal-politika ambjentali jew klimatika.
(12) Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tan-Natura tal-2020(16) innota li l-Unjoni għadha ma rnexxilhiex twaqqaf it-tnaqqis ta’ tipi ta’ ħabitats u speċijiet protetti li l-konservazzjoni tagħhom hija ta’ tħassib għall-Unjoni. Dak it-tnaqqis huwa kkawżat l-aktar mill-abbandun ta’ agrikoltura estensiva, l-intensifikazzjoni tal-prattiki ta’ ġestjoni, il-modifika tar-reġimi idroloġiċi, l-urbanizzazzjoni u t-tniġġis kif ukoll attivitajiet ta’ forestrija mhux sostenibbli u l-isfruttament tal-ispeċijiet. Barra minn hekk, l-ispeċijiet aljeni invażivi u t-tibdil fil-klima jirrappreżentaw theddidiet serji u dejjem akbar għall-flora u l-fawna indiġeni tal-Unjoni.
(12a) Ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva - tiddikjara li l-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-istrateġija ġdida ta' tkabbir tal-UE li se tkun il-forza li tmexxi l-kompetittività tagħna u se twassal għal trasformazzjoni progressiva iżda profonda tal-ekonomiji tagħna, li min-naħa tagħhom se jkollhom effett qawwi fuq ix-xejriet tal-kummerċ, filwaqt li n-netwerk vast tal-UE ta' ftehimiet kummerċjali bilaterali huwa pjattaforma essenzjali biex nittrattaw mal-imsieħba tagħna dwar it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità u għalhekk titlob l-introduzzjoni ta' miżuri 'mera', f'konformità mar-regoli tad-WTO(17). [Emenda orali]
(13) Huwa xieraq li jiġi stabbilit objettiv ġenerali għar-restawr tal-ekosistema biex titrawwem it-trasformazzjoni ekonomika u soċjetali u biex jitrawwem il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u t-tkabbir sostenibbli. L-ekosistemi bijodiversi bħall-artijiet mistagħdra, l-ilma ħelu, il-foresti kif ukoll l-ekosistemi agrikoli, b’veġetazzjoni skarsa, tal-baħar, kostali u urbani jagħtu, jekk ikunu f’kundizzjoni tajba, firxa ta’ servizzi essenzjali tal-ekosistemi, u l-benefiċċji li jiġu restawrati l-ekosistemi degradati għal kundizzjoni tajba fiż-żoni kollha tal-art u tal-baħar huma ferm akbar mill-kostijiet tar-restawr. Dawk is-servizzi jikkontribwixxu għal firxa wiesgħa ta’ benefiċċji soċjoekonomiċi, skont il-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali, kulturali, reġjonali u lokali.
(14) Fit-52 sessjoni tagħha f’Marzu 2021, il-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti adottat is-Sistema ta’ Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali - Kontabbiltà tal-Ekosistemi (SEEA EA)(18). Is-SEEA EA tikkostitwixxi qafas statistiku integrat u komprensiv għall-organizzazzjoni ta’ data dwar il-ħabitats u l-pajsaġġi, il-kejl tal-firxa, il-kundizzjoni u s-servizzi tal-ekosistemi, it-traċċar tal-bidliet fl-assi tal-ekosistemi, u r-rabta ta’ din l-informazzjoni ma’ attività ekonomika u attività oħra tal-bniedem.
(15) L-iżgurar ta’ ekosistemi bijodiversi u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima huma marbuta intrinsikament. In-natura u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, inklużi l-ħażniet u l-bjar tal-karbonju naturali, huma fundamentali għall-ġlieda kontra l-kriżi klimatika. Fl-istess ħin, il-kriżi klimatika diġà hija xprunatur tat-tibdil fl-ekosistema terrestri u tal-baħar, u l-Unjoni trid tħejji għaż-żieda fl-intensità, fil-frekwenza u fit-tifrix tal-effetti tagħha. Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC)(19) dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C indika li xi impatti jistgħu jkunu dejjiema jew irriversibbli. Is-sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC(20) jiddikjara li r-restawr tal-ekosistemi se jkun fundamentali biex jgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima kif ukoll fit-tnaqqis tar-riskji għas-sigurtà tal-ikel. Fir-Rapport ta’ Valutazzjoni Globali tagħha tal-2019 dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi(21), il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES) qieset it-tibdil fil-klima bħala xprunatur ewlieni tat-tibdil fin-natura, u stenniet li l-impatti tagħha jiżdiedu matul id-deċennji li ġejjin, u f’xi każijiet jaqbżu l-impatt ta’ xprunaturi oħra tat-tibdil tal-ekosistemi bħal pereżempju t-tibdil fl-użu tal-art u tal-baħar.
(16) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22) jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta’ newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem, u li tingħata prijorità għat-tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet u, fl-istess ħin, jissaħħaħ l-assorbiment permezz tal-bjar naturali. Ir-restawr tal-ekosistemi jista’ jagħti kontribut importanti għaż-żamma, għall-ġestjoni u għat-titjib tal-bjar naturali u għaż-żieda tal-bijodiversità filwaqt li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima. Ir-Regolament (UE) 2021/1119 jirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jiżguraw progress kontinwu fit-tisħiħ tal-kapaċità adattiva, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jintegraw l-adattament fl-oqsma kollha ta’ politika u jippromwovu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura(23) u adattament ibbażat fuq l-ekosistemi.
(17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima mill-2021(24) tenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u tirrikonoxxi li l-adattament kosteffettiv għall-bidla fil-klima jista’ jinkiseb billi jiġu protetti u rrestawrati l-artijiet mistagħdra u t-torbieri kif ukoll l-ekosistemi kostali u tal-baħar, billi jiġu żviluppati spazji ħodor urbani u jiġu installati bjut u ħitan ħodor u billi jiġu promossi u ġestiti b’mod sostenibbli l-foresti u r-raba’ tal-biedja. Li jkun hemm għadd akbar ta’ ekosistemi bijodiversi jwassal għal reżiljenza ogħla għat-tibdil fil-klima u jipprovdi forom aktar effettivi ta’ tnaqqis u prevenzjoni tad-diżastri.
(18) Il-politika tal-Unjoni dwar il-klima qed tiġi riveduta sabiex issegwi l-perkors propost fir-Regolament (UE) 2021/1119 biex l-emissjonijiet netti jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990. B’mod partikolari, il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/1999(25) għandha l-għan li ssaħħaħ il-kontribut tas-settur tal-art għall-ambizzjoni klimatika ġenerali għall-2030 u tallinja l-objettivi fir-rigward tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbiment mis-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) b’inizjattivi ta’ politika relatati dwar il-bijodiversità. Dik il-proposta tenfasizza l-ħtieġa għall-protezzjoni u għat-titjib tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura, għat-titjib tar-reżiljenza tal-ekosistemi għat-tibdil fil-klima, għar-restawr tal-art u tal-ekosistemi degradati, u għat-tixrib mill-ġdid tat-torbieri. Hija għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra tal-art soġġetta għall-protezzjoni u r-restawr. F’dan il-kuntest, huwa importanti li l-ekosistemi fil-kategoriji kollha tal-art, inklużi l-foresti, l-artijiet bil-ħaxix, l-artijiet tal-għelejjel u l-artijiet mistagħdra, ikunu f’kundizzjoni tajba sabiex ikunu jistgħu jaqbdu u jaħżnu b’mod effettiv il-karbonju.
(19) L-iżviluppi ġeopolitiċi enfasizzaw aktar il-ħtieġa li tiġi salvagwardjata r-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel(26). L-evidenza turi li r-restawr tal-agroekosistemi għandu impatti pożittivi fuq il-produttività tal-ikel fit-tul, u li r-restawr tan-natura jaġixxi bħala polza tal-assigurazzjoni biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-UE fit-tul.
(20) Fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini jitolbu lill-Unjoni biex tipproteġi u tirrestawra l-bijodiversità, il-pajsaġġ u l-oċeani, telimina t-tniġġis u trawwem l-għarfien, is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u d-djalogi dwar l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-użu tal-enerġija u s-sostenibbiltà(27).
(21) Ir-restawr tal-ekosistemi, flimkien mal-isforzi biex jitnaqqsu l-kummerċ u l-konsum tal-ħajja selvaġġa, se jgħinu wkoll fil-prevenzjoni u l-bini ta’ reżiljenza għal marda komunikabbli futur possibbli b’potenzjal żoonotiku, u b’hekk jitnaqqsu r-riskji ta’ tifqigħat u pandemiji, u jikkontribwixxu biex jappoġġaw l-isforzi tal-UE u dawk globali biex jiġi applikat l-approċċ “Saħħa Waħda”, li jirrikonoxxi r-rabta intrinsika bejn is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u natura reżiljenti f’saħħitha.
(22) Il-ħamrija hija parti integrali mill-ekosistemi terrestri. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 “Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030”(28) tiddeskrivi l-ħtieġa li tiġi restawrata l-ħamrija degradata u tissaħħaħ il-bijodiversità tal-ħamrija. Il-Mekkaniżmu Globali u s-segretarjat tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD) stabbilew il-Programm ta’ Stabbiliment tal-Miri dwar in-Newtralità fir-rigward tad-Degradazzjoni tal-Art biex jgħin lill-pajjiżi jiksbu n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(29) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) għandhom l-għan li jiżguraw il-protezzjoni, il-konservazzjoni u s-sopravivenza fit-tul tal-aktar speċijiet u ħabitats siewja u mhedda tal-Ewropa kif ukoll tal-ekosistemi li jagħmlu parti minnhom. Natura 2000, li ġiet stabbilita fl-1992 u hija l-akbar network koordinat ta’ żoni protetti fid-dinja, hija l-istrument ewlieni li jimplimenta l-objettivi ta’ dawk iż-żewġ Direttivi. Bħal dawk iż-żewġ Direttivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati, u b’hekk ikun allinjat ukoll mad-Direttiva 2008/56/KE.
(24) Diġà jeżistu qafas u gwida(31) biex tiġi ddeterminata l-kundizzjoni tajba tat-tipi ta’ ħabitats protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE u biex jiġu ddeterminati l-kwalità u l-kwantità suffiċjenti tal-ħabitats tal-ispeċijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Il-miri għar-restawr għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u l-ħabitats tal-ispeċijiet jistgħu jiġu stabbiliti abbażi ta’ dak il-qafas u gwida. Madankollu, tali restawr mhux se jkun biżżejjed biex ireġġa’ lura t-telfien tal-bijodiversità u biex jirkupra l-ekosistemi kollha. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali bbażati fuq indikaturi speċifiċi sabiex tittejjeb il-bijodiversità fuq l-iskala ta’ ekosistemi usa’.
(25) Filwaqt li jibnu fuq id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u sabiex jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti f’dawk id-Direttivi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri ta’ restawr biex jiżguraw l-irkupru tal-ħabitats u tal-ispeċijiet protetti, inklużi għasafar selvaġġi, fiż-żoni tal-Unjoni, ukoll f’żoni li jaqgħu barra min-Natura 2000.
(26) Id-Direttiva 92/43/KEE għandha l-għan li żżomm u li tirrestawra, fi status ta’ konservazzjoni favorevoli, il-ħabitats naturali u l-ispeċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi ta’ interess għall-Unjoni. Madankollu, ma tistabbilixxix skadenza għall-ilħuq ta’ dak il-għan. Bl-istess mod, id-Direttiva 2009/147/KE ma tistabbilixxix skadenza għall-irkupru tal-popolazzjonijiet tal-għasafar fl-Unjoni.
(27) Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għall-istabbiliment ta’ miżuri ta’ restawr fi ħdan u lil hinn mis-siti ta’ Natura 2000, sabiex gradwalment tittejjeb il-kundizzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti madwar l-Unjoni kif ukoll biex dawn jiġu stabbiliti mill-ġdid sakemm tintlaħaq l-erja ta’ referenza favorevoli meħtieġa biex jinkiseb status ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ dawk it-tipi ta’ ħabitats fl-Unjoni. Sabiex tingħata l-flessibbiltà meħtieġa lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sforzi ta’ restawr fuq skala kbira, huwa xieraq li t-tipi ta’ ħabitats jiġu raggruppati skont l-ekosistema li jappartjenu għaliha u li jiġu stabbiliti l-miri bbażati fuq iż-żona marbuta biż-żmien u kkwantifikati għal gruppi ta’ tipi ta’ ħabitats. Dan se jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu liema ħabitats iridu jirrestawraw l-ewwel fi ħdan il-grupp.
(28) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti simili għall-ħabitats tal-ispeċijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE u għall-ħabitats tal-għasafar selvaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE, filwaqt li titqies b’mod speċjali l-konnettività meħtieġa bejn iż-żewġ ħabitats sabiex il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet jiżviluppaw tajjeb.
(29) Huwa meħtieġ li l-miżuri ta’ restawr għat-tipi ta’ ħabitats ikunu adegwati u xierqa biex tintlaħaq kundizzjoni tajba u l-erjas ta’ referenza favorevoli kemm jista’ jkun malajr, bil-għan li jinkiseb l-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli tagħhom. Huwa importanti li l-miżuri ta’ restawr ikunu dawk meħtieġa biex jintlaħqu l-miri bbażati fuq iż-żona marbuta biż-żmien u kkwantifikati. Huwa meħtieġ ukoll li l-miżuri ta’ restawr għall-ħabitats tal-ispeċijiet ikunu adegwati u xierqa biex jilħqu l-kwalità u l-kwantità suffiċjenti tagħhom malajr kemm jista’ jkun bil-għan li jinkiseb l-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli tal-ispeċijiet.
(29a) Il-miżuri ta’ restawr skont dan ir-Regolament biex jirrestawraw jew iżommu ċerti tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I, bħal tipi ta’ ħabitats ta’ artijiet bil-ħaxix, artijiet moxa jew artijiet mistagħdra, jistgħu f’ċerti każijiet jeħtieġu t-tneħħija ta’ foresta sabiex terġa’ tiddaħħal ġestjoni mmexxija mill-konservazzjoni, li tista’ tinkludi attivitajiet bħal ħsad jew ragħa. Kemm ir-restawr tan-natura kif ukoll it-twaqqif tad-deforestazzjoni huma objettivi ambjentali importanti li jsaħħu lil xulxin. Kif jissemma’ fil-premessa 36 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru [XXXX/2023] dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010, il-Kummissjoni ser tiżviluppa linji gwida biex tiċċara l-interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ “użu agrikolu” fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari b’rabta mal-konverżjoni ta’ foresti f’art li l-iskop tagħha ma jkunx l-użu agrikolu.
(30) Huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ restawr stabbiliti skont dan ir-Regolament iwasslu għal titjib konkret u li jista’ jitkejjel fil-kundizzjoni tal-ekosistemi, kemm fil-livell taż-żoni individwali soġġetti għar-restawr kif ukoll fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni.
(31) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ restawr ikunu effiċjenti u li r-riżultati tagħhom ikunu jistgħu jitkejlu maż-żmien, huwa essenzjali li ż-żoni li huma soġġetti għal tali miżuri ta’ restawr, bil-għan li tittejjeb il-kundizzjoni tal-ħabitats li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE, biex jiġu stabbiliti mill-ġdid dawk il-ħabitats u biex tittejjeb il-konnettività tagħhom, juru titjib kontinwu sakemm tintlaħaq kundizzjoni tajba.
(32) Huwa essenzjali wkoll li ż-żoni li huma soġġetti għal miżuri ta’ restawr bil-ħsieb li jittejbu l-kwalità u l-kwantità tal-ħabitats tal-ispeċijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, kif ukoll il-ħabitats tal-għasafar selvaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE, juru titjib kontinwu biex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ kwantità u kwalità suffiċjenti tal-ħabitats ta’ tali speċijiet.
(33) Huwa importanti li tiġi żgurata żieda gradwali taż-żoni koperti mit-tipi ta’ ħabitats li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE li huma f’kundizzjoni tajba fit-territorju tal-Istati Membri u tal-Unjoni kollha kemm hi, sakemm tintlaħaq l-erja ta’ referenza favorevoli għal kull tip ta’ ħabitat u mill-inqas 90 % fil-livell tal-Istati Membri ta’ dik iż-żona tkun f’kundizzjoni tajba, sabiex dawk it-tipi ta’ ħabitats fl-Unjoni jkunu jistgħu jiksbu status ta’ konservazzjoni favorevoli.
(34) Huwa importanti li tiġi żgurata żieda gradwali fil-kwalità u fil-kwantità tal-ħabitats tal-ispeċijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, kif ukoll tal-ħabitats tal-għasafar selvaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE, fit-territorju kollu tal-Istati Membri u fl-aħħar mill-aħħar tal-Unjoni, sakemm ikun biżżejjed li tiġi żgurata s-sopravivenza fit-tul ta’ dawk l-ispeċijiet.
(35) Huwa importanti li ż-żoni koperti mit-tipi ta’ ħabitats li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament soġġetti għal miżuri ta’ restawr juru titjib kontinwu sakemm jilħqu kundizzjoni tajba, u li dawn imbagħad ma jiddeterjorawx b’mod sinifikanti, sabiex ma jipperikolawx iż-żamma dejjiema jew il-ksib ta’ kundizzjoni tajba. Huwa importanti wkoll li l-Istati Membri jistinkaw biex jagħmlu sforzi bil-għan li jipprevjenu deterjorament sinifikanti ta’ żoni koperti minn dawn it-tipi ta’ ħabitats jew diġà f’kundizzjoni tajba jew inkella mhux f’kundizzjoni tajba u għadhom mhux soġġetti għal miżuri ta’ restawr. Dawn il-miżuri huma importanti biex jiġi evitat li jiżdiedu l-ħtiġijiet ta’ restawr ▌fil-futur u jenħtieġ li jiffokaw fuq żoni ta’ tipi ta’ ħabitats, kif identifikati mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr tagħhom, li huma meħtieġa biex jiġu restawrati sabiex jintlaħqu l-miri għar-restawr. Huwa xieraq li titqies il-possibbiltà ta’ force majeure, bħal diżastri naturali, li tista’ tirriżulta fid-deterjorament ta’ żoni koperti minn dawk it-tipi ta’ ħabitats, kif ukoll it-trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima. Barra mis-siti ta’ Natura 2000 huwa xieraq li jitqies ukoll ir-riżultat ta’ pjan jew proġett ta’ interess pubbliku prevalenti, li għalih ma jkun hemm disponibbli ebda soluzzjoni alternattiva li tkun anqas ta’ ħsara. Għal żoni soġġetti għar-restawr, jenħtieġ li dan jiġi determinat fuq bażi ta’ każ b’każ. Għas-siti ta’ Natura 2000, il-pjanijiet u l-proġetti huma awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE. Meta żona tiġi ttrasformata minn tip ta’ ħabitat għal ieħor li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bħala riżultat mixtieq ta’ miżura ta’ restawr, jeħtieġ li ż-żona ma titqiesx li qed tiddeterjora.
(35a) Għall-finijiet tad-derogi mill-obbligi ta’ titjib kontinwu u nuqqas ta’ deterjorament barra mis-siti tan-Natura 2000 f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, il-konnessjoni tagħhom mal-grilja, il-grilja relatata nnifisha u l-assi tal-ħżin huma ta’ interess pubbliku prevalenti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ din il-preżunzjoni f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u speċifiċi, bħal raġunijiet marbutin mad-difiża nazzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dawn il-proġetti mill-obbligu li juru li ma jkunux disponibbli soluzzjonijiet alternattivi ta’ anqas ħsara għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi, dment li l-proġetti jkunu ġew soġġetti għal valutazzjoni ambjentali strateġika jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Jekk jitqies li dawn l-impjanti huma ta’ interess pubbliku prevalenti u, fejn applikabbli, jiġi limitat ir-rekwiżit li jiġu evalwati soluzzjonijiet ta’ anqas ħsara, dan jippermetti lil dawn il-proġetti li jibbenefikaw minn valutazzjoni simplifikata fir-rigward tad-derogi għall-valutazzjoni tal-interess pubbliku prevalenti skont dan ir-Regolament.
(35b) Jenħtieġ li l-attivitajiet li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom id-difiża jew is-sigurtà nazzjonali jingħataw l-ogħla prijorità. Għalhekk, meta jdaħħlu fis-seħħ miżuri ta’ restawr, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw żoni użati għal attivitajiet bl-uniku skop ta’ difiża nazzjonali jekk dawn il-miżuri jitqiesu inkompatibbli mal-użu militari kontinwu taż-żoni inkwistjoni. Barra minn hekk, għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-derogi mill-obbligi ta’ titjib kontinwu u nuqqas ta’ deterjorament barra s-siti ta’ Natura 2000 f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippreżumu li l-pjanijiet u l-proġetti li jikkonċernaw tali attivitajiet huma ta’ interess pubbliku prevalenti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ukoll lil dawn il-proġetti mill-obbligu li juru li ma jkunx hemm soluzzjonijiet alternattivi ta’ anqas ħsara, iżda jenħtieġ li jdaħħlu fis-seħħ miżuri, sa fejn raġonevoli u prattikabbli, bil-għan li jtaffu l-impatti fuq it-tipi ta’ ħabitats, fejn japplikaw din l-eżenzjoni.
(36) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni aktar b’saħħitha biex jiġu restawrati ekosistemi tal-baħar degradati, inklużi ekosistemi rikki fil-karbonju u żoni importanti għat-trobbija u t-tkabbir tal-ħut. L-Istrateġija tħabbar ukoll li l-Kummissjoni biħsiebha tipproponi pjan ta’ azzjoni ġdid għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar.
(37) It-tipi ta’ ħabitats tal-baħar elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE huma definiti b’mod wiesa’ u jinkludu ħafna subtipi ekoloġikament differenti b’potenzjal ta’ restawr differenti, li jagħmilha diffiċli għall-Istati Membri biex jistabbilixxu miżuri ta’ restawr xierqa fil-livell ta’ dawk it-tipi ta’ ħabitats. Għalhekk, it-tipi ta’ ħabitats tal-baħar jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar billi jintużaw il-livelli rilevanti tal-klassifikazzjoni tas-sistema Ewropea ta’ informazzjoni dwar in-natura (EUNIS) tal-ħabitats tal-baħar. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu erjas ta’ referenza favorevoli biex jintlaħaq l-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ kull wieħed minn dawk it-tipi ta’ ħabitats, sa fejn dawk iż-żoni ta’ referenza ma jkunux diġà indirizzati f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-grupp ta’ tipi ta’ ħabitats ta’ sedimenti rotob fil-baħar, li jikkorrispondu għal ċerti tipi ġenerali ta’ ħabitats tal-flora u l-fawna ta’ qiegħ il-baħar speċifikati skont id-Direttiva 2008/56/KE, huma rrappreżentati b’mod wiesa’ fl-ilmijiet marini ta’ diversi Stati Membri. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jillimitaw il-miżuri ta’ restawr, li jiddaħħlu fis-seħħ gradwalment, għal proporzjon iżgħar taż-żona ta’ dawn it-tipi ta’ ħabitats li mhux f’kundizzjoni tajba, dment li dan ma jipprekludix li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb, kif iddeterminat skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, partikolarment b’kont meħud tal-valuri ta’ limitu għad-deskritturi 1 u 6, stipulati skont l-Artikolu 9(3) ta’ dik id-Direttiva, għal-livell tat-telf ta’ dawn it-tipi ta’ ħabitats, għall-effetti negattivi fuq il-kundizzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ ħabitats u għal-livell massimu permissibbli ta’ dawk l-effetti negattivi.
(38) Fejn il-protezzjoni ta’ ħabitats kostali u tal-baħar teħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd jew tal-akkwakultura jkunu regolati, tapplika l-politika komuni tas-sajd. Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32) jipprevedi, b’mod partikolari, li l-politika komuni tas-sajd trid timplimenta l-approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema sabiex jiġi żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar jiġu minimizzati. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li dik il-politika għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-attivitajiet tal-akkwakultura u tas-sajd jevitaw id-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar.
(39) Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ rkupru kontinwu, fit-tul u sostnut ta’ natura bijodiversa u reżiljenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet previsti taħt il-politika komuni tas-sajd. Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jieħdu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut u ż-żamma jew it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar fil-limitu ta’ 12-il mil nawtiku. Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom il-possibbiltà li jaqblu li jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għall-konformità mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ambjent. Tali miżuri se jiġu vvalutati u adottati skont ir-regoli u l-proċeduri previsti taħt il-politika komuni tas-sajd.
(40) Id-Direttiva 2008/56/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jikkooperaw bilateralment u fi ħdan mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni reġjonali u subreġjonali, inkluż permezz ta’ konvenzjonijiet dwar ibħra reġjonali(33), kif ukoll, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri tas-sajd, fil-kuntest tal-gruppi reġjonali stabbiliti skont il-politika komuni tas-sajd.
(41) Huwa importanti li jiġu stabbiliti wkoll miżuri ta’ restawr għall-ħabitats ta’ ċerti speċijiet tal-baħar, bħall-klieb il-baħar u r-raj, li pereżempju jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi jew tal-listi ta’ speċijiet fil-periklu u mhedda tal-Konvenzjonijiet Ewropej dwar l-Ibħra Reġjonali, iżda barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, peress li għandhom funzjoni importanti fl-ekosistema.
(42) Sabiex jappoġġaw ir-restawr u n-nuqqas ta’ deterjorament tal-ħabitats terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jiddeżinjaw żoni addizzjonali bħala “żoni protetti” jew “żoni protetti b’mod strett”, jimplimentaw miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona, u jippromwovu miżuri privati ta’ konservazzjoni tal-art.
(43) L-ekosistemi urbani jirrappreżentaw madwar 22 % tas-superfiċje tal-art tal-Unjoni, u jikkostitwixxu ż-żona li fiha jgħixu l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni. L-ispazji ħodor urbani jinkludu, fost l-oħrajn, il-foresti urbani, il-parks u l-ġonna, l-azjendi agrikoli urbani, it-toroq bis-siġar, il-bwar urbani u l-hedges urbani. Bħall-ekosistemi l-oħra indirizzati f’dan ir-Regolament, l-ekosistemi urbani jipprovdu ħabitats importanti għall-bijodiversità, b’mod partikolari l-pjanti, l-għasafar u l-insetti, inklużi l-pollinaturi. Dawn jipprovdu wkoll ħafna servizzi vitali oħrajn tal-ekosistema, inkluż it-tnaqqis u l-kontroll tar-riskju ta’ diżastri naturali (eż. għargħar, effetti ta’ gżira ta’ sħana), it-tkessiħ, ir-rikreazzjoni, il-filtrazzjoni tal-ilma u tal-arja, kif ukoll il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Iż-żieda tal-ispazju aħdar urban hija parametru importanti għaż-żieda tal-kapaċità tal-ekosistemi urbani li jipprovdu dawn is-servizzi importanti. Iż-żieda fil-kopertura veġetali f’żona urbana partikolari tnaqqas l-iskol tal-ilma (u b’hekk tnaqqas ir-riskju ta’ tniġġis tax-xmajjar minn tifwir tal-ilma tal-maltemp) u tgħin biex iżżomm it-temperaturi tas-sajf baxxi, tibni r-reżiljenza għall-klima, u tipprovdi spazju addizzjonali biex in-natura tistagħna. Iż-żieda fil-livell tal-ispazju aħdar urban f’ħafna każijiet ser ittejjeb is-saħħa tal-ekosistema urbana. Min-naħa tagħhom, l-ekosistemi urbani b’saħħithom huma essenzjali biex jappoġġaw is-saħħa ta’ ekosistemi Ewropej ewlenin oħrajn – il-konnessjoni ta’ żoni naturali fil-kampanja tal-madwar, it-titjib tas-saħħa tax-xmajjar lil hinn mill-belt, il-provvista ta’ kenn u ta’ spazju fertili għall-ispeċijiet ta’ għasafar u ta’ pollinaturi marbuta mal-ħabitats agrikoli u forestrali, kif ukoll il-provvista ta’ ħabitats importanti għall-għasafar migratorji, pereżempju.
(44) Jeħtieġ li jissaħħu bil-qawwa l-azzjonijiet li jiżguraw li l-kopertura ta’ spazji ħodor urbani, speċjalment is-siġar, ma tibqax f’riskju li titnaqqas. Sabiex jiġi żgurat li l-ispazji ħodor urbani jkomplu jipprovdu s-servizzi tal-ekosistemi meħtieġa, it-telf tagħhom jenħtieġ li jitwaqqaf u jenħtieġ li jiġu restawrati u miżjuda, fost l-oħrajn billi jiġu integrati ▌l-infrastruttura ħadra u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, bħall-bjut ħodor u l-ħitan ħodor, fid-disinn tal-bini. Tali integrazzjoni tista’ tikkontribwixxi mhux biss għaż-żona ta’ spazju aħdar urban iżda wkoll, jekk tinkludi s-siġar, għaż-żona tal-kopertura urbana bis-siġar.
(44a) Biż-żieda tad-dawl artifiċjali, it-tniġġis tad-dawl sar kwistjoni rilevanti. Is-sorsi tiegħu jinkludu dwal ta’ barra u ta’ ġewwa tal-bini, reklamar, proprjetajiet kummerċjali, uffiċċji, fabbriki, dwal tat-toroq u postijiet sportivi mdawla. It-tniġġis tad-dawl iwassal għal tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-insetti. Ħafna insetti jinġibdu lejn id-dawl, iżda d-dwal artifiċjali jistgħu joħolqu attrazzjoni fatali. It-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-insetti jħalli impatt negattiv fuq l-ispeċijiet kollha li jiddependu mill-insetti għall-ikel jew il-pollinazzjoni. Xi predaturi jisfruttaw din l-attrazzjoni għall-vantaġġ tagħhom, u dan jaffettwa x-xbieki alimentari b’modi mhux antiċipati. [Em. 2]
(45) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 titlob sforzi akbar sabiex jiġu rrestawrati l-ekosistemi tal-ilma ħelu u l-funzjonijiet naturali tax-xmajjar. Ir-restawr tal-ekosistemi tal-ilma ħelu jenħtieġ li jinkludi sforzi biex tiġi restawrata l-konnettività naturali ▌tax-xmajjar kif ukoll iż-żoni riparji u l-imqagħad tagħhom, inkluż permezz tat-tneħħija ta’ ostakli artifiċjali bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-kisba ta’ status ta’ konservazzjoni favorevoli għax-xmajjar, għal-lagi u għall-ħabitats alluvjali u għall-ispeċijiet li jgħixu f’dawk il-ħabitats protetti bid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, u l-kisba ta’ wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, jiġifieri, ir-restawr ta’ mill-inqas 25 000 km ta’ xmajjar ġierja, ivvalutat fil-konfront tal-2020 meta ġiet ikkomunikata l-Istrateġija. Meta jneħħu l-ostakli, l-Istati Membri jenħtieġ li jindirizzaw primarjament l-ostakli obsoleti, li huma dawk li ma għadhomx meħtieġa għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, għan-navigazzjoni interna, għall-provvista tal-ilma jew għal użi oħra.
(46) Fl-Unjoni, il-pollinaturi naqsu b’mod drammatiku f’dawn l-aħħar deċennji, fejn waħda minn kull tliet speċijiet ta’ naħal u ta’ speċijiet tal-friefet qed jonqsu, u waħda minn kull għaxar speċijiet bħal dawn fix-xifer tal-estinzjoni. Il-pollinaturi huma essenzjali għall-funzjonament tal-ekosistemi terrestri, għall-benesseri tal-bniedem u għas-sigurtà tal-ikel, billi jdakkru l-pjanti selvaġġi u kkultivati. Kważi EUR 5 000 000 000 tal-produzzjoni agrikola annwali tal-UE hija attribwita b’mod dirett għall-insetti pollinaturi(34).
(47) Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni nediet l-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi(35) b’rispons għal talbiet mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-pollinaturi. Ir-rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva(36) wera li għad fadal sfidi sinifikanti fl-indirizzar tal-ixprunaturi tat-tnaqqis tal-pollinaturi, inkluż l-użu tal-pestiċidi. Il-Parlament Ewropew(37) u l-Kunsill(38) talbu għal azzjonijiet aktar b’saħħithom biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-pollinaturi u għall-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ fl-Unjoni kollha għall-pollinaturi, u objettivi u indikaturi ċari fir-rigward tal-impenn biex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat li l-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa ta’ governanza u monitoraġġ għal azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-theddid għal-pollinaturi(39). Fl-24 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni ppreżentat Inizjattiva riveduta tal-UE dwar il-Pollinaturi(40). Ir-reviżjoni tistabbilixxi azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-UE u l-Istati Membri tagħha biex ireġġgħu lura t-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030.
(48) Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [għall-adozzjoni fit-22 ta’ Ġunju 2022, inkludi t-titlu u n-numru tal-att adottat meta jkun disponibbli] għandha l-għan li tirregola wieħed mill-ixprunaturi tat-tnaqqis tal-pollinaturi billi tipprojbixxi l-użu tal-pestiċidi f’żoni ekoloġikament sensittivi, li ħafna minnhom huma koperti minn dan ir-Regolament, pereżempju ż-żoni li jsostnu l-ispeċijiet ta’ pollinaturi li l-Listi Ħomor Ewropej(41) jikklassifikaw bħala mhedda bl-estinzjoni.
(49) Ekosistemi agrikoli sostenibbli, reżiljenti u bijodiversi huma meħtieġa biex jipprovdu ikel sikur, sostenibbli, nutrittiv u affordabbli. Ekosistemi agrikoli għonja fil-bijodiversità jżidu wkoll ir-reżiljenza tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima u r-riskji ambjentali, filwaqt li jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u joħolqu impjiegi ġodda fiż-żoni rurali, b’mod partikolari impjiegi marbuta mal-biedja organika kif ukoll mat-turiżmu rurali u r-rikreazzjoni. Għalhekk, l-Unjoni jeħtieġ li ttejjeb il-bijodiversità fl-artijiet agrikoli tagħha, permezz ta’ varjetà ta’ prattiki eżistenti li huma ta’ benefiċċju għal jew kompatibbli mat-titjib tal-bijodiversità, inkluża l-agrikoltura estensiva. L-agrikoltura estensiva hija vitali għaż-żamma ta’ ħafna speċijiet u ħabitats f’żoni għonja fil-bijodiversità. Hemm ħafna prattiki agrikoli estensivi li għandhom benefiċċji multipli u sinifikanti fuq il-protezzjoni tal-bijodiversità, tas-servizzi tal-ekosistema u tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ bħall-agrikoltura ta’ preċiżjoni, il-biedja organika, l-agroekoloġija, l-agroforestrija u l-artijiet bil-ħaxix permanenti ta’ intensità baxxa.
(50) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta’ restawr biex tittejjeb il-bijodiversità tal-ekosistemi agrikoli madwar l-Unjoni, inkluż fiż-żoni mhux koperti minn tipi ta’ ħabitats li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE. Fin-nuqqas ta’ metodu komuni għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-ekosistemi agrikoli li jippermetti l-istabbiliment ta’ miri speċifiċi ta’ restawr għall-ekosistemi agrikoli, jixraq li jiġi stabbilit obbligu ġenerali biex tittejjeb il-bijodiversità fl-ekosistemi agrikoli u jitkejjel l-issodisfar ta’ dak l-obbligu abbażi ta’ indikaturi eżistenti.
(51) Peress li l-għasafar tar-raba’ tal-biedja huma magħrufa sew u huma indikaturi ewlenin rikonoxxuti sew tas-saħħa tal-ekosistemi agrikoli, jixraq li jiġu stabbiliti miri għall-irkupru tagħhom. L-obbligu li jintlaħqu dawn il-miri japplika għall-Istati Membri, mhux għall-bdiewa individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jilħqu dawk il-miri billi jistabbilixxu miżuri effettivi ta’ restawr fuq ir-raba’ tal-biedja, filwaqt li jaħdmu mal-bdiewa u parijiet ikkonċernati oħra u jappoġġawhom għat-tfassil u l-implimentazzjoni tagħhom fuq il-post.
(52) Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira fuq l-art agrikola, inklużi l-biċċiet art ta’ lqugħ, art mistrieħa rotazzjonali jew mhux rotazzjonali, ringieli ta’ sġajriet, siġar individwali jew gruppi ta’ siġar, ringieli ta’ siġar, ġmiem madwar l-għelieqi, irqajja’, fosos, xmajriet, artijiet mistagħdra żgħar, għelieqi mtarrġa, cairns, ħitan tal-ġebel, għadajjar żgħar u karatteristiċi kulturali, jipprovdu spazju għal pjanti u annimali selvaġġi, inklużi l-pollinaturi, jipprevjenu l-erożjoni u t-tnaqqis tal-ħamrija, jiffiltraw l-arja u l-ilma, jappoġġaw il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u l-produttività agrikola tal-għelejjel li jiddependu mill-pollinaturi. Is-siġar produttivi li huma parti minn sistemi agroforestali tar-raba’ li jinħadem u elementi produttivi f’hedges mhux produttivi jistgħu jitqiesu wkoll bħala karatteristiċi tal-pajsaġġ b’bijodiversità għolja sakemm ma jirċevux fertilizzanti jew trattament bil-pestiċidi u jekk il-ħsad iseħħ biss f’mumenti fejn dan ma jikkompromettix il-livelli għoljin ta’ bijodiversità. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit biex tiġi żgurata xejra dejjem tiżdied għas-sehem tal-art agrikola b’karatteristiċi tal-pajsaġġ ta’ diversità kbira. ▌ Jenħtieġ li jinkisbu xejriet dejjem jiżdiedu għal indikaturi eżistenti oħra, bħall-indiċi tal-friefet tal-artijiet bil-ħaxix u l-istokk tal-karbonju organiku fil-ħamrija minerali użata għall-art tal-għelejjel. [Em. 14]
(53) Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) għandha l-għan li tappoġġa u ssaħħaħ il-protezzjoni ambjentali, inkluża l-bijodiversità. Fost l-objettivi speċifiċi tagħha, il-politika għandha l-kontribuzzjoni għall-waqfien u t-treġġigħ lura tat-telfien tal-bijodiversità, it-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u l-preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi. L-istandard Nru 8 il-ġdid tal-kondizzjonalità tal-PAK dwar il-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba (KAAT 8)(42), jirrikjedi li l-benefiċjarji tal-pagamenti relatati maż-żona jkollhom mill-inqas 4 % tar-raba’ li jinħadem fil-livell tal-azjenda agrikola ddedikata għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi, inkluż art mistrieħa u li jżommu l-karatteristiċi tal-pajsaġġ eżistenti. Is-sehem ta’ 4 % li jrid jiġi attribwit għall-konformità ma’ dak l-istandard tal-KAAT jista’ jitnaqqas għal 3 % jekk jiġu ssodisfati ċerti prerekwiżiti(43). Dak l-obbligu se jikkontribwixxi biex l-Istati Membri jilħqu xejra pożittiva fil-karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira fuq l-art agrikola. Barra minn hekk, skont il-PAK, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jistabbilixxu ekoskemi għall-prattiki agrikoli mwettqa minn bdiewa fuq żoni agrikoli li jistgħu jinkludu ż-żamma u l-ħolqien ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ jew żoni mhux produttivi. B’mod simili, il-pjan strateġiku tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll impenji agroambjentali klimatiċi inkluża l-ġestjoni mtejba tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità KAAT 8 u/jew l-ekoskemi. Il-proġetti LIFE dwar in-natura u l-bijodiversità se jgħinu wkoll biex il-bijodiversità tal-Ewropa fuq l-art agrikola titqiegħed fit-triq tal-irkupru sal-2030, billi jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE kif ukoll l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030.
(54) Ir-restawr u t-tixrib mill-ġdid(44) tal-ħamrija organika(45) fl-użu agrikolu (jiġifieri taħt l-użu ta’ art bil-ħaxix u art tal-għelejjel) li tikkostitwixxi torbieri skulati jgħinu biex jinkisbu benefiċċji sinifikanti għall-bijodiversità, tnaqqis importanti fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u benefiċċji ambjentali oħra, filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu għal pajsaġġ agrikolu divers. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu minn firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ restawr għat-torbieri skulati fl-użu agrikolu li jvarjaw mill-konverżjoni tal-art tal-għelejjel għal art bil-ħaxix permanenti sa miżuri ta’ estensifikazzjoni akkumpanjati minn tnaqqis fl-iskular, għat-tixrib mill-ġdid sħiħ bl-opportunità ta’ użu ta’ kultivazzjoni tal-għadajjar, jew l-istabbiliment ta’ veġetazzjoni li tifforma l-pit. L-aktar benefiċċji klimatiċi sinifikanti jinħolqu billi tiġi restawrata u mxarrba mill-ġdid l-art tal-għelejjel u wara tiġi restawrata l-art bil-ħaxix għal użu intensiv. Sabiex tkun tista’ ssir implimentazzjoni flessibbli tal-mira għar-restawr għat-torbieri skulati taħt użu agrikolu, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-miżuri ta’ restawr u t-tixrib mill-ġdid tat-torbieri skulati f’żoni ta’ siti tal-estrazzjoni tal-pit kif ukoll, sa ċertu punt, ir-restawr u t-tixrib mill-ġdid tat-torbieri skulati taħt użi oħra tal-art (pereżempju foresta) bħala li jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri għat-torbieri skulati taħt użu agrikolu. Meta debitament ġustifikat, u jekk it-tixrib mill-ġdid ta’ torbieri skulati f’użu agrikolu ma jkunx jista’ jiġi implimentat minħabba impatti negattivi konsiderevoli fuq il-bini, l-infrastruttura, l-adattament għat-tibdil fil-klima jew interessi pubbliċi oħra u ma jkunx fattibbli li t-torbieri jerġgħu jixxarrbu f’użi oħra tal-art, il-firxa tat-torbieri li għandhom jiġu mxarrba mill-ġdid tista’ tiġi stabbilita aktar baxxa mill-Istati Membri.
(55) Sabiex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ tal-bijodiversità, ir-restawr u t-tixrib mill-ġdid ta’ żoni ta’ torbieri skulati jenħtieġ li jestendu lil hinn miż-żoni tat-tipi ta’ ħabitats tal-artijiet mistagħdra elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE li jridu jiġu restawrati u stabbiliti mill-ġdid. Id-data dwar il-firxa tal-ħamrija organika kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra tagħhom hija mmonitorjata u magħmula disponibbli mir-rapportar tas-settur tal-LULUCF fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra mill-Istati Membri, ippreżentata lill-UNFCCC. It-torbieri restawrati u mxarrba mill-ġdid jistgħu jkomplu jintużaw b’mod produttiv b’modi alternattivi. Pereżempju, il-kultivazzjoni tal-għadajjar, il-prattika tal-biedja fuq torbieri mxarrba, jistgħu jinkludu l-kultivazzjoni ta’ diversi tipi ta’ qasab, ċerti forom ta’ injam, il-kultivazzjoni tat-tuta żerqa u tal-cranberry, il-biedja tal-isphagnum, u r-ragħa bil-buffli tal-ilma. Tali prattiki jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli u mmirati lejn it-tisħiħ tal-bijodiversità sabiex ikollhom valur għoli kemm finanzjarjament kif ukoll ekoloġikament. Il-kultivazzjoni tal-għadajjar tista’ tkun ta’ benefiċċju wkoll għal diversi speċijiet li huma fil-periklu fl-Unjoni u tista’ tiffaċilita wkoll il-konnettività ta’ żoni ta’ artijiet mistagħdra u ta’ popolazzjonijiet ta’ speċijiet assoċjati fl-Unjoni. Il-finanzjament għal miżuri biex jiġu restawrati u mxarrba mill-ġdid it-torbieri skulati u biex jiġi kkumpensat telf possibbli tal-introjtu jista’ jiġi minn firxa wiesgħa ta’ sorsi, inkluż nefqa taħt il-baġit tal-Unjoni u l-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni.
(56) L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030(46) iddeskriviet il-ħtieġa li tiġi restawrata l-bijodiversità tal-foresti. Il-foresti u art imsaġġra oħra jiksu aktar minn 43,5 % tal-ispazju tal-art tal-UE. L-ekosistemi tal-foresti li jospitaw bijodiversità rikka huma vulnerabbli għat-tibdil fil-klima iżda huma wkoll b’mod naturali favur l-adattament u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u r-riskji relatati mal-klima, inkluż permezz tal-funzjonijiet tagħhom ta’ ħażna tal-karbonju u ta’ bir tal-karbonju, u jipprovdu ħafna servizzi u benefiċċji vitali oħra tal-ekosistema, bħall-forniment ta’ injam, ikel u prodotti oħra mhux tal-injam, regolamentazzjoni tal-klima, stabbilizzazzjoni tal-ħamrija u kontroll tal-erożjoni u l-purifikazzjoni tal-arja u tal-ilma.
▌ [Em. 112/rev1]
(58) Il-miri u l-obbligi ta’ restawr għall-ħabitats u għall-ispeċijiet protetti skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, għall-pollinaturi u għall-ekosistemi tal-ilma ħelu, urbani, agrikoli u tal-foresti jenħtieġ li jkunu komplementari u jaħdmu f’sinerġija, bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv ġenerali li jiġu restawrati l-ekosistemi fiż-żoni kollha tal-art u tal-baħar tal-Istati Membri. Il-miżuri ta’ restawr meħtieġa biex tintlaħaq mira speċifika waħda f’ħafna każijiet se jikkontribwixxu għall-kisba ta’ miri jew obbligi oħra. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippjanaw il-miżuri ta’ restawr b’mod strateġiku bil-ħsieb li jimmassimizzaw l-effettività tagħhom biex jikkontribwixxu għall-irkupru tan-natura fl-Unjoni. Il-miżuri ta’ restawr jenħtieġ li jiġu ppjanati wkoll b’tali mod li jindirizzaw il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-kontroll tal-impatt tad-diżastri naturali, kif ukoll id-degradazzjoni tal-art. Jenħtieġ li jkollhom l-għan li jottimizzaw il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali tal-ekosistemi, inkluż il-potenzjal tal-produttività tagħhom, filwaqt li jqisu l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni u l-komunitajiet rilevanti. Huwa importanti li l-Istati Membri jħejju pjanijiet nazzjonali dettaljati ta’ restawr ibbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli.Ir-rekords dokumentati dwar id-distribuzzjoni storika u l-erja, kif ukoll dwar il-bidliet ipproġettati fil-kundizzjonijiet ambjentali minħabba t-tibdil fil-klima, jenħtieġ li jinfurmaw il-ġudizzji dwar l-erja ta’ referenza favorevoli tat-tipi ta’ ħabitats. Barra minn hekk, huwa importanti li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi fit-territorju tagħhom, sabiex il-pjanijiet jirrispondu għall-pressjonijiet, għat-theddid u għall-ixprunaturi rilevanti tat-telfien tal-bijodiversità, u jenħtieġ li jikkooperaw biex jiżguraw ir-restawr u l-konnettività bejn il-fruntieri.
(59) Sabiex jiġu żgurati sinerġiji bejn il-miżuri differenti li kienu, u li jridu jiġu stabbiliti biex jipproteġu, jikkonservaw u jirrestawraw in-natura fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu, meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr tagħhom: il-miżuri ta’ konservazzjoni stabbiliti għas-siti ta’ Natura 2000 u l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzata mħejjija f’konformità mad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE; miżuri għall-kisba ta’ status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE; strateġiji tal-baħar għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb għar-reġjuni tal-baħar kollha tal-Unjoni mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE; programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284; strateġiji nazzjonali għall-bijodiversità u pjanijiet ta’ azzjoni żviluppati f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni adottati f’konformità mar-Regolament 1380/2013 u miżuri tekniċi adottati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47).
(60) Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) 2018/2001(48), ir-Regolament (UE) 2018/1999(49) u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(50), b’mod partikolari, matul it-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-potenzjal li l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jagħtu kontributi biex jintlaħqu l-objettivi tar-restawr tan-natura.
(61) Meta titqies l-importanza li jiġu indirizzati b’mod konsistenti l-isfidi doppji tat-telfien tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, ir-restawr tal-bijodiversità jenħtieġ li jqis l-użu tal-enerġija rinnovabbli u viċi versa. L-attivitajiet ta’ restawr u l-użu ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jiġu kkombinati, kull fejn ikun possibbli, inkluż fl-aċċellerazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u fiż-żoni tal-grilja ddedikati.Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tirrikjedi li l-Istati Membri iwettqu mmappjar ikkoordinat għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fit-territorju tagħhom biex jidentifikaw il-potenzjal domestiku u s-superfiċje tal-art, is-sottosuperfiċje, il-baħar jew l-ilma intern disponibbli kif meħtieġ għall-installazzjoni ta’ impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-infrastruttura relatata tagħhom, bħal faċilitajiet tal-grilja u tal-ħżin, inkluż il-ħżin termiku, li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu mill-anqas il-kontributi nazzjonali tagħhom lejn il-mira riveduta tal-enerġija rinnovabbli għall-2030. Tali żoni, inklużi l-impjanti eżistenti u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mat-trajettorji stmati u mal-kapaċità installata ppjanata totali tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli stabbilita fil-pjanijiet nazzjonali ▌għall-enerġija u l-klima. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw subsett ta’ oqsma bħal żoni ta’ aċċellerazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Dawn huma postijiet speċifiċi, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, partikolarment adatti għall-installazzjoni ta’ impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ▌fejn l-użu ta’ tip speċifiku ta’ enerġija rinnovabbli mhuwiex mistenni li jkollu impatti ambjentali sinifikanti, minħabba l-partikolaritajiet tat-territorju magħżul. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lis-superfiċji artifiċjali u mibnija, bħall-bjut u l-faċċati tal-bini, l-infrastruttura tat-trasport u l-madwar dirett tagħha, iż-żoni tal-parkeġġ, l-ażjendi agrikoli, is-siti tal-iskart, is-siti industrijali, il-minjieri, l-istrutturi artifiċjali tal-ilma intern, il-lagi jew il-ġibjuni u, meta xieraq, is-siti ta’ trattament tal-ilma urban mormi, u l-art degradata li ma tistax tintuża għall-agrikoltura. Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tistabbilixxi wkoll li l-Istati Membri jistgħu jadottaw pjan jew pjanijiet biex jiddeżinjaw żoni ta’ infrastruttura ddedikati għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku, fejn tali żvilupp ma jkunx mistenni li jkollu impatti ambjentali sinifikanti jew fejn tali impatti jistgħu jiġu mitigati kif xieraq jew, fejn dan ma jkunx possibbli, ikkumpensati. L-għan ta’ tali żoni għandu jkun biex jappoġġja u jikkomplimenta ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Fl-għażla taż-żoni għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli u taż-żoni ddedikati ta’ infrastruttura, l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw żoni protetti u jqisu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom għar-restawr tan-natura. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw l-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr bl-immappjar taż-żoni meħtieġa għall-kontribut nazzjonali għall-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 u, fejn rilevanti, mad-deżinjazzjoni taż-żoni għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli u ż-żoni dedikati tal-grilja. Matul it-tħejjija tal-pjanijiet għar-restawr tan-natura, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw sinerġiji mal-bini ta’ infrastruttura għall-enerġija rinnovabbli u l-enerġija u maż-żoni diġà identifikati għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli u ż-żoni dedikati tal-grilja u jiżguraw li l-funzjonament ta’ dawn iż-żoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż il-proċeduri tal-għoti tal-permessi applikabbli f’dawn iż-żoni tal-enerġija rinnovabbli previsti mid-Direttiva (UE) 2018/2001 ma jinbidlux.
(62) Sabiex jiġu żgurati sinerġiji ma’ miżuri ta’ restawr li diġà ġew ippjanati jew implimentati fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr jirrikonoxxu dawk il-miżuri ta’ restawr u jqisuhom. Fid-dawl tal-urġenza indikata mir-rapport tal-IPCC tal-2022 għat-teħid ta’ azzjonijiet dwar ir-restawr ta’ ekosistemi degradati, l-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw dawk il-miżuri b’mod parallel mat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ restawr.
(63) Il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr u l-miżuri għar-restawr tal-ħabitats kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni tad-deterjorament tal-ħabitats jenħtieġ li jqisu wkoll ir-riżultati tal-proġetti ta’ riċerka rilevanti għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-ekosistemi, l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ restawr, u skopijiet ta’ monitoraġġ, u fejn xieraq, iqisu d-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bħal rekwiżiti soċjali, ekonomiċi u kulturali u karatteristiċi reġjonali u lokali, inkluża d-densità tal-popolazzjoni.
(64) Huwa xieraq li titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif elenkati fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprevedi miżuri speċifiċi biex jappoġġaw lil dawk ir-reġjuni. Kif previst fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tar-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba l-valur tal-bijodiversità eċċezzjonalment rikk tagħhom. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jitqiesu l-ispejjeż assoċjati għall-protezzjoni u r-restawr ta’ dawk l-ekosistemi u d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli tar-reġjuni ultraperiferiċi, b’mod partikolari fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr.L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu, fuq bażi volontarja, miżuri speċifiċi ta’ restawr f’dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(65) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-“EEA”) jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, kif ukoll fil-monitoraġġ tal-progress lejn l-ilħuq tal-miri u l-obbligi ta’ restawr. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr humiex adegwati biex jintlaħqu dawk il-miri u l-obbligi.
(66) Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tan-Natura tal-2020 wera li sehem sostanzjali tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(51) u mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE, b’mod partikolari dwar l-istatus ta’ konservazzjoni u x-xejriet tal-ħabitats u tal-ispeċijiet li jipproteġu, ġej minn stħarriġiet parzjali jew huwa bbażat biss fuq ġudizzju espert. Dak ir-Rapport wera wkoll li l-istatus ta’ diversi tipi ta’ ħabitats u speċijiet protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux magħruf. Il-mili ta’ dawk in-nuqqasijiet fl-għarfien u l-investiment fil-monitoraġġ u s-sorveljanza huma meħtieġa sabiex jiġu sostnuti pjanijiet nazzjonali ta’ restawr robusti u bbażati fuq ix-xjenza. Sabiex jiżdiedu l-puntwalità, l-effettività u l-koerenza ta’ diversi metodi ta’ monitoraġġ, il-monitoraġġ u s-sorveljanza jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar użu possibbli mir-riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-Unjoni, teknoloġiji ġodda, bħall-monitoraġġ in situ u t-telerilevament bl-użu ta’ data u servizzi spazjali pprovduti taħt il-programm Spazjali tal-Unjoni (EGNOS/Galileo u Copernicus). Il-missjonijiet tal-UE “Ir-Restawr tal-Oċeani u l-Ilmijiet tagħna”, “Adattament għat-tibdil fil-klima” u “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-miri għar-restawr(52).
(66a) Minħabba l-isfidi tekniċi u finanzjarji partikolari assoċjati mal-immappjar u l-monitoraġġ tal-ambjenti tal-baħar, l-Istati Membri jistgħu, bħala żieda għall-informazzjoni rrappurtata skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 92/43/KEE u skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/56/KE, jużaw informazzjoni dwar pressjonijiet u theddid jew informazzjoni rilevanti oħra bħala bażi għall-estrapolazzjoni meta jivvalutaw il-kundizzjoni tal-ħabitats tal-baħar elenkati fl-Anness II. Dan l-approċċ jista’ għalhekk jintuża wkoll bħala bażi għall-ippjanar ta’ miżuri ta’ restawr f’ħabitats tal-baħar f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ġenerali tal-kundizzjoni tal-ħabitats tal-baħar elenkati fl-Anness II tkun ibbażata fuq l-aħjar għarfien disponibbli u l-aħħar progress tekniku u xjentifiku.
(67) Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, il-miżuri ta’ restawr implimentati, l-oqsma soġġetti għal miżuri ta’ restawr, u d-data dwar l-inventarju tal-ostakli għall-kontinwità tax-xmajjar, jenħtieġ li tiġi introdotta sistema li tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu, iżommu aġġornati u jagħmlu aċċessibbli d-data rilevanti dwar ir-riżultati minn tali monitoraġġ. Ir-rapportar elettroniku tad-data lill-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmel użu mis-sistema Reportnet tal-EEA u jenħtieġ li jkollu l-għan li jżomm il-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha kemm jista’ jkun limitat. Sabiex tiġi żgurata infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, għar-rapportar u għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi, jenħtieġ li l-Istati Membri, fejn rilevanti, jibbażaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-data fuq dawk imsemmija fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(53), fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(54) u fid-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(55).
(68) Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fuq talba permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku(56), li jipprovdi appoġġ tekniku mfassal apposta għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tar-riformi. L-appoġġ tekniku jinvolvi, pereżempju, it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, l-armonizzazzjoni tal-oqfsa leġiżlattivi, u l-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki rilevanti.
(69) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta dwar il-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri u l-obbligi ta’ restawr ta’ dan ir-Regolament abbażi ta’ rapporti ta’ progress madwar l-Unjoni kollha mfassla mill-EEA kif ukoll analiżi u rapporti oħra magħmula disponibbli mill-Istati Membri f’oqsma ta’ politika rilevanti bħall-politika dwar in-natura, il-baħar u l-ilma.
(70) Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa ta’ importanza kbira li jsiru investimenti privati u pubbliċi adegwati fir-restawr, u l-Istati Membri jenħtieġ li jintegraw in-nefqa għall-objettivi tal-bijodiversità, inkluż fir-rigward tal-kostijiet ta’ opportunità u ta’ tranżizzjoni li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, fil-baġits nazzjonali tagħhom u jirriflettu kif jintuża l-finanzjament tal-Unjoni. Fir-rigward tal-finanzjament tal-Unjoni, in-nefaq taħt il-baġit tal-Unjoni u l-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, bħall-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)(57), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA)(58), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali(FAEŻR)(59), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni(60) u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta(61), kif ukoll il-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont Ewropa(62), tikkontribwixxi għall-objettivi tal-bijodiversità bl-ambizzjoni li tiddedika 7,5 % fl-2024, u 10 % fl-2026 u fl-2027 tal-infiq annwali skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027(63) lill-objettivi tal-bijodiversità.
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)(64) hija sors ieħor ta’ finanzjament għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi. B’referenza għall-Programm LIFE, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-użu xieraq tal-Proġetti Strateġiċi tan-Natura (SNaPs) bħala għodda speċifika li tista’ tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, permezz tal-integrazzjoni tar-riżorsi finanzjarji disponibbli b’mod effettiv u effiċjenti.
(71) Hemm firxa ta’ inizjattivi tal-UE, nazzjonali u privati disponibbli biex jistimulaw il-finanzjament privat, bħall-Programm InvestEU(65), li joffri opportunitajiet biex jiġi mobilizzat il-finanzjament pubbliku u privat biex jiġi appoġġat inter alia t-titjib tan-natura u tal-bijodiversità permezz ta’ proġetti ta’ infrastruttura ħadra u blu, u sekwestru tal-karbonju f’art agrikola bħala mudell tan-negozju ekoloġiku(66).
(71a) Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huma essenzjali investimenti privati u pubbliċi adegwati għal miżuri ta’ restawr tan-natura. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha u b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, tippreżenta rapport b’analiżi li tidentifika kull nuqqas fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dak ir-rapport ikun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri adegwati, fosthom miżuri finanzjarji biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati, bħall-ħolqien ta’ finanzjament iddedikat u mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-koleġiżlaturi biex jiġi adottat il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss wara l-2027.
(71b) F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali stipulat fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), huwa f’idejn il-qrati tal-Istati Membri li jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet ta’ persuna skont id-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 19(1) TUE jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”). Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernat ikollhom aċċess għall-ġustizzja.
(72) L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu approċċ ġust u bejn is-soċjetajiet fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr tagħhom, billi jinkludu proċessi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku u billi u billi jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali u tal-partijiet ikkonċernati.
(73) Skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(67), il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri nazzjonali fit-tul, u jkunu konsistenti magħhom, miri li jinsabu fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament jew li jirriżultaw minnhom. Dan ir-Regolament dwar ir-restawr tan-natura jenħtieġ li jitqies meta, f’konformità mal-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tirrieżamina, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-lista stabbilita fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament.
(74) F’konformità mal-impenn fit-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sal-2030(68), l-Istati Membri jenħtieġ li jeliminaw gradwalment is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-livell nazzjonali, filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu minn strumenti bbażati fuq is-suq u għodod ta’ bbaġitjar ekoloġiku, inklużi dawk meħtieġa biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta, u li jappoġġaw lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħra fl-iżvilupp ta’ prattiki standardizzati tal-kontabbiltà tal-kapital naturali.
(75) Sabiex jiġi żgurat l-adattament meħtieġ ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I sa VII biex jiġu adattati l-gruppi ta’ ħabitats, biex tiġi adattata l-lista ta’ speċijiet ta’ għasafar użata għall-indiċi komuni tal-għasafar tar-raba’ tal-biedja, kif ukoll biex tiġi adattata l-lista ta’ indikaturi tal-bijodiversità għall-ekosistemi agrikoli, il-lista ta’ indikaturi tal-bijodiversità għall-ekosistemi tal-foresti u l-listi ta’ ħabitats u speċijiet tal-baħar▌ u l-eżempji ta’ miżuri ta’ restawr għall-progress tekniku u xjentifiku, biex titqies l-esperjenza mill-applikazzjoni tar-Regolament jew biex tiġi żgurata l-konsistenza mat-tipi ta’ ħabitats tal-EUNIS. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt u konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, ▌ f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(69). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(76) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-metodu għall-monitoraġġ tal-pollinaturi, biex jiġu speċifikati l-metodi għall-monitoraġġ tal-indikaturi għall-ekosistemi agrikoli elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u l-indikaturi għall-ekosistemi tal-foresti elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, biex jiġu stabbilti oqfsa ta’ gwida għall-istabbiliment tal-livelli sodisfaċenti ta’ spazju aħdar urban, ta’ kopertura urbana bis-siġar f’ekosistemi urbani, ta’ pollinaturi, ta’ indikaturi għall-ekosistemi agrikoli elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u ta’ indikaturi għall-ekosistemi tal-foresti elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, biex jiġi stabbilit format uniformi għall-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, biex jiġi stabbilit il-format, l-istruttura u arranġamenti dettaljati għar-rapportar tad-data u tal-informazzjoni b’mod elettroniku lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(70).
(77) Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri għar-restawr addizzjonali, abbażi ta’ metodi komuni għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-ekosistemi mhux koperti mill-Artikoli 4 u 5, filwaqt li titqies l-aktar evidenza xjentifika riċenti.
(78) Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkontribwixxu għal:
(a) ▌ ekosistemi bijodiversi, reżiljenti u produttivi madwar iż-żoni tal-art u tal-baħar tal-Istati Membri permezz tar-restawr tal-ekosistemi degradati; [Em. 113 rev1]
(b) l-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi s-sigurtà tal-ikel, it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-akkomodazzjoni soċjali, u n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art; [Em. 114]
(c) l-ilħuq tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas li fih l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu▌ miżuri ta’ restawr effettivi u bbażati fuq iż-żona bil-għan li flimkien ikopru, bħala mira tal-Unjoni, fiż-żoni u l-ekosistemi fil-kamp ta’ applikazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, sal-2030, mill-inqas 20 % taż-żoni tal-art u 20 % taż-żoni tal-baħar▌ u, sal-2050, l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr.
2a. Dan ir-Regolament jeħtieġ li joħloq sinerġiji u jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti u fis-seħħ, filwaqt li jqis il-kompetenzi nazzjonali u jiżgura l-konsistenza u l-koerenza mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar, fost l-oħrajn, l-enerġiji rinnovabbli, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-materja prima kritika, l-agrikoltura u l-forestrija. [Em. 116]
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku
Dan ir-Regolament japplika għall-ekosistemi msemmija fl-Artikoli 4 sa 10:
(a) fit-territorju tal-Istati Membri;
(aa) fl-ilmijiet kostali, kif definit mid-Direttiva 2000/60/KE, tal-Istati Membri, qiegħ il-baħar tagħhom u s-sottoswol tagħhom;
(b) fl-ilmijiet, f’qiegħ il-baħar u fis-sottoswol fuq in-naħa marittima tal-linja bażi li minnha titkejjel il-firxa tal-ilmijiet territorjali li testendi sal-ogħla livell taż-żona fejn Stat Membru għandu jew jeżerċita drittijiet sovrani jew ġuriżdizzjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar id-Dritt tal-Baħar.
Dan ir-Regolament japplika biss għal ekosistemi fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati..
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali, fungi u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom, li jinteraġixxu bħala unità funzjonali, u jinkludu tipi ta’ ħabitats, ħabitats ta’ speċijiet u popolazzjonijiet ta’ speċijiet;
(2) “ħabitat ta’ speċi” tfisser ħabitat ta’ speċi kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;
(3) “restawr” tfisser il-proċess ta’ għoti ta’ għajnuna attiva jew passiva għall-irkupru ta’ ekosistema sabiex jittejbu l-istruttura u l-funzjonijiet tagħha bil-għan li jiġu kkonservati jew imtejba l-bijodiversità u r-reżiljenza tal-ekosistema; ir-restawr tal-ekosistemi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament isir permezz ta’ titjib għal kundizzjoni tajba ta’ tip ta’ ħabitat, l-istabbiliment mill-ġdid tiegħu għall-erja ta’ referenza favorevoli u t-titjib għal kwalità u kwantità suffiċjenti ta’ ħabitat ta’ speċi skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3) u l-Artikolu 5(1), (2) u (3) u l-ilħuq tal-miri u l-obbligi skont l-Artikoli 6 sa 10, inkluż l-ilħuq ta’ livelli sodisfaċenti ta’ indikaturi msemmija fl-Artikoli 8(1), 9(2) u 10(2) bħala mezz ta’ konservazzjoni jew titjib tal-bijodiversità u tar-reżiljenza tal-ekosistema;
(4) “kundizzjoni tajba” ta’ tip ta’ ħabitat tfisser stat fejn il-karatteristiċi ewlenin tiegħu, b’mod partikolari l-istruttura u l-funzjonijiet tiegħu u l-ispeċijiet tipiċi jew il-kompożizzjoni ta’ speċijiet tipiċi tiegħu jirriflettu l-livell għoli ta’ integrità ekoloġika, ta’ stabbiltà u ta’ reżiljenza meħtieġa biex tiġi żgurata ż-żamma fit-tul tiegħu u b’hekk jikkontribwixxu biex jintlaħaq jew jinżamm status ta’ konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 1, il-punt (e), tad-Direttiva 92/43/KEE, fejn it-tip ta’ ħabitat ikkonċernat ikun elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, u, f’ekosistemi tal-baħar, jikkontribwixxi għall-kisba jew iż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(5) “erja ta’ referenza favorevoli” tfisser l-erja totali ta’ tip ta’ ħabitat f’reġjun bijoġeografiku jew f’reġjun tal-baħar partikolari fil-livell nazzjonali li titqies bħala l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tat-tip ta’ ħabitat u tal-ispeċijiet tipiċi jew il-kompożizzjoni ta’ speċijiet tipiċi tiegħu, u l-varjazzjonijiet ekoloġiċi sinifikanti kollha tiegħu fil-medda naturali tiegħu, u li hija magħmula mill-erja tat-tip ta’ ħabitat u, jekk dik l-erja ma tkunx biżżejjed, l-erja meħtieġa għall-istabbiliment mill-ġdid tat-tip ta’ ħabitat; meta t-tip ta’ ħabitat ikkonċernat ikun elenkat fl-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE, tali stabbiliment mill-ġdid jikkontribwixxi biex jintlaħaq status ta’ konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 1, il-punt (e) ta’ dik id-Direttiva u, fl-ekosistemi tal-baħar, tali stabbiliment mill-ġdid jikkontribwixxi għall-kisba jew għaż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(6) “kwalità suffiċjenti tal-ħabitat” tfisser il-kwalità ta’ ħabitat ta’ speċi li tippermetti li r-rekwiżiti ekoloġiċi ta’ speċi jiġu ssodisfati fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu bijoloġiku tagħha sabiex tkun qed iżżomm lilha nnifisha fuq bażi fit-tul bħala komponent vijabbli tal-ħabitat tagħha fil-firxa naturali tagħha, li tikkontribwixxi biex jintlaħaq jew jinżamm status ta’ konservazzjoni favorevoli tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 1, il-punt (i), għad-Direttiva 92/43/KEE għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness II, IV jew V, għal dik id-Direttiva u li tiżgura l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u, barra minn hekk, fl-ekosistemi tal-baħar, li tikkontribwixxi għall-kisba jew iż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(7) “kwantità suffiċjenti tal-ħabitat” tfisser il-kwantità ta’ ħabitat ta’ speċi li tippermetti li r-rekwiżiti ekoloġiċi ta’ speċi jiġu ssodisfati fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu bijoloġiku tagħha sabiex tkun qed iżżomm lilha nnifisha fuq bażi fit-tul bħala komponent vijabbli tal-ħabitat tagħha fil-firxa naturali tagħha, li tikkontribwixxi biex jintlaħaq jew jinżamm status ta’ konservazzjoni favorevoli tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 1, il-punt (i), għad-Direttiva 92/43/KEE għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness II, IV jew V, għal dik id-Direttiva u li tiżgura l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u, barra minn hekk, fl-ekosistemi tal-baħar, li tikkontribwixxi għall-kisba jew iż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(7a) “deterjorament” tfisser li jiġi kkawżat effett negattiv nett fuq it-tipi ta’ ħabitats u l-ħabitats tal-ispeċijiet koperti bl-Artikolu 4(6) u (7) u l-Artikolu 5(6) u (7), sa fejn dak l-effett jista’ jkun sinifikanti fir-rigward tal-objettiv ġenerali tal-Artikoli 4 u 5 biex tali tipi ta’ ħabitats u ħabitats ta’ speċijiet jinżammu jew jiġu restawrati għal stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-livell nazzjonali u, skont it-tip ta’ ħabitat jew il-ħabitat ta’ speċi kkonċernata, f’livell bijoġeografiku. [Em. 117/rev1]
(8) “pollinatur” tfisser insett selvaġġ li jittrasporta t-trab tad-dakra mill-antera ta’ pjanta għall-istigma ta’ pjanta oħra, biex b’hekk tkun tista’ ssir il-fertilizzazzjoni u l-produzzjoni taż-żrieragħ;
(9) “tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi” tfisser tnaqqis fl-abbundanza jew fid-diversità, jew fit-tnejn, tal-pollinaturi;
(9a) “speċijiet ta’ siġar indiġeni”tfisser speċi ta’ siġar li tinsab fil-firxa naturali tagħha (fil-passat jew fil-preżent) u l-potenzjal ta’ tixrid (jiġifieri fil-medda li tokkupa b’mod naturali jew tista’ tokkupa mingħajr introduzzjoni jew kura diretta jew indiretta mill-bnedmin);
(10) “unità amministrattiva lokali” jew “LAU” tfisser diviżjoni amministrattiva ta’ livell baxx ta’ Stat Membru taħt dik ta’ provinċja, reġjun jew stat, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(71);
(10a) “ċentri urbani” u “raggruppamenti urbani” tfisser unitajiet territorjali klassifikati fi bliet u subborgi bl-użu tat-tipoloġija bbażata fuq il-grilji stabbilita f’konformità mal-Artikolu 4b.2 tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;
(11) “bliet” tfisser LAUs fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentru urban wieħed jew aktar, imkejla bl-użu tal-grad ta’ urbanizzazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4b.3, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;
(12) “bliet żgħar u subborgi” tfisser LAUs fejn inqas minn 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentru urban, iżda mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’raggruppament urban, imkejla bl-użu tal-grad ta’ urbanizzazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4b.3, il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;;
(12a) “żoni periurbani” tfisser żoni biswit ċentri urbani jew raggruppamenti urbani, inkluż mill-inqas iż-żoni kollha f’distanza ta’ kilometru mkejla mil-limiti esterni ta’ dawk iċ-ċentri urbani jew raggruppamenti urbani, u li jinsabu fl-istess belt jew fl-istess belt żgħira u subborg bħal dawk iċ-ċentri urbani jew raggruppamenti urbani;
(13) “spazju aħdar urban” tfisser l-erja totali kollha ta’ siġar, sġajriet, arbuxelli, veġetazzjoni erbaċea permanenti, ħażiż u muski, għadajjar u kanali tal-ilma li jinsabu fil-bliet jew fil-bliet żgħar u subborgi kkalkolati abbażi tad-data pprovduta mis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(72), u, jekk disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat, data supplimentari xierqa oħra pprovduta minn dak l-Istat Membru;
(14) “kopertura urbana bis-siġar” tfisser l-erja totali ta’ kopertura bis-siġar fi bliet u bliet żgħar u subborgi, ikkalkolata abbażi tad-data dwar id-Densità tal-Kopertura tas-Siġar ipprovduta mis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u, jekk disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat, data supplimentari xierqa oħra pprovduta minn dak l-Istat Membru;
(14a) “xmara ġierja” tfisser xmara jew medda ta’ xmara li l-konnettività lonġitudinali, laterali u vertikali tagħha ma tkunx imfixkla minn strutturi artifiċjali li jiffurmaw ostaklu u li l-funzjonijiet naturali tagħha fil-biċċa l-kbira mhumiex affettwati;
(14b) “tixrib mill-ġdid ta’ torbiera” huwa l-proċess tat-tibdil ta’ ħamrija tal-pit skulata f’ħamrija mxarrba;
(15) “żona għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli” tfisser żona għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli kif definita fil-punt 9(a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2018/2001/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(73).
KAPITOLU II
MIRI U OBBLIGI TA’ RESTAWR
Artikolu 4
Restawr ta’ ekosistemi terrestri, kostali u tal-ilma ħelu
1. L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jimplimentaw il-miżuri ta’ restawr fis-siti Natura 2000 li huma meħtieġa biex jimxu lejn l-ilħuqta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I li mhumiex f’kundizzjoni tajba. Tali miżuri għandhom jiddaħħlu fis-seħħ fiż-żona tan-network Natura 2000 tat-tipita’ ħabitats elenkati fl-Anness I li ma jkunux f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 12. [Em. 21]
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jistabbilixxu mill-ġdid it-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I f’żoni mhux koperti minn dawk it-tipi ta’ ħabitats bil-għan li tintlaħaq l-erja ta’ referenza favorevoli tagħhom. Tali miżuri għandhom ikunu fis-seħħ f’żoni meħtieġa biex jiżguraw it-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 99]
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ restawr għall-ħabitats terrestri, kostali u tal-ilma ħelu tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 92/43/KEE u tal-ħabitats tal-art, kostali u tal-ilma ħelu tal-għasafar selvaġġi koperti mid-Direttiva 2009/147/KE li huma meħtieġa, flimkien mal-miżuri ta’ restawr skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, biex tittejjeb il-kwalità u l-kwantità ta’ dawk il-ħabitats, inkluż billi jiġu stabbiliti mill-ġdid, u biex tissaħħaħ il-konnettività, sakemm jinkisbu kwalità u kwantità suffiċjenti ta’ dawk il-ħabitats.
4. Id-determinazzjoni tal-aktar żoni xierqa għall-miżuri ta’ restawr f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar għarfien disponibbli u fuq l-aħħar evidenza xjentifika tal-kundizzjoni tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I, imkejla mill-istruttura u mill-funzjonijiet li huma meħtieġa għaż-żamma fit-tul tagħhom, inkluż l-ispeċijiet tipiċi tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 1(e) tad-Direttiva 92/43/KEE, u tal-kwalità u l-kwantità tal-ħabitats tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, permezz tal-użu tal-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE, u fejn xieraqbilli titqies id-diversità ta’ sitwazzjonijiet f’reġjuni varji kif imsemmi fl-Artikolu 11(9a).
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sa mhux aktar tard mill-2030, li l-kundizzjoni tkun magħrufa għal mill-inqas 90% tal-erja distribwita fuq it-tipi kollha ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I. Il-kundizzjoni taż-żoni kollha tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I għandha tkun magħrufa sal-2040.
5. Il-miżuri ta’ restawr imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-ħtieġa għal konnettività mtejba bejn it-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I u għandhom iqisu r-rekwiżiti ekoloġiċi tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li jseħħu f’dawk it-tipi ta’ ħabitats.
6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw liż-żona nazzjonali totali f’kundizzjoni tajba u l-ammont totalita’ żona bi kwalità suffiċjenti tal-ħabitats tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, u3 ma jonqsux b’mod sinifikanti maż-żmien. [Em. 100]
▌ [Em. 25, 101 u 121]
8. Barra s-siti ta’ Natura 2000, in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 6 ▌huwa ġġustifikat jekk ikun ikkawżat minn:
(a) force majeure inkluż diżastri naturali;
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima; ▌
(c) pjan jew proġett ta’ interess pubbliku prevalenti li għalih mhumiex disponibbli soluzzjonijiet alternattivi anqas dannużi, li għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ;
(ca) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, marbuta mat-twettiq jew il-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet ta’ interess pubbliku, għandu jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 6, dment li ma jipperikolax il-kisba tal-miri għar-restawr stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali ċirkostanzi eċċezzjonali u jiġġustifikawhom kif xieraq mingħajr dewmien; jew [Em. 6]
(d) azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex responsabbli.
8a. Barra s-siti ta’ Natura 2000, l-obbligu li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri meħtieġa stipulati fil-paragrafu 7 ma japplikax għad-deterjorament ikkawżat minn:
(a) force majeure inkluż diżastri naturali;
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima;
(c) pjanjiet jew proġetti ta’ interess pubbliku prevalenti li għalihom mhumiex disponibbli soluzzjonijiet li joħolqu inqas ħsara; jew
(d) azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex responsabbli.
9. Għas-siti ta’ Natura 2000, in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu stabbilit fil-paragrafi 6 u 7, huwa ġġustifikat jekk ikun ikkawżat minn:
(a) force majeure inkluż diżastri naturali;
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima:; jew
(c) pjan jew proġett awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm:
(a) żieda fl-erja tal-ħabitat f’kundizzjoni tajba għat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I sakemm mill-inqas 90 % tkun f’kundizzjoni tajba u sakemm tintlaħaq l-erja ta’ referenza favorevoli għal kull tip ta’ ħabitat f’kull reġjun bijoġeografiku tal-IstatMembru konċernat;
(b) xejra dejjem tiżdied lejn il-kwalità u l-kwantità suffiċjenti tal-ħabitats terrestri, kostali u tal-ilma ħelu tal-ispeċijiet imsemmija fl-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 92/43/KEE u tal-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE.
10a. Fil-miżuri li għandhom jittieħdu fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali, f’konformità mal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/43/KEE. [Em. 27]
Artikolu 5
Restawr tal-ekosistemi tal-baħar
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jittejbu għal kundizzjoni tajba ż-żoni tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhumiex f’kundizzjoni tajba. Dawk il-miżuri għandhom ikunu fis-seħħ:
(a) fuq mill-inqas 30 % sal-2030 tal-erja totali tat-tipi ta’ ħabitats tal-gruppi 1-6 elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 12;
(b) fuq mill-inqas 60 % sal-2040, u fuq mill-inqas 90 % sal-2050, tal-erja ta’ kull grupp mill-gruppi 1-6 ta’ tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 12;
(c) fuq żewġ terzi tal-perċentwal, imsemmi fil-punt (d), sal-2040 tal-erja tal-grupp 7 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 12; u
(d) fuq perċentwal, identifikat f’konformità mal-Artikolu 11(2a), sal-2050 tal-erja tat-tipi ta’ ħabitati elenkati fl-Annesss II li mhijiex f’kundizzjoni tajba, kif ikkwantifikat fil-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 12.
Il-perċentwal, imsemmi fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, għandu jiġi stabbilit sabiex ma jwaqqafx milli jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb, kif determinat skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.
▌ [Em. 29]
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ restawr għall-ħabitats tal-baħar tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness III u fl-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 92/43/KEE u għall-ħabitats tal-baħar tal-għasafar selvaġġi koperti mid-Direttiva 2009/147/KE, li huma meħtieġa, flimkien mal-miżuri ta’ restawr skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, biex tittejjeb il-kwalità u l-kwantità ta’ dawk il-ħabitats, inkluż billi jiġu stabbiliti mill-ġdid, u biex tissaħħaħ il-konnettività, sakemm jinkisbu kwalità u kwantità suffiċjenti ta’ dawk il-ħabitats.
4. Id-determinazzjoni tal-aktar żoni xierqa għall-miżuri ta’ restawr f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar għarfien disponibbli u fuq l-aktar progress tekniku u xjentifiku reċenti fid-determinazzjoni tal-kundizzjoni tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II, ▌u tal-kwalità u l-kwantità tal-ħabitats tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, permezz tal-użu tal-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikolu 178 tad-Direttiva 2008/56/KE.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, mhux aktar tard mill-2030, li l-kundizzjoni tkun magħrufa għal mill-inqas 50% tal-erja distribwita fuq it-tipi ta’ ħabitats tal-gruppi 1-6 elenkati fl-Anness II. Il-kundizzjoni taż-żoni kollha tal-gruppi 1-6 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II għandha tkun magħrufa sal-2040. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, mhux aktar tard mill-2040, li l-kundizzjoni tkun magħrufa għal mill-inqas 50% tal-erja distribwita fuq it-tipi ta’ ħabitats elenkati fil-grupp 7 tal-Anness II. Il-kundizzjoni taż-żoni kollha tal-grupp 7 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II għandha tkun magħrufa sal-2050.
5. Il-miżuri ta’ restawr imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-ħtieġa għal koerenza ekoloġika u konnettività mtejba bejn it-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II u għandhom iqisu r-rekwiżiti ekoloġiċi tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li jseħħu f’dawk it-tipi ta’ ħabitats.
6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jiżguraw li ż-żoni li huma soġġetti għal miżuri ta’ restawr f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 juru titjib kontinwu fil-kundizzjoni tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II sakemm tintlaħaq kundizzjoni tajba, u titjib kontinwu tal-kwalità tal-ħabitats tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 3, sakemm tintlaħaq il-kwalità suffiċjenti ta’ dawk il-ħabitats. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz sabiex idaħħlu fis-seħħ, meta possibbli, miżuri meħtieġa bil-għan li jipprevjenu li ż-żoni li fihom tkun intlaħqet kundizzjoni tajba, u li fihom tkun intlaħqet il-kwalità suffiċjenti tal-ħabitats tal-ispeċi, ma jiddeterjorawx b’mod sinifikanti fuq livell nazzjonali. [Em. 125/rev1]
▌ [Em. 32, 104 u 126/rev1]
8. Barra mis-siti ta’ Natura 2000, in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 6 ▌huwa ġġustifikat jekk ikun ikkawżat minn:
(a) force majeure inkluż diżastri naturali;
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima; ▌
▌(ca) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’rabta mat-twettiq jew il-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet ta’ interess pubbliku, għandu jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 6, dment li ma jipperikolax il-kisba tal-miri għar-restawr stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali ċirkostanzi eċċezzjonali u jiġġustifikawhom kif xieraq mingħajr dewmien; [Em. 7]
(d) azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex responsabbli.
8a. Barra s-siti ta’ Natura 2000, l-obbligu li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri meħtieġa stipulati fil-paragrafu 7 ma japplikax għad-deterjorament ikkawżat minn:
(a) force majeure inkluż diżastri naturali;
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima;
(c) pjanijiet jew proġetti ta’ interess pubbliku prevalenti li għalihom mhumiex disponibbli soluzzjonijiet alternattivi inqas dannużi; jew
(d) azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex responsabbli.
9. Għas-siti ta’ Natura 2000, in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu stabbilit fil-paragrafi 6 u 7, huwa ġġustifikat jekk ikkawżat minn:
(a) force majeure, inkluż id-diżastri naturali;
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima; jew
(c) pjan jew proġett awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm:
(a) żieda fl-erja tal-ħabitat f’kundizzjoni tajba għat-tipi ta’ ħabitats elenkati fil-gruppi 1-6 tal-Anness II sakemm mill-inqas 90 % tkun f’kundizzjoni tajba u sakemm tintlaħaq l-erja ta’ referenza favorevoli għal kull tip ta’ ħabitat f’kull reġjun bijoġeografiku tal-Istat Membru kkonċernat;
(aa) żieda fl-erja tal-ħabitat f’kundizzjoni tajba għat-tipi ta’ ħabitats elenkati fil-grupp 7 tal-Anness II sakemm tal-inqas il-perċentwal, imsemmi fil-paragrafu 1, punt (d), ikun f’kundizzjoni tajba u sakemm tintlaħaq l-erja ta’ referenza favorevoli għal kull tip ta’ ħabitat f’kull reġjun bijoġeografiku tal-Istat Membru kkonċernat;
(b) xejra pożittiva lejn il-kwalità u l-kwantità suffiċjenti tal-ħabitats tal-baħar tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness III u fl-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 92/43/KEE u tal-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE.
Artikolu 5a
Enerġija minn sorsi rinnovabbli
Għall-finijiet tal-Artikoli 4(8) u (8a) u 5(8) u (8a), għandu jkun preżunt li l-ippjanar, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-konnessjoni tagħhom mal-grilja, u l-grilja relatata nnifisha u l-assi tal-ħżin huma ta’ interess pubbliku prevalenti. L-Istati Membri jistgħu jeżentawhom mir-rekwiżit li ma jkunx hemm soluzzjonijiet alternattivi ta’ inqas ħsara skont l-Artikoli 4(8) u (8a) u 5(8) u (8a), jekk tkun twettqet valutazzjoni ambjentali strateġika skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2001/42/KE jew jekk ġew soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva (UE) 2011/92. L-Istati Membri jistgħu f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u speċifiċi jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom, kif ukoll għal ċerti tipi ta’ teknoloġiji jew għal proġetti b’ċerti karatteristiċi tekniċi, f’konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-restrizzjonijiet applikati u jiġġustifikawhom.
Artikolu 5b
Difiża nazzjonali
1. Meta jdaħħlu fis-seħħ miżuri ta’ restawr għall-finijiet tal-paragrafi 4(1), (2) u (3) u 5(1), (2) u (3), l-Istati Membri jeżentaw żoni użati għal attivitajiet bl-uniku skop ta’ difiża nazzjonali, jekk dawn il-miżuri jitqiesu inkompatibbli mal-użu militari kontinwu taż-żoni inkwistjoni.
2. Għall-finijiet tal-Artikoli 4 (8) u (8a) u 5 (8) u (8a), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li pjanijiet u proġetti għall-iskop uniku ta’ difiża nazzjonali huma preżunti li huma fl-interess pubbliku prevalenti. Għall-finijiet tal-Artikoli 4(8) u (8a) u 5(8) u (8a), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ukoll lil dawn il-pjanijiet u proġetti mir-rekwiżit li ma jkunx hemm soluzzjonijiet alternattivi ta’ inqas ħsara. Madankollu, meta tiġi applikata din l-eżenzjoni, sa fejn raġonevoli u prattiku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi miżuri bl-għan li jtaffu l-impatti fuq it-tipi ta’ ħabitats.
Artikolu 6
Restawr tal-ekosistemi urbani
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda telf nett fl-erja nazzjonali totali ta’ spazju aħdar urban, u ta’ kopertura urbana bis-siġar f’żoni ta’ ekosistemi urbani, iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 11(2b), sal-31 ta’ Diċembru 2030, meta mqabbla ma’ [is-sena tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Għall-finijiet ta’ dan l-obbligu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu minn dik l-erja nazzjonali totali ż-żoni ta’ ekosistemi urbani li fihom is-sehem ta’ spazju ekoloġiku urban fiċ-ċentri urbani u r-raggruppamenti urbani jaqbeż il-45 % u s-sehem ta’ kopertura urbana bis-siġar fihom jaqbeż l-10 %.
2. L-Istati Membri għandhom jiksbu minn hemm ’il quddiem xejra ta’ żieda fl-erja nazzjonali totali ta’ spazju aħdar urban, inkluż permezz tal-integrazzjoni ta’ spazju ekoloġiku urban f’bini u infrastruttura, f’żoni tal-ekosistema urbana, iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 11(2b), imkejla kull sitt snin wara l-31 ta’ Diċembru 2030, sakemm jintlaħaq livell sodisfaċenti identifikat f’konformità mal-Artikolu 11(3).
3. L-Istati Membri għandhom jiksbu, f’kull żona ta’ ekosistema urbana, iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 11(2b), xejra ta’ żieda tal-kopertura urbana bis-siġar, imkejla kull sitt snin wara l-31 ta’ Diċembru 2030, sakemm jintlaħaq il-livell sodisfaċenti identifikat f’konformità mal-Artikolu 11(3).
Artikolu 7
Restawr tal-konnettività naturali tax-xmajjar u tal-funzjonijiet naturali tal-imqagħad relatati
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu inventarju tal-ostakli artifiċjali għall-konnettività ▌tal-ilmijiet tas-superfiċje u, filwaqt li jqisu l-funzjonijiet soċjoekonomiċi tagħhom, jidentifikaw l-ostakli li jeħtieġ li jitneħħew biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ta’ restawr stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u tal-objettiv li jiġu restawrati mill-inqas 25 000 km ta’ xmajjar fi xmajjar ġierja fl-Unjoni sal-2030, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/60/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 4(3), 4(5) u 4(7) tagħha, u għar-Regolament 1315/2013, b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu.
2. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli artifiċjali għall-konnettività ▌tal-ilmijiet tas-superfiċje abbażi tal-inventarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-pjan għat-tneħħija tagħhom imsemmi fl-Artikolu 12(2), il-punti (e) u (f). Meta jneħħu l-ostakli, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw primarjament l-ostakli obsoleti, li huma dawk li ma għadhomx meħtieġa għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, għan-navigazzjoni interna, għall-provvista tal-ilma, għall-protezzjoni mill-għargħar, jew għal użi oħra.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomplementaw it-tneħħija tal-ostakli msemmija fil-paragrafu 2 bil-miżuri meħtieġa biex jittejbu l-funzjonijiet naturali tal-imqagħad relatati.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinżamm il-konnettività naturali tax-xmajjar u l-funzjonijiet naturali tal-pjanuri tal-għargħar relatati restawrati skont il-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 8
Restawr tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi
1. L-Istati Membri għandhom,permezz tal-istabbiliment ta’ miżuri xierqa u effettivi, itejbu d-diversità tal-pollinaturi u jreġġgħu lura t-tnaqqis tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi sa mhux iktar tard mill-2030 u minn hemm ’il quddiem jiksbu xejra dejjem tiżdied ta’ popolazzjonijiet tal-pollinaturi, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li titkejjel kull sitt snin wara l-2030, sakemm jintlaħqu livelli sodisfaċenti, kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 11(3). [Em. 88]
2. Sa ... [disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex tistabbilixxi metodu bbażat fuq ix-xjenza għall-monitoraġġ tad-diversità u tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi. [Em. 89]
3. Il-metodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jipprovdi gwida lill-Istati Membri bil-għan li jiġu definiti livelli sodisfaċenti skont l-Artikolu 11(3) u jipprovdi approċċ standardizzat għall-ġbir ta’ data annwali dwar l-abbundanza u d-diversità tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi fl-ekosistemi kollha, għall-valutazzjoni tax-xejriet fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi u tal-effettività tal-miżuri ta’ restawr adottati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 90]
3a. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-data ta’ monitoraġġ tkun ġejja minn numru adegwat ta’ siti biex tiġi żgurata r-rappreżentattività fit-territorju kollu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw biżżejjed riżorsi għall-monitoraġġ u jippromwovu x-xjenza taċ-ċittadini. [Em. 91]
3b. Il-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-EEA, l-EFSA u l-ECHA, għandhom jindirizzaw b’mod konġunt il-pressjonijiet ewlenin li jiffaċċjaw il-pollinaturi u jappoġġaw lill-Istati Membri fuq talba tagħhom. [Em. 92]
▌
[Em. 34]
Artikolu 10
Restawr tal-ekosistemi tal-foresti
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ restawr meħtieġa biex tittejjeb il-bijodiversità tal-ekosistemi tal-foresti, minbarra ż-żoni li huma soġġetti għal miżuri ta’ restawr skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3).
2. L-Istati Membri għandhom jiksbu xejra dejjem tiżdied fil-livell nazzjonali ta’ kull wieħed mill-indikaturi li ġejjin fl-ekosistemi tal-foresti, kif stabbilit ulterjorment fl-Anness VI, imkejla fil-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull sitt snin wara dan, sakemm jintlaħqu l-livelli sodisfaċenti identifikati f’konformità mal-Artikolu 11(3):
▌ [Em. 129/rev1]
▌ [Em. 130/rev1]▌
▌
(c) indiċi tal-għasafar komuni tal-foresti.
▌
2a. L-Istati Membri għandhom jiksbu xejra ta’ żieda fil-livell nazzjonali ta’ tlieta mill-indikaturi li ġejjin fl-ekosistemi tal-foresti, kif stabbilit ulterjorment fl-Anness VI, magħżula abbażi tal-kapaċità tagħhom li juru t-titjib tal-bijodiversità tal-ekosistemi tal-foresti fl-Istat Membru kkonċernat. Ix-xejra għandha titkejjel mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull sitt snin wara dan, sakemm jintlaħqu l-livelli sodisfaċenti identifikati f’konformità mal-Artikolu 11(3):
(a) sehem ta’ foresti bi struttura ta’ maturazzjoni mhux uniformi;
(b) konnettività tal-foresti;
(c) ħażna ta’ karbonju organiku;
(d) sehem ta’ foresti ddominati minn speċijiet ta’ siġar indiġeni;
(e) diversità tal-ispeċijiet tas-siġar.
3. In-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 2a huwa ġġustifikat jekk ikkawżat minn:
(a) forza maġġuri fuq skala kbira, inkluż diżastri naturali, b’mod partikolari nirien mhux ippjanati u mhux ikkontrollati; jew
(b) trasformazzjonijiet inevitabbli tal-ħabitats li huma kkawżati direttament mit-tibdil fil-klima.
Artikolu 10a
It-tħawwil ta’ tliet biljun siġra addizzjonali
1. Meta jkunu qed jidentifikaw u jimplimentaw il-miżuri ta’ restawr biex jinkisbu l-objettivi u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 6, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-objettiv tal-Unjoni li jitħawlu mill-inqas tliet biljun siġra addizzjonali sal-2030.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 jinkiseb b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi, filwaqt li tiġi żgurata d-diversità tal-ispeċijiet, tingħata prijorità lill-ispeċijiet tas-siġar indiġeni għajr, f’każijiet u kundizzjonijiet speċifiċi ħafna, speċijiet mhux nattivi adattati għall-ħamrija lokali, il-kuntest klimatiku u ekoloġiku u l-kundizzjonijiet tal-ħabitats li għandhom rwol fit-trawwim ta’ reżiljenza akbar għat-tibdil fil-klima. Il-miżuri biex jintlaħaq l-objettiv għandu jkollhom l-għan li jżidu l-konnettività u jkunu bbażati fuq il-proforestazzjoni, ir-riforestazzjoni sostenibbli u l-ekoloġizzazzjoni taż-żoni urbani.
3. Is-siġar imħawla għal finijiet ta’ ħsad m’għandhomx jingħaddu mal-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1. [Em. 80]
KAPITOLU III
PJANIJIET NAZZJONALI TA’ RESTAWR
Artikolu 11
Tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr
1. L-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali ta’ restawr u għandhom iwettqu l-monitoraġġ u r-riċerka preparatorja meħtieġa biex jidentifikaw il-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jikkontribwixxu għall-miri tal-Unjoni u jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, filwaqt li jqisu l-aħħar evidenza xjentifika, il-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, inklużi dawk urbani, il-miżuri l-aktar kosteffettivi u l-impatt soċjoekonomiku ta’ dawk il-miżuri. Huwa meħtieġ involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sidien tal-art u l-maniġers tal-art, f’kull stadju tal-proċess. [Em. 35]
2. L-Istati Membri għandhom jikkwantifikaw l-erja li jeħtieġ li tiġi rrestawrata biex jintlaħqu l-miri għar-restawr stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 filwaqt li jqisu l-kundizzjoni tat-tipi ta’ ħabitats imsemmija fl-Artikoli 4(1), 4(2), 5(1) u 5(2) u l-kwalità u l-kwantità tal-ħabitats tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(3) ▌. Il-kwantifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li ġejja:
(a) għal kull tip ta’ ħabitat:
(i) l-erja totali tal-ħabitat u mappa tad-distribuzzjoni attwali tagħha;
(ii) l-erja tal-ħabitat li mhijiex f’kundizzjoni tajba;
(iii) l-erja ta’ referenza favorevoli filwaqt li jitqiesu r-reġistri tad-distribuzzjoni storika u t-tibdil previst fil-kundizzjonijiet ambjentali minħabba t-tibdil fil-klima;
▌ [Em. 37]
(b) il-kwalità u l-kwantità suffiċjenti tal-ħabitats tal-ispeċijiet meħtieġa għall-kisba tal-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli tagħhom, filwaqt li jitqiesu ż-żoni l-aktar xierqa ta’ dawk il-ħabitats filwaqt li jitqiesu l-bidliet minħabba t-tibdil fil-klima u r-rwoli tal-art f’termini ta’ produzzjoni tal-ikel, u l-ħtiġijiet konkurrenti tal-ħabitats u l-ispeċijiet; [Em. 38]
(ba) għall-fini tal-kwantifikazzjoni tal-erja ta’ kull tip ta’ ħabitat li jeħtieġ li tiġi rrestawrata biex jintlaħqu l-miri tar-restawr stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), l-erja tal-ħabitat li ma tkunx f’kundizzjoni tajba msemmija fil-punt (a)(ii) għandha tinkludi biss dawk iż-żoni li l-kundizzjoni tagħhom tkun magħrufa;
(bb) għall-fini tal-kwantifikazzjoni tal-erja ta’ kull tip ta’ ħabitat li jeħtieġ li tiġi rrestawrata biex jintlaħqu l-miri tar-restawr stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), u fl-Artikolu 5(1), il-punti (b), (c) u (d), l-erja tal-ħabitat li mhijiex f’kundizzjoni tajba kif imsemmi fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi biss dawk iż-żoni li għalihom il-kundizzjoni hija magħrufa jew trid tkun magħrufa skont l-Artikoli 4(4a) u 5(4a);
(bc) il-fattibbiltà tar-restawr, il-kosteffettività u l-interessi soċjoekonomiċi konfliġġenti; [Em. 39]
(bd) id-densitajiet tal-popolazzjoni u l-iskarsezza tal-ispazju fl-Istat Membru. [Em. 40]
2a. Il-finanzjament ta’ diskrepanzi fil-finanzjament fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi żgurat mingħajr ma jintuża l-ebda finanzjament mill-PAK, mill-PKS jew minn flussi oħra ta’ finanzjament għall-agrikoltura u s-sajd. [Em. 134]
2b. Fir-rigward tal-grupp 7 tat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 5(1), punt (d).
2c. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw u jimmappjaw iż-żoni tal-ekosistemi urbani kif imsemmi fl-Artikolu 6 għall-bliet u l-bliet żgħar u s-subborgi kollha tagħhom.
Iż-żona tal-ekosistema urbana ta’ belt jew ta’ belt żgħira u subborg għandha tinkludi:
(a) il-belt jew il-belt żgħira u s-subborg kollha; jew
(b) partijiet mill-belt jew mill-belt żgħira u s-subborg, inkluż mill-inqas iċ-ċentri urbani, ir-raggruppament urbani u, jekk jitqies xieraq mill-Istat Membru kkonċernati, iż-żoni periurbani.
L-Istati Membri jistgħu jaggregaw iż-żoni ta’ ekosistemi urbani ta’ żewġ bliet u/jew bliet żgħar u subborgi li jmissu magħhom jew aktar f’żona ta’ ekosistema urbana waħda komuni għal dawk il-bliet u/jew il-bliet żgħar u s-subborgi.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, sa mhux aktar tard mill-2030, livelli sodisfaċenti għal kull wieħed mill-indikaturi msemmija fl-Artikoli 8(1), 9(2) u 10(2), għal kull wieħed mill-indikaturi magħżula fl-Artikolu 10(2a) u għall-ispazju ekoloġiku urban imsemmi fl-Artikolu 6(2) u għall-kopertura urbana bis-siġar imsemmija fl-Artikolu 6(3), permezz ta’ proċess u valutazzjoni miftuħa u effettivi, abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika▌, il-qafas ta’ gwida msemmi fl-Artikolu 17(9a) u, jekk disponibbli, il-qafas ta’ gwida msemmi fl-Artikolu 17(9).
4. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jimmappjaw iż-żoni agrikoli u tal-foresti li jeħtieġu restawr, b’mod partikolari ż-żoni li, minħabba fatturi ta’ intensifikazzjoni jew ta’ ġestjoni oħra, jeħtieġu konnettività mtejba u diversità tal-pajsaġġ.
4a. L-Istati Membri jistgħu, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw metodoloġija biex jikkomplementaw il-metodoloġija msemmija fl-Anness IV, sabiex jimmonitorjaw karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira mhux koperti mill-metodu komuni msemmi fid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira f’dak l-Anness. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar il-qafas għall-iżvilupp ta’ tali metodoloġija fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
4b. L-Istati Membri għandhom, fejn applikabbli, jiddeterminaw it-tnaqqis tal-firxa tat-torbiera għat-tixrib mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 9(4), il-ħames subparagrafu.
5. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw sinerġiji mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, mal-adattament għat-tibdil fil-klima, man-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art u mal-prevenzjoni tad-diżastri u għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri ta’ restawr kif xieraq. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll:
(a) il-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999;
(b) l-istrateġija fit-tul tagħhom imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999;
(c) il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2018/2001/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
6. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-iżvilupp ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ restawr bl-immappjar ta’ żoni li huma meħtieġa biex jilħqu mill-inqas il-kontributi nazzjonali tagħhom għall-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 u, fejn rilevanti, bid-deżinjazzjoni ta’ żoni għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli u żoni dedikati ta’ infrastruttura. Matul it-tħejjija tal-pjanijiet għar-restawr tan-natura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sinerġiji mal-bini ta’ infrastruttura għall-enerġija rinnovabbli u l-enerġija u maż-żoni diġà deżinjati għat-tħaffif tal-enerġija rinnovabbli u żoni dedikati ta’ infrastruttura u jiżguraw li l-funzjonament ta’ dawn iż-żoni ▌ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż il-proċeduri tal-permessi applikati f’dawn iż-żoni ▌ta’ enerġija rinnovabbli previsti mid-Direttiva (UE) 2018/2001, kif ukoll il-funzjonament ta’ proġetti tal-grilja li huma meħtieġa biex jintegraw l-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku u l-proċeduri rispettivi tal-permessi, ma jinbidlux.
7. Meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari dan li ġej:
(a) il-miżuri ta’ konservazzjoni stabbiliti għas-siti ta’ Natura 2000 f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE;
(b) oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzata mħejjija f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE;
(c) miżuri għall-kisba ta’ status kwantitattiv, ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma inklużi fil-programmi ta’ miżuri u l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjarimħejjija skont id-Direttiva 2000/60/KE u l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE;
(d) fejn applikabbli, strateġiji tal-baħar għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb għar-reġjuni tal-baħar kollha tal-Unjoni mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE;
(e) programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284;
(f) strateġiji nazzjonali għall-bijodiversità u pjanijiet ta’ azzjoni żviluppati f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;
(g) fejn applikabbli, miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati skont il-politika komuni tas-sajd;
8. L-Istati Membri jistgħu, meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, jagħmlu użu mill-eżempji differenti ta’ miżuri ta’ restawr elenkati fl-Anness VII, skont il-kundizzjonijiet nazzjonali u lokali speċifiċi, u l-aħħar evidenza xjentifika.
9. Meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jottimizzaw il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali tal-ekosistemi kif ukoll il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni u l-komunitajiet rilevanti.
9a. L-Istati Membri jistgħu, meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, iqisu d-diversità tas-sitwazzjonijiet f’diversi reġjuni fir-rigward ta’ rekwiżiti soċjali, ekonomiċi u kulturali, karatteristiċi reġjonali u lokali u d-densità tal-popolazzjoni.Fejn xieraq, jenħtieġ li titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, bħad-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli tagħhom, kif ukoll il-bijodiversità rikka tagħhom u l-ispejjeż assoċjati għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tagħhom.
10. L-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, irawmu sinerġiji mal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr ta’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari għal ekosistemi li jaqsmu l-fruntieri jew fejn l-Istati Membri jikkondividu reġjun jew subreġjun tal-baħar skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/56/KE.
10a. L-Istati Membri jistgħu, fejn prattiku u xieraq, għall-fini tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, fir-rigward tar-restawr u l-istabbiliment mill-ġdid tal-ekosistemi tal-baħar, jużaw strutturi ta’ kooperazzjoni istituzzjonali reġjonali eżistenti.
10b. Fejn l-Istati Membri jidentifikaw kwistjoni li x’aktarx twaqqaf il-ħarsien tal-obbligi għar-restawr u l-istabbiliment mill-ġdid tal-ekosistemi tal-baħar u li teħtieġ miżuri li għalihom mhumiex kompetenti, huma għandhom, individwalment jew flimkien, jindirizzaw, fejn ikkonċernati, l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, b’deskrizzjoni tal-kwistjonijiet identifikati u miżuri possibbli, bil-ħsieb li jitqiesu u possibilment jiġu adottati.
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tħejjija tal-pjan ta’ restawr tkun miftuħa, trasparenti, inklużiva u effettiva u li l-pubbliku, speċjalment is-sidien tal-art, il-maniġers tal-art, il-partijiet ikkonċernati marittimi, u atturi rilevanti oħra, bħas-servizzi ta’ pariri u ta’ estensjoni, f’konformità mal-prinċipju ta’ kunsens minn qabel u informat, jingħataw opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija tal-pjan. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti, għandhom ikunu involuti b’mod xieraq fit-tħejjija tal-pjan. Il-konsultazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE. [Em. 12]
Artikolu 12
Kontenut tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr
1. Il-pjan nazzjonali ta’ restawr għandu jkopri l-perjodu sal-2050, bi skadenzi intermedji li jikkorrispondu għall-miri u għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10.
1a. B’deroga mill-paragrafu 1, il-pjan nazzjonali ta’ restawr li għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(6) jista’, fir-rigward tal-perjodu lil hinn minn Ġunju 2032, u sakemm jiġi rieżaminat f’konformità mal-Artikolu 15(1), ikun limitat għal ħarsa ġenerali strateġika lejn:
(a) l-elementi msemmija fil-paragrafu 2, u;
(b) il-kontenut msemmi fil-paragrafi 3 u 3a.
Il-pjan nazzjonali ta’ restawr rivedut li jirriżulta mir-rieżami li għandu jsir qabel Lulju 2032 f’konformità mal-Artikolu 15(1) jista’, fir-rigward tal-perjodu wara Ġunju 2042, u sa ma jiġi rivedut qabel Lulju 2042 f’konformità mal-Artikolu 15(1), ikun limitat għal ħarsa ġenerali strateġika lejn dawk l-elementi u l-kontenut.
2. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin fil-pjan nazzjonali ta’ restawr tagħhom, bl-użu tal-format uniformi stabbilit f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu:
(a) il-kwantifikazzjoni taż-żoni li jridu jiġu restawrati biex jintlaħqu l-miri għar-restawr stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10 abbażi tal-ħidma preparatorja mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11 u mapep indikattivi ta’ żoni li potenzjalment għandhom jiġu restawrati.
(b) deskrizzjoni tal-miżuri ta’ restawr ippjanati, jew stabbiliti, biex jintlaħqu l-miri u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10 u speċifikazzjoni dwar liema minn dawk il-miżuri ta’ restawr huma ppjanati, jew implimentati, fi ħdan in-network ta’ Natura 2000 stabbilit f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE;
(ba) taqsima ddedikata li tistabbilixxi l-miżuri biex jintlaħqu l-obbligi fl-Artikoli 4(4a) u 5(4a);
▌ [Em. 41]▌ [Em. 42]
(e) l-inventarju tal-ostakli u l-ostakli identifikati għat-tneħħija f’konformità mal-Artikolu 7(1), il-pjan għat-tneħħija tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7(2) u t-tul ta’ xmajjar ġierja, ħaġa li għandha tinkiseb bit-tneħħija ta’ dawk l-ostakli stmati mill-2020 sal-2030 u sal-2050, u kwalunkwe miżura oħra biex jiġu stabbiliti mill-ġdid il-funzjonijiet naturali tal-imqagħad f’konformità mal-Artikolu 7(3);
(ea) ġustifikazzjoni, fejn applikabbli, għat-tixrib mill-ġdid tat-torbiera fuq proporzjon aktar baxx minn kif stabbilit fl-Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) to (c);
(eb) rendikont tal-indikaturi għall-ekosistemi tal-foresti magħżula skont l-Artikolu 10(2a), u l-adegwatezza tagħhom li juru t-titjib tal-bijodiversità fl-ekosistemi tal-foresti fl-Istat Membru kkonċernat;
(f) iż-żmien għall-istabbiliment tal-miżuri ta’ restawr f’konformità mal-Artikoli 4 sa 10;
(g) taqsima ddedikata li tistabbilixxi miżuri ta’ restawr imfassla apposta fir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom, kif applikabbli;
(h) il-monitoraġġ taż-żoni soġġetti għar-restawr f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, il-proċess għall-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri ta’ restawr stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 4 sa 10 u għar-reviżjoni ta’ dawk il-miżuri fejn meħtieġ biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;
(i) indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet biex jiġu żgurati l-effetti kontinwi, fit-tul u sostnuti tal-miżuri ta’ restawr imsemmija fl-Artikoli 4 sa 10;
(j) il-kobenefiċċji stmati għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art assoċjati mal-miżuri ta’ restawr maż-żmien, kif ukoll benefiċċji soċjoekonomiċi usa’ ta’ dawk il-miżuri;
(ja) l-impatt soċjoekonomiku stmat tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ restawr; [Em. 69]
(k) taqsima ddedikata li tistabbilixxi kif il-pjan nazzjonali ta’ restawr iqis:
(i) ir-rilevanza tax-xenarji tat-tibdil fil-klima għall-ippjanar tat-tip u tal-post tal-miżuri ta’ restawr;
(ii) il-potenzjal ta’ miżuri ta’ restawr għall-imminimizzar tal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq in-natura, għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-effetti ta’ diżastri naturali u għall-appoġġ għall-adattament;
(iii) sinerġiji ma’ strateġiji jew pjanijiet nazzjonali ta’ adattament u rapporti nazzjonali ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ diżastri;
(iv) ħarsa ġenerali lejn l-interazzjoni bejn il-miżuri inklużi fil-pjan nazzjonali ta’ restawr u l-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima;
(l) il-ħtiġijiet ta’ finanzjament stmati għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ restawr, li għandhom jinkludu d-deskrizzjoni tal-appoġġ lill-partijiet ikkonċernati affettwati minn miżuri ta’ restawr jew obbligi ġodda oħra li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, u l-mezzi ta’ finanzjament maħsuba, pubbliċi jew privati, inkluż il-(ko)finanzjament bl-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni;
(m) indikazzjoni tas-sussidji li jaffettwaw b’mod negattiv l-ilħuq tal-miri u t-twettiq tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(n) sommarju tal-proċess għat-tħejjija u l-istabbiliment tal-pjan nazzjonali ta’ restawr, inkluża informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni pubblika u dwar kif ġew ikkunsidrati l-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali u tal-partijiet ikkonċernati;
(o) taqsima ddedikata li tindika kif tqiesu l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikolu 14(4) f’konformità mal-Artikolu 14(5). Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax osservazzjoni mill-Kummissjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi r-raġunijiet tiegħu.
3. Il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr għandhom, fejn applikabbli, jinkludu l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li Stat Membru jkollu l-ħsieb li jadotta skont il-politika komuni tas-sajd, inklużi miżuri ta’ konservazzjoni f’rakkomandazzjonijiet konġunti li Stat Membru jkollu l-ħsieb li jibda f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar dawk il-miżuri.
3a. Il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr għandhom jinkludu ħarsa ġenerali lejn l-interazzjoni bejn il-miżuri inklużi fil-pjan nazzjonali ta’ restawr u l-pjan strateġiku nazzjonali skont il-politika agrikola komuni.
3b. Fejn xieraq, il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr għandhom jinkludu ħarsa ġenerali lejn kunsiderazzjonijiet relatati mad-diversità tas-sitwazzjonijiet f’diversi reġjuni kif imsemmi fl-Artikolu 11(9a).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi format uniformi għall-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) meta tfassal il-format uniformi. Sa ...[data = l-ewwel jum tax-xahar wara tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(1).
Artikolu 13
Preżentazzjoni tal-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ restawr
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ restawr imsemmi fl-Artikoli 11 u 12 lill-Kummissjoni sa… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 14
Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla. Waqt li twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat.
2. Meta tikkunsidra l-l-pjan nazzjonali ta’ restawr, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konformità tiegħu mal-Artikolu 12, kif ukoll l-adegwatezza tiegħu biex jintlaħqu l-miri u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, kif ukoll l-objettivi ġenerali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 u l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7(1) li jiġu restawrati mill-inqas 20000 km ta’ xmajjar fi xmajjar ġierja fl-Unjoni sal-2035. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-impatt soċjoekonomiku speċjalment fuq iż-żoni rurali u l-impatt tar-restawr nazzjonali b’mod partikolari fil-produzzjoni agrikola u tal-foresti sabiex jiġi żgurat li dan ma jirriżultax biex il-produzzjoni tiċċaqlaq ’il barra mill-Unjoni. [Em. 43]
3. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn esperti jew mill-EEA.
4. Il-Kummissjoni tista’ tindirizza osservazzjonijiet lill-Istati Membri fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla tal-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ restawr.
5. L-Istati Membri għandhom iqisu ▌kwalunkwe osservazzjoni mill-Kummissjoni fil-pjan nazzjonali ta’ restawr finali tagħhom.
6. L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw, jippubblikaw u jissottomettu lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali ta’ restawr fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla tal-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni.
Artikolu 14a
Implimentazzjoni ta’ miżuri għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar
1. L-Istati Membri li l-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ restawr jinkludu miżuri ta’ konservazzjoni fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd li jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom jikkonsultaw lill-Istati Membri l-oħra li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett f’konformità mal-Artikoli 11 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għandhom jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet b’mod konġunt mal-Istati Membri l-oħra li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett:
(a) sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-preżentazzjoni finali tal-pjan nazzjonali ta’ restawr tagħhom għal miżuri relatati mal-Artikolu 5(3);
(b) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2028 għall-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-miri stabbiliti għall-2030;
(c) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2036 għall-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-miri stabbiliti għall-2040;
(d) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2046 għall-miżuri ta’ restawr li huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-miri stabbiliti għall-2050.
2. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-progress fir-rigward tal-iskadenzi għall-miżuri li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti skont il-politika komuni tas-sajd.
3. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjoni konġunta stabbilita mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, bl-użu tal-għodod previsti f’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni konġunta. [Em. 15]
Artikolu 15
Rieżami tal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr
1. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw u jirrevedu l-pjan nazzjonali ta’ restawr tagħhom u jinkludu miżuri supplimentari qabel Lulju 2032 u qabel Lulju 2042. Mill-inqas darba kull għaxar snin minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw il-pjan nazzjonali ta’ restawr tagħhom u, jekk meħtieġ, jirreveduh u jinkludu miżuri supplimentari.Ir-rieżamijiet għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 11 u 12, filwaqt li jqisu l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet, l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli kif ukoll l-għarfien disponibbli dwar il-bidliet jew il-bidliet mistennija fil-kundizzjonijiet ambjentali minħabba t-tibdil fil-klima. Fir-rieżamijiet li għandhom jitwettqu qabel Lulju 2032 u qabel Lulju 2042, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tagħrif dwar il-kundizzjoni tat-tipi ta’ habitat elenkati fl-Annessi I u II miksuba skont l-obbligi fl-Artikoli 4(4a) u 5(4a). L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali ta’ restawr rivedut tagħhom.
2. Fejn il-monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 17 jindika li l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali ta’ restawr mhux ser ikunu biżżejjed biex jikkonformaw mal-miri u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, l-Istat Membru għandu jirrieżamina l-pjan nazzjonali ta’ restawr, u jekk meħtieġ, jirrevedih u jinkludi miżuri supplimentari. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali ta’ restawr rivedut.
3. Abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) u l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(4) u (5), jekk il-Kummissjoni tqis li l-progress li jkun sar minn Stat Membru mhuwiex biżżejjed biex jikkonforma mal-miri u mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, titlob lill-Istat Membru ▌jissottometti abbozz ta’ pjan nazzjonali ta’ restawr rivedut b’miżuri supplimentari. Dak il-pjan nazzjonali ta’ restawr rivedut b’miżuri supplimentari għandu jiġi ppubblikat u ppreżentat fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla tat-talba mill-Kummissjoni. Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat u fejn debitament ġustifikat, il-Kummissjoni tista’ testendi dik l-iskadenza b’sitt xhur addizzjonali.
▌ [Em. 18cp u 44]
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ U RAPPORTAR
Artikolu 17
Monitoraġġ
1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw dan li ġej:
(a) il-kundizzjoni u x-xejra fil-kundizzjoni tat-tipi ta’ ħabitats u l-kwalità u x-xejra fil-kwalità tal-ħabitats tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 fiż-żoni soġġetti għal miżuri ta’ restawr abbażi tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 12(2), il-punt (h);
(b) iż-żona ta’ spazju ekoloġiku urban u kopertura urbana bis-siġar f’żonita’ ekosistemi urbani ddeterminati f’konformità ma’ 11(2b), kif imsemmija fl-Artikolu 6;
(f) l-abbundanza u d-diversità tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi, skont il-metodu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 8(2);
(g) l-erja u l-kundizzjoni taż-żoni koperti mit-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Annessi I u II ▌;
(h) l-erja u l-kwalità tal-ħabitat tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), u fl-Artikolu 5(3) ▌.
2. Il-monitoraġġ f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jibda malli jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ restawr.
3. Il-monitoraġġ f’konformità mal-paragrafu 1, il-punti (b), (c), (d), (e) u (ea) għandu jibda fi [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
4. Il-monitoraġġ f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (f), ta’ dan l-Artikolu għandu jibda sena wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).
5. Il-monitoraġġ f’konformità mal-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) għandu jsir mill-inqas kull sitt snin. Il-monitoraġġ f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), ▌dwar l-istokk ta’ karbonju organiku f’ħamrija minerali tar-raba’ u s-sehem ta’ art agrikola b’karatteristiċi ta’ pajsaġġ ta’ diversità kbira, u (e) rigward l-injam mejjet wieqaf u l-injam mejjet mal-art, u, fejn applikabbli, is-sehem ta’ foresti bi struttura b’età mhux uniformi, il-konnettività tal-foresti, is-sehem ta’ foresta ddominata minn speċijiet ta’ siġar indiġeni, id-diversità tal-ispeċijiet tas-siġar u l-istokk ta’ karbonju organiku, għandu jitwettaq mill-inqas kull sitt snin, jew, fejn meħtieġ biex tiġi evalwata l-kisba ta’ xejriet li qed jiżdiedu sal-2030, b’intervall iqsar. Il-monitoraġġ f’konformità ma’ dak il-paragrafu, il-punt (c) dwar l-indiċi tal-friefet tal-artijiet bil-ħaxix, dak il-paragrafu, il-punti (d) u (e) dwar l-indiċi tal-għasafar komuni tal-foresti, u dak il-paragrafu, il-punt (f) dwar l-ispeċijiet ta’ pollinaturi għandu jitwettaq kull sena. Il-monitoraġġ f’konformità ma’ dak il-paragrafu, il-punti (g) u (h), għandu jitwettaq mill-inqas kull sitt snin u għandu jkun ikkoordinat maċ-ċiklu ta’ rapportar skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 92/43/KEE u l-valutazzjoni inizjali skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/56/KE.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-indikaturi għall-ekosistemi agrikoli msemmija fl-Artikolu 9(2), il-punt (b), u l-indikaturi għall-ekosistemi tal-foresti msemmija fl-Artikolu 10(2), il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 10(2a), il-punt (c) ta’ dan ir-Regolament, jiġu mmonitorjati b’mod konsistenti mal-monitoraġġ meħtieġ skont ir-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/1999.
7. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw id-data ġġenerata mill-monitoraġġ imwettaq skont dan l-Artikolu, f’konformità mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u f’konformità mal-frekwenzi ta’ monitoraġġ stabbiliti fil-paragrafu 5.
8. Is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri għandhom joperaw abbażi ta’ bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, u għandhom jimmassimizzaw l-aċċess u l-użu ta’ data u servizzi minn teknoloġiji ta’ telerilevament, osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), sensuri u apparat in situ, jew id-data dwar ix-xjenza taċ-ċittadini, l-ingranaġġ tal-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali, l-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data.
9. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex:
9a. Sal-2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi qafas ta’ gwida għall-istabbiliment tal-livelli sodisfaċenti msemmija fl-Artikoli 6(2), 6(3), 8(1) u 9(2).
9b. Atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafi (9) u (9a) għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 18
Rapportar
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw b’mod elettroniku lill-Kummissjoni ż-żona soġġetta għall-miżuri ta’ restawr imsemmija fl-Artikoli 4 sa 10 u l-ostakli msemmija fl-Artikolu 7 li tneħħew, tal-inqas kull tliet snin. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat f’Ġunju 2028.
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw b’mod elettroniku d-data u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni, megħjuna mill-EEA, tal-anqas kull sitt snin:
(a) il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ restawr, fl-istabbiliment tal-miżuri ta’ restawr u l-progress fl-ilħuq tal-miri u l-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 4 sa 10;
(b) ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq f’konformità mal-Artikolu 17. Ir-rapportar tar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq f’konformità mal-Artikolu 17(1)(g) u (h) għandu jiġi ppreżentat, u jinkludi mapep b’referenza ġeografika;
(c) il-post u l-firxa taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta’ restawr imsemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 5, u l-Artikolu 9(4), inkluża mappa b’referenza ġeografika ta’ dawk iż-żoni;
(e) informazzjoni dwar il-progress miksub biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament, f’konformità mal-Artikolu 12(2)(l), inkluż rieżami tal-investiment attwali kontra s-suppożizzjonijiet ta’ investiment inizjali.
L-ewwel rapporti għandhom jiġu ppreżentati f’Ġunju 2031, li jkopru l-perjodu sal-2030.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format, l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-EEA meta tfassal il-format, l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapportar elettroniku.
4. L-EEA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’ħarsa ġenerali teknika kull tliet snin tal-progress biex jintlaħqu l-miri u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, abbażi tad-data magħmula disponibbli mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 17(7).
5. L-EEA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport tekniku dwar l-Unjoni kollha dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-miri u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tad-data magħmula disponibbli mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Tista’ tuża wkoll l-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE, u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/56/KE. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut sa Ġunju 2032 u r-rapporti sussegwenti għandhom jiġu pprovduti kull sitt snin wara dan.
6. Il-Kummissjoni għandha, minn [erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sitt snin dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
6a. Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih:
(a) ħarsa ġenerali tar-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell tal-UE għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b) valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament biex jiġu implimentati l-Artikoli 4 sa 10 u jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2);
(c) analiżi biex tiġi identifikata kwalunkwe diskrepanza fl-implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fir-Regolament, inkluż għall-kumpens finanzjarju ta’ telf potenzjali mis-sidien tal-art u l-maniġers tal-art direttament minħabba l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(d) fejn xieraq, proposti għal miżuri addizzjonali adegwati, inklużi miżuri finanzjarji li jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati, bħall-istabbiliment ta’ strument iddedikat, u mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-koleġiżlaturi biex jiġi adottat il-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2027. [Em. 11]
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tkun adegwata u aġġornata u li tkun disponibbli għall-pubbliku f’konformità mad-Direttivi 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2007/2/KE u (UE) 2019/1024 tal-Parlament u tal-Kunsill.
KAPITOLU V
SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TA’ KUMITAT
Artikolu 19
Emenda tal-Annessi
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness I sabiex tadatta l-mod kif it-tipi ta’ ħabitats huma raggruppati għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tqis l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness II sabiex tadatta:
(a) il-lista ta’ tipi ta’ ħabitats biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-aġġornamenti għall-klassifikazzjoni tal-ħabitats tas-sistema Ewropea ta’ informazzjoni dwar in-natura (EUNIS), u;
(b) il-mod kif it-tipi ta’ ħabitats huma raggruppati għall-progress tekniku u xjentifiku u biex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III, sabiex tadatta l-lista ta’ speċijiet tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 5 għall-progress tekniku u xjentifiku.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness IV, sabiex tadatta d-deskrizzjoni, l-unità u l-metodoloġija tal-indikaturi għall-ekosistemi agrikoli għall-progress tekniku u xjentifiku.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness V sabiex tadatta l-lista ta’ speċijiet użati għall-indiċi tal-għasafar komuni tar-raba’ tal-biedja fl-Istati Membri għall-progress tekniku u xjentifiku.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness VI, sabiex tadatta d-deskrizzjoni, l-unità u l-metodoloġija tal-indikaturi għall-ekosistemi tal-foresti għall-progress tekniku u xjentifiku.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness VII sabiex tadatta l-lista ta’ eżempji ta’ miżuri ta’ restawr għall-progress tekniku u xjentifiku u biex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 19 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni, la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill, fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 21
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21a
Emenda għar-Regolament (UE) 2022/869
L-Artikolu 7(8), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/869 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
“Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikoli 4(8) u (8a) u l-Artikolu 5(8) u (8a) tal-[proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura], dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dawk id-Direttivi, il-proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku minn perspettiva ta’ politika dwar l-enerġija, u jistgħu jitqiesu li għandhom interess pubbliku prevalenti.”
"
Artikolu 22
Rieżami
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2030 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fuq is-settur tal-agrikultura u l-provvista ta’ ikel sikur u bla periklu, kif ukoll l-impatti soċjoekonomiċi ta’ dan ir-Regolament, speċjalment fiż-żoni rurali. [Em. 45]
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Meta l-Kummissjoni ssib li jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emenda tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri għar-restawr addizzjonali, inkluż dwar miri aġġornati għall-2040 u l-2050 abbażi ta’ metodi komuni għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-ekosistemi mhux koperti mill-Artikoli 4 u 5, l-evalwazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-aktar evidenza xjentifika riċenti. [Em. 17]
Artikolu 22a
Posponiment tal-miri skont dan ir-Regolament fil-każ ta’ konsegwenzi soċjoekonomiċi eċċezzjonali
1. Sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar jekk tapplikax waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-proċeduri tal-għoti tal-permessi fi Stat Membru wieħed jew aktar jaqgħu lura minħabba restrizzjonijiet mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:
(i) il-bini u t-trasformazzjoni ta’ djar, b’mod partikolari s-settur tal-akkomodazzjoni soċjali;
(ii) it-tnedija ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli b’rabta mal-ksib tal-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima];
(b) il-prezz medju tal-ikel żdied b’ 10 % matul il-perjodu ta’ sena;
(c) il-produzzjoni totali tal-ikel fl-Unjoni naqset b’ 5 % fuq perjodu ta’ sena.
2. Fejn tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-miri skont dan ir-Regolament għandhom jiġu posposti sakemm il-kundizzjonijiet kollha msemmija f’dak il-paragrafu ma jibqgħux japplikaw. [Em. 131]
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data meta l-Kummissjoni tkun ipprovdiet data robusta u xjentifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-ikel fuq terminu twil, u b’hekk tiġi rispettata l-ħtieġa ta’ raba’ li jinħadem taħt agrikoltura konvenzjonali u ekoloġika, l-impatt tar-restawr tan-natura fuq il-produzzjoni tal-ikel, id-disponibbiltà tal-ikel u l-prezzijiet tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data minn meta jibda japplika dan ir-Regolament. [Em. 135]
Għandu japplika mid-data meta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 11(2a) tiġi ssodisfata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data minn meta jibda japplika dan ir-Regolament. [Em. 136]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
EKOSISTEMI TERRESTRI, KOSTALI U TAL-ILMA ĦELU – TIPI TA’ ĦABITATS U GRUPPI TA’ TIPI TA’ ĦABITATS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1) U 4(2)
Il-lista ta’ hawn taħt tinkludi t-tipi kollha ta’ ħabitats terrestri, kostali u tal-ilma ħelu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE msemmija fl-Artikolu 4(1) u 4(2), kif ukoll sitt gruppi ta’ dawk it-tipi ta’ ħabitats, jiġifieri 1) Artijiet mistagħdra (kostali u interni), 2) Artijiet bil-ħaxix u ħabitats pastorali oħra, 3) Ħabitats tax-xmajjar, tal-lagi, alluvjali u riparji, 4) Foresti, 5) Ħabitats tal-isteppa, tal-artijiet moxa u tax-xagħrijiet u 6) Ħabitats tal-blat u tad-duni.
1. GRUPP 1: Artijiet mistagħdra (kostali u interni)
Kodiċi tat-tip ta’ ħabitat kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE
Isem it-tip ta’ ħabitat kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE
Ħabitats kostali u salmastri
1130
Estwarji
1140
Meded tat-tajn u tar-ramel li mhumiex mgħottija bl-ilma baħar meta l-baħar jofrogħ
1150
Laguni kostali
1310
Salicornia u speċi oħra annwali li jikkolonizzaw it-tajn u ir-ramel
1320
Meded ta’ ħaxix tal-Ispartina (Spartinion maritimae)
Xmajjar Alpini u l-veġetazzjoni erbaċja matul xtuthom
3230
Xmajjar Alpini u l-veġetazzjoni għudija tagħhom bil-Myricaria germanica
3240
Xmajjar Alpini u l-veġetazzjoni għudija tagħhom bis-Salix elaeagnos
3250
Xmajjar Mediterranji għaddejjin bla waqfien bil-Glaucium flavum
3260
Mogħdijiet tal-ilma tal-pjanuri u tal-muntanji b’veġetazzjoni ta’ Ranunculion fluitantis u Callitricho-Batrachion
3270
Xmajjar bi xtut tat-tajn b’veġetazzjoni ta’ Chenopodion rubri p.p. u Bidention p.p.
3280
Xmajjar Mediterranji għaddejjin bla waqfien bl-ispeċi ta’ Paspalo-Agrostidion u Salix u Populus alba li jagħtu għal fuqhom
3290
Xmajjar Mediterranji għaddejjin b’mod intermittenti ta’ Paspalo-Agrostidion
32A0
Kaskati tat-tufa ta’ xmajjar karstiċi fl-Alpi Dinariċi
Bwar alluvjali
6430
Komunitajiet ta’ ħaxix għoli idrofili fit-truf ta’ pjanuri u ta’ livelli muntanjużi u alpini
6440
Bwar alluvjali ta’ widien bix-xmajjar tal-Cnidion dubii
6450
Bwar alluvjali boreali tat-Tramuntana
6540
Artijiet bil-ħaxix sub-Mediterranji tal-Molinio-Hordeion secalini
Foresti Alluvjali/Riparji
9160
Foresti tal-ballut jew tal-ballut-karpin sub-Atlantiċi u medjo-Ewropej tal-Carpinion betuli
91E0
Foresti alluvjali bl-Alnus glutinosa u l-Fraxinus excelsior (Alno-Padion, Alnion incanae, Salicion albae)
91F0
Foresti riparji b’taħlita ta’ Quercus robur, Ulmus laevis u Ulmus minor, Fraxinus excelsior jew Fraxinus angustifolia, tul ix-xmajjar il-kbar (Ulmenion minoris)
92A0
Imsaġar tas-Salix alba u tal-Populus alba
92B0
Formazzjonijiet riparji fuq mogħdijiet intermittenti Mediterranji bir-Rhododendron ponticum, is-Salix u oħrajn
92C0
Boskijiet tal-Platanus orientalis u tal-Liquidambar orientalis (Platanion orientalis)
92D0
Imsaġar u thickets riparji tan-Nofsinhar (Nerio-Tamaricetea u Securinegion tinctoriae)
9370
Boskijiet żgħar tal-palm tal-Phoenix
4. GRUPP 4: Foresti
Kodiċi tat-tip ta’ ħabitat kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE
Isem it-tip ta’ ħabitat kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE
Foresti boreali
9010
Taïga tal-Punent
9020
Foresti naturali antiki Fennoskandjani emiboreali b’siġar deċidwi b’weraq kbir (Quercus, Tilia, Acer, Fraxinus jew Ulmus) rikki fl-epifiti
9030
Foresti naturali tal-istadji primarji ta’ suċċessjonijiet ta’ kosta merfugħa ’l fuq
9040
Foresti subalpini/subartiċi Nordiċi bil-Betula pubescens ssp. czerepanovii
9050
Foresti Fennoskandjani rikki b’veġetazzjoni erbaċja bil-Picea abies
9060
Foresti tal-koniferi fuq l-eskeri glaċjofluvjali jew konnessi magħhom
Foresti temperati
9110
Foresti tal-fagu Luzulo-Fagetum
9120
Foresti tal-fagu aċidofili Atlantiċi bl-Ilex u kultant bit-Taxus ukoll fis-saff taħtani (Quercion robori-petraeae jew Ilici-Fagenion)
9130
Foresti tal-fagu Asperulo Fagetum
9140
Boskijiet tal-fagu subalpini medjo-Ewropej bl-Acer u r-Rumex arifolius
9150
Foresti tal-fagu f’art tal-franka medjo-Ewropej tas-Cephalanthero-Fagion
9170
Foresti tal-ballut-karpin tal-Galio-Carpinetum
9180
Foresti tat-Tilio-Acerion fuq tlajja’, art biż-żrar jew widien dojoq
9190
Boskijiet qodma aċidofili tal-ballut Quercus robur fuq pjanuri ramlija
91A0
Boskijiet qodma sessili tal-ballut bl-Ilex u l-Blechnum fil-Gżejjer Brittaniċi
91B0
Boskijiet termofili tal-Fraxinus angustifolia
91G0
Boskijiet pannoniċi bil-Quercus petraea u l-Carpinus betulus
Blat siliċiku b’veġetazzjoni pijuniera tas-Sedo-Scleranthion jew tas-Sedo albi-Veronicion dillenii
8310
Għerien li mhumiex miftuħa għall-pubbliku
8320
Għelieqi tal-lava u tħaffir naturali
8340
Glaċieri permanenti
ANNESS II
EKOSISTEMI TAL-BAĦAR – TIPI TA’ ĦABITATS U GRUPPI TA’ TIPI TA’ ĦABITATS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) U 5(2)
Il-lista ta’ hawn taħt tinkludi t-tipi ta’ ħabitats tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 5(1) u 5(2), kif ukoll seba’ gruppi ta’ dawk it-tipi ta’ ħabitats, jiġifieri 1) meddiet tal-ħaxix tal-baħar, 2) Foresti tal-makroalgi, 3) meddiet tal-frott tal-baħar bil-qoxra, 4) meddiet tal-maerl, 5) meddiet tal-isponoż, tal-qroll u koralliġenużi, 6) Fetħiet u tnixxijiet u 7) Sedimenti rotob (’il fuq minn 1000 metru fond). Ir-relazzjoni mat-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE hija ppreżentata wkoll.
Il-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats tal-baħar użati, differenzjati skont ir-reġjuni bijoġeografiċi tal-baħar, issir skont is-sistema Ewropea ta’ informazzjoni dwar in-natura (EUNIS), kif riveduta għat-tipoloġija tal-ħabitats tal-baħar fl-2022 mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). L-informazzjoni dwar il-ħabitats relatati elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE hija bbażata fuq il-crosswalk ippubblikat miż-ŻEE fl-2021(74).
1. Grupp 1: Meddiet tal-ħaxix tal-baħar
Kodiċi tal-EUNIS
Isem it-tip ta’ ħabitat tal-EUNIS
Kodiċi tat-tip ta’ ħabitat relatat kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE
L-Atlantiku
MA522
Meddiet tal-ħaxix tal-baħar fuq ramel littorali tal-Atlantiku
1140; 1160
MA623
Meddiet tal-ħaxix tal-baħar fuq tajn littorali tal-Atlantiku
1140; 1160
MB522
Meddiet tal-ħaxix tal-baħar fuq ramel infralittorali tal-Atlantiku
1110; 1150; 1160
Il-Baħar Baltiku
MA332
Sediment aħrax idrolittorali Baltiku kkaratterizzat minn veġetazzjoni mgħaddsa
1130; 1160; 1610; 1620
MA432
Sediment imħallat idrolittorali Baltiku kkaratterizzat minn veġetazzjoni mgħaddsa
1130; 1140; 1160; 1610
MA532
Ramel idrolittorali Baltiku kkaratterizzat minn pjanti b’għeruq mgħaddsa
1130; 1140; 1160; 1610
MA632
Tajn idrolittorali Baltiku ddominat minn pjanti b’għeruq mgħaddsa
1130; 1140; 1160; 1650
MB332
Sediment aħrax infralittorali Baltiku kkaratterizzat minn pjanti b’għeruq mgħaddsa
1110; 1160
MB432
Sediment imħallat infralittorali Baltiku kkaratterizzat minn pjanti b’għeruq mgħaddsa
1110; 1160; 1650
MB532
Ramel idrolittorali Baltiku kkaratterizzat minn pjanti b’għeruq mgħaddsa
1110; 1130; 1150; 1160
MB632
Sediment tat-tajn infralittorali Baltiku kkaratterizzat minn pjanti b’għeruq mgħaddsa
1130; 1150; 1160; 1650
Il-Baħar l-Iswed
MB546
Ramel bit-tajn infralittorali influwenzat minn bwar tal-ħaxix tal-baħar u tal-alga riżomatika fl-ilma ħelu tal-Baħar l-Iswed
1110; 1130; 1160
MB547
Bwar tal-ħaxix tal-baħar tal-Baħar l-Iswed fuq ramel nadif infralittorali ta’ fuq espost b’mod moderat
1110; 1160
MB548
Bwar tal-ħaxix tal-baħar tal-Baħar l-Iswed fuq ramel infralittorali t’isfel
(25) il-koregoni geddumhom twil (Coregonus oxyrhynchus)
▌[Em. 47]
ANNESS V
INDIĊI KOMUNI TAL-GĦASAFAR TAR-RABA’ TAL-BIEDJA FIL-LIVELL NAZZJONALI
Deskrizzjoni
L-Indiċi tal-Għasafar tar-Raba’ tal-Biedja (FBI) jiġbor fil-qosor ix-xejriet tal-popolazzjoni ta’ għasafar komuni u mifruxa ta’ żoni agrikoli u huwa maħsub bħala indikatur biex jiġi vvalutat l-istatus tal-bijodiversità tal-ekosistemi agrikoli fl-Ewropa. L-FBI nazzjonali huwa indiċi kompost u multispeċi li jkejjel ir-rata ta’ tibdil fl-abbundanza relattiva tal-ispeċijiet ta’ għasafar tar-raba’ tal-biedja f’siti ta’ stħarriġ magħżula fil-livell nazzjonali. L-indiċi huwa bbażat fuq speċijiet magħżula b’mod speċjali li jiddependu fuq ħabitats tar-raba’ tal-biedja għall-alimentazzjoni u/jew għat-tibjit. L-indiċijiet nazzjonali komuni tal-għasafar tar-raba’ tal-biedja huma bbażati fuq settijiet ta’ speċijiet li huma rilevanti għal kull Stat Membru. L-indiċi jiġi kkalkolat b’referenza għal sena bażi meta l-valur tal-indiċi jkun tipikament stabbilit għal 100. Il-valuri tax-xejriet jesprimu l-bidla ġenerali fil-popolazzjoni fid-daqs tal-popolazzjoni tal-għasafar tar-raba’ tal-biedja kostitwenti matul perjodu ta’ snin.
Metodoloġija: Brlík et al. (2021): Bidliet fil-popolazzjoni tal-għasafar komuni Ewropej tat-tnissil fuq medda twila ta’ żmien u fuq skala kbira li jsegwu s-sett ta’ data ta’ diversi speċijiet. Sci Data 8, 21. https://doi.org/10.1038/s41597-021-00804-2
“Stati Membri b’popolazzjonijiet storikament aktar eżawriti ta’ għasafar tar-raba’ tal-biedja” tfisser l-Istati Membri fejn nofs l-ispeċijiet jew aktar li jikkontribwixxu għall-indiċi nazzjonali komuni tal-għasafar tar-raba’ għandhom xejra negattiva fit-tul tal-popolazzjoni. Fl-Istati Membri, fejn l-informazzjoni dwar ix-xejriet tal-popolazzjoni fit-tul mhijiex disponibbli għal xi speċijiet, tintuża informazzjoni dwar l-istatus Ewropew tal-ispeċijiet.
Dawn l-Istati Membri huma:
iċ-Ċekja
id-Danimarka
l-Estonja
il-Finlandja
Franza
il-Ġermanja
l-Ungerija
l-Italja
il-Lussemburgu
in-Netherlands
Spanja
“Stati Membri b’popolazzjonijiet storikament inqas eżawriti ta’ għasafar tar-raba’ tal-biedja” tfisser l-Istati Membri fejn inqas minn nofs l-ispeċijiet li jikkontribwixxu għall-indiċi nazzjonali komuni tal-għasafar tar-raba’ għandhom xejra negattiva fil-popolazzjoni fit-tul. Fl-Istati Membri, fejn l-informazzjoni dwar ix-xejriet tal-popolazzjoni fit-tul mhijiex disponibbli għal xi speċijiet, tintuża informazzjoni dwar l-istatus Ewropew tal-ispeċijiet.
Dawn l-Istati Membri huma:
l-Awstrija
il-Belġju
il-Bulgarija
il-Kroazja
Ċipru
il-Greċja
l-Irlanda
il-Latvja
il-Litwanja
Malta
il-Polonja
il-Portugall
ir-Rumanija
is-Slovakkja
is-Slovenja
l-Iżvezja
Lista ta’ speċijiet użati għall-indiċi komuni tal-għasafar tar-raba’ tal-biedja fl-Istati Membri
L-Awstrija
Acrocephalus palustris
Alauda arvensis
Anthus spinoletta
Anthus trivialis
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Jynx torquilla
Lanius collurio
Lullula arborea
Miliaria calandra
Oenanthe oenanthe
Passer montanus
Perdix perdix
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Serinus citrinella
Serinus serinus
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Turdus pilaris
Vanellus vanellus
Il-Belġju - Flanders
Il-Belġju - Wallonia
Alauda arvensis
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Anthus pratensis
Emberiza citrinella
Carduelis cannabina
Falco tinnunculus
Corvus frugilegus
Haematopus ostralegus
Emberiza citrinella
Hippolais icterina
Falco tinnunculus
Hirundo rustica
Hirundo rustica
Limosa limosa
Lanius collurio
Linaria cannabina
Miliaria calandra
Motacilla alba
Motacilla flava
Motacilla flava
Passer montanus
Numenius arquata
Perdix perdix
Passer montanus
Saxicola torquatus
Perdix perdix
Streptopelia turtur
Phoenicurus ochruros
Sturnus vulgaris
Saxicola torquatus
Sylvia communis
Sylvia communis
Vanellus vanellus
Vanellus vanellus
Il-Bulgarija
Alauda arvensis
Carduelis carduelis
Carduelis cannabina
Coturnix coturnix
Corvus frugilegus
Emberiza hortulana
Emberiza melanocephala
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Lanius collurio
Miliaria calandra
Motacilla flava
Perdix perdix
Passer montanus
Sylvia communis
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Upupa epops
Il-Kroazja
Alauda arvensis
Anthus campestris
Anthus trivialis
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Coturnix coturnix
Emberiza cirlus
Emberiza citrinella
Emberiza melanocephala
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Jynx torquilla
Lanius collurio
Lanius senator
Lullula arborea
Luscinia megarhynchos
Miliaria calandra
Motacilla flava
Oenanthe hispanica
Oriolus oriolus
Passer montanus
Pica pica
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Streptopelia turtur
Sylvia communis
Upupa epops
Vanellus vanellus
Ċipru
Alectoris chukar
Athene noctua
Carduelis carduelis
Cisticola juncidis
Clamator glandarius
Columba palumbus
Coracias garrulus
Corvus corone cornix
Coturnix coturnix
Emberiza calandra
Emberiza melanocephala
Falco tinnunculus
Francolinus francolinus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Chloris chloris
Iduna pallida
Linaria cannabina
Oenanthe cypriaca
Parus major
Passer hispaniolensis
Pica pica
Streptopelia turtur
Sylvia conspicillata
Sylvia melanocephala
Iċ-Ċekja
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Carduelis cannabina
Ciconia ciconia
Corvus frugilegus
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Hirundo rustica
Lanius collurio
Miliaria calandra
Motacilla flava
Passer montanus
Perdix perdix
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Serinus serinus
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Vanellus vanellus
Id-Danimarka
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Corvus corone
Corvus frugilegus
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Gallinago gallinago
Hirundo rustica
Lanius collurio
Miliaria calandra
Motacilla alba
Motacilla flava
Oenanthe oenanthe
Passer montanus
Perdix perdix
Saxicola rubetra
Sylvia communis
Sylvia curruca
Turdus pilaris
Vanellus vanellus
L-Estonja
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Corvus frugilegus
Emberiza citrinella
Hirundo rustica
Lanius collurio
Linaria cannabina
Motacilla flava
Passer montanus
Saxicola rubetra
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Vanellus vanellus
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
▌
Il-Finlandja
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Corvus monedula
Crex crex
Delichon urbica
Emberiza hortulana
Hirundo rustica
Numenius arquata
Passer montanus
Saxicola rubetra
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Turdus pilaris
Vanellus vanellus
Franza
Alauda arvensis
Alectoris rufa
Anthus campestris
Anthus pratensis
Buteo buteo
Carduelis cannabina
Corvus frugilegus
Coturnix coturnix
Emberiza cirlus
Emberiza citrinella
Emberiza hortulana
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Lanius collurio
Lullula arborea
Melanocorypha calandra
Motacilla flava
Oenanthe oenanthe
Perdix perdix
Saxicola torquatus
Saxicola rubetra
Sylvia communis
Upupa epops
Vanellus vanellus
Il-Ġermanja
Alauda arvensis
Athene noctua
Emberiza citrinella
Lanius collurio
Limosa limosa
Lullula arborea
Miliaria calandra
Milvus milvus
Saxicola rubetra
Vanellus vanellus
Il-Greċja
Alauda arvensis
Apus apus
Athene noctua
Calandrella brachydactyla
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Carduelis chloris
Ciconia ciconia
Corvus corone
Corvus monedula
Delichon urbicum
Emberiza cirlus
Emberiza hortulana
Emberiza melanocephala
Falco naumanni
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo daurica
Hirundo rustica
Lanius collurio
Lanius minor
Lanius senator
Lullula arborea
Luscinia megarhynchos
Melanocorypha calandra
Miliaria calandra
Motacilla flava
Oenanthe hispanica
Oenanthe oenanthe
Passer domesticus
Passer hispaniolensis
Passer montanus
Pica pica
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Streptopelia decaocto
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia melanocephala
Upupa epops
L-Ungerija
Alauda arvensis
Anthus campestris
Coturnix coturnix
Emberiza calandra
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Lanius collurio
Lanius minor
Locustella naevia
Merops apiaster
Motacilla flava
Perdix perdix
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Sylvia nisoria
Vanellus vanellus
L-Irlanda
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Columba oenas
Columba palumbus
Corvus cornix
Corvus frugilegus
Corvus monedula
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Fringilla coelebs
Hirundo rustica
Chloris chloris
Motacilla alba
Passer domesticus
Phasianus colchicus
Pica pica
Saxicola torquatus
Sturnus vulgaris
L-Italja
Alauda arvensis
Anthus campestris
Calandrella brachydactyla
Carduelis carduelis
Carduelis chloris
Corvus cornix
Emberiza calandra
Emberiza hortulana
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Jynx torquilla
Lanius collurio
Luscinia megarhynchos
Melanocorypha calandra
Motacilla alba
Motacilla flava
Oriolus oriolus
Passer domesticus italiae
Passer hispaniolensis
Passer montanus
Pica pica
Saxicola torquatus
Serinus serinus
Streptopelia turtur
Sturnus unicolor
Sturnus vulgaris
Upupa epops
Il-Latvja
Acrocephalus palustris
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Carduelis carduelis
Carpodacus erythrinus
Ciconia ciconia
Crex crex
Emberiza citrinella
Lanius collurio
Locustella naevia
Motacilla flava
Passer montanus
Saxicola rubetra
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Vanellus vanellus
Il-Litwanja
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Carduelis carduelis
Ciconia ciconia
Crex crex
Emberiza citrinella
Hirundo rustica
Lanius collurio
Motacilla flava
Passer montanus
Saxicola rubetra
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Vanellus vanellus
Il-Lussemburgu
Alauda arvensis
Carduelis cannabina
Emberiza citrinella
Lanius collurio
Passer montanus
Saxicola torquatus
Sylvia communis
Malta
Calandrella brachydactyla
Linaria cannabina
Cettia cetti
Cisticola juncidis
Coturnix coturnix
Emberiza calandra
Lanius senator
Monticola solitarius
Passer hispaniolensis
Passer montanus
Serinus serinus
Streptopelia decaocto
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia conspicillata
Sylvia melanocephala
In-Netherlands
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Athene noctua
Calidris pugnax
Carduelis carduelis
Corvus frugilegus
Coturnix coturnix
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Gallinago gallinago
Haematopus ostralegus
Hippolais icterina
Hirundo rustica
Limosa limosa
Miliaria calandra
Motacilla flava
Numenius arquata
Passer montanus
Perdix perdix
Saxicola torquatus
Spatula clypeata
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Tringa totanus
Turdus viscivorus
Vanellus vanellus
Il-Polonja
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Carduelis cannabina
Ciconia ciconia
Emberiza citrinella
Emberiza hortulana
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Lanius collurio
Limosa limosa
Miliaria calandra
Motacilla flava
Passer montanus
Saxicola torquatus
Saxicola rubetra
Serinus serinus
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Upupa epops
Vanellus vanellus
Il-Portugall
Athene noctua
Bubulcus ibis
Carduelis carduelis
Chloris chloris
Ciconia ciconia
Cisticola juncidis
Coturnix coturnix
Delichon urbicum
Emberiza cirlus
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Lanius meridionalis
Linaria cannabina
Merops apiaster
Miliaria calandra
Milvus migrans
Passer domesticus
Pica pica
Saxicola torquatus
Serinus serinus
Sturnus unicolor
Upupa epops
Ir-Rumanija
Alauda arvensis
Anthus campestris
Calandrella brachydactyla
Ciconia ciconia
Corvus frugilegus
Emberiza calandra
Emberiza citrinella
Emberiza hortulana
Emberiza melanocephala
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Lanius collurio
Lanius minor
Linaria cannabina
Melanocorypha calandra
Motacilla flava
Passer montanus
Perdix perdix
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Upupa epops
Vanellus vanellus
Is-Slovakkja
Alauda arvensis
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Emberiza calandra
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Hirundo rustica
Chloris chloris
Lanius collurio
Locustella naevia
Motacilla flava
Passer montanus
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Serinus serinus
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Sylvia nisoria
Vanellus vanellus
Is-Slovenja
Acrocephalus palustris
Alauda arvensis
Anthus trivialis
Carduelis cannabina
Carduelis carduelis
Columba oenas
Columba palumbus
Emberiza calandra
Emberiza cirlus
Emberiza citrinella
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Jynx torquilla
Lanius collurio
Lullula arborea
Luscinia megarhynchos
Motacilla flava
Passer montanus
Phoenicurus phoenicurus
Picus viridis
Saxicola rubetra
Saxicola torquatus
Serinus serinus
Streptopelia turtur
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Upupa epops
Vanellus vanellus
Spanja
Alauda arvensis
Alectoris rufa
Athene noctua
Calandrella brachydactyla
Carduelis carduelis
Cisticola juncidis
Corvus monedula
Coturnix coturnix
Emberiza calandra
Falco tinnunculus
Galerida cristata
Hirundo rustica
Linaria cannabina
Melanocorypha calandra
Merops apiaster
Oenanthe hispanica
Passer domesticus
Passer montanus
Pica pica
Pterocles orientalis
Streptopelia turtur
Sturnus unicolor
Tetrax tetrax
Upupa epops
L-Iżvezja
Alauda arvensis
Anthus pratensis
Carduelis cannabina
Corvus frugilegus
Emberiza citrinella
Emberiza hortulana
Falco tinnunculus
Hirundo rustica
Lanius collurio
Motacilla flava
Passer montanus
Saxicola rubetra
Sturnus vulgaris
Sylvia communis
Vanellus vanellus
ANNESS VI
LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI TAL-FORESTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10(2) U 10(2a)
Indikatur
Deskrizzjoni, unità, u metodoloġija għad-determinazzjoni u għall-monitoraġġ tal-indikatur
Injam mejjet wieqaf
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur juri l-ammont ta’ bijomassa tal-injam wieqaf mhux ħaj fil-foresti u f’art imsaġġra oħra.
Unità: m3/ha.
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010, u filwaqt li titqies il-metodoloġija kif stabbilita fl-Anness V tar-Regolament 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.
Injam mejjet mal-art
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur juri l-ammont ta’ bijomassa tal-injam mhux ħaj li jinsab mal-art fil-foresti u f’art imsaġġra oħra.
Unità: m3/ha.
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010, u filwaqt li titqies il-metodoloġija kif stabbilita fl-Anness V tar-Regolament 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.
Is-sehem tal-foresti bi struttura ta’ età mhux uniformi
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jirreferi għas-sehem tal-foresti disponibbli għall-provvista tal-injam (FAWS) bi struttura ta’ età mhux uniformi fil-foresti meta mqabbla ma’ struttura b’età uniformi fil-foresti.
Unità: Perċentwal ta’ FAWS bi struttura ta’ età mhux uniformi.
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010.
Il-konnettività tal-foresti
Deskrizzjoni: Il-konnettività tal-foresti hija l-grad ta’ kompattezza taż-żoni koperti mill-foresti. Hija ddefinita fil-firxa ta’ 0 sa 100.
Unità: Indiċi.
Metodoloġija: kif żviluppata mill-FAO, Vogt P., et al., FAO – State of the World’s Forests: Forest Fragmentation, Rapport Tekniku tal-JRC, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2019.
Indiċi tal-għasafar komuni tal-foresti
Deskrizzjoni: L-indikatur tal-għasafar tal-foresti jiddeskrivi x-xejriet fl-abbundanza ta’ għasafar komuni tal-foresti fil-firxiet Ewropej tagħhom maż-żmien. Huwa indiċi kompost maħluq minn data ta’ osservazzjoni tal-ispeċijiet tal-għasafar karatteristiċi għall-ħabitats tal-foresti fl-Ewropa. L-indiċi huwa bbażat fuq lista speċifika ta’ speċijiet f’kull Stat Membru.
Unità: Indiċi.
Metodoloġija: Brlík et al. Long-term and large-scale multispecies dataset tracking population changes of common European breeding birds, Sci Data 8, 21. 2021.
Stokk ta’ karbonju organiku
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jiddeskrivi l-istokk tal-karbonju organiku fil-mifrex u fil-ħamrija minerali f’profondità ta’ 0 sa 30 cm fl-ekosistemi tal-foresti.
Unità: tunnellati ta’ karbonju organiku/ha.
Metodoloġija: kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u kif appoġġat mill-Istħarriġ qafas dwar l-Użu tal-Art u ż-Żona ta’ Kopertura (LUCAS) Soil, Jones A. et al., LUCAS Soil 2022, Rapport tekniku tal-JRC, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021.
Sehem ta’ foresti ddominat minn speċijiet ta’ siġar indiġeni
Deskrizzjoni: Is-sehem ta’ foresti u ta’ art imsaġġra oħra ddominat minn (kopertura ta’ >50 %) speċijiet ta’ siġar indiġeni
Unità: %
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010.
Diversità tal-ispeċijiet tas-siġar
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jiddeskrivi l-għadd medju ta’ speċijiet ta’ siġar li jinsabu f’żoni forestali
Unità: Indiċi
Metodoloġija: Ibbażata fuq FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010.
ANNESS VII
LISTA TA’ EŻEMPJI TA’ MIŻURI TA’ RESTAWR IMSEMMIJA
FL-ARTIKOLU 11(8)
(1) Ir-restawr tal-artijiet mistagħdra, bit-tixrib mill-ġdid tat-torbieri skulati, it-tneħħija ta’ strutturi ta’ skular tat-torbieri jew it-tneħħija tal-poldering u t-twaqqif tal-iskavar tal-pit.
(2) It-titjib tal-kundizzjonijiet idroloġiċi billi jiżdiedu l-kwantità, il-kwalità u d-dinamika tal-ilmijiet tas-superfiċe u l-livelli tal-ilma ta’ taħt l-art għall-ekosistemi naturali u seminaturali.
(3) It-tneħħija tal-penetrazzjoni mhux mixtieqa tax-xagħrijiet jew tal-pjantaġġuni mhux nattivi fuq artijiet bil-ħaxix, artijiet mistagħdra, foresti u art b’veġetazzjoni sparsa.
(5) L-istabbiliment mill-ġdid tas-serpeġġament tax-xmajjar u l-konnessjoni mill-ġdid ta’ serpeġġamenti maqtugħin b’mod artifiċjali jew ta’ lagi b’liwja forma ta’ nagħla.
(6) It-tneħħija tal-ostakli lonġitudinali u laterali (bħall-imbankmenti u d-digi), jingħata aktar spazju għad-dinamika tax-xmajjar u jiġu restawrati l-meded tax-xmajjar ġierja.
(7) In-naturalizzazzjoni mill-ġdid tal-qigħan tax-xmajjar u tal-lagi u tal-korsiji tal-ilma b’altitudni baxxa, eż. it-tneħħija tal-iffissar artifiċjali tal-qiegħ, l-ottimizzazzjoni tal-kompożizzjoni tas-substrat, it-titjib jew l-iżvilupp tal-kopertura tal-ħabitat.
(8) Ir-restawr tal-proċessi ta’ sedimentazzjoni naturali.
(9) L-istabbiliment ta’ buffers riparji, eż. foresti riparji, strixxi ta’ lqugħ, bwar jew artijiet tal-mergħa.
(10) Iż-żieda ta’ karatteristiċi ekoloġiċi fil-foresti, bħal siġar kbar, antiki u li qed imutu (siġar tal-ħabitat) u l-ammonti ta’ injam mejjet mal-art u wieqaf.
(11) Il-ħidma lejn struttura diversifikata tal-foresti f’termini ta’, pereżempju, il-kompożizzjoni u l-età tal-ispeċijiet, li tippermetti riġenerazzjoni naturali u s-suċċessjoni tal-ispeċijiet tas-siġar.
(11a) L-assistenza tal-migrazzjoni tal-provenjenzi u tal-ispeċijiet fejn tista’ tkun meħtieġa minħabba t-tibdil fil-klima.
(12) It-tisħiħ tad-diversità tal-foresti permezz tar-restawr ta’ mużajki ta’ ħabitats mhux tal-foresti bħall-irqajja’ miftuħa ta’ artijiet bil-ħaxix jew ta’ art moxa, vaski jew żoni tal-blat.
(13) Isir użu minn approċċi tal-forestrija “qrib in-natura” jew “kopertura kontinwa”; l-introduzzjoni ta’ speċijiet nattivi tas-siġar.
(14) It-tisħiħ tal-iżvilupp ta’ foresti antiki nattivi u foresti maturi (eż. permezz tal-abbandun tal-ħsad jew permezz ta’ ġestjoni attiva li tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ funzjonijiet awtoregolatorji u reżiljenza xierqa).
(15) L-introduzzjoni ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ b’diversità għolja f’raba’ li jinħadem u f’artijiet bil-ħaxix użati b’mod intensiv, bħal strixxi ta’ lqugħ, marġnijiet tal-għelieqi bi fjuri nattivi, ringieli ta’ sġajriet, siġar, foresti żgħar, ħitan imtarrġa, vaski, kurituri tal-ħabitats u skaluni, eċċ.
(16) Iż-żieda taż-żona agrikola soġġetta għal approċċi ta’ ġestjoni agroekoloġika bħall-agrikoltura organika jew l-agroforestrija, il-ħolqien ta’ ħafna għelejjel u n-newba tal-għelejjel, il-ġestjoni integrata tal-pesti u tan-nutrijenti.
(17) Jitnaqqsu l-intensità tar-ragħa jew tar-reġimi tal-ħsad fuq artijiet bil-ħaxix fejn rilevanti u jiġi stabbilit mill-ġdid ragħa estensiv b’bhejjem domestiċi u reġimi estensivi ta’ ħsad fejn dawn ikunu ġew abbandunati.
(18) Jitwaqqaf jew jitnaqqas l-użu ta’ pestiċidi kimiċi kif ukoll ta’ fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti tad-demel tal-annimali.
(19) Jitwaqqaf il-ħrit tal-artijiet bil-ħaxix u jiġu introdotti żrieragħ ta’ ħaxix produttiv.
(20) It-tneħħija ta’ pjantaġġuni fuq sistemi tad-duni dinamiċi preċedenti biex tiġi permessa mill-ġdid id-dinamika naturali tar-riħ favur ħabitats miftuħa.
(21) Tittejjeb il-konnettività fost il-ħabitats biex tippermetti l-iżvilupp tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet, u tippermetti skambju individwali jew ġenetiku suffiċjenti kif ukoll għall-migrazzjoni u l-adattament tal-ispeċijiet għat-tibdil fil-klima.
(22) L-ekosistemi jitħallew jiżviluppaw id-dinamika naturali tagħhom stess, pereżempju billi jiġi eliminat il-ħsad u jiġu promossi n-naturalità u n-natura selvaġġa.
(23) It-tneħħija u l-kontroll tal-ispeċijiet aljeni invażivi, u l-prevenzjoni jew l-imminimizzar ta’ introduzzjonijiet ġodda.
(24) L-imminimizzar tal-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, pereżempju bl-użu ta’ rkaptu b’inqas impatt fuq qiegħ il-baħar.
(25) Restawr ta’ żoni importanti ta’ riproduzzjoni u tkabbir tal-ħut.
(26) Il-forniment ta’ strutturi jew substrati biex jinkoraġġixxu r-ritorn tal-ħajja tal-baħar, pereżempju skollijiet tal-qroll/gajdar/blat kbir.
(27) Ir-restawr tal-bwar tal-ħaxix tal-baħar u tal-foresti tal-kelp billi jiġi stabbilizzat b’mod attiv il-qiegħ tal-baħar, jitnaqqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati l-pressjonijiet jew permezz ta’ propagazzjoni u tħawwil attivi.
(27a) Ir-restawr jew it-titjib tal-istat tal-popolazzjoni ta’ speċijiet indiġeni karatteristiċi li huma vitali għall-ekoloġija tal-ħabitats tal-baħar billi jitwettqu miżuri ta’ restawr passiv jew attiv, pereżempju l-introduzzjoni ta’ ħut żgħir.
(28) It-tnaqqis ta’ diversi forom ta’ tniġġis tal-baħar, bħat-tagħbija tan-nutrijenti, it-tniġġis akustiku u l-iskart mill-plastik.
(29) Iż-żieda ta’ spazji ħodor urbani b’karatteristiċi ekoloġiċi, bħal parks, siġar u żoni ta’ foresti ▌, bjut ħodor, artijiet bil-ħaxix tal-fjuri selvaġġi, ġonna, ortikultura tal-bliet, toroq bis-siġar, bwar urbani u hedges, vaski u korsiji tal-ilma, billi jitqiesu fost l-oħrajn id-diversità tal-ispeċijiet, speċijiet indiġeni, kundizzjonijiet lokali u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima.
(30) It-twaqqif, it-tnaqqis jew ir-rimedju tat-tniġġis mill-farmaċewtiċi, mis-sustanzi kimiċi perikolużi, mill-ilma mormi urban u industrijali, u minn skart ieħor inklużi mifrex u plastik kif ukoll id-dawl fl-ekosistemi kollha.
(31) Il-konverżjoni ta’ siti abbandunati, ta’ żoni industrijali li ma għandhomx jintużaw u ta’ barrieri f’siti naturali.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, 20.5.2020, COM(2020) 380 final.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (2020/2273(INI)).
Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “L-istat tal-konservazzjoni tan-natura fl-Unjoni Ewropea Rapport dwar l-istatus tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet u tal-ħabitats protetti mid-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u x-xejriet osservati tul il-perjodu 2013-2018”, COM/2020/635 final.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva - Brussell, 18.2.2021 COM(2021)0066 finali.
Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC): Rapport Speċjali dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C u l-mogħdijiet globali relatati tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jiġi eradikat il-faqar [Masson-Delmotte, V., P. Zhai, H.-O. Pörtner, D. Roberts, J. Skea, P.R. Shukla, A. Pirani, W. Moufouma-Okia, C. Péan, R. Pidcock, S. Connors, J.B.R. Matthews, Y. Chen, X. Zhou, M.I. Gomis, E. Lonnoy, T. Maycock, M. Tignor, and T. Waterfield (eds.)] https://www.ipcc.ch/sr15/
IPBES (2019): Global assessment report on biodiversity and ecosystem services of the Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services. E. S. Brondizio, J. Settele, S. Díaz, and H. T. Ngo (edituri). Segretarjat tal-IPBES, Bonn, il-Ġermanja. 1 148 paġna. https://doi.org/10.5281/zenodo.3831673.
Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fil-bliet, fil-pajsaġġi tal-art u l-pajsaġġi tal-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, sistemiċi u effiċjenti fir-riżorsi. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jridu jkunu ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistemi.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (COM/2021/82 final).
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (COM/2021/554 final).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel, COM (2022) 133 final.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima (COM/2021/699 final).
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
DĠ Ambjent. 2017, “rappurtar skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats: Explanatory notes and guidelines for the period 2013-2018” u DĠ Ambjent 2013 “Interpretation manual of European Union habitats Eur 28”.
Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
Il-Konvenzjoni tal-1992 għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Grigal tal-Atlantiku – il-Konvenzjoni OSPAR (OSPAR), il-Konvenzjoni tal-1992 dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar fiż-Żona tal-Baħar Baltiku – il-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki (HELCOM), il-Konvenzjoni tal-1995 dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran – il-Konvenzjoni ta’ Barċellona (UNEP-MAP) u l-Konvenzjoni tal-1992 għall-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed – il-Konvenzjoni ta’ Bucharest.
Vysna, V., Maes, J., Petersen, J.E., La Notte, A., Vallecillo, S., Aizpurua, N., Ivits, E., Teller, A., Kontabbiltà għall-ekosistemi u s-servizzi tagħhom fl-Unjoni Ewropea (INCA). Rapport finali mill-fażi II tal-proġett tal-INCA li għandu l-għan li jiżviluppa proġett pilota għal sistema integrata ta’ kontijiet tal-ekosistemi għall-UE. Rapport statistiku. Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi (COM/2018/395 final).
Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi (COM/2021/261 final).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (2020/2273(INI), disponibbli fuq https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0277_MT.pdf.
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-17 ta’ Diċembru 2020 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 15/2020 bit-titlu “Protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl- UE: l-inizjattivi tal-Kummissjoni ma tawx ir-riżultati mixtieqa (14168/20).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Reviżjoni tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi. Patt ġdid għall-pollinaturi (COM/2023/35 final).
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013, ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1,
Meta bidwi jimpenja ruħu li jiddedika mill-inqas 7 % tar-raba’ tiegħu li jinħadem għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi, inkluża art mistrieħa, skont ekoskema mtejba jew jekk ikun hemm sehem minimu ta’ mill-inqas 7 % ta’ raba’ li jinħadem fil-livell tal-azjenda agrikola li jinkludi wkoll għelejjel tat-titwiq jew għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, ikkultivati mingħajr l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
It-tixrib mill-ġdid huwa l-proċess tat-tibdil ta’ ħamrija skulata f’ħamrija mxarrba. Il-Kapitolu 1 tal-IPCC 2014, 2013 and Supplement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories: Wetlands, Hiraishi, T., Krug, T., Tanabe, K., Srivastava, N., Baasansuren, J., Fukuda, M. and Troxler, T.G. (eds).
It-terminu “ħamrija organika” huwa definit fl-IPPC 2006, il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006, Imħejjija mill-Programm tal-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, Eggleston H.S., Buendia L., Miwa K., Ngara T. u Tanabe K. (eds).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 (COM/2021/572 final).
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).▌
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Missjonijiet Ewropej COM(2021) 609 final).
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 53).
Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231 30.06.2021, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika, COM(2022)222 final.
– wara li kkunsidra l-Petizzjoni Nru 0004/2023 u l-Petizzjoni Nru 1033/2015 u d-diskussjoni rilevanti fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet tat-22 ta’ Marzu 2023,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea (11997D/PRO/02),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67(1) u (2) tat-TFUE, li jiddikjara li l-Unjoni għandha tkun spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li “tassigura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni”,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-TUE, li jiddikjara li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 20 u l-Artikolu 21(1) tat-TFUE, li jipprevedu li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tat-TFUE, li jiddikjara li “kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita”,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13(1) u (2) tat-TUE dwar l-obbligu li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (”il-Karta”), inkluż l-Artikolu 45 tagħha, li jistipula li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tad-9 u l-10 ta’ Ġunju 2011, tat-22 u t-23 ta’ Settembru 2011, tal-25 u s-26 ta’ Ottubru 2012, tas-7 u t-8 ta’ Marzu 2013, tal-5 u s-6 ta’ Diċembru 2013 u tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija(4),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat ta’ Schengen 2022” (COM(2022)0301) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat ta’ Schengen 2023” (COM(2023)0274), li jappellaw għat-“tlestija taż-żona Schengen b’deċiżjoni tal-Kunsill meħuda qabel tmiem l-2023 dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen għall-Bulgarija u r-Rumanija”,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2022 bit-titlu “Nagħmlu ż-Żona Schengen aktar b’saħħitha bis-sehem sħiħ tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja fl-ispazju mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni” (COM(2022)0636), inkluż ir-Rapport dwar il-missjoni volontarja ta’ ġbir ta’ informazzjoni fir-Rumanija u l-Bulgarija dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-iżviluppi tagħha mill-2011(5), ippubblikat flimkien mal-komunikazzjoni,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija: abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2011 u tat-18 ta’ Ottubru 2022 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija maż-żona Schengen(8),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-missjoni komplementari volontarja ta’ ġbir ta’ informazzjoni fir-Rumanija u l-Bulgarija dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-iżviluppi tagħha mill-2011, mibgħut lill-Parlament Ewropew f’Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra n-nota spjegattiva tad-9 ta’ Diċembru 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Awstrija, maħruġa mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tar-Repubblika tal-Awstrija,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi ż-żona Schengen hija waħda mill-pilastri tal-proġett Ewropew u hija essenzjali fil-qafas taċ-ċittadinanza Ewropea u mfassla biex tkun il-pedament tal-Unjoni Ewropea u tas-suq uniku kollu kemm hu; billi ż-żona Schengen hija l-aktar kisba emblematika tal-integrazzjoni Ewropea u tirrappreżenta manifestazzjoni tanġibbli tal-istil ta’ ħajja Ewropew, filwaqt li tmexxi l-ekonomija u tgħaqqad lill-Ewropej bejn naħa u oħra tal-fruntieri interni;
B. billi għal aktar minn deċennju, ir-Rumanija u l-Bulgarija ma gawdewx mill-benefiċċji sħaħ taż-żona Schengen minħabba l-fatt li għadhom mhumiex membri sħaħ, minkejja li ssodisfaw l-obbligi kollha stabbiliti fl-acquis ta’ Schengen;
C. billi kuljum madwar 3,5 miljun persuna jaqsmu l-fruntieri interni biex jaħdmu, jistudjaw jew iżuru l-familji u l-ħbieb, u kważi 1,7 miljun persuna jgħixu f’pajjiż tax-Schengen filwaqt li jaħdmu f’pajjiż ieħor. billi l-Ewropej jagħmlu madwar 1,25 biljun vjaġġ fiż-żona Schengen kull sena, li huwa ta’ benefiċċju kbir għas-settur tat-turiżmu u tal-kultura(9);
D. billi n-nonadeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija f’Schengen jirrappreżenta piż soċjetali u ekonomiku importanti għan-negozji u għall-popolazzjoni taż-żewġ pajjiżi; billi r-Rumanija għandha popolazzjoni ta’ aktar minn 19-il miljun waqt li l-Bulgarija għandha popolazzjoni ta’ kważi 7 miljuni, li magħhom għandhom jiżdiedu l-membri tad-dijaspori rispettivi tagħhom, li huma ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stati Membri oħrajn u li regolarment iġorru l-istess piż;
E. billi ċ-ċittadini kollha tal-Bulgarija u tar-Rumanija jesperjenzaw diskriminati minħabba li jiffaċċjaw dewmien, piż burokratiku eċċessiv u spejjeż addizzjonali meta jivvjaġġaw jew jagħmlu negozju barra minn pajjiżhom, meta mqabbla mal-kontropartijiet tagħhom mill-pajjiżi tax-Schengen; billi l-veto fuq l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija maż-żona Schengen jista’ jwassal għal sentiment anti-Ewropew f’dawn il-pajjiżi, u b’hekk iwassal għal tnaqqis fil-fiduċja fil-proġett tal-UE u fl-istituzzjonijiet tagħha; jenfasizza li l-verifiki tal-identità jżidu l-ispejjeż tal-merkanzija b’madwar 0,4 % sa 0,9 % tal-valur tal-kummerċ f’kull fruntiera ta’ Schengen, filwaqt li għall-kummerċ fis-servizzi japplikaw spejjeż saħansitra ogħla; jenfasizza li l-ispejjeż kummerċjali għaż-żona Schengen kollha jammontaw għal bejn EUR 6,5 biljun u EUR 13-il biljun fis-sena;
F. billi fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill ma appoġġjax id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen fir-Rumanija u fil-Bulgarija, minkejja l-evalwazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni, li ssottolinjat li r-Rumanija u l-Bulgarija qed ikomplu jissodisfaw il-kriterji kollha biex jaċċedu b’mod sħiħ għaż-żona Schengen;
G. billi l-argumenti użati fil-motivazzjoni uffiċjali tal-Awstrija għall-vot ippubblikata fid-9 ta’ Diċembru 2022(10) mhumiex relatati mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-adeżjoni tar-Rumanija maż-żona Schengen, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tal-Att tal-2005 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea;
H. billi r-Rumanija u l-Bulgarija temmew b’suċċess il-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-2005 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni; billi l-istat ta’ tħejjija ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta’ Schengen ġie kkonfermat minn esperti mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Evalwazzjoni ta’ Schengen (SCH-EVAL) u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 u l-10 ta’ Ġunju 2011; billi fit-8 ta’ Lulju 2011 il-Kunsill sab li ż-żewġ pajjiżi kienu ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fl-oqsma kollha; billi l-parteċipazzjoni sħiħa fiż-żona Schengen, ladarba l-kundizzjonijiet kollha miftiehma jiġu vverifikati u ssodisfati, mhijiex kwistjoni ta’ privileġġ iżda pjuttost dritt ibbażat fuq il-liġi f’konformità mat-trattati tal-UE;
I. billi l-missjonijiet volontarji ta’ ġbir ta’ informazzjoni ta’ Ottubru u Novembru 2022 żvelaw li mill-2011, il-Bulgarija u r-Rumanija implimentaw kontinwament l-acquis u l-għodod ta’ Schengen b’mod komprensiv u għalhekk huma kontributuri prezzjużi għall-funzjonament xieraq taż-żona Schengen;
J. billi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX) iddikjarat b’mod ċar, abbażi ta’ data tal-istatistika, li r-Rumanija u l-Bulgarija ma jirrappreżentawx rotta migratorja lejn il-bqija taż-żona Schengen; billi l-Istati Membri kollha li jappartjenu għaż-żona Schengen huma obbligati jikkonformaw mal-acquis ta’ Schengen, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen(11);
K. billi skont il-Kummissjoni, ir-Rumanija ġġestiet b’mod effiċjenti, f’konformità mal-istandards ta’ Schengen, aktar minn 4,5 miljun rifuġjat Ukren(12) li waslu fil-pajjiż mindu bdiet il-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna;
L. billi l-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew talbu lill-Kunsill biex mingħajr aktar dewmien jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa kollha biex il-Bulgarija u r-Rumanija jsiru membri sħaħ taż-żona Schengen;
M. billi l-ambjent, kif ukoll is-saħħa tas-sewwieqa, tal-ħaddiema tad-dwana u tal-persuni li jgħixu fiż-żona ta’ qsim tal-fruntiera, jinsabu wkoll f’riskju minħabba ż-żieda fit-tniġġis mill-ħafna eluf ta’ vetturi li jkunu weqfin fil-kju ta’ kuljum, li jistennew għal sigħat jew saħansitra jiem sħaħ biex jaqsmu l-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Rumanija, ir-Rumanija u l-Bulgarija u l-Bulgarija u l-Greċja; billi informazzjoni bbażata fuq l-evidenza(13) enfasizzat li 46 000 tunnellata ta’ CO2 huma emessi kull sena minħabba li ma tneħħewx il-kontrolli fil-fruntieri interni għar-Rumanija u l-Bulgarija;
N. billi l-ħin ta’ stennija għat-trakkijiet li jaqsmu l-fruntieri bejn il-pajjiżi Schengen kien ta’ bejn 10 u 30 minuta fl-2021, u fil-każ ta’ ħafna mill-qsim ġie rapportat li ma kien hemm l-ebda dewmien, filwaqt li għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona Schengen, id-dewmien fil-punti ta’ qsim jista’ jvarja minn ftit sigħat sa saħansitra jiem(14); billi fl-2022 il-kjuwijiet tat-trakkijiet kienu ta’ aktar minn 25 km fil-fruntieri Rumeni tal-Punent(15); billi dawn il-kjuwijiet twal fid-dwana li jestendu għal ġranet għandhom effett estremament negattiv fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera tat-trakkijiet u fuq l-ambjent;
O. billi kemm ir-Rumanija kif ukoll il-Bulgarija rreġistraw telf finanzjarju sinifikanti f’dawn l-aħħar 11-il sena, u minkejja li ssodisfaw il-kriterji meħtieġa kollha biex jaċċedu għaż-żona Schengen, fl-istess ħin ma bbenefikawx mid-drittijiet relatati;
1. Itenni, f’konformità mal-pożizzjoni li ilu li adotta u li stabbilixxa fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija maż-żona Schengen, l-appoġġ qawwi tiegħu għat-tkabbir taż-żona Schengen biex tinkludi lir-Rumanija u lill-Bulgarija abbażi tal-fatt li dawn il-pajjiżi diġà wrew li huma konformi mal-kriterji meħtieġa, li jissodisfaw b’mod effettiv l-obbligi ta’ Schengen u li diġà qed jagħtu kontribut pożittiv liż-żona Schengen;
2. Jesprimi dispjaċir kbir dwar l-eżitu tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022, li rriżultaw f’ċaħda tal-aċċess għaż-żona Schengen lir-Rumanija u lill-Bulgarija, mingħajr ma ġiet ippreżentata ebda ġustifikazzjoni legali relatata mal-kriterji ta’ adeżjoni; iqis li dan l-eżitu kien motivat minn kampanji politiċi domestiċi nazzjonali, aktar milli mill-kriterji ta’ adeżjoni nnifishom;
3. Jinnota bi tħassib serju li dan l-eżitu wassal biex iċ-ċittadini Rumeni u Bulgari jħossuhom li saret diskriminazzjoni kontrihom u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tanalizza ksur possibbli tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jinnota wkoll li filwaqt li l-adeżjoni tal-Kroazja maż-żona Schengen ġiet approvata, l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija ma ġietx approvata; jinnota bi tħassib li ċ-ċaħda ta’ estensjoni taż-żona Schengen biex tinkludi r-Rumanija u l-Bulgarija kellha effett devastanti fuq l-appoġġ pubbliku għall-UE;
4. Iħeġġeġ lill-Kunsill jissodisfa l-obbligi ta’ kooperazzjoni leali tiegħu skont l-Artikolu 13 tat-TUE fir-relazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni u mal-Parlament Ewropew u jesprimi l-bona fide tiegħu biex jaġixxi fuq l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija maż-żona Schengen; iqis li ċ-ċaħda ta’ aċċettazzjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija fiż-żona Schengen twassal għal ksur tal-Karta b’rabta mad-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), il-libertà u s-sigurtà (l-Artikolu 6), l-ugwaljanza quddiem il-liġi (l-Artikolu 20), il-protezzjoni ambjentali (l-Artikolu 37) u l-libertà ta’ moviment (l-Artikolu 45);
5. Jitlob li l-Kunsill jirrispetta l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-2005 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-UE u jivvota, mingħajr aktar dewmien u sa mhux aktar tard minn tmiem l-2023, favur l-adeżjoni taż-żewġ pajjiżi u l-applikazzjoni sħiħa tagħhom tal-acquis ta’ Schengen purament abbażi tal-fatt li huma ssodisfaw il-kriterji Schengen;
6. Jitlob lill-Kunsill jieħu nota li l-ħsara kollaterali u irreparabbli, bħal dik ikkawżata miż-żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 iġġenerati mill-miljuni ta’ vetturi kull sena li jqattgħu sigħat sħaħ jistennew fil-kontrolli fil-fruntiera, tikkuntrasta bil-kbir mal-miri ta’ newtralità klimatika tal-Unjoni;
7. Jiddispjaċih u jirrimarka bi tħassib kbir li d-deċiżjoni negattiva dwar is-sħubija f’Schengen tar-Rumanija u l-Bulgarija hija strumentalizzata mill-propaganda kontra l-UE, inkluża l-propaganda Russa, għad-detriment tal-għanijiet tal-politika barranija tal-UE; jenfasizza li din id-deċiżjoni, filwaqt li mhijiex ibbażata fuq kriterji legalment sodi u applikabbli, tikkomprometti l-kapaċità tal-UE li tippromwovi l-valuri tagħha u l-governanza tajba f’pajjiżi mhux tal-UE, inkluż fil-pajjiżi ta’ adeżjoni;
8. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel estimi tat-telf finanzjarju, il-qligħ mitluf u l-ħsara ambjentali mġarrba mir-Rumanija u l-Bulgarija, kif ukoll mill-Unjoni kollha kemm hi, mill-2011 minħabba l-fatt li r-Rumanija u l-Bulgarija mhumiex membri ta’ Schengen; iqis li l-Kummissjoni għandha tanalizza mekkaniżmi possibbli għall-kumpens tat-telf finanzjarju mġarrab mill-Bulgarija u r-Rumanija minħabba ċ-ċaħda negattiva u mhux ġustifikata tas-sħubija fiż-żona Schengen, filwaqt li tqis it-telf finanzjarju li jibda minn Ġunju 2011;
9. Jissottolinja li l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija maż-żona Schengen hija essenzjali, peress li żona Schengen akbar mingħajr kontrolli fil-fruniteri interni ser issaħħaħ lill-UE;
10. Jitlob lill-Istati Membri kollha jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni leali mar-Rumanija u l-Bulgarija fir-rigward tal-adeżjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri maż-żona Schengen, f’konformità mal-Artikolu 4(3) tat-TUE; jinnota li l-ebda Stat Membru m’għandu jikser b’mod arbitrarju d-drittijiet ta’ Stati Membri oħra, inkluża l-adeżjoni leġittima tagħhom fiż-żona Schengen ladarba l-kriterji jiġu ssodisfati;
11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-proċeduri possibbli kollha biex tiddefendi d-dritt għal moviment liberu taċ-ċittadini Rumeni u Bulgari;
12. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu analizzati l-azzjonijiet attwali u azzjonijiet potenzjali futuri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
13. Jistieden lill-presidenza Spanjola tal-Kunsill biex tagħti prijorità għolja lil dan is-suġġett u biex tiskeda votazzjoni dwar din il-kwistjoni fl-2023; jistieden lill-Kunsill jieħu miżuri biex jiġi evitat l-abbuż tas-setgħa tal-veto;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Dokument uffiċjali maħruġ mill-Ministeru Federali Awstrijak għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali fid-9 ta’ Diċembru 2022 u ppreżentat bħala l-Anness 2 għall-Petizzjoni 0004/2023 dwar l-adeżjoni tar-Rumanija maż-żona Schengen.
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
L-Istqarrija għall-istampa tat-Trade Union Nazzjonali tat-Trasportaturi bit-triq tar-Rumanija, disponibbli fuq https://www.untrr.ro/en/press-release-untrr-requests-priority-for-romania-s-entry-into-the-schengen-area-and-the-right-of-free-movement-in-the-eu-for-romanian-road-carriers-and-passengers-without-blockages-for-trucks-and-coaches-at-the-eu-borders.html.
Is-sitwazzjoni fil-Libanu
147k
56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu (2023/2742(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libanu, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu(1),
– wara li kkunsidra riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 1559 (2004), 1701 (2006), 2539 (2020), 2591 (2021) u 2650 (2022),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/860/KE tal-10 ta’ Diċembru 2007, li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja għal-Libanu(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Maxreq dwar żjara uffiċjali fil-Libanu bejn id-19 u t-23 ta’ Ġunju 2023,
– wara li kkunsidra l-impenji miftiehma fil-qafas tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Libanu f’Novembru 2016, il-Konferenza tas-CEDRE (Conférence économique pour le développement, par les réformes et avec les entreprises) fis-6 ta’ April 2018, ir-Riforma, il-Qafas għall-Irkupru u l-Bini mill-Ġdid tal-Libanu (3RF) f’Diċembru 2020 u l-laqgħat tal-Grupp Internazzjonali ta’ Appoġġ għal-Libanu fil-11 ta’ Diċembru 2019, fit-23 ta’ Settembru 2020 u fid-19 ta’ Mejju 2021,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE dwar l-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-15 ta’ Mejju 2022,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Lulju 2022 li testendi b’sena l-qafas tal-UE għal sanzjonijiet immirati,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta’ Novembru 2022 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) Josep Borrell dwar is-sitwazzjoni politika fil-Libanu u dik tat-8 ta’ April 2023 dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-13 ta’ Novembru 2022 mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għal-Libanu dwar is-Sitwazzjoni Attwali fil-Libanu,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta’ April 2023 mill-Koordinatur Speċjali tan-NU dwar l-elezzjonijiet muniċipali fil-Libanu,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-kelliem tagħha dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu,
– wara li kkunsidra l-erba’ konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 dwar l-istatus tar-rifuġjati u l-protokolli addizzjonali tagħhom, ratifikati mil-Libanu,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni attwali fil-Libanu hija estremament allarmanti u inkwetanti ħafna minħabba l-kriżi politika, ekonomika, soċjali, finanzjarja u tas-saħħa, u l-istat ta’ falliment istituzzjonali; billi l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-ilma laħqet l-ogħla livell, ta’ kważi 600 %, f’Ġunju 2022; billi l-maġġoranza tal-popolazzjoni Libaniża qed tgħix fil-faqar u l-awtoritajiet qed jonqsu milli jiżguraw id-dritt ta’ kulħadd għal standard ta’ għajxien adegwat, inkluż id-dritt għall-ikel; billi s-sitwazzjoni ekonomika li dejjem qed tmur għall-agħar u ż-żieda fil-faqar wasslu għal diffikultajiet fl-aċċess għad-drittijiet bażiċi, bħall-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, u għal żieda fl-emigrazzjoni;
B. billi l-Libanu huwa sieħeb qrib u importanti tal-Unjoni Ewropea; billi din is-sħubija hija bbażata fuq interessi komuni, rabtiet storiċi u kulturali li ilhom jeżistu snin twal, djalogu politiku u soċjali regolari u kuntatti interpersonali mifruxa ħafna; billi l-Libanu għandu soċjetà ċivili vibranti u partiti politiċi b’bosta attivisti, mexxejja tal-komunità, akkademiċi, artisti u gruppi taż-żgħażagħ li jieħdu azzjoni u jappellaw għal riformi urġenti;
C. billi fil-15 ta’ Mejju 2022 saru elezzjonijiet parlamentari fil-Libanu, u wara dan il-Hezbollah u l-alleati ta’ dan il-partit tilfu l-maġġoranza tagħhom fil-Parlament u Najib Mikati reġa’ ġie nnominat minn maġġoranza biex jiffurma gvern ġdid, iżda naqas milli jagħmel dan minħabba l-imblokk politiku; billi s-sitwazzjoni ppersistiet sakemm skada l-mandat tal-President Michel Aoun u ħalla lill-gvern proviżorju ta’ Mikati inkarigat mill-pajjiż;
D. billi l-Hezbollah, Amal u l-alleati tagħhom irrikorrew għal tattiċi mhux kostituzzjonali biex jipprevjenu l-konklużjoni tal-votazzjoni parlamentari, bħal pereżempju ħarġu mill-Kamra wara l-ewwel rawnd, u kisru l-kworum biex tiġi mblukkata l-elezzjoni tal-kandidat tal-oppożizzjoni; billi l-iSpeaker tal-Parlament tal-Libanu Namih Berri jirrifjuta li jorganizza rawnds ta’ votazzjoni miftuħa biex jiġi elett President, u dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni Libaniża; billi dan irriżulta f’10 xhur ta’ blokkjar tal-elezzjonijiet presidenzjali fi żmien ta’ ħtieġa kbira għal president biex jiġu implimentati r-riformi meħtieġa, jiġi prevjenut il-kollass totali u jiġu restawrati l-istituzzjonijiet tal-istat u s-sistema demokratika; billi dan l-imblokk politiku huwa konsegwenza ta’ kriżi politika, ekonomika u soċjali b’ħafna saffi li tolqot l-isferi kollha tal-Istat Libaniż;
E. billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 tipprevedi l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet kontra persuni u entitajiet li jkunu “responsabbli għall-imminar tad-demokrazija jew tal-istat tad-dritt fil-Libanu”;
F. billi l-elezzjonijiet muniċipali fil-Libanu kellhom isiru fil-31 ta’ Mejju 2023, u issa ġew posposti għat-tieni sena konsekuttiva; billi l-Ministru tal-Intern proviżorju tal-Libanu Bassam Mawlawi żgura li l-pajjiż kien lest biex jorganizza l-elezzjonijiet muniċipali; billi l-Koordinatur Speċjali tan-NU għal-Libanu jappoġġja bis-sħiħ dawn l-elezzjonijiet u jqishom importanti biex jinżammu l-iskedi ta’ żmien kostituzzjonali u l-prattiki demokratiċi tal-Libanu, fi żmien meta l-pajjiż diġà qed jiffaċċja pożizzjoni presidenzjali vakanti u paraliżi istituzzjonali mifruxa; billi l-Parlament Libaniż, bil-voti ta’ Hezbollah, Amal, tal-Moviment Patrijotiku Liberu u tal-gruppi politiċi alleati tagħhom, iddeċieda li jipposponi l-elezzjonijiet muniċipali tal-pajjiż għal massimu ta’ sena, sal-31 ta’ Mejju 2024, minħabba skarsezzi ta’ finanzjament; billi dan il-posponiment jista’ jkompli jżid il-paraliżi istituzzjonali eżistenti u n-nuqqas ta’ fiduċja tal-poplu Libaniż fid-demokrazija;
G. billi t-tbatija ekonomika, il-politiki ta’ awsterità u l-korruzzjoni mifruxa wasslu għal diversi mewġiet ta’ protesti f’dawn l-aħħar snin, li l-akbar waħda minnhom seħħet fi żmien l-anniversarju tar-rivoluzzjoni tas-17 ta’ Ottubru, li bdiet fl-2019; billi l-protesti u l-inkwiet soċjali għadhom komuni minħabba dawn ir-raġunijiet, u għadhom iseħħu fil-pajjiż kollu;
H. billi l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut fl-4 ta’ Awwissu 2020, li għadha l-akbar splużjoni mhux nukleari li qatt seħħet fid-dinja, qatlet aktar minn 220 persuna, inkluż aktar minn 20 ċittadin tal-UE, darbet 7 000, spostat 300 000 persuna u qerdet jew għamlet ħsara lil 74 000 dar;
I. billi tliet snin wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut, l-investigazzjoni domestika dwar il-kawżi li wasslu għaliha ġiet ostakolata b’mod attiv, l-aktar minħabba l-abbuż ta’ poter eżerċitat minn atturi politiċi inkluż il-Hezbollah, l-alleati tiegħu, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Prosekutur Ġenerali; billi l-korruzzjoni, il-ġestjoni ħażina u n-negliġenza li ilhom jeżistu, flimkien mal-istruttura tal-ġestjoni tal-port, ippermettew li kompost esplożiv ħafna (nitrat tal-ammonju) kien maħżun bla prekawzjonijiet fil-port għal kważi sitt snin, minkejja t-twissijiet minn uffiċjali lokali; billi fl-4 ta’ Awwissu 2021 saret protesta tal-massa fit-toroq f’Bejrut bid-dimostranti jitolbu li tittieħed responsabbiltà għall-isplużjoni fil-port; billi protesta enormi oħra fl-14 ta’ Ottubru 2021 immexxija mill-Hezbollah u l-Amal kontra l-Imħallef Kap Investigatur Bitar inbidlet f’attakk organizzat mill-Hezbollah u l-Amal fuq id-distrett ta’ Ain El Remmenh u l-partit tal-Forzi Libaniżi, li jappoġġja l-investigazzjoni fl-isplużjoni tal-port ta’ Bejrut;
J. billi fit-2 ta’ Lulju 2021, l-Imħallef Tarek Bitar talab lill-Parlament Libaniż ineħħi l-immunità ta’ tlieta mill-membri tiegħu sabiex ikunu jistgħu jiġu akkużati b’negliġenza kriminali u omiċidju b’intenzjoni probabbli fir-rigward tal-isplużjoni tal-port, minħabba r-responsabbiltà ministerjali tagħhom waqt li kien qed jinħażen il-materjal perikoluż; billi tnejn mill-eks ministri akkużati ġew eletti mill-ġdid u bħalissa huma membri tal-parlament; billi sa Ġunju 2023, maġġoranza tal-Parlament tal-Libanu ma neħħewx l-immunità tagħhom;
K. billi Human Rights Watch, Amnesty International, Legal Action Worldwide, Legal Agenda u l-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Ġuristi ddokumentaw firxa ta’ nuqqasijiet proċedurali u sistemiċi fl-investigazzjoni domestika li jagħmluha inkapaċi titwassal ġustizzja b’mod kredibbli, inkluża l-interferenza politika flagranti, l-immunità għal uffiċjali politiċi ta’ livell għoli u n-nuqqas ta’ rispett għal proċess ġust u standards ta’ proċess xieraq; billi, f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-istabbiliment ta’ missjoni internazzjonali ta’ ġbir ta’ informazzjoni awtorizzata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU huwa dejjem aktar importanti; billi aktar minn 162 organizzazzjoni tad-drittijiet (kemm Libaniżi kif ukoll internazzjonali), superstiti u qraba tal-vittmi ħeġġew lill-membri tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex iressqu riżoluzzjoni dwar dan;
L. billi l-informatur, l-eks direttur tad-dipartiment tan-narkotiċi tal-port, il-Kurunell Joseph Skaf li kien wissa lis-superjuri tiegħu dwar il-periklu tal-ħżin tas-sustanzi kimiċi fl-2014, inqatel fl-2017; billi Joe Bejjany, li ħa ritratti tal-ħangar perikoluż qabel u wara l-isplużjoni, inqatel u l-mowbajl tiegħu nsteraq f’Diċembru 2020; billi l-attivist u pubblikatur Lokman Slim inqatel fi Frar 2021, għaxart ijiem wara li akkuża lill-Hezbollah li pprovda n-nitrat tal-ammonju lir-reġim ta’ Bashar al-Assad;
M. billi mit-22 ta’ Settembru 2021, ġew ippreżentati 21 kawża legali kontra l-Investigatur Ewlieni tal-isplużjoni, l-Imħallef Tarek Bitar, u mħallfin oħra li qed janalizzaw il-każijiet, li prinċipalment jinvolvu politiċi mill-Hezbollah u l-alleati tagħhom, il-Prosekutur Ġenerali u l-Ministru tal-Ġustizzja; billi l-investigazzjoni domestika dwar l-isplużjoni ġiet sospiża mit-23 ta’ Diċembru 2021 sa Jannar 2023 wara li tnejn mill-politiċi akkużati fil-każ ressqu lment ieħor kontra l-Imħallef Bitar, kif ukoll l-ogħla qorti tal-Libanu, il-Kunsill Ġudizzjarju Għoli, li qabel kien eżamina u rrifjuta t-talba preċedenti tiegħu biex ineħħi l-Imħallef Bitar mill-kariga tiegħu; billi l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti tal-Kassazzjoni Libaniża, li issa għandha ġuriżdizzjoni, ma tistax tiddeċiedi dwar dawn il-każijiet peress li bħalissa ma għandhiex kworum minħabba li wieħed mill-membri tagħha rtira lejn l-aħħar tal-2021 u l-każ ma jistax jerġa’ jibda sakemm isiru ħatriet ġudizzjarji ġodda; billi l-Ministru tal-Finanzi proviżorju Youssef Khalil irrifjuta li jiffirma d-digriet dwar il-ħatriet ġudizzjarji, li ġiegħel lill-Imħallef Bitar iwaqqaf l-investigazzjoni mill-ġdid;
N. billi l-preżenza ta’ aktar minn miljun u nofs Sirjan fil-Libanu, flimkien ma’ madwar 15 800 rifuġjat Etjopjan, Iraqi, Sudaniż u ta’ oriġini oħra rreġistrati mal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), u madwar 207 700 rifuġjat Palestinjan, għandha impatt fuq l-ekonomija tal-Libanu u kkontribwiet għall-kriżi multidimensjonali fil-pajjiż; billi r-rifuġjati Palestinjani fil-Libanu għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi u restrizzjonijiet sostanzjali: il-maġġoranza jgħixu fil-faqar u jiddependu mill-assistenza tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) bħala s-sors ewlieni ta’ għajxien tagħhom;
O. billi, wara r-Rebbiegħa Għarbija u r-rewwixta popolari fis-Sirja tal-2011, ir-reġim ta’ Assad nieda kampanja ta’ trażżin brutali kontra l-popolazzjoni tiegħu stess, li fiha nqatlu aktar minn nofs miljun persuna u waqt li kważi nofs tal-popolazzjoni totali tal-pajjiż sabu ruħhom spustati, bir-riżultat li 6 miljun persuna sfaw rifuġjati u 7 miljun persuna ġew spostati internament; billi l-Hezbollah assista u appoġġja lir-reġim ta’ Assad fil-gwerra Sirjana, inkluż billi pprovda forzi fuq il-post u akkumpanja persunal tal-Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika fl-organizzazzjoni u t-taħriġ tal-milizzji Sirjani; billi l-fergħa militari tal-Hezbollah tinsab fuq il-lista tal-UE ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi pprojbiti;
P. billi skont rapporti tal-Human Rights Watch, għadd ta’ rifuġjati ġew detenuti u deportati lejn il-fruntiera bejn is-Sirja u l-Libanu u mgħoddija lill-awtoritajiet Sirjani;
Q. billi fil-11 ta’ Ottubru 2022, l-Iżrael u l-Libanu għamlu avvanz storiku, u laħqu ftehim biex jistabbilixxu fruntiera marittima permanenti bejniethom, li għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-prosperità taż-żewġ ġirien, kif ukoll għal dawk tar-reġjun usa’;
R. billi fl-31 ta’ Awwissu 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-riżoluzzjoni 2650 (2022), li estendiet il-mandat tal-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu (UNIFIL) sal-31 ta’ Awwissu 2023; billi fakkar fil-ħtieġa li l-forzi armati Libaniżi jiġu skjerati fin-Nofsinhar tal-Libanu u li l-partijiet kollha jirrispettaw il-waqfien tal-ostilitajiet, jipprevjenu l-ksur tal-Linja Blu u jiżguraw il-libertà tal-moviment u l-aċċess tal-UNIFIL għal-Linja Blu;
S. billi Riad Salameh, li ilu mill-1993 Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Libanu, huwa s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest internazzjonali maħruġ f’Mejju 2023 fuq talba ta’ Franza u tal-Ġermanja fuq akkużi ta’ ħasil tal-flus, frodi, falsifikazzjoni, approprjazzjoni indebita u parteċipazzjoni f’assoċjazzjoni kriminali; billi fit-28 ta’ Marzu 2022 il-Eurojust ikkonfermat li awtoritajiet minn Franza, il-Ġermanja u l-Lussemburgu kienu ssekwestraw proprjetajiet u ffriżaw assi tas-Sur Salameh b’valur ta’ EUR 120 miljun; billi s-Sur Salameh qed jiċħad kwalunkwe mġiba ħażina u qed jirrifjuta li jirriżenja; billi l-mandat tas-Sur Salameh jintemm f’Lulju 2023;
T. billi l-Prosekutur Ġenerali ta’ Monaco qed iwettaq investigazzjoni dwar il-ħasil tal-flus kontra l-Prim Ministru Mikati, li huwa inkluż ukoll fid-Dokumenti ta’ Pandora;
1. Iqis li s-sitwazzjoni preżenti tal-Libanu hija kkawżata minn politiċi fil-klassi kollha li tinsab fil-gvern u minn partiti armati b’mod illegali li qed jostakolaw il-proċess demokratiku u kostituzzjonali, u jappella għad-diżarm tagħhom; jappella lill-elit politiku tal-Libanu jerfa’ s-sehem tiegħu mir-responsabbiltà għas-sitwazzjoni attwali fil-pajjiż;
2. Iħeġġeġ lill-Parlament Libaniż jeleġġi president fl-iqsar żmien possibbli sabiex jibdew jiġu indirizzati l-kriżijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali, finanzjarji u tas-saħħa, u l-istat ta’ falliment istituzzjonali; iħeġġiġhom kollha biex finalment japprovaw u jiddefendu t-talbiet tal-poplu Libaniż; jesprimi tħassib serju dwar l-ostakli għall-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa u jistieden lill-mexxejja Libaniżi jagħtu prijorità lill-interessi nazzjonali; jiddispjaċih li l-Parlament Libaniż għad irid jeleġġi president wara 12-il sessjoni elettorali presidenzjali inkonklużiva;
3. Jesprimi dispjaċir li l-elezzjonijiet muniċipali skedati għal Mejju 2022 ġew posposti għat-tieni darba f’sentejn, u dan wassal għal imblokk politiku ulterjuri u żieda fid-diżfunzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Istat; iħeġġeġ lill-Ministeru tal-Intern u l-Muniċipalitajiet jimpenja ruħu li jorganizza l-elezzjonijiet muniċipali fis-sitt xhur li ġejjin u jipproċedi bit-tħejjija tagħhom kif xieraq; jistieden lill-awtoritajiet Libaniżi jitolbu li l-VP/RGħ jiskjera missjoni ta’ osservazzjoni elettorali, jew alternattivament, missjoni ta’ esperti elettorali, xhur qabel l-elezzjonijiet muniċipali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu l-assistenza teknika u finanzjarja kollha biex jikkontribwixxu biex jingħata lok li l-elezzjonijiet isiru fil-ħin u fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, u jistinkaw biex jiggarantixxu l-ġustizzja u t-trasparenza tal-proċess kollu, filwaqt li jinsisti li hija r-responsabbiltà tal-gvern li jalloka l-baġit meħtieġ biex isiru l-elezzjonijiet muniċipali;
4. Jitlob li jkun hemm task force umanitarja internazzjonali taħt l-awspiċji tan-NU biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-assistenza umanitarja u tissorvelja l-użu tal-fondi;
5. Jitlob lill-UE toffri lil-Libanu l-iskjerament ta’ missjoni konsultattiva amministrattiva komprensiva tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li jiġi miġġieled il-falliment aċċelerat tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi bażiċi billi jiġu provduti pjan ta’ azzjoni u l-appoġġ meħtieġ relatat; ifaħħar ir-rwol tal-ħaddiema essenzjali tas-settur pubbliku li, minkejja li s-salarji tagħhom naqsu b’aktar minn nofs f’dawn l-aħħar snin minħabba miżuri ta’ awsterità, komplew jipprovdu servizzi ewlenin lill-popolazzjoni f’oqsma bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-indokrar;
6. Jistieden lill-Gvern Libaniż biex jimplimenta malajr ir-riformi ekonomiċi, finanzjarji u ta’ governanza ewlenin li se jiżguraw l-irkupru politiku u ekonomiku, inkluża r-regolamentazzjoni kredibbli ta’ setturi ekonomiċi ewlenin, bħas-settur tal-elettriku; jilqa’ l-adozzjoni ta’ emendi għal-liġi Libaniża dwar is-segretezza bankarja bħala pass ewlieni lejn l-isfruttar tal-assistenza makrofinanzjarja internazzjonali, jiġifieri mill-Fond Monetarju Internazzjonali; jistieden lill-pajjiż ikompli jimplimenta r-riformi, inkluż fil-ġudikatura, biex jiżgura l-indipendenza u jipprevjeni l-interferenza politika u l-impunità istituzzjonalizzata fis-sistema tal-ġustizzja; ifakkar fil-ħtieġa urġenti li tiġi limitata s-setgħa eżorbitanti tal-qorti militari u li jiġu limitati l-kompetenzi tagħha biex twettaq biss proċessi għal delitti militari mwettqa mill-militar u li qatt ma tipproċedi kontra ċivili; ifakkar li l-UE, il-Bank Dinji u n-NU talbu l-istabbiliment ta’ ġudikatura indipendenti u trasparenti, l-adozzjoni ta’ liġi moderna dwar l-akkwist pubbliku u l-adozzjoni ta’ strateġija kontra l-korruzzjoni;
7. Jistieden lill-Kunsill japplika sanzjonijiet immirati fl-ambitu tal-qafas adottat mill-Kunsill fit-30 ta’ Lulju 2021 kontra dawk kollha li qed jiksru l-proċess demokratiku u elettorali fl-istituzzjonijiet Libaniżi, dawk involuti f’kondotta finanzjarja ħażina serja u dawk li jfixklu investigazzjonijiet ta’ korruzzjoni jew l-investigazzjoni domestika dwar l-isplużjoni tal-port ta’ Bejrut jew missjoni internazzjonali ta’ ġbir ta’ informazzjoni li għandha ssir, u jaħtaf l-assi tagħhom fl-UE; jinnota li l-qafas tal-Kunsill għandu jiskadi fit-30 ta’ Lulju 2023; jistieden lill-Kunsill jieħdu azzjoni immedjata biex jestenduh u jaħdmu għat-tiġdid tiegħu;
8. Ifakkar li investigazzjoni trasparenti, indipendenti, newtrali u effettiva dwar l-isplużjoni tal-port ta’ Bejrut hija prijorità u trid tiġi żgurata; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libaniżi jirrispettaw il-proċeduri ġudizzjarji u l-indipendenza tal-ġudikatura u jassistu kull sforz li jippermetti li dawk li huma responsabbli għad-deċiżjonijiet li wasslu għall-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut jiġu investigati kif xieraq u jinżammu responsabbli; jitlob li ssir missjoni internazzjonali indipendenti ta’ ġbir ta’ informazzjoni fil-Libanu biex tiġi investigata l-isplużjoni ta’ Bejrut fil-qafas tan-NU; jinsisti li dawk li jinstabu direttament jew indirettament ħatja jeħtieġ li jinżammu responsabbli għall-ħajjiet mitlufa u għall-ħsara li saret lill-poplu Libaniż; jinsisti li l-port ta’ Bejrut huwa infrastruttura ewlenija għal-Libanu u jeħtieġ li jerġa’ jinbena; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jikkooperaw bis-sħiħ mal-Imħallef Bitar, li qed imexxi l-investigazzjoni dwar l-isplużjoni tal-port;
9. Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jassistu lill-familji tal-vittmi tal-ispjużjoni tal-port ta’ Bejrut fl-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet li jippreżentaw kawżi fil-qrati nazzjonali barranin kif ukoll il-possibbiltajiet għall-prosekuzzjoni ta’ politiċi akkużati b’atroċitajiet taħt ġuriżdizzjoni universali; jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem joħroġ riżoluzzjoni li tistabbilixxi u tibgħat missjoni indipendenti u imparzjali ta’ ġbir ta’ informazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-isplużjoni ta’ Bejrut, inklużi l-kawżi fundamentali, biex tiġi stabbilita l-ħtija tal-Istat u individwali u biex jiġu promossi l-ġustizzja u r-restituzzjoni għall-vittmi;
10. Jikkundanna b’qawwa l-kultura ta’ impunità li żviluppat fil-Libanu; jinsab imħasseb dwar it-tentattivi biex jiġu intimidati l-membri indipendenti tas-soċjetà ċivili permezz ta’ diversi mezzi; jinnota li l-vittmi u l-familji ma jistgħux jistennew aktar biex issir il-ġustizzja; jappella li tintemm minnufih il-kultura ta’ impunità li tipprevali fl-istituzzjonijiet Libaniżi u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ineħħu l-ostakli kollha għall-investigazzjonijiet ġudizzjarji li għaddejjin, b’mod partikolari f’każijiet ta’ korruzzjoni;
11. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet sostenibbli biex jiġu indirizzati l-insigurtà tal-ikel u l-kriżijiet tal-enerġija u l-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ umanitarju dirett, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura; jitlob li l-appoġġ umanitarju tal-UE jkun akkumpanjat minn appoġġ għall-bdiewa u għall-ħaddiema agrikoli u forom oħra ta’ appoġġ għall-produzzjoni lokali tal-ikel, kif ukoll investiment fl-infrastruttura għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiż;
12. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar diversi każijiet ta’ ġestjoni ħażina u frodi relatati ma’ proġetti ffinanzjati mill-UE minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza u ta’ sorveljanza, kriterji ħżiena tal-għażla u tal-offerti u żamma mhux sodisfaċenti tar-rekords; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jikkunsidraw il-każ tal-allegat użu ħażin tal-fondi tal-UE għall-faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart; jissottolinja li l-UE għandha żżomm sorveljanza l-proġetti u tipprovdi finanzjament f’pagamenti parzjali wara verifiki indipendenti għal kull fażi tal-proġetti rilevanti sabiex tikkumpensa għar-riskju għoli ta’ korruzzjoni tal-Libanu; jappella lill-UE u lis-sħab tagħha jippubblikaw id-dokumenti rilevanti kollha li jippermettu skrutinju indipendenti mis-soċjetà ċivili; jissottolinja li standards u prattiki tajba bħala dawn għandhom jiġu kondiviżi fost id-donaturi internazzjonali kollha li jfittxu li jgħinu lil-Libanu, bħal fil-każ tal-appoġġ tal-UE għall-ġestjoni tal-iskart solidu fil-Libanu; itenni t-talba tiegħu għall-Kummissjoni biex iżżid l-obbligu ta’ rendikont u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Libanu; jenfasizza li l-fondi tal-UE m'għandhomx jaslu għand Hezbollah;
13. Jisħaq li l-kundizzjonijiet ma humiex issodisfati għar-ritorn volontarju u dinjituż tar-rifuġjati f’żoni suxxettibbli għall-kunflitti fis-Sirja; ifakkar fil-vulnerabbiltà tal-popolazzjoni tar-rifuġjati fil-Libanu u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi pprovdut finanzjament adegwat, prevedibbli u b’diversi livelli lill-aġenziji li jaħdmu mar-rifuġjati sabiex jiġi żgurat il-forniment sħiħ ta’ servizzi essenzjali lill-komunitajiet tar-rifuġjati fil-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex ittejjeb is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja sabiex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-kriżi tar-rifuġjati; jenfasizza li r-ritorn tar-rifuġjati għandu jkun volontarju, dinjituż u sikur, skont kriterji internazzjonali; jitlob li tkompli tingħata għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni Libaniża u lir-rifuġjati, b’kontrolli stretti; jistieden lil-Libanu jsir parti mill-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u għall-protokoll tagħha tal-1967; jitlob li tinħoloq task force internazzjonali bil-parteċipazzjoni tal-UE, tan-NU u tal-awtoritajiet Libaniżi biex jindirizzaw il-kwistjoni tar-rifuġjati; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-eskalazzjoni tar-retorika kontra r-rifuġjati mill-partiti politiċi u l-ministri Libaniżi; iħeġġeġ lil-Libanu, fil-każ ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda dwar il-migrazzjoni, biex iżomm lura mid-deportazzjoni u milli jimponi miżuri diskriminatorji u milli jinċita l-mibegħda kontra r-rifuġjati Sirjani; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu finanzjament lill-UNRWA u lir-rifuġjati Sirjani;
14. Jesprimi appoġġ għall-ħidma tal-UNIFIL tul il-fruntiera Libaniża-Iżraeljana u jikkundanna bil-qawwa l-attakki kollha fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU; jitlob, bħala kwistjoni ta’ urġenza, li dawk responsabbli jagħtu rendikont ta’ għemilhom;
15. Jistieden lill-UE żżid lill-Hezbollah b’mod sħiħ u lill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika mal-lista tagħha ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi pprojbiti;
16. Jilqa’ l-iffirmar tal-ftehim dwar id-delineazzjoni tal-fruntiera marittima bejn il-Libanu u l-Iżrael u jħeġġeġ liż-żewġ pajjiżi jkomplu bl-impenn kostruttiv tagħhom;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, lill-President tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Libanu.
L-istat tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba fid-dawl taż-żjara reċenti tar-Rappreżentant Għoli fil-gżira
154k
56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar l-istat tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni (PDCA) bejn l-UE u Kuba fid-dawl taż-żjara reċenti tar-Rappreżentant Għoli fil-gżira (2023/2744(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra(1) (PDCA), iffirmat f’Diċembru 2016 u applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Novembru 2017,
– wara li kkunsidra l-eżiti tat-tielet Djalogu formali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem skont il-PDCA, li sar fis-26 ta’ Frar 2021,
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill Konġunt UE-Kuba li saret f’Havana tas-26 ta’ Mejju 2023 u d-dikjarazzjoni konġunta tal-istampa mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Kuba wara dik il-laqgħa,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-UE fl-ewwel anniversarju tad-dimostrazzjonijiet ġewwa Kuba fil-11 u t-12 ta’ Lulju 2021,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966 u trattati u strumenti internazzjonali oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-10 ta’ Diċembru 1984, li Kuba hija Stat Parti minnha,
– wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni u l-Kodiċi Kriminali ta’ Kuba,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija għall-perjodu 2020-2024,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2506 (2023) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Konsegwenzi politiċi tal-gwerra ta’ aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna”,
– wara li kkunsidra r-Rapport Nru 83/23 dwar il-Każ 14.196 tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tad-9 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Rapport dwar l-ammissibbiltà u l-merti (pubblikazzjoni) – Oswaldo José Payà Sardiñas et al. – Kuba”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja tas-6 ta’ Awwissu 2021,
– wara li kkunsidra d-definizzjoni ta’ “organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-dokument ARES (2021) 2474104 tal-Viċi Direttur Maniġerjali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-Kontinent Amerikan,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra r-rapporti mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem bħall-Human Rights Watch, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u Prisoners Defenders,
– wara li kkunsidra l-Kapitolu IV.B dwar Kuba tar-rapport annwali 2020 tal-IACHR,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tar-Rapporteur Speċjali dwar il-forom kontemporanji ta’ skjavitù, inklużi l-kawżi u l-konsegwenzi tagħha, u r-Rapporteur Speċjali dwar it-traffikar tal-persuni, speċjalment tan-nisa u tat-tfal, tas-6 ta’ Novembru 2019 lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-servizzi mediċi Kubani,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-aħħar Rieżami Perjodiku Universali ta’ Kuba mill-2018 dwar is-servizzi mediċi Kubani,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2017(2), il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-PDCA, inklużi kundizzjonijiet ċari marbuta mat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f’Kuba fil-premessi H, I, J, L u T u l-paragrafi 7, 8, 9, 10 u 12 tiegħu; billi l-UE fakkret, matul it-tielet djalogu formali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma’ Kuba fis-26 ta’ Frar 2021, il-ħtieġa li jiġu rrispettati l-obbligi internazzjonali tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-proċess ta’ ratifika tiegħu għadu ma tlestiex kompletament u l-ftehim japplika b’mod proviżorju;
B. billi kwalunkwe djalogu politiku jrid jinkludi parteċipazzjoni intensiva u diretta ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili indipendenti u tal-atturi politiċi kollha tal-oppożizzjoni, mingħajr restrizzjonijiet, kif enfasizzat fl-Artikolu 36 tal-PDCA; billi l-Parlament ripetutament ikkundanna ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba, filwaqt li enfasizza l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(5), 2(c), 5, 22 u 43(2) tal-PDCA, li fihom il-Gvern ta’ Kuba impenja ruħu li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem;
C. billi l-Parlament fakkar ripetutament lis-SEAE li l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili indipendenti fid-djalogi politiċi u fil-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-ftehim hija parti essenzjali tal-PDCA u li l-esklużjoni tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili indipendenti mill-fondi ta’ kooperazzjoni u/jew il-parteċipazzjoni fil-ftehim, filwaqt li, għall-kuntrarju, il-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-fondi ta’ kooperazzjoni jiġu permessi biss lill-kumpaniji li fihom l-Istat jipparteċipa jew jikkontrolla, kif kien il-każ mill-iffirmar tal-ftehim, għandhom jiġu rimedjati minnufih;
D. billi l-PDCA jinkludi “klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem”, li hija element essenzjali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE, li jippermetti li l-PDCA jiġi sospiż f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fil-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2017 li tapprova l-PDCA;
E. billi l-approvazzjoni mill-Parlament tal-PDCA kienet marbuta mal-impenn mill-Kummissjoni u mis-SEAE li jiggarantixxu l-istabbiliment ta’ skambju regolari mal-Parlament dwar l-applikazzjoni tal-ftehim u dwar it-twettiq tal-obbligi reċiproċi li jinsabu fih, speċjalment dawk relatati mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-Parlament talab ukoll li s-SEAE jagħmel dak kollu possibbli biex jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali f’Kuba meta japplika l-PDCA;
F. billi r-reġim gradwalment impost fuq Kuba jeskludi kwalunkwe prospett għal bidliet demokratiċi, peress li l-Artikolu 5 tal-Kostituzzjoni ta’ Kuba jiddikjara li l-“Partit Komunista uniku, Martí, Fidelista u Marxist-Leninist ta’ Kuba” huwa l-forza politika superjuri u l-ħakkiem tas-soċjetà u tal-Istat, u peress li l-Artikoli 4 u 229 jistabbilixxu s-sistema politika attwali bħala irriversibbli;
G. billi l-Artikoli 72 sa 84 tal-Kodiċi Kriminali ta’ Kuba fihom id-definizzjoni ta’ “stat perikoluż” u “miżuri ta’ sigurtà prekriminali”, li għalihom eluf ta’ persuni qegħdin jiġu kkundannati għal bejn sena u erba’ snin ta’ priġunerija kull sena, mingħajr ma jkun hemm l-ebda reat li jista’ jiġi attribwit lilhom, u li għalihom aktar minn 8 000 persuna ġew mitfugħin il-ħabs u aktar minn 2 500 ġew ikkundannati għal xogħol furzat mingħajr detenzjoni;
H. billi l-UE toffri mudell soċjoekonomiku u soċjopolitiku bbażat fuq l-għan li s-soċjetà tkun demokratika u li jkun hemm sostenibbiltà ekonomika u soċjali; billi l-Parlament ripetutament appella għal riformi f’Kuba, li huma meħtieġa aktar minn qatt qabel meta jitqies il-kuntest tal-kriżijiet ekonomiċi, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjin bħalissa;
I. billi l-Parlament ta l-Premju Sakharov tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani fi tliet okkażjonijiet: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Libsin l-Abjad fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010; billi r-rebbieħa tal-Premju Sakharov u qrabathom għadhom qegħdin jiġu ffastidjati, intimidati b’mod regolari, u miżmuma milli jitilqu mill-pajjiż u jipparteċipaw f’avvenimenti internazzjonali;
J. billi r-Rapport tal-IACHR Nru 83/23 dwar il-Kawża 14.196 jikkonkludi li l-Istat ta’ Kuba huwa direttament responsabbli għall-imwiet ta’ Oswaldo Payá u Harold Cepero; billi r-rapport ifakkar ukoll li l-IACHR “identifikat li l-ksur tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni ġie istituzzjonalizzat ‘bħala politika tal-Istat ta’ Kuba biex jipprevjeni kwalunkwe pożizzjoni kritika li tmur kontra r-reġim jew għas-sitwazzjoni politika, tax-xogħol, edukattiva, eċċ.’”;
K. billi fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba fir-rapport annwali tagħha tal-2022, l-IACHR iddeċidiet li tinkorpora kapitolu speċjali dwar Kuba (il-Kapitolu IV.B), filwaqt li qieset li, fil-fehma tal-IACHR, is-sitwazzjoni fil-gżira tikkwalifika bħala ksur serju tal-elementi fundamentali u tal-istituzzjonijiet tad-demokrazija rappreżentattiva previsti fil-Karta Demokratika Inter-Amerikana; billi l-IACHR tqis li dawn l-elementi u l-istituzzjonijiet huma essenzjali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-IACHR tirrikonoxxi li r-reġim Kuban wettaq ksur massiv, serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem iggarantiti fid-Dikjarazzjoni Amerikana tad-Drittijiet u d-Dmirijiet tal-Bniedem, fil-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti applikabbli oħra tad-drittijiet tal-bniedem;
L. billi ma sarx progress konkret f’Kuba fir-rigward tal-prinċipji u l-objettivi ġenerali segwiti mill-ftehim lejn it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u, għall-kuntrarju, ir-reġim Kuban intensifika r-repressjoni u l-ksur tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt tax-xogħol, inkluż għadd dejjem jikber ta’ priġunieri politiċi; billi l-PDCA ma laħaqx l-għan ewlieni tiegħu li jtejjeb il-libertajiet fundamentali f’Kuba;
M. billi r-reġim ta’ Kuba saħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mar-reġim ta’ Putin mill-bidu tal-gwerra illegali, mhux ġustifikata u mhux ipprovokata ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi Kuba ma appoġġjat l-ebda riżoluzzjoni tan-NU rigward l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u faħħret l-annessjonijiet ta’ diversi provinċji Ukreni; billi l-awtoritajiet Belarussi u Kubani ħabbru li l-persunal militari tal-gżira se jirċievi taħriġ fil-Belarussja, l-aktar alleat involut fl-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, u li magħha Havana qiegħda ssaħħaħ ir-rabtiet politiċi u ekonomiċi tagħha; billi matul iż-żjara tiegħu f’Moska f’Ġunju 2023, il-Ministru għall-Forzi Armati Rivoluzzjonarji ta’ Kuba, Álvaro López Miera, iddikjara li l-espansjoni tan-NATO sal-fruntieri tar-Russja wasslet biex ir-Russja twettaq l-“operazzjoni militari speċjali” tagħha u li, f’dan il-kuntest, ir-Russja qiegħda taqdi rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-espansjoni tal-faxxiżmu fl-Ewropa;
N. billi, fir-riżoluzzjoni tagħha tat-22 ta’ Ġunju 2023, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tirrikonoxxi lil Kuba bħala alleat tar-reġim ta’ Putin u “tistieden lill-parlamenti tal-Istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa jirtiraw mir-ratifika pendenti tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba (PDCA)”;
O. billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem għadhom jiddokumentaw ir-repressjoni li għaddejja tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni, l-assemblea paċifika u l-assoċjazzjoni fil-pajjiż u l-iskoraġġiment tal-awtoritajiet Kubani tal-ilħna li ma jaqblux u li jimmiraw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi fil-31 ta’ Mejju 2023, kien hemm total ta’ 1 037 priġunier politiku u priġunieri ta’ kuxjenza f’Kuba, inklużi 35 minorenni;
P. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba hija allarmanti, b’mod partikolari għad-dissidenti u l-popolazzjonijiet vulnerabbli, bħan-nisa, id-dixxendenti Afrikani u l-komunità LGBTIQ+; billi kien hemm żieda fil-każijiet ta’ femminiċidju f’Kuba;
Q. billi r-reġim Kuban iwaħħal fl-embargo tal-Istati Uniti għall-problemi ekonomiċi kollha fil-gżira, filwaqt li l-livelli ta’ faqar f’Kuba ma huma xejn aktar mir-riżultat tal-falliment totali tas-sistema ekonomika u produttiva tagħha; billi r-reġim Kuban juża s-sitwazzjoni ekonomika bħala skuża għall-abbużi tiegħu u bħala mod kif jinkiseb l-appoġġ ta’ gvernijiet barranin li altrimenti jkunu lesti li jikkundannaw il-prattiki repressivi tal-pajjiż b’aktar qawwa;
R. billi l-fastidju u r-repressjoni mwettqa mir-reġim Kuban ilhom ikkaratterizzati minn liġijiet restrittivi, sorveljanza kostanti, tattiċi ta’ ċensura u intimidazzjoni, b’makkinarju dejjem akbar għall-kontroll tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ għaqda paċifika, filwaqt li l-individwi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ proċessi inġusti, detenzjoni arbitrarja u akkużi kriminali foloz u abbużivi; billi, skont ir-rapport tal-2021 tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Furzat, Kuba kellha talbiet għal azzjoni aktar urġenti relatati mal-għajbien furzat minn kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja fl-2021 u tinsab fit-tielet post għan-numru ġenerali ta’ talbiet bħal dawn mill-2012;
S. billi fil-11 ta’ Lulju 2021, saru l-akbar protesti f’Kuba sa mill-“Maleconazo” tal-1994; billi bosta dimostranti ġew detenuti f’Kuba mill-protesti ta’ Lulju 2021, inklużi ġurnalisti, bosta avversarji tal-gvern, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, artisti u żgħażagħ;
T. billi l-awtoritajiet Kubani rrifjutaw li jippermettu lid-diplomatiċi tal-UE jew tal-Istati Membri, il-mezzi tal-midja internazzjonali jew l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jimmonitorjaw il-proċessi ta’ dawk detenuti matul il-protesti tal-11 ta’ Lulju 2021; billi aktar minn 100 persuna ċivili Kubana li ħadu sehem fil-protesti tal-11 ta’ Lulju 2021, mhux relatati mas-servizz jew il-funzjoni militari, ġew ipproċessati minn tribunali militari, bi ksur tad-dritt internazzjonali, u ġew ikkundannati sentenzi li jvarjaw minn sentejn sa 22 sena ħabs;
U. billi dawk li qed jinżammu l-ħabs b’mod arbitrarju huma soġġetti għal iżolament kontinwu, inklużi perjodi f’ċelel tal-kastig, tortura krudili u trattament inuman mingħajr aċċess għall-avukati tagħhom jew trattament mediku xieraq, u b’hekk qed ipoġġu ħajjithom fil-periklu; billi wħud minnhom qed jinżammu detenuti f’ħabsijiet ’il bogħod minn djarhom, u dan jimpedixxi lill-familji tagħhom milli jżuruhom; billi ġie rrappurtat li aktar minn 1 000 priġunier politiku f’Kuba qed jiġu ttorturati, inklużi minorenni, żgħażagħ u nisa; billi l-organizzazzjoni Prisoners Defenders ddokumentat, f’rapport tat-30 ta’ Mejju 2023, 181 każ ta’ tortura sistematika fost il-priġunieri politiċi f’Kuba;
V. billi f’Ottubru 2020, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja kkonkluda li d-detenzjonijiet arbitrarji li seħħew f’dawn l-aħħar deċennji f’Kuba mhumiex każijiet iżolati, iżda huma pjuttost parti minn “prattika sistematika ... li fiha ... l-awtoritajiet Kubani pparteċipaw għal deċennji”;
W. billi l-ittri mir-Rapporteur Speċjali dwar forom kontemporanji ta’ skjavitù, inklużi l-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu u mir-Rapporteur Speċjali dwar it-traffikar ta’ bnedmin, speċjalment tan-nisa u t-tfal, tan-NU, tal-Human Rights Watch, tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u ta’ organizzazzjonijiet oħra ddenunzjaw il-fatt li ċ-ċivili Kubani li jaħdmu barra mill-pajjiż huma soġġetti għal traffikar ta’ bnedmin permezz ta’ liġijiet u regolamenti koerċittivi b’mod inerenti ta’ libertajiet bażiċi espliċiti ħafna, bħall-Artikolu 176 tal-Kodiċi Penali dwar il-Liġi dwar il-Migrazzjoni, ir-Riżoluzzjoni Mincex 368 tal-2020, u oħrajn; billi l-Gvern Kuban jipprojbixxi lill-ħaddiema kklassifikati bħala dawk li jaħarbu minn pajjiżhom u li ma jixtiqux jirritornaw lejn Kuba għal tmien snin skont il-Liġi dwar il-Migrazzjoni u jikkategorizzahom bħala “emigranti”, fejn jitilfu l-protezzjonijiet u d-drittijiet kollha taċ-ċittadinanza u kwalunkwe proprjetà tagħhom, u ma jitħallewx iżuru lill-uliedhom jew lill-familja tagħhom f’Kuba;
X. billi José Daniel Ferrer jibqa’ l-ħabs biss minħabba t-twemmin tiegħu u l-eżerċizzju paċifiku tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu; billi l-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu hija prekarja; billi flimkien ma’ Luis Manuel Otero Alcántara u Maykel “Osorbo” Castillo Pérez, dawn huma biss diversi eżempji tal-mijiet ta’ Kubani li qed iħabbtu wiċċhom mal-inġustizzja u r-repressjoni imposti mill-gvern tagħhom stess; billi, fis-87, 88 u 89 sessjoni tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddeċieda fuq disa’ każijiet kontra Kuba, fosthom dawk ta’ Ferrer (parti mill-Grupp tal-75, arrestat għall-involviment tiegħu fil-protesti tal-11 ta’ Lulju 2021) u Aymara Nieto (membru tan-Nisa Libsin l-Abjad, inkarċerata għal aktar minn ħames snin mingħajr kawża);
Y. billi r-rebbieħ tal-Premju Sakharov Guillermo Fariñas beda strajk tal-ġuħ ġdid fis-26 ta’ Ġunju 2023 biex jagħmel kampanja għar-rilaxx mingħajr kundizzjoni tal-priġunieri politiċi kollha fil-gżira;
Z. billi l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, ivvjaġġa lejn Kuba fil-25 ta’ Mejju 2023 biex jirrappreżenta lill-UE fit-tielet laqgħa tal-Kunsill Konġunt; billi din iż-żjara rrappreżentat opportunità biex jerġa’ jinfetaħ id-djalogu politiku bejn l-UE u Kuba u biex is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba titqiegħed fil-qalba tad-diskussjoni; billi l-VP/RGħ naqas deliberatament milli jiltaqa’ ma’ organizzazzjonijiet kredibbli u indipendenti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll ma’ priġunieri politiċi u/jew mal-qraba tagħhom;
AA. billi, matul iż-żjara tiegħu, il-VP/RGħ Borrell iddikjara pubblikament li l-UE “la għandha l-kapaċità u lanqas ir-rieda” li timponi bidliet politiċi fuq il-gżira;
AB. billi minkejja s-snin ta’ insistenza dwar il-ħtieġa li ssir żjara lill-gżira, l-awtoritajiet Kubani jirrifjutaw b’mod sistematiku li jippermettu lill-kumitati uffiċjali, lid-delegazzjonijiet u lil xi gruppi politiċi mill-Parlament Ewropew, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u osservaturi indipendenti oħra tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi r-rapporteurs speċjali tan-NU, jidħlu f’Kuba;
1. Ifakkar li l-PDCA jisħaq li “r-rispett għal u l-promozzjoni ta’ prinċipji demokratiċi, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-istrumenti internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom li huma applikabbli għall-Partijiet, u r-rispett għall-istat tad-dritt jikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim”, madankollu r-reġim ta’ Kuba kontinwament injora u kiser dawn il-prinċipji u d-drittijiet għal għexieren ta’ snin u dan il-ksur żdied fi żminijiet riċenti; jemmen li, minkejja ż-żmien li għadda mid-dħul fis-seħħ tal-PDCA, ma kien hemm l-ebda titjib fin-nuqqas ta’ demokrazija u libertajiet f’Kuba; jinnota li, għall-kuntrarju, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-gżira kompliet taggrava u kompliet tiddeterjora, bi ksur ċar u sistematiku tad-dispożizzjonijiet bażiċi tal-PDCA;
2. Jisħaq fuq l-obbligu għall-partijiet kollha li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet vinkolanti tal-PDCA u li jirrispettaw il-prinċipju tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem; juri dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-adozzjoni tal-PDCA, is-sitwazzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba marret għall-agħar; ifakkar li l-PDCA fih “klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem” bħala element essenzjali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE, li tippermetti s-sospensjoni tal-ftehim f’każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
3. Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi kontra d-dimostranti, id-difensuri politiċi, il-mexxejja reliġjużi, l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-artisti indipendenti, fost l-oħrajn, imwettaq mir-reġim ta’ Kuba; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kubani jtemmu minnufih il-politika ta’ repressjoni; jikkundanna n-nuqqas ta’ libertà reliġjuża f’Kuba;
4. Jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ dawk kollha detenuti biss bħala riżultat tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, inkluż id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika; jappella wkoll biex jitwaqqgħu akkużi kriminali abbużivi u li dawk fl-eżilju jitħallew jirritornaw f’pajjiżhom;
5. Jikkundanna l-użu tat-tortura u t-trattament ħażin mill-awtoritajiet Kubani; jappella għal investigazzjonijiet fil-pront u imparzjali u aċċess immedjat għall-kura medika tal-għażla tagħhom għad-detenuti, kif ukoll aċċess għall-familji tagħhom;
6. Itenni t-talbiet tiegħu għad-dritt ta’ proċess ġust u għall-indipendenza tal-ġudikatura, u biex persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom ikunu garantiti aċċess għal avukat indipendenti;
7. Jitlob lill-Istat ta’ Kuba jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u jiżgura d-dritt għal għaqda paċifika u l-libertà tal-espressjoni, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq fehmiet politiċi; jitlob lill-awtoritajiet Kubani jtemmu minnufih iċ-ċensura estensiva tagħhom tal-midja u l-kontroll tagħhom tal-internet; jitlob li d-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni, tal-istampa u tal-għaqda jiġu rispettati mill-awtoritajiet Kubani; jitlob lill-awtoritajiet Kubani biex jisimgħu l-ilħna taċ-ċittadini tagħhom u jinvolvu ruħhom fi djalogu nazzjonali inklużiv biex ikomplu l-proċessi ta’ modernizzazzjoni u demokratizzazzjoni tal-pajjiż;
8. Jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom is-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-mexxejja reliġjużi f’Kuba u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu appoġġ lill-vittmi kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u detenzjonijiet arbitrarji fil-pajjiż;
9. Itenni l-appoġġ sod u bla kundizzjoni tiegħu għall-poplu ta’ Kuba, għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba u għad-dedikazzjoni ta’ min ifaħħarha tagħhom għal-libertajiet li ġew miċħuda mir-reġim ta’ Kuba għal deċennji;
10. Jitlob li l-awtoritajiet Kubani jagħtu aċċess għal delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-UE u tal-Istati Membri u għal organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jissorveljaw il-proċessi u jżuru fil-ħabs lill-mijiet ta’ attivisti u lill-Kubani ordinarji li jibqgħu detenuti għall-eżerċitar tad-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda;
11. Jissottolinja li l-kriżi tad-drittijiet tal-bniedem ta’ Kuba trid tkun akkumpanjata minn rispons proporzjonali mill-UE u mill-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati l-kamp ta’ applikazzjoni u s-severità tas-sitwazzjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri, lis-SEAE u lid-delegazzjoni tiegħu f’Kuba biex jikkundannaw bil-qawwa u pubblikament il-politika repressiva tar-reġim ta’ Kuba u jżidu l-appoġġ tagħhom għal soċjetà ċivili ġenwina u indipendenti, inklużi r-rebbieħa tal-Premju Sakharov;
12. Jiddeplora n-nuqqas tal-VP/RGħ li juża l-preżenza tiegħu fil-pajjiż biex jiltaqa’ ma’ rappreżentanti indipendenti tas-soċjetà ċivili, priġunieri politiċi jew il-qraba tagħhom, li jirrappreżenta opportunità mitlufa; juri dispjaċir kbir għall-fatt li l-VP/RGħ ħela ċ-ċans li jappoġġja d-demokrazija permezz tas-soċjetà ċivili Kubana u l-priġunieri politiċi u li jibgħat messaġġ ċar dwar it-tħassib tal-UE rigward il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba; juri dispjaċir għall-effett kontroproduttiv ta’ whitewashing tar-reġim ta’ Kuba, li għalih ikkontribwixxiet iż-żjara tiegħu; ifakkar li kwalunkwe djalogu bejn l-UE u s-soċjetà ċivili u l-opportunitajiet ta’ finanzjament ta’ Kuba jrid jinkludi biss organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, mhux NGOs iffinanzjati u ttollerati mir-reġim, peress li l-appoġġ ta’ dan tal-aħħar fl-aħħar mill-aħħar huwa ekwivalenti għall-finanzjament tal-istess reġim li qed jillimita l-libertajiet fundamentali kollettivi tal-poplu ta’ Kuba; jiddeplora ħafna l-kumment tal-VP/RGħ Borrell, matul iż-żjara tiegħu f’Kuba, li l-UE “la għandha l-kapaċità u lanqas ir-rieda li timponi bidliet f’Kuba”, avolja wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-PDCA huwa li jtejjeb il-libertajiet fundamentali u l-istandards tal-għajxien għaċ-ċittadini Kubani;
13. Juri dispjaċir li, mill-iffirmar tal-PDCA, is-SEAE aċċetta d-deċiżjoni tar-reġim ta’ Kuba li jeskludi organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili milli jipparteċipaw fis-Seminars kollha tas-Soċjetà Ċivili tal-UE u Kuba bħala partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tad-djalogu skont il-ftehim(3), filwaqt li ċaħħduh minn parti essenzjali mill-iskop tiegħu u marru kontra r-rieda tal-Parlament Ewropew u tal-Istati Membri tal-UE li ffirmawh;
14. Itenni t-talba tiegħu biex l-UE tattwa l-Artikolu 85(3)(b) tal-PDCA biex titlob laqgħa immedjata tal-kumitat konġunt għal raġunijiet ta’ ksur tal-ftehim min-naħa tal-Gvern Kuban, li jikkostitwixxi “każ ta’ urġenza speċjali”, li jista’ jwassal għas-sospensjoni tal-ftehim, b’mod partikolari il-ksur kontinwu, gravi u materjali tal-prinċipji demokratiċi u n-nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet umani bażiċi kollha u għad-drittijiet fundamentali, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li huma element essenzjali ta’ dan il-ftehim, kif minqux fl-Artikolu 1(5), u n-nuqqas li jiġi indirizzat dan il-ksur minkejja l-bosta appelli biex isir dan;
15. Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex japplika d-dispożizzjonijiet tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) u jadotta sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għall-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba, billi jibda s-sanzjonar ta’ Miguel Díaz-Canel, bħala l-aktar figura għolja fil-linja ta’ kmand tal-forzi tas-sigurtà Kubani, flimkien ma’ uffiċjali oħra ta’ grad għoli fi ħdan il-Gvern ta’ Kuba;
16. Jisħaq li s-summit li jmiss bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew jirrappreżenta opportunità biex jiġu rispettati l-prinċipji tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u jitlob li l-parteċipanti kollha jirrispettaw dawn il-prinċipji; jirrimarka li dan mhux se jkun possibbli mingħajr l-inklużjoni tassew trasparenti, komprensiva u sinifikattiva tas-soċjetà ċivili indipendenti; iqis li r-reġimi awtokratiċi ma għandhomx jipparteċipaw f’tali summits fost pajjiżi li jikkondividu valuri demokratiċi u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem; jitlob lil dawk li jipparteċipaw fis-summit biex joħorġu dikjarazzjoni li titlob rispett xieraq għad-drittijiet tal-bniedem fiż-żewġ reġjuni, b’enfasi partikolari fuq in-nuqqas ta’ rispett għad-demokrazija u l-libertajiet fundamentali f’Kuba;
17. Jikkundanna l-appoġġ tar-reġim ta’ Kuba għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u d-difiża tiegħu tar-Russja u l-Belarussja; ifakkar fid-dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ li jindikaw li n-nuqqas ta’ appoġġ lill-Ukrajna kontra l-aggressjoni Russa kieku jkollu l-konsegwenzi, u jiddeplora l-fatt li dawn id-dikjarazzjonijiet urew li huma biss retorika u ma ġewx imqabbla ma’ implikazzjonijiet prattiċi;
18. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta’ Kuba, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-membri tal-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra (ĠU C 334, 19.9.2018, p. 99).
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 9, 10, 13, 15(3) u 17(3) tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikolu 298 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024, ippreżentati fis-16 ta’ Lulju 2019 minn Ursula von der Leyen fil-kapaċità tagħha ta’ kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar it-tisħiħ tat-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE billi jiġi stabbilit korp tal-etika indipendenti tal-UE(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar is-suspetti ta’ korruzzjoni mill-Qatar u l-ħtieġa usa’ ta’ trasparenza u responsabbiltà fl-istituzzjonijiet Ewropej(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023 dwar it-twaqqif ta’ Korp tal-Etika indipendenti tal-UE(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023 dwar is-segwitu mogħti lill-miżuri mitluba mill-Parlament biex tissaħħaħ l-integrità tal-istituzzjonijiet Ewropej(4),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Proposta għal korp interistituzzjonali tal-etika” (COM(2023)0311),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi l-indipendenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi u r-rappreżentanti eletti tagħhom, il-Kummissarji tal-UE u l-uffiċjali huma ta’ importanza fundamentali għat-trawwim tal-fiduċja taċ-ċittadini, li hija meħtieġa biex l-istituzzjonijiet demokratiċi jiffunzjonaw b’mod leġittimu;
B. billi r-rivelazzjonijiet reċenti dwar korruzzjoni ġustament żiedu l-iskrutinju pubbliku u politiku tal-istandards u l-prattiki attwali fi ħdan il-Parlament u istituzzjonijiet oħra;
C. billi l-qafas tal-etika attwali huwa frammentat madwar l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, li għandhom regoli, proċessi u livelli differenti ta’ infurzar, u dan joħloq sistema kumplessa li diffiċli tiġi infurzata u qed idgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE;
D. billi n-nuqqasijiet tal-qafas tal-etika attwali tal-UE jirriżultaw l-iktar mill-fatt li dan jiddependi minn approċċ awtoregolatorju u m’għandux biżżejjed riżorsi u kompetenzi biex jivverifika l-informazzjoni; billi l-ħolqien ta’ korp tal-etika indipendenti għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-leġittimità demokratika tagħhom;
E. billi t-TUE u t-TFUE jistabbilixxu qafas ta’ governanza Ewropea bbażat fuq is-separazzjoni tas-setgħat, u jistabbilixxu drittijiet u obbligi distinti għal kull istituzzjoni;
F. billi l-Parlament appoġġa b’mod wiesa’ proposta għat-twaqqif ta’ korp tal-etika indipendenti fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021;
G. billi qatt ma ġiet imposta penali finanzjarja waħda għal ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Membri; billi 26 tali ksur ġew dokumentati fir-rapporti annwali tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri;
H. billi l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2021; billi l-NGOs fiċ-ċentru tal-iskandlu Qatargate ma kinux reġistrati, iżda madankollu kellhom aċċess mingħajr xkiel għall-Parlament Ewropew; billi r-rivelazzjonijiet sussegwenti kixfu nuqqasijiet sinifikanti fis-sorveljanza u fir-responsabbiltà għall-partijiet ikkonċernati li jaġixxu f’isem pajjiżi mhux tal-UE jew b’finanzjament mingħand dawn il-pajjiżi;
1. Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ korp interistituzzjonali tal-etika hija insodisfaċenti u mhux ambizzjuża biżżejjed, u għalhekk ma twassalx għal korp tal-etika indipendenti ġenwin kif previst fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Settembru 2021 u kif imtenni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023;
2. Jiddispjaċih dwar id-dewmien twil tal-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta minkejja l-impenn meħud mill-President tal-Kummissjoni fil-linji gwida politiċi tagħha meta ġiet eletta għall-ewwel darba;
3. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni biħsiebha tiffaċilita d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet dwar l-istabbiliment tal-korp f’konformità mal-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024 sabiex tkun tista’ ssir investigazzjoni indipendenti dwar l-istandards u r-regoli attwali fl-istituzzjonijiet;
4. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni pproponiet li ħames esperti indipendenti jkunu involuti biss bħala osservaturi u mhux bħala membri sħaħ; ifakkar li l-proposta tal-Parlament tal-2021 kienet tipprevedi korp ta’ disa’ persuni magħmul minn esperti tal-etika indipendenti, minflok membru wieħed minn kull istituzzjoni parteċipanti; itenni li l-membri tal-korp jeħtieġ li jkunu indipendenti, magħżula abbażi kemm tal-kompetenza, l-esperjenza u l-kwalitajiet professjonali tagħhom, kif ukoll tal-integrità personali tagħhom, ikollhom rekord impekkabbli ta’ mġiba etika u jipprovdu dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess;
5. Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-korp tal-etika għandu jkun jista’ jinvestiga mhux biss l-allegat ksur tar-regoli etiċi iżda wkoll il-ksur tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, il-fenomenu tar- “revolving doors”, il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni u każijiet oħra ta’ mġiba ħażina u jkollu s-setgħa li jitlob dokumenti amministrattivi, filwaqt li jirrispetta l-immunità tal-Membri u l-libertà tal-mandat tagħhom u jissalvagwardja l-garanziji proċedurali applikabbli; jipproponi li l-korp tal-etika jingħata s-setgħa li jittratta każijiet individwali fuq talba minn istituzzjoni parteċipanti jew fuq proposta ta’ membru wieħed jew aktar tal-korp, inklużi l-esperti indipendenti tiegħu;
6. Jenfasizza li l-korp għandu jkun jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet għal sanzjonijiet lill-awtoritajiet responsabbli tal-istituzzjonijiet parteċipanti rispettivi; jipproponi li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jsiru pubbliċi flimkien mad-deċiżjoni meħuda mill-istituzzjoni rispettiva jew wara skadenza;
7. Jissuġġerixxi li l-esperti indipendenti jittrattaw każijiet individwali flimkien mal-membru tal-korp li jirrappreżenta l-istituzzjoni kkonċernata fil-każ individwali, li jkun jista’ jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-korp;
8. Itenni li l-korp tal-etika għandu jkun jista’ jirċievi u jivvaluta dikjarazzjonijiet ta’ interess u ta’ assi minn istituzzjonijiet parteċipanti meta dan ikun applikabbli;
9. Jissottolinja li dan il-korp għandu jkollu wkoll rwol preventiv billi joħloq sensibilizzazzjoni u jipprovdi gwida dwar kif jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess għall-membri tal-istituzzjonijiet parteċipanti; jinnota li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kompetenzi ta’ tali korp jeħtieġ li jkunu definiti b’mod ċar sabiex jiġu rrispettati kif xieraq l-awtonomija u d-differenzi istituzzjonali, kif ukoll il-funzjonijiet tal-membri tiegħu;
10. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tkopri l-membri tal-istituzzjonijiet parteċipanti iżda ma tikkonċernax il-membri tal-persunal, li huma soġġetti għal obbligi komuni fir-Regolamenti tal-Persunal; itenni t-talba tiegħu biex il-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet parteċipanti jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħidma tal-korp tal-etika;
11. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-korp jipproteġi lill-informaturi, b’mod partikolari l-uffiċjali pubbliċi Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jesprimu t-tħassib tagħhom dwar ksur possibbli tar-regoli mingħajr il-biża’ ta’ ritaljazzjoni;
12. Jitlob aktar ambizzjoni fl-istrutturar tas-segretarjat tal-korp tal-etika billi jiġi allokat riżorsi suffiċjenti, sabiex b’hekk ikun jista’ jwettaq il-kompiti kollha tiegħu;
13. Jenfasizza li l-korp tal-etika għandu jiżgura s-separazzjoni tas-setgħat u jevita d-duplikazzjoni tal-isforzi, u li l-mandat tiegħu għalhekk ma għandux jikkoinċidi ma’ dak tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, tal-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni u tal-pulizija nazzjonali, jew tal-Ombudsman Ewropew;
14. Jirrakkomanda li l-proċeduri interni tal-Parlament dwar it-trattament tal-ksur tar-regoli, b’mod partikolari l-Kodiċi ta’ Kondotta, jissaħħu, li l-katalogu tas-sanzjonijiet jiġi definit b’mod aktar ċar u li l-Kumitat konsultattiv jiġi riformat strutturalment u li jinħarġu rapporti pubbliċi regolari dwar il-ħidma tiegħu; jissottolinja li l-Parlament bħalissa qed jirrieżamina l-qafas ta’ regoli istituzzjonali tiegħu u se jkun qed jieħu miżuri ta’ riforma konkreti biex iżid is-sempliċità, it-trasparenza u l-infurzar effettiv tagħhom;
15. Jemmen li n-negozjati dwar it-trasparenza u l-etika jridu huma stess jitwettqu bi trasparenza eżemplari; jenfasizza li l-gruppi politiċi kollha għandhom ikunu rappreżentati fil-grupp ta’ kuntatt tal-Parlament li lilu se jkun qed jirrapporta t-tim tan-negozjati, kif normalment ikun il-każ;
16. Jemmen li l-kumplessità tal-partijiet ikkonċernati involuti m’għandhiex tkun raġuni għal aktar dewmien fl-istabbiliment tal-korp tal-etika; jimpenja ruħu li jikkonkludi n-negozjati interistituzzjonali sa tmiem l-2023, sabiex il-korp tal-etika l-ġdid ikun jista’ jibda jopera sa mhux aktar tard mill-bidu tal-perjodu leġiżlattiv li jmiss; jimpenja ruħu wkoll li jidħol fin-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-pożizzjoni espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021;
17. Jisħaq li fil-każ tal-Qatargate, l-NGOs allegatament intużaw bħala vetturi ta’ ndħil barrani fid-demokrazija Ewropea; jitlob rieżami urġenti tar-regolamenti eżistenti bl-għan li jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-NGOs fl-interazzjonijiet tagħhom mal-Membri;
18. Jitlob b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ standards robusti dwar it-trasparenza u l-aċċess għall-istituzzjonijiet għall-entitajiet elenkati fir-Reġistru tat-Trasparenza, inklużi l-NGOs; itenni, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ skrinjar finanzjarju preliminari komprensiv qabel ma dawn l-entitajiet jiġu elenkati fir-Reġistru tat-Trasparenza;
19. Ifakkar li l-fenomenu ta’ “revolving doors” japplika wkoll għall-NGOs, u jitlob studju ulterjuri tal-kunflitti ta’ interess f’dan ir-rigward bħala kwistjoni ta’ urġenza; jisħaq li l-membri tal-korp tal-etika jeħtiġilhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, jevitaw il-kunflitti ta’ interess u għalhekk jeħtiġilhom jastjenu mingħajr dewmien milli jaħdmu fuq fajls li għandhom x’jaqsmu mal-qasam ta’ ħidma tal-NGOs li jkunu rċevew remunerazzjoni mingħandhom;
20. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-korpi konsultattivi elenkati fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Il-pandemija tal-COVID-19: it-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet għall-futur
500k
158k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-pandemija tal-COVID-19: it-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet għall-futur (2022/2076(INI))
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 li twaqqaf kumitat speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur, u li tiddefinixxi r-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat ta’ dak il-kumitat(1), adottati skont l-Artikolu 207 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 4, 9, 12, 16, 26, 36, 45, 52, 67, 114, 122, 151, 153, 168, 169, 173, 179, 180, 181, 187, 191, 202, 207, 216, 217, 218 u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 11, 12, 16, 21, 31, 32 u 35 tagħha,
– wara li kkunsidra l-kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif emendata l-aħħar mill-51 Assemblea Dinjija tas-Saħħa,
– wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b’mod partikolari l-prinċipju 16 (il-kura tas-saħħa) u 18 (il-kura fit-tul),
– wara li kkunsidra l-mandat ta’ politika konġunt tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tad-WHO tat-28 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Mental health at work” (Is-saħħa mentali fuq ix-xogħol) u r-rapport tad-WHO tal-14 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Health and care workforce in Europe: time to act” (Is-saħħa u l-kura tal-forza tax-xogħol fl-Ewropa: wasal iż-żmien li naġixxu),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Nisiltu tagħlimiet bikrija mill-pandemija tal-COVID-19” (COM(2021)0380),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tat-tħejjija, il-kapaċità ta’ rispons u r-reżiljenza għal kriżijiet futuri,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer – lejn strateġija komprensiva u koordinata(2) u l-ħidma tal-Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer (BECA),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar it-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tistabbilixxi l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa(4),
– wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Introduzzjoni tal-HERA, l-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa, il-pass li jmiss biex titlesta l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa” (COM(2021)0576),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta” (COM(2022)0404),
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali 13/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tat-13 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Moviment liberu fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 – Skrutinju limitat tal-kontrolli fil-fruntieri interni, u azzjonijiet mhux ikkoordinati mill-Istati Membri”,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali 18/2022 tal-QEA tal-1 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19 – Ingħata rispons rapidu, iżda għad fadal sfidi biex isir l-aħjar użu mill-innovazzjoni u l-flessibbiltà mmexxija mill-kriżi”,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali 19/2022 tal-QEA tat-12 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “L-akkwist ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE – Ġew iggarantiti dożi suffiċjenti wara l-isfidi inizjali, iżda l-prestazzjoni tal-proċess ma ġietx ivvalutata b’mod suffiċjenti”,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali 01/2023 tal-QEA tal-11 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “Għodod li ffaċilitaw l-ivvjaġġar ġewwa l-UE matul il-pandemija tal-COVID-19”,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali 02/2023 tal-QEA tat-2 ta’ Frar 2023 bit-titolu “L-adattament tar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19: Il-fondi jintużaw b’mod aktar flessibbli, iżda hija meħtieġa riflessjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni bħala għodda ta’ reazzjoni għall-kriżijiet”,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali 21/2022 tal-QEA tat-8 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza – inġenerali xierqa iżda fadal riskji fl-implimentazzjoni”,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022, bit-titolu “COVID-19 – Sostenn tal-Istat tat-Tħejjija u r-Rispons tal-UE: Ħarsa ’l quddiem” (COM(2022)0190),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2022, bit-titolu “Rispons tal-UE għall-COVID-19: inħejju għall-ħarifa u x-xitwa 2023” (COM(2022)0452),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “L-Istat tal-Fiduċja fil-Vaċċin fl-Unjoni Ewropea”,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi(7),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni(8),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE(9),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(10),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE(11),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru (KE) 2679/98 (COM(2022)0459),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE(12),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91(13),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/648 tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar vouchers offruti lill-passiġġieri u lill-vjaġġaturi bħala alternattiva għar-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u servizzi tat-trasport ikkanċellati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19(14),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Aġenda tal-Konsumatur ġdida li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli” (COM(2020)0696),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2022 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern (l-Att ewropew dwar il-libertà tal-media) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (COM(2022)0457),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal(15),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli mlaqqa’ mill-Kummissarju għall-Ekonomija Paolo Gentiloni dwar l-isfidi ekonomiċi u soċjali ta’ wara l-COVID tal-1 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Era Ġdida għall-Ewropa – Kif l-Unjoni Ewropea Tista’ Tagħmel l-Aħjar Użu mill-Irkupru Pandemiku Tagħha, Issegwi Tkabbir Sostenibbli, u Tippromwovi l-Istabbiltà Globali”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-31 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Monitor on the world of work. Tenth edition – Multiple crises threaten the global labour market recovery” (Monitoraġġ fuq id-dinja tax-xogħol. L-għaxar edizzjoni – Kriżijiet multipli jheddu l-irkupru tas-suq tax-xogħol globali),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-11 ta’ Awwissu 2022 bit-titolu “Global Employment Trends for Youth 2022: Investing in transforming futures for young people” (Xejriet tal-Impjiegi Globali għaż-Żgħażagħ 2022: Ninvestu fit-trasformazzjoni tal-futur għaż-żgħażagħ),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105),
– wara li kkunsidra l-ħames Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-NU biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tingħata s-setgħa lin-nisa u t-tfajliet kollha,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 dwar Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul),
– wara li kkunsidra r-raba’ SDG tan-NU biex tiġi żgurata edukazzjoni ta’ kwalità inklużiva u ekwa u jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-UNICEF ta’ Diċembru 2013 bit-titolu “Children’s Rights in Impact Assessments: A guide for integrating children’s rights into impact assessments and taking action for children” (Id-Drittijiet tat-Tfal fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt: Gwida biex id-drittijiet tat-tfal jiġu integrati fil-valutazzjonijiet tal-impatt u biex tittieħed azzjoni għat-tfal),
– wara li kkunsidra r-rapport tan-Network Ewropew ta’ Esperti dwar l-Ekonomija tal-Edukazzjoni tal-2022 bit-titolu “Learning deficits due to the COVID-19 analysis – A literature review (2020-2022)” (Nuqqasijiet fit-tagħlim minħabba l-analiżi tal-COVID-19 – Analiżi tal-letteratura (2020-2022)),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-proprjetà intellettwali biex jappoġġja l-irkupru u r-reżiljenza tal-UE(16),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 dwar il-Portal Globali (JOIN(2021)0030),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-UE lill-Kunsill Ġenerali tad-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-risponsi urġenti tal-politika kummerċjali għall-kriżi tal-COVID-19,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO u tal-Osservatorju Ewropew għas-Sistemi u għall-Politiki tas-Saħħa tal-10 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Drawing light from the pandemic: A new strategy for health and sustainable development – A review of the evidence” (Nisiltu tagħlimiet mill-pandemija: Strateġija ġdida għas-saħħa u l-iżvilupp sostenibbli – Rieżami tal-evidenza),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Strateġija tal-UE għas-Saħħa Globali – Saħħa Aħjar għal Kulħadd f’Dinja li qed Tinbidel” (COM(2022)0675),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar finanzjament addizzjonali għar-riċerka bijomedika dwar l-Enċefalomijelite Mijalġika (ME/CFS)(17),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(18),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar is-sitwazzjoni fiż-żona Schengen wara t-tifqigħa tal-COVID-19(19),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19(20),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19(21),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “COVID-19: koordinazzjoni tal-valutazzjonijiet tas-saħħa u tal-klassifikazzjoni tar-riskji fl-UE u l-konsegwenzi għaż-żona Schengen u s-suq uniku”(22),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(23),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2021 dwar it-trasparenza tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19(24),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura(25),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2022 dwar l-impatt tal-għeluq tal-attivitajiet edukattivi, kulturali, taż-żgħażagħ u sportivi minħabba l-COVID-19 fuq it-tfal u ż-żgħażagħ fl-UE(26),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-istrateġija Ewropea għall-kura (COM(2022)0440),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “It-turiżmu u t-trasport fl-2020 u lil hinn” (COM(2020)0550),
– wara li kkunsidra l-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2021 tal-Istitut Ewropew għall-“Ugwaljanza bejn is-Sessi” tat-28 ta’ Ottubru 2021,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol tal-20 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Recovery from COVID-19: The changing structure of employment in the EU” (L-irkupru mill-COVID-19: L-istruttura li qed tinbidel tal-impjiegi fl-UE),
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Jannar 2021 bit-titolu “The response of civil society organisations to face the COVID-19 pandemic and the consequent restrictive measures adopted in Europe” (Ir-rispons tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiffaċċjaw il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi konsegwenti adottati fl-Ewropa),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-aspetti u l-implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19(27),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2023 u għall-2024(28),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-iżgurar ta’ provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi regoli li jirregolaw l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 u r-Regolament (UE) Nru 536/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 u r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (COM(2023)0193),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (COM(2023)0209),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (COM(2022)0197),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju mħejji għall-Bord tiegħu għall-Futur tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STOA) f’Diċembru 2021 bit-titolu “European pharmaceutical research and development – Could public infrastructure overcome market failures?” (Riċerka u żvilupp farmaċewtiċi Ewropej – L-infrastruttura pubblika tista’ tegħleb il-fallimenti tas-suq?),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju mħejji għall-STOA f’Ottubru 2022 bit-titolu “Fostering coherence in EU health research – Strengthening EU research for better health” (Trawwim ta’ koerenza fir-riċerka tal-UE dwar is-saħħa – Tisħiħ tar-riċerka tal-UE għal saħħa aħjar),
– wara li kkunsidra l-istudju mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (DĠ IPOL) tiegħu ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Impact of COVID-19 measures on democracy and fundamental rights – Best practices and lessons learned in the Member States and third countriesi” (L-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali – L-aħjar prattiki u tagħlimiet meħuda fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “In-nuqqas ta’ mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti”(29),
– wara li kkunsidra l-istudju tad-DĠ IPOL ta’ Jannar 2023 bit-titolu “The effect of communication and disinformation during the COVID-19 pandemic” (L-effett tal-komunikazzjoni u d-diżinformazzjoni matul il-pandemija tal-COVID-19),
– wara li kkunsidra l-workshop tad-DĠ IPOL tat-8 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “EU crisis preparedness and response” (Tħejjija u rispons tal-UE għall-kriżijiet),
– wara li kkunsidra l-workshop tad-DĠ IPOL tad-9 ta’ Marzu 2023 dwar “il-COVID fit-Tul”,
– wara li kkunsidra l-petizzjonijiet li waslu dwar il-pandemija tal-COVID-19 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-ħidma li saret matul il-pandemija tal-COVID-19 dwar kwistjonijiet relatati,
– wara li kkunsidra l-istudju tad-DĠ IPOL ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Social and Economic Consequences of COVID-19” (Il-Konsegwenzi Soċjali u Ekonomiċi tal-COVID-19),
– wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) ta’ April 2022 bit-titolu “Future Shocks 2022 – Addressing the risk and building capabilities for Europe in a contested word” (Xokkijiet Futuri 2022 – Indirizzar tar-riskju u l-bini tal-kapaċitajiet għall-Ewropa f’dinja kkontestata),
– wara li kkunsidra l-istudju tal-EPRS ta’ Jannar 2023 bit-titolu “Parliamentary oversight of governments’ response to the COVID-19 pandemic: Literature Review” (Sorveljanza parlamentari tar-rispons tal-gvernijiet għall-pandemija tal-COVID-19: Rieżami tal-Letteratura),
– wara li kkunsidra l-istudju tal-EPRS ta’ Frar 2023 bit-titolu “The European public health response to the COVID-19 pandemic: Lessons for future cross-border health threats” (Ir-rispons tas-saħħa pubblika Ewropea għall-pandemija tal-COVID-19: Tagħlimiet għal theddid transfruntier futur għas-saħħa),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Vulnerabilities of the global supply chains of medicines – Structured Dialogue on the security of medicines supply” (Il-vulnerabbiltajiet tal-ktajjen tal-provvista globali tal-mediċini – Djalogu Strutturat dwar is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar l-indirizzar tal-isfida globali tal-COVID-19: l-effetti tad-deroga mill-Ftehim TRIPS tad-WTO fuq il-vaċċini, it-trattament u t-tagħmir għall-COVID-19 u fuq iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni u ta’ manifattura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(30),
– wara li kkunsidra l-istudju dwar il-politika tas-saħħa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “The COVID-19 Pandemic and the Future of Telemedicine” (Il-Pandemija tal-COVID-19 u l-Futur tat-Telemediċina),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-7 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Access to medicines, vaccines and other health products in the context of the right of everyone to the enjoyment of the highest attainable standard of physical and mental health” (Aċċess għal mediċini, vaċċini u prodotti oħra tas-saħħa fil-kuntest tad-dritt li kulħadd igawdi mill-ogħla standard disponibbli ta’ saħħa fiżika u mentali),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-3 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “Ensuring equitable, affordable, timely and universal access for all countries to vaccines in response to the coronavirus disease (COVID-19) pandemic” (L-iżgurar ta’ aċċess ekwu, bi prezz raġonevoli, f’waqtu u universali għall-pajjiżi kollha għall-vaċċini b’rispons għall-pandemija tal-marda tal-coronavirus (COVID-19)),
– wara li kkunsidra l-Prinċipji ta’ Siracusa tal-1984 dwar id-Dispożizzjonijiet ta’ Limitazzjoni u Deroga fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna(31),
– wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tad-DĠ IPOL ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “The link between biodiversity loss and the increasing spread of zoonotic diseases” (Ir-rabta bejn it-telfien tal-bijodiversità u t-tixrid akbar tal-mard żoonotiku),
– wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO tad-29 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “A health perspective on the role of the environment in One Health” (Perspettiva tas-saħħa dwar ir-rwol tal-ambjent f’Saħħa Waħda),
– wara li kkunsidra l-bullettini tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Coronavirus pandemic in the EU – Fundamental Rights Implications” (Il-pandemija tal-coronavirus fl-UE – Implikazzjonijiet fuq id-Drittijiet Fundamentali), b’mod partikolari l-bulettin Nru 1 tat-8 ta’ April 2020, il-bulettin Nru 2 tat-28 ta’ Mejju 2020 b’enfasi fuq l-apps għat-traċċar tal-kuntatti, il-bulettin Nru 3 tat-30 ta’ Ġunju 2020 b’enfasi fuq l-anzjani, il-bulettin Nru 4 tat-30 ta’ Lulju 2020, il-bulettin Nru 5 tad-29 ta’ Settembru 2020 dwar l-impatt fuq ir-Rom u l-vjaġġaturi, il-bulettin Nru 6 tat-30 ta’ Novembru 2020 u l-bulettin Nru 7 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tnedija tal-vaċċini u l-ugwaljanza tal-aċċess fl-UE,
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-2021 u l-2022,
– wara li kkunsidra s-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew fil-Kawża 1316/2021/MIG(32) u fil-kawżi magħquda 85/2021/MIG u 86/2021/MIG(33),
– wara li kkunsidra l-estensjoni tal-mandat tal-kumitat bi tliet xhur, kif imħabbar fis-seduta plenarja tat-18 ta’ Jannar 2023,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 54 u 207 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur (A9-0217/2023),
Introduzzjoni u ħarsa ġenerali
1. Jirrikonoxxi li l-COVID-19 swiet il-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni u affettwat b’mod orizzontali l-livelli u l-aspetti kollha tas-soċjetà, u kkawżat ħsara enormi kemm fl-Ewropa kif ukoll fuq livell globali;
2. Jissottolinja li l-UE, kif ukoll il-bqija tad-dinja, ma kinitx ippreparata biżżejjed biex tlaħħaq ma’ kriżi ta’ din id-dimensjoni jew il-mewġiet ta’ xokk tagħha, li affettwaw lis-soċjetajiet u lill-ekonomiji madwar id-dinja, inkluż il-forniment ta’ servizzi edukattivi kontinwi f’każ ta’ konfinament;
3. Jisħaq li l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 ikkawża l-aktar kriżi soċjoekonomika diffiċli li kellha tiffaċċja l-Ewropa sa mit-Tieni Gwerra Dinjija; jissottolinja l-ħtieġa ta’ rispons koordinat biex jiġu appoġġjati n-negozji, il-persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema, il-persuni barra mis-suq/mill-forza tax-xogħol u speċjalment il-persuni vulnerabbli u foqra;
4. Jirrikonoxxi li ħafna professjonisti tal-kura tas-saħħa, ħaddiema essenzjali u voluntiera ssagrifikaw ħajjithom u saħħithom biex jipproteġu l-popolazzjoni Ewropea matul il-pandemija;
5. Jirrikonoxxi u japprezza l-isforzi kollettivi u l-għarfien espert li wrew il-professjonisti fil-kura tas-saħħa u r-riċerkaturi, li kienu deċiżivi biex tingħeleb il-pandemija tal-COVID-19;
6. Iqis li, minkejja n-nuqqasijiet u l-lakuni fil-promozzjoni tas-saħħa, fil-prevenzjoni tal-mard, fit-tħejjija u fir-rispons, l-UE żviluppat rispons komuni għall-pandemija u ħadet azzjonijiet biex tiżgura l-iżvilupp rapidu u d-distribuzzjoni ġusta ta’ portafoll varjat ta’ vaċċini madwar il-kontinent Ewropew u fuq livell globali;
7. Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 uriet ħtieġa ċara li jinħolqu strutturi ta’ governanza effettivi u li jiġu żviluppati politiki Ewropej għal miżuri ta’ prevenzjoni upstream biex jitnaqqas ir-riskju li jitfaċċaw patoġeni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-bidliet antropoġeniċi fl-ambjent qed jiffaċilitaw l-aċċelerazzjoni tat-tixrid ta’ patoġeni tal-annimali għall-popolazzjonijiet tal-bniedem;
8. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi Stati Membri, minflok ma adottaw approċċ Ewropew dwar il-miżuri u l-approċċi tas-saħħa, ma wrewx biżżejjed solidarjetà ma’ dawk il-pajjiżi li inizjalment kienu affettwati mill-virus u li ma kien hemm l-ebda approċċ Ewropew koordinat immedjat dwar il-miżuri u l-approċċi tas-saħħa;
9. Jenfasizza l-imġiba eċċellenti taċ-ċittadini tal-UE fil-ġlieda kontra l-pandemija u jenfasizza li l-kooperazzjoni taċ-ċittadini mal-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-impenn tagħhom għall-miżuri diffiċli adottati u għal-lockdowns li jirriżultaw mill-pandemija, kienet indispensabbli biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19; jirrikonoxxi li, mingħajr din il-kooperazzjoni, il-konsegwenzi tal-pandemija kienu jkunu ħafna agħar;
10. Jenfasizza li l-erba’ libertajiet huma elementi fundamentali tal-bini tal-proġett Ewropew; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas inizjali ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni fost l-Istati Membri dwar il-moviment liberu ta’ oġġetti essenzjali, inkluż it-tagħmir protettiv personali (PPE) u tagħmir mediku, kif ukoll il-fallimenti fit-twassil fis-suq uniku matul l-ewwel xhur tal-pandemija tal-COVID-19;
11. Jirrikonoxxi li stili ta’ ħajja mhux tajbin għas-saħħa u t-tniġġis ambjentali huma żewġ fatturi pertinenti fl-iżvilupp ta’ mard kroniku; jenfasizza li l-pazjenti li diġà kellhom kundizzjonijiet kroniċi kellhom eżiti aktar severi tal-COVID-19;
12. Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 għandha titqies bħala opportunità biex jitħaffu t-trasformazzjonijiet għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, inkluża l-adozzjoni sinifikanti tat-teknoloġiji tas-saħħa diġitali, u li sservi bħala tfakkira ċara biex tingħata prijorità lir-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħna biex tingħata attenzjoni akbar kemm lis-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali madwar l-UE; jisħaq li d-diġitalizzazzjoni kkontribwiet biex jiġi żgurat l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali matul il-pandemija tal-COVID-19 u ppermettiet li ċerti attivitajiet tas-saħħa u edukattivi jkomplu, inkluż iċ-ċertifikat COVID diġitali, li ppermetta l-libertà tal-moviment;
13. Jenfasizza li l-pandemija aggravat kwistjonijiet strutturali eżistenti fl-organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura pubbliċi tal-Istati Membri, b’mod partikolari finanzjament insuffiċjenti għas-settur madwar l-UE kollha, il-fraġilità tas-servizzi tal-kura primarja, nuqqas ta’ programmi xierqa ta’ sorveljanza u ta’ rapportar, nuqqas ta’ forza tax-xogħol, kwistjonijiet ta’ governanza u nuqqasijiet ta’ prodotti mediċinali u tagħmir mediku, filwaqt li wasslet ukoll għal “eżawriment”(34) fost il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa;
14. Jissottolinja li l-pandemija żiedet ukoll l-inugwaljanzi globali fil-produzzjoni, il-provvista u l-aċċess għal prodotti mediċinali u teknoloġiji tas-saħħa li jistgħu jsalvaw il-ħajja;
15. Jafferma l-importanza tas-sorveljanza, il-monitoraġġ, il-prevenzjoni, it-tħejjija, it-trasparenza u r-reżiljenza fid-dawl tat-tifqigħat u l-emerġenzi tas-saħħa, b’mod partikolari f’termini ta’ sistemi, provvisti u servizzi tal-kura tas-saħħa, fiż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa u d-diversifikazzjoni globali tal-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista f’oqsma ewlenin bħall-mediċini kritiċi u essenzjali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni lokali u li jiġu żviluppati u msaħħa l-kapaċitajiet eżistenti;
16. Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb ir-reżiljenza ġenerali fi żminijiet ta’ kriżijiet tas-saħħa billi jinħolqu inċentivi għall-investiment u l-iżvilupp ta’ linji ta’ produzzjoni fl-UE għall-mediċini, il-vaċċini u tagħmir mediku ieħor, kif ukoll il-materja prima u l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs);
17. Jinsab imħasseb dwar l-impatt negattiv tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-suq tax-xogħol Ewropew, dwar it-telf ta’ impjiegi mingħajr preċedent, speċjalment fis-settur kulturali u kreattiv, u dwar iż-żieda assoċjata fil-faqar u fid-diverġenzi fl-istandards tal-għajxien, li se jaffettwaw b’mod speċjali liż-żgħażagħ, lin-nisa u lill-ħaddiema f’pożizzjonijiet b’livell baxx ta’ ħiliet, fl-ekonomija informali u fl-impjiegi prekarji;
18. Jenfasizza li fl-2020, id-dinja ma kinitx lesta biex tlaħħaq mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-Ewropa kellha tiffaċċja l-aktar kriżi soċjoekonomika diffiċli tagħha mit-Tieni Gwerra Dinjija;
19. Jissottolinja l-impatt tal-pandemija fuq is-soċjetà u l-ekonomija; ifakkar li l-impatt ekonomiku tal-pandemija kkonċernata, fost l-oħrajn, it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u d-disponibbiltà ta’ prodotti bażiċi, bħall-oġġetti tal-ikel, u diversi materji primi, li n-nuqqas tagħhom iwassal għall-għeluq tas-servizzi;
20. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rispons koordinat biex jiġu appoġġjati l-ħaddiema, il-familji, il-persuni li jaħdmu għal rashom, in-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), il-persuni foqra u l-gruppi vulnerabbli, bl-użu ta’ miżuri rilevanti għal kull grupp; ifakkar fil-fatt li l-kriżi kellha impatt fuq partijiet differenti tas-soċjetà b’modi differenti, u amplifikat id-disparitajiet soċjali u ekonomiċi; ifakkar, għalhekk, li għandu jingħata prijorità lill-gruppi soċjalment żvantaġġati u dawk l-aktar affettwati mill-kriżi;
21. Jisħaq li, filwaqt li l-enfasi kienet biss fuq il-preżervazzjoni tal-kapaċità tal-isptarijiet, id-djar tal-kura sofrew minn nuqqas ta’ tagħmir protettiv, materjali, persunal u għarfien espert biex jiġġieldu l-pandemija, li rriżulta f’rati tal-mortalità eċċessiva fost l-anzjani;
22. Jirrikonoxxi li l-pandemija kkonfermat ir-rwol kruċjali tal-ekonomija soċjali u tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali fl-appoġġ tas-sistemi ekonomiċi tagħna b’mod ġenerali, kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ tħejjija u rispons f’dik li hija saħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq u l-assistenza ta’ żgħażagħ, anzjani u popolazzjonijiet vulnerabbli;
23. Jinnota b’dispjaċir li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat b’mod sproporzjonat il-benesseri mentali ta’ dawk li qed jiffaċċjaw inċertezza finanzjarja, b’konsegwenzi partikolarment negattivi għan-nisa u l-membri tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, inkluż il-minoranzi etniċi, il-komunità LGBTQIA+, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u ż-żgħażagħ;
24. Jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha affettwaw lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u enfasizzaw l-inugwaljanzi u n-nuqqasijiet eżistenti fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa;
25. Jirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat tfixkil mingħajr preċedent fl-edukazzjoni globali minħabba l-għeluq mifrux tal-iskejjel, tluq bikri mill-iskola u t-telf mingħajr preċedent fit-tagħlim, li kollha kemm huma għandhom konsegwenzi edukattivi u soċjali severi, inkluż għas-saħħa mentali u n-nutrizzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, u jsaħħu r-riskju ta’ żieda fil-vjolenza u l-abbużi; jenfasizza li skont id-WHO, il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal żieda ta’ 25 % fil-prevalenza ta’ ansjetà u dipressjoni madwar id-dinja;
26. Jenfasizza li l-pandemija żiedet l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u fi ħdan il-pajjiżi, li l-istennija tal-għomor fl-Ewropa naqset temporanjament wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u li s-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-assistenza soċjali tqiegħdu taħt stress madwar l-UE;
27. Josserva li l-emerġenza medika affettwat il-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tal-istabbiltà u r-relazzjonijiet soċjali, biddlet il-modi tax-xogħol u tal-edukazzjoni, kellha impatt fuq diversi gruppi tas-soċjetà u żiedet l-inugwaljanzi globali;
28. Jenfasizza l-importanza li niksbu t-tagħlimiet u li nkunu ppreparati aħjar għal kriżijiet futuri tas-saħħa u kriżijiet oħra u jisħaq li jrid jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-disinn, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki, il-leġiżlazzjonijiet, il-finanzjament u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni; jisħaq li aħna għadna qed nivvalutaw l-effetti tal-COVID-19 fuq is-saħħa u s-sistemi u s-servizzi tas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-COVID fit-tul;
29. Ifakkar li 65 000 000 persuna madwar id-dinja u, skont id-WHO, mill-inqas 17 000 000 persuna fl-Ewropa jbatu minn COVID fit-tul, filwaqt li ġew osservati wkoll bħala riżultat ta’ mard ieħor sindromi ta’ infezzjoni postakuta (PAIS) simili; jenfasizza li l-PAIS kollha inkluż l-PASC għandhom raggruppamenti ta’ sintomi komuni, b’mod partikolari li jistgħu jwasslu għal ME/CFS, filwaqt li f’xi pazjenti l-istess sintomi jseħħu wara l-vaċċin;
30. Jinnota li l-pazjenti jsofru minn kundizzjonijiet sistemiċi ta’ indeboliment ta’ diversi organi li ħafna drabi jiġu dijanjostikati ħażin bħala psikosomatiċi u li l-aggravar tas-sintomi wara kull tip ta’ sforz fiżiku jew mentali huwa sintomu ewlieni ta’ ME/CFS, iżda ġie osservat ukoll f’għadd ta’ pazjenti b’PASC, li huwa r-raġuni għaliex jeħtieġ li jiġi rispettat il-pass; jirrimarka li l-pazjenti jeħtieġu b’mod urġenti dijanjożi u trattament, u għalhekk hemm bżonn ta’ finanzjament immirat għar-riċerka ta’ riċerka trażlazzjonali u klinika u ta’ studji kruċjali sussegwenti; ifakkar li n-nisa jbatu b’mod sinifikanti aktar spiss minn PASC u li huma affettwati l-gruppi kollha ta’ età, inklużi t-tfal u l-adolexxenti; ifakkar li PAIS hija wkoll theddida għall-ekonomija, peress li mard fit-tul jipprevjeni lin-nies milli jirritornaw fis-suq tax-xogħol u jżid ir-riskju tagħhom ta’ tbatija ekonomika; jirrimarka, fid-dawl ta’ pandemiji futuri, li hija meħtieġa strateġija PAIS li tindirizza b’mod komprensiv it-theddida ta’ mard kroniku wara infezzjoni;
31. Jenfasizza li l-mard awtoimmunoloġiku b’mod ġenerali mhuwiex mifhum sew(35) u li PAIS huwa fil-biċċa l-kbira injorat ukoll(36); jinnota li l-mediċina ta’ aptameru tad-DNA BC 007 qed tindirizza l-awtoimmunità u kellha suċċess fil-fejqan tal-COVID fit-tul fi studju żgħir fl-University Hospital Erlangen u li BC 007 għandha affinità għolja ma’ antikorpi li jeħlu mar-riċettur akkoppjat mal-proteina-G bl-effett ta’ newtralizzazzjoni ta’ dawn l-antikorpi(37); ifakkar li l-finanzjament għall-prova klinika tal-fażi II(b) huwa nieqes;
32. Jenfasizza li r-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni - fost affarijiet oħra - ippermettew l-iżvilupp u t-tnedija tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fi żmien qasir ħafna u b’hekk salvaw miljuni ta’ ħajjiet madwar id-dinja;
33. Josserva li huwa essenzjali li l-Unjoni twettaq riċerka antiċipattiva dwar it-theddid attwali u futur potenzjali, bħar-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, li jirrikjedu tħejjija estensiva;
34. Jafferma li l-pandemija tal-COVID-19 ingħelbet ukoll bis-saħħa tal-innovazzjoni, ix-xjenza li ppermettiet li jkun hemm vaċċini disponibbli u bis-saħħa tal-intelliġenza kollettiva enormi li wrew il-professjonisti tas-saħħa fl-UE kollha;
35. Jisħaq fuq il-fatt li politika tas-saħħa Ewropea magħquda u koordinata tista’ tkun wieħed mill-fatturi fil-kontribut għall-indirizzar tat-tixrid ta’ informazzjoni falza dwar is-saħħa;
36. Jisħaq li fin-nuqqas ta’ politika tas-saħħa Ewropea magħquda u koordinata, tħalla wisq spazju miftuħ għal bosta atturi mhux xjentifiċi li wasslu lill-media informazzjoni perikoluża u falza;
37. Jisħaq li l-Ewropa tista’ biss tgħaddi minn theddid futur għas-saħħa jekk l-Istati Membri jingħaqdu flimkien f’solidarjetà, jerfgħu r-responsabbiltà u jagħmlu użu mill-istrumenti disponibbli tas-suq uniku biex jikkoordinaw aħjar kemm it-tħejjija kif ukoll il-ġestjoni għall-pandemiji, u jagħtu l-valur miżjud meħtieġ lill-gvernijiet tal-UE u liċ-ċittadini tagħhom;
38. Jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ prattiki aħjar tal-UE dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward ta’ kontromiżuri għall-kriżijiet, sabiex jissaħħu l-appoġġ u l-fiduċja taċ-ċittadini;
39. Ifakkar li t-theddid futur għas-saħħa pubblika se jkun fil-biċċa l-kbira tiegħu ta’ natura tranżnazzjonali, u li, għalhekk, hija meħtieġa analiżi tad-diviżjoni tal-kompetenzi rilevanti skont it-Trattati fis-seħħ, u riformi possibbli biex iċ-ċittadini u s-soċjetajiet tal-UE jiġu mħarsa aħjar;
40. Jissottolinja l-importanza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi ta’ evidenza xjentifika u ta’ komunikazzjoni konsistenti, adattata u koordinata filwaqt li jitqiesu l-livelli differenti ta’ litteriżmu fis-saħħa li ċ-ċittadini u n-negozji għandhom mill-partijiet ikkonċernati kollha involuti, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, il-komunità xjentifika, is-settur privat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tas-saħħa u tal-pazjenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-governanza tal-UE tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu kkonsultati u jappoġġja l-istabbiliment ta’ kumitati konsultattivi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jgħinu fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għal kull politika; jissottolinja l-ħtieġa ta’ għodod ta’ komunikazzjoni differenti li jqisu l-livelli differenti ta’ litteriżmu fis-saħħa li ċ-ċittadini u n-negozji għandhom;
41. Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ prekundizzjonijiet marbuta mal-investimenti pubbliċi fil-vaċċini kontra l-COVID-19, kif ukoll l-iżvilupp tal-mediċini li setgħu ffaċilitaw redditu pubbliku akbar fuq l-investimenti pubbliċi;
42. Jitlob lill-UE tkompli fit-triq lejn l-istabbiliment ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa li ġġib valur miżjud veru għall-governanza tas-saħħa tal-Istati Membri, speċjalment f’oqsma li ma jistgħux jiġu koperti mill-Istati Membri waħedhom, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa mressqa miċ-ċittadini fir-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jisħaq li l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa futura jeħtiġilha tħejji lill-UE u lill-Istati Membri biex jipprevjenu u jiġġieldu aħjar il-kriżijiet tas-saħħa futura u jtejbu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa Ewropej; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi evalwata fuq bażi kontinwa t-tħejjija tal-UE għal theddid transfruntier;
43. Jissottolinja li l-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tan-nies trid tkun prijorità fi kwalunkwe deċiżjoni tal-politika pubblika; jirrikonoxxi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet meħuda matul il-pandemija kienu maħsuba biex jissalvagwardjaw id-dritt għas-saħħa u għall-ħajja, iżda li xi azzjonijiet xorta waħda kellhom impatt negattiv fuq drittijiet fundamentali oħra;
44. Jenfasizza li d-drittijiet fundamentali huma drittijiet protetti bil-kostituzzjoni f’kull ħin, anke f’kundizzjonijiet ta’ emerġenza; jenfasizza li, minħabba li l-kriżi kienet bla preċedent u ta’ periklu għall-ħajja, il-gvernijiet kellhom jieħdu azzjoni rapida bi ftit tħejjija;
45. Jitlob li s-soċjetà ċivili tkun involuta fl-appoġġ tal-awtoritajiet pubbliċi matul żminijiet ta’ kriżi, meta xieraq, b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet u n-networks li jispeċjalizzaw fid-drittijiet fundamentali biex it-tfassil tal-politika jiġi adattat aħjar ħalli jiġu rrispettati d-drittijiet tan-nies;
46. Jinnota li r-rwoli tat-tfassil tal-liġijiet u tal-iskrutinju tal-parlamenti nazzjonali ddgħajfu f’xi Stati Membri, inkluż permezz tad-delega tas-setgħat leġiżlattivi lill-eżekuttiv u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri leġiżlattivi ta’ emerġenza u rapidi, u li dawn id-deċiżjonijiet iridu jiġu rieżaminati kif xieraq biex jiġi żgurat li jsegwu standards demokratiċi;
47. Jilqa’ l-isforzi tal-UE biex iżżid is-soluzzjonijiet għall-aċċess globali għall-vaċċini u għall-mediċini matul il-pandemija permezz ta’ inizjattivi kollaborattivi bħall-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 u l-COVAX, iżda jirrikonoxxi li l-UE jeħtieġ li tkun ħafna aktar minn mexxej globali biex tiżgura li jkollha rwol ċentrali fil-prevenzjoni ta’ theddid futur għas-saħħa, it-tħejjija u r-rispons għalih;
48. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar diversità globali fil-produzzjoni u fil-provvista ta’ prodotti tas-saħħa u ta’ kontromiżuri pandemiċi biex tiġi pprevenuta u mtaffija l-iskarsezza tal-provvista u l-inugwaljanzi globali fl-aċċess għal dawn il-prodotti;
49. Jilqa’ l-ambizzjoni tal-UE li tgħin fit-trawwim tas-sovranità tas-saħħa fl-Afrika u li tappoġġja l-manifattura tal-vaċċini fl-Afrika u fl-Amerka Latina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodisfaw dawn l-ambizzjonijiet billi jiżguraw trasferiment teknoloġiku sħiħ lill-produtturi lokali u billi jistabbilixxu mekkaniżmi u finanzjament għas-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tagħhom;
50. Jinnota bi tħassib li filwaqt li fl-2021 il-COVAX kellu l-għan li jakkwista u jipprovdi żewġ biljun doża, sa tmiem dik is-sena ġew ikkonsenjati inqas minn biljun doża b’aktar minn 40 % minnhom ikunu dożi b’donazzjoni;
51. Jinnota bi tħassib li bejn l-2020 u l-2022, l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 wassal biss 150 000 000 test għall-COVID-19, jew 3 % tal-4 800 000 000 test meħtieġ biex jilħaq il-mira tiegħu ta’ 100 test għal kull 100 000 persuna kuljum;
1.Saħħa
(a) Il-bini tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa għall-prevenzjoni ta’ theddid transfruntier għas-saħħa, it-tħejjija u r-rispons għalih
(i) Il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons tal-UE għat-theddid transfruntier għas-saħħa
52. Jemmen li l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tat-theddid transfruntier eżistenti u futur għas-saħħa pubblika, it-tħejjija għalih u r-rispons għalih iridu jikkostitwixxu l-pedamenti tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, bil-għan li jissaħħu r-reżiljenza, il-kwalità u l-aċċess ugwali għas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-UE għal kulħadd, kif ukoll għall-pajjiżi b’introjtu baxx u medju barra mill-UE u l-pajjiżi fin-Nofsinhar Globali, u biex tkun ippreparata aħjar f’każ ta’ pandemija ġdida jew kriżi tas-saħħa oħra fuq skala kbira;
53. Ifakkar li l-provvista ta’ investimenti adegwati fis-sistemi u s-servizzi tas-saħħa pubblika fil-livelli nazzjonali u reġjonali, inkluż il-finanzjament sostenibbli tal-politiki nazzjonali ta’ immunizzazzjoni, u l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għal dawk is-servizzi, it-titjib tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isfidi kondiviżi fil-kura tas-saħħa, u l-istabbiliment ta’ skemi konġunti ta’ akkwist tal-vaċċini u trattament biex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tagħhom iridu jkunu prijorità sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi;
54. Jinnota li waħda mill-ipoteżijiet ewlenin appoġġjati mill-komunità xjentifika dwar l-oriġini tal-pandemija tal-COVID-19 hija li l-virus tfaċċa bħala tixrid żoonotiku; jirrikonoxxi li l-aktar mod effettiv u kosteffettiv biex jiġu pprevenuti pandemiji ta’ oriġini żoonotika huwa li l-ewwel nett jiġi evitat, meta possibbli, it-tixrid ta’ patoġeni fil-bnedmin, fl-organiżmi selvaġġi u f’annimali oħra; jirrakkomanda, għalhekk, li l-approċċ ta’ Saħħa Waħda jiġi implimentat permezz ta’ politiki, leġiżlazzjoni u riċerka pubbliċi bl-involviment ta’ diversi setturi(38);
55. Jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri naqqsu l-infiq fuq is-saħħa pubblika f’dawn l-aħħar deċennji; jissottolinja li dak it-tnaqqis finanzjarju kien strumentali fin-nuqqas tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika li jidentifikaw il-COVID-19 fl-istadji preċedenti tiegħu, li rriżulta li ma setgħux aktar tard jiffaċċjaw il-pandemija b’għodod u riżorsi xierqa meta l-aktar meħtieġa;
56. Jistieden lill-Istati Membri jinvestu aktar fil-kura tas-saħħa primarja u l-integrazzjoni tal-aspetti soċjoekonomiċi tas-saħħa, inkluż billi jagħmlu użu sħiħ mill-programm l-UE għas-Saħħa, filwaqt li jindirizzaw l-isfidi relatati ma’ dan il-fond, sabiex iżidu l-kapaċità u l-flessibbiltà fis-servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika;
57. Jitlob li l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tiġi ottimizzata biex tiġi pprevenuta pressjoni eċċessiva fuq l-isptarijiet jew fuq is-servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ kriżi;
58. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa pubblika u jissuġġerixxi li jsir użu minn strumenti finanzjarji, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew il-Fond ta’ Koeżjoni, u li jsir investiment f’approċċ preventiv għas-saħħa, għall-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni;
59. Ifakkar fid-diffikultà tal-aċċess għal testijiet dijanjostiċi - bħat-testijiet tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) - matul l-ewwel mewġiet tal-pandemija, li ma kinitx tippermetti li tiġi vverifikata l-preżenza ta’ infezzjoni, li wasslu biex il-perjodi ta’ iżolament tan-nies wara kuntatt ma’ persuni pożittivi jew li wrew xi sintomi jittawlu;
60. Jitlob li jiġu kkunsidrati miżuri, bħall-użu ta’ teknoloġiji avvanzati ta’ ttestjar u skrining għal dijanjosi bikrija, peress li dawn iżidu l-għarfien rilevanti f’setturi differenti tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
61. Jilqa’ l-ħolqien li ġej ta’ network Ewropew ta’ laboratorji ta’ referenza biex jiġu appoġġjati l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, jiġu promossi prattiki tajbin u jitħeġġeġ l-allinjament volontarju mill-Istati Membri dwar id-dijanjostika, il-metodi tal-ittestjar u s-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar tal-mard;
62. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipproponu rakkomandazzjonijiet dwar skemi u programmi nazzjonali ta’ skrinjar aċċessibbli għall-pazjenti kollha;
63. Jenfasizza l-ħtieġa li l-professjonisti tal-kura primarja jiġu pprovduti b’aktar riżorsi u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-iskemi ta’ tagħlim tul il-ħajja kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-ħiliet tagħhom jibqgħu rilevanti u jkunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv għall-kriżijiet tas-saħħa pubblika; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiffinanzjaw b’mod adegwat il-kura primarja u jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd;
64. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni stabbiliet riżorsi ta’ konsulenza xjentifika kmieni, bħall-pjattaforma ta’ parir xjentifiku għall-COVID-19, f’kooperazzjoni ma’ esperti mill-Istati Membri, li għenu biex it-tfassil tal-politika jiġi informat b’mod koordinat; jissottolinja l-importanza ta’ pariri xjentifiċi multidixxiplinari għal tfassil tajjeb tal-politika;
65. Ifakkar li r-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’aġġornament dwar l-aħħar sitwazzjoni fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Istati Membru biex b’mod urġenti jwettqu testijiet tal-istress fuq is-sistemi tagħhom tal-kura tas-saħħa biex jidentifikaw dgħufijiet u jivverifikaw li huma mħejjija għall-possibbiltà li l-COVID-19, kif ukoll kwalunkwe kriżi tas-saħħa futura;
66. Jenfasizza li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimmobilizzaw għarfien espert xjentifiku f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u lil hinn b’mod koordinat u multidixxiplinari, permezz ta’ mezzi u strutturi stabbiliti jew ipprovduti legalment, skont in-natura tat-theddida identifikata, jew il-miżura li għandha titħejja, u li l-valutazzjoni korrispondenti mħejjija mill-esperti għandha tiġi żviluppata bl-użu ta’ proċess kompletament trasparenti u abbażi tal-prinċipji ta’ eċċellenza, indipendenza, imparzjalità u trasparenza;
67. Jenfasizza li l-esperti kkonsultati f’dan il-kuntest ma għandu jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew interess ieħor li jista’ jitqies bħala ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom, u li għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji u interessi oħra tagħhom, billi jaġġornawha kull sena u kull meta jkun meħtieġ f’konformità mal-proċeduri previsti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-UE; iqis li l-esperti għandhom jiżvelaw ukoll kwalunkwe fatt ieħor li jsiru jafu bih matul l-involviment tagħhom f’tali proċeduri li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jinvolvu jew jagħtu lok għal kunflitt ta’ interess;
68. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju pilota dwar l-ingranaġġ tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tas-saħħa fl-UE, biex jiġi żgurat aċċess aħjar għal prodotti mediċi bi prezz raġonevoli, u tinħoloq ekosistema tar-riċerka dinamika u ffinanzjata tajjeb;
(ii) Ir-rwol tar-Regolament dwar it-theddid transfruntier serju għas-saħħa, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA)
69. Jirrikonoxxi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa, ir-Regolament (UE) 2022/123 dwar il-mandat estiż tal-EMA, ir-Regolament (UE) 2022/2370 li jsaħħaħ il-mandat tal-ECDC(39) u l-ħolqien tal-HERA bħala eżempji ta’ strumenti importanti tal-UE li se jippermettu lill-UE ssir aktar reżiljenti u effettiva, hekk kif nimxu lejn approċċ aktar sostenibbli u orjentat lejn is-saħħa waħda għall-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni ta’ kwalunkwe emerġenza tas-saħħa futura;
70. Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni akbar fost l-EMA, l-ERA, l-ECDC u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’kooperazzjoni mal-industrija, biex il-manifattura tkun tista’ tiżdied matul emerġenzi tas-saħħa;
71. Jinkoraġġixxi li titqies il-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-aġenziji jew il-korpi rilevanti tal-Unjoni, l-infrastrutturi tar-riċerka u d-WHO, f’konformità mar-regolamenti internazzjonali tas-saħħa; jitlob li l-UE tingħata kapaċità mtejba biex tikkoordina u tiżviluppa strateġiji omoġenji dwar dawn il-kwistjonijiet billi tuża bis-sħiħ il-kompetenzi attwali previsti mit-Trattati u tesplora riformi possibbli fl-interess taċ-ċittadini;
72. Jirrikonoxxi l-ħolqien tal-HERA, bħala korp tant meħtieġ biex tittejjeb it-tħejjija tal-UE għal emerġenzi tas-saħħa, billi jiġu żgurati d-disponibbiltà ta’ kontromiżuri mediċi u l-aċċess ugwali għalihom u billi jingħata kontribut għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ emerġenzi tas-saħħa, u l-prevenzjoni u r-rispons rapidu għalihom; jissottolinja madankollu li sabiex tissodisfa l-mandat tagħha u tilħaq l-objettivi tagħha, l-HERA għandha ssir aġenzija indipendenti tal-UE b’finanzjament suffiċjenti; iqis li, jekk l-HERA tiġi aġġornata għal aġenzija awtonoma, dan iżid il-livell ta’ trasparenza u skrutinju demokratiku;
73. Jemmen li l-HERA tista’ tgħin biex tantiċipa, tinċentiva u tiżviluppa flimkien aċċess rapidu, ugwali u sostenibbli għall-prodotti mediċi matul u lil hinn miż-żminijiet ta’ kriżi; jenfasizza li t-theddid transfruntier għas-saħħa jirrikjedi rispons internazzjonali u li l-HERA, flimkien ma’ direttorati oħra tal-Kummissjoni, għandha għalhekk tkun mgħammra bl-għodod legali u finanzjarji meħtieġa biex jiġi żgurat it-trasferiment teknoloġiku, inkluż lill-produtturi f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
74. Jesprimi dispjaċir kbir għall-użu tal-Artikolu 122 tat-TFUE għall-istabbiliment tal-HERA, u li l-Parlament ġie eskluż mill-ħolqien ta’ din il-parti importanti tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa;
75. Jisħaq li l-Parlament għandu jkollu setgħat ta’ skrutinju u l-kapaċità li jissorvelja l-HERA, u b’hekk jikkontribwixxi għall-obbligu ta’ rendikont u għat-trasparenza; itenni l-ħtieġa li l-Parlament jiġi mistieden bħala osservatur fil-bord tal-kriżi tas-saħħa li għandu jiġi stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372;
76. Ifakkar li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni jeħtiġilha twettaq evalwazzjoni biex tirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa mill-HERA, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa li l-HERA tiġi stabbilita bħala entità distinta;
77. Jistenna bil-ħerqa l-istabbiliment ta’ memorandum ta’ qbil bejn id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, l-HERA u aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, u r-rieżami jew il-valutazzjoni tagħhom, hekk kif l-HERA ssir aġenzija sħiħa;
78. Jisħaq fuq l-importanza li jinżammu disponibbli kapaċitajiet addizzjonali tal-manifattura tal-vaċċini u tal-mediċini fl-Ewropa u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-proġett EU FAB, network ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni “dejjem lesti” għall-manifattura tal-vaċċini u tal-mediċini li jistgħu jiġu attivati f’każ ta’ kriżijiet futuri tas-saħħa u nuqqas ta’ mediċini essenzjali, bħala tweġiba għall-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ l-attivitajiet ta’ produzzjoni industrijali tagħha upstream u downstream fir-rigward tal-produzzjoni diversifikata tat-teknoloġija tat-tilqim u tal-vaċċini għall-APIs, il-mediċini, il-vaċċini, il-prodotti mediċi u soluzzjonijiet terapewtiċi oħra fil-fażijiet kollha tal-proċess;
79. Jisħaq li fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ mediċini(40), il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-possibbiltà li joħolqu impriża farmaċewtika Ewropea mingħajr skop ta’ qligħ, jew aktar minn waħda, li joperaw fl-interess pubbliku biex jimmanifatturaw prodotti mediċinali fin-nuqqas ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u jiġi pprevenut in-nuqqas possibbli ta’ mediċini f’każijiet ta’ emerġenza;
80. Jistieden lill-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Parlament, ikollha rwol fokali fil-kooperazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha, fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet mediċi u fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tar-riċerka; jemmen li dawn is-sħubijiet huma strumentali biex jaċċeleraw ir-rispons għall-pandemiji u għat-theddid għas-saħħa, filwaqt li tinżamm kapaċità sigura; jissottolinja li s-sħubijiet mas-settur privat għandhom jiġu ggwidati u allinjati mal-interess pubbliku u li għandhom jiġu żgurati r-redditi pubbliċi fuq l-appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż);
81. Jinnota li d-domanda urġenti u bla preċedent għal mediċini u għal kontromiżuri mediċi matul il-pandemija tal-COVID-19 ittestjat ir-riżorsi tal-EMA u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u kienet teħtieġ li wieħed jirrikorri għal miżuri ad hoc;
82. Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-EMA fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jippermettu proċessi regolatorji flessibbli u rapidi, filwaqt li jiżguraw is-sikurezza u l-effikaċja tal-vaċċini u l-prodotti mediċi, kif ukoll il-ħidma ta’ farmakoviġilanza tagħha, l-għoti rapidu ta’ pariri xjentifiċi, ir-rieżami kontinwu u l-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq; jenfasizza l-potenzjal u l-valur miżjud li dan l-approċċ ipprovda matul il-pandemija, inkluż ir-rieżami kontinwu;
83. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw l-applikazzjoni ta’ approċċ simili lil hinn minn sitwazzjonijiet ta’ pandemija u għal armonizzazzjoni akbar tal-proċeduri regolatorji, inklużi ħinijiet ta’ approvazzjoni aċċellerati u spejjeż imnaqqsa, filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza tal-pazjenti; jenfasizza li dawn il-prodotti mediċi fl-aħħar mill-aħħar jeħtieġ li jgħaddu minn awtorizzazzjoni sħiħa għat-tqegħid fis-suq biex jinżammu salvagwardji dwar is-sikurezza u l-effikaċja;
84. Jirrakkomanda li d-deċiżjonijiet tal-EMA dwar l-approvazzjoni ta’ vaċċini u prodotti mediċinali jsiru direttament applikabbli fl-Istati Membri, f’każ ta’ kriżi;
85. Iqis li l-fatt li l-aġenziji regolatorji kollha jkollhom persunal tajjeb huwa prerekwiżit biex jippermettu veloċità u flessibbiltà u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu aktar fir-riżorsi tal-EMA u tal-aġenziji nazzjonali tal-mediċina sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom;
86. Jirrakkomanda li matul l-attivitajiet tagħha, l-HERA timplimenta mekkaniżmi b’saħħithom ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, simili għal dawk stabbiliti mill-EMA, sabiex tiżgura li l-pjanijiet ta’ kontinġenza futuri għall-pandemija jiġu skrutinizzati sew u li jiġu evitati impatti mhux previsti għal kundizzjonijiet oħra ta’ mard kull fejn ikun possibbli;
87. Jitlob koordinazzjoni Ewropea akbar għat-tbassir u s-sorveljanza epidemjoloġiċi f’waqthom immexxija mill-ECDC, f’kooperazzjoni mal-EMA, l-HERA u l-Istati Membri, u li jitwettqu studji dwar l-użu ta’ mediċini eżistenti f’każ ta’ mard ġdid, li jtejbu l-kapaċità ta’ tħejjija ġenerali tal-UE;
88. Jinnota b’apprezzament li, fl-ambitu tal-mandat il-ġdid tal-EMA, it-Task Force ta’ Emerġenza tagħha ħadet f’idejha l-attivitajiet tat-task force tagħha għall-pandemija tal-COVID-19 u saret korp permanenti tal-EMA, filwaqt li tejbet l-interazzjonijiet mal-Kummissjoni, l-iżviluppaturi ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku u akkademiċi, kif ukoll il-koordinazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-UE;
89. Josserva li l-Kummissjoni tat awtorizzazzjoni tas-suq kondizzjonali għall-vaċċini għall-COVID-19, wara li rċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-EMA u l-konsultazzjoni tagħha mal-Istati Membri tal-UE, abbażi tal-fatt li l-benefiċċji tal-vaċċini jkunu ferm akbar mir-riskji potenzjali tagħhom u b’salvagwardji u kontrolli obbligatorji u riġidi ta’ wara l-approvazzjoni; ifakkar li d-disponibbiltà fil-pront tal-vaċċini fis-suq, ikkomplementata mill-użu ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq, ikkontribwiet għal tnaqqis notevoli fl-imwiet u l-ammissjonijiet fl-isptar fl-UE, kif ukoll il-protezzjoni ġenerali mill-aktar effetti severi tal-COVID-19;
90. Jissottolinja li l-awtorizzazzjoni kundizzjonali tas-suq hija għodda xierqa biex titħaffef l-awtorizzazzjoni tal-vaċċini f’emerġenza tas-saħħa pubblika bħall-pandemija tal-COVID-19; ifakkar li l-awtorizzazzjoni kundizzjonali għandha tkun limitata fiż-żmien u li l-kumpaniji għandhom japplikaw għal awtorizzazzjonijiet regolari;
91. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EMA u lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu vantaġġ mill-isforzi prammatiċi kollha li saru matul il-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari f’termini ta’ flessibbiltà regolatorja, bil-għan li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-mediċini b’mod effettiv, inklużi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jappoġġja l-użu ta’ din il-proċedura għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali ta’ interess terapewtiku ewlieni fi żminijiet ta’ kriżi u lil hinn minnhom, meta xieraq;
92. Jinnota li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE ma identifikawx is-serjetà tal-pandemija emerġenti tal-COVID-19 fil-ħin, u li d-dewmien fil-komunikazzjoni u r-reazzjoni bil-mod wasslu għat-tixrid tal-marda biex issir pandemija;
93. Iqis li dan kien ir-riżultat, fost l-oħrajn, ta’ nuqqas ta’ kondiviżjoni tad-data mill-awtoritajiet Ċiniżi, nuqqas ta’ kondiviżjoni f’waqtha ta’ data mill-Istati Membri, u nuqqas ta’ finanzjament u riżorsi adegwati għas-sorveljanza tas-saħħa pubblika, it-tħejjija għall-pandemija u l-epidemjoloġija;
94. Jappella għal aktar ċarezza dwar id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-ECDC u l-HERA fir-rigward tas-sorveljanza tal-pandemija biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompetenzi;
95. Jappoġġja l-mandat estiż tal-ECDC, peress li jipprovdi riżorsi akbar u oqsma addizzjonali ta’ kompetenza biex jippermetti monitoraġġ aħjar tal-mard fl-UE, itejjeb il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons Ewropej u jimmonitorja l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni;
(iii) L-Istrateġiji tal-UE dwar il-vaċċini u l-prodotti terapewtiċi
96. Jafferma mill-ġdid li l-istrateġija tal-UE ta’ tilqim kienet suċċess u li l-għan primarju u l-kisba tal-ġenerazzjoni attwali tal-vaċċini tas-SARS-CoV-2 huma li jiġu evitati mard serju, mewt u morbożità; jirrikonoxxi li l-vaċċini awtorizzati mill-EMA huma effettivi f’dan ir-rigward, kif muri mill-proċess ta’ tilqim kontra l-COVID-19; jissottolinja li t-tilqim f’waqtu salvaw madwar 250 000 ħajja(41) u evitaw każijiet ta’ COVID fit-tul fl-UE;
97. Ifakkar fl-importanza tal-litteriżmu fis-saħħa u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa fil-prevenzjoni, fit-tħejjija u fir-rispons għat-theddid għas-saħħa u li dan jikkontribwixxi għall-fehim aħjar tal-popolazzjoni dwar il-kontromiżuri u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ theddid differenti; jissottolinja li l-kampanji tal-edukazzjoni dwar is-saħħa bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika jistgħu jgħinu biex tittejjeb l-imġiba tal-popolazzjoni f’dan ir-rigward, u għandhom iqisu l-persuni li qed jesperjenzaw l-esklużjoni u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità fit-tagħlim; jisħaq li l-isforzi kollha biex jiżdied il-litteriżmu fis-saħħa, inkluż il-litteriżmu diġitali, għandhom iqisu l-persuni li qegħdin jesperjenzaw esklużjoni u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità fit-tagħlim; jissottolinja li għandhom jitqiesu l-inugwaljanzi fl-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-IT, flimkien mal-aċċess għalihom u l-użu tagħhom, kif ukoll fid-diskrepanzi reġjonali, nazzjonali, soċjali u ekonomiċi;
98. Iqis li l-ħeffa li biha r-riċerkaturi żviluppaw protezzjoni effettiva tal-vaċċini kienet bla preċedent u li l-UE wriet tmexxija fir-rispons globali għall-pandemija tal-COVID-19;
99. Jenfasizza li l-iżvilupp u l-użu ta’ portafoll varjat ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 magħmul minn pjattaformi multipli biex jiġu indirizzati varjanti differenti tal-virus u eżiti aħjar tal-pazjenti kkostitwew bidla radikali fil-pandemija, u dan ippermetta l-aħjar għażla għal kull pazjent u żid il-fiduċja pubblika fit-tilqim, u sostnew ir-rwol importanti tar-riċerka u l-iżvilupp tal-vaċċini inċentivati minn sussidji pubbliċi;
100. Jissottolinja li r-rispons rapidu kien ir-riżultat ta’ deċennji ta’ investimenti pubbliċi fir-riċerka dwar il-mard infettiv u s-sejbiet minnha, bħall-HIV u t-tuberkulożi, u l-kapaċità li tiżdied il-produzzjoni; jirrakkomanda li jkun hemm kundizzjonijiet aħjar mal-finanzjament pubbliku għall-futur, fir-rigward tal-istandards ta’ trasparenza dwar l-użu tal-fondi pubbliċi, it-trasferimenti tal-għarfien espert u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet;
101. Jisħaq li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE għandha tiżgura li l-Ewropa tibqa’ destinazzjoni attraenti għall-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u għandha toħloq ambjent tan-negozju fejn l-industrija farmaċewtika taħdem fl-interess tal-pazjenti u taċ-ċittadini; jafferma mill-ġdid il-konvinzjoni tiegħu li din l-effiċjenza setgħet diġà tjiebet li kieku l-Unjoni kienet inqas dipendenti fuq ċerti prodotti farmaċewtiċi u mediċi essenzjali;
102. Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-ittestjar fit-trażżin tat-tixrid tal-virus; itenni l-ħtieġa li jiġu pprovduti ħażniet ta’ materjali u reaġenti għall-ittestjar u t-tampuni; jemmen li huwa importanti li jsir investiment f’tekniki innovattivi għall-identifikazzjoni tas-SARS-CoV2 u ta’ viruses oħrajn;
103. Jilqa’ l-istrateġija tal-UE dwar il-prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19; jenfasizza li t-terapewtiċi huma komplementari għall-vaċċini u huma partikolarment ta’ benefiċċju għall-protezzjoni ta’ persuni immunokompromessi u ta’ gruppi oħra soġġetti għal effikaċja aktar baxxa tal-vaċċin;
104. Jisħaq fuq l-importanza ta’ monitoraġġ u valutazzjoni kontinwi tal-vaċċini kontra l-COVID-19 mill-EMA u mill-Istati Membri, inkluż it-traċċar tal-effetti sekondarji potenzjali; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ modi faċli biex jiġu rrapportati l-effetti sekondarji u l-pubblikazzjoni regolari ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ;
105. Jisħaq li l-Ewropa tista’ biss tgħaddi minn pandemiji futuri jekk il-familja Ewropea tingħaqad f’solidarjetà u responsabbiltà, u tuża bis-sħiħ il-kapaċitajiet tagħha biex tikkoordina aħjar u twassal il-valur miżjud meħtieġ lill-gvernijiet tal-UE u liċ-ċittadini tagħhom, permezz ta’ kollaborazzjoni aħjar mar-reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE) spiss esposti għal mard u żoonożijiet speċifiċi li l-għarfien tagħhom aktarx imexxi ’l quddiem ir-riċerka;
106. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ ħarsa ġenerali komprensiva dwar l-iżvilupp tal-COVID-19 f’partijiet differenti tad-dinja, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, biex jiġu identifikati u indirizzati aħjar id-differenzi minħabba l-klimi tropikali; jirrikonoxxi l-importanza li jitqiesu l-esperjenzi u l-għarfien mir-reġjuni ultraperiferiċi f’termini ta’ mard infettiv u żoonożi; jenfasizza l-ħtieġa ta’ network ta’ esperti fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej għal antiċipazzjoni aħjar u għarfien mediku fl-ambjenti kollha;
107. Jisħaq li r-reġjuni ultraperiferiċi mill-aspett ekonomiku ġew affettwati aktar minn konfinamenti suċċessivi, b’mod partikolari minħabba d-distanza ġeografika tagħhom u d-dipendenza qawwija tagħhom fuq kunsinni ta’ neċessitajiet bażiċi; iżid jgħid li l-għeluq tal-portijiet u l-limiti tal-merkanzija kellhom impatt partikolarment negattiv fuq dawn it-territorji kollha, li wassal għal żieda sinifikanti ħafna fl-għoli tal-ħajja; jirrakkomanda li fil-futur jiġi introdott servizz minimu biex tiġi żgurata l-provvista ta’ materja prima u l-prodotti tal-konsumatur essenzjali għal dawn it-territorji, f’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE;
108. Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa ma’ esperti mir-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE dwar il-ġestjoni u t-trattament tal-mard tropikali bħad-dengue, iċ-chikungunya jew iz-zika, li joħolqu ħsara kollaterali flimkien mal-COVID-19;
109. Jinnota li l-istrateġija dwar it-tilqim, mhux biss għall-COVID-19, tibqa’ kompetenza nazzjonali, u jappella għal rwol ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħtu għall-UE biex jiġu armonizzati l-iskeda ta’ żmien, l-ambitu u l-eżiti tal-amministrazzjoni tal-vaċċini fl-Istati Membri kollha; jirrikonoxxi t-tilqim bħala pilastru ewlieni ta’ sistemi tas-saħħa reżiljenti, benesseri tas-soċjetà u ekonomija b’saħħitha;
110. Jissottolinja l-importanza li jiġi indirizzat il-mard komunikabbli bħala theddida transfruntiera għas-saħħa pubblika, li tirrikjedi objettivi komuni u standards minimi għal kampanji ta’ tilqim, sabiex jingħelbu d-disparitajiet ewlenin fil-kopertura tat-tilqim bejn u fi ħdan l-Istati Membri u titnaqqas l-eżitazzjoni għat-tilqim;
111. Jinnota bi tħassib it-trasferiment tar-riskji finanzjarji relatati mar-responsabbiltà għal effetti negattivi serji għall-vaċċini kontra l-COVID-19 lill-Istati Membri u r-riskju li dan isir prattika standard; jenfasizza li, għall-pandemiji u għall-vaċċini akkwistati pubblikament, għandhom jiġu rrispettati r-regoli standard għar-responsabbiltà għall-mediċini; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-HERA jiżguraw li r-responsabbiltà tal-prodott tibqa’ f’idejn il-manifatturi;
112. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra skedi Ewropej komuni ta’ tilqim għall-infezzjonijiet trażmissibbli, jekk ikun meħtieġ; jirrakkomanda finanzjament sostenibbli għall-politiki nazzjonali ta’ immunizzazzjoni biex jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi tat-tilqim; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu żviluppati azzjonijiet ta’ politika biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet immunokompromessi;
113. Jirrikonoxxi li t-tnaqqis fil-fiduċja fil-vaċċini hija xejra ta’ tħassib f’ħafna pajjiżi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-eżitazzjoni għat-tilqim u jindirizzaw il-miżinformazzjoni billi jippromwovu l-informazzjoni u l-edukazzjoni pubblika permezz ta’ pjan ta’ komunikazzjoni ċar u trasparenti, li jieħu jisfrutta t-teknoloġiji diġitali;
114. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Unjoni ma akkumpanjatx l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ tilqim b’kampanja qawwija ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tat-tilqim; jitlob lill-Unjoni tiġġieled kontra l-miżinformazzjoni u l-indħil barrani fl-istrateġija tal-UE għall-vaċċini b’mod aktar effettiv;
115. Jissottolinja li l-vaċċini kontra l-COVID-19 ipprevenew miljuni ta’ mwiet(42) u mard kliniku sever; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkomunikaw b’mod trasparenti r-reazzjonijiet avversi; jemmen li t-trasparenza sħiħa, il-ġustizzja u s-solidarjetà jibnu l-fiduċja fit-tilqim;
(IV) Ir-reżiljenza, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali
116. Jinnota li, fil-bidu tal-pandemija, ħafna sistemi u servizzi tas-saħħa tal-Istati Membri ma kinux ippreparati biex ilaħħqu mal-kobor ta’ tali kriżi; jirrimarka li t-tnaqqis baġitarju fis-sistemi pubbliċi tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari t-tagħmir, il-persunal u l-faċilitajiet, kien wieħed mill-kawżi ewlenin li l-Istati Membri ma kinux qed jitħejjew b’mod adegwat għall-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa r-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali billi jsir investiment fis-saħħa pubblika;
117. Jissottolinja li, għalkemm l-impatt tal-pandemija kien differenti f’kull Stat Membru, huma ffaċċjaw ostakli komuni, fost l-oħrajn, fil-koordinazzjoni nazzjonali, il-kooperazzjoni mal-esperti, il-finanzjament tar-riċerka, l-iskambji tad-data u l-kooperazzjoni u s-solidarjetà fi ħdan l-Istati Membri; jenfasizza, barra minn hekk, li l-isfidi komuni kienu jinvolvu żieda f’daqqa fid-domanda għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, nuqqas ta’ sodod f’unitajiet ta’ kura intensiva (ICUs), nuqqas ta’ persunal, nuqqas ta’ pjanijiet ta’ tħejjija, strutturi ta’ governanza mhux ċari, ħażniet strateġiċi insuffiċjenti ta’ tagħmir protettiv personali, pjanijiet inadegwati għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet f’diffikultà ġenerali filwaqt li ċ-ċittadini jiġu pprovduti b’servizzi tal-kura tas-saħħa xierqa u diffikultajiet biex jikkomunikaw b’mod effettiv mal-pubbliku; jissottolinja li l-istabbiliment u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza, monitoraġġ u tħejjija u d-determinazzjoni ta’ strutturi ta’ governanza ċari għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali għandhom ikunu prijorità; jissottolinja l-ħtieġa ta’ sptarijiet u ċentri tal-kura tas-saħħa reżiljenti li jistgħu jiġu kkonvertiti malajr u b’mod effiċjenti f’faċilitajiet biex jgħinu matul emerġenzi epidemiċi, filwaqt li jiġi evitat tfixkil fis-servizzi regolari tal-kura tas-saħħa; jenfasizza r-rwol li għandha l-kriżi dejjem tikber tan-nuqqas ta’ ħaddiema tas-saħħa, inkluż l-“eżodu ta’ mħuħ”, f’dan il-kuntest u jissottolinja li din ix-xejra qed timmina l-kapaċità ta’ ċerti Stati Membri li jipprovdu servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa adegwati; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta biex jindirizzaw din il-kriżi fit-terminu qrib, medju u twil;
118. Jilqa’ l-azzjonijiet ta’ solidarjetà meħuda minn kumpaniji privati biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ tagħmir protettiv personali, it-tagħmir mediku u l-alkoħol, meħtieġa għall-prodotti tal-iġjene, u jaċċelleraw il-produzzjoni tagħhom; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata lista ta’ prijorità li tagħti dettalji dwar it-tagħmir u l-provvisti essenzjali li għandhom jinħażnu, li tiġi żgurata kura adegwata tal-pazjent u li jiġu mminimizzati r-riskji ta’ infezzjoni għall-persunal tal-kura tas-saħħa;
119. Jenfasizza r-rwol siewi tal-ispiżeriji komunitarji u jirrikonoxxi l-ħidma u l-isforzi straordinarji tal-ispiżjara matul l-ewwel xhur tal-pandemija, peress li servew fuq quddiem biex jipprovdu appoġġ liċ-ċittadini f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna u, f’ħafna okkażjonijiet, mingħajr aċċess għal tagħmir protettiv; jappella għal rikonoxximent akbar għall-ispiżeriji f’żoni rurali bħala servizzi essenzjali, peress li dawn jippermettu lil tali żoni jżommu l-popolazzjonijiet tagħhom u jiżguraw id-disponibbiltà tal-mediċini; jissuġġerixxi li l-ispiżeriji jista’ jkollhom rwol aktar attiv fis-sorveljanza tal-epidemjoloġija biex jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-ħolqien ta’ mard komunikabbli (CDs) u ta’ mard mhux komunikabbli (NCDs); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi s-settur tal-farmaċija fl-inizjattivi tas-saħħa pubblika tal-UE, u lill-Istati Membri jinkluduhom fil-programmi tas-saħħa, tal-kura u tar-riċerka tagħhom, peress li wera li huwa settur ewlieni fl-indirizzar tal-pandemija, peress li offra ttestjar tal-pazjenti, tilqim u pariri tal-ewwel kuntatt;
(v) L-effettività tal-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data, l-iżvilupp tas-saħħa diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa (inkluża t-trasparenza tad-data klinika), l-Ispazju tad-Data dwar is-Saħħa tal-UE
120. Jinnota li s-servizzi ta’ sorveljanza ma kinux adatti għall-iskop tagħhom u esponew il-ħtieġa li jiġu stabbiliti sistemi ddedikati għall-patoġenu l-ġdid tas-SARS-CoV-2; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-mandat estiż tal-ECDC, li għandu jtejjeb il-monitoraġġ tal-mard fl-UE;
121. Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, peress li l-UE ma kellhiex mekkaniżmu effettiv għall-ġbir u l-iskambji tad-data, kif ukoll għar-rapportar epidemjoloġiku, matul il-pandemija; jinnota li s-SARS-CoV-2 għadha ta’ theddida sinifikanti għas-saħħa pubblika u jenfasizza l-ħtieġa ta’ sorveljanza u ġbir u skambji kontinwi tad-data, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ sistemi ta’ twissija għal pandemiji li ġejjin fl-Istati Membri tal-UE;
122. Jemmen li l-UE teħtieġ aktar simplifikazzjoni regolatorja meta xieraq, il-koordinazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-provi kliniċi fil-livell tal-UE u d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-klawżoli dwar is-sikurezza u l-effikaċja, u f’konformità mal-interess pubbliku u r-ritorni;
123. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tal-kura tas-saħħa madwar l-UE u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess, speċjalment dik tal-pazjenti u tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa; jirrikonoxxi li din t-trasformazzjoni diġitali trid tiġi riflessa fil-prattika klinika u trid tinkludi mudell ta’ implimentazzjoni minn isfel għal fuq bil-parteċipazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa fl-UE kollha;
124. Jissottolinja l-importanza tad-data statistika fir-riċerka medika, b’enfasi partikolari fuq il-ħtieġa ta’ diżaggregazzjoni skont is-sess u l-ġeneru, sistemi ta’ informazzjoni interoperabbli u konformità mal-qafas Ewropew għall-protezzjoni tad-data; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-kondiviżjoni tad-data tal-provi kliniċi biex jiġu ttrasformati s-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-privatezza u jiġu protetti d-drittijiet taċ-ċittadini u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza ta’ sistemi ta’ informazzjoni interoperabbli; jenfasizza l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa bħala inizjattiva ewlenija f’dan il-qasam;
125. Jappella għall-kollaborazzjoni dwar il-bini ta’ infrastruttura għal provi kliniċi f’ħafna ċentri u għal koordinazzjoni mtejba fil-livell tal-UE, inklużi r-riżultati tar-rapportar u d-disponibbiltà tad-data għal riċerkaturi sħab, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE; ifakkar fir-Riżoluzzjoni 72.8 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa(43), li titlob li jissaħħu t-tixrid tal-provi kliniċi u l-aċċess tal-ispejjeż għalihom; jissottolinja, barra minn hekk, ir-rwol importanti tal-provi kliniċi komparattivi fl-ottimizzazzjoni tal-eżiti tas-saħħa billi jitqabblu l-interventi approvati; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-EMA jieħdu passi f’dawn iż-żewġ aspetti;
126. Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika, tiżviluppa aktar l-informazzjoni elettronika dwar il-prodott (ePI) u tippromwovi proċessi regolatorji diġitalizzati u effiċjenti meta xieraq, bħala waħda mill-għodod biex jiġu mmitigati n-nuqqasijiet ta’ mediċina f’każ li jseħħu, filwaqt li dejjem tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ fuljett ta’ informazzjoni stampat għall-prodotti kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-EMA u n-network regolatorju tal-UE, inklużi l-industrija u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, biex tiżviluppa u timplimenta l-użu tal-ePI għall-mediċini kollha fl-UE bil-lingwi kollha tal-Istati Membri fejn il-mediċini jitqiegħdu fis-suq;
127. Jisħaq fuq l-importanza tat-tħejjija tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali għall-użu potenzjali tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-teknoloġija tal-informazzjoni offruti f’dan il-qasam; jappoġġja, jekk meħtieġ, l-adattament tal-oqfsa regolatorji eżistenti tal-UE inkluża liġi mhux vinkolanti, sabiex is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u l-komunità xjentifika jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza tal-IA fl-oqsma tal-prattika klinika, it-trattament, ir-riċerka bijomedika, is-saħħa pubblika u l-amministrazzjoni tas-saħħa, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà u t-trattament xieraq tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa assistita mill-IA u jiġi żgurat ir-rispett lejn il-qafas tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, id-drittijiet fundamentali tal-pazjenti u l-liġijiet dwar in-nondiskriminazzjoni;
128. Jinnota li li l-istituzzjonijiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa ffaċċjaw theddid akbar għaċ-ċibersigurtà waqt il-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE jintroduċu miżuri li jsaħħu s-sigurtà tan-networks diġitali sabiex jipproteġu lill-istituzzjonijiet tas-saħħa u lill-pazjenti mill-attakki ċibernetiċi u jiżguraw il-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa u l-kapaċità tal-istituzzjonijiet li joperaw normalment f’kull ħin, speċjalment matul emerġenzi tas-saħħa pubblika, filwaqt li jirrispettaw il-qafas tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;
129. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-infrastruttura kritika, bħall-grilji tal-enerġija u s-sistemi finanzjarji, u li jiġi ggarantit il-funzjonament tagħhom, filwaqt li jiġu protetti minn kwalunkwe emerġenza, bħal attakki ċibernetiċi; jisħaq fuq l-importanza ta’ miżuri li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji taċ-ċibersigurtà u li jipprovdu taħriġ lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet dwar kif għandhom jipproteġu lilhom infushom, peress li dawn l-attakki ċibernetiċi jista’ jkollhom ukoll impatt fuq il-pazjenti, l-isptarijiet u s-servizzi u s-sistemi tal-kura tas-saħħa;
(vi) It-tisħiħ tal-kura tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol soċjali fl-UE li għandha titħejja għall-kriżi li jmiss
130. Huwa mħasseb li l-investiment fil-kura tas-saħħa pubblika ma ngħatax prijorità fl-Istati Membri kollha, u dan iwassal għal nuqqas ta’ persunal, effetti negattivi ġenerali f’dan il-qasam u għal livelli baxxi konsegwenti ta’ reżiljenza fis-sistemi u s-servizzi tas-saħħa pubblika fid-dawl ta’ emerġenzi possibbli ġodda u t-tranżizzjoni demografika;
131. Jitlob lill-UE tieħu rwol aktar b’saħħtu fil-gwida, il-koordinazzjoni u t-tmexxija tat-titjib tas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri; jinnota li l-użu ta’ teknoloġiji mediċi ġodda mill-persunal tal-kura tas-saħħa jista’ jagħti spinta lill-effiċjenza; jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ professjonisti mediċi u jappella għal investimenti fis-servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż il-persunal, biex jintemm l-użu sistemiku ta’ kuntratti għal żmien qasir, jittejbu l-ħiliet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u jiġu appoġġjati l-Istati Membri fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment f’żoni rurali u remoti u f’reġjuni anqas żviluppati; jistieden lill-Istati Membri, għal dan il-għan, jagħmlu użu sħiħ mill-qafas leġiżlattiv u mill-finanzjament eżistenti tal-UE sabiex jippromwovu l-mobilità tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa madwar l-UE, kemm matul il-karrieri edukattivi kif ukoll professjonali tagħhom, inkluż permezz tal-Erasmus Plus;
132. Jinkoraġġixxi l-investimenti obbligatorji fil-persunal fil-qasam tas-saħħa u tal-kura, billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-Istati Membri jiġu appoġġjati fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u fil-promozzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri f’din il-linja ta’ xogħol sabiex jattiraw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ħaddiema tal-kura tas-saħħa u dik soċjali u jindirizza n-nuqqas ta’ professjonisti mediċi u tal-kura, kif ukoll l-eżodu ta’ mħuħ fl-Unjoni;
133. Jappella għal investimenti adegwati fit-titjib tal-għadd ta’ persunal mediku u l-ħiliet tiegħu, l-ammont ta’ tagħmir mediku u l-għadd ta’ sptarijiet, kif ukoll f’teknoloġiji innovattivi tas-saħħa li jistgħu jikkontribwixxu għal titjib bħal dan; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu inklużi moduli obbligatorji ddedikati għall-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell Ewropew fil-programmi ta’ taħriġ tal-professjonisti;
134. Jemmen li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw, bħala parti mis-Semestru Ewropew, l-investimenti li jkunu għamlu fil-forzi tax-xogħol tas-saħħa u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħhom fl-ambitu ta’ proġetti marbuta mal-politiki tas-saħħa tal-UE u ffinanzjati mill-UE; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment dwar l-impatti tal-investimenti tagħhom fuq id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tas-servizzi tas-saħħa u l-kura kif ukoll dwar il-mobilità tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa biex jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ żamma aħjar tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa;
135. Jitlob li jsir studju fil-livell tal-UE dwar il-pagi, il-kundizzjonijiet u l-fatturi li jirriżultaw fi żbilanċi bejn il-ġeneri għall-ħaddiema tas-saħħa madwar l-Ewropa sabiex jiġu infurmati r-rakkomandazzjonijiet dwar dan is-suġġett;
136. Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u t-traċċar tad-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa madwar l-Ewropa fil-livell tal-UE u jirrakkomanda l-esplorazzjoni ta’ opportunitajiet biex ir-ridistribuzzjoni transfruntiera tal-forza tax-xogħol tiġi ffaċilitata u organizzata aħjar f’ċirkostanzi speċifikament rilevanti (eż. żoni tal-fruntieri), bħal permezz tal-ingranaġġ tal-istrumenti ta’ rikonoxximent professjonali reċiproċi; jenfasizza r-rwol kruċjali tat-tobba, tal-infermiera u ta’ professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa fl-għoti tat-trattament u jappella għal rikonoxximent usa’ tal-esperjenza u l-għarfien tagħhom;
137. Jisħaq li bosta ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura soċjali sofrew minn kundizzjonijiet tal-COVID-19 u tal-COVID fit-tul u li, b’riżultat ta’ dan, esperjenzaw diffikultajiet biex jirritornaw kompletament għax-xogħol; jirrikonoxxi l-pressjoni u l-piż li kellhom il-professjonisti mediċi matul il-pandemija u l-ħtieġa li jingħataw l-assistenza psikoloġika u professjonali meħtieġa; jinsisti li l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu miżuri b’saħħithom u kkoordinati biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (kemm fiżika kif ukoll mentali), b’mod partikolari matul u wara kriżi tas-saħħa; jirrikonoxxi l-impatt psikosoċjali tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-professjonisti tal-kura tas-saħħa;
138. Jirrimarka s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fir-rigward tad-disponibbiltà tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa f’ċerti Stati Membri, b’mod partikolari dawk b’livelli ta’ PDG aktar baxxi u b’hekk livelli aktar baxxi ta’ attraenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta biex jindirizzaw din il-kriżi;
139. Itenni li l-UE jeħtieġ li tieħu rwol aktar b’saħħtu fil-gwida u fl-orjentazzjoni tat-titjib tas-saħħa pubblika, peress li l-Istati Membri kollha għandhom iqisu s-saħħa pubblika u l-kura soċjali bħala prijorità għall-investimenti pubbliċi u mhux kost li għandu jiġi mminimizzat; jenfasizza li t-titjib tas-saħħa tal-popolazzjoni huwa investiment strateġiku u obbligu morali għas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna u għalhekk jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu r-rwol essenzjali tal-kura tas-saħħa pubblika;
140. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa matul il-ħajja professjonali tagħhom, kif previst fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, sabiex ikunu ppreparati aħjar għal sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza u ta’ kriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji rilevanti tal-UE jorganizzaw attivitajiet ta’ taħriġ immirati għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa f’kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-saħħa professjonali u mal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, inkluż dwar taħriġ interdixxiplinari Saħħa Waħda; jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ transfruntier konġunt, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-familjarità mas-sistemi tas-saħħa pubblika fil-qrib f’reġjuni transfruntiera;
141. Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali mal-Istati Membri ġirien biex jingħeleb in-nuqqas ta’ persunal mediku f’każ ta’ kriżi kbira; jirrakkomanda li d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa madwar l-Ewropa tiġi mmonitorjata fil-livell tal-UE;
142. Jirrikonoxxi r-rwol fundamentali li kellhom il-persunal tal-protezzjoni ċivili, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-forzi tal-infurzar tal-liġi matul il-fażijiet kollha tal-pandemija, billi pprovdew appoġġ mediku, assistenza għall-iskrinjar, għajnuna loġistika, appoġġ għall-istrateġija tat-tilqim u sikurezza matul il-perjodi ta’ konfinament;
143. Jissottolinja li l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa huma fatturi li bħalissa jikkontribwixxu għal nuqqas fil-persunal fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2022/2041(44), li titlob li jiġu abbozzati pjanijiet nazzjonali dwar it-titjib tal-kopertura tan-negozjar kollettiv fis-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali;
(VII) Ir-rwol tal-kura primarja fil-bini ta’ sistemi u servizzi tas-saħħa reżiljenti
144. Jissottolinja l-importanza tal-kura primarja u tal-“assistenza fil-qrib” fil-bini ta’ sistemi soċjali u tas-saħħa reżiljenti li jiffaċilitaw il-kontinwità tas-servizzi matul l-emerġenzi u jikkontribwixxu għall-evitar tal-konġestjoni u l-kollass tal-isptarijiet billi jsostnu l-forniment ta’ servizzi lokali essenzjali; jenfasizza r-rwol vitali tal-kura primarja u territorjali fil-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-mard komunikabbli u t-theddid transfruntier għas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat li s-servizzi jkunu disponibbli għal kulħadd, inkluż f’żoni remoti u rurali, u li kura mtejba bbażata fil-komunità tippermetti li jintlaħqu dawk li jeħtiġuha l-aktar; jenfasizza li t-titjib tal-kura primarja għandu jkun akkumpanjat minn żieda fil-kapaċità ta’ detezzjoni bikrija, iffaċilitata permezz ta’ investimenti speċifiċi;
145. Jilqa’ l-istrateġija Ewropea għall-Kura, li tissottolinja r-rwol tal-kura soċjali u jitlob approċċ aktar integrat bejn is-setturi tal-kura soċjali u tas-saħħa;
146. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiddefinixxu mill-ġdid ir-rwol tal-kura primarja, filwaqt li jagħmlu enfasi fuq il-potenzjal tagħha li tkun relatata mal-pazjenti fuq bażi ta’ kuljum, itejbu l-prevenzjoni u jippromwovu kapaċità komunitarja akbar biex ikun hemm rispons għat-theddid għas-saħħa, f’koordinazzjoni mill-qrib mas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
147. Jenfasizza l-importanza tal-kura primarja fil-forniment kontinwu ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 u fiż-żieda tal-aċċess għal tilqim ta’ rutina; jappella għal tisħiħ urġenti tal-kura primarja bir-riżorsi umani u teknoloġiċi meħtieġa, sabiex tkun tista’ tiffaċilita l-ħidma tal-epidemjoloġija u ta’ sorveljanza relatata mal-COVID-19; jinkoraġġixxi l-użu ta’ metodi innovattivi, bħat-telemediċina fis-servizzi tal-kura tas-saħħa, biex jikkomplementaw il-kura primarja u jiffaċilitaw l-aċċess għall-kura u t-trattament; jappoġġja l-bini ta’ sistema primarja tal-kura tas-saħħa li tista’ tinvolvi wkoll speċjalisti u tiggwida lill-pazjenti permezz tal-vjaġġi dijanjostiċi tagħhom;
148. Jenfasizza li l-kopertura tas-saħħa universali hija essenzjali biex tiżgura li l-persuni kollha - inkluż il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli u l-komunitajiet emarġinati, jirċievi kura f’waqtha, effettiva u bi prezzijiet raġonevoli; jissottolinja li l-pjanijiet universali ta’ aċċess għas-saħħa pubblika għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’mod inklużiv, bil-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili, tal-pazjenti, tal-ħaddiema tas-saħħa, tal-impjegaturi u tas-sħab soċjali; jissottolinja wkoll li l-effettività tas-sistemi tas-saħħa tiddependi mill-involviment, il-parteċipazzjoni u l-leġittimità perċepita tal-komunità;
149. Ifakkar li s-sistemi tas-saħħa pubblika jeħtiġilhom ikunu ħielsa minn ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji u fatturi oħra li jwasslu għal inugwaljanza u diskriminazzjoni; jitlob li jiġi ggarantit aċċess permanenti għall-konsultazzjonijiet mediċi, u servizzi tal-infermerija u psikoloġiċi, jew bit-telemediċina u t-teleassistenza jew fi spazji epidemjoloġikament sikuri fl-isptarijiet;
150. Jirrakkomanda aktar koordinazzjoni bejn l-aġendi tas-saħħa u dawk diġitali tal-UE biex tgħin fil-ħolqien ta’ komunikazzjoni u interkonnessjonijiet aħjar bejn il-kura primarja u dik sekondarja; jenfasizza l-ħtieġa ta’ protokolli ta’ koordinazzjoni u ta’ kontinġenza fost il-kura primarja, is-servizzi soċjali ġenerali u s-servizzi speċjalizzati, bħad-djar tal-kura tal-anzjani; huwa favur l-iżvilupp ta’ servizzi komunitarji tas-saħħa mentali fil-kura primarja;
151. Jissottolinja li sabiex jingħata rispons f’waqtu, effettiv, bi prezzijiet raġonevoli u adegwat lin-nies bi ħtiġijiet tas-saħħa inkluż il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli u l-komunitajiet emarġinati, il-kopertura tas-saħħa universali hija essenzjali; jenfasizza li matul emerġenzi tas-saħħa, is-servizzi ta’ prijorità u l-mekkaniżmi eżekuttivi jeħtieġ li jiġu adattati, b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u skrinjar bl-użu ta’ kapaċitajiet ta’ ttestjar fil-laboratorju u dijanjostiku;
152. Jenfasizza d-diverġenzi fis-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa u fl-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa fost l-Istati Membri u fost ir-reġjuni fi ħdan l-Istati Membri, b’mod partikolari f’żoni remoti u rurali, fir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-gżejjer periferali, fil-pajjiżi u fit-territorji extra-Ewropej u anke f’xi żoni urbani; jinnota l-isfidi fl-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa f’dawn l-oqsma, li wasslu għall-ħolqien ta’ “deżerti mediċi”; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards minimi għas-servizzi u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa u jissuġġerixxi l-użu tal-politika ta’ koeżjoni biex tgħin fl-indirizzar ta’ dawn id-diverġenzi u tissupplimenta l-fondi tal-UE biex jitnaqqsu d-diskrepanzi;
153. Jinnota li l-appoġġ ekonomiku, ir-reazzjonijiet u l-indiċijiet tal-gvern u tal-istrettezza varjaw skont l-appoġġ għall-introjtu, il-miżuri fiskali u l-miżuri restrittivi ta’ kull Stat Membru; jenfasizza li d-demografija u l-ispeċifiċitajiet kulturali differenti, kif ukoll it-turiżmu bħala settur tan-negozju attiv fil-pajjiżi tan-Nofsinhar, il-gżejjer, l-istati gżejjer u reġjuni ultraperiferiċi oħra, wasslu għal impatti soċjoekonomiċi pandemiċi differenti;
154. Jinnota li t-tagħlimiet meħuda wrew investimenti insuffiċjenti fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru f’sistemi ta’ sorveljanza epidemjoloġika komprensivi u integrati u l-ġbir u l-ġestjoni ta’ data vvalidata, komparabbli u interoperabbli, li wasslu għal ippjanar u tħejjija ħżiena;
155. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet privati involuti fit-tfassil tal-aġenda tar-riċerka ma tawx prijorità lill-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp f’patoġeni meqjusa perikolużi għas-saħħa pubblika; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-coronaviruses diġà ġew rikonoxxuti bħala patoġeni b’potenzjal pandemiku qabel il-pandemija tal-COVID-19, l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp kienu parzjalment limitati minħabba nuqqas ta’ interess kummerċjali; jirrikonoxxi, madankollu, li l-investimenti preċedenti fir-riċerka u l-iżvilupp iffaċilitaw l-iżvilupp tal-vaċċini;
156. Jenfasizza d-dipendenza u l-importanza estensivi tal-finanzjament pubbliku mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-iżvilupp ta’ kontromiżuri mediċi u vaċċini kontra l-COVID-19, li kienu kruċjali biex jinkisbu riżultati f’perjodu ta’ żmien qasir; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu rrispettati l-kundizzjonalitajiet rigward il-governanza, it-trasparenza, id-disponibbiltà u l-aċċess ugwali meta jkunu involuti l-fondi pubbliċi;
157. Jenfasizza r-rwol tal-finanzjament pubbliku fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u l-ħtieġa ta’ klawżoli li jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-prodotti finali;
(viii) Il-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ mediċini kritiċi u ta’ apparati ta’ protezzjoni: il-monitoraġġ tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-industrija tas-saħħa tal-UE
158. Iqis li l-COVID-19 enfasizzat il-fenomenu eżistenti tan-nuqqasijiet mediċi fl-UE, inkluż ta’ varjetà kbira ta’ prodotti, li saru aktar frekwenti matul l-aħħar deċennju; jinnota li n-nuqqasijiet jistgħu jirriżultaw ukoll minn problemi fil-manifattura, kwistjonijiet ta’ kwalità, żidiet mhux mistennija fid-domanda, importazzjonijiet/esportazzjonijiet paralleli u aktar; jinnota li l-mediċini affettwati minn dawn in-nuqqasijiet jinkludu varjetà kbira ta’ prodotti (inkluż trattamenti tal-kanċer, antibijotiċi, vaċċini, anestetiċi u medikazzjoni għal ipertensjoni, mard tal-qalb u disturbi tas-sistema nervuża) bir-raġunijiet differenti għal dawn in-nuqqasijiet;
159. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni tiggarantixxi l-prossimità tar-riżervi ta’ rescEU sabiex tiżgura aċċess għal kontromiżuri mediċi għar-reġjuni rurali, remoti u ultraperiferiċi; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aħjar biex ikunu jistgħu jsiru l-kumulazzjoni f’waqtha u l-akkwist konġunt ta’ kontromiżuri mediċi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza transfruntiera serji f’konformità mal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, il-ħażna ta’ rescEU u r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO;
160. Jitlob koordinazzjoni mtejba biex jiġu evitati prattiki ta’ stokkjar żejjed fl-Istati Membri u biex tiġi stabbilita riżerva ta’ emerġenza Ewropea ta’ mediċini essenzjali f’riskju kbir ta’ skarsezzi; jinnota li azzjonijiet nazzjonali mhux koordinati jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-provvista tal-mediċina madwar l-UE;
161. Jesprimi dispjaċir għan-nuqqasijiet persistenti ta’ mediċina, tagħmir u apparat mediku u jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq studju madwar l-UE dwar il-kawżi tan-nuqqas ta’ mediċini, b’enfasi partikolari fuq il-problemi kkawżati min-nuqqas ta’ mediċini ġeneriċi; iqis li n-nuqqasijiet fl-industriji tal-kura tas-saħħa matul il-pandemija, minbarra l-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, kienu l-aktar minħabba l-kwistjonijiet tal-kumulazzjoni ta’ riżerva u distribuzzjoni u nuqqas ta’ fornituri diversifikati; jenfasizza l-importanza tat-tbassir tad-domanda u tal-komunikazzjoni bikrija mal-manifatturi tal-vaċċini u tal-mediċina biex jiġu pprevenuti n-nuqqasijiet, kif ukoll il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni bikrija dwar l-għażla tal-vaċċini;
162. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-possibbiltà li joħolqu stabbiliment farmaċewtiku tal-UE mingħajr skop ta’ qligħ u ta’ interess ġenerali wieħed, jew aktar minn wieħed, li jkunu kapaċi jimmanifatturaw prodotti mediċinali ta’ importanza sanitarja u strateġika għall-kura tas-saħħa, fl-assenza ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex jikkomplementaw u jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista u jiġu evitati nuqqasijiet possibbli ta’ mediċini f’każ ta’ emerġenza; jilqa’ l-inklużjoni ta’ miżuri robusti għall-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ mediċina fil-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE;
163. Jenfasizza l-proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa biex tiġi stabbilita lista ta’ tagħmir mediku u ta’ apparat ta’ interess terapewtiku kbir u biex tinżamm riżerva strateġika ta’ provvisti mediċi, mediċini, vaċċini u apparat ta’ terapija respiratorja;
164. Huwa favur leġiżlazzjoni ġdida tal-UE ġdida dwar it-tagħmir mediku, it-trattamenti u l-mediċini biex tipprevedi perjodi tranżitorji xierqa u tiġi ggarantita l-provvista meħtieġa ħalli tiġi ssodisfata d-domanda, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi;
165. Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi stabbilita sorveljanza Ewropea tar-riskju għal nuqqasijiet u trasparenza akbar għall-istokkijiet tal-mediċina biex jiġu antiċipati aħjar in-nuqqasijiet;
166. Jemmen li t-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji u theddid serju ieħor għas-saħħa jirrikjedu impenji fit-tul u investimenti sostenibbli, inkluż l-iżvilupp kontinwu tar-riżervi ta’ kontromiżuri mediċi, biex jiġu protetti ċ-ċittadini u jħeġġeġ aktar kollaborazzjoni mal-manifatturi Ewropej fil-futur;
167. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq sħab kummerċjali ta’ pajjiżi terzi għall-APIs u għall-mediċini ewlenin u jaġixxu b’mod deċiżiv fil-prevenzjoni tan-nuqqasijiet tal-mediċina, jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet tal-produzzjoni u tal-katina tal-provvista fil-ksib ta’ prodotti mediċi u APIs u jagħmlu użu akbar mill-akkwist konġunt;
168. Jinkoraġġixxi kondiviżjoni aħjar tad-data dwar il-previżjonijiet tal-provvista u tad-domanda bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, projezzjonijiet preċedenti dwar nuqqasijiet potenzjali, inkluż rapportar standardizzat regolari mill-industrija, u trasparenza akbar fil-katina tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni; ifakkar li l-ipprezzar nazzjonali għandu jkun ibbażat fuq fatturi kompletament trasparenti, bħall-ispejjeż reali tar-riċerka u l-iżvilupp pubbliċi u privati u l-valur terapewtiku miżjud; iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ approċċ industrijali koordinat biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE dwar is-saħħa;
169. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa għalinfrastruttura tar-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa pubblika Ewropea fuq skala kbira, orjentata lejn il-missjonijiet, li topera fl-interess pubbliku għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali ta’ importanza tas-saħħa u strateġika għall-kura tas-saħħa, fin-nuqqas ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex tappoġġja lill-UE biex tegħleb il-falliment tas-suq, tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ mediċini, filwaqt li tikkontribwixxi għal tħejjija akbar biex jiġu ffaċċjati theddidiet u emerġenzi ġodda għas-saħħa;
170. Jenfasizza li l-finanzjament pubbliku kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19, bil-maġġoranza tal-fondi tar-riċerka u l-iżvilupp ikunu ta’ oriġini pubblika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-finanzjament pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp bijomediċi jipprovdi redditi adegwati fl-interess pubbliku u jiggarantixxi d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-prodotti finali fl-Istati Membri kollha; jenfasizza l-importanza li jitwessgħu l-mekkaniżmi ta’ finanzjament ta’ emerġenza għall-SMEs farmaċewtiċi u li titnaqqas il-burokrazija għall-investituri tal-prodotti mediċi, bħal apparati mediċi, biex jinżammu r-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ salvataġġ fl-Ewropa;
(b) Aċċess għal kontromiżuri mediċi
(i) Il-produzzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-vaċċini, inklużi r-reżiljenza tal-katina tal-provvista, l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE u d-disponibbiltà ta’ prodotti kritiċi farmaċewtiċi u mediċi
171. Jisħaq li t-tisħiħ tar-riċerka dwar u l-iżvilupp tar-rispons għall-patoġeni b’potenzjal epidemiku u pandemiku u ż-żieda fil-kapaċitajiet ta’ sekwenzjar qabel l-epidemiji u l-pandemiji huma kruċjali; jirrikonoxxi l-għarfien inizjali limitat dwar is-SARS-CoV-2 u s-sekwenza ġenetika, il-karatteristiċi u l-imġiba epidemjoloġika tiegħu, bħall-metodi ta’ infezzjoni u trażmissjoni tiegħu u r-rati ta’ infezzjoni, trażmissjoni u mutazzjoni tiegħu, li jirrikjedu riċerka qabel l-iżvilupp tal-vaċċin, li affettwaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija li tiżviluppa u tuża l-vaċċini;
172. Jenfasizza l-importanza li l-SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ finanzjament ta’ emerġenza sabiex jipprovdu prodotti mediċi innovattivi, kif ukoll il-ħtieġa li l-SMEs jiġu inklużi f’miżuri li jappoġġjaw l-espansjoni tar-riċerka u l-manifattura, filwaqt li jitqies il-piż amministrattiv;
173. Jinnota li l-pajjiżi b’introjtu għoli ffaċilitaw is-suq tal-vaċċini fil-bidu tal-pandemija, billi ospitaw il-biċċa l-kbira tal-faċilitajiet kbar tal-manifattura, u li l-korporazzjonijiet farmaċewtiċi ewlenin tejbu l-produzzjoni u l-provvista globali ta’ għodod mediċi li jsalvaw il-ħajja permezz tas-sjieda tal-proprjetà intellettwali (PI), tat-teknoloġiji u tad-data;
174. Jinnota li l-pandemija poġġiet pressjoni fuq il-ktajjen tal-provvista globali, inkluż is-settur farmaċewtiku, li jirriżulta f’interruzzjonijiet u nuqqas ta’ prevedibbiltà fil-provvista ta’ vaċċini, provvisti mediċi, tagħmir u kontromiżuri oħra;
175. Jissottolinja l-importanza li jiġu introdotti politiki tal-UE u nazzjonali, bil-għan li jissaħħu l-ktajjen tal-provvista globali biex jappoġġjaw il-produzzjoni u l-fluss liberu ta’ kontromiżuri mediċi, inklużi l-vaċċini, u biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni fi ħdan is-suq uniku;
176. Itenni r-rwol ewlieni tal-ECDC fl-aggregazzjoni tad-data ta’ sorveljanza u monitoraġġ tas-sorveljanza fil-livell tal-UE, u fl-iffaċilitar tat-tbassir tad-domanda futura għal vaċċini u terapewtiċi kontra mard infettiv; jenfasizza l-utilità tal-mekkaniżmu għat-traċċar tal-vaċċini kontra l-COVID-19 żviluppat mill-ECDC u jitlob li dan il-kunċett jiġi estiż għal kampanji oħra ta’ tilqim, bħall-kampanja tal-vaċċin kontra l-HPV;
177. Jitlob li jiġu vvalutati l-vulnerabbiltajiet fil-katina tal-valur globali u jitlob l-iżvilupp ta’ pjanijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet fl-Istati Membri kollha; jappella għat-titjib kontinwu tas-sistemi ta’ twissija bikrija u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi dwar in-nuqqas ta’ mediċini, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak internazzjonali, u li l-Kummissjoni tintroduċi miżuri temporanji fi żminijiet ta’ kriżi biex timmitiga n-nuqqasijiet u tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni tal-mediċini fost l-Istati Membri, inkluż l-aċċettazzjoni ta’ formati differenti ta’ imballaġġi, proċedura ta’ użu mill-ġdid biex tippermetti lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jiksbu approvazzjoni fi Stat Membru ieħor, l-estensjoni tal-validità ta’ ċertifikati ta’ prattika tajba ta’ manifattura, perjodi itwal ta’ skadenza, u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji; ifakkar li l-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod strett l-użu ta’ tali miżuri biex tiżgura li s-sikurezza tal-pazjent ma tkunx kompromessa filwaqt li l-mediċini jinżammu disponibbli f’każ ta’ diffikultajiet jew nuqqasijiet;
178. Jinnota l-prevalenza ta’ nuqqasijiet ta’ mediċini ġeneriċi u jisħaq fuq l-importanza ta’ mediċini ġeneriċi, bijosimili, ta’ valur miżjud u bi prezz raġonevoli fil-prevenzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ mediċini, fiż-żieda konsistenti tal-aċċess ekwu għall-pazjenti u biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa jsiru sostenibbli fl-UE, fejn l-aċċess bħalissa għadu mhux uniformi;
179. Jenfasizza l-opportunità għal qafas ġdid biex jappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-mediċini b’indikazzjonijiet approvati ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mediċini skarsi fis-suq mal-imballaġġ, it-tikkettar u l-fuljetti li, meta possibbli, ikunu multilingwi u diġitali, filwaqt li tiżgura d-disponibbiltà tal-informazzjoni f’format stampat;
180. Ifakkar fil-ħtieġa kritika għas-saħħa globali u għall-ktajjen tal-provvista globali biex jiġu żviluppati kapaċitajiet ta’ produzzjoni u distribuzzjoni lokali fl-UE, fir-reġjuni remoti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE u f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari għar-riċerka farmaċewtika, it-teknoloġija, l-iżvilupp u l-produzzjoni u f’konformità mal-istandards soċjali u d-diliġenza dovuta tal-industrija;
181. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrateġiji industrijali, tal-PI u tal-farmaċewtika biex tħeġġeġ il-finanzjament pubbliku ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp sabiex taderixxi mal-prinċipju ta’ xjenza miftuħa, u jitnaqqas id-distakk persistenti fir-riċerka u fil-produzzjoni tal-mediċini permezz ta’ sħubijiet għall-iżvilupp tal-prodotti, trasferimenti tat-teknoloġija u l-ħolqien ta’ ċentri miftuħa għar-riċerka u l-produzzjoni;
182. Jifhem li l-konsegwenzi politiċi u ekonomiċi tar-rispons għall-pandemija tal-COVID‑19 seħħew qabel ma s-sistemi tas-saħħa kienu mgħobbija żżejjed, b’mod partikolari bil-kollass tal-ktajjen tal-provvista globali;
183. Jinnota li fuq livell globali, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-konsenja sostenibbli tal-vaċċini jiddependu minn ktajjen tal-provvista b’saħħithom u trasparenti; jistieden lid-WTO tieħu azzjoni biex tiżgura l-fluss bla xkiel tal-ktajjen tal-provvista u l-kunsinna ta’ vaċċini, mediċini, tagħmir mediku u prodotti mediċi; jirrikonoxxi r-rwol vitali li l-innovazzjoni terapewtika jista’ jkollha fis-salvataġġ tal-ħajjiet billi tillibera l-kapaċità fl-ICUs u tappoġġja lill-pazjenti li jgħixu bil-PASC;
184. Jirrikonoxxi li l-UE hija l-esportatur ewlieni tal-vaċċini globalment u li kkontribwiet għall-isforzi ta’ solidarjetà dinjija bid-donazzjoni ta’ 500 000 000 doża ta’ vaċċini, għalkemm dawn id-dożi sfortunatament kellhom dati ta’ skadenza li kienu fil-qrib ħafna, u dan għamilha diffiċli għall-pajjiżi riċeventi biex jużawhom fil-ħin u li wassal biex ħafna minnhom kellhom jintremew; jirrikonoxxi l-pożizzjoni tal-UE bħala minn ta’ quddiem nett f’dawn l-isforzi;
(ii) Ftehimiet ta’ akkwist konġunt u ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem (negozjati, trasparenza, obbligazzjonijiet u infurzar)
185. Jemmen li l-UE kellha bżonn approċċ komuni għall-akkwist tal-vaċċini matul il-pandemija tal-COVID-19; jirrikonoxxi li n-negozjati għall-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem kienu ta’ benefiċċju fi żmien meta l-iżvilupp tal-vaċċini kien inċert u l-linji ta’ produzzjoni tħejjew mingħajr ma wieħed kien jaf liema vaċċin kien fil-fatt se jirnexxi jew jekk il-vaċċini fil-fatt kinux se jiġu approvati; jirrikonoxxi s-suċċess fil-preżervazzjoni tal-kompetittività fost il-manifatturi u t-teknoloġiji tal-vaċċini; jenfasizza li, permezz tal-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem, il-biċċa l-kbira tar-riskji finanzjarji relatati mal-iżvilupp u l-produzzjoni tal-vaċċini ttieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi, u b’hekk sar possibbli li jitħaffu ż-żminijiet tal-iżvilupp;
186. Jirrikonoxxi li, matul il-pandemija tal-COVID-19, l-esklużività tan-negozjati u l-impenn bikri mill-Istati Membri għamlu l-proċess wieħed ta’ suċċess, u li l-akkwist bħala blokk ta lok għal possibbiltà akbar ta’ xiri;
187. Jemmen li, fil-futur, l-UE se tibbenefika wkoll minn akkwist konġunt ta’ vaċċini, mediċini, provvisti tal-kura tas-saħħa u tagħmir mediku, b’mod partikolari għal mediċini għaljin u innovattivi, speċjalment għat-trattament ta’ mard rari; jemmen ukoll li ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem jistgħu jkunu ta’ benefiċċju fil-każ ta’ sfidi transfruntiera straordinarji għas-saħħa pubblika;
188. Jissottolinja li l-akkwist konġunt u l-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem jistgħu jipprevjenu l-kompetizzjoni kontroproduttiva fost l-Istati Membri, jimmassimizzaw is-setgħa ta’ negozjar tal-UE, jipprovdu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b’aktar flessibbiltà skont il-ħtiġijiet tagħhom u jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti mediċi għar-residenti kollha tal-UE, irrispettivament mill-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom;
189. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni aħjar ta’ tali kuntratti biex jiġu pprevenuti żbilanċi fil-profitti u fil-pożizzjonijiet tas-suq, u biex tiġi protetta u promossa l-kompetittività fil-proċessi futuri ta’ akkwist u ta’ xiri bil-quddiem;
190. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi Stati Membri adottaw restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ tagħmir mediku, li inizjalment xekklu rispons mal-UE kollha għall-pandemija;
191. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-manifatturi jibqgħu responsabbli, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-responsabbiltà għall-prodott;
192. Jissuġġerixxi li jiġi esplorat l-akkwisti pubbliċi konġunti jistgħu jiġu esplorati f’oqsma bħal mard rari u l-kanċer b’deskrizzjoni ċara tal-istadji ewlenin, l-objettivi u l-impenji miftiehma mill-partijiet kollha involuti;
193. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ trasparenza f’dawn l-inizjattivi u li jiġu applikati t-tagħlimiet meħuda mill-akkwist konġunt ta’ prodotti tal-COVID-19;
194. Jisħaq li l-akkwist konġunt ma jridx jippreżenta r-riskju li jħalli impatt negattiv fuq il-flussi tal-provvista billi jżid ir-riskju ta’ nuqqasijiet fl-UE;
195. Jilqa’ r-referenza fl-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa għall-fatt li azzjonijiet fil-qasam tal-akkwist pubbliku jistgħu jrawmu l-kompetizzjoni u jtejbu l-aċċess għall-mediċini; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-Direttiva 2014/24/UE(45), tipproponi malajr linji gwida għall-Istati Membri, b’mod partikolari dwar kif l-aħjar jimplimentaw il-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, lil hinn mill-kriterji tal-aktar prezzijiet baxxi biss; jenfasizza li s-sigurtà tal-provvista hija element essenzjali u trid tintuża bħala kriterju kwalitattiv b’rabta mal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi lil spiżeriji u jitlob għal sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ mediċini; jenfasizza l-importanza ta’ provvisti u prattiki tal-akkwist sostenibbli diversifikati għall-prodotti farmaċewtiċi; jipproponi li l-investimenti li jsiru fil-manifattura ta’ ingredjenti attivi u prodotti mediċinali finali fl-UE għandhom jitqiesu wkoll bħala kriterju essenzjali, kif ukoll l-għadd u l-post tas-siti tal-produzzjoni, l-affidabbiltà tal-provvista, l-investiment mill-ġdid tal-profitti fir-riċerka u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ standards soċjali, ambjentali, etiċi u tal-kwalità;
196. Jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ trasparenza fil-ftehimiet ta’ akkwist konġunti nnegozjati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ma’ kumpaniji farmaċewtiċi, li kien iġġustifikat parzjalment mir-rispett għad-dritt għall-kunfidenzjalità; jisħaq li t-trasparenza fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE hija tal-akbar importanza, speċjalment fl-ambitu tal-kundizzjonijiet tal-kriżi pandemika mingħajr preċedent; ifakkar li l-ftehimiet ta’ akkwist konġunt għandhom jitwettqu b’mod trasparenti, f’waqtu u effettiv, bi stadji ċari u trasparenti għall-proċess, għall-kamp ta’ applikazzjoni, għall-offerti, għall-ispeċifikazzjonijiet, għall-iskedi ta’ żmien u għall-formalitajiet definiti u jitlob l-adozzjoni ta’ politika trasparenti għal ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u għal akkwist konġunt;
197. Jinnota u jtenni s-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew dwar l-amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw it-trasparenza u ż-żamma ta’ rekords tal-laqgħat, il-proċeduri ta’ ħidma modifikati, l-akkwist pubbliku, il-parir xjentifiku u l-attivitajiet ta’ lobbjar tal-istituzzjonijiet Ewropej matul il-pandemija;
198. Jenfasizza li l-proċeduri ta’ akkwist konġunt għandhom jirrispettaw standards għoljin ta’ trasparenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u ċ-ċittadini tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza kif imsemmi fl-Artikolu 15 tat-TFUE u jisħaq li sabiex tinkiseb it-trasparenza, il-Parlament għandu jiskrutinizza l-kuntratti konklużi skont il-proċedura ta’ akkwist konġunt; iqis li l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni kompleta, f’waqtha u preċiża dwar in-negozjati li għaddejjin u tagħti aċċess għad-dokumenti tal-offerti inklużi l-kuntratti konklużi; jinkoraġġixxi t-trasparenza fl-iżvelar ta’ informazzjoni relatata mal-iskeda ta’ konsenja ta’ kontromiżuri mediċi, termini ta’ obbligazzjonijiet u ta’ indennizzi, u l-għadd ta’ postijiet ta’ manifattura, filwaqt li titqies il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva u interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali;
199. Jirrakkomanda li n-negozjati konġunti għall-akkwist jitwettqu minn rappreżentanti identifikati tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, b’ħiliet adegwati u b’mandat ċar;
200. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqsmu informazzjoni dwar l-ipprezzar u d-dati tal-konsenja tal-kontromiżuri mediċi meta ma tkunx intużat proċedura konġunta ta’ akkwist biex jinxtraw kontromiżuri mediċi sabiex jiġi pprovdut livell ogħla ta’ trasparenza u b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw u jinnegozjaw b’modi aktar ekwi;
(c) Il-COVID, il-mard komunikabbli u dak mhux komunikabbli l-indirizzar tal-PASC bħala parti minn strateġija tal-UE dwar il-PAIS
201. Jesprimi tħassib dwar il-prevalenza għolja ta’ PASC, u josserva li għadha qed issir riċerka dwar il-fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp tal-PASC, il-mekkaniżmi patofiżjoloġiċi tiegħu u l-impatt fit-tul tiegħu;
202. Jissottolinja li, filwaqt li r-riċerka għadha għaddejja, ir-riċerka disponibbli timplika li l-COVID fit-tul u s-sindromu ta’ wara l-vaċċin għandhom patoġenesi simili, peress li l-proteina spika tal-virus għandha rwol ewlieni, u li t-tnejn jistgħu jwasslu għall-ME/CFS;
203. Ifakkar li PAIS issa jseħħ ħafna aktar ta’ spiss wara l-infezzjonijiet bil-COVID-19 fil-forma ta’ PASC, iżda huwa magħruf ukoll li jirriżulta minn infezzjonijiet batteriċi, virali u parassitiċi oħra; jissottolinja l-benefiċċju li tittieħed perspettiva usa’ dwar ir-riċerka u t-trattament tal-PAIS;
204. Jenfasizza li l-UE teħtieġ approċċ strateġiku sabiex tindirizza l-PASC, filwaqt li tagħmel enfasi fuq iż-żieda fir-riċerka, it-taħriġ u l-għarfien dwar il-kura primarja;
205. Ifakkar fis-sejbiet xjentifiċi relatati mal-PASC u l-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi jappoġġjaw u jgħinu b’mod konkret lin-nies li qed ibatu minnha, bl-użu ta’ riżorsi u politiki adegwati;
206. Jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ riċerka dedikata u mmirata sinifikattiva, riċerka u provi kliniċi trażlazzjonali madwar l-UE kollha, bil-ħsieb ta’ dijanjożi u trattamenti konkreti (għajr l-aktar studji ta’ osservazzjoni) u l-iskambju ta’ data, esperjenzi u l-aħjar prattiki komparabbli fost l-Istati Membri; jirrakkomanda koordinazzjoni msaħħa fil-livell Ewropew għar-riċerka dwar il-PASC;
207. Jitlob li tiġi stabbilita definizzjoni komuni, biobanek, ċentri ta’ referenza u reġistri, inkluż reġistru tat-tilqim b’farmakoviġilanza mtejba bbażat fuq dmirijiet ta’ rapportar standardizzati ċari tal-UE, biex jiġu indirizzati b’mod adegwat l-effetti tal-PASC u l-effetti negattivi serji tat-tilqim;
208. Jitlob ir-rikonoxximent tal-PASC bħala marda okkupazzjonali għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali;
209. Jitlob finanzjament adegwat għar-riċerka bażika, kif ukoll għar-riċerka trażlazzjonali u l-provi kliniċi, bħal studji kruċjali dwar sustanzi promettenti, bl-involviment sinifikattiv u ta’ kwalità għolja tal-pazjenti tal-PASC biex il-prijoritajiet tar-riċerka jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tal-pazjenti; huwa favur riżorsi suffiċjenti biex jitfasslu u jiġu żviluppati trattamenti adegwati;
210. Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-appoġġ, inkluża t-telemediċina, is-servizz tal-kura outpatient mid-dar u ż-żjarat fid-dar tat-tobba għall-familji jew għall-persuni b’piż doppju li jaħdmu u jieħdu ħsieb tfal, adolexxenti jew ġenitur, u għal persuni li ma jistgħux joħorġu mid-dar jew mis-sodda bi ħtiġijiet intensivi fil-kura, bħal mhuwa l-mard aggravar tas-sintomi wara kull tip ta’ sforz fiżiku jew mentali b’mod ġenerali;
211. Jirrikonoxxi l-importanza ta’ kliniċi u ċentri ta’ riabilitazzjoni multidixxiplinari ċċertifikati għall-pazjenti tal-PASC fil-pajjiżi tal-UE li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pazjenti tal-PASC, inkluż l-aggravar tas-sintomi wara kull tip ta’ sforz fiżiku jew mentali, fost affarijiet oħra, u li japplikaw l-aħħar evidenza; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi mmirati fis-settur mediku u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika fuq skala kbira dwar l-eżistenza tal-PASC bħala marda serja sabiex titnaqqas l-istigma; jinnota li n-nisa jbatu b’mod sinifikanti aktar ta’ spiss mill-PASC u huma partikolarment suxxettibbli li jiġu dijanjostikati ħażin bħala psikosomatiċi, li mhux biss huwa stigmatizzanti iżda jista’ jwassal ukoll għal trattament ta’ ħsara;
212. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw il-kwistjoni li ilha magħrufa ta’ dijanjożi ħażina tal-pazjenti tal-PASC, tas-sindromu ta’ wara l-vaċċin u tal-ME/CFS bħala psikosomatiċi;
213. Huwa mħasseb li s-sintomi ħfief ikkontribwew biex isiru inqas testijiet dijanjostiċi u, għalhekk, biex jinstabu inqas każijiet ta’ COVID-19 fit-tfal; jitlob rekord tat-tfal u ż-żgħażagħ li jippreżentaw sintomi ta’ COVID-19 persistenti, kif ukoll monitoraġġ xieraq biex jitnaqqsu l-effetti derivattivi tal-marda;
214. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu l-infezzjonijiet tal-PASC fit-tfal b’mod serju, b’mod partikolari r-riskju li jiżviluppaw diżabilità fit-tul, billi jindirizzaw ħtiġijiet edukattivi u ta’ żvilupp speċjali u jiżviluppaw strutturi ta’ appoġġ bħal bħat-tagħlim fid-dar;
215. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkunsidraw il-konsegwenzi fit-tul meta jiddeċiedu dwar miżuri jew itemmu r-restrizzjonijiet, b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli;
216. Jitlob li ssir aktar riċerka biex jiġu ddeterminati l-kawżi sottostanti, il-frekwenza u l-aħjar għażliet ta’ trattament għall-PASC, inkluż il-COVID fit-tul, is-sindromu ta’ wara l-vaċċin u PAIS oħra u l-konsegwenzi fit-tul bħall-iżvilupp tal-ME/CFS u l-iskambju ta’ esperjenzi u approċċi sabiex jiġi indirizzat l-impatt tal-effetti tiegħu;
217. Jitlob l-istabbiliment ta’ network tal-UE ta’ esperti dwar dan il-mard b’sistemi ta’ sorveljanza koordinati, inkluża data diżaggregata minn sottogruppi differenti minn kull Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej, bl-użu ta’ każijiet u metodoloġiji definiti b’mod konsistenti u li jinkludu l-impatt ta’ dawn il-kundizzjonijiet fuq is-saħħa, l-impjiegi u l-ekonomija;
218. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament addizzjonali u sejħiet prijoritizzati għal proġetti ffukati fuq ir-riċerka bijomedika dwar il-PASC u għal rikonoxximent aħjar tal-PASC, inkluża riċerka dwar l-effetti negattivi tat-tilqim fil-livell tal-Istati Membri;
219. Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tuża l-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa għal riċerka tal-PASC iddedikata u mmirata u timmira għal kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika u s-Sħubija Ewropea dwar il-Mard Rari biex jiffinanzjaw ir-riċerka dwar il-COVID fit-tul;
220. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu pprovduti assistenza u appoġġ adegwati lill-persuni li jbatu mill-PASC, inklużi l-pazjenti b’sindromu ta’ wara l-vaċċin; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ xieraq għal dawk li l-ħajja ta’ kuljum jew il-kapaċità tagħhom li jaħdmu ġew affettwati sabiex jiġi mmitigat il-PASC bħala nassa tal-faqar;
221. Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ edukazzjoni u taħriġ mediċi mtejba għall-professjonisti tas-saħħa u tal-kura soċjali li jaħdmu fil-qasam tal-PASC u għall-inklużjoni tal-ME/CFS fin-Network Ewropew ta’ Referenza għall-Mard Newroloġiku Rari;
222. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-manifatturi jkunu trasparenti dwar l-effetti sekondarji potenzjali tal-vaċċini, inklużi l-effetti sekondarji magħrufa identifikati mill-EMA, u jikkomunikaw dwar dan, kif ukoll dwar il-benefiċċji u l-effiċjenza tat-tilqim, li jipprevjenu miljuni ta’ mwiet u mard kliniku serju, b’mod konsistenti, komprensiv u koordinat, li jiggarantixxu s-sikurezza tal-pazjenti, billi, fost affarijiet oħra, jitolbu lill-EMA tippubblika linji gwida għall-vaċċini futuri sabiex jiġu evitati effetti negattivi;
223. Huwa konvint li t-trasparenza sħiħa, ir-rikonoxximent tal-effetti negattivi u s-solidarjetà mal-pazjenti huma l-aħjar mod biex tiġi miġġielda l-eżitazzjoni għat-tilqim, il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni;
224. Jinnota l-perċentwal għoli ta’ pazjenti immunosoppressi fl-ICUs matul il-pandemija u jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma ngħatax biżżejjed kas lill-konsegwenzi tal-pandemija fuqhom, peress li l-miżuri mmirati ma ġewx integrati b’mod sistematiku fir-rispons tal-UE; ifakkar li l-pazjenti immunokompromessi u l-pazjenti b’mard mhux komunikabbli kienu fost l-aktar milquta matul il-pandemija, peress li kienu f’riskju akbar li jiżviluppaw sintomi severi mill-COVID u fl-aħħar mill-aħħar ħallsu prezz enormi f’termini ta’ telf ta’ ħajjiet;
225. Jenfasizza li l-pazjenti b’mard komunikabbli u dawk b’mard mhux komunikabbli sofrew konsegwenzi kbar għal saħħithom minħabba dewmien u tfixkil fid-dijanjostika u t-trattamenti, b’mod partikolari għall-HIV, il-mard trażmess sesswalment, it-tuberkulożi, l-epatite, il-kanċer, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete u l-mard rari; jisħaq fuq it-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sopravivenza, il-kumplikazzjonijiet u d-deterjorament ulterjuri tal-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti li jirriżultaw minn dewmien fl-aċċess għall-kura; jappella għall-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE li tantiċipa u timmonitorja l-impatt ta’ theddid serju għas-saħħa fuq in-nies affettwati minn mard komunikabbli, mard mhux komunikabbli u mard u kundizzjonijiet oħra;
226. Jirrikonoxxi li r-ramifikazzjonijiet tal-emerġenzi tas-saħħa jestendu għall-individwi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu fil-pront strateġiji u azzjonijiet għas-salvagwardja tal-pazjenti suxxettibbli matul il-kriżijiet tas-saħħa pubblika;
227. Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effetti devastanti fuq il-pazjenti bil-kanċer madwar l-Ewropa, peress li l-pajjiżi rrapportaw l-iskrinjar tal-kanċer bħala l-aktar servizz imfixkel, b’dewmien fis-servizzi dijanjostiċi, ta’ trattament, ta’ kura u ta’ sopravivenza għall-pazjenti bil-kanċer, u dan ħoloq konsegwenzi u impatti fit-tul fuq pazjenti b’kanċer metastatiku u avvanzat peress li d-dijanjożi posposta inevitabbilment tirriżulta f’dijanjożi tal-kanċer fi stadju aktar tard, li tagħmel it-trattament aktar kumpless u għali u tnaqqas il-probabbiltajiet ta’ sopravivenza;
228. Jinnota li t-tfixkil fis-servizzi tal-kura tas-saħħa wassal għal tnaqqis fl-iskrinjar u d-dijanjożi tal-kanċer matul il-pandemija u jinsab imħasseb li t-tfixkil fl-iskrinjar tal-kanċer u d-dijanjożi posposta inevitabbilment jirriżultaw f’dijanjożi tal-kanċer fi stadju aktar tard, li tagħmel it-trattament aktar kumpless u għali, u tnaqqas il-probabbiltajiet ta’ sopravivenza(46);
229. Jinnota bi tħassib li s-servizzi għall-mard komunikabbli u għall-mard mhux komunikabbli ġew imfixkla minħabba kanċellazzjonijiet ta’ kura elettiva, l-għeluq ta’ programmi ta’ skrinjar, lockdowns tat-trasport tal-gvern jew dak pubbliku li jfixklu l-aċċess għall-faċilitajiet soċjali u tas-saħħa u n-nuqqas ta’ persunal u ta’ infrastruttura medika;
230. Jirrikonoxxi l-importanza tal-kwalità tal-arja għas-saħħa tal-bniedem u huwa favur l-allinjament tal-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja mal-linji gwida tad-WHO;
231. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmonitorjati u riċerkati l-effetti tat-tfixkil tas-servizzi mediċi għall-mard komunikabbli u għall-mard mhux komunikabbli u li jinġabru l-aħjar prattiki identifikati biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ dawn is-servizzi matul emerġenza tas-saħħa pubblika; jappella għall-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE biex tantiċipa u timmonitorja l-impatti ta’ theddid serju għas-saħħa fuq in-nies affettwati minn mard komunikabbli, mard mhux komunikabbli u kundizzjonijiet oħra;
232. Ifakkar li, matul il-pandemija tal-COVID-19, in-nisa fl-età tax-xogħol kellhom riskju akbar li taqbadhom il-COVID-19, kienu aktar probabbli li jiġu djanjostikati tard wisq f’każ ta’ każijiet severi tal-COVID-19 u konsegwentement kienu aktar probabbli li jmutu;
233. Jirrikonoxxi ż-żieda fil-piż żejjed u fl-obeżità fost it-tfal u l-adolexxenti matul il-pandemija u ż-żieda fir-riskju ta’ eżiti tas-saħħa severi tal-COVID-19 għall-persuni li jgħixu bl-obeżità; jesprimi dispjaċir li l-politiki għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-obeżità u l-komorbiditajiet ma ngħatawx biżżejjed prijorità mill-Istati Membri;
234. Josserva li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li inkludew is-servizzi tal-NCD fil-pjanijiet nazzjonali tal-COVID-19 taw prijorità lis-servizzi għall-erba’ forom ewlenin ta’ NCDs: servizzi ta’ mard kardjovaskolari, servizzi tal-kanċer, servizzi tad-dijabete u servizzi ta’ mard respiratorju kroniku; jenfasizza li xi pajjiżi rrikonoxxew is-saħħa mentali bħala qasam li għandu jingħata prijorità;
235. Jenfasizza l-fatt li mediċina integrattiva xjentifikament rikonoxxuta u approvata mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jkollha benefiċċji għall-pazjenti fir-rigward tal-effetti paralleli ta’ mard differenti, bħall-kanċer, u t-trattament tiegħu; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm aċċess għall-kura bil-mediċina integrattiva u li jiġi żviluppat approċċ iċċentrat fuq il-pazjenti meta jiġu ddefiniti pjanijiet ta’ emerġenza biex jirreaġixxu għall-emerġenzi tas-saħħa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura għall-pazjenti u kwalità ta’ ħajja aħjar;
236. Jirrikonoxxi li r-restrizzjonijiet u l-lockdowns ikkontribwew għal żieda fil-kwistjonijiet tas-saħħa mentali li kellhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa, il-persuni b’diżabilità, iż-żgħażagħ, it-tfal, l-anzjani, l-individwi immunokompromessi, il-persuni li jindukrawhom, u gruppi oħra ta’ persuni soċjalment imbiegħda, u jissottolinja li dawn għandhom ikunu miżuri tal-aħħar istanza;
237. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif il-miżuri meħuda minn Stati Membri differenti biex irażżnu t-tifqigħa tal-COVID-19 kienu differenti u konsegwentement kif l-effetti fuq it-tfal kienu differenti, bil-għan li jiġu żviluppati l-aħjar prattiki ħalli titnaqqas il-ħsara li ssir lit-tfal f’pandemija futura possibbli;
238. Jilqa’ l-pubblikazzjoni ta’ strateġija komprensiva dwar is-saħħa mentali mill-Kummissjoni, bi tweġiba għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
239. Jenfasizza li xi pajjiżi rrikonoxxew is-saħħa mentali bħala qasam li jagħti prijorità u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni konkret u strateġija dwar is-saħħa mentali, li jmorru lil hinn mill-inizjattiva tagħha “Healthier Together” u jindirizzaw il-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa mentali pubblika;
240. Jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ strateġija għas-saħħa mentali fil-livell tal-UE li taġixxi bħala sistema ta’ appoġġ għall-Istati Membri; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jagħtu prijorità lis-saħħa mentali;
241. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kampanji ta’ tilqim ta’ rutina ffaċċjaw ostakli u li l-pandemija żvelat il-vulnerabbiltà tas-sistemi ta’ immunizzazzjoni madwar id-dinja, u dan qajjem tħassib dwar tifqigħat futuri ta’ mard li jista’ jiġi pprevenut bit-tilqim;
242. Jirrikonoxxi l-importanza li jitkomplew u jittejbu l-programmi nazzjonali ta’ tilqim; jissottolinja li t-tilqim ta’ rutina huwa miżura kosteffettiva tas-saħħa pubblika;
243. Ifakkar li, għalkemm il-pandemija tal-COVID-19 issa hija kwistjoni tas-saħħa stabbilita u kontinwa li ma għadhiex tikkostitwixxi emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jibqgħu viġilanti biex jiżguraw aċċess ugwali għal vaċċini essenzjali u li jsalvaw il-ħajja f’livell globali; jirrikonoxxi li d-diżinformazzjoni kkontribwiet għal ostakli fit-tilqim u jitlob rispons koordinat mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-pjattaformi online dwar il-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni;
(d) Saħħa Waħda
244. Jenfasizza li l-mard infettiv żoonotiku emerġenti qed isir dejjem aktar komuni, u li 75 % tal-mard infettiv tal-bniedem huwa żoonotiku; jinsisti li l-COVID‑19 għamlitha ċara b’mod inekwivoku li s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u ambjentali hija interkonnessa b’mod intrinsiku u jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod konsistenti u olistiku, b’konformità sħiħa mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
245. Jitlob lill-UE tintegra Saħħa Waħda, kif definit mid-WHO, fil-politiki tagħha dwar is-saħħa pubblika; jissottolinja li hemm bżonn urġenti ta’ bidliet trasformattivi fis-soċjetà kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jitkabbar aktar l-għarfien f’dan il-qasam u tiġi promossa r-riċerka xjentifika pubblika sabiex jiġu mifhuma u riflessi aħjar l-interdipendenzi bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u ambjentali permezz ta’ approċċ multisettorjali, transdixxiplinari u integrat; huwa mħasseb dwar it-theddida li tiżdied ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) u jenfasizza li l-AMR hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-mewt madwar id-dinja; ifakkar fl-importanza li tittieħed azzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali biex din l-isfida tiġi indirizzata b’miżuri konkreti, inklużi miżuri leġiżlattivi u regolatorji u politiki tas-saħħa pubblika;
246. Ifakkar li l-kawżi sottostanti tal-pandemiji jinkludu l-istess bidliet ambjentali globali li jwasslu għat-telfien tal-bijodiversità u għall-kriżi tat-tibdil fil-klima u li r-riskju ta’ pandemiji jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti billi jitnaqqsu l-attivitajiet tal-bniedem li jixprunaw it-telfien tal-bijodiversità, it-tniġġis u t-tisħin globali;
247. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC jintroduċu pjanijiet ta’ sorveljanza dwar it-theddid emerġenti għas-saħħa, inkluż il-ġbir tad-data koordinat u sistematiku, riċerka operazzjonali u dwar l-imġiba, u jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju dwar il-motivaturi, il-proċessi u l-mogħdijiet għall-emerġenza, it-tixrid u l-persistenza ta’ mard żoonotiku, kif ukoll jikkaratterizzaw ekosistemi intatti, reżiljenti u b’saħħithom u l-effett tagħhom fuq il-prevenzjoni tal-mard, inklużi s-sorveljanza tal-organiżmi selvaġġi u l-identifikazzjoni tal-patoġeni, u jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni;
248. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżijiet ekonomiċi biex tikkwantifika l-kostijiet u l-benefiċċji tal-interventi preventivi biex twieġeb għar-riskju minn mard żoonotiku emerġenti u tuża r-riżultati biex tippromwovi finanzjament sostenibbli f’dawn l-interventi, u rieżami komprensiv tal-isforzi fil-livell tal-UE mill-ECDC u l-HERA fir-rigward tat-theddid H5N1 u mpox li għaddej bħalissa;
249. Jissottolinja li l-integrazzjoni ta’ Saħħa Waħda tfisser li wieħed ikun jista’ jipprevjeni, ibassar u jidentifika t-theddid globali għas-saħħa fuq livell globali, tal-UE u dak nazzjonali u jħejji u jirrispondi għalih u jirrakkomanda li l-approċċ “Saħħa Waħda” jsir prinċipju ta’ gwida fl-inizjattivi u l-miżuri kollha tal-politika tas-saħħa pubblika u fil-programmi ta’ tħejjija għall-pandemija, jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ azzjonijiet ta’ tħejjija għall-pandemija, inkluż il-kontroll tal-vetturi għaż-żoonożi emerġenti;
250. Jenfasizza li l-ispiża tan-nuqqas ta’ azzjoni hija ferm akbar mill-ispiża tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji globali għall-prevenzjoni tal-pandemiji;
251. Jitlob l-istabbiliment ta’ task force Ewropea bejn l-aġenziji ddedikata għall-approċċ “Saħħa Waħda” biex tmexxi ’l quddiem ir-riċerka tranżdixxiplinari u l-pariri xjentifiċi transsettorjali;
252. Iħeġġeġ biex jimtlew il-lakuni attwali fl-għarfien xjentifiku sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ mard żoonotiku billi tiġi kkoordinata r-riċerka fil-livell Ewropew u tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni fost l-oqsma xjentifiċi;
253. Jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tal-ħabitats u t-tnaqqis tal-interfaċċi bejn il-bniedem u l-organiżmi selvaġġi biex jiġi limitat it-tixrid tal-mard żoonotiku; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi politiki u leġiżlazzjoni “Saħħa Waħda” biex tindirizza l-mard żoonotiku endemiku, mard tropikali ttraskurat u mard li jinġarr minn vetturi fi ħdan it-Trattat dwar il-Pandemiji tad-WHO;
254. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, fit-Trattat dwar il-Pandemija tad-WHO, il-bini ta’ sistemi kollaborattivi u ta’ previżjoni ta’ intelliġenza dwar l-epidemiji (fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali) biex jidentifikaw interfaċċi ta’ riskju għoli u hotspots għat-tixrid, jinkorporaw id-data ambjentali u klimatika rilevanti u d-data dwar l-istabbiliment ta’ ħażniet u l-ispeċijiet vettur f’żoni ġeografiċi ġodda u l-istabbiliment ta’ sistema armonizzata madwar l-UE kollha għall-monitoraġġ tal-parametri tas-saħħa pubblika inkluż il-monitoraġġ tal-ilma urban mormi għal emerġenzi tas-saħħa possibbli;
255. Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt “Saħħa Waħda” li tnieda mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, il-Programm tan-NU għall-Ambjent, id-WHO u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u jissottolinja r-rwol importanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-approċċ “Saħħa Waħda” u “saħħa fil-politiki kollha”; iqis li l-implimentazzjoni tal-approċċ “Saħħa Waħda” għandha tinkludi diversi passi essenzjali, bħall-mobilizzazzjoni tar-riċerka, u l-ħolqien ta’ taħriġ tranżdixxiplinari innovattiv għall-professjonisti mediċi u għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;
256. Ifakkar fl-importanza tas-saħħa tal-annimali, b’mod partikolari fl-attivitajiet tal-bhejjem u tal-annimali tal-irziezet u li l-kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa tal-bhejjem u l-lakuni fil-kontrolli sanitarji jistgħu jżidu r-riskju ta’ mard żoonotiku; huwa mħasseb ħafna dwar it-tfaċċar u t-tixrid dejjem aktar frekwenti ta’ mard żoonotiku, li huwa aggravat mit-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, il-bidla fl-użu tal-art, id-deforestazzjoni, il-qerda tal-bijodiversità u l-ħabitats naturali u l-pressjoni fuqhom, il-kummerċ illegali ta’ annimali selvaġġi, u l-produzzjoni tal-ikel u l-mudelli ta’ konsum mhux sostenibbli; jenfasizza li t-titjib tas-saħħa tal-annimali huwa mod kif tittejjeb is-saħħa tal-bniedem u jappella għal monitoraġġ, sorveljanza u twissija fit-trobbija tal-annimali u tal-bhejjem biex jiġu pprevenuti avvenimenti żoonotiċi;
(e) Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
(i) Is-sistemi u s-servizzi tas-saħħa
257. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw il-pakkett tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, sabiex jiżviluppaw aġenda permanenti għas-saħħa u jqisu l-kura tas-saħħa pubblika bħala investiment; jappella għat-tisħiħ tas-servizzi bażiċi tas-saħħa, speċjalment il-kura primarja, disponibbli għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-litteriżmu sabiex jittejjeb l-istat ġenerali tas-saħħa tal-popolazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-pakkett tal-unjoni tas-saħħa, tippreżenta miżuri leġiżlattivi u regolatorji biex jiġu identifikati servizzi minimi bażiċi tal-kura tas-saħħa u standards minimi għal kura tas-saħħa ta’ kwalità li għandhom jiġu żgurati għall-UE kollha;
258. Jitlob pakkett ta’ investiment iddedikat għall-promozzjoni tas-settur tal-kura u l-ekonomija tal-kura tal-UE kif ukoll biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni fost il-programmi u l-inizjattivi differenti li jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ kura effettiva;
259. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali biex titwettaq sorveljanza epidemjoloġika permezz tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet obbligatorji għas-sorveljanza, il-monitoraġġ, l-allert u t-tħejjija, fir-rigward tat-theddid għas-saħħa pubblika, ix-xejriet emerġenti tas-saħħa pubblika, il-mard komunikabbli u l-avvenimenti żoonotiċi, u l-interoperabbiltà tad-data dwar is-saħħa madwar l-Ewropa, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej kif meħtieġ mir-regolament dwar it-theddid transfruntier għas-saħħa;
260. Jissottolinja għal dan il-għan l-importanza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-UE, l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni, għodod ġodda u riċerka biex jissaħħu r-riċerka interdixxiplinarja u x-xjenzi umani u soċjali fir-rigward tal-impatt tal-pandemiji u l-miżuri mhux farmaċewtiċi;
261. Jitlob li jinżammu l-attivitajiet ta’ ġbir u ta’ sorveljanza tad-data tal-COVID-19 sabiex tiġi mmitigata kwalunkwe theddida potenzjali futura għas-saħħa pubblika mit-tixrid tal-marda u għall-istabbiliment urġenti ta’ pjattaforma madwar l-UE għas-sorveljanza u s-sekwenzjar ġenomiċi, b’sistemi ta’ twissija xierqa stabbiliti, għandu jkun disponibbli għat-tobba u għar-riċerkaturi;
262. Jitlob li jsir investiment fil-bini ta’ analiżi eżistenti tad-data dwar is-saħħa biex ikunu jistgħu jinstabu risposti għal kwistjonijiet bħall-funzjonament tal-immunità naturali, il-perċentwal ta’ infezzjoni u s-severità tal-fatturi ta’ predispożizzjoni;
263. Jappella għal gwida mtejba tal-UE dwar każijiet li fihom is-servizzi tal-kura tas-saħħa jiġu temporanjament sospiżi, imnaqqsa jew iddevjati, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-pazjenti prijoritarji, b’mod partikolari l-pazjenti li jeħtieġu eżami fiżiku u li ma jistgħux jibbenefikaw mit-telemediċina;
264. Jappella għal kapaċità mtejba biex jiġu żgurati persunal kwalifikati, tagħmir u materjali sanitarji, kif ukoll infrastruttura medika ħalli jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ trattament ta’ dawn il-pazjenti;
265. Jitlob li jkun hemm aktar diġitalizzazzjoni tas-servizzi amministrattivi fis-settur tas-saħħa u, meta xieraq u fattibbli, l-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa online, filwaqt li jittieħdu miżuri xierqa biex tiġi protetta d-data personali u tiġi żgurata r-reżiljenza ċibernetika tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali u l-infrastrutturi tagħhom;
266. Jappella għall-użu ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa online għall-promozzjoni, il-prevenzjoni u t-trattament tas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta’ ħiliet diġitali għall-ħaddiema, għall-professjonisti u għall-persuni li jindukraw involuti;
267. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ kontinwu u żvilupp professjonali għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, inkluż taħriġ dwar is-sorveljanza pandemika u l-ġestjoni tal-kriżijiet, b’enfasi fuq il-benesseri u s-sikurezza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, u li jiżguraw ir-rikonoxximent tal-ħiliet tagħhom u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, inkluża rimunerazzjoni adegwata;
268. Jirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ finanzjament u investiment pubbliku affettwa x-xogħol, is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa; jenfasizza l-importanza ta’ miżuri preventivi u protettivi għas-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema, kif ukoll miżuri protettivi oħra meta jkun meħtieġ, inkluż it-tilqim; iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw il-professjonijiet tal-kura tas-saħħa li ma jitħallsux biżżejjed, bħall-infermiera u l-persuni li jindukraw, u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fil-professjonijiet tal-kura tas-saħħa, u li jipproponu malajr miżuri f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, filwaqt li jqisu l-miżuri proposti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura(47);
269. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji u jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjonisti tas-saħħa u l-kura; jitlob għalhekk li l-Istati Membri jistabbilixxu aġenda politika fuq terminu twil, medju u qasir biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema tal-kura tas-saħħa;
270. Jemmen li s-saħħa mentali trid issir prijorità fil-pakkett tal-unjoni tas-saħħa tal-UE u jemmen li r-rabta bejn is-saħħa mentali u fiżika għandha tiġi rikonoxxuta u riflessa fil-pakkett; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-kriżi tas-saħħa mentali li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u t-tfal u jappella għal strateġija komprensiva tal-UE dwar is-saħħa mentali li tiffoka fuq is-saħħa mentali taż-żgħażagħ u tintegra azzjonijiet għall-gruppi soċjali kollha, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu l-impatti fuq is-saħħa mentali fil-ħidma tagħhom ta’ rispons u tħejjija f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa jew pandemika;
271. Jisħaq fuq is-sinifikat tal-integrazzjoni tal-kura tas-saħħa mentali mal-kura fiżika, il-kultura u l-arti u attivitajiet oħra ta’ divertiment li jipprovdu kura effettiva, ibbażata fuq l-evidenza u ffukata fuq id-drittijiet tal-bniedem, u t-twessigħ tal-ambitu tas-servizzi disponibbli biex jippermettu aċċess akbar għat-trattament; iħeġġeġ aktar investiment fl-appoġġ u fis-servizzi tas-saħħa mentali bbażati fil-komunità, kif ukoll aċċess imtejjeb għall-kura tas-saħħa mentali fi ħdan is-sistemi tas-saħħa nazzjonali; jirrikonoxxi l-impatt tal-arti fuq is-saħħa u l-benessri, li jinkludu s-saħħa mentali, u r-rwol tal-arti fir-risponsi għall-pandemija madwar l-UE kollha;
272. Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jiffinanzjaw kif xieraq is-sistemi tas-saħħa tagħhom, sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza immedjata u fit-tul tagħhom billi jinvestu fil-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, fil-provi kliniċi, fl-edukazzjoni tas-saħħa pubblika u fl-infrastruttura kritika tas-saħħa, fl-għodod, fl-istrutturi, fil-proċessi u fil-kapaċità tal-laboratorji, u jappella għall-forniment ta’ servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli;
273. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta pjan ta’ emerġenza biex issaħħaħ il-farmakoviġilanza fil-livell tal-Istati Membri u dak Ewropew sabiex tappoġġja l-ġbir rapidu tad-data lokali u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar, ir-reklutaġġ addizzjonali fi ħdan it-timijiet nazzjonali, l-ipproċessar imtejjeb tan-notifiki spontanji u l-implimentazzjoni tal-farmakoviġilanza attiva;
(ii) Kuntratti u negozjati
274. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ tħejjija aħjar fil-proċeduri konġunti ta’ akkwist għall-mediċini u għall-prodotti mediċi, filwaqt li jiġu evitati l-eċċessi, fid-dawl tal-imprevedibbiltà inerenti tal-pandemiji; Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza anke f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi meta ż-żmien ikun qasir, sabiex tiġi ggarantita sorveljanza demokratika u tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE;
275. Jitlob li l-kuntratti jiġu konklużi u li n-negozjati dwar il-prezzijiet isiru b’mod trasparenti;
276. Jirrikonoxxi l-importanza tar-rwol ta’ skrutinju tal-Parlament u jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lit-trasparenza fin-negozjar ta’ kuntratti ta’ akkwist konġunt; jissuġġerixxi li nitgħallmu minn inizjattivi ta’ akkwist konġunt biex jiġi pprevenut dewmien fil-konsenja, prezzijiet għoljin b’mod mhux ġustifikat u vaċċini żejda u kontromiżuri mediċi u biex jiġi żgurat li r-responsabbiltà tal-prodott tibqa’ kompletament f’idejn il-manifatturi; iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ regoli ċari għan-negozjati mal-kumpaniji biex jiġu evitati vaċċini żejda u kontromiżuri mediċi u jisħaq fuq l-importanza ta’ kuntratti futuri ta’ akkwist ta’ vaċċini li jevitaw monopolji u/jew oligopolji, filwaqt li jiġi żgurat portafoll varjat ta’ vaċċini sabiex tiġi offruta protezzjoni akbar liċ-ċittadini Ewropej;
277. Iħeġġeġ li l-proċeduri ta’ akkwist komuni u konġunti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jittejbu u jittieħed approċċ aktar koordinat, li jippermetti li l-kuntratti jiġu adattati;
278. Jinsisti fuq il-prinċipji ta’ pprezzar ġust, trasparenza u redditu ġust fuq l-investiment pubbliku għal xiri bil-quddiem, u li l-kuntratti għandhom jiġu adattati għat-theddid u l-ħtiġijiet pubbliċi li qed jinbidlu; jitlob lista ċara ta’ kriterji għall-akkwist konġunt;
279. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ir-rispett tar-regoli eżistenti, kif previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE, biex jiġu żgurati prodotti ta’ kwalità, u li, t-trasferiment tar-responsabbiltà mill-manifatturi lejn l-Istati Membri ma jsirx prattika standard;
280. Jissottolinja l-importanza tal-fatt li l-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt ippreveda klawżola ta’ esklużività fil-qafas tax-xiri tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u b’hekk jipproteġi l-pożizzjoni tan-negozjati u jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-manifatturi li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE jirrapportaw regolarment dwar kif jintefqu dawn il-fondi;
(iii) Disponibbiltà ta’ kontromiżuri mediċi
281. Jirrakkomanda li l-UE tistabbilixxi sistemi adegwati biex tipprovdi lill-manifatturi b’finanzjament xieraq f’każ ta’ riskju jekk ikun hemm kriżi tas-saħħa pubblika, tappoġġja l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-kontromiżuri mediċi rilevanti, tgħin lill-manifatturi jadattaw u jespandu malajr il-produzzjoni, filwaqt li jiġu evitati interruzzjonijiet u nuqqasijiet ta’ mediċini, apparat mediku, teknoloġija u servizzi tas-saħħa, pereżempju permezz ta’ tariffi ta’ prenotazzjoni f’kuntratti ta’ akkwist konġunt, li jistgħu jkunu partikolarment ta’ għajnuna għall-SMEs, u li tali mekkaniżmi għandhom ikunu trasparenti u kontinġenti għall-approvazzjoni u r-reviżjoni mill-korpi leġiżlattivi;
282. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġija ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva sostenibbli ċara, bl-għan li jiġu żviluppati kumulazzjonijiet ta’ riżervi mediċi komplementari tal-UE u nazzjonali għat-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, filwaqt li tiġi evitata l-ħela;
283. Jappella biex jiġi żgurat li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika ġenerali tibni fuq fehim tajjeb tal-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta’ mediċini; jenfasizza l-ħtieġa li l-industrija farmaċewtika tal-UE jkollha katina tal-provvista diversifikata u pjan ta’ mitigazzjoni tar-riskju tan-nuqqasijiet ta’ mediċini biex tlaħħaq ma’ kwalunkwe vulnerabbiltà u riskju għall-katina tal-provvista, li preferibbilment għandhom ikunu jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u li tirrikjedi li l-kumpaniji farmaċewtiċi jkollhom livelli adegwati ta’ stokkijiet ta’ sikurezza u jipprovdu avviż bikri dwar in-nuqqasijiet ta’ mediċini, bl-appoġġ ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza tal-katina tal-provvista u miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskju; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista permezz ta’ notifika aktar bikrija tan-nuqqasijiet, obbligi aktar stretti għall-provvista u t-trasparenza, trasparenza mtejba tal-ħażniet u koordinazzjoni mtejba tal-UE u mekkaniżmi biex jiġu ġestiti u evitati n-nuqqasijiet;
284. Jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti fl-Istati Membri, filwaqt li jħeġġeġ ukoll ir-ripatrijazzjoni tal-industrija farmaċewtika meta jkun meħtieġ biex jiġu indirizzati dipendenzi għoljin; jenfasizza l-ħtieġa ta’ pjan ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-mediċini ddefiniti bħala kritiċi;
285. Jemmen li l-Proġetti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) dwar is-saħħa għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi u aktar ekoloġiċi u proċessi ta’ produzzjoni għall-manifattura tal-mediċini, ta’ terapiji tal-ġeni u taċ-ċelloli u l-innovazzjoni fi trattamenti strateġiċi;
286. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, minbarra l-vaċċini kontra l-COVID-19, il-pazjenti jkunu jistgħu jaċċessaw prodotti terapewtiċi effettivi kontra l-COVID-19 għal kull stadju tal-progressjoni tal-marda, biex jippermettu rkupru aktar rapidu u jnaqqsu l-mortalità;
(IV) KTAJJEN TAL-PROVVISTA
287. Jipproponi li għandhom jiġu promossi dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom relatati mat-tfixkil fil-provvista f’kuntratti futuri dwar il-provvista ta’ prodotti mediċi; jitlob li jiġu identifikati dipendenzi ta’ riskju għoli u l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni għal prodotti relatati fl-UE u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Ewropa għal ingredjenti attivi, eċċipjenti u prodotti anċillari essenzjali;
288. Jemmen li l-UE għandha tnaqqas id-dipendenza tagħha minn sħab kummerċjali u taġixxi b’mod deċiżiv biex tipprevjeni n-nuqqasijiet ta’ mediċini; jistieden lill-EMA timmappja l-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista relatati mas-sistema Ewropea tal-akkwist ta’ prodotti mediċi u ingredjenti farmaċewtiċi attivi minn barra l-Ewropa;
289. Jemmen li l-UE għandha tiżgura kondiviżjoni aħjar tad-data mill-industrija, projezzjonijiet aktar bikrija dwar fejn jistgħu jseħħu nuqqasijiet fil-futur u trasparenza akbar tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali fejn dan jgħin biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mediċini ta’ interess pubbliku ta’ prijorità;
290. Jisħaq li l-pandemija enfasizzat il-ħtieġa li tiżdied l-awtonomija strateġika tal-UE fil-ktajjen tal-provvista essenzjali u fl-infrastrutturi u fis-servizzi kritiċi u jemmen li l-UE għandha żżid is-sehem tal-produzzjoni medika ewlenija fit-territorju tagħha biex issaħħaħ l-awtonomija tal-katina tal-provvista tal-Ewropa, filwaqt li jinżamm il-ftuħ għad-dinamika globali tal-katina tal-provvista kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa;
291. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-finanzjament ta’ proġetti strateġiċi fis-settur tas-saħħa permezz ta’ Fond Ewropew għas-Sovranità li jista’ jikkontribwixxi biex tinkiseb l-awtonomija strateġika tal-UE dwar il-prodotti mediċi;
292. Jemmen li l-istimulazzjoni u l-bini ta’ ekosistema industrijali Ewropea attraenti għas-settur farmaċewtiku huma waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin biex tkompli titrawwem ir-rilokazzjoni tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni lura lejn l-UE u li r-rilokazzjonijiet ta’ dan it-tip jistgħu jgħinu biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE jsiru aktar indipendenti minn pajjiżi terzi u aktar reżiljenti għat-tfixkil; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi d-djalogu mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tippromwovi l-farmaċewtiċi “magħmulin fl-Ewropa” billi ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-manifattura u tal-provvista, tivvaluta kriterji addizzjonali għall-ipprezzar nazzjonali, mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-pazjenti u mingħajr preġudizzju għas-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa, u tiżgura li dawn il-kriterji jinkludu standards ambjentali għoljin tal-manifattura, ġestjoni robusta tal-katina tal-provvista, investiment dimostrabbli fl-innovazzjoni u r-riċerka; jenfasizza l-importanza ta’ ppjanar bikri biex jiġu evitati n-nuqqasijiet u tiġi allokata l-provvista fejn tkun tinsab id-domanda tal-pazjenti; jissottolinja li kwalunkwe forma ta’ appoġġ mill-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun kundizzjonali fuq il-klawżoli ta’ aċċessibbiltà, aċċessibbiltà tal-prezzijiet, disponibbiltà, sikurezza u trasparenza;
293. Ifakkar li kwalunkwe finanzjament pubbliku jrid ikun kundizzjonali fuq it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-investimenti, l-obbligi tal-provvista fis-suq Ewropew u l-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-mediċini prodotti;
294. Jenfasizza l-importanza li jitnaqqas id-dewmien amministrattiv bejn is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-approvazzjoni tagħha mill-EMA, u li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri regolatorji ma għandhiex tikkomprometti l-istandards tas-sikurezza, tal-effikaċja u tal-kwalità;
295. Jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ networks li jistgħu jiġu mmobilizzati biex jipproduċu varjetà ta’ teknoloġiji fi żmien qasir (bħall-EU FAB) u l-indirizzar tal-isfidi tal-katina tal-provvista u l-ostakoli kummerċjali li jħallu impatt fuq il-proċess tal-produzzjoni, itenni l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-produzzjoni ta’ mediċini mingħajr skop ta’ qligħ;
(v) Riċerka u żvilupp
296. Iħeġġeġ aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp orjentat lejn l-indirizzar tal-objettivi ta’ interess pubbliku, billi jiżdiedu r-riżorsi tal-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-programm UE għas-Saħħa, u bl-istabbiliment tal-HERA bħala aġenzija futura tal-UE li tappoġġja r-riċerka biex tagħmel il-vaċċini kif ukoll trattamenti innovattivi u trattamenti oħra disponibbli fi żminijiet ta’ kriżi u lil hinn minnha; iħeġġeġ ir-riċerka dwar il-vaċċini biex tesplora metodikament u tqis id-differenzi bejn il-ġeneri fir-rispons u l-effikaċja tal-vaċċini billi tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fi provi kliniċi;
297. Jisħaq fuq l-importanza li jsir investiment fi prodotti finali aktar aċċessibbli u bi prezz aktar raġonevoli; itenni l-ħtieġa ta’ trasparenza akbar fir-riċerka u l-iżvilupp bijomediku biex jiġu stabbiliti b’mod indipendenti investimenti finanzjarji mmirati sew u titnaqqas id-duplikazzjoni billi jiġu żgurati r-rapportar u l-aċċessibbiltà tad-data u l-eżiti tal-provi kliniċi;
298. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel is-sindromi ta’ infezzjoni postakuta prijorità u tiżviluppa strateġija tal-UE dwar il-PAIS, komparabbli mal-pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer u mal-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali u tindirizza l-PAIS fl-istrateġija għas-saħħa globali; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu l-istess sforz biex isibu kura għall-pazjenti b’PAIS bħalma għamlu għall-iżvilupp tal-vaċċini;
299. Jappella għal aktar riċerka biex jiġu ddeterminati l-kawżi sottostanti, il-frekwenza u l-aħjar għażliet ta’ trattament għall-PASC, inklużi l-COVID fit-tul, is-sindromu ta’ wara l-vaċċin u mard post-infettiv ieħor u riċerka dwar il-konsegwenzi fit-tul tagħhom bħall-iżvilupp tal-ME/CFS, kif ukoll l-iskambju ta’ esperjenza u approċċi biex jiġi indirizzat l-impatt tal-effetti tagħhom; jitlob l-istabbiliment ta’ network ta’ esperti tal-UE dwar dan il-mard bi programm koordinat ta’ sistemi ta’ sorveljanza, inkluża data diżaggregata skont is-sottogruppi differenti minn kull Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej, permezz ta’ definizzjonijiet u metodoloġiji konsistenti tal-każijiet, u li jinkludi l-impatt ta’ dawn il-kundizzjonijiet fuq is-saħħa, l-impjiegi u l-ekonomija; jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament addizzjonali u sejħiet prijoritizzati għal proġetti ffokati fuq ir-riċerka bijomedika fil-PASC u għal rikonoxximent aħjar tal-PASC fil-livell tal-Istati Membri;
300. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa għal riċerka ddedikata u mmirata dwar il-PASC, inkluża l-kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika, fuq skala li tippermetti l-iżvilupp ta’ serje ta’ għodod dijanjostiċi, il-finanzjament ta’ studji kruċjali u l-iżvilupp ta’ mediċini li jindirizzaw ir-raggruppamenti differenti ta’ sintomi u s-Sħubija Ewropea dwar il-Mard Rari; jenfasizza f’dan ir-rigward li anke l-viruses li ma jidhrux serji ħafna xi drabi jistgħu jwasslu għal mard serju fil-futur; jissottolinja li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura u għalhekk itenni l-ħtieġa li titħeġġeġ u tiġi ffinanzjata r-riċerka biex jinħolqu vaċċini li jipprovdu immunità sterili, li mhux biss jittrattaw il-marda iżda l-aktar importanti jipprevjenu l-infezzjonijiet, filwaqt li jevitaw kwalunkwe problema potenzjali fit-tul;
301. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza li jipprovdu assistenza u appoġġ adegwati lil persuni li jbatu mill-PASC, inkluż il-COVID fit-tul fl-estensjoni tal-allowances għall-mard, l-iffaċilitar tal-aċċess għal skemi ta’ benefiċċju soċjali kif ukoll kumpens għall-pazjenti b’sindromu ta’ wara l-vaċċin sabiex jiġi mmitigat il-PASC bħala nassa tal-faqar, inkluż appoġġ xieraq għal dawk affettwati fil-ħajja ta’ kuljum jew fil-kapaċità tax-xogħol tagħhom; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ edukazzjoni u taħriġ mediċi mtejba għall-professjonisti tas-saħħa u tal-kura soċjali li jaħdmu fil-qasam tal-PASC u l-inklużjoni tal-ME/CFS fi ħdan in-Network ta’ Referenza Ewropew għal Mard Newroloġiku Rari (ERN);
(vi) Trasparenza
302. Jirrakkomanda li la n-negozjaturi tal-kuntratti ma’ kumpaniji farmaċewtiċi, u lanqas l-esperti kkonsultati fil-kuntest tal-politika jew programmi farmaċewtiċi tal-UE jew b’xi mod ieħor mobilizzati mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE, ma għandu jkollhom xi interessi finanzjarji jew interessi oħra li jistgħu jitqiesu li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom, u li għandhom jiddikjaraw l-interessi finanzjarji u interessi oħra tagħhom, filwaqt li jaġġornaw tali dikjarazzjonijiet kull sena u kull meta jkun meħtieġ f’konformità mal-proċeduri previsti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-UE; jirrakkomanda li dawn id-dikjarazzjonijiet isiru pubbliċi; iqis li l-esperti għandhom jiżvelaw kwalunkwe fatt ieħor li jsiru jafu bih waqt il-parteċipazzjoni tagħhom f’tali proċeduri li jista’ raġonevolment ikun mistenni li jinvolvi jew jagħti lok għal kunflitt ta’ interess;
303. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tirrieżamina perjodikament is-sistema ta’ inċentivi filwaqt li tiżgura l-prevedibbiltà tagħha, u tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew, iżżid it-trasparenza tal-prezzijiet filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tan-negozju u tenfasizza l-fatturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u s-sostenibbiltà ekonomika tas-sistemi tas-saħħa pubblika;
304. Ifakkar li l-Ewropej kollha għandhom id-dritt għal trattament ottimali, irrispettivament mill-mezzi finanzjarji, mill-ġeneru, mill-età jew min-nazzjonalità u jesprimi tħassib dwar id-differenza kbira fid-disponibbiltà u fl-aċċess għal terapiji differenti, b’raġuni primarja li ma tistax tintlaħaq;
305. Jistieden lill-Istati Membri jqisu d-differenza fis-saħħa bejn il-ġeneri fit-tħejjija u r-reżiljenza tagħhom għall-pandemija futura;
306. Jissottolinja speċjalment il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa u jfakkar lill-Istati Membri li l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, huwa komponent essenzjali tal-obbligi legali tagħhom biex javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
307. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ugwali għal mediċini sikuri, effettivi u bi prezz raġonevoli fl-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw negozjati konġunti dwar il-prezzijiet ma’ kumpaniji farmaċewtiċi;
308. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali(48) sabiex jiġu żgurati skrutinju effettiv u trasparenza sħiħa tal-proċeduri użati biex jiġu ddeterminati l-prezz u l-ammont tar-rimborż tal-mediċini, b’mod partikolari l-mediċini kontra l-kanċer, fl-Istati Membri kollha;
309. Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ trasparenza matul ċerti fażijiet ta’ negozjar tal-kuntratti tal-vaċċini mill-Kummissjoni u jissottolinja li t-trasparenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet issaħħaħ l-aċċettazzjoni ta’ għażliet politiċi magħmula f’isem iċ-ċittadini;
310. Iħeġġeġ modi responsabbli biex tissaħħaħ it-trasparenza fir-rigward tal-finanzjament, il-kuntratti, u l-akkwist tal-vaċċini pubbliċi, kif ukoll il-kontromiżuri mediċi, l-ispejjeż reali tar-riċerka u l-iżvilupp, u l-aċċess għar-riżultati tal-provi kliniċi u d-data relatata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni tal-provi kliniċi, u jitqiesu kif dovut id-drittijiet tal-IP, inklużi s-sigrieti kummerċjali;
311. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura d-dmir tagħha ta’ trasparenza billi tagħmel pubbliku wkoll, fil-kuntratti ta’ akkwist, informazzjoni relatata mar-responsabbiltà tal-manifatturi, id-dati tal-konsenja u l-volumi ta’ dożi għal kull Stat Membru, u barra minn hekk il-prezz tad-dożi mibjugħa;
312. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat u aġġornat dwar il-ftehimiet ta’ xiri u tipprovdi lill-Parlament Ewropew aċċess għall-verżjonijiet mhux reddati tal-ftehimiet kollha ta’ xiri mingħajr aktar dewmien;
313. Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-verżjoni mhux reddata tal-ftehimiet ta’ xiri għall-pubbliku ġenerali wara d-dati ta’ terminazzjoni rispettivi tagħhom, inkluża l-informazzjoni kollha ta’ interess pubbliku, meta legalment possibbli;
314. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-manifatturi jkunu trasparenti dwar l-effetti sekondarji potenzjali tal-vaċċini, inklużi l-effetti sekondarji magħrufa identifikati mill-EMA, u jikkomunikaw f’dan il-kuntest, kif ukoll dwar il-benefiċċji u l-effiċjenza tat-tilqim, f’kuntest konsistenti, komprensiv, u b’mod koordinat, li jiggarantixxi s-sikurezza tal-pazjenti, kif ukoll li jevita l-eżitazzjoni għat-tilqim, l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni;
315. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi biex jiġbru d-data dwar l-effetti sekondarji b’mod f’waqtu u adegwat, u jdaħħlu din id-data fil-bażi tad-data dwar il-farmakoviġilanza; jisħaq fuq l-importanza tal-farmakoviġilanza, il-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu pprevenuti r-reazzjonijiet negattivi, id-determinazzjoni tar-responsabbiltà u l-iżgurar ta’ kumpens rapidu f’każ ta’ korriment mill-manifatturi;
(vii) Istituzzjonijiet tal-UE
316. Jitlob li l-HERA ssir aġenzija awtonoma tal-UE, b’mandat b’saħħtu u definit sew mill-Kunsill u mill-Parlament (inkluż rwol xieraq fir-riċerka industrijali, u mandat), li tiżgura wkoll is-sorveljanza parlamentari u b’hekk iżid it-trasparenza, b’aktar riżorsi u b’baġit biex tissodisfa l-mandat tagħha, filwaqt li tkun ikkoordinata ma’ inizjattivi oħra tal-UE dwar is-saħħa, filwaqt li tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq is-salvagwardja tal-interess pubbliku, inkluż permezz ta’ kundizzjonijiet ta’ aċċess u għażliet legali biex tawtorizza t-trasferiment tat-teknoloġija u l-kondiviżjoni tal-għarfien;
2.Approċċ koordinat li jirrispetta d-demokrazija u d-drittijiet fundamentali
(a) Bini tal-fiduċja
(i) Komunikazzjoni aħjar u aktar effettiva tal-UE dwar is-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ epidemiji jew kriżijiet tas-saħħa
317. Jissottolinja li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-drittijiet ta’ ċerti gruppi, bħall-anzjani, it-tfal, in-nisa u ż-żgħażagħ, u kellha effett negattiv speċjalment fuq gruppi diġà emarġinati, inklużi iżda mhux limitati għal persuni b’diżabilità, migranti, nies li qed jiffaċċjaw ir-razziżmu, nies soċjalment żvantaġġati u persuni LGTBQIA+; jisħaq li l-fiduċja fl-awtoritajiet u fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fix-xjenza applikata fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi hija indispensabbli għal rispons effettiv għall-pandemiji u ma tistax tinkiseb mingħajr trasparenza u komunikazzjoni bbażata fuq evidenza xjentifika f’konformità mad-data disponibbli dak iż-żmien, mogħtija b’mod trasparenti u li jinftiehem għall-pubbliku ġenerali; jirrikonoxxi li t-tixrid ta’ informazzjoni xjentifikament jew medikament falza f’nofs kriżi tas-saħħa għamel ħsara serja lis-saħħa tal-popolazzjoni tal-UE u saħansitra poġġa l-ħajja tan-nies li jgħixu fl-UE f’riskju; jiddeplora l-użu politikament motivat tal-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni, u t-tentattivi ta’ diżinformazzjoni permezz ta’ tali mezzi tal-istituzzjonijiet pubbliċi fi żmien ta’ kriżi; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq is-sorveljanza demokratika u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jissottolinja li dawn l-iżviluppi għandhom impatt negattiv mhux biss fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi iżda anke fuq il-koeżjoni soċjali; jissottolinja li l-fiduċja, l-iżvelar konsistenti tad-dokumenti pubbliċi flimkien mal-komunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza b’mod ċar, effettiv u li jinftiehem għall-pubbliku ġenerali jżidu r-rieda tan-nies li jsegwu volontarjament r-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa u jżidu l-fiduċja pubblika b’mod ġenerali;
318. Jissottolinja l-ħtieġa li d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri applikati biex jiġu indirizzati l-pandemiji, speċjalment meta jsarrfu f’restrizzjoni tal-libertajiet, ikunu bbażati fuq kriterji xjentifiċi u l-pariri tal-awtoritajiet xjentifiċi fil-qasam permezz ta’ proċessi formali u trasparenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;
319. Jinnota l-isforzi tal-EMA biex tipprovdi informazzjoni ċara, trasparenti, preċiża u f’waqtha dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-vaċċini u tal-aġenti terapewtiċi tal-COVID-19, b’veloċità u frekwenza mingħajr preċedent u jirrikonoxxi li l-aġenzija diġà implimentat miżuri biex iżżid it-trasparenza tal-attivitajiet regolatorji tagħha dwar il-vaċċini u t-trattamenti tal-COVID‑19; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-aġenzija tkompli ttejjeb aktar it-trasparenza, il-komunikazzjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni u għalhekk jitlob lill-aġenzija tiżgura trasparenza u disponibbiltà sħiħa tal-informazzjoni dwar il-vaċċini u l-proċessi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li titrawwem il-fiduċja tal-pubbliku u li tiġi pprovduta informazzjoni kompluta dwar il-fondi pubbliċi u l-infiq tagħhom; jirrikonoxxi li l-komunikazzjoni tal-aġenzija kienet kruċjali biex iċ-ċittadini jserrħu rashom, tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni matul il-pandemija u jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ trasparenza fil-funzjonament tal-aġenzija; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-ECDC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jtejbu t-trasparenza u l-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tagħhom fi żminijiet ta’ kriżi;
320. Jirrimarka d-differenzi bejn il-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw id-diżinformazzjoni; jinnota li tali differenzi huma wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għal disparitajiet f’termini ta’ eżitazzjoni għat-tilqim;
321. Jirrikonoxxi li, minkejja d-diżinformazzjoni mifruxa fl-Unjoni, iċ-ċittadini tal-UE u s-soċjetà b’mod ġenerali laqgħu ħafna t-tilqim kontra l-COVID-19 u jenfasizza li s-sens kbir ta’ responsabbiltà taċ-ċittadini kien essenzjali għat-tmexxija bla xkiel u s-suċċess tal-kampanja ta’ tilqim f’ħafna Stati Membri;
322. Iqis li edukazzjoni dwar is-saħħa, fost politiki oħra, inklużi l-komunikazzjoni u l-prossimità għall-fornituri tal-kura tas-saħħa u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, flimkien mal-komunikazzjoni tal-evidenza u r-riżultati xjentifiċi b’mod li jinftiehem, il-litteriżmu medjatiku u t-trasparenza tal-proċeduri pubbliċi, is-soluzzjonijiet ibbażati fil-komunità u s-sensibilizzazzjoni għall-komunitajiet emarġinati huma wħud mill-fatturi ewlenin fit-tnaqqis tal-eżitazzjoni għat-tilqim;
(ii) l-indirizzar tal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni u r-rwol tal-media soċjali
323. Jenfasizza li d-diżinformazzjoni hija sfida li qed tevolvi bil-potenzjal li tinfluwenza b’mod negattiv il-proċessi demokratiċi u d-dibattiti tas-soċjetà li jaffettwaw l-oqsma politiċi kollha, iddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fid-demokrazija u tiskoraġġixxi l-kooperazzjoni u s-solidarjetà Ewropej;
324. Jirrikonoxxi li l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni jeħtieġ li jkun protett aħjar; jinnota żieda rapida fil-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni fuq il-media soċjali u l-istrumenti tal-media tradizzjonali matul il-pandemija u jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp ta’ strateġiji biex tiġi pprevenuta d-diżinformazzjoni matul żminijiet ta’ kriżi;
325. Ifakkar li l-aħjar mod biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni huwa li jiġu protetti u żgurati d-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, filwaqt li jiġu appoġġjati l-pluraliżmu tal-media u l-ġurnaliżmu indipendenti; jistieden lill-Istati Membri, f’dan il-kuntest, jiżguraw it-trasparenza meta jadottaw miżuri f’sitwazzjoni ta’ kriżi u jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b’informazzjoni u data komprensivi, aġġornati, preċiżi u oġġettivi dwar is-sitwazzjoni u l-miżuri meħuda biex jikkontrollawha, sabiex jiġġieldu d-diżinformazzjoni li għandha l-għan li tiskredita jew tgħawweġ l-għarfien xjentifiku dwar ir-riskji għas-saħħa;
326. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-informazzjoni tkun komprensibbli, konsistenti, sostanzjata xjentifikament u pprovduta fil-ħin biex tiġi evitata l-miżinformazzjoni u b’hekk tingħata gwida lill-pubbliku, il-mezzi tal-komunikazzjoni u l-fornituri tal-kura medika u jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa pubblika;
327. Jilqa’ r-reviżjoni tal-“Kodiċi ta’ Prattika dwar id-diżinformazzjoni” fl-2022 u jappoġġja bis-sħiħ l-impenji l-ġodda tiegħu u jirrakkomanda rapport bikri dwar l-impatt tiegħu;
328. Jilqa’ l-att propost dwar il-libertà tal-media Ewropea, li huwa mfassal biex jippreżerva l-libertà u d-diversità tal-media fid-dawl ta’ għodod kontra l-miżinformazzjoni; jilqa’ l-ħidma ta’ verifika tal-fatti tal-ġurnalisti biex jiġġieldu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, filwaqt li jirrispettaw kif xieraq id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju tal-libertà tal-istampa; jitlob aktar riżorsi biex jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar l-għodod kontra l-miżinformazzjoni u jappoġġja kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-media biex jiġi evitat it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi fi żminijiet ta’ kriżi biex jiżguraw li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sikur, u jirrikonoxxu l-mezzi tal-media tal-aħbarijiet bħala servizz essenzjali;
329. Jilqa’ l-istabbiliment ta’ taskforce permanenti dwar il-miżinformazzjoni (id-diviżjoni StratCom tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna) biex timmonitorja l-iskala ta’ miżinformazzjoni fl-UE u jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni Ewropew propost għad-demokrazija biex tiġi stabbilita strateġija Ewropea komuni biex tindirizza l-miżinformazzjoni kif ukoll il-pakkett li jmiss dwar id-Difiża tad-Demokrazija;
330. Jenfasizza li l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, flimkien maċ-ċiberattakki, jistgħu jkunu wkoll parti mill-istrateġiji tal-“gwerra ibrida” mis-setgħat barranin u għandhom jiġu indirizzati bħala parti minn strateġija tas-sigurtà usa’;
331. Jilqa’ l-użu tas-Sistema ta’ Twissija Rapida eżistenti minn qabel matul il-kriżi tal-COVID-19, li kienet imfassla speċifikament biex tiġġieled kampanji ta’ diżinformazzjoni barranija; jinnota s-sett ta’ għodod li jmiss stabbilit b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li jistabbilixxi soluzzjonijiet ta’ azzjoni għall-bini tar-reżiljenza, regolatorji u ta’ rispons; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar estensiv mis-Sistema ta’ Twissija Rapida u minn mezzi xierqa oħra sabiex isaħħu l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE u bejniethom, inkluż għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-indikazzjonijiet tas-saħħa tas-sitwazzjoni fil-prattika u dwar il-progress tagħha; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni kellhom rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-pandemija;
332. Jilqa’ l-istabbiliment tal-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO) li se jappoġġja komunità multidixxiplinari indipendenti dwar id-diżinformazzjoni tal-COVID-19 b’infrastruttura teknoloġika b’għodod u servizzi; jirrakkomanda li l-EDMO jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi fir-riċerka skont il-kompetenzi tiegħu u jistabbilixxi rabtiet xierqa mas-Sistema ta’ Twissija Rapida;
333. Ifakkar fir-rwol tal-media, b’mod speċjali tal-media soċjali biex tipprovdi pjattaforma fit-tixrid ta’ miżinformazzjoni u diżinformazzjoni relatati mal-COVID-19 u l-kwistjonijiet ta’ saħħa b’mod ġenerali; jissottolinja li l-mudell kummerċjali ta’ ħafna kumpaniji tal-media soċjali huwa bbażat fuq il-click-baiting u għalhekk jaggrava l-aħbarijiet foloz u d-diskors ta’ mibegħda;
334. Jirrikonoxxi l-kooperazzjoni limitata tal-pjattaformi tal-media soċjali, minħabba nuqqas ta’ ċarezza fir-rapporti tagħhom u jesprimi dispjaċir għad-differenzi bejn l-istrateġiji, il-pariri u l-komunikazzjonijiet dwar it-tilqim tal-Istati Membri, li xi drabi jirriżultaw f’messaġġi konfliġġenti lil gruppi fil-mira speċifiċi, li potenzjalment jistgħu jirriżultaw f’eżitazzjoni għat-tilqim;
335. Ifakkar li l-mudell kummerċjali tal-pjattaformi online għadu xprunat mid-data, u li l-kapaċità tal-pjattaformi online li jiġbru ammonti kbar ta’ data personali tiddependi mill-użu tal-algoritmi tal-pjattaformi tal-media soċjali; iqis li l-algoritmi għandhom rwol fl-amplifikazzjoni ta’ narrattivi foloz;
336. Jisħaq fuq l-importanza tal-monitoraġġ tal-pjattaformi tal-media soċjali biex jiġu mifhuma x-xejriet kontinwi u emerġenti fid-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikjedu kooperazzjoni akbar u aktar b’saħħitha minn dawk il-pjattaformi, sabiex jiġi żgurat li d-dibattitu pubbliku jkun mibni fuq il-fiduċja, it-trasparenza u l-informazzjoni korretta;
337. Jilqa’ l-adozzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali(49) (DSA) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali(50) fl-2022, li għandhom l-għan li joħolqu spazju diġitali sikur li fih jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-utenti kollha tas-servizzi diġitali; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ aktar trasparenza mill-kumpaniji tal-media soċjali dwar liema kontenut jikkondividu fuq il-pjattaformi tagħhom, liema reklami politikament sensittivi ġew ippubblikati u liema data ġiet maħżuna għal użu futur; jilqa’ d-dispożizzjonijiet tad-DSA li jirrikjedu l-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix kbar ħafna jipprovdu informazzjoni dwar l-algoritmi, jippermettu l-aċċess għalihom, jispjegaw kif jaħdmu, jivvalutaw l-impatt tagħhom fuq il-proċessi demokratiċi u elettorali, u jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju;
338. Jirrakkomanda li tiġi appoġġjata azzjoni mmirata dwar l-inklużività fl-irkupru ta’ wara l-pandemija biex jiġi protett l-ispazju demokratiku u ssir rappreżentattiva tal-vuċijiet kollha fis-soċjetà; jissottolinja li l-litteriżmu diġitali u fil-media u appoġġ akbar tal-ħsieb kritiku għall-utenti tal-media soċjali, huma essenzjali fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni;
339. Jafferma mill-ġdid l-importanza li l-Parlament ikollu Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni (INGE), inkluża d-diżinformazzjoni u t-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fil-Parlament Ewropew;
(iii) L-importanza tal-involviment tal-komunità, inklużi s-smigħ u l-indirizzar tat-tħassib tal-pubbliku
340. Jirrakkomanda wkoll li jiġu inklużi rappreżentanti tal-komunitajiet lokali, reġjonali u territorjali, inklużi l-uffiċjali eletti, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, fil-proċess interistituzzjonali u f’diversi livelli tal-ġenerazzjoni tal-fiduċja, il-koordinazzjoni tat-twassil ta’ informazzjoni fattwalment korretta lill-membri kollha tas-soċjetà b’mod ċar u li jinftiehem u t-trawwim tal-involviment attiv tal-popolazzjoni fi żminijiet ta’ kriżi; jirrakkomanda li jittieħed approċċ iċċentrat fuq il-prinċipji fl-iżvilupp ta’ aġendi u politiki ta’ rispons għall-emerġenzi tas-saħħa; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis bis-sħiħ ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-proposti leġiżlattivi tagħha marbuta mal-ġestjoni tal-pandemija; ifakkar f’dan il-kuntest fir-rwol importanti li għandhom il-komunità xjentifika, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-bini u t-titjib tal-fiduċja tal-pubbliku u jirrakkomanda li jkun hemm involviment aħjar magħhom;
341. Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali, speċjalment mir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, matul il-pandemija, bħala entitajiet tal-ewwel linja biex jipprovdu kura tas-saħħa u jiżguraw li l-kontromiżuri tal-pandemija jkunu ġew implimentati kif xieraq;
(b) Il-COVID-19 u d-drittijiet fundamentali
342. Itenni l-importanza ta’ proċessi ta’ skrutinju stabbiliti sew fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea u ta’ sorveljanza demokratika bbażati fuq id-diviżjoni tas-setgħat bejn l-eżekuttiv, leġiżlattiv u ġudizzjarju biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali jinżammu responsabbli għall-ksur tal-libertà ta’ għaqda, tal-libertà tal-kelma, tad-dritt għall-proprjetà privata u tad-drittijiet tal-pazjenti, u biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà fil-bidliet fir-regoli għan-negozji; jissottolinja li kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet fundamentali jeħtieġ li tiġi limitata fiż-żmien u tkun proporzjonata għall-ħtieġa prevalenti temporanja tal-protezzjoni tal-popolazzjoni; jirrakkomanda li l-miżuri ta’ emerġenza għandhom ikunu fis-seħħ biss sakemm ikunu meħtieġa; jisħaq f’dan ir-rigward fuq l-importanza li jiġu applikati klawżoli ta’ estinzjoni għall-miżuri ta’ emerġenza f’konformità mad-dritt nazzjonali; jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali ġeneralment adottaw miżuri ta’ emerġenza matul il-pandemija sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika; jesprimi dispjaċir għall-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment tal-persuni l-aktar vulnerabbli u emarġinati;
343. Jinnota bi tħassib li, f’xi każijiet, l-Istati Membri li introduċew stat ta’ emerġenza jew reġim ekwivalenti użaw din l-għodda ta’ emerġenza biex jirrestrinġu d-dritt għal-libertà ta’ għaqda tal-avversarji politiċi, u użaw din l-għodda ta’ emerġenza bħala opportunità biex jgħaddu leġiżlazzjoni kontroversjali jew pjanijiet ta’ żvilupp;
(I) Ċertifikat tal-COVID-19, applikazzjonijiet ta’ traċċar u s-sigurtà tagħhom
344. Jilqa’ s-suċċess ġenerali taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u jfakkar fl-importanza fundamentali tiegħu biex tiġi protetta s-saħħa pubblika; ifakkar li ċ-ċertifikat kien fundamentali sabiex jiġu ggarantiti l-libertà tal-moviment u l-integrità tas-suq uniku hekk kif is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika ppermettiet li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet; jissottolinja r-rilevanza tiegħu li jservi bħala mudell għall-UE ħalli timplimenta b’suċċess soluzzjonijiet madwar l-UE għas-saħħa diġitali ta’ din in-natura jekk ikun meħtieġ fil-futur; jinnota li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE f’kombinazzjoni mal-istabbiliment b’suċċess ta’ approċċ koordinat tal-UE għall-fruntieri esterni kienu kruċjali fir-restawr tal-moviment liberu tal-persuni;
345. Jirrikonoxxi l-vantaġġi taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 tal-UE (EU DCC), li huwa bbażat fuq teknoloġiji u standards b’sors miftuħ, u huwa permess għall-konnessjoni ta’ pajjiżi mhux tal-UE u l-ivvjaġġar iffaċilitat kemm fl-UE kif ukoll globalment; jirrikonoxxi li sistema globali stabbilita mid-WHO tista’ tkun ta’ assistenza fl-indirizzar ta’ theddid globali futur għas-saħħa; jinsisti fuq l-involviment sħiħ tal-Parlament, bħala koleġiżlatur, meta tiġi stabbilita sistema futura bħal din abbażi tal-qafas taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 tal-UE; jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva xierqa f’każ li pandemija futura tkun teħtieġ dan; ifakkar fil-limitu ta’ żmien ċar għall-użu taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 fl-UE bħala riżultat tal-istabbiliment ta’ klawżola ta’ estinzjoni; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ddeċidiet unilateralment li tikkritika l-kwistjoni tal-infrastruttura, li hija politikament konnessa mar-Regolament oriġinali taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 tal-UE; itenni din id-domanda għal sistemi futuri tal-UE u dawk globali; jitlob li kwalunkwe sistema futura tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità, tas-sussidjarjetà u tan-neċessità;
346. Jinnota li l-UE għandha qafas legali b’saħħtu għall-protezzjoni tad-data biex jiġu protetti l-persuni fiżiċi meta jipproċessaw id-data personali tagħhom; jenfasizza li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-applikazzjonijiet ta’ traċċar ibbażati fuq il-protokoll ta’ Traċċar ta’ Prossimità li Jippreżerva l-Privatezza (DP-3T) irrispettaw dan il-qasam leġiżlattiv, filwaqt li ppermettew il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE skont ir-regoli sanitarji applikati matul il-kriżi; jissottolinja li ż-żewġ sistemi ġew żviluppati minn inġiniera Ewropej fil-qasam tal-privatezza u ntużaw madwar id-dinja; ifakkar li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ppermetta l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri billi stabbilixxa regoli armonizzati fil-livell tal-UE, filwaqt li ġew evitati sistemi diverġenti bejn l-Istati Membri u diżorganizzazzjoni;
347. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li approċċi diverġenti fost l-Istati Membri u l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar l-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li marru lil hinn mill-objettiv li jiġi restawrat il-moviment liberu tal-persuni u l-mobbiltà mminaw il-fiduċja pubblika fl-għodda; jirrikonoxxi li diversi metodi u għodod ta’ traċċar tal-kuntatti introdotti u użati fuq livell nazzjonali ma kinux siguri, kienu ineffettivi, jew kienu jinvadu l-privatezza; jistieden lill-Istati Membri jitgħallmu minn tali żbalji;
(II) L-impatt fuq id-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli u emarġinati
348. Iqis li d-distakk diġitali huwa element ta’ tħassib għat-tħejjija u r-reżiljenza tal-UE, minħabba li l-gruppi vulnerabbli u emarġinati tal-popolazzjoni huma partikolarment affettwati minħabba li għandhom it-tendenza li jkollhom inqas opportunitajiet ta’ konnessjoni; jissottolinja li fi żminijiet ta’ kriżi, il-persuni u l-komunitajiet emarġinati, il-minoranzi u l-persuni żvantaġġati jiġu affettwati ferm aktar mill-popolazzjoni ġenerali; jirrikonoxxi li l-limitazzjonijiet fil-libertajiet fundamentali, iġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, affettwaw b’mod sproporzjonat lil dawk il-gruppi tal-popolazzjoni, u komplew jaggravaw l-iżolament tagħhom u d-distakk tagħhom mis-soċjetà usa’;
349. Jirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ oqfsa legali ċari u riżorsi suffiċjenti rriżulta f’diskriminazzjoni indiretta, inkluż matul it-triage, li wassal għal trattament mhux ugwali jew impatti negattivi partikolari fuq ċerti gruppi, speċjalment il-persuni b’diżabilità; jenfasizza li sabiex jiġu ssodisfati b’suċċess il-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar foqra u tal-aktar persuni emarġinati matul pandemija, ir-rispons f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa jrid ikun ibbażat fuq il-prinċipji tal-ekwità u l-inklużjoni;
350. Jappella għal involviment aktar b’saħħtu tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-gruppi ta’ interess speċjali, u tal-kumitati tal-etika fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri tas-saħħa, biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali ta’ persuni vulnerabbli u emarġinati f’emerġenzi;
351. Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw kif il-miżuri ta’ emerġenza tas-saħħa affettwaw b’mod sproporzjonat lill-komunitajiet minoritarji u/jew emarġinati;
352. Jirrikonoxxi li r-riċerka preċedenti dwar il-pandemiji turi li l-prevalenza tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u s-severità tagħha huma aggravati matul il-kriżijiet; jenfasizza li matul il-lockdowns li rriżultaw mill-pandemija, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u t-tfal żdiedet b’mod sinifikanti hekk kif il-miżuri restrittivi rawmu ambjent partikolarment abilitanti għall-persuni li jabbużaw;
353. Jinnota li l-pajjiżi Ewropej tad-WHO rrapportaw żieda ta’ 60 % fis-sejħiet ta’ emerġenza min-nisa soġġetti għal vjolenza mis-sieħeb intimu tagħhom u jenfasizza f’dan il-kuntest is-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tan-nisa li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali; jinnota li l-aċċess limitat għas-servizzi ta’ appoġġ, bħal postijiet ta’ kenn u hotlines tan-nisa f’ħafna każijiet ħallew lin-nisa mingħajr post fejn imorru u jfittxu l-għajnuna; jinnota, barra minn hekk, li d-diġitalizzazzjoni wasslet għal żieda osservabbli fil-vjolenza online abbażi tal-ġeneru peress li individwi abbużivi jistgħu jittraċċaw lill-vittmi tagħhom jew l-aktar persuni vulnerabbli li jużaw għodod diġitali;
354. Jisħaq li l-vulnerabbiltà akbar tal-popolazzjoni tal-anzjani kienet aggravata mill-fraġilità u mill-pronjożi aktar dgħajfa tagħhom, minħabba l-età medja akbar u l-komorbiditajiet frekwenti tagħhom, li rriżultaw f’kumplessità klinika u approċċ mhux uniformi għall-kura tal-anzjani;
355. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Parlament kellu rwol limitat ħafna matul il-pandemija, peress li d-deċiżjonijiet tħallew l-aktar f’idejn il-fergħa eżekuttiva; ifakkar li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jeħtieġ li jeżerċitaw il-funzjonijiet kostituzzjonali ewlenin tagħhom tal-leġiżlazzjoni, tas-sorveljanza tal-eżekuttiv u tar-rappreżentanza taċ-ċittadini irrispettivament mill-urġenza;
(i) Sorveljanza demokratika għar-rispons għall-pandemija fil-livell nazzjonali
356. Jinnota differenzi sinifikanti fil-grad ta’ sorveljanza parlamentari tal-miżuri ta’ emerġenza relatati mal-COVID‑19‑bejn l-Istati Membri, għalkemm il-funzjonijiet ta’ sorveljanza mwettqa mill-parlamenti nazzjonali jibqgħu rekwiżit essenzjali tad-demokrazija parlamentari, speċjalment fi żminijiet meta jiġu introdotti stati ta’ emerġenza, b’tali mod li jkun hemm aktar ċaqliq fil-poter lejn l-eżekuttiv, u li s-sorveljanza parlamentari effiċjenti tirrikjedi qafas legali li jiggarantixxi d-drittijiet tal-Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni u tal-minoranzi; jissottolinja li l-qafas leġiżlattiv għandu jiggarantixxi l-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ estinzjoni u klawżola ta’ evalwazzjoni fid-digriet dwar l-istat ta’ emerġenza, ir-rispett għall-iskrutinju tal-baġit mill-parlamenti flimkien, jekk possibbli, ma’ awditi indipendenti u l-involviment tal-parlamenti fil-ħolqien ta’ kumitati xjentifiċi;
357. Jirrikonoxxi li l-miżuri tal-istat ta’ emerġenza għandhom jibqgħu ta’ natura temporanja u l-gvernijiet għandhom jevitaw li jtawlu l-effett tagħhom lil hinn mit-tul tal-kriżi; jissottolinja li, anke f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bħal dawn, l-istat tad-dritt irid dejjem jiġi ggarantit;
358. Jisħaq li s-sorveljanza parlamentari kienet ristretta matul il-pandemija, jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali adottaw miżuri ta’ emerġenza stretti matul il-pandemija sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika;
359. Jirrikonoxxi li s-sistema ta’ kontrokontrolli u s-separazzjoni tas-setgħat fl-Istati Membri tal-UE mhux dejjem ġew iggarantiti u mhux dejjem kienu prevalenti taħt il-liġijiet ta’ emerġenza;
360. Jinnota li l-Istati Membri stabbilew korpi, awtoritajiet u proċeduri biex jipprovdu pariri xjentifiċi dwar il-formulazzjoni ta’ politiki pubbliċi u l-adozzjoni ta’ miżuri, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi; jipproponi li fi kriżijiet futuri, bħal pandemiji, l-ismijiet tal-membri u l-professjonisti ta’ dawn il-gruppi ta’ esperti għandhom jintbagħtu lill-parlamenti nazzjonali għall-iskrutinju u l-għarfien tagħhom f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali;
361. Jirrikonoxxi li l-qrati kellhom rwol importanti fl-iskrutinju tal-leġiżlazzjoni ta’ emerġenza skont il-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri rilevanti; jinnota bi tħassib l-għeluq totali tal-qrati f’ċerti Stati Membri, li effettivament impedixxa l-aċċess għal kwalunkwe mezz ta’ kontestazzjoni ta’ miżuri restrittivi introdotti b’reazzjoni għall-pandemija jew għal kwistjonijiet oħra, speċjalment dawk biex jiġi protett l-eżerċitar ta’ drittijiet mhux derogabbli u assoluti previsti mill-Artikolu 2 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB); jissottolinja li l-indipendenza tal-ġudikatura u l-istat tad-dritt jeħtieġ li tiġi ggarantita matul il-pandemiji;
362. Iqis li wara l-pandemija kif ukoll il-gwerra li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna, is-salvagwardja tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont bħala prinċipji ewlenin inkorporati fil-valuri demokratiċi Ewropej hija kritika u teħtieġ it-tfassil ta’ pjanijiet sistematiċi aktar milli ta’ miżuri ad hoc;
363. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kriżi aggravat l-isfidi preeżistenti għad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali, is-sistema ta’ ekwilibriju ta’ setgħat, u l-istat tad-dritt f’xi Stati Membri; jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi strumenti li ntużaw mill-Istati Membri biex jadottaw miżuri straordinarji ma tqisux kostituzzjonali; huwa mħasseb dwar it-tixrid tat-teoriji ta’ kospirazzjoni, l-estremiżmu politiku u d-diskors ta’ mibegħda matul il-pandemija fil-maġġoranza tal-Istati Membri u jqis li dan huwa theddida għad-demokraziji Ewropej u l-valuri Ewropej; jisħaq li dan l-iżvilupp jeħtieġ li jittieħed bis-serjetà mill-awtoritajiet pubbliċi u jiġi indirizzat b’mod orizzontali;
(ii) Sorveljanza demokratika għar-rispons għall-pandemija fil-livell tal-UE
364. Huwa mħasseb li matul il-pandemija, il-fergħa eżekuttiva kellha l-ogħla rwol fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ emerġenza, li mminat il-prerogattivi u l-kapaċità tal-Parlament li jwettaq sorveljanza politika; huwa tal-fehma li huwa meħtieġ li jiġu evalwati mill-ġdid il-miżuri stabbiliti sabiex jiġu ssalvagwardjati l-prerogattivi tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jillimitaw l-użu tal-Artikolu 122 tat-TFUE u jżidu l-kontroll parlamentari, inkluża l-inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew f’azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza, u l-kodeċiżjoni għal diversi strumenti biex tissaħħaħ il-leġittimità tal-azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza;
365. Jinnota li, matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Parlament adotta miżuri straordinarji u ħa azzjoni innovattiva li ppermettietlu jkompli bl-attivitajiet tiegħu, iwettaq id-dmirijiet tiegħu u jeżerċita l-prerogattivi leġiżlattivi, baġitarji, ta’ skrutinju u ta’ sorveljanza tiegħu skont it-Trattati, filwaqt li jipproteġi s-saħħa tal-Membri, tal-persunal u ta’ persuni oħra matul il-pandemija; jenfasizza l-kapaċità tal-Parlament li jkompli s-servizzi ta’ interpretazzjoni tiegħu fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, anke matul laqgħat mill-bogħod;
366. Jitlob aktar koordinazzjoni fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-adozzjoni ta’ miżuri straordinarji u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Parlament, ikunu jistgħu jissodisfaw il-mandati u r-responsabbiltajiet tagħhom permezz ta’ laqgħat wiċċ imb wiċċ, bħas-seduti plenarji u n-negozjati interistituzzjonali (trilogi); jirrikonoxxi, madankollu, il-valur ta’ soluzzjonijiet diġitali u mill-bogħod meta s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jirrikjedu dawn, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika;
367. Jenfasizza li l-pandemija u l-adattament sussegwenti tal-metodi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet setgħu naqqsu r-ritmu tal-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu mekkaniżmi biex jiżguraw li jinżamm l-ogħla livell ta’ trasparenza u aċċess għad-dokumenti anke f’każ ta’ kriżi;
(d) Il-COVID-19 u r-restrizzjonijiet tal-Istati Membri fuq il-moviment liberu tal-persuni
368. Jenfasizza li, b’reazzjoni għall-infezzjonijiet bil-COVID-19, diversi stati ta’ Schengen introduċew mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni jew għalqu l-fruntieri tagħhom, mingħajr kriterji epidemjoloġiċi, jew imponew restrizzjonijiet fuq ċerti kategoriji ta’ vjaġġaturi, inklużi ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom u ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu fit-territorju tagħhom jew dak ta’ Stat Membru ieħor, filwaqt li mminaw il-prinċipju tal-libertà ta’ moviment u l-essenza tal-kooperazzjoni ta’ Schengen; jinsab imħasseb li dawn ir-restrizzjonijiet u l-miżuri fuq l-ivvjaġġar ikkontestaw l-integrità taż-żona Schengen, imminaw il-funzjonament tas-suq intern u kellhom impatt negattiv fuq l-ekonomija;
369. Jisħaq li l-approċċ mhux koordinat tal-Istati Membri u l-inċertezza tad-dritt dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti mill-Istati Membri kellhom konsegwenzi sinifikanti kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-industrija tat-turiżmu;
370. Jinnota li l-Istati Membri mhux dejjem innotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli fil-fruntieri interni, jew issottomettew ir-rapporti obbligatorji ex post li jivvalutaw, fost punti oħra, l-effettività u l-proporzjonalità tal-kontrolli tagħhom fil-fruntieri interni, u meta dawn ir-rapporti ġew ippreżentati, spiss naqsu milli jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet; jirrikonoxxi li dan affettwa l-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq analiżi robusta tal-punt sa fejn il-miżuri tal-kontrolli fil-fruntieri kkonformaw mal-leġiżlazzjoni ta’ Schengen; itenni li kwalunkwe kontroll fil-fruntieri interni għandu jkun proporzjonat u miżura tal-aħħar alternattiva u ta’ durata limitata u jissottolinja li l-Kummissjoni għandha teżerċita skrutinju xieraq biex jiġi żgurat li l-kontrolli fil-fruntieri interni jikkonfermaw mal-leġiżlazzjoni ta’ Schengen u tissimplifika l-ġbir tad-data dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u tipprovdi gwida aktar azzjonabbli dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni;
371. Jenfasizza li, fl-2020, il-Kummissjoni ppubblikat Linji gwida għal miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tipproteġi s-saħħa u tiżgura d-disponibbiltà ta’ prodotti u servizzi essenzjali, sabiex l-Istati Membri jiggarantixxu l-funzjonament kontinwu tal-ktajjen tal-provvista fis-suq uniku u jevitaw nuqqasijiet possibbli, flimkien ma’ linji gwida dwar l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema matul it-tifqigħa tal-COVID-19 biex jippermettu lill-ħaddiema f’okkupazzjonijiet kritiċi, b’mod partikolari, iwettqu attivitajiet relatati ma’ servizzi essenzjali; jilqa’ l-azzjoni meħuda biex jiġu installati “korsiji ħodor” ħalli jiġu ssalvagwardjati t-tħaddim tas-suq uniku u l-moviment liberu tal-oġġetti, iżda jitlob li jiġu mħejjija pjanijiet ta’ azzjoni mfassla apposta biex jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-persuni transfruntiera fi kriżijiet futuri; ifakkar li l-funzjonament tal-korsiji ħodor kellu problemi f’xi partijiet minnu minħabba n-nuqqas ta’ servizzi u proviżjonamenti minimi, li affettwaw b’mod negattiv lis-sewwieqa u lill-ħaddiema tat-trasport;
372. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2016/399 tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)(51) li jindirizza, fost l-oħrajn, il-kapaċità tal-Istati Membri ta’ Schengen li jirrispondu b’mod uniformi għal theddid kbir għas-saħħa pubblika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi segwit approċċ koordinat fost l-Istati Membri f’każijiet ta’ kriżijiet tas-saħħa, biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-Istati Membri tintuża bħala l-aħħar alternattiva assoluta u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jiġi ggarantit ir-rispett tad-dritt għall-ażil u l-prinċipju ta’ non-refoulement matul kriżijiet tas-saħħa;
(e) Konklużjonijiet
373. Jirrikonoxxi li, matul il-kriżi, l-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ċerti kwistjonijiet kellhom jiġu ttrattati b’mod urġenti; jenfasizza, madankollu, li t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont għandhom jibqgħu prijoritajiet matul il-kriżijiet, b’mod partikolari, sabiex tinbena u tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ pjanijiet ta’ tħejjija fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u li dawn iridu jkunu bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, biex jiġi evitat il-ksur fi żminijiet ta’ kriżi;
374. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fis-salvagwardja tal-interess pubbliku jiġu rrispettati l-ogħla standards; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta tiddetermina r-reviżjonijiet ta’ dokumenti uffiċjali, telenka l-eċċezzjoni speċifika skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(52) li qed tiġi applikata għal kull reviżjoni individwali, pjuttost milli għad-dokument kollu kemm hu;
375. Jirrakkomanda li l-Istati Membri biex jinkludu l-litteriżmu fil-media u dak diġitali, l-edukazzjoni ċivika, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-ħsieb kritiku u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni pubblika fil-kurrikuli tal-iskejjel u tal-universitajiet, b’mod parallel mal-isforzi biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost l-adulti;
376. Jisħaq fuq l-importanza u l-ħtieġa ta’ djalogu mtejjeb fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati, il-gruppi ta’ riċerka u l-industrija farmaċewtika matul il-pandemiji, rigward il-komunikazzjoni dwar il-mard u dwar il-linji gwida li għandhom jiġu segwiti għal pandemiji u kriżijiet tas-saħħa futuri;
377. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw strateġija biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tal-infodemika fi kriżijiet futuri;
378. Jirrakkomanda li l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jfasslu linji gwida dwar kif għandhom jindirizzaw il-kwistjonijiet etiċi li jistgħu jirriżultaw matul kriżi tas-saħħa jew kriżi oħra; jemmen li dawn il-linji gwida għandhom jagħmlu enfasi b’mod speċjali fuq kif għandhom jipproteġu l-aktar gruppi vulnerabbli u kif għandhom jiżguraw li d-drittijiet tagħhom jiġu salvagwardjati wkoll f’sitwazzjoni ta’ kriżi; jissottolinja l-importanza li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-iżvilupp ta’ dawn il-linji gwida, inklużi iżda mhux limitati għall-organizzazzjonijiet tall-persuni b’diżabilità, l-organizzazzjonijiet LGTBQIA+, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni diskriminati abbażi tar-razza, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-migranti;
379. Jistieden lill-Istati Membri jtemmu l-prattiki ta’ triage diskriminatorji, b’mod partikolari dawk li jużaw l-età, il-kundizzjonijiet mediċi preeżistenti u l-kwalità tal-ħajja bħala kriterju uniku, u jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni b’diżabilità permezz ta’ gwida u taħriġ; jirrakkomanda li, f’sitwazzjonijiet li fihom il-professjonisti fil-kura tas-saħħa mhux se jkunu jistgħu jipprovdu l-istess livell ta’ kura lil kulħadd, jeħtieġ li l-linji gwida mediċi ma jkunux diskriminatorji u jsegwu d-dritt internazzjonali u l-linji gwida eżistenti dwar l-etika għall-kura fil-każ ta’ diżastri u emerġenzi; itenni li fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida, l-awtoritajiet jeħtiġilhom iqisu l-impenn tagħhom għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, speċjalment l-Artikolu 11 – sitwazzjonijiet ta’ riskju u emerġenzi umanitarji; jissottolinja b’mod speċjali n-neċessità li jiġu appoġġjati l-persuni b’diżabilità li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali;
380. Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-livelli dejjem jiżdiedu ta’ vjolenza domestika matul miżuri restrittivi, permezz ta’ sensibilizzazzjoni, l-għoti ta’ informazzjoni f’ambjent sikur, il-ftuħ ta’ postijiet ta’ kenn għall-vittmi, billi jiżviluppaw soluzzjonijiet virtwali jew diġitali, ikomplu joħorġu ordnijiet ta’ protezzjoni u jittrattaw każijiet tal-qorti ta’ vjolenza domestika matul il-lockdowns;
381. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ b’linji gwida għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji, inklużi linji gwida dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għal spazji fil-beraħ fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika;
382. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri konkreti biex jappoġġjaw u jipproteġu lill-persuni u lill-komunitajiet emarġinati, lill-minoranzi u lill-persuni żvantaġġati matul il-kriżijiet, kemm fuq il-livell soċjoekonomiku kif ukoll f’termini ta’ inklużjoni soċjali u kulturali;
383. Jissottolinja d-diffikultajiet li ffaċċjaw il-persuni LGTBQIA+ biex aċċessaw kura medika matul il-pandemija, b’mod partikolari l-persuni trans, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi biex jiġġieldu dan fi kwalunkwe kriżi potenzjali futura tas-saħħa jew kriżi oħra; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni speċifika li l-familji qawsalla jaf ikunu jeħtieġu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza jew kriżi, b’mod speċjali fi Stati Membri meta l-istatus legali tagħhom ma jkunx ċar;
384. Ifakkar fil-ħtieġa ta’ solidarjetà mtejba fost l-Istati Membri, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi; jesprimi dispjaċir għall-imblukkar ta’ oġġetti, mediċini, apparati mediċi u tagħmir essenzjali matul l-aktar fażijiet delikati tal-kriżi; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi aktar solidarjetà fil-futur u tipproponi miżuri xierqa biex jiġu ssanzjonati l-Istati Membri responsabbli għal inizjattivi unilaterali ta’ dan it-tip;
385. Ifakkar lill-Istati Membri li l-għażla li jintroduċu mill-ġdid fuq bażi temporanja kontrolli fil-fruntieri interni trid tiġi applikata bħala miżura assoluta tal-aħħar alternattiva f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali f’każ ta’ theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna u trid tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità;
386. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jwettqu rieżami ex post ta’ kif ir-reġimi legali nazzjonali tħejjew għall-miżuri meħtieġa mill-pandemija bil-għan li jimmassimizzaw il-qafas tagħhom tat-tħejjija u dak legali għal kriżijiet futuri;
387. Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jiżguraw is-sorveljanza demokratika matul kriżijiet u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jissottolinja l-importanza tas-sistema ta’ kontrokontrolli u l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi kif ukoll li ċ-ċittadini jiġu involuti u informati b’mod faċli u li jinftiehem; ifakkar li dawn il-fatturi kollha huma kruċjali biex tinbena l-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi u li l-fiduċja hija waħda mill-pedamenti ta’ soċjetajiet demokratiċi reżiljenti;
388. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu b’soluzzjonijiet leġiżlattivi xierqa bħal, pereżempju, qafas Ewropew bi kriterji minimi, biex jiggarantixxu d-dinjità u t-trattament xieraq tal-persuni istituzzjonalizzati matul il-pandemiji;
389. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi li għandhom ikunu disponibbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi biex jipprevjenu u jiġġieldu t-tipi kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru inklużi t-traffikar, il-prostituzzjoni, l-isfruttament sesswali u l-istupru; jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ protokoll tal-UE għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fi żminijiet ta’ kriżi u emerġenzi u li dan jiġi kkategorizzat bħala “servizz essenzjali” fl-Istati Membri;
3.L-Impatt Soċjali u Ekonomiku
(a) L-effetti tal-miżuri tal-COVID-19, inklużi l-lockdowns, fuq il-ħaddiema, in-negozji u l-konsumaturi
390. Jinnota li x-xokk tal-pandemija għas-swieq tax-xogħol fl-2020 kien qawwi, u li l-irkupru kien ġeneralment rapidu iżda inugwali bejn l-Istati Membri; jinnota li l-irkupru ġie megħjun minn interventi ta’ politika u appoġġ pubbliku sinifikanti fil-livell nazzjonali u tal-UE; jindika li l-Istati Membri ffaċċjaw is-sitwazzjoni diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19 b’miżuri differenti, u għalhekk ir-riperkussjoni li l-pandemija ħalliet fuq il-funzjonament tal-impriżi u tas-suq tax-xogħol kienet differenti; jissottolinja li filwaqt li b’mod ġenerali, l-impjiegi tal-UE rkupraw għal-livelli ta’ qabel il-kriżi fi żmien sentejn, meta mqabbla ma’ kważi tmien snin wara l-kriżi finanzjarja globali, ir-rispons mill-UE u mill-Istati Membri għadu ma kienx ġeneralment biżżejjed biex jerġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija, filwaqt li l-kriżi sussegwenti kompliet taggrava s-sitwazzjoni fl-UE;
391. Jissottolinja l-impatt soċjoekonomiku profond, ġenerali, mifrux tal-pandemija fuq is-soċjetajiet Ewropej, li kkawża tensjoni kbira u pressjoni intensa fuq il-ħaddiema; jisħaq li x-xokk għas-suq tax-xogħol kien drammatiku, b’mod partikolari għall-impjiegi b’pagi baxxi, il-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u l-persuni u l-komunitajiet ġeneralment emarġinati, u jesprimi dispjaċir li d-diverġenzi ekonomiċi eżistenti fl-UE ġew aggravati mill-pandemija;
392. Jinnota li t-telf ta’ impjiegi matul il-pandemija kien ikkonċentrat f’impjiegi b’paga baxxa u fost l-impjegati b’kuntratti atipiċi, u li l-istatistika wriet li aktar nisa (53)ġew affettwati mill-irġiel, iżda li l-irkupru fl-impjiegi matul l-2021 kien xprunat mit-tkabbir(54) f’impjiegi u f’okkupazzjonijiet imħallsa sew; jissottolinja li l-pandemija kellha impatt sproporzjonat fuq ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, bħal dawk li jaħdmu għal rashom, dawk fis-setturi tax-xogħol femminili, il-ħaddiema tal-pjattaformi, il-ħaddiema freelance, il-ħaddiema kuntrattwali inklużi l-ħaddiema sottokuntrattati, staġjonali u temporanji, il-ħaddiema transfruntiera u dawk fis-setturi kulturali u kreattivi kif ukoll it-turiżmu, l-ospitalità u l-bejgħ bl-imnut; jinnota li bħala riżultat tal-pandemija, id-differenza fil-pagi fl-UE kibret u d-disparitajiet soċjoekonomiċi żdiedu;
393. Jisħaq li ż-żgħażagħ kienu affettwati ħafna mill-kriżi, li affettwat il-prospetti ta’ impjieg tagħhom u fixklet l-edukazzjoni tagħhom;
394. Jinnota li ż-żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ hija dovuta għar-rappreżentanza eċċessiva taż-żgħażagħ f’impjieg prekarju, bħal xogħol part-time, għal terminu fiss, jew xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija; jenfasizza li ħafna żgħażagħ ma kellhomx aċċess għal skemi ta’ introjtu minimu fil-pajjiżi tal-UE;
395. Jisħaq li madwar 90 % tal-SMEs irrapportaw li ġarrbu impatt ekonomiku fl-ewwel xhur tal-pandemija, bl-aktar settur affettwat ħażin ikunu tas-servizzi, bi tnaqqis fil-fatturat ta’ bejn 60 % u 70 %; jinnota li s-settur tal-ikel segwa impatt ta’ bejn 10 % u 15 %; jirrimarka li 30 % tal-SMEs kollha rrapportaw li l-fatturat tagħhom ġarrab telf ta’ mill-inqas 80 % u li s-settur tal-ospitalità tal-UE kien l-aktar wieħed affettwat, filwaqt li ntilfu aktar minn 1 600 000 impjieg f’dan is-settur bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u r-raba’ trimestru tal-2020;
396. Jenfasizza li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kienu jiddependu mit-turiżmu(55) u konsegwentement xi wħud sofrew xokk ħafna akbar fejn jidħol il-PDG b’riżultat tal-lockdowns minħabba l-pandemija meta mqabbla ma’ oħrajn minħabba sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi aktar diffiċli u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi preeżistenti, inkluż wieħed mis-sorsi prinċipali tal-attività ekonomika; jinnota li t-telf tal-impjiegi fis-setturi tal-ospitalità u t-turiżmu aggrava nuqqas li kien jeżisti qabel ta’ forza tax-xogħol kwalifikata jew adegwata, u dan għamilha saħansitra aktar diffiċli biex jinżamm it-talent;
397. Jilqa’ l-isforzi tal-Istati Membri biex jgħinu lill-SMEs bi skemi bħal garanziji ta’ self jew sussidji, bħala miżuri eċċezzjonali fi żminijiet ta’ kriżi; jesprimi dispjaċir, madankollu, għad-disparitajiet fir-reazzjonijiet ekonomiċi nazzjonali għall-pandemija f’termini tad-daqs u l-forma tal-għajnuna pprovduta, b’mod partikolari għall-SMEs, filwaqt li jirrikonoxxi s-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi differenti tal-Istati Membri; jinnota li l-SMEs fil-pajjiżi Ewropej kollha użaw l-iskema tal-qgħad għal żmien qasir biex jipproteġu lill-ħaddiema u lin-negozji tagħhom u li l-Istati Membri implimentaw ukoll sussidji fuq l-introjtu biex ikopru t-telf tal-introjtu tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; jilqa’ l-ħidma li saret mill-EU-OSHA biex tappoġġja l-protezzjoni tas-saħħa okkupazzjonali matul il-kriżi;
398. Jisħaq li r-rapport speċjali tal-ILO dwar l-impatt fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ sab li s-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ kien tliet darbiet agħar minn dak tal-adulti matul il-pandemija;
399. Jinnota li s-suq tax-xogħol għadu affettwat mill-konsegwenzi tal-pandemija u l-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema kienu affettwati minn għeluq u limitazzjonijiet għal żmien twil;
400. Jissottolinja l-impatt enormi li l-COVID-19 kellha fuq il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kemm direttament f’termini tar-riskji għas-saħħa, infezzjonijiet u mwiet, kif ukoll indirettament fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigħat tax-xogħol, il-pressjoni u l-istress tagħhom; ifakkar li l-pandemija kompliet iżżid il-pressjoni fuq il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa billi talbithom jaħdmu sigħat żejda u esponiethom għal pressjoni fiżika u mentali mingħajr preċedent; jisħaq li matul il-kriżi, id-dritt tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa li jaħdmu f’ambjent sikur u protett ġie miċħud; jirrikonoxxi l-impatt tal-COVID-19 fuq is-setturi tal-kura soċjali u tas-saħħa b’mod partikolari f’termini ta’ finanzjament, persunal u riżorsi oħra;
401. Jinnota l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa mentali tal-imprendituri u tal-ħaddiema li ħabbtu wiċċhom mal-pressjoni li jkollhom iżommu l-impjiegi u jżommu n-negozji tagħhom għaddejjin; jenfasizza r-rwol importanti li għandu d-djalogu soċjali kostruttiv u n-negozjar kollettiv fil-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tal-pandemija u fil-kisba ta’ kunsens dwar miżuri mmirati biex jipproteġu lil dawk il-ħaddiema u l-intrapriżi li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi;
(b) Strumenti ta’ Finanzjament tal-UE (miżuri tal-UE għas-Saħħa, Orizzont Ewropa, Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili, Fondi ta’ Koeżjoni, Fond ta’ Rkupru eċċ)
402. Jinnota li l-UE rreaġixxiet malajr għar-riċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija billi naqqset ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, issospendiet ir-regoli fiskali, introduċiet l-istrument Ewropew temporanju msejjaħ Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), nediet Next Generation EU, kif ukoll investiet f’finanzjament konġunt tat-tilqim; jirrikonoxxi li l-Istati Membri setgħu jonfqu u jissellfu faċilment bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet monetarji u politiċi tal-UE; jirrikonoxxi l-impatti differenti tal-pandemija fuq il-PDG tal-Istati Membri, b’ċerti pajjiżi u reġjuni gżejjer li jesperjenzaw xokkijiet akbar minħabba fatturi bħal sitwazzjoni epidemjoloġika agħar, li jwasslu għal lockdowns aktar stretti, u strutturi soċjoekonomiċi differenti li kienu diġà jeżistu;
403. Jilqa’ l-isforzi tal-UE biex tistabbilixxi malajr miżuri ekonomiċi temporanji bħall-programm ta’ xiri ta’ emerġenza għall-pandemija tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-iskattar tal-klawżola ta’ ħruġ ġenerali fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ qafas straordinarju ta’ għajnuna mill-Istat biex jgħinu lill-Istati Membri u lin-negozji; jirrimarka li l-Istati Membri setgħu wkoll jonfqu u jissellfu faċilment bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet monetarji u politiċi tal-UE;
404. Jilqa’ l-miżuri u l-istrumenti li segwew, bl-iżvilupp ta’ SURE, tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ta’ Next Generation EU, li għalihom l-UE impenjat EUR 800 000 000 000 għal għotjiet u self; jissottolinja li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u SURE kienu strumentali fil-mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija biex iċ-ċittadini tagħna jibqgħu jaħdmu; jirrikonoxxi, madankollu, il-ħtieġa li ngħaddu għal miżuri strutturali ta’ appoġġ finanzjarju fit-tul, u b’mod partikolari l-importanza ta’ strument għall-ħaddiema qiegħda, bħal SURE, li jibqa’ jintuża tul is-sitwazzjoni eċċezzjonali attwali u li jkompli jkun ibbażat fuq self u attivat malajr f’każ ta’ xokkijiet finanzjarji jew ekonomiċi esterni ġodda;
405. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-istrument SURE jkompli jappoġġja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, l-introjtu tal-ħaddiema u l-ħaddiema li jingħataw is-sensja b’mod temporanju minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali attwali u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnha;
406. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-potenzjal sħiħ tal-RRF, inkluż is-self, biex jiġġieldu l-effetti tal-pandemija u l-isfidi futuri; jisħaq li d-dewmien fl-approvazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri affettwa b’mod sever il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jindirizzaw b’mod adegwat l-effetti tal-pandemija fuq il-komunitajiet, in-negozji u ċ-ċittadini tagħhom, u dan seta’ rriżulta f’deterjorament fit-tul tas-sitwazzjoni ekonomika lokali u reġjonali; fid-dawl tal-kriżijiet futuri, jinnota l-ħtieġa li jitwettqu riformi miftiehma fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar rapida u effettiva tal-fondi tan-Next Generation EU li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi vitali fl-appoġġ tal-irkupru tar-reġjuni tal-UE u l-muniċipalitajiet li qed jiffaċċjaw inċertezza ekonomika;
407. Jemmen li hemm kwistjonijiet ta’ trasparenza dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-faċilità tal-Fond għar-Reżiljenza u l-Irkupru, inkluż nuqqas ta’ obbligi ċari biex tiġi ppubblikata data dwar id-dettalji tal-infiq tal-fondi riċevuti u n-nuqqas ta’ standards komuni dwar il-kondiviżjoni tad-data, li joħolqu riskju sinifikanti ta’ korruzzjoni; jirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar sforz fil-kondiviżjoni tad-data dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru tagħhom u fl-ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza bl-appoġġ tal-Kummissjoni; jilqa’ r-regolament REPowerEU li jobbliga lill-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar l-aqwa 100 benefiċjarju tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jappella għal impenji ċari mill-Istati Membri biex jippubblikaw data dwar il-benefiċjarji finali u informazzjoni dwar id-destinazzjoni tal-fondi riċevuti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati r-riskji ta’ korruzzjoni u nfiq ineffettiv;
408. Jenfasizza l-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli dwar is-self u l-għotjiet appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ EUR 700 000 000 000; b’mod partikolari, informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-fondi tal-UE u miżuri biex jiġi żgurat l-iskrutinju pubbliku dwar l-istadji importanti milħuqa mill-Istati Membri;
409. Jinnota li l-investimenti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fit-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa u l-indipendenza tal-UE, u skont il-Kummissjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija mistennija li tagħti spinta kbira lill-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali tal-UE u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-industriji tal-UE;
410. Jirrikonoxxi s-suċċess tal-qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat u l-investiment biex ħafna Stati Membri tal-UE jinġiebu lura għal-livelli tal-PDG ta’ qabel il-pandemija, jinżammu l-impjiegi, u n-negozji jibqgħu għaddejjin;
411. Jenfasizza li sal-lum ġew allokati EUR 100 000 000 000 ta’ assistenza finanzjarja permezz ta’ SURE f’madwar 19-il Stat Membru, is-self ta’ Next Generation EU ġie żborżat lil seba’ Stati Membri u l-allokazzjoni lil Stati Membri oħra għadha għaddejja;
412. Jinnota li madwar l-Ewropa l-istrumenti ta’ appoġġ ekonomiku tal-UE għenu lil 31 000 000 persuna biex iżommu l-impjiegi tagħhom u 2 500 000 ditta jżommu n-negozju tagħhom għaddej u li dawn l-istrumenti ta’ appoġġ, flimkien ma’ skemi nazzjonali temporanji eżistenti, għenu biex jitnaqqas il-qgħad fl-Ewropa b’1 500 000;
413. Jirrikonoxxi r-rwol importanti ta’ xi awtoritajiet lokali u reġjonali biex il-protezzjoni tas-saħħa pubblika ssir prijorità filwaqt li tiġi sostnuta b’suċċess l-attività ekonomika; jitlob ir-rikonoxximent tar-rwol li għandhom in-negozji tal-familja, li spiss ikollhom rabta qawwija mal-komunità lokali li qed joperaw fiha, filwaqt li jagħtu prijorità liż-żamma tal-impjegati matul il-pandemija u b’hekk jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku u l-ħaddiema tat-trasport li l-isforzi kontinwi tagħhom żguraw il-provvista ta’ oġġetti u mediċini vitali;
(c) L-impatt tal-miżuri tal-COVID-19, inklużi l-lockdowns, fuq in-nisa u l-bniet, iż-żgħażagħ u t-tfal
(I) In-nisa u l-bniet
414. Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effett negattiv fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi li n-nisa għadhom jipprovdu l-maġġoranza tal-kura mhux imħallsa bħax-xogħol domestiku, l-indukrar tat-tfal u x-xogħol relatat mat-tfal; jisħaq fuq ir-rwol ċentrali u r-rappreżentanza żejda tan-nisa li jaħdmu fil-professjonijiet ikkategorizzati bħala “essenzjali”, bħas-setturi soċjali, tal-kura, tat-tindif, tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-bejgħ bl-imnut li żammew lis-soċjetajiet tagħna għaddejjin matul il-kriżi tal-COVID-19 u li l-pandemija enfasizzat u aggravat l-inugwaljanzi eżistenti u l-isfidi strutturali li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom, b’mod partikolari dawk f’riskju ta’ diskriminazzjoni intersezzjonali;
415. Jinnota li jista’ jidher impatt negattiv aktar b’saħħtu għan-nisa milli għall-irġiel, li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol f’ċerti setturi jew staġnat jew naqset u li dan jista’ jkollu impatt qawwi fuq il-pensjonijiet tan-nisa billi jaggrava d-distakk diġà wiesa’ fil-pensjonijiet (39 %) u jżid ir-riskju ta’ faqar u ta’ dipendenza ekonomika;
416. Jirrikonoxxi li fl-2020, 3,6 % tal-impjiegi tan-nisa ntilfu meta mqabbla ma’ 2.9 % tal-impjiegi tal-irġiel, filwaqt li l-akbar telf kien fl-kontinent Amerikan, segwit mill-Asja-Paċifiku, mill-Ewropa u mill-Asja Ċentrali, u mill-Afrika; jinnota li fl-2021, kien għad hemm 20 000 000 inqas mara li jaħdmu minn qabel il-pandemija, meta mqabbla ma’ 10 000 000 inqas raġel; jissottolinja li n-nisa esperjenzaw aktar kunflitt bejn ix-xogħol u l-ħajja privata matul il-lockdowns u li l-effetti fit-tul ta’ din il-kriżi x’aktarx li jaffettwaw lin-nisa b’mod sever minħabba r-rwol soċjali bbażat fuq il-ġeneru fil-każ ta’ xogħol ta’ kura; jinnota li n-nisa kienu rrappreżentati żżejjed fis-setturi l-aktar milquta, bħas-settur tal-ospitalità u tas-servizzi tal-ikel, tal-manifattura, il-kura u s-settur tas-saħħa formali; huwa tal-fehma li dawk li jagħtu l-kura kienu fl-istadju ċentrali tal-pandemija; jinnota li perċentwal kbir ta’ ħaddiema fil-kura huma nisa li huma soġġetti għal paga mhux ugwali;
417. Jinnota t-tnaqqis fis-servizzi tal-kura u ż-żieda fix-xogħol ta’ kura mhux imħallas imwettaq min-nisa matul il-pandemija tal-COVID-19, inklużi n-nisa li jsiru l-persuni ewlenin li jindukraw il-persuni vulnerabbli u l-morda fil-familji tagħhom kif ukoll li jġorru l-piż tal-attivitajiet relatati mat-tagħlim fid-dar, filwaqt li jkollhom jwettqu l-kompiti professjonali tagħhom stess; jissottolinja li dawn l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri stabbiliti mill-ġdid u msaħħa juru b’mod evidenti l-ħafna problemi strutturali, stabbiliti fis-sistema tal-kura soċjali tal-Ewropa, bħal faċilitajiet tal-kura u sistemi tal-kura tas-saħħa b’nuqqas ta’ riżorsi jew nuqqas ta’ investiment; jinnota li dawn kellhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għan-nisa f’termini ta’ dipendenza ekonomika; jenfasizza li, meta jitfasslu strateġiji u politiki ta’ kura, għandu jitqies dan l-aspett tal-ġeneru diskriminatorju; jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija għall-kura biex tindirizza x-xogħol bla ħlas fis-settur tal-kura; jinnota li s-servizzi tas-saħħa tan-nisa kienu affettwati mill-volum kbir ta’ xogħol li kellhom is-sistemi nazzjonali tas-saħħa, b’interruzzjonijiet sinifikanti fl-iskrinjar tal-kanċer kif ukoll fit-tilqim u fil-kura ta’ wara u ta’ qabel it-twelid;
418. Jisħaq li ġie stabbilit, speċjalment mill-UNICEF, li l-pandemija tal-COVID-19 qed iżżid ir-riskju ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, u n-NU jipprevedu li żewġ miljun tifla oħra se jkunu soġġetti għall-prattika fl-10 snin li ġejjin, u tabilħaqq, in-NU jsostnu li l-COVID-19 affettwat b’mod sproporzjonat lill-bniet u lin-nisa, u dan irriżulta f’dak li dawn isejħu “pandemija parallela” li tfixkel l-eliminazzjoni tad-drawwiet kollha li jagħmlu l-ħsara, inkluża, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, speċjalment fl-Afrika;
(ii) Żgħażagħ u tfal
419. Jissottolinja li l-miżuri restrittivi fl-Istati Membri mhux biss kellhom impatt fuq l-edukazzjoni u l-impjiegi taż-żgħażagħ iżda affettwaw ukoll is-saħħa mentali u l-kapital soċjali taż-żgħażagħ; huwa mħasseb li hemm evidenza qawwija ta’ żieda fil-problemi tas-saħħa mentali, fl-ansjetà, fis-sintomi relatati mad-depressjoni u fl-imġiba suwiċidali; jenfasizza li l-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija fuq is-saħħa mentali x’aktarx li kellhom impatt aktar b’saħħtu fuq iż-żgħażagħ vulnerabbli u dawk minn sfondi ta’ żvantaġġ soċjoekonomiku jew komunitajiet emarġinati u aggravaw kwistjonijiet oħra; jinnota li l-lockdowns u n-nuqqas konsegwenti ta’ eżerċizzju fiżiku kellhom impatt fuq is-saħħa u l-benesseri tan-nies u li dawn il-kwistjonijiet kollha kienu partikolarment evidenti fi gruppi vulnerabbli f’riskju;
420. Jinnota li l-lockdowns pprevenew liż-żgħażagħ li jgħixu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli milli jaċċessaw u jkollhom il-mezzi biex jiksbu servizzi tas-saħħa mentali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu investimenti pubbliċi transsettorjali biex jindirizzaw id-disturbi mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ;
421. Jinnota li sa 1 600 000 000 tifel u tifla madwar id-dinja(56)ġew affettwati mill-għeluq tal-iskejjel matul il-pandemija tal-COVID-19 u huwa stmat li mill-anqas 24 000 000 student jistgħu jitilqu mill-iskola minħabba din ir-raġuni; jinsab imħasseb li l-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-kwistjonijiet soċjoekonomiċi ffaċċjati miż-żgħażagħ, u li l-kombinazzjoni ta’ telf ta’ impjiegi u xogħol bla ħlas jew b’paga baxxa żiedet ir-riskju ta’ faqar fost iż-żgħażagħ; huwa mħasseb li l-pandemija tal-COVID-19 poġġiet għadd kbir ta’ żgħażagħ f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà u prekarjetà li pprevenuhom milli jaċċessaw ħtiġijiet bażiċi;
422. Jinnota li l-istudenti esperjenzaw tnaqqis fil-kwalità edukattiva u wrew tnaqqis fil-ħiliet tal-qari, tal-kitba u tal-matematika, fil-prestazzjoni tat-tagħlim u fl-iżvilupp ta’ ħiliet, li kellu impatt negattiv fit-tul; jirrimarka li fost l-istudenti minn familji b’introjtu baxx, dan id-defiċit ta’ tagħlim instab li kien id-doppju ta’ dak fost dawk minn familji b’introjtu ogħla, b’tali mod li d-distakk bejn it-tfal minn unitajiet domestiċi vulnerabbli u tfal minn unitajiet domestiċi soċjoekonomikament reżiljenti kiber;
423. Jinnota d-differenzi fil-miżuri meħuda mill-Istati Membri b’reazzjoni għas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi differenti f’kull Stat Membru, biex jitrażżan it-tixrid tal-virus bħall-għeluq tal-iskejjel u l-impatt li dan kellu fuq it-tfal u l-għalliema;
424. Jisħaq wkoll fuq ir-rwol ewlieni li għandhom l-għalliema fl-adattament għat-tagħlim online u fl-għoti tiegħu u r-rwol tagħhom fil-kontribut għall-appoġġ psikoloġiku u l-iżvilupp tat-tfal u ż-żgħażagħ; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi promoss il-litteriżmu tal-għalliema dwar is-saħħa mentali, u tal-persunal edukattiv kollu, kif ukoll tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex jiġi żgurat li jkunu mgħammra ħalli jappoġġjaw lit-tfal u lilhom infushom fi żminijiet ta’ kriżi; jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 wasslet biex l-għalliema jkollhom jadattaw aktar malajr għat-tagħlim online u għall-istrumenti ta’ appoġġ edukattiv online matul l-għeluq tal-iskejjel;
425. Jissottolinja li d-diġitalizzazzjoni ppermettiet it-tkomplija tal-attivitajiet edukattivi matul il-lockdowns, filwaqt li ffaċilitat l-apprendiment, iżda n-nuqqasijiet fid-disponibbiltà għat-tfal kollha tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-materjali ta’ appoġġ, l-aċċess għas-servizzi diġitali, infrastruttura edukattiva oħra u l-lakuni fl-integrazzjoni kixfu d-dgħufijiet fis-sistemi tal-iskejjel; jirrikonoxxi li t-tfal minn minoranzi etniċi, bħar-Rom u dawk bi sfond ta’ migrazzjoni u t-tfal b’diżabilità kienu affettwati b’mod sproporzjonat;
426. Jirrapporta li l-inugwaljanzi soċjali dejjem affettwaw il-benessri mentali tat-tfal iżda li dawn saru kwistjoni soċjali serja bħala riżultat tal-pandemija; jinnota li l-pandemija aggravat il-vjolenza u l-abbuż domestiku lejn it-tfal u żiedet id-differenzi edukattivi u diġitali, b’mod partikolari għal dawk minn sfondi żvantaġġjati; jemmen li l-għeluq tal-iskejjel ikkumplika wkoll is-sitwazzjoni tat-tfal żvantaġġjati u b’hekk il-pożizzjoni tagħhom saret aktar prekarja;
427. Huwa mħasseb li matul il-pandemija, it-tfal u ż-żgħażagħ li jbatu minn kwistjonijiet ta’ saħħa mentali appoġġ mentali u psikoloġiku insuffiċjenti u din tista’ tibqa’ kwistjoni li għadha għaddejja;
428. Jissottolinja li t-tfal u ż-żgħażagħ b’diżabilità jew dawk li jinsabu fl-ispettru tal-awtiżmu ħallsu b’mod sproporzjonat għall-inkonvenjenzi miġjuba mill-pandemija u l-lockdowns; jirrimarka li matul il-pandemija, ħafna servizzi ta’ appoġġ ġew sospiżi u ħallew lill-ġenituri u lil persuni oħra li jindukraw mingħajr assistenza essenzjali;
(d) L-impatt tal-COVID-19 fuq l-anzjani u l-gruppi vulnerabbli/emarġinati
429. Isib li l-pandemija u l-lockdowns, filwaqt li ma setgħux jiġu evitati minħabba t-tħassib dwar is-saħħa pubblika, kellhom impatt diżastruż fuq il-persuni b’diżabilità; jenfasizza li l-persuni b’diżabilità ffaċċjaw diskriminazzjoni f’termini li jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-pandemija u ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa u ltaqgħu wkoll ma’ diffikultà biex jiksbu PPE; jinnota li l-persuni b’diżabilità ffaċċjaw aċċess limitat għall-kura, l-edukazzjoni u s-servizzi ta’ riabilitazzjoni (bħala riżultat ta’ aċċess mhux ugwali għall-għodod diġitali); jinnota bi tħassib l-għadd għoli tal-imwiet fost il-persuni b’diżabilità li kienu fl-istituzzjonijiet;
430. Jisħaq li l-lockdowns kellhom impatt sever fuq ħafna persuni li diġà kienu emarġinati jew żvantaġġati billi aggravaw il-kundizzjonijiet soċjali tagħhom, naqqsu l-possibbiltajiet tagħhom li jsibu xogħol, u llimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà u d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini; ifakkar li l-pandemija aggravat id-diffikultajiet u l-isfidi soċjoekonomiċi li diġà kienu jeżistu u ġabet aktar kumplikazzjonijiet għal dawk li sofrew minn dipendenza u minn kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, iżda affettwat ukoll lill-familji b’introjtu baxx, lin-nisa, lill-anzjani, lit-tfal, lill-migranti, lir-rifuġjati, lill-persuni LGBTQIA+, lill-persuni mingħajr dar u lill-persuni b’diżabilità; jinnota li l-ħtiġijiet ta’ gruppi soċjalment żvantaġġjati mhux dejjem ġew issodisfati matul il-lockdowns, u t-tagħlimiet meħuda jeħtieġ li jiġu indirizzati kif xieraq; jirrimarka li s-servizzi tal-kura u dawk soċjali, inklużi s-servizzi ta’ kura fid-dar u ta’ kura mhux residenzjali, ma kinux ikkunsidrati bħala infrastruttura kritika u r-rwol importanti tal-fatturi soċjoekonomiċi fir-riskji tas-saħħa ma ġiex rikonoxxut;
431. Jinnota li l-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 affettwaw b’mod sproporzjonat l-ifqar nies, l-aktar żvantaġġati, emarġinati u mingħajr protezzjoni fis-soċjetà, inklużi l-persuni b’diżabilitajiet fiżiċi u intellettwali, b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi, bi problemi tas-saħħa mentali u l-anzjani, jew dawk il-persuni li diġà kellhom aċċess limitat jew l-ebda aċċess għal iġjene jew trattament bażiku għall-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa tagħhom, u li dawn il-gruppi saru saħansitra aktar vulnerabbli bħala riżultat tal-pandemija;
432. Ifakkar fl-impatt traġiku tal-COVID-19 fuq il-faċilitajiet residenzjali fit-tul fl-Ewropa, bid-djar tal-kura rrappreżentaw aktar minn 50 % tal-imwiet relatati mal-COVID f’xi Stati Membri; jinnota bi tħassib li l-pazjenti tad-dar tal-kura kienu esklużi mill-kura matul l-eqqel tal-pandemija, u dan irriżulta f’rati ta’ mortalità inkwetanti fost l-anzjani; jinnota li l-imwiet fost l-anzjani kienu jirrappreżentaw porzjon kbir tal-fatalitajiet tal-COVID-19 u jfakkar fis-sitwazzjoni drammatika mġarrba minn ħafna minnhom fid-djar tal-anzjani u fil-faċilitajiet tal-kura fit-tul li rriżultat minn dewmien u ostakli għat-trattament u l-kura tagħhom;
433. Jiddikjara li l-pandemija kellha impatt kbir fuq l-anzjani u fuq il-persuni bid-dimenzja minħabba l-iżolament tagħhom u l-opportunitajiet imnaqqsa għall-interazzjoni soċjali, kif ukoll is-sospensjoni tal-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum; jinnota li żiedet ukoll is-sinjali ta’ depressjoni u ta’ ansjetà fost l-anzjani u l-persuni li jieħdu ħsiebhom kif ukoll żiedet id-diffikultajiet finanzjarji għall-persuni li jieħdu ħsiebhom; jirrimarka li dan ikkontribwixxa għall-progressjoni tas-sintomi relatati mad-dimenzja, u l-adulti bid-dimenzja u l-COVID-19 esperjenzaw diffikultajiet serji biex jirċievu kura u assistenza medika xierqa;
434. Jinnota li l-pandemija kixfet dgħufijiet fit-tħejjija tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet tal-kura fit-tul għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika; jirrimarka li ħafna djar tal-kura u faċilitajiet ta’ kura fit-tul iffaċċjaw nuqqas ta’ PPE, provvisti tal-ittestjar, u persunal matul il-pandemija; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li d-djar tal-kura u r-residenti tagħhom ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi r-riferimenti mediċi, it-tagħmir protettiv, il-materjali, il-persunal u l-għarfien espert meħtieġa biex jirrispondu għall-pandemija; jirrakkomanda li l-ispezzjonijiet regolari jiġu estiżi permezz ta’ sistema ta’ awditi esterni u indipendenti u li jiġu stabbiliti sistemi ta’ spezzjoni speċjali fid-djar tal-kura matul perjodi ta’ iżolament;
435. Jenfasizza li l-pandemija u l-miżuri restrittivi aggravaw id-disparitajiet li diġà kienu jeżistu qabel fl-obeżità u s-saħħa metabolika, b’żieda ġenerali fil-piż żejjed tal-ġisem, speċjalment fost in-nisa, persuni b’livell aktar baxx ta’ edukazzjoni u b’livell ta’ paga aktar baxx, l-abitanti tal-ORs, u pazjenti psikjatriċi; jinnota li l-kwalità tad-dieti tan-nies spiss marret għall-agħar, u l-attività fiżika naqset filwaqt li l-faċilitajiet sportivi u ż-żoni tal-logħob ingħalqu, li wasslu għal żieda fl-imġiba sedentarja;
436. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jistabbilixxu skemi ta’ ġestjoni ta’ emerġenza għall-infrastruttura tal-isport biex jipprevjenu limitazzjonijiet operazzjonali minħabba avvenimenti mhux mistennija bħal pandemija, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ linji gwida dwar is-sikurezza u s-sigurtà biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utenti tal-infrastruttura tal-isport;
437. Jinnota li l-persuni mingħajr dar iffaċċjaw sfidi biex jibqgħu sikuri mill-infezzjoni, biex b’hekk żiedu r-riskju ta’ mortalità tagħhom, u l-postijiet ta’ kenn ma kinux joperaw b’mod adegwat minħabba għadd iżgħar ta’ ħaddiema u voluntiera kif ukoll nuqqas ta’ gwida inizjali u appoġġ finanzjarju xierqa għas-servizzi;
438. Jisħaq li r-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa jirrikjedi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u jrid jiżgura s-sikurezza ta’ gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jiggarantixxi l-aċċess tagħhom għall-kura tas-saħħa filwaqt li ma jillimitax il-libertà tal-moviment tagħhom, f’konformità mal-KEDB;
439. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu kura palljattiva integrali u multidixxiplinari għall-pazjenti waqt pandemiji u kriżijiet tas-saħħa; jitlob li jitjiebu l-prattiki tal-kura palljattiva fid-djar u fl-isptarijiet fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmassimizzaw l-għadd ta’ unitajiet palljativi f’kull reġjun u jiżguraw finanzjament suffiċjenti u sostenibbli, riżorsi umani mħarrġa tajjeb;
(e) Il-COVID-19 u l-ħolqien ta’ teknoloġiji diġitali għan-negozji u għall-ħaddiema: riskji u opportunitajiet
440. Jinnota li matul il-pandemija, l-UE marret lejn forom ġodda ta’ diġitalizzazzjoni u ħidma flessibbli; jenfasizza li l-użu xieraq tal-għodod diġitali jista’ jkun vantaġġ għall-impjegaturi u għall-ħaddiema f’termini ta’ libertà, indipendenza u flessibbiltà akbar biex il-ħin tax-xogħol u l-kompiti tax-xogħol jiġu organizzati aħjar, jitnaqqas il-ħin li wieħed iqatta’ jivvjaġġja lejn il-post tax-xogħol, jiġu mnaqqsa l-emissjonijiet u tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-obbligi personali u tal-familja, biex b’hekk jinħoloq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota li l-ħtiġijiet tal-ħaddiema jvarjaw ħafna u għalhekk jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat qafas ċar li fl-istess ħin jippromwovi l-flessibbiltà personali u jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema;
441. Jisħaq li d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol ma għandhiex twassal għal deterjorament fid-drittijiet tal-ħaddiema jew fil-kundizzjonijiet tax-xogħol; jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol jista’ jkollha impatti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal meta l-ħaddiema jkunu meħtieġa jaħdmu sigħat itwal jew trid tiżgura d-disponibbiltà tagħhom barra l-ħinijiet tax-xogħol; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tad-dritt għall-iskonnessjoni; jinnota li l-ħtiġijiet tal-ħaddiema jvarjaw ħafna u jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat qafas ċar li fl-istess ħin jippromwovi l-flessibbiltà personali u jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema; jirrimarka li n-nisa huma aktar probabbli jagħmlu telexogħol minħabba r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom, u għalhekk qafas Ewropew sensittiv għall-ġeneru għat-telexogħol huwa ta’ importanza kbira; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti li jistabbilixxu standards għall-kundizzjonijiet tat-telexogħol madwar l-Unjoni Ewropea, bil-għan li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjiegi ġusti u xierqa fl-ekonomija diġitali, filwaqt li jinnota li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jibqgħu kompetenza nazzjonali;
442. Jinnota li d-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol tinvolvi wkoll riskju f’termini ta’ ġestjoni u d-dritt għall-privatezza; jissottolinja li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol iridu dejjem jiġu nnegozjati mat-trade unions u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema sabiex tinkiseb deċiżjoni b’kunsens; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-ftehim tas-sħab soċjali biex jinkludu negozjati dwar miżuri legalment vinkolanti ħalli jirregolaw it-telexogħol u jinkludi d-dritt ta’ skonnessjoni fil-programm ta’ ħidma tagħhom għad-djalogu soċjali 2022-2024;
443. Jirrimarka li n-nisa huma aktar probabbli li jagħmlu telexogħol minħabba r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom; jitlob li jiġi implimentat qafas Ewropew għat-telexogħol sensittiv għall-ġeneru, li jqis ukoll ir-rwoli tas-sessi fid-dawl ta’ kriżijiet futuri b’enfasi ċara fuq ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja privata; jappella li l-implimentazzjoni tat-telexogħol f’pandemiji futuri titwettaq filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u f’konformità mal-prinċipju ta’ responsabbiltà konġunta;
444. Jissottolinja li l-użu tajjeb tal-għodod diġitali għamilha possibbli, fil-każ ta’ ċerti professjonijiet, li jiġi limitat l-għadd ta’ persuni li ma jistgħux isibu xogħol;
(f) Konklużjonijiet
(i) Negozji u ħaddiema
445. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddefendu l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa, li hija reżiljenti u tirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u li trawwem ambjent verament favorevoli għan-negozju, b’aċċess akbar għall-kapital, aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri u inqas burokrazija għall-kumpaniji Ewropej, b’mod speċjali l-SMEs, sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr, ikomplu bl-innovazzjoni tan-negozju tagħhom u jħeġġu l-intraprenditorija, filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tal-ħaddiema fil-fruntieri tal-UE;
446. Jisħaq li n-negozji fis-settur tat-turiżmu għandhom jibbenefikaw minn taħriġ u żvilupp addizzjonali, mid-diġitalizzazzjoni u minn mudell ta’ negozju aktar sostenibbli sabiex ikunu aktar reżiljenti u mħejjija aħjar f’każ ta’ kriżi ġdida tas-saħħa jew kriżi oħra; jisħaq li d-drittijiet tal-passiġġieri u tal-konsumaturi nkisru b’mod wiesa’ mill-operaturi turistiċi, mill-operaturi tat-trasport u mill-intermedjarji tal-prenotazzjoni online matul il-pandemija;
447. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għall-politiki soċjali tal-UE u tal-Istati Membri bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-linji gwida dwar l-impjiegi, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jinkiseb aċċess ugwali u effettiv għall-protezzjoni soċjali adegwata, biex b’hekk jiġi ggarantit aċċess ugwali u ġust għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, jissaħħu l-isforzi biex jinkisbu livelli ogħla ta’ impjieg ta’ kwalità filwaqt li jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-differenzi bejn il-ġeneri fir-rigward tal-pagi u l-benefiċċji, ikompli jissaħħaħ id-djalogu soċjali filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali u jiġi pprevenut xogħol prekarju jew mhux iddikjarat fis-settur tal-kura;
448. Jappella għal suq tax-xogħol aktar reżiljenti bi djalogu soċjali msaħħaħ u sħab soċjali li jistgħu jieħdu sehem f’korpi ta’ governanza ta’ kriżijiet ta’ politika ta’ livell għoli; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ugwali u aktar ġusti għall-ħaddiema kollha madwar l-UE, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli u, b’mod partikolari, matul żminijiet ta’ kriżi;
449. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw, isaħħu u jissalvagwardjaw is-suq uniku, speċjalment il-libertà tal-moviment (tal-persuni, tal-prodotti u tas-servizzi) f’pandemiji futuri filwaqt li dejjem iqisu t-tħassib dwar is-saħħa pubblika u s-sitwazzjoni epidemjoloġika, u jimminimizzaw il-piż tad-dokumentazzjoni u tal-leġiżlazzjoni u għalhekk jippreżervaw l-integrità tas-suq uniku; jenfasizza l-ħtieġa li r-regoli u l-linji gwida dwar l-ivvjaġġjar u l-individwazzjoni tal-mard jiġu armonizzati bejn l-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs; ifakkar li l-moviment liberu tal-merkanzija huwa fundamentali għal ktajjen tal-valur li jiffunzjonaw tajjeb, b’mod partikolari għall-vaċċini u għal kontromiżuri mediċi oħra;
450. Jenfasizza li l-istrument ta’ Appoġġ biex Jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) jgħin biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi, kif jagħmlu wkoll programmi simili oħra fil-forma ta’ miżuri ta’ solidarjetà ekonomika u soċjali ta’ darba fl-Ewropa, filwaqt li jenfasizza li tali programmi għandhom ikunu bbażati fuq self, u attivati biss fil-każ ta’ xokkijiet finanzjarji jew ekonomiċi esterni severi;
451. Jinnota li l-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-COVID-19 bħala marda okkupazzjonali f’ċerti setturi matul pandemija;
452. Jiddikjara li filwaqt li l-kooperazzjoni tal-UE matul il-pandemija ġarrbet xi problemi tal-bidu, hija malajr pattiet għaż-żmien mitluf b’diversi inizjattivi ewlenin; jinnota li l-moviment liberu tal-merkanzija u tal-persunal kritiku tas-saħħa sar possibbli permezz tal-istabbiliment ta’ kurituri ħodor; jinnota li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) kellha rwol importanti fl-għoti ta’ linji gwida u informazzjoni lin-negozji dwar il-miżuri preventivi tal-COVID-19, filwaqt li ċ-ċertifikat tal-COVID-19 ibbażat fuq il-kodiċi QR wera li l-UE kienet kapaċi toħloq ċertifikat diġitali komuni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet, tal-kumpaniji u tal-pubbliku;
453. Jirrakkomanda li l-lockdowns jew miżuri drastiċi oħra ta’ sikurezza għandhom jittieħdu fi djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-istadji differenti kollha ta’ emerġenza li tkun qed tiżviluppa, filwaqt li jiġu rispettati d-dmir u l-prerogattiva tal-awtoritajiet pubbliċi li jieħdu miżuri biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tan-nies; jissottolinja li l-miżuri għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat;
454. Jissottolinja li l-Istati Membri tal-UE rrikonoxxew ir-rwol kritiku li l-SMEs għandhom fl-ekonomiji tagħhom u implimentaw diversi miżuri biex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom matul il-pandemija; jikkonkludi li l-miżuri għandhom jingħataw spinta ulterjuri biex jiġu ppreżervati l-impjiegi, inklużi l-impjiegi tal-SMEs, meta possibbli permezz ta’ skemi ta’ appoġġ, appoġġ għall-introjtu adegwat, titjib tal-ħiliet u tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, u appoġġ imsaħħaħ għas-setturi li l-aktar li ntlaqtu;
455. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mill-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li huwa mibni fuq il-kunċett ta’ “nibnu mill-ġdid aħjar”, permezz ta’ implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-fondi bil-ħsieb li jissaħħu l-investimenti soċjali, jiġu rinfurzati r-riċerka u l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-ekonomija permezz ta’ riformi u investimenti ambizzjużi, b’enfasi partikolari fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, sabiex l-UE ssir aktar reżiljenti mill-aspett soċjali; jemmen, barra minn hekk, li filwaqt li jitqies it-tibdil demografiku, it-tisħiħ tas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħna u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa għandhom ikunu t-tielet pilastru ta’ din it-tranżizzjoni;
456. Jemmen li l-UE għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura s-solidarjetà u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-ekonomija biex issaħħaħ il-kompetittività tal-UE filwaqt li tilħaq objettivi soċjali u klimatiċi u tevita l-frammentazzjoni tas-suq uniku;
457. Jirrakkomanda li l-appoġġ għas-setturi tal-kura soċjali u tas-saħħa għandu jiġi inkluż fl-isforzi futuri ta’ tħejjija għall-pandemiji; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta’ tħejjija għal kriżijiet futuri tas-saħħa fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi għall-koordinazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet fil-livell tal-UE, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol dwar il-pandemija u s-sikurezza okkupazzjonali u kwistjonijiet relatati mas-saħħa; iqis li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa mentali għandhom ikunu parti integrali minn dawn il-pjanijiet għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għal kriżijiet futuri tas-saħħa;
458. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri u politiki speċifiċi fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kif ukoll ħaddiema essenzjali oħra, inkluż permezz ta’ riżorsi xierqa u suffiċjenti;
(ii) Nisa
459. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-forom kollha tagħha u kull fejn isseħħ, kemm ġewwa d-dar kif ukoll barra minnha jew fuq il-post tax-xogħol; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, iżda jitlob li jittejjeb il-kontenut tagħha biex jiġu protetti aħjar il-vittmi kollha, b’mod partikolari dawk f’riskju ta’ forom multipli ta’ diskriminazzjoni;
460. Jitlob li x-xogħol tipikament iddominat min-nisa jiġi vvalutat mill-ġdid u evalwat mill-ġdid u li jiġu żviluppati u applikati għodod ta’ evalwazzjoni tax-xogħol newtrali għall-ġeneru transsettorjali sabiex jiġi vvalutat u jiġi rremunerat aħjar ix-xogħol iddominat min-nisa u tiġi żgurata paga ugwali jew xogħol ugwali u xogħol ta’ valur ugwali;
461. Jissuġġerixxi li l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali għandu jiġi promoss li jipprovdu appoġġ aktar faċli u sikur; jappella għall-adozzjoni ta’ strumenti ta’ appoġġ ekonomiku, soċjali u finanzjarju għan-nisa li huma separati mis-sħab tagħhom wara l-vjolenza li jkunu sofrew u li ma għandhom l-ebda mezz ta’ appoġġ finanzjarju; jirrakkomanda li fil-futur, is-servizzi li jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru jiġu definiti bħala essenzjali;
462. Jemmen li l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi għandha tissaħħaħ filwaqt li tiġi deċentralizzata l-kura biex jintlaħqu aħjar il-popolazzjonijiet iżolati; huwa konvint li l-komunitajiet lokali, ir-rwol tan-nisa u aktar ugwaljanza bejn il-ġeneri jridu jkunu fiċ-ċentru tas-soluzzjonijiet; iqis li t-trawwim tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fi ħdan is-servizzi tas-saħħa, b’mod partikolari f’oqsma fejn il-forniment tas-saħħa hija defiċjenti, inadegwata jew għadha lura, huwa kruċjali peress li s-servizzi tas-saħħa jiddependu mill-għarfien espert tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili(57);
463. Jistieden lill-Kummissjoni tikkriminalizza l-forom kollha ta’ sfruttament sesswali b’mod armonizzat sabiex tipprovdi livell simili ta’ protezzjoni lin-nisa kollha fl-UE irrispettivament minn fejn jgħixu; jappoġġja l-inklużjoni fid-Direttiva ta’ definizzjoni ta’ vjolenza sesswali li hija usa’ mid-definizzjoni ta’ stupru, u definizzjoni ta’ fastidju sesswali f’konformità mad-direttivi eżistenti tal-UE kontra d-diskriminazzjoni u skont l-istandards tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
464. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki kollha tal-UE u fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru; jisħaq li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-esperjenzi differenti li jiffaċċjaw in-nisa u l-irġiel jiġu rikonoxxuti u indirizzati f’dan ir-rigward;
465. Jisħaq fuq l-importanza tat-taħriġ tal-persunal biex jifhem u jimplimenta b’mod effettiv l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru; jenfasizza l-fatt li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha tkun ukoll parti mill-politiki li għandhom l-għan li jżidu l-bilanċ bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni dwar ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, kif ukoll fir-riċerka u l-innovazzjoni; huwa mħasseb dwar is-sehem għoli ta’ paga minima u ta’ dawk li jaqilgħu inqas mill-minimu fost il-professjonisti fis-settur tal-kura, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa, u jemmen li l-miżuri tal-UE għandhom jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-kura u tas-servizzi soċjali u b’mod aktar ġenerali fis-suq tax-xogħol;
(iii) Żgħażagħ u tfal
466. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib l-użu tal-fondi tal-RRF u r-rwol tagħhom fl-appoġġ ta’ miżuri għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-familji żgħażagħ; iqis li l-investimenti għandhom isiru f’politiki ta’ kumpens, li jagħmlu enfasi fuq individwi bi status soċjoekonomiku baxx u tfal minn gruppi żvantaġġati, programmi li jipprevjenu u jindirizzaw id-defiċits fit-tagħlim, l-edukazzjoni bbażata fuq l-evidenza, l-adattament tal-kurrikuli, inkluż għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u l-investiment fit-teknoloġija, fl-infrastruttura tal-iskejjel u fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema; huwa konvint li hemm bżonn ta’ aktar finanzjament tal-UE għar-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura f’konformità mal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal; jinnota li din tal-aħħar għandha tintuża wkoll biex issaħħaħ l-agħar effetti tal-faqar fost it-tfal li ġġib magħha l-COVID-19 u aggravati mill-kriżi attwali tal-għoli tal-ħajja;
467. Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor aktar informazzjoni dwar l-impatt tal-pandemija fuq id-drittijiet tat-tfal, bħad-dritt għas-saħħa, l-effetti fuq l-iżvilupp psikosoċjali minħabba l-iżolament soċjali li jirriżulta mill-kwarantina, l-għoti tas-setgħa lit-tfal fir-rigward tad-drittijiet tagħhom u l-inklużjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza li jikkonċernaw it-tfal fil-politika u fil-leġiżlazzjoni; jitlob, f’dan ir-rigward, lill-UE u lill-Istati Membri jallokaw riżorsi xierqa biex jiksbu u janalizzaw tali data;
468. Jitlob, f’dan ir-rigward, lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-finanzjament għar-riċerka tal-UE dwar it-tfal u ż-żgħażagħ b’mod ġenerali, kif ukoll id-data tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jagħmel enfasi fuq it-titjib tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ u tat-tfal wara l-pandemija inkluż permezz ta’ miżuri meħuda fil-livell tal-UE permezz tal-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali;
469. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni ċari għall-iskejjel biex jindirizzaw l-effetti li kellha l-pandemija fuq it-tagħlim u r-riżultati tat-tagħlim; jirrakkomanda li, fi kriżijiet tas-saħħa futuri, l-iskejjel u faċilitajiet edukattivi oħra jibqgħu miftuħa jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti dan, filwaqt li dejjem jiġu rispettati s-saħħa u s-sikurezza tal-istudenti u tal-għalliema u tingħata prijorità lill-protezzjoni tas-saħħa pubblika; jitlob li l-politika tal-edukazzjoni tkun parti mill-istrateġija ta’ rispons ta’ emerġenza, kif ukoll soluzzjonijiet għall-kura tat-tfal, kemm kollettivi kif ukoll individwali;
470. Jiddikjara li l-bidla lejn it-tagħlim elettroniku matul il-COVID-19 ħolqot diversi sfidi għall-istudenti, l-għalliema u l-istituzzjonijiet edukattivi, prinċipalment minħabba aċċess mhux ugwali għat-teknoloġija u l-konnettività tal-internet, speċjalment għal studenti minn familji b’introjtu baxx jew dawk li jgħixu f’żoni rurali, li jirriżulta f’disparitajiet fl-opportunitajiet edukattivi; jenfasizza li t-tagħlim elettroniku jista’ jikkomplementa l-edukazzjoni bil-preżenza fiżika; jisħaq li għandhom isiru sforzi biex il-litteriżmu diġitali jinfirex fil-livelli kollha tas-soċjetà billi jkun possibbli l-użu xieraq tal-għodod u l-infrastrutturi diġitali, u li d-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel għandha tiġi appoġġjata u żviluppata b’mod kostanti; iqis li meta jiġu osservati diffikultajiet, għandhom jiġu offruti soluzzjonijiet flessibbli meta jkun possibbli;
471. Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-litteriżmu diġitali fil-kurrikuli tal-istituzzjonijiet ta’ tagħlim kollha u jipprovdu t-taħriġ u t-tagħmir meħtieġa għall-għalliema u l-edukaturi; itenni d-dispożizzjoni fil-Garanzija għat-Tfal li tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiżguraw li t-tfal tal-età tal-iskola kollha jkollhom aċċess għal apparat diġitali u għal elettriku u internet tajjeb fi djarhom; jemmen li għandhom jiġu introdotti miżuri adegwati biex it-tfal u ż-żgħażagħ kollha jiġu mgħammra bil-ħiliet teknoloġiċi u l-għarfien li jeħtieġu biex jirnexxu fl-era diġitali;
472. Jenfasizza l-potenzjal tal-arti u l-kultura bħala komponent ewlieni tar-rispons għall-pandemiji minħabba l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tal-arti u l-kultura li jindirizzaw il-benessri, is-saħħa mentali u kwistjonijiet ta’ appoġġ soċjali, inkluż għal gruppi li inkella jistgħu jkunu diffiċli biex jintlaħqu; ifakkar li l-arti u l-kultura huma ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp tal-identità individwali tat-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll għall-edukazzjoni tagħhom, inkluż il-fehim tagħhom tas-soċjetà, u għall-benesseri ġenerali tagħhom; huwa mħasseb dwar l-impatt negattiv fuq l-aċċess għall-arti u l-kultura minħabba l-għeluq relatat mal-COVID ta’ postijiet kulturali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-potenzjal tal-arti u l-kultura li jindirizzaw is-saħħa mentali u l-benesseri soċjali ta’ gruppi u individwi li nkella jistgħu jkunu diffiċli li jintlaħqu u jappella għal inklużjoni akbar tas-settur tal-arti u l-kultura fl-istrateġiji ta’ rispons ta’ emerġenza;
473. Iħeġġeġ lill-Istati Membri ma japplikawx approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd meta jkunu meħtieġa miżuri speċjali u jikkonsultaw mal-professjonisti tas-saħħa u s-sikurezza, l-iskejjel, l-għalliema, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi taż-żgħażagħ, kif ukoll il-ġenituri, sabiex iqisu b’mod adegwat il-ħtiġijiet ta’ gruppi ta’ età differenti, gruppi vulnerabbli u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll gruppi żvantaġġati u emarġinati;
474. Jirrakkomanda li l-gwida tal-UNICEF dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tad-Drittijiet tat-Tfal għandha tiġi applikata għat-tfassil tal-politika, għal-leġiżlazzjoni u għal miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi fuq it-tfal;
475. Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej iwettqu “kontroll għaż-żgħażagħ” għall-proposti leġiżlattivi kollha tal-UE f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
476. Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu programmi ta’ tagħlim addizzjonali fi żmien qasir bħal skejjel tas-sajf jew tutoraġġ addizzjonali, sabiex inaqqsu d-distakk fit-tagħlim u jindirizzaw id-defiċits eżistenti fit-tagħlim li għandhom fil-mira tagħhom, b’mod partikolari, it-tfal minn djar vulnerabbli;
(iv) Anzjani u gruppi vulnerabbli/emarġinati
477. Jilqa’ l-green paper dwar it-tixjiħ, ir-rapport dwar l-impatt tat-tibdil demografiku u l-istrateġija Ewropea għall-kura bħala l-ewwel passi għal strateġija ġenerali tal-UE biex tindirizza t-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-Ewropa; jilqa’ l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-saħħa u tal-kura ta’ popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ, inkluż l-indirizzar tal-mard mhux komunikabbli permezz tal-promozzjoni ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu f’konformità mad-Deċennju tat-Tixjiħ b’Saħħtu tad-WHO;
478. Jinnota li hekk kif jiżdied il-potenzjal għal lonġevità, tiżdied ukoll l-importanza ta’ mġiba relatata mas-saħħa, bħall-promozzjoni ta’ ambjenti u stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, f’kull età (inkluża l-età medja u avvanzata); jitlob għalhekk li ssir riċerka dwar il-lonġevità b’saħħitha u miżuri li jipprevjenu aħjar l-mard mhux komunikabbli filwaqt li jiżguraw titjib fil-ġestjoni u l-kura ta’ mard mhux komunikabbli, inaqqsu l-impatt tal-mard komunikabbli, iqisu u jindirizzaw il-multimorbożità u l-polifarmaċija u li x-xjuħija ssir opportunità aktar milli ostaklu;
479. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jinvestu u jiżviluppaw għodod online inklużivi, jindirizzaw il-faqar diġitali u jagħtu s-setgħa b’mod diġitali speċjalment lill-persuni akbar fl-età u lill-persuni b’diżabilità, liż-żgħażagħ u lill-gruppi vulnerabbli, jappoġġjaw finanzjarjament lis-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa online u lill-istituzzjonijiet u jiżviluppaw miżuri ta’ appoġġ għall-persuni li jindukraw; jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati miżuri biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-internet u għat-teknoloġija diġitali fl-Istati Membri kollha u għas-sottogruppi kollha tal-popolazzjoni;
480. Jirrimarka li hawn anzjani li għandhom diffikultajiet biex jużaw u jinteraġixxu ma’ għodod teknoloġiċi u li d-diġitalizzazzjoni qed toħloq diffikultà insormontabbli biex jirrelataw ma’ servizzi bażiċi u istituzzjonijiet; jisħaq, għalhekk, li l-kura tas-saħħa online għandha tkun komplementarja u qatt ma tissostitwixxi l-kura wiċċ imb wiċċ, b’mod partikolari għal dan il-grupp ta’ persuni li għalihom id-distakk diġitali huwa l-aktar evidenti; jissuġġerixxi li l-mezzi analogi għandhom ikunu meħtieġa biex iservu lill-anzjani sabiex ma jħossuhomx maqtugħin mis-soċjetà;
481. Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu żviluppati aktar soluzzjonijiet innovattivi li ħarġu matul il-pandemija, bħal modi ġodda ta’ ħidma, id-diġitalizzazzjoni u l-aċċess għal kulħadd; jitlob li l-ħaddiema anzjani jtejbu u jġeddu l-ħiliet tagħhom;
482. Jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jiżguraw li d-dritt għall-kura fit-tul jiġi integrat fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom u jinvestu fi pjan tas-saħħa u tal-kura biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni tal-anzjani li qed tikber, inklużi l-faċilitajiet ta’ kura residenzjali, b’mod soċjalment ġust;
483. Jitlob li kull residenza tal-kura għall-anzjani u ċentri oħra soċjosanitarji jkollhom pjan ta’ kontinġenza adattat apposta għall-każ u s-sitwazzjoni tagħhom li fihom jiġu deskritti u rieżaminati b’mod sistematiku u skedat, bil-ħolqien ta’ tim ta’ ġestjoni ta’ emerġenza u tifqigħat ta’ mard, magħmul kemm minn professjonisti tas-saħħa kif ukoll minn persunal mir-residenza nnifisha, kif ukoll l-għoti tat-taħriġ xieraq meħtieġ fil-ġestjoni tal-emerġenzi u l-kriżijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-persuni fil-faċilitajiet tal-kura u l-anzjani jibqgħu attivi soċjalment u mentalment, pereżempju, billi huma jkollhom il-possibbiltà li jkomplu jinteraġixxu mal-familja tagħhom, sabiex jiġu pprevenuti l-iżolament, ir-riskju ta’ dipressjoni u mewt;
484. Jirrakkomanda li l-Istati Membri jevalwaw bir-reqqa l-benefiċċji u r-riskji tal-miżuri ta’ restrizzjonijiet fuq l-attività fiżika qabel ma jimplimentawhom; iqis li matul kriżi tas-saħħa, il-gvernijiet għandhom jipprovdu gwida u jħeġġu dieti aħjar u attività fiżika għal persuni b’enfasi speċjali fuq il-gruppi emarġinati u żvantaġġjati, sabiex tiżdied ir-reżiljenza tal-popolazzjonijiet fl-Istati Membri f’każ ta’ pandemija futura;
485. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jinvestu fi proċess ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons għall-kriżi inklużiv għad-diżabilità, li jantiċipa l-impatti devastanti ta’ kriżijiet futuri fuq il-persuni b’diżabilità; ifakkar li l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u jisħaq fuq il-pjanijiet ta’ tħejjija u l-miżuri tal-pandemiji jridu jkunu konformi ma’ dan;
486. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu politiki li jagħmlu enfasi fuq l-ugwaljanza tal-opportunitajiet billi jagħmlu l-ġbir ta’ data dwar l-ugwaljanza, fil-kuntest ta’ pandemija, norma fis-setturi pubbliċi; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jikkooperaw mas-soċjetà ċivili fil-ġbir u l-analiżi tad-data dwar l-ugwaljanza;
487. Jissottolinja l-kontribut li jagħtu l-anzjani lis-soċjetà u jisħaq li l-ideat innovattivi ta’ appoġġ soċjali jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tagħhom;
488. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ solidarjetà interġenerazzjonali biex jiġġieldu s-solitudni, pereżempju, fil-forma ta’ servizz ċiviku, li jippermetti lill-anzjani jinteraġixxu maż-żgħażagħ;
4.L-UE u d-dinja
(a) L-UE u l-ġestjoni tal-pandemija fuq livell globali
(i) Relazzjonijiet mad-WTO, mad-WHO u mar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR)
489. Jinnota li minkejja t-tkabbir enormi fil-kummerċ tal-prodotti mediċi, kien hemm ineffiċjenzi konsiderevoli fl-aċċess għat-tagħmir tal-protezzjoni personali, trattamenti, vaċċini u dijanjostika; jinnota li fl-eqqel tal-pandemija, il-kompetizzjoni fost il-pajjiżi u l-miżuri restrittivi dwar l-aċċess għall-apparat mediku, tagħmir protettiv personali, skrinjar u vaċċini, wasslu biex il-produzzjoni tiġi mfixkla u rriżultaw fi prezzijiet ogħla;
490. Billi vulnerabbiltà akbar marbuta ma’ diversifikazzjoni ekonomika batuta u dipendenza qawwija mill-esportazzjonijiet ta’ materja prima jissottolinjaw il-ħtieġa li jitqassru l-ktajjen tal-provvista attwali;
491. Jissottolinja li l-pandemija enfasizzat il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-provvista globali u l-ħtieġa li jinbnew ktajjen tal-valur reġjonali u tingħata spinta lill-integrazzjoni reġjonali;
492. Jinnota li matul il-pandemija l-prinċipju tas-solidarjetà mhux dejjem ġie rrispettat, li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċi u li r-rwol tad-WTO f’dan ir-rigward huwa li tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali permezz ta’ kooperazzjoni regolatorja internazzjonali sabiex tingħata spinta lill-importazzjonijiet tal-merkanzija u tnaqqas il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni li huma ta’ detriment għall-aċċess għall-prodotti mediċi;
493. Jesprimi dispjaċir għad-dipendenza tal-UE minn sorsi esterni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali;
494. Jenfasizza l-fatt li diversi fatturi wasslu għal aċċess globali limitat għall-vaċċini u jtenni l-appelli biex id-WTO tieħu azzjoni akbar biex tiżgura l-fluss liberu tal-ktajjen tal-provvista u tal-kunsinni tal-vaċċini, b’mod partikolari fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ħafna pajjiżi, inklużi xi sħab tal-UE, irrikorrew għal miżuri protezzjonisti fil-forma ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni;
495. Jitlob li l-UE tagħmel enfasi fuq awtonomija strateġika miftuħa, tappoġġja d-diversifikazzjoni u r-reżiljenza globali tal-ktajjen tal-provvista, u tirriloka l-produzzjoni fejn meħtieġ biex tindirizza d-dipendenzi kbar fuq pajjiżi terzi b’sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli fil-qalba tagħha, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà globali tal-prodotti mediċi; iħeġġeġ lill-pajjiżi biex jissieħbu fil-Ftehim dwar il-Kummerċjalizzazzjoni ta’ Prodotti Farmaċewtiċi tad-WTO, u jħeġġeġ biex il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż għall-prodotti farmaċewtiċi u mediċinali kollha; jirrakkomanda appoġġ għall-SMEs farmaċewtiċi Ewropej li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ portafoll varjat ta’ vaċċini u b’hekk għall-awtonomija strateġika tal-UE fis-settur tas-saħħa, jissottolinja li r-rispons globali tas-saħħa jrid ikun iggwidat mill-prinċipju tas-solidarjetà, filwaqt li s-saħħa titqies bħala ben pubbliku, u li l-UE għandha taħdem id f’id ma’ atturi multilaterali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ittejjeb ir-reżiljenza u t-tħejjija tas-sistemi tal-kura tas-saħħa għal dawk l-aktar vulnerabbli;
496. Jinnota li s-sistema ta’ protezzjoni tal-privattivi tinċentiva lill-kumpaniji jinvestu fl-innovazzjoni u jipproduċu għodod mediċi ġodda li għandhom ikunu għas-servizz taċ-ċittadini u jippromwovu l-interess pubbliku; jinnota, fl-istess ħin, li l-effett ta’ esklużjoni tal-privattivi jista’ jwassal għal provvista limitata fis-suq u aċċess imnaqqas għall-mediċini u għall-prodotti farmaċewtiċi; jissottolinja li fi żminijiet ta’ kriżi, kif ukoll biex jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ħajja tan-nies, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jintervjenu fuq din is-sistema u jużaw il-mezzi meħtieġa biex jagħtu aċċess għad-dijanjostika, il-prevenzjoni u t-trattamenti u l-kura lil kulħadd;
497. Jinnota l-kooperazzjoni bejn l-UE u d-WHO b’reazzjoni għall-pandemija; jissottolinja l-ħtieġa li din il-kooperazzjoni tissaħħaħ aktar b’approċċ aktar koordinat u fit-tul u b’sistema tan-NU aktar b’saħħitha, iffinanzjata tajjeb u indipendenti fil-qalba tagħha; ifakkar, b’mod partikolari, ir-rwol importanti tal-uffiċċju Ewropew tad-WHO fis-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-programmi Ewropej tas-saħħa; jitlob lill-Unjoni Ewropea tassumi rwol aktar strateġiku, assertiv u effettiv fis-saħħa globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tassumi r-rwol ta’ osservatur formali fid-WHO;
498. Jenfasizza li d-WHO u l-UNICEF akkumpanjaw lill-pajjiżi mill-bidu sat-tmiem tal-istrateġija tagħhom dwar il-vaċċin, sal-aħħar passi tal-għoti; jinnota, madankollu, li kien hemm dewmien u inċertezzi fil-provvista u li s-sitwazzjoni ttejbet biss ladarba l-provvista globali kienet fil-biċċa l-kbira qed tissodisfa d-domanda globali;
499. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu introdotti salvagwardji fuq l-esportazzjonijiet mill-ġdid sabiex jiġi pprevenut il-kummerċ illeċitu u jiġi evitat li tingħata spinta lis-swieq eżistenti matul emerġenza tas-saħħa; jiddeplora t-tqegħid ta’ limitazzjonijiet fuq il-moviment ta’ prodotti tas-saħħa matul pandemiji fl-UE u fuq livell globali u l-fatt li f’każ ta’ emerġenza umanitarja, pajjiż inizjalment mhux eliġibbli jista’ jkun id-destinazzjoni;
500. Iqis li rispons multilaterali, indipendenti u kkoordinat fuq livell globali ibbażat fuq pedamenti xjentifiċi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni u li jqis ir-rwol tal-korpi reġjonali huwa kruċjali għall-bini ta’ reżiljenza globali kontra kriżijiet tas-saħħa futuri, u li l-organizzazzjoni multilaterali jeħtieġ li tingħata aktar importanza; jinnota f’dan ir-rigward li l-organizzazzjonijiet multilaterali, b’mod partikolari fi ħdan is-sistema tan-NU, iridu jissaħħu sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom;
501. Jissottolinja li l-approċċ “Saħħa Waħda” huwa fundamentali u għandu jibqa’ ċentrali għad-WHO sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-saħħa pubblika; jenfasizza li dan irid ikun il-prinċipju gwida u r-referenza għall-politiki pubbliċi fir-rigward tal-interfaċċa bejn l-annimali u l-bnedmin u l-approċċ kontra l-AMR; jinnota li, għalkemm il-Bord tas-Saħħa Waħda tad-WHO diġà ta rakkomandazzjonijiet, dawn jeħtieġ li jiġu riflessi aħjar f’politiki u jitqiegħdu fil-prattika fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali; jirrakkomanda l-espansjoni tad-WHO sabiex jiġu pprevenuti effetti konsegwenzjali relatati mar-riċerka permezz tas-sorveljanza ta’ programmi ta’ riċerka dwar patoġeni potenzjalment perikolużi; jitlob lill-UE tippromwovi t-tisħiħ u l-espansjoni tad-WHO billi żżid il-baġit ġenerali tagħha u ssaħħaħ il-ħidma tagħha fuq rotot ta’ esponiment potenzjali u l-ambjenti bl-ogħla riskju għat-trażmissjoni ta’ mard żoonotiku; jinnota li sabiex jiġu pprevenuti spillovers naturali, se jkunu meħtieġa kooperazzjoni globali dwar is-sorveljanza u r-regolazzjoni tal-kummerċ tal-annimali domestiċi u tal-annimali selvaġġi, u li d-WHO se jkollha rwol importanti għal dak il-għan; jirrakkomanda wkoll lill-UE tappoġġja l-espansjoni tad-WHO sabiex tipprevjeni spillovers relatati mar-riċerka, billi tissorvelja l-bijosikurezza, il-bijosigurtà, u l-ġestjoni tal-bijoriskju ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali u internazzjonali li huma involuti fil-ġbir, l-ittestjar, u l-manipulazzjoni ġenetika ta’ patoġeni potenzjalment perikolużi;
502. Jitlob li jitqies ir-rwol tal-parlamenti fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar is-saħħa globali sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE dwar is-saħħa, jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u tiżdied il-leġittimità ta’ dawk id-diskussjonijiet, b’mod partikolari permezz ta’ skambji ta’ informazzjoni fil-livell internazzjonali, li għandhom ikopru l-istadji kollha mit-tħejjija sar-rispons, inkluża Saħħa Waħda;
(ii) Ir-rwol f’inizjattivi bħall-COVAX
503. Jenfasizza l-fatt li l-Aċċess Globali għall-Vaċċini Kontra l-COVID-19 (COVAX) inħoloq bil-għan li l-vaċċini jitwasslu lejn pajjiżi b’introjtu baxx u medju (LMIC) iżda ma laħqux l-aspettattivi għoljin, id-dewmien akkumulat u naqsu milli jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-LMIC; jinnota li dan wassal biex pajjiżi b’introjtu baxx u medju jagħmlu ftehimiet bilaterali mal-manifatturi f’suq kompetittiv ħafna li wassal għal prezzijiet inġusti u klawżoli ta’ responsabbiltà mhux favorevoli; jesprimi tħassib li COVAX ma wrietx standards trasparenti dwar il-ftehimiet u l-operazzjonijiet tagħha, li wassal għal nuqqas ta’ skrutinju pubbliku fuq dawn il-proċessi u l-inklużjoni ta’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu t-trasparenza u l-istandards ta’ inklużjoni fi pjattaformi internazzjonali ġodda u attwali dwar l-aċċess għat-teknoloġiji tas-saħħa;
504. Jirrikonoxxi li hemm sforz konsiderevoli fuq skala globali biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni, appoġġjata b’użu kbir ta’ fondi pubbliċi; jilqa’ l-fatt li l-UE saret mudell f’dik il-kwistjoni u investitur kbir kemm f’termini ta’ investimenti ta’ spinta (qabel l-iżvilupp) kif ukoll ta’ attrazzjoni (ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem), li għamluha possibbli li jiġu żgurati biżżejjed vaċċini; ifakkar li l-investimenti pubbliċi jridu jġibu redditu pubbliku f’termini ta’ aċċessibbiltà tal-prezzijiet, disponibbiltà u aċċessibbiltà tal-prodotti finali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni u ta’ trasferimenti tat-teknoloġija lejn pajjiżi b’introjtu baxx u medju u jistabbilixxu mekkaniżmu globali biex jittejbu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni kemm fl-UE kif ukoll fuq skala globali;
505. Jissottolinja li l-kooperazzjoni pubblika-privata matul il-pandemija kienet deċiżiva fl-indirizzar tal-isfidi u t-twassil tal-vaċċini; ifakkar li l-kooperazzjoni pubblika-privata matul l-emerġenza tas-saħħa hija strutturalment differenti mill-kooperazzjoni f’ċirkostanzi “normali”; ifakkar li ammont kbir ta’ finanzjament pubbliku kellu rwol ewlieni fiċ-ċiklu ta’ żvilupp tal-prodott (vaċċin), flimkien ma’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem qabel l-approvazzjoni regolatorja; jenfasizza li fi kriżi tas-saħħa, fejn hemm ħafna aktar urġenza u inċertezza, il-finanzjament pubbliku għandu rwol saħansitra akbar; jinnota li dan jista’ jaħdem biss jekk l-oqfsa globali jkunu mfassla tajjeb u jekk ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib bejn l-atturi kollha involuti;
(iii) L-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali
506. Jinnota li t-Task Force tal-COVID-19 skont id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW) kellha rwol importanti fiż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa u r-reżiljenza tal-UE fid-dawl tal-pandemija, billi appoġġjat ir-riċerka u l-innovazzjoni, saħħet il-ktajjen tal-provvista, u ħeġġet kooperazzjoni u koordinazzjoni akbar bejn l-Istati Membri;
507. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni addottat Strateġija ġdida tal-UE għas-Saħħa Globali bl-objettiv li ttejjeb is-sigurtà tas-saħħa globali filwaqt li ssaħħaħ it-tmexxija tal-UE u tafferma mill-ġdid ir-responsabbiltà tal-UE biex tiġġieled l-isfidi globali u l-inugwaljanzi marbuta mas-saħħa;
508. Iqis li s-salvagwardja tal-unità tas-suq uniku tal-UE u l-użu tal-ingranaġġ ekonomiku u politiku tiegħu saru possibbli bl-iżvilupp tad-dimensjoni esterna tal-awtonomija operazzjonali tal-UE, permezz tal-mekkaniżmu tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni madwar l-UE; jirrikonoxxi, madankollu, li l-kontromiżuri mediċi ma tqassmux b’mod ekwu, li kkontribwixxa, fost fatturi oħra, għal kuntrast impressjonanti bejn ir-rati tat-tilqim f’pajjiżi b’introjtu għoli u baxx;
509. Iqis li anke bil-livell konsiderevoli ta’ finanzjament pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp għall-iżvilupp rapidu tal-vaċċini, il-kapaċitajiet tal-manifattura fl-UE żdiedu bil-mod wisq biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet; jisħaq, għalhekk, li l-kondiviżjoni tal-PI u l-għarfien prattiku fi ħdan il-qafas legali hija essenzjali sabiex jiġu żgurati l-produzzjonijiet fuq skala kbira u d-disponibbiltà globali ta’ kontromiżuri mediċi; ifakkar, fl-istess ħin, li l-kumplessità tal-manifattura tal-vaċċini, u tal-akkwist tal-materja prima u komponenti oħra meħtieġa għall-produzzjoni, tirrikjedi katina tal-provvista globali, sostenibbli u reżiljenti; iqis li l-ebda pajjiż ma jista’ jkun kompletament awtonomu fil-produzzjoni tal-vaċċini tiegħu, li jirriżulta f’sitwazzjoni fejn l-UE sabitha diffiċli biex tqabbel il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha mad-domanda kbira għall-vaċċini;
510. Jitlob li jiġu stabbiliti għodod li jippermettu lill-Kummissjoni timplimenta politiki kummerċjali reċiproċi meta jkun meħtieġ (biex jiġi miġġieled l-Att dwar il-Produzzjoni tad-Difiża, pereżempju), u b’hekk jinżamm bilanċ ugwali tal-kapaċitajiet ta’ setgħa u ta’ negozjar;
511. Jenfasizza li l-UE kellha rwol ewlieni fir-rispons u fis-solidarjetà globali u jeħtiġilha tkompli taqdi dan ir-rwol billi tagħmel aktar sforz fih; iqis li l-UE jeħtiġilha tkompli tmexxi s-solidarjetà tal-vaċċin madwar id-dinja u jtenni li s-solidarjetà tal-vaċċin hija parti mill-approċċ tal-UE ta’ Saħħa Waħda; jitlob lill-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lill-ippjanar, barra minn żminijiet ta’ pandemija, ta’ sforzi kkoordinati fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-vaċċini;
512. Jissottolinja li d-dinja x’aktarx tiffaċċja epidemiji u pandemiji ġodda fil-futur u li l-approċċ ta’ Saħħa Waħda tal-UE jinvolvi li tkun attiva fit-tħejjija globali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi u l-miri tal-Patt Ekoloġiku, ir-rispett tal-liġi ambjentali tal-UE, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis urġenti u meħtieġ fl-emissjonijiet tas-CO2 u t-telf tal-bijodiversità, li huma kollha fatturi li jixprunaw il-pandemiji u theddid ieħor għas-saħħa pubblika, bħat-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari u l-mard żoonotiku, kif ukoll l-adozzjoni ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ aġenti antimikrobiċi ġodda u għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tagħhom; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jassistu lill-komunità globali fil-protezzjoni ta’ ekosistemi intatti u fit-tmiem tal-kummerċ kummerċjali fl-organiżmi selvaġġi għall-konsum mill-bniedem;
513. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politika kummerċjali tal-UE tikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-UE u l-awtonomija strateġika miftuħa, inkluż permezz tal-użu tas-sett sħiħ ta’ għodod kummerċjali; jisħaq li r-restrizzjonijiet kummerċjali fi żminijiet ta’ kriżi jistgħu jwasslu għal effetti negattivi, inkluż għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ġirien; huwa konvint li t-tħejjija għall-kriżi hija kruċjali biex jimmitigaw l-effetti negattiv ta’ tfixkil fil-katina tal-provvista fi żminijiet ta’ kriżi; jilqa’ f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal strument ta’ emerġenza tas-suq uniku li jippreżerva l-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi u persuni u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi f’każ ta’ emerġenzi futuri, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji madwar l-UE;
514. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, fid-dawl tal-probabbiltà ta’ epidemiji u pandemiji ġodda fil-futur u fid-dawl tad-diversi studji dwar l-oriġini tal-pandemija tal-COVID-19, biex jistabbilixxu dipartiment għar-riċerka u l-monitoraġġ tal-istrateġiji tas-saħħa pubblika ta’ pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment dawk b’potenzjal konsiderevoli għal tixrid transfruntier;
(iv) Sħubijiet u fondazzjonijiet globali
515. Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Koalizzjoni għall-Innovazzjonijiet fit-Tħejjija għall-Epidemiji (CEPI) u l-Alleanza Globali għall-Vaċċini u l-Immunizzazzjoni (Gavi), taħt l-awspiċji tad-WHO u tal-UNICEF, li rriżultat fil-ħolqien tal-COVAX, li għandha l-għan li taċċelera l-iżvilupp u l-manifattura tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u tiżgura aċċess globali u ekwu għall-vaċċini; jisħaq li dawn l-inizjattivi jeħtieġ li jkunu permanenti u stabbiliti sew fl-ambitu tas-sistema tan-NU, b’kontroll demokratiku u skrutinju assoċjati magħha u billi tiġi żgurata trasparenza sħiħa fl-attivitajiet tagħhom;
516. Jinnota li GAVI ddisinjat u mmaniġġjat il-Faċilità COVAX, il-kondiviżjoni tar-riskju globali u l-mekkaniżmu ta’ akkwist miġbur ta’ COVAX, u assigurat dożi għal COVAX permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tad-doża COVAX, li wassal għall-akkwist globali u l-kunsinna għal COVAX; jinnota li s-CEPI użat self li jista’ jiġi rkuprat biex tiżgura dożi f’isem il-faċilitajiet tal-COVAX; jissottolinja l-fatt li filwaqt li s-CEPI kellha xi soluzzjonijiet ta’ finanzjament ta’ kontinġenza, kellha tiddependi l-aktar mill-ġbir ta’ fondi; jissottolinja li għalkemm din is-sistema kisbet riżultati pożittivi, jeħtieġ li jiġu allokati biżżejjed riżorsi lill-korpi u l-aġenziji tan-NU sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiddependux biss minn donazzjonijiet volontarji għat-twettiq tal-mandat tagħhom;
517. Jilqa’ l-fatt li l-aċċess ekwu għall-vaċċini kien l-akbar prijorità tal-fondazzjonijiet globali, inklużi s-CEPI u l-Gavi, u li s-CEPI fil-prattika qed tpoġġi l-prinċipju mhux għall-profitt/mingħajr telf għall-vaċċini maħsuba għal pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jinnota, madankollu, li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi b’introjtu baxx u u medju għandhom rati ta’ tilqim aktar baxxi b’mod sinifikanti minn dawk tal-pajjiżi b’introjtu għoli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu t-trasparenza u l-istandards ta’ inklużjoni fil-pjattaformi internazzjonali u jaġġornaw il-politiki u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess tagħhom sabiex jottimizzaw il-provvista lill-pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
518. Iqis li filwaqt li d-donazzjoni tad-dożi hija pożittiva, dawn id-donazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati bir-reqqa biex jiġi żgurat li jagħtu l-aħjar kontribut għall-ħtiġijiet, il-possibbiltajiet u r-rekwiżiti tal-istrateġiji ta’ tilqim tar-riċevituri; jissottolinja li l-Unjoni għandha tieħu wkoll miżuri biex tiżgura li l-vaċċini jibqgħu effettivi, biex tappoġġja l-kapaċità tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa pubblika li jagħtu dożi, biex iżżid l-użu tal-vaċċini u biex tiġġieled kontra l-miżinformazzjoni li tqanqal l-eżitazzjoni għat-tilqim;
519. Iqis li l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-konsenja sostenibbli tal-vaċċini jiddependu minn ktajjen tal-provvista robusti u trasparenti; jissottolinja f’dan ir-rigward il-ħtieġa ta’ distribuzzjoni usa’ tal-kapaċitajiet tal-manifattura madwar id-dinja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw finanzjarjament iż-żieda fil-produzzjoni lokali u reġjonali tal-vaċċini u jinkoraġġixxu t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġiji u prodotti essenzjali oħra tas-saħħa, f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
520. Jitlob li tiġi stabbilita kapaċità tal-produzzjoni globalment ibbilanċjata li tkun tista’ tadatta malajr għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe vaċċin meħtieġ; jappoġġja l-isforzi taċ-ċentru għat-trasferiment tat-teknoloġija tal-aċidu ribonuklejku messaġġier (mRNA) appoġġjat mid-WHO u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw inizjattivi bħal dawn; iqis l-impenji reċenti tal-UE biex tappoġġja s-sovranità tas-saħħa fl-Afrika u l-investiment tagħha ta’ EUR 1 000 000 000 fil-kapaċità tal-produzzjoni f’dak il-kontinent bħala passi importanti; jinnota, madankollu, li l-ftehimiet huma nieqsa miċ-ċarezza dwar it-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien, inkluża d-data tal-IP u tal-ittestjar; jappella għat-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-EMA u l-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini, l-allinjament regolatorju internazzjonali permezz tal-Koalizzjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet Regolatorji tal-Mediċini u l-involviment mill-qrib tad-WHO;
(v) Rieżami tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa u tat-Trattat dwar il-Pandemija
521. Jisħaq li r-rispons għall-COVID-19 irid ikun olistiku u li ma jistax ikun iffokat biss fuq is-saħħa, iżda jrid iqis ukoll kunsiderazzjonijiet soċjali u ekonomiċi fuq l-iskala globali; jinnota li l-prevenzjoni effettiva tal-pandemiji, it-tħejjija għalihom u r-rispons għalihom jiddependu mill-kondiviżjoni trasparenti u f’waqtha ta’ informazzjoni, data u elementi oħra fil-livelli kollha; jappella għal koordinazzjoni msaħħa dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons, inkluża d-distribuzzjoni tal-vaċċini;
522. Jitlob li ssir valutazzjoni tal-oqfsa ta’ governanza tas-saħħa globali attwali u jilqa’, f’dan ir-rigward, in-negozjati għat-Trattat dwar il-Pandemiji; jitlob it-tisħiħ simultanju tal-obbligi u l-infurzabbiltà tal-IHR, filwaqt li jiġu indirizzati l-lakuni (inklużi l-finanzjament, l-ekwità u l-governanza globali) permezz tat-Trattat dwar il-Pandemiji jew strument legali internazzjonali ieħor; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-inklużjoni tal-prevenzjoni tal-pandemiji fit-trattat u jiżguraw li l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili u tax-xjenzati tkun prijorità fin-negozjati;
523. Jilqa’ r-rwol ewlieni tal-UE fid-diskussjonijiet dwar it-Trattat dwar il-Pandemija; jinnota li t-Trattat dwar il-Pandemija għandu l-potenzjal li jibdel kif in-negozju globali tal-farmaċewtiċi jopera fi żminijiet ta’ kriżi; iqis li l-objettivi ta’ dan it-trattat legalment vinkolanti għandhom ikunu li jippromwovi u jintegra l-approċċ “Saħħa Waħda”, isaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħna, jipprevjeni u jħejji għal pandemiji futuri, jiggarantixxi rispons koordinat u magħqud għall-kriżijiet, jiżgura aċċess universali u ekwu għat-testijiet, il-mediċini u l-vaċċini, jiġġieled b’mod effettiv kontra d-diżinformazzjoni li timmina bil-qawwa l-miżuri tas-saħħa pubblika, jinċentiva, jippromwovi u jiżviluppa l-innovazzjoni biex iwieġeb għat-theddid globali għas-saħħa pubblika u jiffaċilita ktajjen tal-provvista globali reżiljenti;
524. Jindika li l-istrettezza, l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza fir-rigward tar-regolamenti internazzjonali dwar is-saħħa huma prerekwiżiti għall-koordinazzjoni fuq skala globali; jenfasizza li l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 wera l-importanza ta’ kollaborazzjoni internazzjonali, peress li ppermetta rispons rapidu u koordinazzjoni bla preċedent fost l-aġenziji tas-saħħa globali biex tiġi indirizzata l-pandemija; jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni u tal-kisba ta’ tagħlimiet minn din l-inizjattiva; jinnota li t-titjib tal-aċċessibbiltà tal-mediċini f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju jirrikjedi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet regolatorji u tal-manifattura u l-iffaċilitar tat-trasferimenti u t-taħriġ tat-teknoloġija, u jfaħħar l-inizjattivi ta’ Tim Ewropa li kkontribwew għal dawn l-objettivi;
(vi) Id-DPI fil-kuntest tar-relazzjonijiet internazzjonali
525. Iqis li l-Ewropa jeħtieġ li ssib soluzzjoni kostruttiva dwar il-protezzjoni tal-PI li tipprovdi ċertezza u inċentivi adegwati għall-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, u għandha tinkludi ftehimiet ta’ liċenzjar sabiex tiżdied il-produzzjoni; jinnota t-tħassib fit-tul dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-aċċess għal mediċini bi prezz raġonevoli f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju u dejjem aktar ukoll f’pajjiżi b’introjtu għoli; jissottolinja l-flessibbiltajiet fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), ikkonfermati mid-Dikjarazzjoni ta’ Doha, bħala miżuri ta’ politika leġittimi li l-gvernijiet jistgħu jużaw biex jipproteġu u jippromwovu s-saħħa pubblika billi jqiegħdu limiti u salvagwardji fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-PI; jistieden lill-iżviluppaturi tal-prodotti mediċi jikkondividu l-proprjetà intellettwali u l-għarfien tagħhom permezz ta’ inizjattivi globali bħall-Pul ta’ Aċċess għat-Teknoloġija tal-COVID-19 (C-TAP) tad-WHO fi żminijiet ta’ pandemiji, epidemiji u endemiji; ifaħħar l-isforzi mid-WHO biex twaqqaf dan l-istrument bħala punt uniku ta’ servizz għall-iżvilupp, il-liċenzjar u l-manifattura tat-teknoloġiji tas-saħħa; jilqa’ l-appoġġ mill-Istati Membri għal din l-inizjattiva u jistieden lill-UE tħeġġeġ lis-settur privat biex jikkontribwixxi għaliha; jissottolinja li t-tneħħija tal-ostakli għall-proprjetà intellettwali waħedha mhux se ssolvi l-problema tal-aċċess, li l-privattivi huma inutli mingħajr it-trasferiment tat-teknoloġija u għarfien industrijali xieraq u li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-aċċess għall-materja prima kienu ostakli għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċi; jisħaq, madankollu, li l-kondiviżjoni tal-PI u l-għarfien prattiku fi ħdan il-qafas legali hija essenzjali sabiex jiġu żgurati l-produzzjoni fuq skala kbira u d-disponibbiltà globali ta’ kontromiżuri mediċi matul il-pandemiji, l-epidemiji u l-endemiji;
526. Jissottolinja li l-liċenzjar obbligatorju ma jiżgurax li l-manifatturi ta’ partijiet terzi f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju jistgħu jipproduċu farmaċewtiċi jew tagħmir, peress li huwa meħtieġ ukoll investiment fil-kapaċitajiet u fl-infrastruttura reġjonali u lokali; jinnota li Tim Ewropa qed jikkoopera ma’ pajjiżi Afrikani f’dan ir-rigward; jenfasizza f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ vaċċini, trattamenti u dijanjostiċi innovattivi għal mard infettiv u mhux komunikabbli ġdid, prevalenti jew ittraskurat u jissottolinja li l-finanzjament minn Orizzont Ewropa u s-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi fil-Fażi ta’ Żvilupp tas-Saħħa Globali UE-Afrika (EDCTP3) għandu l-potenzjal li jagħti spinta lir-riċerka, il-bini tal-kapaċitajiet u t-tisħiħ tal-ambjent regolatorju fl-Afrika sub-Saħarjana; jinnota li dawn is-sħubijiet jaħdmu f’kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika u li huwa meħtieġ ambjent abilitanti biex ikomplu jiġu żviluppati u mtejba l-vaċċini u l-mediċini għall-isfidi attwali u l-pandemiji li ġejjin;
527. Ifakkar li l-Artikolu 66(2) tal-ftehim TRIPS jirrikjedi li l-membri tal-pajjiżi żviluppati “jipprovdu inċentivi għal intrapriżi u istituzzjonijiet fit-territorji tagħhom għall-għan ta’ promozzjoni u inkoraġġament trasferiment ta’ teknoloġija għal pajjiżi Membri l-inqas żviluppati bil-ħsieb li jippermettulhom joħolqu bażi ta’ ħoss u teknoloġija vijabbli.u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodisfaw dan ir-rekwiżit bi prijorità; itenni l-appoġġ tal-Parlament Ewropew għar-rinunzja tat-TRIPS (IP/C/W/669) kif oriġinarjament propost fid-WTO(58); iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem ma’ membri oħra tad-WTO biex testendi d-deċiżjoni tat-TRIPS tal-MC12 għat-terapewtiċi u d-dijanjostika;
528. Jemmen li ħafna pajjiżi, speċjalment dawk li qed jiżviluppaw, jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-flessibbiltajiet tat-TRIPS, b’mod partikolari l-Artikolu 31(bis);
529. Ifakkar li l-UE għandha tipparteċipa b’mod attiv f’negozjati bbażati fuq it-testi dwar eżenzjoni temporanja minn TRIPS;
530. Jitlob, f’dan ir-rigward, li l-UE tappoġġja l-għoti ta’ eżenzjoni temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim TRIPS għall-COVID-19, sabiex jittejjeb l-aċċess globali f’waqtu għal vaċċini, terapiji u dijanjostika bi prezz raġonevoli tal-COVID-19 billi jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet tal-produzzjoni globali u n-nuqqasijiet fil-provvista;
531. Jitlob li jitwaqqaf kumitat permanenti ġdid għall-kummerċ u s-saħħa fl-MC12 sabiex jgħin lill-gvernijiet bl-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet u l-flessibbiltajiet attwali fil-liġi kummerċjali internazzjonali u biex iwitti t-triq għal pilastru kummerċjali għan-negozjati dwar trattat internazzjonali futur dwar ir-rispons għall-pandemija;
532. Jissottolinja l-ħtieġa li l-Afrika tiġi megħjuna tipproduċi għaliha stess biex issir inqas dipendenti fuq partijiet oħra tad-dinja;
(b) Ir-rwol tal-UE fl-aċċess għall-vaċċini
(i) Il-forniment u s-sorveljanza ta’ aċċess ekwu għall-vaċċini u għall-prodotti mediċi lil pajjiżi terzi
533. Josserva li l-pajjiżi ma jistgħux jiġġieldu emerġenza globali waħedhom u l-koordinazzjoni għall-kooperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ organizzazzjonijiet multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti, hija kruċjali; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari, f’dak il-kuntest, għall-kontribut importanti għall-ġlieda globali kontra l-COVID-19 li sar bl-iskoperta tal-varjant Omicron; jinnota li fl-eqqel tal-pandemija, il-kompetizzjoni u l-miżuri restrittivi bejn il-pajjiżi dwar l-aċċess għall-apparat mediku, it-tagħmir protettiv personali, l-iskrinjar u l-vaċċini wasslu għal tfixkil fil-produzzjoni u prezzijiet ogħla, u li għalhekk huwa essenzjali li l-pajjiżi li jipproduċu dawn il-prodotti mediċi jkollhom ir-rieda politika li jħeġġu lill-gvernijiet biex kollettivament jiżguraw li l-ktajjen tal-provvista jibqgħu miftuħa;
534. Jemmen li s-saħħa hija ta’ valur strateġiku ġeopolitiku, kif ukoll dritt tal-bniedem, u li l-Ewropa għandha l-potenzjal li tkun mexxejja globali f’dan il-qasam; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jirrispondu għall-pandemija abbażi ta’ approċċ etiku bbażat fuq id-drittijiet u jirrispettaw il-protezzjoni tal-faċilitajiet mediċi fil-każ ta’ kunflitt (KSNU 2286) u ma jirrestrinġux il-libertà ta’ moviment (il-Prinċipji ta’ Siracusa); jitlob lill-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-atturi umanitarji indipendenti jkunu jistgħu jaċċessaw l-għodod bħall-Buffer Umanitarju sabiex iservu lil dawk li jitħallew barra jew li ma jistgħux jintlaħqu mill-gvernijiet, pereżempju f’ambjenti ta’ kunflitt;
535. Iħeġġeġ lill-Ewropa tiżgura s-sikurezza taċ-ċittadini tagħha f’kull ħin b’mod awtonomu u f’koordinazzjoni mal-alleati tradizzjonali tagħna permezz ta’ appoġġ reċiproku;
536. Jinnota li ħafna pajjiżi b’introjtu baxx u medju madwar id-dinja kellhom diffikultà jaċċessaw materjali tas-saħħa bħal mediċina, tagħmir protettiv jew id-dożi tal-vaċċini, minħabba diversi fatturi, inkluż nuqqas ta’ provvista, speċjalment fil-bidu tal-kriżi;
537. Jissottolinja li l-UE kellha rwol ewlieni fit-tilqim globali, peress li kienet id-dar ta’ tlieta mill-ewwel erba’ vaċċini sikuri u effettivi u kienet l-ewwel produttur u esportatur tal-vaċċini tal-mRNA; jenfasizza li dan kien ikun impossibbli mingħajr finanzjament pubbliku ambizzjuż u jisħaq fuq ir-responsabbiltajiet pubbliċi li jirriżultaw minn dan għall-partijiet ikkonċernati privati;
538. Iqis li l-UE għandha numru eċċessiv ta’ vaċċini meta mqabbla mal-ħtiġijiet tagħha, li huwa ammont suffiċjenti biex tkompli tinqasam ma’ pajjiżi li jitolbuhom b’mod espliċitu f’każ ta’ żieda ġdida;
539. Iqis li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-aċċess għall-materja prima huma wħud mill-aktar ostakli serji għall-produzzjoni, flimkien man-nuqqas ta’ aċċess għall-għarfien tal-manifattura;
540. Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha mal-pajjiżi li jipproduċu l-vaċċini biex jiġu eliminati malajr l-ostakoli għall-esportazzjoni u biex il-mekkaniżmu ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tagħha stess jiġi sostitwit b’rekwiżiti ta’ trasparenza għall-esportazzjoni, u jinsisti li jirċievi aċċess f’waqtu u komprensiv għal tali data;
541. Jissottolinja li r-rispons globali għall-emerġenzi tas-saħħa għandu jinkludi, minn naħa waħda, approċċ “min-naħa tad-domanda” orjentat lejn il-ħtiġijiet li jipprovdi finanzjament konġunt u xiri bil-quddiem koordinat fuq livell globali u, min-naħa l-oħra, strateġija integrata “min-naħa tal-provvista” biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tul il-katina tal-valur kollha; iqis li żieda fil-produzzjoni globali tal-vaċċini, koordinazzjoni aħjar tal-provvisti u ktajjen tal-valur imsaħħa, diversifikati u reżiljenti għall-vaċċini huma meħtieġa biex il-vaċċini jiġu distribwiti fuq livell globali; jissottolinja li, fuq medda twila ta’ żmien, il-produzzjoni globali tal-vaċċini trid tiġi estiża b’mod urġenti biex tissodisfa d-domanda globali, u li l-investiment fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex isiru aktar awtosuffiċjenti; jirrimarka dwar il-ħtieġa ta’ trasferiment effettiv tat-teknoloġija u tal-għarfien biex dan iseħħ; jirrikonoxxi li l-ftehimiet ta’ liċenzjar volontarju u ta’ teknoloġija volontarja għal pajjiżi b’industriji preeżistenti li jipproduċu l-vaċċini għandu jkun l-aktar mod importanti biex jinkiseb dan u jistieden lill-Kummissjoni u lil pajjiżi tal-istess fehma biex jaġixxu f’dan ir-rigward;
542. Jitlob għal żieda urġenti fl-investiment u l-koordinazzjoni internazzjonali għaż-żieda fil-produzzjoni tal-inputs kritiċi tal-vaċċini bħal oġġetti li jintremew wara l-użu u ingredjenti farmaċewtiċi attivi sabiex jissolvew il-konġestjonijiet tul il-ktajjen tal-valur tal-vaċċini;
(ii) Ir-rwol tal-UE fl-iżgurar li l-vaċċini u l-provvisti mediċi jkunu bi prezz raġonevoli u disponibbli għal pajjiżi terzi (u jkunu pprevenuti konġestjonijiet potenzjali fil-ktajjen tal-provvista, ostakoli għall-kummerċ, eċċ.)
543. Ifakkar li l-UE ġabret flimkien ir-riżorsi tagħha biex timmassimizza l-impatt tar-rispons tagħha għall-pandemija tal-COVID-19 u li minn meta faqqgħet il-pandemija, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, kif ukoll Tim Ewropa, s’issa impenjaw EUR 53 700 000 000 biex jappoġġjaw 140 pajjiż, li jkopru r-rispons ta’ emerġenza għall-ħtiġijiet umanitarji, isaħħu s-sistemi tas-saħħa, tal-ilma u tas-sanità, u jimmitigaw il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-pandemija;
544. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-monitoraġġ ta’ theddid emerġenti għas-saħħa; jappella għal appoġġ kontinwu għas-sistemi tas-saħħa, tat-tħejjija għall-pandemija u tal-manifattura tal-mediċini u tal-vaċċini lokali f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jenfasizza li l-kriżi żiedet b’mod drammatiku l-vulnerabbiltà tan-nisa u l-bniet, b’madwar 110 000 000 tifla f’riskju ta’ żwieġ bikri sal-2030, li minnhom 10 000 000 oħra jinsabu f’riskju minħabba t-tbatija finanzjarja kkawżata mill-pandemija;
545. Jitlob li jsiru aktar sforzi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għall-vaċċini, għall-mediċini, għad-dijanjostika u għall-kura tas-saħħa f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju billi jiġi appoġġjat b’mod attiv ambjent li jippermetti li jiġu stabbiliti kapaċitajiet għall-manifattura lokali tal-vaċċini, tissaħħaħ it-tħejjija, jiġu mħarrġa l-professjonisti tas-saħħa lokali u jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ rispons, filwaqt li l-pajjiżi b’sistemi tal-kura tas-saħħa fraġli jitħallew jaċċessaw tagħmir u provvisti mediċi; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-programmi ewlenin Global Gateway fil-manifattura fil-qasam tas-saħħa u fl-aċċess għall-vaċċini, il-mediċini u l-prodotti tat-teknoloġija tas-saħħa fis-Senegal, fir-Rwanda, fil-Ghana u fl-Afrika t’Isfel; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-laboratorji Afrikani, speċjalment fl-Afrika t’Isfel, fis-sekwenzjar tal-varjant Omicron tal-COVID-19; jistieden għalhekk lill-UE u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex ikomplu japprofondixxu l-kollaborazzjoni xjentifika mal-Afrika; jenfasizza l-istabbiliment tal-vaċċini tal-mRNA tad-WHO;
546. Jissottolinja li l-awtonomija strateġika miftuħa fis-settur tas-saħħa, ibbażata fuq l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ riċerka fl-Istati Membri, l-appoġġ għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni lokali tal-UE u l-armonizzazzjoni regolatorja, hija għodda potenzjali biex tissaħħaħ l-ekosistema farmaċewtika tal-UE u jittejjeb il-fluss tal-kummerċ fil-mediċini, il-vaċċini, l-apparat mediku u oġġetti essenzjali oħra fi żminijiet ta’ kriżi;
547. Jenfasizza li ħafna Stati Membri tal-UE ltaqgħu ma’ diffikultajiet meta taw id-dożi żejda lin-Nofsinhar Globali, minħabba, min-naħa waħda, il-kundizzjonijiet imposti mill-kumpaniji farmaċewtiċi fil-kuntratti tal-vaċċini, u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ domanda mill-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali, filwaqt li fl-istess ħin l-interess fid-dożi tal-vaċċini kien qed jonqos; jinnota li l-pajjiżi riċevituri esperjenzaw ukoll problemi biex jassorbu d-donazzjonijiet minħabba l-ħajja fuq l-ixkaffa qasira tal-vaċċini; jinnota li hija meħtieġa komunikazzjoni aħjar bejn l-Unjoni u l-gvernijiet ikkonċernati dwar dan is-suġġett;
548. Jissottolinja li l-AMR tista’ tkun il-kriżi globali tas-saħħa li jmiss u li konsegwentement hemm bżonn ta’ implimentazzjoni aċċellerata tal-pjanijiet ta’ azzjoni attwali u mekkaniżmi globali speċifiċi għas-sorveljanza, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-AMR u l-użu tajjeb tal-antimikrobiċi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ aġenti antimikrobiċi ġodda, kif ukoll li jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tagħhom;
549. Iqis li l-UE għandha tkun żviluppatur, produttur u esportatur ewlieni ta’ prodotti mediċi fil-kuntest ta’ kompetizzjoni internazzjonali b’saħħitha;
550. Jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi partikolari fuq il-finanzjament tal-iżvilupp ta’ kontromiżuri u trattamenti mediċi biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni internazzjonali; jirrimarka, f’dan ir-rigward, ir-rwol tas-sħubijiet pubbliċi-privati; jirrikonoxxi l-kooperazzjoni b’suċċess bejn il-kumpaniji u l-laboratorji Ewropej u tal-Istati Uniti fl-iżvilupp tal-vaċċini tal-mRNA;
(c) Konklużjonijiet
551. Jilqa’ l-istabbiliment tal-Fond Intermedjarju Finanzjarju tal-Bank Dinji għall-Prevenzjoni, it-Tħejjija u r-Rispons (PPR), jew il-Fond għall-Pandemiji; jitlob finanzjament immirat biex jimla l-lakuni kritiċi fil-kapaċitajiet tal-PPR, f’konformità mal-mandat tiegħu, billi jibda bil-lakuni ta’ sorveljanza u taħriġ tal-forza tax-xogħol għal emerġenza;
552. Jenfasizza li mingħajr koresponsabbiltà mill-benefiċjarji, pereżempju fl-investiment fis-sistemi tas-saħħa primarja tagħhom, il-kontromiżuri mediċi mhux se jilħqu l-popolazzjoni; iħeġġeġ lill-pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex jimplimentaw il-mira stabbilita fid-Dikjarazzjoni ta’ Abuja tal-Unjoni Afrikana tal-2001 dwar l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u Mard Infettiv Ieħor Relatat biex jallokaw “mill-inqas 15 % tal-baġit annwali għat-titjib tas-settur tas-saħħa” filwaqt li jqisu l-ispazju fiskali meħtieġ; ifakkar fir-rwol li għandha l-UE fil-promozzjoni u fl-appoġġ tal-aċċess globali għall-vaċċini, bħal, pereżempju, l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 u l-COVAX;
553. Jissottolinja l-benefiċċji ta’ protezzjoni ġusta u prevedibbli tal-PI fit-trawwim u l-avvanz tar-riċerka, il-produzzjoni u l-iżvilupp mediċinali; jenfasizza l-importanza pubblika tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-PI u l-għarfien tekniku tal-kontromiżuri mediċi, b’mod partikolari matul il-pandemiji, l-epidemiji u l-endemiji; jisħaq li dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-flessibbiltà tat-TRIPS meta jkun meħtieġ u kif previst mill-ftehim TRIPS; jirrikonoxxi l-importanza li l-UE tibqa’ fuq quddiem nett fir-riċerka u l-iżvilupp u fil-provi kliniċi u jissottolinja l-importanza li l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp jerġgħu jingħataw ħajja fl-UE biex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol u tissaħħaħ il-kompetittività globali; jisħaq li l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tista’ tkun inċentiv ewlieni għall-innovazzjoni u r-riċerka madwar id-dinja; jinnota li tali protezzjoni tista’ tkun il-bażi għal ftehimiet għall-ħruġ ta’ liċenzji u trasferiment tal-għarfien espert volontarji u għalhekk tista’ tkun faċilitatur tad-disponibbiltà tal-vaċċini; jissottolinja l-isfidi li deroga indefinita mill-ftehim TRIPS tista’ toħloq riskju għall-finanzjament tar-riċerka, b’mod partikolari għar-riċerkaturi, l-investituri, l-iżviluppaturi u l-provi kliniċi; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, hija obbligu kostituzzjonali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha; jissottolinja, f’dan ir-rigward, l-importanza tat-trasparenza u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva relatata mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, li tissuġġerixxi li kwalunkwe appoġġ finanzjarju dirett riċevut minn kwalunkwe awtorità pubblika jew korp iffinanzjat pubblikament fir-rigward ta’ kwalunkwe attività jew riċerka u żvilupp tal-prodott mediċinali jrid jiġi ddikjarat; jenfasizza l-ħtieġa li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-istimolu tal-innovazzjoni u l-għoti ta’ aċċess għal prodotti ta’ mediċina bi prezzijiet raġonevoli; jitlob il-ħtieġa li jiġu appoġġjati mudelli ta’ innovazzjoni li jipprovdu aċċess għal prodotti mediċinali bi prezz raġonevoli fl-Istati Membri kollha, mingħajr ma jinħolqu ostakli serji għall-aċċess u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi globali li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-PI bħall-pul ta’ aċċess għat-teknoloġija tal-COVID-19;
554. Jenfasizza li l-Ftehim eżistenti dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ diġà joffri qafas għal-liċenzjar obbligatorju, li jippermetti lill-gvernijiet jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom verżjonijiet ġeneriċi ta’ trattamenti bi privattiva permezz ta’ produzzjoni domestika jew importazzjonijiet barranin; jirrikonoxxi l-valur potenzjali ta’ liċenzjar obbligatorju matul pandemiji, epidemiji u endemiji filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi l-impatti negattivi potenzjali tiegħu, bħad-dgħajfien taċ-ċertezza tal-protezzjoni tal-PI għall-innovazzjoni futura, u jenfasizza r-rwol pożittiv tal-ftehimiet ta’ liċenzjar volontarju fiż-żieda tal-produzzjoni u l-aċċess għall-vaċċini kontra l-COVID-19, iżda jesprimi dispjaċir għall-użu limitat ta’ din l-għodda; ifakkar li 138 ftehim ta’ liċenzjar volontarju, u sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet multilaterali, ikkontribwew għall-aċċess dinji għall-prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19 permezz ta’ mezzi oħra għajr derogi mill-Ftehim TRIPS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-issodisfar tar-rekwiżit fl-Artikolu 66(2) tal-ftehim TRIPS, li jagħti mandat lill-pajjiżi membri żviluppati biex jipprovdu inċentivi għall-promozzjoni u l-inkoraġġiment tat-trasferiment tat-teknoloġija lill-membri tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, li jippermettilhom jistabbilixxu bażi teknoloġika soda u vijabbli;
555. Jirrikonoxxi li l-COVID-19 kienet ċirkostanza eċċezzjonali, li kienet tirrikjedi soluzzjonijiet eċċezzjonali, bħal eżenzjoni temporanja tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), kif ukoll li tagħti prijorità lid-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet ta’ prodotti tas-saħħa relatati mal-pandemija; jemmen li ħafna pajjiżi, speċjalment dawk li qed jiżviluppaw, jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-flessibbiltajiet tat-TRIPS, b’mod partikolari l-Artikolu 31bis;
556. Ifakkar li l-UE għandha tipparteċipa b’mod attiv f’negozjati bbażati fuq it-testi dwar eżenzjoni temporanja minn TRIPS; jitlob, f’dan ir-rigward, li l-UE tappoġġja l-għoti ta’ eżenzjoni temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim TRIPS għall-COVID-19, sabiex jittejjeb l-aċċess globali f’waqtu għal vaċċini, terapiji u dijanjostika bi prezz raġonevoli tal-COVID-19 billi jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet tal-produzzjoni globali u n-nuqqasijiet fil-provvista;
557. Jemmen li miżuri simili jkunu ta’ benefiċċju fil-każ ta’ pandemiji, epidemiji u endemiji potenzjali futuri, jissottolinja li, fuq medda twila ta’ żmien, il-produzzjoni globali tal-vaċċini trid tiġi estiża b’mod urġenti biex tissodisfa d-domanda globali, u li l-investiment fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex isiru aktar awtosuffiċjenti; jirrimarka dwar il-ħtieġa ta’ trasferiment effettiv tat-teknoloġija u tal-għarfien biex dan iseħħ; jirrikonoxxi li l-inċentivar ta’ ftehimiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji volontarji u ta’ trasferiment volontarju tat-teknoloġija u tal-għarfien espert lil pajjiżi b’industriji preeżistenti li jipproduċu l-vaċċini għandu jkun l-aktar mod importanti biex dan l-objettiv jintlaħaq; iqis li qafas legali multilaterali tad-DPI jista’ jipprovdi protezzjonijiet u inċentivi li huma kritiċi għat-tħejjija kontra pandemiji futuri u jirrikonoxxi r-rwol tiegħu fil-faċilitazzjoni tal-kollaborazzjoni wiesgħa u bla preċedent fost il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-kumpaniji farmaċewtiċi;
558. Jitlob li jitwaqqaf Kumitat permanenti ġdid għall-Kummerċ u s-Saħħa fl-MC12 sabiex jgħin lill-gvernijiet bl-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet u l-flessibbiltajiet attwali fil-liġi kummerċjali internazzjonali u biex iwitti t-triq għal pilastru kummerċjali għan-negozjati dwar trattat internazzjonali futur dwar ir-rispons għall-pandemija;
Rakkomandazzjonijiet finali
559. Jirrakkomanda li l-UE timplimenta approċċ olistiku għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, sabiex tkompli tkun forza mexxejja globali f’dan ir-rigward u f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-G20 u l-prinċipji miftiehma internazzjonalment għal azzjoni fil-ġlieda, fit-tħejjija għal, fil-prevenzjoni u fir-rispons għall-pandemiji;
560. Jitlob lill-Unjoni Ewropea tistabbilixxi jum Ewropew ta’ tifkira għall-vittmi tal-COVID-19;
(i) Kapaċità ta’ prevenzjoni
561. Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ programmi transsettorjali ta’ promozzjoni u prevenzjoni tas-saħħa biex jitnaqqsu biex jitnaqqsu l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa u jiġu promossi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, u approċċ Ewropew transsettorjali u preventiv għas-saħħa fil-politiki kollha li jintegraw l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel, l-ambjent, it-trasport, is-settur tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali, sabiex jippermettu skambju akbar ta’ għarfien u informazzjoni, jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw ekonomiji ta’ skala sostenibbli u jisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni biex ikunu mħejjija aħjar għal u jwieġbu għal kwalunkwe theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej; jisħaq li tali programmi għandhom jiġu żviluppati fi ħdan pjattaformi transsettorjali, li jinkludu l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
562. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jkomplu jsaħħu l-impenn tagħhom li jindirizzaw il-kriżi globali tal-klima, ikomplu jtejbu l-azzjoni tagħhom biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, jipproteġu l-ambjent, inaqqsu l-emissjonijiet u jipprevjenu aktar telfien tal-bijodiversità, peress li dawn huma politiki u approċċi deċiżivi għall-prevenzjoni ta’ pandemiji futuri;
563. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC jintroduċu pjanijiet ta’ sorveljanza dwar it-theddid emerġenti għas-saħħa, inkluż il-ġbir tad-data koordinat u sistematiku u riċerka operazzjonali u dwar l-imġiba, u jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju dwar il-motivaturi, il-proċessi u l-mogħdijiet għat-tfaċċar, it-tixrid u l-persistenza tal-mard żoonotiku, kif ukoll jikkaratterizzaw ekosistemi intatti, reżiljenti u b’saħħithom u l-effett tagħhom fuq il-prevenzjoni tal-mard, inklużi s-sorveljanza tal-organiżmi selvaġġi u l-identifikazzjoni tal-patoġeni, u jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni;
564. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżijiet ekonomiċi biex tikkwantifika l-kostijiet u l-benefiċċji tal-interventi preventivi b’reazzjoni għar-riskju minn mard żoonotiku emerġenti u tuża r-riżultati biex tippromwovi finanzjament sostenibbli f’dawn l-interventi;
565. Jitlob l-istabbiliment ta’ task force Ewropea bejn l-aġenziji “Saħħa Waħda” biex tmexxi ’l quddiem ir-riċerka tranżdixxiplinari u l-pariri xjentifiċi transsettorjali;
566. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, fil-Ftehim dwar il-Pandemija tad-WHO, il-bini ta’ sistemi kollaborattivi u ta’ previżjoni ta’ intelliġenza dwar l-epidemiji (fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali) sabiex jidentifikaw interfaċċi ta’ riskju għoli u hotspots għat-tixrid, jinkorporaw id-data ambjentali u klimatika rilevanti u d-data dwar l-istabbiliment ta’ ħażniet u l-ispeċijiet vettur f’żoni ġeografiċi ġodda;
567. Jirrakkomanda li nimxu ’l quddiem lejn Unjoni Ewropea tas-Saħħa xierqa bil-ħsieb li jissaħħu r-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri, jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE, jiġi stabbilit mekkaniżmu solidu għall-akkwist konġunt b’linji gwida ċari dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika, u jiġi żviluppat ippjanar robust għat-tħejjija għall-pandemiji u sistema ta’ sorveljanza aktar integrata billi jsir investiment fil-ġbir tad-data, fid-diġitalizzazzjoni, fil-kondiviżjoni u fl-analiżi, fl-implimentazzjoni tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, li se joffri l-interoperabbiltà u l-armonizzazzjoni tad-data dwar is-saħħa fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tiġi rispettata l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali;
568. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw, fil-futur, kuntratti ta’ akkwist konġunt sabiex il-manifatturi jibqgħu responsabbli f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-responsabbiltà tal-prodotti;
569. Jirrakkomanda t-twaqqif ta’ strumenti u programmi ta’ finanzjament fil-qasam tas-saħħa biex jiġu miġġielda t-theddid ċibernetiku, l-attakki ibridi, il-propaganda esterna sponsorjata mill-Istat u l-indħil barrani;
570. Jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżi tal-ġeneru u tad-diversità bbażati fuq l-evidenza tal-miżuri adottati b’rispons għall-pandemija u jirrieżaminaw id-dokumentazzjoni tal-impatti tad-drittijiet tal-bniedem speċifiċi għall-ġeneru u d-diversità tal-miżuri ta’ emerġenza biex jinfurmaw il-pjanijiet ta’ tħejjija u ta’ rispons għal emerġenzi futuri; jirrakkomanda l-għoti ta’ opportunitajiet għall-assoċjazzjonijiet, speċjalment għall-gruppi tan-nisa u għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ persuni jew ta’ gruppi sottorappreżentati biex jipparteċipaw fil-proposta, fit-tfassil, fl-approvazzjoni, fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tar-risponsi għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika;
571. Jirrakkomanda li fil-futur is-servizzi ta’ kriżi għandhom jiġu organizzati permezz ta’ hotlines, biex jipprovdu appoġġ lil persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb lilhom infushom; jirrakkomanda li l-miżuri kollha disponibbli jiġu rreklamati b’mod wiesa’ u jkunu aċċessibbli f’lingwi li jilħqu l-popolazzjoni kollha;
(ii) Tħejjija
572. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet u strumenti, kif ukoll lill-Istati Membri jinvestu aktar fil-kura tas-saħħa, inkluż permezz tal-użu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-finanzjament ta’ koeżjoni sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet fil-kura tas-saħħa, jissaħħu s-sistemi nazzjonali tas-saħħa pubblika u tal-kura soċjali u tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-saħħa sabiex jiġi indirizzat it-theddid serju għas-saħħa u s-sikurezza fl-UE;
573. Jappella għal inizjattivi leġiżlattivi proprji fl-ambitu tal-Artikolu 225 tat-TFUE sabiex tiżdied il-kompetenza tal-UE fis-saħħa, tittejjeb l-awtonomija miftuħa strateġika tagħha, tittejjeb ir-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, tiġi żgurata kura medika ugwali, universali u bi prezz raġonevoli u titrawwem it-trasparenza dwar il-finanzjament pubbliku għar-riċerka u l-governanza tas-saħħa;
574. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri regolatorji u/jew leġiżlattivi xierqa għas-sigurtà tas-saħħa f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bil-għan li:
–
jinkiseb aċċess affidabbli, sostenibbli u kontinwu għall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs) bħala materja prima kritika, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil possibbli fil-katina tal-provvista farmaċewtika, jiġi pprevenut nuqqas ta’ mediċini u jingħata kontribut għall-Awtonomija Strateġika Miftuħa tal-UE fis-saħħa,
–
jissaħħu aktar is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri biex jiġu protetti minn theddid ċibernetiku,
–
jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom numru suffiċjenti ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa mgħammra u mħarrġa tajjeb disponibbli, kif ukoll li jinżammu l-aħjar riċerkaturi impjegati fl-Ewropa permezz tal-istabbiliment ta’ politiki għaż-żamma tat-talent,
–
l-Unjoni Ewropea ssir aktar attraenti għall-investimenti globali fir-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa,
–
wieħed iżomm ruħu aġġornat dwar l-avvanzi xjentifiċi rapidi ħafna ta’ prodotti mediċinali u trattamenti ġodda, kif ukoll fit-teknoloġiji tas-saħħa,
–
tiġi promossa reindustrijalizzazzjoni tas-settur tas-Saħħa fl-UE, f’konformità mat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika;
575. Jitlob li jiġi implimentat u integrat bis-sħiħ l-approċċ tas-“saħħa fil-politiki kollha” inkorporat fid-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki, billi jiġi adottat approċċ transsettorjali għall-politika pubblika li sistematikament iqis l-impatt tad-deċiżjonijiet fuq is-saħħa, jippromwovi sinerġiji u jevita effetti negattivi fuq is-saħħa sabiex itejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni u l-ekwità tas-saħħa;
576. Jirrakkomanda li jiġi indirizzat id-distakk diġitali, li jaffettwa b’mod partikolari lill-gruppi tal-popolazzjoni emarġinati, biex jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u jittejjeb l-aċċess għall-internet u l-hardware sabiex ikun hemm aċċess aħjar għall-edukazzjoni, għas-servizzi pubbliċi u għall-kura tas-saħħa;
577. Jitlob li r-rwol tal-Parlament Ewropew jissaħħaħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-ġestjoni tal-kriżijiet u li jissaħħu l-kontroll u s-sorveljanza parlamentari tal-istrumenti maħluqa b’reazzjoni għall-emerġenzi sabiex tittejjeb il-leġittimità tagħhom;
578. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw mal-pjattaformi tal-media soċjali biex jiġġieldu b’mod effettiv il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni sabiex jiġi evitat li jintbagħtu messaġġi kunfliġġenti lil gruppi fil-mira speċifiċi, li eventwalment jistgħu jirriżultaw f’eżitazzjoni għat-tilqim;
579. Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita skrutinju mill-qrib ta’ kwalunkwe miżura nazzjonali potenzjali rigward il-kontrolli fil-fruntieri interni matul kriżijiet tas-saħħa u tiżgura li tali kontroll fil-fruntieri interni jikkonforma mal-leġiżlazzjoni ta’ Schengen u jkun miżura tal-aħħar istanza, proporzjonata u ta’ durata limitata; jenfasizza li l-kontrolli fil-fruntieri interni u r-restrizzjonijiet kollha tal-moviment iridu jkunu eċċezzjonali, u li f’każ ta’ kriżijiet tas-saħħa futuri kwalunkwe restrizzjoni possibbli fuq l-ivvjaġġar jeħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-ekwità u l-inklużjoni; iħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-restrizzjonijiet futuri possibbli fuq l-ivvjaġġar fil-livell tal-UE permezz ta’ proċedura leġiżlattiva tal-UE b’approċċ koordinat minflok rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
580. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ għat-taħriġ fil-litteriżmu fil-media fost il-popolazzjoni tal-UE bħala miżura kontra d-diżinformazzjoni; jinnota li l-appoġġ għall-pluraliżmu tal-media huwa importanti wkoll u jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-oqfsa legali eżistenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fit-taħriġ tal-ġurnalisti u tax-xjenzati pubbliċi bl-għarfien tal-komunikazzjoni dwar il-kriżi;
581. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jifformaw approċċ strateġiku unifikat għall-atturi mhux tal-UE li qed jippruvaw ifixklu l-proċessi demokratiċi fl-UE matul kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħra;
582. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku fit-tul għal kapaċità tal-produzzjoni globali, adattabbli ħafna u distribwita, li tista’ tippermetti distribuzzjoni rapida u uniformi tad-dożi tal-vaċċini (u għodod oħra) f’pandemija futura potenzjali;
583. Jitlob appoġġ simili għall-kapaċitajiet eżistenti tar-riċerka u l-iżvilupp f’reġjuni differenti, b’mod partikolari l-finanzjament minn Orizzont Ewropa, l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi 2, l-EDCTP u l-HERA;
584. Jistieden lill-Kummissjoni toħloq strutturi u sħubijiet li jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tar-riċerka fis-settur tas-saħħa u l-kondiviżjoni tar-riżultati;
585. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju pilota dwar l-ingranaġġ tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tas-saħħa fl-UE biex jiġi żgurat aċċess aħjar għal prodotti finali bi prezz raġonevoli;
586. Jitlob li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi indirizzat lejn it-tibdil tal-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni soċjalment esklużi fl-UE, speċjalment dawk f’riskju akbar ta’ faqar u inaċċessibbiltà għal kura tas-saħħa ta’ kwalità;
(iii) Reżiljenza
587. Huwa tal-fehma li hija meħtieġa Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li l-fondi Next Generation EU attwali għandhom jikkontribwixxu għaliha u li l-Parlament għandu jkollu rwol fit-teħid ta’ deċiżjonijiet għal dawn il-programmi tas-saħħa; jemmen ukoll li l-istrumenti meħtieġa għandhom jintużaw l-istrumenti meħtieġa biex jippermettu t-tranżizzjoni klimatika u diġitali; jirrakkomanda li din it-tranżizzjoni tiġi promossa billi tiġi aċċellerata l-bidla għal ekonomija newtrali għall-klima filwaqt li jiġu mmitigati l-isfidi ta’ tranżizzjoni, billi l-forza tax-xogħol Ewropea ġġedded u ttejjeb il-ħiliet, billi tiġi inkorporata l-ħtieġa ta’ ċerti investimenti filwaqt li jinżammu finanzi pubbliċi sodi fir-rieżami li jmiss tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, u billi jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għal ditti u negozji tat-teknoloġija innovattiva, ekoloġika u diġitali, speċjalment l-SMEs;
589. Jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni ġenerali tal-UE dwar il-farmaċewtiċi li għandha tkompli tipproteġi b’mod adegwat il-PI sabiex jinħoloq ambjent favorevoli għall-innovazzjoni u kompetittiv fl-Unjoni u jittejjeb l-aċċess ekwu għal mediċini sikuri, effettivi u bi prezz raġonevoli;
590. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrateġiji industrijali, tal-PI u tal-farmaċewtika biex tħeġġeġ il-finanzjament pubbliku ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp sabiex taderixxi mal-prinċipju ta’ xjenza miftuħa, u jitnaqqas id-distakk persistenti fir-riċerka u fil-produzzjoni tal-mediċini permezz ta’ sħubijiet għall-iżvilupp tal-prodotti, trasferiment tat-teknoloġija u l-ħolqien ta’ ċentri miftuħa għar-riċerka;
591. Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu testijiet tal-istress biex isaħħu r-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi u tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tagħhom, abbażi tal-eżiti u tal-manwal ta’ taħriġ li qed jiġi żviluppat mill-proġetti ffinanzjati mill-UE għas-Saħħa f’kooperazzjoni mal-OECD; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-kapaċità ta’ żieda f’daqqa ta’ emerġenza u fil-persunal tal-kura tas-saħħa u tal-kura u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kumpens finanzjarju tiegħu sabiex jiġġieldu n-nuqqas tal-forza tax-xogħol;
592. Jilqa’ r-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, li jirrappreżenta pass lejn “Unjoni Ewropea tas-Saħħa”, bl-adattament tal-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tas-saħħa u rwol imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet taħt ġestjoni tal-kriżijiet;
593. Jirrakkomanda li l-ECDC jingħata aktar indipendenza f’termini ta’ ġbir ta’ informazzjoni u li jiġi stabbilit obbligu sistematiku għall-Istati Membri biex jibagħtu lill-ECDC data komprensibbli u komparattiva, b’mod partikolari dwar l-istokkijiet ta’ tagħmir, il-kapaċitajiet tas-sodod u l-ammissjonijiet fl-unità tal-kura intensiva, ir-rati tat-tilqim u d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol;
594. Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-prattiki u l-metodi implimentati mill-Parlament Ewropew, kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali, biex tiżgura li d-demokrazija parlamentari u l-istat tad-dritt ma jiġux sospiżi matul il-kriżijiet; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa, fil-livell Ewropew, ta’ lista tal-aħjar prattiki parlamentari li għandhom jiġu segwiti fi żminijiet ta’ kriżi, ibbażata fuq rendikont ta’ metodi u mekkaniżmi ta’ ħidma parlamentari ġodda;
595. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jippreżervaw il-prinċipji ta’ tfassil tajjeb tal-politika, jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi; itenni li s-setgħa tista’ tiġi eżerċitata biss fi ħdan ir-restrizzjonijiet stabbiliti mil-liġi u li kwalunkwe intervent li jsir irid ikun ġustifikat, proporzjonat, mhux diskriminatorju, prevedibbli u soġġett għal monitoraġġ minn qrati indipendenti u imparzjali;
596. Jitlob li ssir reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(59) bil-għan li jiżdied ir-rwol tal-Parlament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż l-użu tal-Artikolu 122 tat-TFUE u b’mod partikolari biex il-Parlament Ewropew jingħata s-setgħa li jipproponi leġiżlazzjoni ġdida għal azzjonijiet ta’ rispons f’emerġenza, u biex tissaħħaħ il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għad-diversi strumenti għal azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza, sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tal-azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza u għalhekk jissaħħu l-leġittimità demokratika u s-sorveljanza parlamentari;
597. Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-manwal prattiku tagħha dwar il-fruntieri b’eżempji ta’ prattiki tajba għall-ġestjoni tal-fruntieri interni sabiex iżżid il-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, wara rieżami komprensiv tal-miżuri imposti għall-kontroll fil-fruntieri interni matul il-pandemija u l-impatt tagħhom;
(iv) Awtonomija Strateġika Miftuħa
598. Jisħaq fuq l-importanza tal-funzjonament tas-suq uniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti f’każ ta’ theddid għas-saħħa; jirrakkomanda l-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-suq fis-saħħa u t-tlestija tas-suq uniku għall-prodotti tas-saħħa;
599. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jnaqqsu d-dipendenza tagħhom minn sħab kummerċjali minn pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tal-API, il-materja prima, il-mediċini ewlenin u l-apparat mediku sabiex tiġi żgurata awtonomija strateġika miftuħa fil-livell tal-UE; jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li l-UE jeħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista farmaċewtika u tibni l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha tal-UE fis-settur farmaċewtiku billi tiddiversifika l-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista, tippromwovi l-kumulazzjoni strateġika, u żżid il-produzzjoni u l-investiment fl-Ewropa;
600. Jisħaq fuq l-importanza tal-produzzjoni ta’ tagħmir u mediċini kritiċi fl-UE u fl-investiment fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni lokali u l-appoġġ għalihom, u jappella għal diversifikazzjoni fil-fornituri u għall-kunsiderazzjoni tal-kontribut li l-SMEs jistgħu jagħtu f’dan ir-rigward;
601. Jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jinkoraġġixxu kondiviżjoni aħjar tad-data dwar il-previżjonijiet tal-provvista u d-domanda bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, projezzjonijiet preċedenti dwar nuqqasijiet potenzjali, inkluż rapportar standardizzat regolari mill-industrija, u trasparenza akbar fil-katina tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni;
602. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tad-WHO tal-2019 dwar it-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti oħra tas-saħħa(60);
603. Jitlob li tiġi stabbilita lista ta’ mediċini u trattamenti essenzjali, ta’ prijorità u innovattivi bbażati fuq prodotti mediċinali kritiċi li jiddependu mill-aġenziji Ewropej eżistenti u l-HERA fil-livell tal-UE sabiex tiġi ggarantita d-disponibbiltà tagħhom għaċ-ċittadini;
604. Jinnota li matul il-pandemija, l-UE mmobilizzat malajr finanzjament ta’ emerġenza fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa biex tħaffef ir-riċerka għal kura għall-COVID-19; jinnota li l-Istati Membri mmobilizzaw ukoll il-finanzjament biex jistudjaw trattamenti potenzjali għall-COVID-19, iżda li dan irriżulta f’ħafna provi kliniċi fuq skala żgħira u b’kapaċità baxxa li ma tawx riżultati azzjonabbli; jisħaq li biex l-Ewropa tiżgura awtonomija strateġika miftuħa, l-UE u l-Istati Membri jeħtieġ li jinvestu fir-riċerka u fl-innovazzjoni u jridu jikkoordinaw aħjar dan l-investiment sabiex iwieġbu b’mod aktar effettiv għall-pandemiji; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmassimizzat ir-ritorn pubbliku billi l-finanzjament isir soġġett fuq id-disponibbiltà u għall-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-mediċini u ta’ teknoloġiji oħra tas-saħħa, u b’hekk l-UE tkun tista’ trawwem l-awtonomija strateġika tagħha;
605. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu infrastruttura tar-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa pubblika Ewropea fuq skala kbira, orjentata lejn il-missjonijiet, li topera fl-interess pubbliku għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali ta’ importanza tas-saħħa u strateġika għall-kura tas-saħħa, fin-nuqqas ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex tappoġġja lill-UE ħalli tegħleb il-falliment tas-suq, tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ mediċini, filwaqt li tikkontribwixxi għal tħejjija akbar biex jiġu ffaċċjati theddidiet u emerġenzi ġodda għas-saħħa;
606. Jitlob l-organizzazzjoni ta’ kumulazzjoni strateġika kkoordinata madwar l-UE, limitata għal prodotti essenzjali u ta’ prijorità, sabiex tinkiseb l-azzjoni koordinata u fit-tul meħtieġa fil-livell tal-UE, u biex is-saħħa u l-kura tas-saħħa jiġu inklużi fost il-kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri tal-UE billi jiġi emendat l-Artikolu 4 tat-TFUE;
607. Jisħaq fuq l-importanza tar-riżultati tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, b’kunsiderazzjoni speċifika għar-rakkomandazzjonijiet biex tingħata kompetenza akbar lill-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika u fil-bini ta’ rispons qawwi tal-UE għal kriżijiet futuri tas-saħħa;
608. Jistieden lill-Kunsill iniedi konvenzjoni għall-modifika tat-Trattati, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li attivat l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);
609. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, fit-Trattat dwar it-Tħejjija għall-Pandemiji tad-WHO, impenn globali li jkollu l-għan li jiżgura finanzjament suffiċjenti għar-riċerka bijomedika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp u mekkaniżmu infurzabbli u effettiv ta’ aċċess u qsim tal-benefiċċji u li joħloq kundizzjonijiet għal-liċenzjar tar-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati mill-gvern, jinkoraġġixxi t-trasferiment tat-teknoloġija, jikkondividi l-proprjetà intellettwali, id-data u l-għarfien meħtieġa għall-produzzjoni u l-provvista tal-prodotti u jissimplifika l-istandards u l-proċeduri regolatorji għall-kummerċjalizzazzjoni tal-kontromiżuri mediċi;
610. Jitlob li ssir valutazzjoni tal-oqfsa ta’ governanza tas-saħħa globali attwali u jilqa’, f’dan ir-rigward, it-Trattat dwar it-Tħejjija għall-Pandemiji;
611. Jitlob it-tisħiħ simultanju tal-obbligi u l-infurzabbiltà tal-IHR u jiġu indirizzati l-lakuni (inklużi fil-finanzjament, l-ekwità u l-governanza globali) permezz tat-Trattat il-ġdid għall-Pandemiji;
612. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw il-prevenzjoni tal-pandemiji u jippermettu l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili u tax-xjenzati, li għandhom ikunu prijoritajiet fin-negozjati; iqis li l-objettivi tat-Trattat dwar it-Tħejjija għall-Pandemiji għandhom ikunu li jippromwovi u jintegra l-approċċ “Saħħa Waħda”, isaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħna, jipprevjeni u jħejji għal pandemiji futuri, jiggarantixxi rispons koordinat u magħqud għall-kriżijiet, jiżgura aċċess universali u ekwu għat-testijiet, il-mediċini u l-vaċċini, jiġġieled b’mod effettiv kontra d-diżinformazzjoni li timmina bil-qawwa l-miżuri tas-saħħa pubblika u jinċentiva, jippromwovi u jiżviluppa l-innovazzjoni biex iwieġeb għat-theddid globali għas-saħħa pubblika u jiffaċilita ktajjen tal-provvista globali reżiljenti;
613. Jappella għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu effettiv li jirregola l-kumulazzjonijiet internazzjonali strateġiċi b’aċċess żgurat għall-atturi umanitarji sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli f’pajjiżi b’sistemi tas-saħħa fraġli u f’kuntesti ta’ kunflitt;
614. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu linji gwida konġunti u l-aħjar prattiki għad-donazzjonijiet ta’ vaċċini abbażi tal-esperjenza u l-isfidi esperjenzati matul il-pandemija tal-COVID-19;
615. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni u ta’ trasferimenti tat-teknoloġija lejn pajjiżi b’introjtu baxx u medju u jistabbilixxu mekkaniżmu globali biex itejbu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni kemm fl-UE kif ukoll fuq skala globali;
616. Jitlob lill-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lill-ippjanar, barra minn żminijiet ta’ pandemija, ta’ sforzi koordinati fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-vaċċini;
617. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw finanzjarjament iż-żieda fil-produzzjoni lokali u reġjonali tal-vaċċini u jinkoraġġixxu t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġiji u prodotti essenzjali oħra tas-saħħa, f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
618. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni u l-monitoraġġ ta’ theddid emerġenti għas-saħħa; jitlob għal appoġġ kontinwu għas-sistemi tas-saħħa, tat-tħejjija għall-pandemija u tal-manifattura tal-vaċċini lokali f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jappella għal aktar sforzi biex jiġi ffaċilitat aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għall-vaċċini, il-mediċini, id-dijanjostika u l-kura tas-saħħa f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
619. Jissottolinja l-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u d-WHO b’rispons għall-pandemija b’perspettiva aktar koordinata, fit-tul u b’sistema tan-NU aktar b’saħħitha, iffinanzjata tajjeb u indipendenti fiċ-ċentru; jitlob lill-Unjoni Ewropea tieħu rwol aktar strateġiku, assertiv u effettiv fis-saħħa globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tassumi r-rwol ta’ osservatur formali fid-WHO; jirrakkomanda l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti lill-korpi u l-aġenziji tan-NU sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiddependux biss minn donazzjonijiet volontarji għat-twettiq tal-mandat tagħhom;
620. Jitlob li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn l-EMA u l-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini, għall-allinjament regolatorju internazzjonali permezz tal-Koalizzjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet Regolatorji tal-Mediċini u li jkun hemm involviment mill-qrib tad-WHO; jenfasizza li t-theddid transfruntier għas-saħħa jirrikjedi rispons internazzjonali; jirrakkomanda li l-HERA, flimkien ma’ direttorati oħra tal-Kummissjoni, tkun mgħammra b’għażliet legali u finanzjarji biex tinkoraġġixxi trasferimenti sħaħ tat-teknoloġija, inkluż lejn produtturi f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
o o o
621. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Bender, M. et al., “The Terrible Toll of 76 Autoimmune Diseases” (Il-Ħerba Terribbli ta’ 76 Marda Awtoimmuna), Scientific American, Vol. 325, No 3, 2021, pp. 31-33.
Choutka, J. et al., “Unexplained post-acute infection syndromes”(Sindromi ta’ infezzjoni postakuta mhux spjegati), Nature Medicine, Vol. 28, 2022, pp. 911-923. Root, T., “Can long Covid research unlock other great medical mysteries of our time?” (Tista’ r-riċerka dwar il-COVID fit-tul issib soluzzjoni għal misteri mediċi kbar oħra ta’ żmienna?), The Guardian, 2022.
Hohberger, B. et al. “Case Report: Neutralization of Autoantibodies Targeting G-Protein-Coupled Receptors Improves Capillary Impairment and Fatigue Symptoms After COVID-19 Infection (Rapport tal-Każ: Newtralizzazzjoni ta’ Awtoantikorpi li Jimmiraw Riċetturi Akkoppjati mal-Proteina-G Twassal għal Titjib tal-Indeboliment Kapillari u Sintomi ta’ Għeja Wara Infezzjoni bil-COVID-19), Frontiers in Medicine, Vol. 8, 2021.
Sachs, J. D. et al., “The Lancet Commission on lessons for the future from the COVID-19 pandemic” (Il-Kummissjoni Lancet dwar lezzjonijiet għall-futur mill-pandemija tal-COVID-19), The Lancet, Vol. 400, 2022, pp. 1224-80.
Ir-Regolament (UE) 2022/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 1).
OECD/EU, “Health at a Glance: Europe 2022: State of Health in the EU Cycle” (Ħarsa lejn is-Saħħa: Ewropa 2022: l-Istat tas-Saħħa fiċ-Ċiklu tal-UE), Pubblikazzjoni OECD, Pariġi, 2022, p. 14.
Sachs, J. D. et al., “The Lancet Commission on lessons for the future from the COVID-19 pandemic” (Il-Kummissjoni Lancet dwar lezzjonijiet għall-futur mill-pandemija tal-COVID-19), The Lancet, Vol. 400, 2022, pp. 1224-80.
Ir-Riżoluzzjoni 72.8 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tat-28 ta’ Mejju 2019 dwar it-titjib fit-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti tas-saħħa oħra.
Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
OECD/EU, “Health at a Glance: Europe 2022: State of Health in the EU Cycle” (Ħarsa lejn is-Saħħa: Ewropa 2022: l-Istat tas-Saħħa fiċ-Ċiklu tal-UE), Pubblikazzjoni OECD, Pariġi, 2022.
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 8).
Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
Eurofound, Recovery from COVID-19: The changing structure of employment in the EU (Irkupru mill-COVID-19: L-istruttura li qed tinbidel tal-impjiegi fl-UE).
L-industrija tat-turiżmu, li tirrappreżenta 10 % tal-PDG tal-UE, kienet waħda mis-setturi l-aktar affettwati mill-pandemija; ifakkar li, fl-2020, l-għadd ta’ ljieli fl-istabbilimenti tat-turisti fl-UE naqas b’51 % meta mqabbel mal-2019 u li kien hemm 71 % inqas ivvjaġġar bl-ajru fl-UE fl-2020 milli fl-2019;
UNICEF Executive Director Henrietta Fore’s remarks at a press conference on new updated guidance on school-related public health measures in the context of COVID-19 (Il-kummenti tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF Henrietta Fore f’konferenza stampa dwar gwida aġġornata ġdida rigward miżuri tas-saħħa pubblika relatati mal-iskola fil-kuntest tal-COVID-19).
Abbażi tas-sejbiet tal-istudju tal-UE tal-2021 ippubblikat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: The response of civil society organisations to face the COVID-19 pandemic and the consequent restrictive measures adopted in Europe (Ir-rispons tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiffaċċjaw il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi konsegwenti adottati fl-Ewropa), https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/qe-02-21-011-en-n.pdf.
Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Assemblea Dinjija tas-Saħħa, 72. (2019). Improving the transparency of markets for medicines, vaccines, and other health products. (It-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti oħra tas-saħħa.) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. https://apps.who.int/iris/handle/10665/329301.
Relazzjonijiet mal-Awtorità Palestinjana
180k
64k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar ir-Relazzjonijiet mal-Awtorità Palestinjana (2021/2207(INI))
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji dwar Arranġamenti Interim ta’ Awtogovernanza tat-13 ta’ Settembru 1993 (il-Ftehimiet ta’ Oslo),
– wara li kkunsidra l-Protokoll dwar ir-Relazzjonijiet Ekonomiċi bejn il-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina, li tirrappreżenta l-poplu Palestinjan, tad-29 ta’ April 1994 (il-Protokoll ta’ Pariġi), u l-Ftehim Interim bejn Iżrael u l-Palestina dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża tat-28 ta’ Settembru 1995 (il-Ftehim ta’ Oslo II),
– wara li kkunsidra r-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra,
– wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE-Awtorità Palestinjana (PA), approvat f’Mejju 2013,
– wara li kkunsidra l-istrateġija konġunta Ewropea b’appoġġ għall-Palestina 2021-2024 – Lejn Stat Palestinjan demokratiku, responsabbli u sostenibbli,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju tal-1997 dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra(2) (il-Ftehim Ewro-Mediterranju),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2012, tat-12 ta’ Mejju 2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, tal-20 ta’ Lulju 2015 u tal-20 ta’ Ġunju 2016,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-22 ta’ Awwissu 2022 dwar l-attakki Iżraeljani fuq sitt organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Palestinjana,
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 14/2013 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “Appoġġ Finanzjarju Dirett mill-Unjoni Ewropea lill-Awtorità Palestinjana”,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) tas-17 ta’ Novembru 2021 dwar l-appoġġ tal-UE lill-UNRWA (2021-2024),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-9 ta’ Frar 2021 intitolata “Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar – Aġenda Ġdida għall-Mediterran” (JOIN(2021)0002),
– wara li kkunsidra l-Avviż Interpretattiv tal-Kummissjoni tal-12 ta’ Novembru 2015 dwar l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti minn territorji okkupati minn Iżrael minn Ġunju 1967 ’l hawn(3),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2019(4) dwar prodotti manifatturati minn insedjamenti Iżraeljani fit-territorju Palestinjan okkupat (oPt),
– wara li kkunsidra r-rapport tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-15 ta’ Mejju 2023 intitolat “2022 Report on Israeli settlements in the occupied West Bank, including East Jerusalem” (Rapport tal-2022 dwar l-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent okkupat, inkluż Ġerusalemm tal-Lvant),
– wara li kkunsidra r-rapport tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tat-28 ta’ Marzu 2023 intitolat “One Year Report on Demolitions and Seizures in the West Bank, including East Jerusalem” (Rapport ta’ Sena dwar id-Demolizzjonijiet u l-Qbid fix-Xatt tal-Punent, inkluż Ġerusalemm tal-Lvant),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta’ konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali(5) u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta’ Koalizzjoni u l-Linji Gwida tal-Gvern Iżraeljan il-ġdid,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-30 ta’ April 2021 dwar il-posponiment tal-elezzjonijiet fil-Palestina,
– wara li kkunsidra l-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi tal-2002,
– wara li kkunsidra l-istrateġija nazzjonali tas-saħħa tal-Istat tal-Palestina tal-2017-2022 ta’ Ottubru 2016,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,
– wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji Palestinjani okkupati mill-1967 tal-21 ta’ Settembru 2022,
– wara li kkunsidra r-rapport tan-NU dwar in-Nisa tal-2022 intitolat “Women’s Role in Local Peacebuilding – Recommendations to better support the work of Palestinian women-led grassroot organizations” (Ir-Rwol tan-Nisa fil-Konsolidazzjoni tal-Paċi Lokali – Rakkomandazzjonijiet biex tiġi appoġġjata aħjar il-ħidma tal-organizzazzjonijiet fil-livell lokali mmexxija min-nisa Palestinjani),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-Task Force Indipendenti tan-NU dwar it-Tisħiħ tal-Istituzzjonijiet Pubbliċi Palestinjani ta’ April 2004 intitolat “Reforming the Palestinian Authority: An Update” (Riforma tal-Awtorità Palestinjana: Aġġornament),
– wara li kkunsidra l-eżiti tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Kuntatt Ad Hoc tan-NU tat-18 ta’ Settembru 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tas-17 ta’ Mejju 2023 intitolat “Health conditions in the occupied Palestinian territory, including east Jerusalem, and in the occupied Syrian Golan” (Kundizzjonijiet tas-saħħa fit-territorju Palestinjan okkupat, inkluż Ġerusalemm tal-Lvant, u fil-Golan Sirjan okkupat),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji tat-22 ta’ Diċembru 2021 intitolat “Palestinian Digital Economy Assessment” (Valutazzjoni tal-Ekonomija Diġitali Palestinjana),
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) tat-22 ta’ Diċembru 2021 intitolati “The Economic Costs of the Israeli Occupation for the Palestinian People: Arrested Development and Poverty in the West Bank” (Il-Kostijiet Ekonomiċi tal-Okkupazzjoni Iżraeljana għall-Poplu Palestinjan: l-Iżvilupp imxekkel u l-Faqar fix-Xatt tal-Punent” u tat-8 ta’ Awwissu 2022 intitolat “Report on UNCTAD assistance to the Palestinian people: Developments in the Economy of the Occupied Palestinian Territory” (Rapport dwar l-assistenza tal-UNCTAD lill-poplu Palestinjan: Żviluppi fl-Ekonomija tat-Territorju Palestinjan Okkupat),
– wara li kkunsidra l-investigazzjoni li għaddejja tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina, li nfetħet fit-3 ta’ Marzu 2021,
– wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Carter tal-15 ta’ April 2022 intitolat “March 26, 2022 Municipal Elections in West Bank/Gaza” (26 ta’ Marzu 2022, Elezzjonijiet Muniċipali fix-Xatt tal-Punent/Gaża),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Gvern Żvediż tat-30 ta’ Ottubru 2014 dwar ir-rikonoxximent tiegħu tal-Istat tal-Palestina,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Alġier, iffirmata minn 14-il fazzjoni Palestinjana fl-Alġerija fit-13 ta’ Ottubru 2022, li timpenja ruħha li torganizza elezzjonijiet sa Ottubru 2023,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2022 lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar is-sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar – aġenda ġdida għall-Mediterran(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari dik tat-18 ta’ Mejju 2017 dwar il-ksib tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati fil-Lvant Nofsani(7) u dik tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-prospettivi għas-soluzzjoni msejsa fuq il-koeżistenza ta’ żewġ Stati għal Iżrael u l-Palestina(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rikonoxximent ta’ stat Palestinjan(9),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0226/2023),
A. billi s-soluzzjoni ta’ żewġ stati, bl-Istat ta’ Iżrael u l-Istat tal-Palestina jgħixu maġenb xulxin fil-paċi, is-sigurtà u r-rikonoxximent reċiproku skont il-fruntieri tal-1967, b’Ġerusalemm bħala l-belt kapitali taż-żewġ Stati, u f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, hija l-unika soluzzjoni vijabbli għall-kunflitt, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Lulju 2014;
B. billi l-poplu Palestinjan għandu d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, kif stabbilit fil-Karta tan-NU u kif sostnut ripetutament mill-korpi tan-NU, inkluża l-Assemblea Ġenerali, il-Kunsill tas-Sigurtà u l-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem/il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;
C. billi t-tmexxija Palestinjana rrikonoxxiet l-Istat ta’ Iżrael filwaqt li appellat li jiġi stabbilit Stat tal-Palestina bbażat fuq il-fruntieri ta’ qabel l-1967, li ma ġiex reċiprokat minn gvernijiet Iżraeljani suċċessivi; billi t-tmexxija Palestinjana ripetutament appellat għal taħditiet ta’ paċi mġedda li jwasslu għal soluzzjoni ta’ żewġ stati;
D. billi, bħala riżultat tal-okkupazzjoni, il-PA ma għandhiex kompetenzi ewlenin li huma fil-qalba tar-rikonoxximent ta’ stat, inkluż il-kontroll tal-fruntieri u l-kapaċità li twettaq ġbir komplut tat-taxxa;
E. billi negozjati sinifikanti jistgħu jseħħu biss meta ż-żewġ naħat ikunu fuq l-istess livell; billi, fost l-oħrajn, nuqqas ta’ rieda politika u rikonoxximent internazzjonali, flimkien ma’ għexieren ta’ snin ta’ okkupazzjoni tal-Palestina, huma ostakli serji għal negozjati ġusti f’dan il-każ; billi hemm bżonn kontinwu għal investiment f’negozjati sinifikanti bejn l-Iżrael u l-PA;
F. billi l-Istati Għarab bħall-Eġittu u l-Ġordan, li għal snin sħaħ żammew relazzjonijiet diplomatiċi ma’ Iżrael, kellhom rwol sinifikattiv fil-promozzjoni tad-djalogu dwar il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, inkluż dwar is-sigurtà u l-istabbiltà;
G. billi l-okkupazzjoni Iżraeljana tat-territorju Palestinjan ilha għaddejja għal 56 sena; billi l-UE żżomm il-pożizzjoni soda tagħha fis-sens li l-okkupazzjoni permanenti, l-insedjamenti, it-twaqqigħ u l-iżgumbramenti tqishom illegali skont id-dritt internazzjonali; billi l-għadd ta’ abitanti tal-insedjamenti u l-bini ta’ infrastruttura relatata fix-Xatt tal-Punent u f’Ġerusalemm tal-Lvant żdiedu b’mod drammatiku minn mindu ġew iffirmati l-Ftehim ta’ Oslo u dak ta’ Oslo II u jikkostitwixxu ksur flagranti tad-dritt internazzjonali u ostaklu kbir biex tinkiseb is-soluzzjoni ta’ żewġ stati u paċi ġusta, dejjiema u komprensiva; billi dan biddel b’mod profond il-pajsaġġ soċjali u demografiku tax-Xatt tal-Punent u wassal għall-frammentazzjoni taż-żoni Palestinjani;
H. billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji Palestinjani okkupati mill-1967(10), kif ukoll diversi organizzazzjonijiet Iżraeljani, Palestinjani u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, dan l-aħħar ħarġu rapporti li jikkonkludu li l-Gvern Iżraeljan sistematikament jaħqar lill-Palestinjani u jiddiskrimina istituzzjonalment kontrihom f’għadd ta’ oqsma, fosthom l-infurzar tal-liġi, il-permessi għall-bini, il-libertà tal-moviment u l-attività ekonomika; billi l-abitanti tal-insedjamenti Palestinjani u Iżraeljani jitressqu quddiem qrati differenti u huma proċessati skont liġijiet differenti għall-istess reati; billi l-ħajt ta’ separazzjoni mibni minn Iżrael fix-Xatt tal-Punent huwa illegali;
I. billi Iżrael ma jippermettix attivitajiet tal-PA f’Ġerusalemm tal-Lvant anness; billi l-PA għandha biss livell ta’ kontroll fuq iż-Żoni mhux kontigwi A u B tax-Xatt tal-Punent, li huma mdawra miż-Żona C, li hija taħt kontroll Iżraeljan sħiħ u tirrappreżenta 60 % tax-Xatt tal-Punent; billi r-relazzjonijiet tal-UE mal-PA għaldaqstant ma jistgħux jiġu indirizzati mingħajr ma jiġu indirizzati l-politiki Iżraeljani;
J. billi l-Gvern Iżraeljan il-ġdid, fil-Ftehim Qafas ta’ Koalizzjoni u l-Linji Gwida tal-Gvern tiegħu, ħabbar pjanijiet biex javvanza u jiżviluppa l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent; billi l-ewwel sentenza tal-Ftehim Qafas ta’ Koalizzjoni tiddikjara li “l-poplu Lhudi għandu dritt esklużiv u inaljenabbli għall-partijiet kollha tal-Art ta’ Iżrael ... il-Galilea, in-Negev, il-Golan, u Ġudea u Samarija”;
K. billi r-rivalità bejn il-fazzjonijiet politiċi Palestinjani u n-nuqqas ta’ viżjoni jew strateġija nazzjonali unifikata, li hija essenzjali għal soluzzjoni politika negozjata, jibqgħu wħud mill-isfidi ewlenin fil-politika Palestinjana; billi l-moviment Fatah fratturat, il-konsolidazzjoni tal-poter fl-uffiċċju tal-President tal-PA, l-ispazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili Palestinjana u t-trażżin tad-dissens politiku u d-dimostrazzjonijiet b’appoġġ għar-riformi demokratiċi juru wħud mill-isfidi li l-PA jeħtieġ li tindirizza; billi l-UE ħatret lill-Ħamas Palestinjan bħala organizzazzjoni terroristika;
L. billi, skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji, mill-2006 is-sena 2022 kienet l-aktar sena fatali għall-Palestinjani li jgħixu fix-Xatt tal-Punent okkupat; billi, mill-bidu tal-2023, iċ-ċiklu tal-vjolenza intensifika, u dan jaffettwa b’mod qawwi lill-popolazzjoni ċivili fl-oPt kif ukoll f’Iżrael u jwassal għal tensjonijiet dejjem akbar u għall-istrumentalizzazzjoni tal-kunflitt minn gruppi estremisti u terroristiċi;
M. billi s-sħab Ewropej għall-iżvilupp (l-UE, l-Istati Membri tagħha, in-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit) huma bil-bosta l-akbar donaturi u joħorġu EUR 1,2 biljun fis-sena f’assistenza uffiċjali għall-iżvilupp lill-poplu Palestinjan; billi l-assistenza internazzjonali hija essenzjali għall-istabbiltà tax-Xatt tal-Punent u ta’ Gaża u għalhekk hija ta’ benefiċċju wkoll għal Iżrael; billi, skont id-dritt umanitarju internazzjonali, Iżrael huwa obbligat li jiżgura l-ħtiġijiet bażiċi u l-benesseri tal-popolazzjoni ċivili taħt l-okkupazzjoni tiegħu;
N. billi l-awtoritajiet Iżraeljani jaħtfu u/jew iwaqqgħu l-faċilitajiet, l-assi u l-istrutturi ffinanzjati mill-UE fil-Palestina; billi fl-2022, twaqqgħu jew inħatfu total ta’ 101 struttura ffinanzjati mill-UE jew mill-Istati Membri tal-UE (b’valur ta’ EUR 337 019); billi l-UE ripetutament talbet li Iżrael jikkumpensa għat-telf ta’ flus il-kontribwenti tal-UE;
O. billi l-assistenza tal-UE tipprovdi appoġġ baġitarju essenzjali lill-PA permezz tal-programm PEGASE; billi, sa mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali, l-assistenza tal-UE lill-Palestina kienet qed tingħata biss permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni annwali; billi l-istrateġija konġunta tal-2021-2024 tipprovdi bażi li fuqha jistgħu jiġu adottati programmi ta’ azzjoni pluriennali, iżda għad hemm nuqqas ta’ prospett pluriennali għal finanzjament konkret; billi hemm bżonn li jkompli jiġi implimentat proċess effettiv ta’ allokazzjoni, rieżami u skrutinju għall-fondi tal-UE;
P. billi l-Awtorità Palestinjana u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina għadhom joffru “pagamenti għall-martri” lill-familji tal-Palestinjani li nqatlu waqt li kienu involuti fil-vjolenza kontra l-Iżraeljani jew li nqatlu mill-azzjonijiet militari Iżraeljani; billi jkomplu joffru stipendji seperati lill-Palestinjani li jinsabu fil-ħabsijiet Iżraeljani, fosthom lil dawk ikkundannati għal atti ta’ terroriżmu lejn objettivi Lhud;
Q. billi mill-21 organizzazzjoni mniżżla fil-lista ta’ terroristi stabbilita mill-UE, sebgħa huma Palestinjani; billi Ħamas u organizzazzjonijiet terroristiċi Palestinjani oħra mniżżla fil-lista tal-UE jużaw tattiki terroristiċi ibridi, inklużi attakki bis-skieken u bil-bombi kontra ċivili Iżraeljani, kif ukoll l-isparar ta’ rokits minn Gaża għal Iżrael li jippruvaw jolqtu żoni ċivili apposta;
R. billi l-UNRWA, li għadha għajnuna kritika għal miljuni ta’ rifuġjati Palestinjani, għadha qed tiffaċċja sfidi serji u nuqqasijiet kroniċi ta’ finanzjament li jimminaw l-isforzi tagħha biex twettaq il-mandat essenzjali tagħha; billi l-Parlament Ewropew, fid-dawl tar-rwol kruċjali li għandha l-aġenzija biex tippromwovi l-istabbiltà u l-iżvilupp fir-reġjun u żżomm ħajjin il-prospetti ta’ paċi sostenibbli, jappoġġja kontinwament il-ħidma umanitarja u ta’ żvilupp essenzjali tagħha u jirrakkomanda li din titkompla, b’enfasi qawwija fuq il-promozzjoni tal-edukazzjoni bbażata fuq il-konsolidazzjoni tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, it-tolleranza, il-koeżistenza u n-nonvjolenza; billi, f’Diċembru 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU vvutat biex testendi l-mandat tal-UNRWA sat-30 ta’ Ġunju 2026; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar donaturi għall-aġenzija u l-finanzjament tal-UE jinkludi kontribuzzjoni pluriennali, li tiżgura appoġġ prevedibbli skont id-dikjarazzjoni konġunta UE-UNRWA tas-17 ta’ Novembru 2021;
S. billi, fl-2011, il-Kumitat ta’ Kuntatt Ad Hoc tan-NU kkonkluda li l-istituzzjonijiet Palestinjani huma lesti għar-rikonoxximent tal-Istat; billi, minn dak iż-żmien, l-istatus demokratiku tal-PA mar għall-agħar minħabba l-okkupazzjoni esterna u l-problemi interni, bħad-deterjorament fl-istat tad-dritt u l-korruzzjoni li qed tmur għall-agħar; billi, skont id-dritt umanitarju internazzjonali, l-okkupazzjoni tat-territorju fi żmien il-gwerra hija sitwazzjoni temporanja u ma ċċaħħadx lis-setgħa okkupata mir-rikonoxximent ta’ stat tagħha jew mis-sovranità tagħha;
T. billi l-PA qed tiffaċċja telf ta’ leġittimità; billi l-aħħar elezzjonijiet parlamentari Palestinjani saru fl-2006; billi l-aħħar elezzjonijiet presidenzjali Palestinjani saru fl-2005; billi l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali kellhom isiru f’Mejju 2021, iżda ġew ikkanċellati mill-President Abbas b’digriet presidenzjali; billi, fuq talba mill-PA, fi Frar 2021, l-UE talbet permess mill-awtoritajiet Iżraeljani għal missjoni esploratorja biex tosserva l-voti iżda ma ngħatatx aċċess;
U. billi l-PA adottat prattiki dejjem aktar ripressivi, inkluż it-trażżin ta’ protesti paċifiċi b’forza illegali, l-arresti arbitrarji ta’ ġurnalisti, attivisti tas-soċjetà ċivili u avukati u t-tortura tad-detenuti; billi, skont il-Human Rights Watch, l-awtoritajiet Palestinjani sistematikament jittrattaw ħażin u jittorturaw lill-Palestinjani f’detenzjoni, inklużi lill-kritiċi u l-avversarji; billi l-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura appella għall-ġustizzja u esprima dispjaċir li l-awtoritajiet Palestinjani naqsu milli jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont għall-qtil tal-attivist Palestinjan Nizar Banat;
V. billi, f’Ottubru 2022, il-President Abbas ħareġ digriet biex jifforma l-Kunsill Suprem tal-Korpi u l-Awtoritajiet Ġudizzjarji, filwaqt li poġġa lill-awtoritajiet Palestinjani kollha taħt il-kontroll tiegħu u żarma l-aħħar pilastru tal-indipendenza ġudizzjarja fil-Palestina;
W. billi n-nisa fit-territorji Palestinjani jiffaċċjaw diskriminazzjoni u għad għandhom inqas drittijiet mill-irġiel, pereżempju fir-rigward tad-divorzju, il-kustodja tat-tfal u l-wirt; billi, minkejja li atti tal-istess sess ġew dekriminalizzati fix-Xatt tal-Punent, persuni li jappartjenu għall-komunità LGBTQI+ għadhom qed jiffaċċjaw fastidju u diskriminazzjoni;
X. billi, fi stħarriġ immexxi miċ-Ċentru Palestinjan għar-Riċerka Politika u Stħarriġ ta’ Marzu 2022, 84 % tal-parteċipanti kienu tal-fehma li kien hemm korruzzjoni fl-istituzzjonijiet tal-PA;
Y. billi l-Missjoni tal-UE għall-Appoġġ tal-Pulizija Palestinjana u l-Istat tad-Dritt ġiet stabbilita f’Jannar 2006 biex tassisti lill-PA fil-bini tal-Istat Palestinjan;
Z. billi l-PA konsistentement żammet il-koordinazzjoni tas-sigurtà ma’ Iżrael u kkontribwiet għas-sigurtà kemm ta’ Iżrael kif ukoll tal-Palestina; billi, f’Jannar 2023, b’reazzjoni għall-aħħar żviluppi, il-PA waqfet tikkoopera ma’ Iżrael f’għadd ta’ oqsma, fosthom is-sigurtà;
AA. billi l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u tal-impjiegi fil-Palestina marru għall-agħar b’mod qawwi bil-kunflitt kontinwu; billi l-okkupazzjoni Iżraeljana timponi restrizzjonijiet sinifikanti fuq l-ekonomija Palestinjana, inkluż nuqqas ta’ kontroll fuq l-art, l-ilma, il-konfini fiżiċi, id-dħul u l-mobilità; billi dawn ir-restrizzjonijiet ifixklu l-kummerċ Palestinjan, idgħajfu d-dħul tal-baġit tal-PA u jikkontribwixxu għad-dipendenza tagħha fuq donaturi internazzjonali; billi hemm bżonn ta’ riformi ekonomiċi mill-awtoritajiet Palestinjani, iżda fihom infushom mhumiex biżżejjed biex jiżguraw tkabbir ekonomiku sostenibbli u żvilupp tas-settur privat fit-territorji Palestinjani; billi dan ifixkel l-esportazzjonijiet Palestinjani lejn l-UE fil-qafas tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-PLO u jimmina l-effettività tal-għajnuna tal-UE;
AB. billi l-imblokk u l-kunflitt intermittenti wasslu biex l-ekonomija f’Gaża tikkrolla u 63 % tar-residenti taż-żona jirrikjedu xi forma ta’ assistenza umanitarja;
AC. billi, f’Diċembru 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU għaddiet riżoluzzjoni li tistieden lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) toħroġ opinjoni dwar il-konsegwenzi legali tal-okkupazzjoni kontinwa ta’ Iżrael fit-territorji Palestinjani; billi Iżrael wieġeb għar-riżoluzzjoni tan-NU billi qabad USD 39 miljun fi dħul mit-taxxa miġbur f’isem il-PA; billi aktar minn 90 pajjiż esprimew “it-tħassib serju” tagħhom dwar il-miżuri punittivi ta’ Iżrael;
AD. billi l-Palestinjani huma affettwati mill-użu ta’ software ta’ spjunaġġ Iżraeljan, inkluż Pegasus, fl-oPt, li jċaħħadhom mid-dritt tagħhom għall-privatezza, għal-libertà tal-espressjoni u għal internet miftuħ, sigur u ħieles;
AE. billi l-Proċedura l-ġdida għad-Dħul u r-Residenza tal-Barranin fiż-Żona ta’ Ġudea u Samarija, introdotta mill-Koordinazzjoni Iżraeljana tal-Attivitajiet tal-Gvern fit-Territorji (COGAT), tirrikjedi li, mill-20 ta’ Ottubru 2022, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi ċittadini tal-UE, jitolbu permess biex jidħlu fix-Xatt tal-Punent; billi r-regoli l-ġodda tal-COGAT jirrestrinġu l-kapaċità tal-konjuġi barranin tal-Palestinjani li jivvjaġġaw lejn ix-Xatt tal-Punent u jimponu restrizzjonijiet simili fuq voluntiera, akkademiċi u negozjanti li jaħdmu fix-Xatt tal-Punent, u b’hekk jimminaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Palestina;
AF. billi l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael jiddikjara li r-“relazzjonijiet bejn il-Partijiet, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim innifsu, għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, li jiggwidaw il-politika interna u internazzjonali tagħhom u jikkostitwixxu element essenzjali ta’ dan il-Ftehim”;
1. Jirrakkomanda li, fl-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet tal-UE mal-PA, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:
(a)
itennu l-appoġġ sod tal-UE għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati, bħala l-unika soluzzjoni vijabbli għall-kunflitt, bl-Istat ta’ Iżrael u l-Istat tal-Palestina jgħixu demokratikament maġenb xulxin fil-paċi, kompluta b’sigurtà u rikonoxximent reċiproku garantiti skont il-fruntieri tal-1967, skambji ekwivalenti ta’ art miftiehma reċiprokament u Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ Stati, abbażi tal-parametri fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Lulju 2014; b’hekk jappoġġjaw fil-prinċipju r-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan f’konformità ma’ dawn il-parametri; ikomplu jippromwovu r-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali; itennu l-impenn tal-UE għad-drittijiet ugwali tal-Iżraeljani u l-Palestinjani kollha;
(b)
jesprimu tħassib dwar il-vjolenza dejjem tikber li kkaratterizzat il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina mill-2022 u r-riskju li dan ikompli jikber; jappellaw għat-tmiem immedjat tal-atti kollha ta’ vjolenza bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani sabiex dan iċ-ċiklu ta’ vjolenza jitreġġa’ lura; jimpenjaw ruħhom fi sforzi sinifikanti biex jerġgħu jibdew in-negozjati għall-paċi; jisħqu li l-vjolenza, it-terroriżmu u l-inċitament huma fundamentalment inkompatibbli ma’ riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt Iżraelo-Palestinjan;
(c)
jitolbu li jinġieb fi tmiemu t-terroriżmu Palestinjan, inklużi l-attakki bir-rokits mill-organizzazzjonijiet terroristiċi Palestinjani mniżżla fil-lista tal-UE, fosthom Hamas, il-Ġiħad Iżlamika Palestinjana u l-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina;
(d)
jaħdmu fi sħubija ma’ Iżrael, il-PA, l-Istati Uniti u s-sħab Għarab fir-reġjun bil-ħsieb li jipprevjenu r-riarmament ta’ gruppi terroristiċi fl-Istrixxa ta’ Gaża u x-Xatt tal-Punent u l-kuntrabandu tal-armi tagħhom, il-manifattura ta’ rokits u l-bini ta’ mini; jisħqu fuq il-ħtieġa kbira li jittieħdu l-armi tal-gruppi terroristiċi kollha f’Gaża; jikkundannaw l-attivitajiet inaċċettabbli mill-Ħamas f’Gaża u, f’dan l-isfond, itennu l-ħtieġa li l-PA tieħu f’idejha l-Istrixxa ta’ Gaża;
(e)
jitolbu lill-Awtorità Palestinjana tikkundanna u taqta’ r-rabtiet kollha ma’ organizzazzjonijiet estremisti u gruppi terroristiċi attivi fir-reġjun;
(f)
jisħqu fuq l-importanza ta’ negozjati diretti u ġenwini bejn rappreżentanti Iżraeljani u Palestinjani abbażi ta’ parametri miftiehma internazzjonalment u jfakkru liż-żewġ naħat fl-importanza tal-parteċipazzjoni tan-nisa u ta’ minoranzi reliġjużi u oħrajn fil-livelli kollha tan-negozjati; jistabbilixxu inizjattiva ta’ paċi konġunta mmexxija mill-Istati Ewropej u mill-Istati Uniti sabiex jerġa’ jkun hemm orizzont politiku għal paċi ġusta, komprensiva u dejjiema bejn Iżrael u l-Palestina; jesprimu d-dispjaċir tal-UE dwar id-deċiżjonijiet unilaterali ta’ xi stati li jirrikonoxxu lil Ġerusalemm bħala l-kapitali mhux maqsum ta’ Iżrael u li jmexxu l-ambaxxati tagħhom;
(g)
jiżguraw li l-awtoritajiet rilevanti tal-UE jimpedixxu l-finanzjamenti tal-UE milli jiġu ddevjati, direttament jew indirettament, lejn l-organizzazzjonijiet terroristiċi; ifakkru li, f'konformità mal-istrateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu, il-fondi esterni tal-UE ma jistgħux jiġu allokati ħażin għal attivitajiet li jinċitaw għall-mibegħda u l-vjolenza;
(h)
jenfasizzaw l-importanza li jiġu kkundannati u eliminati l-forom kollha ta’ diskors ta’ mibegħda u mġiba vjolenti kemm fuq in-naħa Iżraeljana kif ukoll fuq dik Palestinjana u irrispettivament mill-kuntest; jisħqu fuq l-importanza tal-edukazzjoni fil-bini tal-prospetti għal soluzzjoni ta’ żewġ stati; itennu l-pożizzjoni tal-UE li l-kotba tal-iskola u l-materjali tal-iskola kollha fuq iż-żewġ naħat iridu jaderixxu mal-istandards tal-UNESCO ta’ paċi, tolleranza, koeżistenza u nonvjolenza;
(i)
jiddeploraw il-kontenut problematiku u ta’ mibegħda fil-kotba tal-iskola u fil-materjal didattiku Palestinjani, li għadu ma tneħħiex; jissottolinjaw li l-edukazzjoni u l-aċċess tal-istudenti għal kotba tal-iskola paċifiċi u imparzjali huma essenzjali, speċjalment fil-kuntest tal-involviment dejjem tikber tal-adolexxenti fl-attakki terroristiċi; jenfasizzaw li l-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Awtorità Palestinjana fil-qasam tal-edukazzjoni għandu jingħata biss bil-kundizzjoni li l-kontenut tal-kotba tal-iskola jkun allinjat mal-istandards tal-UNESCO, kif ġie deċiż mill-Ministri għall-Edukazzjoni f’Pariġi fis-17 ta’ Marzu 2015, jiġifieri li r-referenzi antisemitiċi kollha jitħassru u li l-eżempji li jinċitaw għall-mibegħda u għall-vjolenza jitneħħew, kif mitlub ripetutament fir-riżoluzzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2016, 2018, 2019 u 2020; jitolbu għalhekk lill-Kummissjoni tagħmel skrutinju mill-qrib tal-fatt jekk l-Awtorità Palestinjana timmodifikax il-kurrikulu sħiħ fil-pront;
(j)
jirrikonoxxu li l-Ftehimiet ta’ Abraham huma fattur fir-riorganizzazzjoni tar-relazzjonijiet interstatali fir-reġjun; jimpenjaw ruħhom fi djalogu mal-pajjiżi Għarab li ffirmaw il-Ftehimiet ta’ Abraham, flimkien mal-UE u l-Istati Uniti, biex jesploraw kif il-ftehimiet ta’ normalizzazzjoni tagħhom ma’ Iżrael jistgħu jwasslu għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati, l-iżvilupp ekonomiku Palestinjan u l-iżvilupp ġenerali tar-reġjun;
(k)
jeżiġu li Iżrael, bħala l-poter okkupanti, jieqaf jeqred l-infrastruttura ċivili vitali u jisfrutta illegalment ir-riżorsi tal-ilma u tal-art fl-oPt, inkluż Ġerusalemm tal-Lvant; jisħqu fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu avvanzati proġetti ta’ rikostruzzjoni u żvilupp f’dan ir-rigward, inkluż fl-Istrixxa ta’ Gaża, u jappellaw għal appoġġ għall-isforzi meħtieġa, skont l-impenji li saru fil-Konferenza Internazzjonali tal-Kajr dwar il-Palestina fl-2014;
(l)
jappoġġjaw l-appelli Palestinjani għal rappreżentanza politika mġedda u inklużiva; iħeġġu bil-qawwa lit-tmexxija politika Palestinjana tipprevedi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex isiru elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali ħielsa, kredibbli, inklużivi, trasparenti u ġusti mingħajr aktar dewmien sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tagħha; jippromwovu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, in-nisa u l-minoranzi f’dan il-proċess u jissottolinjaw l-importanza ta’ ġudikatura indipendenti u r-rispett għal-libertà tal-espressjoni; jisħqu li mhuwiex aċċettabbli li l-PA ma organizzat l-ebda elezzjoni għal aktar minn 16-il sena; jeżiġu lil Iżrael jirrispetta l-obbligi tiegħu li jippermetti li jsiru dawn l-elezzjonijiet f’Ġerusalemm tal-Lvant;
(m)
jiżguraw li l-awtoritajiet Iżraeljani jippermettu lill-Membri tal-Parlament Ewropew li jkollhom aċċess għall-oPt, inkluż Gaża;
(n)
ikomplu jappoġġjaw il-ħidma tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali u jimpenjaw ruħhom mal-atturi rilevanti biex il-proċess elettorali jitmexxa ’l quddiem; jipprovdu l-appoġġ politiku u l-assistenza teknika kollha meħtieġa biex ikun aktar faċli li jsiru elezzjonijiet fit-territorju Palestinjan kollu, inkluż f’Ġerusalemm tal-Lvant; joffru b’mod attiv l-iskjerament ta’ missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE għall-oPt mat-tħabbira tal-elezzjonijiet ġenerali;
(o)
jisħqu fuq l-importanza ta’ elezzjonijiet ħielsa, ġusti u demokratiċi u li dan jiġi rispettat mill-partiti kollha involuti, flimkien mal-aspettattiva li l-kandidati kollha li joħorġu għall-elezzjonijiet jirrinunzjaw il-vjolenza bħala mezz biex jilħqu l-objettivi politiċi tagħhom;
(p)
jappellaw bil-qawwa li Ġerusalemm tal-Lvant, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża jinġiebu taħt tmexxija leġittima u demokratika waħda tal-PA; jiffaċilitaw id-djalogu nazzjonali, ir-rikonċiljazzjoni, is-sigurtà, il-paċi u l-bini ta’ kunsens fost l-atturi politiċi u soċjetali kollha fil-Palestina; ifaħħru l-isforzi ta’ medjazzjoni internazzjonali biex jintlaħaq ftehim bejn fazzjonijiet politiċi Palestinjani differenti;
(q)
ikomplu jappoġġjaw il-preżenza u l-iżvilupp Palestinjani fiż-Żona C u l-assunzjoni tal-PA ta’ kontroll sħiħ taż-Żona C, kif previst fil-Ftehimiet ta’ Oslo u Oslo II;
(r)
jistiednu lill-PA tiggarantixxi r-rispett għall-prinċipji tal-istat tad-dritt u tafferma mill-ġdid is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura billi tħassar id-digriet ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi l-Kunsill Suprem ta’ Korpi u Awtoritajiet Ġudizzjarji, li jgħin sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet; jassistu b’passi konkreti lejn riformi amministrattivi tal-Kunsill Leġiżlattiv u s-sistema ġudizzjarja, speċjalment il-Qorti Kostituzzjonali Għolja; jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet fil-Palestina jieqfu jimblukkaw il-liġijiet pendenti, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni tal-familja, soċjali, kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu;
(s)
jinkoraġġixxu miżuri biex iż-żgħażagħ u n-nisa jiġu inklużi fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetà; jappellaw li jiġu promulgati miżuri konkreti għall-ġlieda kontra l-fastidju u d-diskriminazzjoni kontra l-bniet u n-nisa, bħal “qtil għall-unur”, kif ukoll kontra persuni li jappartjenu għall-komunità LGBTQI+, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti, ġurnalisti, artisti, minoranzi reliġjużi u oħrajn, u gruppi emarġinati oħra;
(t)
jesprimu tħassib dwar l-ispazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili u jistinkaw biex jiżguraw li l-UE tqiegħed din il-kwistjoni fuq quddiem fl-aġenda tad-djalogu politiku tagħha mal-PA; iħeġġu lill-PA telimina r-restrizzjonijiet repressivi fuq il-finanzjament u r-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u li ma żżommx b’mod arbitrarju lil nies li jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom; ikomplu jħeġġu lill-PA tirrispetta l-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ għaqda paċifika u ta’ espressjoni u d-dritt għall-parteċipazzjoni pubblika, kemm offline kif ukoll online, u f’konformità mad-dritt u l-istandards internazzjonali, inkluż id-dritt għall-ħaddiema li jorganizzaw ruħhom permezz ta’ trade unions ħielsa u indipendenti;
(u)
jistieden lill-awtoritajiet militari Iżraeljani biex jirtiraw in-nomina tagħhom ta’ sitt organizzazzjonijiet Palestinjani soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem bħala terroristi, sabiex ma jitnaqqasx aktar l-ispazju għas-soċjetà ċivili Palestinjana;
(v)
jeżiġu li l-PA tistabbilixxi mekkaniżmi indipendenti u affidabbli biex tinvestiga okkorrenzi ta’ tortura jew trattament ħażin u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorju tagħha, skont l-obbligi tagħha fl-ambitu tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura, li aderixxiet magħha fl-2017; jappoġġjaw investigazzjoni indipendenti dwar il-mewt ta’ Nizar Banat u jappellaw li dawk responsabbli jagħtu rendikont ta’ għemilhom; iħeġġu lill-PA żżomm lill-forzi tas-sigurtà responsabbli għal każijiet arbitrarji ta’ arrest, abbuż u tortura, teħles minnufih lill-priġunieri politiċi kollha u twaqqa’ l-akkużi kollha; jikkundannaw l-użu kontinwu tat-tortura mill-awtoritajiet Palestinjani;
(w)
jistiednu lill-PA temenda l-leġiżlazzjoni nazzjonali biex tallinja mal-istandards legali internazzjonali dwar l-antidiskriminazzjoni, inkluż billi tirrikonoxxi l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru bħala karatteristiċi protetti skont id-dritt ċivili, sabiex tiżgura li r-reati ta’ mibegħda kollha jkunu pprojbiti skont il-liġi, u biex tinvestiga b’diliġenza kwalunkwe raġuni diskriminatorja;
(x)
jistiednu lill-PA tallinja l-leġiżlazzjoni domestika mal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, b’mod partikolari billi tħassar kwalunkwe taqsima tal-kodiċi penali li ttaffi l-piena għall-qtil abbażi tal-hekk imsejjaħ unur, u billi tinkludi l-istupru fiż-żwieġ fid-definizzjoni ta’ stupru u tiżgura li l-pieni għal reati li jinvolvu vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet ikunu proporzjonati mal-gravità tar-reati;
(y)
ikomplu jissottolinjaw li l-insedjamenti Iżraeljani fl-oPt huma illegali skont id-dritt internazzjonali; jappellaw għal tmiem immedjat tal-politika ta’ insedjament, tal-pjanijiet għall-espansjoni, tal-iżgumbrament tal-familji Palestinjani u tat-twaqqigħ ta’ djarhom, li huma impediment kbir għall-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati u għall-kisba ta’ paċi u sigurtà sostenibbli fuq il-post, u li jikkostitwixxu ksur tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra;
(z)
jappellaw għat-tkissir taċ-ċiklu ta’ vjolenza u jqisu miżuri mmirati tal-UE li jindirizzaw speċifikament l-espansjoni tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent;
(aa)
jikkonformaw mal-obbligu li jimplimentaw b’mod sħiħ u effettiv il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-arranġamenti bilaterali applikabbli għall-prodotti tal-insedjamenti, inkluż l-iżgurar tal-esklużjoni tagħhom mir-reġim doganali preferenzjali u t-titjib tal-effettività tagħha; jiżguraw li l-prinċipju ta’ differenzjazzjoni legali bejn it-territorju tal-Istat ta’ Iżrael u t-territorji okkupati mill-1967 jiġi applikat b’mod konsistenti għall-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali tal-UE ma’ Iżrael u jiġi mmonitorjat kif xieraq, f’konformità mal-politiki eżistenti tal-UE, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u r-Riżoluzzjoni 2334 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-23 ta’ Diċembru 2016; jikkummissjonaw rapport indipendenti dwar miżuri addizzjonali tal-UE fir-rigward ta’ prodotti tal-insedjamenti;
(ab)
jimpenjaw ruħhom mal-PA biex jistabbilixxu b’mod konġunt djalogu politiku aktar regolari fil-livell ministerjali, b’enfasi qawwija fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; jisħqu fuq l-importanza tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-PLO; itennu l-impenn tal-UE li tiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni, inkluż l-antisemitiżmu, u jisħqu fuq dak l-impenn fir-relazzjonijiet tagħhom mal-PA; jissottolinjaw l-importanza tal-ħidma politika tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-UE (ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, UNRWA) u jappellaw għat-tisħiħ tagħha;
(ac)
jaħdmu lejn il-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet Palestinjani f’Ġerusalemm tal-Lvant anness; jospitaw laqgħat regolari ma’ uffiċjali Palestinjani f’Ġerusalemm tal-Lvant u jappoġġjaw l-involviment tagħhom fl-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali ta’ Ġerusalemm tal-Lvant; jopponu l-isforzi biex jiġu imposti kurrikuli Iżraeljani fuq l-iskejjel Palestinjani; jirrispettaw id-drittijiet tal-Palestinjani li jagħżlu l-materjal edukattiv tagħhom stess;
(ad)
jaħdmu lejn tmiem immedjat tal-imblokk tal-Istrixxa ta’ Gaża u jiżguraw li l-Iżraeljani u l-Palestinjani jirrispettaw id-dritt ta’ xulxin għall-paċi u s-sigurtà, inkluża l-possibbiltà li l-Palestinjani jivvjaġġaw barra għal raġunijiet ta’ xogħol, studju jew raġunijiet mediċi jew biex iżuru qraba fix-Xatt tal-Punent u bnadi oħra, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija; ikomplu jappoġġjaw l-isforzi biex tittaffa l-kriżi umanitarja fl-Istrixxa ta’ Gaża u jaħdmu b’mod attiv lejn soluzzjoni politika għall-imblokk ta’ 16-il sena, inklużi garanziji ta’ sigurtà fuq iż-żewġ naħat li huma rispettati mill-partijiet kollha;
(ae)
itejbu l-finanzjament, inklużi l-għajnuna umanitarja u l-assistenza għall-iżvilupp għat-tranżizzjoni ekoloġika, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, id-demokratizzazzjoni, il-governanza tajba u l-implimentazzjoni tal-isforzi u l-miżuri kontra l-korruzzjoni, bħar-riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika; jespandu l-għajnuna lis-soċjetà ċivili Palestinjana, inkluż lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem taħt attakk; jiżguraw li jiġu applikati l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jissottolinjaw li l-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew għall-PA ma jridx jiġi sospiż għal raġunijiet arbitrarji jew mingħajr evidenza ta’ użu ħażin; jiżguraw finanzjament kontinwu għal servizzi essenzjali, inklużi l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa;
(af)
ikomplu u jespandu l-finanzjament u l-programmi tal-UE f’żoni vulnerabbli madwar Ġerusalemm tal-Lvant u ż-żoni rurali tax-Xatt tal-Punent u jiddefendu d-drittijiet tal-Palestinjani li jgħixu fiż-Żona C;
(ag)
jistiednu lil Iżrael inaqqas ir-restrizzjonijiet fiżiċi u amministrattivi fuq l-attivitajiet ekonomiċi u l-kummerċ Palestinjani, u jieqaf jiffavorixxi lill-kumpaniji tal-insedjaturi Iżraeljani mill-Palestinjani fir-rigward tal-permessi tal-kostruzzjoni, il-liċenzji tal-operat u l-aċċess għar-riżorsi naturali fiż-Żona C; jinsistu li Iżrael jikkontribwixxi finanzjarjament għall-ħtiġijiet bażiċi u l-benesseri tal-Palestinjani taħt l-okkupazzjoni tiegħu, f’konformità mal-obbligi tiegħu skont id-dritt umanitarju internazzjonali, minflok ma jħalli l-piż fuq id-donaturi internazzjonali;
(ah)
jimplimentaw il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li tittieħed azzjoni konkreta meta d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu qed jiġu attakkati; jikkonsultaw b’mod konsistenti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Palestinjani biex jgħinu fit-tfassil tal-politika u l-pożizzjonament tal-UE dwar is-sitwazzjoni f’Iżrael u l-Palestina;
(ai)
jiddeploraw id-disparitajiet evidenti bejn is-servizzi tas-saħħa disponibbli għall-Iżraeljani u l-Palestinjani rispettivament, li jirriżultaw f’rati ogħla ta’ mortalità għall-Palestinjani; jeżiġu li l-awtoritajiet Iżraeljani jiżguraw li l-pazjenti Palestinjani jkollhom aċċess mingħajr xkiel għall-kura medika;
(aj)
jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija konġunta 2021-2014 għall-Palestina u jikkonsultaw politikament lill-Parlament ferm qabel l-abbozzar u l-adozzjoni tal-istrateġija konġunta li jmiss b’appoġġ għall-Palestina, għall-perjodu 2024-2027; jimmonitorjaw b’mod aktar effettiv l-użu tal-finanzjament tal-UE mill-Awtorità Palestinjana u l-benefiċjarji kollha;
(ak)
jipprovdu lis-sħab Palestinjani b’sigurtà u prevedibbiltà tal-ippjanar fit-tul billi jakkumpanjaw l-istrateġija konġunta tal-2024-2027 bi pjan ta’ azzjoni pluriennali;
(al)
jesprimu tħassib dwar kif il-politika tal-UE u l-effettività tal-assistenza finanzjarja fl-oPt huma mminati minn insedjamenti illegali, mill-okkupazzjoni Iżraeljana u minn restrizzjonijiet relatati fuq l-ekonomija Palestinjana; jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ responsabbiltà u jistiednu lill-partijiet kollha biex jirrispettaw il-politika tal-UE; jeżiġu kumpens għat-twaqqigħ tal-infrastruttura kollha ffinanzjata mill-UE fl-oPt; iġibu l-politiki lejn Iżrael skont l-għan tal-UE li jinkiseb Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku u vijabbli bħala parti mis-soluzzjoni ta’ żewġ stati u jopponu politiki li jostakolaw Stat Palestinjan vijabbli;
(am)
jirrevedu l-mandat tal-Missjoni tal-UE għall-Appoġġ tal-Pulizija Palestinjana u l-Istat tad-Dritt, u b’hekk itejbu l-kontribut tagħhom għall-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati fuq il-post;
(an)
jikkummissjonaw opinjoni legali dwar xi jkun ifisser it-trasferiment tal-Amministrazzjoni Ċivili Iżraeljana u l-COGAT mill-awtorità tal-kmandant militari għal dik ta’ ministru ċivili fi ħdan il-Ministeru tad-Difiża għall-kooperazzjoni tal-UE ma’ dawn il-korpi uffiċjali;
(ao)
jesprimu tħassib dwar l-impatt negattiv tar-regoli l-ġodda li jirrestrinġu d-dħul u r-residenza taċ-ċittadini barranin fix-Xatt tal-Punent kemm fuq is-soċjetà Palestinjana kif ukoll fuq iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jaħdmu, jistudjaw jew jgħixu fix-Xatt tal-Punent; jenfasizzaw li dawn ir-restrizzjonijiet għandhom impatt ta’ tfixkil serju fuq l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; jeżiġu li l-awtoritajiet Iżraeljani jabolixxu l-miżuri kollha b’konsegwenzi bħal dawn; jiffaċilitaw id-dħul taċ-ċittadini Palestinjani fl-UE, inkluż permezz tal-ajruport ta’ Ben Gurion;
(ap)
itennu l-appoġġ qawwi tal-UE għall-ħidma tal-QKI u l-imparzjalità u n-newtralità tagħha; jesprimu dispjaċir dwar il-progress limitat fl-investigazzjoni tal-QKI dwar id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità mwettqa fl-oPt u jimpenjaw ruħhom li jgħinu lill-QKI u lill-Prosekutur tagħha jimxu ’l quddiem fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni;
(aq)
jieħdu nota tal-inizjattiva tal-PA, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, li titlob opinjoni konsultattiva mill-QIĠ dwar il-konsegwenzi legali tal-okkupazzjoni ta’ Iżrael tat-territorji Palestinjani; jesprimu tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jimponi miżuri punittivi kontra l-poplu, it-tmexxija u s-soċjetà ċivili Palestinjani, bħaż-żamma ta’ fondi u l-implimentazzjoni ta’ moratorju fuq il-pjanijiet ta’ kostruzzjoni fiż-Żona C, b’rispons għat-talba tal-Assemblea Ġenerali għal opinjoni konsultattiva mill-QIĠ; jappoġġjaw l-isforzi biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fl-oPt;
(ar)
jirrakkomandaw tiġdid tal-Protokoll ta’ Pariġi biex il-PA tiġi pprovduta b’aktar awtonomija fil-governanza ekonomika u fiskali, pereżempju billi titħalla tistabbilixxi l-politika fiskali (eż. ir-rati tal-VAT) tagħha stess u tieħu f’idejha l-ġbir tat-taxxi; iħeġġu lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jibqgħu lura milli jżommu d-dħul mit-taxxa dovut lill-awtoritajiet Palestinjani għal skopijiet politiċi;
(as)
ikomplu japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-inċentivi u d-djalogu ta’ politika fi ħdan il-programm PEGASE, fost l-oħrajn billi jorganizzaw laqgħat aktar frekwenti u sistematiċi u jimplimentaw indikaturi konkreti, bl-għan li jgħinu lill-PA trawwem istituzzjonijiet effettivi u responsabbli li jkunu lesti għar-rikonoxximent tal-istat u jippermettu żvilupp soċjali inklużiv; isaħħu d-djalogu ta’ politika u jħeġġu lill-Ministeru tal-Intern tal-PA u lill-awtoritajiet taħt is-superviżjoni tiegħu biex itemmu l-arresti arbitrarji u l-użu tat-tortura u biex jinvestigaw u jħarrku lil dawk responsabbli għall-abbużi; jekk ma jsir l-ebda progress, jikkunsidraw li jissospendu temporanjament l-assistenza finanzjarja tal-UE lill-ministeru fil-qafas tal-PEGASE u jidderieġu mill-ġdid dawk il-fondi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Palestinjana u lill-għassiesa tad-drittijiet tal-bniedem sakemm il-ministeru jissodisfa ċerti punti ta’ riferiment, filwaqt li jżomm il-livell ġenerali ta’ appoġġ finanzjarju għall-PA;
(at)
ikomplu jaħdmu mal-PA u l-UNRWA biex jiżguraw appoġġ finanzjarju kontinwu u addizzjonali, sabiex ir-rifuġjati Palestinjani fl-oPt u fil-pajjiżi ospitanti ġirien ikomplu jirċievu l-assistenza u l-protezzjoni li l-aġenzija għandha l-mandat li tipprovdi; jinkoraġġixxu impenn kontinwu ma’ donaturi reġjonali u internazzjonali biex jiżguraw li l-appoġġ politiku għall-UNRWA jkun akkumpanjat minn riżorsi finanzjarji xierqa, u jappellaw lill-komunità internazzjonali biex tgħammar lill-aġenzija b’mudell ta’ finanzjament sostenibbli; ifakkru li fil-ftehim għall-baġit tal-UE għall-2023, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja ddeċidew b’mod konġunt dwar żieda fil-linja baġitarja tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Viċinat tan-Nofsinhar u li l-fondi se jkunu parzjalment iddedikati għall-UNRWA; jiġu allokati fondi addizzjonali għall-baġit tal-programm ewlieni tal-UNRWA, li jappoġġja t-twassil ta’ servizzi essenzjali, b’enfasi speċjali fuq l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, l-Awtorità Palestinjana u l-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, 12 ta’ Novembru 2019, Organisation juive européenne u Vignoble Psagot Ltd vs Ministre de l’Économie et des Finances, C-363/18, ECLI:EU:C:2019:954.
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)(2),
– wara li kkunsidra l-eżiti tal-ewwel u t-tieni laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina, li saru fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2015 u fis-17 ta’ Ġunju 2021 rispettivament,
– wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija mal-UE, li ġiet ippreżentata fil-15 ta’ Frar 2016,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li saru f’Sofija fis-17 ta’ Mejju 2018, f’Zagreb fis-6 ta’ Mejju 2020, fi Brdo pri Kranju fis-6 ta’ Ottubru 2021 u f’Tirana fis-6 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra s-summit ta’ Sofija tal-10 ta’ Novembru 2020, inkluża d-Dikjarazzjoni dwar is-Suq Reġjonali Komuni u d-Dikjarazzjoni dwar l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent,
– wara li kkunsidra r-riżultati tad-disa’ Summit tal-Proċess ta’ Berlin tat-3 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1923 tal-4 ta’ Novembru 2021 dwar Miżura ta’ Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-bini ta’ kapaċità għall-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2353 tal-1 ta’ Diċembru 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina(4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2022,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Ġunju 2022 dwar l-Ukrajna, il-Balkani tal-Punent, l-applikazzjonijiet għas-sħubija fl-UE tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia, u r-relazzjonijiet esterni,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jagħtu l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE lill-Bożnija-Ħerzegovina,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2019, bit-titolu “Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija mal-Unjoni Ewropea” (COM(2019)0261) u r-rapport analitiku li jakkumpanjaha (SWD(2019)0222),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2020 bit-titolu “Appoġġ lill-Balkani tal-Punent fil-ġlieda kontra l-COVID-19 u l-irkupru wara l-pandemija – Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni qabel il-laqgħa tal-mexxejja UE-Balkani tal-Punent fis-6 ta’ Mejju 2020” (COM(2020)0315),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2022)0528),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Rapport 2022 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina” (SWD(2022)0336),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (COM(2021)0170),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni (COM(2020)0620),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali, adottata fil-25 ta’ Frar 1991,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tas-17 ta’ Ottubru 2003 għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli,
– wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022,
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 01/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tal-10 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “Appoġġ mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent: minkejja l-isforzi, għad hemm problemi fundamentali”, u r-Rapport Speċjali 09/2021 tal-QEA tat-3 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Id-diżinformazzjoni taffettwa lill-UE: qed tiġi indirizzata iżda mhux mitigata”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fil-Bożnija-Ħerzegovina,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-11 ta’ Marzu 2005 dwar is-sitwazzjoni kostituzzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina u s-setgħat tar-Rappreżentant Għoli, u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tagħha dwar kwistjonijiet kostituzzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina,
– wara li kkunsidra l-kumpilazzjoni tal-opinjonijiet u r-rapporti tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiltà tal-liġi elettorali,
– wara li kkunsidra s-sentenzi rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem favur l-atturi, inklużi Azra Zornić(5) u Dervo Sejdić u Jakob Finci(6), fost oħrajn,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Mostar iffirmat fis-17 ta’ Ġunju 2020 dwar l-elezzjonijiet f’Mostar,
– wara li kkunsidra l-ftehim politiku tat-12 ta’ Ġunju 2022 dwar il-prinċipji għall-iżgurar ta’ Bożnija-Ħerzegovina funzjonali li tavvanza tul il-perkors Ewropew tagħha,
– wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2022 ta’ Transparency International, li jikklassifika l-Bożnija-Ħerzegovina fil-110 post minn total ta’ 180 pajjiż,
– wara li kkunsidra t-62 rapport tar-Rappreżentant Għoli għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi dwar il-Bożnija-Ħerzegovina tat-2 ta’ Novembru 2022 lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u r-rapporti preċedenti,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 2658(2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-2 ta’ Novembru 2022, li estendiet il-mandat tal-forza mmexxija mill-UE (EUFOR) fil-Bożnija-Ħerzegovina sat-2 ta’ Novembru 2023,
– wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f’Madrid fid-29 ta’ Ġunju 2022 u d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO ta’ Madrid,
– wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Ministri tad-Difiża tan-NATO fl-14 u l-15 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton li jistabbilixxi l-mandat tal-Missjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) fil-Bożnija-Ħerzegovina,
– wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, li tiddikjara li hemm tliet lingwi uffiċjali fil-pajjiż, u l-kostituzzjonijiet tal-entità tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-entità tar-Republika Srpska,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar l-20 anniversarju mill-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton(8),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fil-Balkani tal-Punent, wara s-Summit 2020(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent(10),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2022 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-Politika Barranija, ta’ Sigurtà u ta’ Difiża tal-UE wara l-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna min-naħa tar-Russja(11),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bożnija-Ħerzegovina,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0229/2023),
A. billi t-tkabbir huwa l-aktar strument effikaċi tal-politika barranija tal-UE, waħda mill-aktar politiki ta’ suċċess tal-Unjoni, u jirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-paċi, id-demokrazija, il-prosperità u l-istabbiltà u s-sigurtà tal-kontinent kollu; billi l-politika tat-tkabbir tinċentiva u tinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE;
B. billi l-UE jeħtiġilha tonora l-wegħdiet tagħha u l-mexxejja politiċi fil-pajjiżi kandidati jridu juru rieda politika ġenwina fir-rigward tal-proċessi ta’ riforma; billi l-posponimenti ripetuti fil-proċess tal-adeżjoni u n-nuqqas ta’ rieda politika ġenwina mill-mexxejja politiċi fil-pajjiżi kandidati naqqsu b’mod konsiderevoli l-effikaċja tiegħu u l-appoġġ taċ-ċittadini għall-adeżjoni mal-UE;
C. billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dgħajfet is-sigurtà u l-istabbiltà fil-kontinent Ewropew, uriet l-imperattiv strateġiku tal-integrazzjoni tal-UE u kompliet tenfasizza l-importanza tal-allinjament tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) fil-pajjiżi kandidati; billi dan wassal għal momentum ġdid fit-tkabbir, li wassal lill-UE biex taċċellera l-konsenji li ilhom li saru lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;
D. billi kull pajjiż tat-tkabbir għandu jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess, b’enfasi fuq riformi ewlenin, ibbażati fuq il-kriterji ta’ Copenhagen dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-istandards demokratiċi, ġudikatura indipendenti, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertajiet tal-media;
E. billi l-ġejjieni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jinsab fi ħdan l-Unjoni Ewropea; billi l-maġġoranza ċara tal-popolazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina jaspiraw lejn l-integrazzjoni Ewro-Atlantika għall-paċi, l-istabbiltà, id-demokrazija u l-prosperità sostenibbli;
F. billi l-Bożnija-Ħerzegovina ngħatat l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE; billi l-progress tagħha lejn l-adeżjoni mal-UE jiddependi milli jiġu ssodisfati l-14-il prijorità ewlenija identifikati fl-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tagħha għas-sħubija fl-UE; billi l-Kunsill stieden lit-tmexxija tal-Bożnija-Ħerzegovina tiffinalizza b’mod urġenti r-riformi kostituzzjonali u elettorali;
G. billi l-avvanz tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-adeżjoni mal-UE jirrikjedi rikonċiljazzjoni ġenwina, ibbażata fuq il-karattru varjat u multikulturali tal-pajjiż u l-entitajiet tiegħu, u r-rispett għall-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tiegħu, id-drittijiet ugwali, u n-nondiskriminazzjoni għaċ-ċittadini kollha tiegħu, skont l-istandards u l-valuri tal-UE;
H. billi aktar minn 25 sena wara tmiem il-gwerra, il-pajjiż għadu qed jiffaċċja diviżjoni profonda promossa minn elit politiku, tentattivi seċessjonisti mit-tmexxija tal-entità tar-Republika Srpska (RS) u sfidi fl-istat tad-dritt, il-governanza, l-obbligu ta’ rendikont, il-libertà tal-espressjoni u l-media, kif ukoll il-korruzzjoni, li jikkontribwixxu għat-tluq ta’ eluf ta’ ċittadini kull sena; billi d-diskriminazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina abbażi tal-etniċità, il-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi għadhom joħolqu sfida;
I. billi fit-18 ta’ Marzu 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/450(13), li testendi l-qafas ta’ sanzjonijiet eżistenti għall-individwi li jikkompromettu s-sovranità, l-integrità territorjali u l-ordni kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina jew il-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton;
J. billi fit-23 ta’ Marzu 2023, l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Srpska adottat emendi għall-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika Srpska, li jintroduċu mill-ġdid pieni kriminali għall-malafama, u l-President tal-entità tar-Repubblika Srpska Milorad Dodik ħabbar pjanijiet biex tiġi introdotta liġi dwar l-“aġent barrani”;
K. billi fil-21 ta’ Ġunju 2023 l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Srpska adottat Liġi dwar l-Emendi għal-Liġi dwar il-Pubblikazzjoni tal-Liġijiet u Regolamenti Oħra tar-Repubblika Srpska u fis-27 ta’ Ġunju 2023 adottat Liġi dwar in-Nonapplikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, u b’hekk ikkompromettiet l-integrità tal-Qorti Kostituzzjonali u l-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina;
L. billi l-UE hija s-sieħeb politiku, kummerċjali u ta’ investiment ewlieni tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-akbar fornitur ta’ assistenza finanzjarja tagħha, b’mod partikolari permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III), kif ukoll il-Pjan ta’ Investiment Ekonomiku għall-Balkani tal-Punent u l-Assistenza Makrofinanzjarja;
M. billi l-atturi responsabbli għall-indħil dirett u bi prokura barrani malizzjuż u d-diżinformazzjoni għandhom l-għan li jiżirgħu d-diżgwid, il-vjolenza u t-tensjonijiet interetniċi, u jiddestabbilizzaw lill-Bożnija-Ħerzegovina u r-reġjun kollu tal-Balkani tal-Punent, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jippreżentaw lill-UE bħala sieħeb mhux affidabbli u mhux involut għall-Balkani tal-Punent;
Impenn għall-adeżjoni mal-UE
1. Jilqa’ pożittivament id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jagħti l-istatus ta’ pajjiż kandidat lill-Bożnija-Ħerzegovina fil-kuntest ta’ realtà ġeopolitika mibdula, bil-patt u l-kundizzjoni li jittieħdu azzjonijiet biex iħejju l-pajjiż għan-negozjati ta’ adeżjoni; itenni l-appoġġ ċar tiegħu għall-integrazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE, ibbażata fuq l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali;
2. Jirrikonoxxi l-importanza tal-Balkani tal-Punent fil-politika tat-tkabbir tal-UE, u jħeġġeġ lill-UE taċċellera l-proċess ta’ adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, abbażi tal-merti tagħha stess;
3. Ifaħħar l-implimentazzjoni rapida tar-riżultati tal-elezzjonijiet ġenerali ta’ Ottubru 2022, il-ħatra ta’ gvern ġdid fil-livell tal-istat, l-iffirmar ta’ programm ta’ koalizzjoni u t-tkomplija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi; jilqa’ l-ħatra tal-President u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-formazzjoni tal-gvernijiet fil-livell tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-cantons tagħha; jiddispjaċih dwar l-imblukkar politiku li xekkel it-tlestija ta’ dan, li kellu jingħeleb mill-atturi domestiċi; jinnota l-intervent tar-Rappreżentant Għoli biex jiżblokka l-istaġnar politiku; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm awtoritajiet stabbiliti fil-livelli kollha biex ikomplu b’suċċess il-proċessi ta’ riforma meħtieġa għall-progress fit-triq lejn l-UE;
4. Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet politiċi kollha jaħtfu l-momentum biex javvanzaw b’mod sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-14-il prijorità ewlenin skont l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini kollha, filwaqt li jirrispettaw l-obbligu ta’ rendikont tal-istituzzjonijiet u l-kwalità u t-trasparenza tal-proċess; jiddispjaċih dwar il-pass kajman tal-implimentazzjoni mill-2019; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jtemmu l-imblokki istituzzjonali li jdewmu t-teħid ta’ deċiżjonijiet importanti, iżommu lura minnhom u jegħlbuhom, biex jevitaw li jmorru lura għal politiki ostruttivi u retorika nazzjonalistika, u juru impenn, jipprijoritizzaw u jagħmlu progress sinifikanti fir-riformi meħtieġa relatati mal-UE billi javvanzaw fil-passi deskritti fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u fil-ftehim politiku ta’ Brussell tat-12 ta’ Ġunju 2022 dwar il-prinċipji għall-iżgurar ta’ Bożnija-Ħerzegovina funzjonali;
5. Jissottolinja li t-triq tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-adeżjoni mal-UE jeħtieġ li tkun ankrata f’istituzzjonijiet demokratiċi li jiffunzjonaw, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni għaċ-ċittadini kollha;
6. Jappella għal koordinazzjoni, armonizzazzjoni u allinjament konsistenti mal-istandards tal-UE u l-integrazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha tal-politika, kif ukoll ippjanar u monitoraġġ aħjar tar-riformi permezz ta’ koordinazzjoni politika u teknika, inkluż billi jiġi adottat programm nazzjonali għall-adozzjoni tal-acquis tal-UE mill-awtoritajiet kompetenti tal-Bożnija-Ħerzegovina mingħajr aktar dewmien;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikomplu jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku għall-integrazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-UE abbażi tal-mertu u tal-kundizzjonalità stretta, jippromwovu u jappellaw għall-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-inklużività tal-proċessi ta’ riforma, jippubblikaw spjegazzjonijiet dettaljati tal-14-il prijorità ewlenija u l-kriterji ta’ kejl għall- prijoritajiet ewlenin biex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-benefiċċji tal-integrazzjoni tal-UE u jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ fil-Bożnija-Ħerzegovina; jappella għall-kooperazzjoni koordinata tagħhom mal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina, li trawwem kundizzjonijiet li jwasslu għal progress fl-integrazzjoni tal-UE, kif ukoll mas-sħab rilevanti; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-ewwel laqgħa tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli fil-Bożnija-Ħerzegovina, li saret f’Sarajevo fis-17 ta’ Mejju 2023;
8. Ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar l-allegazzjonijiet rigward ir-rwol tal-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir; ifakkar fl-obbligi tal-integrità, id-diskrezzjoni u l-indipendenza tal-Kummissarji, f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni; iħeġġeġ mill-ġdid lill-Kummissjoni tagħti bidu għal investigazzjoni indipendenti u imparzjali biex taċċerta jekk il-kondotta u l-politiki li ppersegwa l-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir jikkostitwux ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni u tal-obbligi tal-Kummissarju skont it-Trattati;
9. Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-mandati tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli (OHR) fir-rigward tal-aspetti ċivili, b’mod partikolari fit-tisħiħ tal-istabbiltà u tal-proċessi demokratiċi fil-Bożnija-Ħerzegovina, u tal-Operazzjoni Althea tal-EUFOR fir-rigward tal-aspetti militari fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, sakemm il-pajjiż ikun wettaq l-“aġenda 5+2” u sakemm tintemm is-superviżjoni internazzjonali tiegħu;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinvolvu ruħhom b’mod pożittiv mal-OHR u l-EUFOR Althea u jiddependu fuqhom biex jippreservaw l-istabbiltà fil-Bożnija-Ħerzegovina, u b’hekk jiffaċilitaw l-isforzi ta’ adeżjoni mal-UE; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jappoġġjaw dan l-impenn u jirrispondu b’mod urġenti għall-isfidi għas-sigurtà Ewropea ppreżentati mir-Russja, iż-żieda fit-tensjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina u l-atti seċessjonisti li jimminaw il-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton;
11. Jilqa’ l-estensjoni tal-mandat tal-EUFOR Althea sa Novembru 2023; ifakkar li din il-missjoni għad għandha rwol fundamentali għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Bożnija-Ħerzegovina, inkluż fl-appoġġ tat-tneħħija ta’ żoni b’mini tal-art; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-monitoraġġ u l-kontroll tagħha tal-qerda ta’ munizzjon u armi żejda; jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jiżguraw il-preżenza kontinwa u t-tiġdid futur tal-mandat tal-EUFOR Althea, kif ukoll kapaċitajiet imsaħħa, li jagħmluha aktar adattata għall-ħtiġijiet operazzjonali, anke fil-każ ta’ theddid f’daqqa u l-ħtieġa ta’ reazzjoni fi żmien qasir, u b’mod partikolari fid-dawl tal-eskalazzjoni reċenti fir-retorika u l-politiki seċessjonisti mill-mexxejja tal-entità tar-Repubblika Srpska; jappella, f’dan il-kuntest, għal valutazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni u l-kapaċitajiet fil-qasam tas-sigurtà fuq il-post u għall-kunsiderazzjoni tal-iskjerament ta’ persunal u kapaċitajiet addizzjonali għall-EUFOR Althea fir-rigward tad-distrett ta’ Brčko;
12. Jilqa’ l-attivitajiet tal-OSKE fil-Bożnija-Ħerzegovina, fost l-oħrajn, l-involviment tagħha fil-kontroll tal-armi, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, l-investigazzjonijiet dwar id-delitti tal-gwerra u fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza l-attivitajiet tagħha dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-appoġġ tagħha għall-governanza tajba u r-riforma tal-media, is-soċjetà ċivili, l-inizjattivi tad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitti; jirrikonoxxi d-djalogu tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-OSKE biex tippromwovi l-istabbiltà u r-rikonċiljazzjoni;
13. Ifaħħar l-allinjament miżjud tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-PESK tal-UE; iħeġġeġ titjib kontinwu u allinjament sħiħ f’dan ir-rigward, u biex jiġu evitati inkonsistenzi fil-pożizzjonijiet tal-politika barranija; jistieden bil-qawwa lill-atturi kollha jikkundannaw b’mod inekwivoku l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet immirati kollha li jirriżultaw mill-allinjament tal-PESK, b’mod partikolari kontra r-Russja u l-Belarussja;
14. Jilqa’ l-vot tal-Bożnija-Ħerzegovina favur riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u s-sospensjoni tar-Russja mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; jiddeplora, madankollu, il-pożizzjoni tat-tmexxija tal-entità tar-Repubblika Srpska favur ir-Russja u l-għoti ta’ dekorazzjoni lil Vladimir Putin; jikkundanna bil-qawwa ż-żjara f’Moska fit-23 u l-24 ta’ Mejju 2023 minn Milorad Dodik u Nenad Stevandić, Speaker tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Srpska, u l-laqgħat tagħhom ma’ Vladimir Putin u atturi politiċi Russi ta’ livell għoli oħrajn; jirrifjuta bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet u r-retorika espressi fil-kuntest ta’ din iż-żjara u jibqa’ mħasseb serjament dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà tar-rabtiet ma’ uffiċjali għolja Russi; jikkundanna l-laqgħat ma’ atturi politiċi Iranjani ta’ livell għoli u l-astensjonijiet fil-voti tan-NU dwar l-Iran, fost ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u l-għoti ta’ droni lir-Russja fil-kuntest tal-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna; jitlob lill-Bożnija-Ħerzegovina titbiegħed b’mod kredibbli mir-reġimi antidemokratiċi;
15. Jappoġġja bil-qawwa l-aspirazzjonijiet sostnuti tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-integrazzjoni Ewro-Atlantika u s-sħubija fin-NATO u jistieden lill-atturi politiċi kollha jaġixxu fuqhom b’azzjoni politika konkreta; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Ministru għad-Difiża tal-Bożnija-Ħerzegovina fis-Summit tan-NATO ta’ Madrid tal-2022, l-impenn tan-NATO li tagħti spinta lill-appoġġ imfassal apposta lill-Bożnija-Ħerzegovina biex tibni l-integrità u r-reżiljenza, tiżviluppa l-kapaċitajiet u tiddefendi l-indipendenza politika, u l-pakkett ta’ għajnuna tagħha lill-Bożnija-Ħerzegovina; jilqa’ wkoll id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’valur ta’ EUR 10 miljun għall-benefiċċju tal-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina (AFBiH) u l-Kuntratt ta’ Kooperazzjoni u Taħriġ għall-2023 bejn l-AFBiH u l-EUFOR; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina taħdem biex tifforma unitajiet multietniċi tal-AFBiH;
16. Jiddenunzja bl-aktar mod qawwi r-retorika xewwiexa u l-liġijiet u l-politiki seċessjonisti rikorrenti min-naħa tat-tmexxija tal-entità tar-Repubblika Srpska, inkluża ċ-ċelebrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Jum tar-Repubblika Srpska” antikostituzzjonali u avvenimenti oħra li jikkawżaw tensjonijiet, kif ukoll ir-rifjut li jiġu implimentati s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina; jiddenunzja l-preżenza ta’ uffiċjali għolja tal-Gvern Serb fl-okkażjoni tal-“Jum tar-Repubblika Srpska” antikostituzzjonali; jissottolinja li tali azzjonijiet jiddestabbilizzaw lill-Bożnija-Ħerzegovina, idgħajfu l-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, jikkontradixxu l-perspettiva tal-UE tal-Bożnija-Ħerzegovina u jipperikolaw l-aċċess għall-finanzjament tal-UE; jiddeplora, f’dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-gvern tal-entità tar-Repubblika Srpska li jaqta’ l-kuntatti diplomatiċi mar-rappreżentanti uffiċjali tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti;
17. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet internazzjonali u tal-UE rilevanti jimmonitorjaw mill-qrib l-iżvilupp tal-forzi tal-pulizija fl-entità tar-Repubblika Srpska, b’enfasi speċjali fuq l-iżvilupp possibbli ta’ funzjonijiet paramilitari jew militari, li jistgħu joħolqu tensjonijiet addizzjonali, jheddu s-sigurtà u l-istabbiltà fil-Bożnija-Ħerzegovina, u jkunu inkompatibbli mal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton;
18. Jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjoni konġunta tal-maġġoranza fil-gvern fl-entità tar-Repubblika Srpska dwar il-protezzjoni tal-proprjetà tal-istat u l-istatus kostituzzjonali tal-entità tar-Repubblika Srpska, li talbet li unità speċjali timmonitorja l-linja bejn l-entitajiet; jikkundanna wkoll il-fatt li fis-27 ta’ Ġunju 2023 l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Srpska adottat il-Liġi dwar in-Nonapplikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u li fil-21 ta’ Ġunju 2023 adottat il-Liġi dwar l-Emendi għal-Liġi dwar il-Pubblikazzjoni tal-Liġijiet u Regolamenti Oħra tar-Repubblika Srpska; jisħaq li dawn il-liġijiet jikkompromettu direttament l-integrità tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina; jilqa’, għalhekk, id-deċiżjonijiet tar-Rappreżentant Għoli li jannullaw iż-żewġ liġijiet, u b’hekk jirrispettaw il-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, il-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-istat tad-dritt fil-Bożnija-Ħerzegovina;
19. Itenni l-appell tiegħu għal sanzjonijiet immirati kontra atturi politiċi destabbilizzanti fil-Bożnija-Ħerzegovina, inklużi dawk li jheddu u jikkompromettu s-sovranità, l-integrità territorjali u l-ordni kostituzzjonali tagħha, b’mod partikolari Milorad Dodik, kif ukoll uffiċjali għolja oħra tar-Repubblika Srpska u uffiċjali ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu appoġġ politiku u materjali għall-politiki seċessjonisti; ifakkar li jistgħu jiġu imposti wkoll miżuri restrittivi kontra min jhedded serjament is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż jew idgħajjef il-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton; jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li tali sanzjonijiet ikunu jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill u jimponuhom bilateralment jew flimkien ma’ Stati Membri oħra jekk l-adozzjoni tagħhom ma tkunx possibbli; ifakkar li l-qafas tal-UE għal miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina huwa fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2024;
20. Itenni li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina għandhom jiġu rispettati sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ l-istabbiltà u l-ordni kostituzzjonali fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet jimplimentaw malajr is-sentenzi kollha tal-Qorti Kostituzzjonali;
21. Jikkundanna l-indħil barrani malizzjuż, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-isforzi ta’ destabbilizzazzjoni kollha minn atturi internazzjonali u reġjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari d-destabbilizzazzjoni kontinwa tal-Balkani tal-Punent mir-Russja; jibqa’ mħasseb ħafna dwar ir-rabtiet, iż-żjarat u l-laqgħat prominenti bejn it-tmexxija tal-entità tar-Repubblika Srpska u personalitajiet politiċi ta’ livell għoli u uffiċjali għolja fir-Russja, il-preżenza u l-attivitajiet possibbli tal-Grupp Wagner fil-pajjiż, kif ukoll narrattivi ta’ propaganda Russi mmexxija minn atturi barranin u domestiċi, inklużi dawk li juru lill-UE bħala sieħeb mhux affidabbli u mhux interessat;
22. Jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun jimpenjaw ruħhom għall-istabbiltà u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina, jikkundannaw l-użu ta’ retorika xewwiexa u jikkontribwixxu b’mod kostruttiv għall-progress tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-adeżjoni mal-UE;
23. Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Bożnija-Ħerzegovina u lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jintensifikaw l-isforzi fil-promozzjoni tal-benefiċċji ta’ integrazzjoni aktar mill-qrib u jinvestu f’kampanji ta’ komunikazzjoni biex jiġġieldu l-influwenza barranija u n-narrattivi malizzjużi, inkluż permezz ta’ reazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza għal theddid bħal dan, u billi jespandu l-monitoraġġ StratCom biex jiffoka fuq it-theddid transfruntier ta’ diżinformazzjoni; jirrakkomanda li jitlaqqgħu djalogi mas-soċjetà ċivili tal-Balkani tal-Punent u s-settur privat biex jiġu kkoordinati l-isforzi kontra d-diżinformazzjoni reġjonalment u b’għarfien espert lokali; jilqa’ t-tnedija ta’ kampanja mill-Uffiċċju tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina biex jitħeġġeġ il-progress fl-integrazzjoni tal-UE bit-titolu “Il-progress jista’ jintlaħaq”;
24. Jistieden lill-UE żżid il-kooperazzjoni mas-sħab tal-Balkani tal-Punent biex issaħħaħ ir-reżiljenza demokratika u tiġġieled it-theddid ibridu, inkluż fiċ-ċibersigurtà, filwaqt li tipproteġi l-infrastruttura kritika u s-sigurtà tal-ikel u tal-enerġija; ifakkar li l-Kunsill irrikonoxxa fil-Boxxla Strateġika li s-sigurtà u l-istabbiltà fil-Balkani tal-Punent għadhom mhumiex ċertezza u li hemm riskju ta’ riperkussjonijiet potenzjali mid-deterjorament attwali fis-sigurtà Ewropea;
25. Jisħaq li l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-pluraliżmu, l-appoġġ għal media ħielsa u indipendenti, id-drittijiet fundamentali u l-allinjament mal-PESK jeħtieġ li jiġu integrati fil-finanzjament tal-IPA III tal-UE, li jrid ikun ibbażat fuq kundizzjonalità stretta u modulat, jew saħansitra sospiż, fil-każ ta’ rigressjoni sinifikanti jew nuqqas persistenti ta’ progress f’dawn l-oqsma, kif minqux fir-Regolament IPA III, u salvagwardjat minn sorveljanza komprensiva u bir-reqqa mill-Kummissjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità, u biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 01/2022 tal-QEA;
26. Ifakkar li l-finanzjament tal-UE għal proġetti fl-entità tar-Repubblika Srpska irid jibqa’ ffriżat sakemm jitreġġa’ lura r-rigress demokratiku mill-entità tar-Repubblika Srpska u sakemm ikun hemm allinjament sħiħ mal-PESK, b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi; jistieden lill-Kummissjoni tfittex opinjoni mill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew qabel ma terġa’ tibda l-provvista ta’ fondi għall-entità tar-Repubblika Srpska;
27. Jappella għal titjib fl-assorbiment tal-fondi mal-pajjiż kollu, inkluż mill-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi sistemi effiċjenti ta’ ġestjoni finanzjarja, kontroll u awditjar madwar il-pajjiż għall-fondi tal-UE; jappella għall-assistenza teknika u finanzjarja meħtieġa għall-Bożnija-Ħerzegovina f’dan il-kuntest; jisħaq li huwa fl-interess tas-sigurtà tal-UE u r-responsabbiltà tagħha li tiggarantixxi li l-fondi tal-UE ma jikkontribwux għat-tisħiħ tan-networks tal-klijentela jew il-korruzzjoni;
28. Jappella lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-pajjiżi ta’ adeżjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista’ jeżerċita b’mod effettiv il-kompetenzi tiegħu dwar l-użu tal-fondi tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina; jinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jikkonkludu malajr arranġamenti ta’ ħidma bilaterali mal-UPPE;
29. Jilqa’ l-istabbiliment tal-korpi ta’ ħidma tal-Kamra tal-Popli tal-assemblea parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina; jappella għall-impenn imġedded tal-Bożnija-Ħerzegovina favur id-djalogu politiku tal-UE billi tinvolvi ruħha malajr f’kooperazzjoni interparlamentari regolari permezz tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (KPSA), li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-14-il prijorità ewlenija; jilqa’ l-fatt li ntlaħaq qbil dwar ir-regoli ta’ proċedura għall-KPSA bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina;
30. Jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fis-summits inawgurali u t-tieni summits tal-Komunità Politika Ewropea, iżda jisħaq li din l-inizjattiva pożittiva m’għandhiex tkun alternattiva għall-integrazzjoni tal-UE;
Demokrazija u l-istat tad-dritt
31. Itenni r-rwol ċentrali tal-istat tad-dritt u l-integrità istituzzjonali; ifakkar fil-ħtieġa ta’ standards tas-servizz ċivili armonizzati u bbażati fuq il-mertu fil-livelli amministrattivi tal-Bożnija-Ħerzegovina, li jippermettu amministrazzjoni pubblika professjonali, simplifikata, depolitiċizzata u responsabbli li tista’ tipprovdi servizzi liċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lill-atturi politiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina jappoġġjaw u jistabbilixxu struttura ta’ koordinazzjoni li tiffunzjona biex tmexxi r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jilqa’ l-progress fil-ħatra ta’ kapijiet ta’ aġenziji statali importanti;
32. Jilqa’ l-fatt li l-elezzjonijiet li saru f’Ottubru 2022 kienu ġeneralment organizzati tajjeb u kompetittivi, u li l-kampanja rrispettat il-libertajiet fundamentali ta’ assoċjazzjoni, ta’ għaqda u ta’ espressjoni; jiddispjaċih, madankollu, li dawn seħħew f’kuntest ta’ riformi staġnati, retorika diviżiva, impedimenti politiċi u finanzjarji rrappurtati, akkużi ta’ negozjar tal-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Postijiet ta’ Votazzjoni bejn il-partiti politiċi, u irregolaritajiet oħra rrappurtati lill-osservaturi, inklużi każijiet ta’ assistenza soċjali, żvilupp u proġetti ta’ infrastruttura pubblika mibdija minn presidenti jew gvernijiet fil-kariga fil-perjodu elettorali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu miżuri adegwati biex jipprevjenu kwistjonijiet u abbużi ta’ fondi pubbliċi fil-futur u jindirizzaw it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont inadegwati tal-finanzi tal-kampanja; jesprimi tħassib dwar l-ammont ta’ nfiq pubbliku użat fit-tentattiv biex jinfluwenzaw l-elettorat;
33. Jieħu nota tal-bidliet introdotti fil-liġi elettorali u fil-kostituzzjoni tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mir-Rappreżentant Għoli, bl-għan li jiġu indirizzati għadd ta’ kwistjonijiet ta’ funzjonalità; jesprimi, madankollu, tħassib dwar iż-żmien, it-trasparenza u n-nuqqas ta’ konsultazzjonijiet f’dawn il-proċessi; jistieden lill-OHR jaġixxi skont il-mandat tiegħu, filwaqt li jipprevjeni t-tisħiħ tad-diviżjonijiet politiċi jew etniċi u t-tensjonijiet fil-pajjiż u fir-reġjun usa’, u jfakkar li s-Setgħat ta’ Bonn għandhom jintużaw bħala miżura tal-aħħar istanza;
34. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas tal-atturi politiċi li jġibu l-kostituzzjoni u l-qafas elettorali konformi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, billi naqsu milli jimplimentaw is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (fil-kawżi Sejdić-Finci, Zornić, Pilav u Šlaku); jiddispjaċih ukoll li s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina għadhom ma ġewx implimentati, u dan ixekkel id-drittijiet politiċi ugwali għaċ-ċittadini kollha; jistieden lil dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jilħqu ftehim skont is-sentenzi tal-qrati internazzjonali u nazzjonali kif ukoll mal-ftehim politiku ta’ Brussell tat-12 ta’ Ġunju 2022; jappoġġja riformi trasparenti u inklużivi mirfuda minn konsultazzjonijiet komprensivi u djalogu pubbliku li jinvolvu s-soċjetà ċivili li jippermettu trasformazzjoni sostenibbli tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton skont l-istandards u l-prinċipji Ewropej, li jegħlbu d-diviżjonijiet u jiżguraw l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni taċ-ċittadini kollha u rappreżentanza politika diversa b’mod adegwat fil-livelli kollha ta’ governanza, skont il-valuri u l-prinċipji tal-UE, u l-progress fit-triq lejn l-UE;
35. Itenni r-rispett tiegħu għal-legat tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, filwaqt li jfakkar fl-għan tiegħu li jtemm il-gwerra u jissalvagwardja l-paċi; jieħu nota tal-kunċett ta’ popli kostitwenti iżda jenfasizza li dan il-kunċett m’għandu bl-ebda mod iwassal għad-diskriminazzjoni ta’ ċittadini oħra jew jimplika xi drittijiet addizzjonali għal persuni li jidentifikaw ma’ wieħed minn dawn il-gruppi meta mqabbla ma’ ċittadini oħra tal-Bożnija-Ħerzegovina; jikkundanna d-dikjarazzjonijiet u l-proposti li għandhom l-għan li jimminaw ir-rikonoxximent ta’ stat u l-valuri kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, u jfakkar li jeħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza n-nuqqasijiet fil-qafas kostituzzjonali tagħha, filwaqt li ġġibu konformi mal-istandards u l-prinċipji tal-UE;
36. Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tarmonizza r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-partiti u tiżgura t-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi f’konformità mal-istandards internazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi internazzjonali rilevanti; jirrikonoxxi l-passi meħuda mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) u jappella biex il-kapaċitajiet tagħha jissaħħu, b’mod konformi mal-proċeduri legali tagħha; jiddenunzja bil-qawwa l-forom kollha ta’ intimidazzjoni u theddid minn xi atturi politiċi fil-Bożnija-Ħerzegovina kontra l-membri tas-CEC u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina u lid-Delegazzjoni tal-UE joffru appoġġ lill-membri tas-CEC f’każ ta’ theddid; jilqa’ l-intervent tal-OHR tas-7 ta’ Ġunju 2022 biex itejjeb l-integrità tal-proċess elettorali u jsaħħaħ ir-rwol tas-CEC wara li l-grupp ta’ ħidma bejn l-aġenziji dwar ir-riforma elettorali u l-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovia naqsu milli jagħmlu dan;
37. Jinkoraġġixxi bil-qawwa l-inizjattivi biex jittejbu l-proċess demokratiku, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt fil-pajjiż, bħall-proġett pilota tal-UE għall-introduzzjoni ta’ sistema elettronika ta’ identifikazzjoni tal-votanti u trażmissjoni aktar rapida tar-riżultati elettorali;
38. Jappella għal miżuri urġenti biex jissaħħu l-integrità, l-indipendenza u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura abbażi tal-14-il prijorità ewlenija u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Priebe, inkluż permezz ta’ salvagwardji addizzjonali u applikazzjoni konsistenti ta’ regoli u kriterji oġġettivi dwar l-allokazzjoni tal-każijiet, il-ħatriet, ir-responsabbiltà dixxiplinari, l-avvanz fil-karriera, il-kunflitti ta’ interess u l-verifika tal-assi tal-imħallfin u tal-prosekuturi sabiex tinbena mill-ġdid il-fiduċja pubblika; jappella għall-eliminazzjoni tal-ġustizzja selettiva, tal-każijiet pendenti, tal-korruzzjoni, tan-nuqqas ta’ trasparenza u tas-sorveljanza ħażina, li jimminaw it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet taċ-ċittadini; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta’ pressjoni politika u irregolaritajiet fl-għażla ta’ mħallfin u prosekuturi ta’ livell għoli;
39. Jafferma mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Bożnija-Ħerzegovina biex tadotta emendi għall-integrità, Liġi ġdida dwar il-Kunsill Ġudizzjarju u ta’ Prosekuzzjoni Għoli (HJPC) u Liġi ġdida dwar il-Qrati f’konformità mal-istandards Ewropej; jilqa’, għalhekk, l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Ministri tal-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Emendi għal-Liġi dwar l-HJPC, u jistieden lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina tapprovah; jistieden lill-awtoritajiet jippermettu l-aċċess għall-ġurnalisti għall-proċessi u jistieden lill-qrati jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom online u jwieġbu għat-talbiet tal-libertà tal-informazzjoni fil-ħin;
40. Jopponi bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex jiġu stabbiliti istituzzjonijiet paralleli fil-livell tal-entità, li jimmina l-ordni kostituzzjonali u legali; jikkundanna, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni mill-ġdid tal-Liġi tal-entità tar-Repubblika Srpska dwar il-Proprjetà Immobbli Użata għall-funzjonament tal-Awtorità Pubblika, preċedentement annullata mill-Qorti Kostituzzjonali u sospiża darbtejn mir-Rappreżentant Għoli; jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tal-OHR u jtenni t-talba biex il-leġiżlazzjoni tal-entitajiet tiġi allinjata mas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali; jistieden lill-entità tar-Repubblika Srpska tirtira u tirrevoka minnufih il-liġijiet li jsostnu l-proprjetà tal-istat, u twaqqaf ir-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-assi tal-Istat bħala proprjetà tar-Repubblika Srpska mingħajr dewmien; jikkundanna bil-qawwa l-vot tal-Assemblea Nazzjonali tal-entità tar-Repubblika Srpska bil-għan li jiġi stabbilit HJPC separat, kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha li jikkontestaw il-ħidma tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, filwaqt li jitolbu li d-deċiżjonijiet finali u vinkolanti tagħha ma jiġux rispettati u l-imblukkar tal-ħidma tagħha, kif ukoll jitolbu li mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali jirriżenja;
41. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar in-nuqqas ta’ progress fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni mifruxa u s-sinjali dejjem jiżdiedu ta’ manipulazzjoni tal-Istat, indħil politiku u ostruzzjoni, pressjoni u intimidazzjoni; jappella għall-użu trasparenti tal-assistenza finanzjarja tal-UE; itenni l-ħtieġa li jiġu investigati r-rabtiet politiċi u amministrattivi mal-kriminalità organizzata; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kundanni finali għal każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, li jirriskja li jrawwem kultura ta’ impunità; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iwettqu proċeduri kriminali f’waqthom u jżidu l-isforzi biex iħarrku b’mod effettiv u jaslu għal deċiżjonijiet finali f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli;
42. Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tadotta liġijiet dwar il-kunflitt ta’ interess u strateġija kontra l-korruzzjoni, u tinforza r-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess u l-lobbying fil-livelli amministrattivi kollha, flimkien ma’ protezzjoni aktar b’saħħitha għall-informaturi, f’konformità mal-istandards tal-UE, u tiżgura l-implimentazzjoni tal-liġijiet eżistenti minn istituzzjonijiet indipendenti;
43. Jappella għal aktar riżorsi u kompetenzi għall-istrutturi kontra l-korruzzjoni, inkluż l-involviment attiv tagħhom fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), kif ukoll l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ integrità għal dawn l-istrutturi; jiġbed l-attenzjoni għall-valur miżjud tal-kooperazzjoni effettiva mal-pajjiż kollu u Ewropea fost l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;
44. Jilqa’ l-ħatra ta’ koordinatur nazzjonali għall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra l-Atti Kriminali u jistenna li l-kooperazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-Europol u l-Eurojust tkun funzjonali bis-sħiħ; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-iffirmar tal-Ġabra ta’ Regoli dwar l-operat tal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali/Konġunt għall-kooperazzjoni mal-Europol; jappella għal salvagwardji kontra l-indħil politiku fil-ħidma tal-pulizija;
45. Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha u tieħu azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
46. Jieħu nota pożittiva tal-passi meħuda biex jiżdied l-allinjament tal-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE, kif ukoll l-adozzjoni ta’ pjan għall-integrità u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni mill-Aġenzija għall-Akkwist Pubbliku; itenni l-ħtieġa ta’ trasparenza, kompetizzjoni u trattament ugwali fil-proċess tal-akkwist pubbliku, kif ukoll li jitnaqqas l-abbuż tar-riżorsi pubbliċi; jibqa’ mħasseb dwar il-vulnerabbiltajiet tas-settur għall-korruzzjoni u l-irregolaritajiet, u jappella għal liġi dwar l-akkwist li tindirizzahom b’mod suffiċjenti u adegwat; jitlob, għalhekk, titjib, inkluż permezz ta’ kapaċitajiet aktar b’saħħithom għall-monitoraġġ, il-ġestjoni u l-appoġġ; jappella għal leġiżlazzjoni aktar robusta u effiċjenti dwar l-użu tar-riżorsi naturali u għal aktar trasparenza u integrità, b’mod partikolari fil-qasam tal-konċessjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward ta’ diversi proġetti ewlenin ma’ kumpaniji Ċiniżi u Ungeriżi;
Ir-rikonċiljazzjoni, il-kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien;
47. Jafferma mill-ġdid is-sinifikat tar-rikonċiljazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koeżistenza paċifika ġenwini fil-Bożnija-Ħerzegovina u jistieden lill-awtoritajiet kollha jippromwovu u jiżguraw b’mod attiv l-aċċess għall-verità, il-ġustizzja u r-riparazzjonijiet mhux selettivi; jilqa’ l-inizjattivi fil-livell lokali li jikkommemoraw il-vittmi ċivili tal-gwerra, it-tlestija tal-monument fid-Distrett ta’ Brčko u d-deċiżjoni tal-OHR li jemenda l-Liġi dwar iċ-Ċentru tal-Mafkar u ċ-Ċimiterju ta’ Srebrenica-Potočari għall-Vittmi tal-Ġenoċidju tal-1995, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma taċ-Ċentru tal-Mafkar;
48. Jistieden lill-mexxejja politiċi u reliġjużi fil-Bożnija-Ħerzegovina jaħdmu favur il-promozzjoni tal-unità, l-inklużività, ir-rikonċiljazzjoni u l-paċi; jikkundanna r-retorika xewwiexa u bellikuża kollha li tħeġġeġ it-tensjonijiet u d-diviżjonijiet fis-soċjetà tal-Bożnija-Ħerzegovina;
49. Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mas-superstiti kollha tad-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità, il-ġenoċidju, it-tindif etniku, l-ispostament, l-għajbien, il-qtil, it-tortura u l-attakk sesswali, u mal-familji tagħhom; Jikkundanna bil-qawwa r-reviżjoniżmu storiku kollu, inklużi ċ-ċaħda tal-ġenoċidju, il-glorifikazzjoni tad-delitti tal-gwerra u tal-kriminali tal-gwerra, u l-kontestazzjoni ta’ fatti u tribunali stabbiliti, notevolment mill-mexxejja politiċi, kif ukoll it-twettiq ta’ valdaliżmu fuq is-siti ta’ tifkira; jissottolinja li tali atti u retorika huma inaċċettabbli u jmorru kontra l-valuri tal-UE; jappella għall-prosekuzzjoni effettiva ta’ tali każijiet; jiddispjaċih li ma nbeda l-ebda proċediment kriminali u li l-ebda awtur ma tressaq quddiem il-ġustizzja, wara l-emendi introdotti fil-Kodiċi Penali fl-2021 mill-ex Rappreżentant Għoli Valentin Inzko li kkriminalizza dawn l-atti;
50. Jikkundanna, b’mod partikolari, il-projbizzjoni ta’ mixja li tikkommemora l-vittmi tal-massakru fi Prijedor mill-forzi tas-sigurtà tal-entità tar-Repubblika Srpska; jikkundanna bil-qawwa l-attakki vjolenti fil-25 ta’ Marzu 2023 kontra żewġ persuni rimpatrijati lejn Višegrad u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Srpska jinvestigaw dawn il-każijiet u jżommu responsabbli lill-awturi tar-reati;
51. Jinsab ixxukkjat bir-rimarki li saru mill-kriminal tal-gwerra li nstab ħati Dario Kordić, li ma wera l-ebda sinjal ta’ rimors u qal li “jerġa’ jagħmel dan” b’referenza għad-delitti li għalihom ġie kkundannat, inkluż it-tindif etniku fil-Wied ta’ Lašva; jitlob lill-forzi politiċi kollha, b’mod partikolari l-membri tal-gvern fil-Bożnija-Ħerzegovina, biex jikkundannaw din id-dikjarazzjoni u jitbiegħdu b’mod ċar minnha; jitlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu azzjoni legali xierqa;
52. Jinnota b’mod pożittiv it-tnaqqis kontinwu fil-kawżi pendenti ta’ delitti tal-gwerra, iżda jiddispjaċih li r-ritmu baqa’ baxx, u dan ixekkel l-għan strateġiku li jissolvew il-każijiet kollha; jitlob, għalhekk, li jitħaffu l-proċedimenti kriminali f’każijiet ta’ delitti tal-gwerra; jinnota l-limitazzjonijiet persistenti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja reġjonali f’dan ir-rigward; jinsab imħasseb ukoll dwar il-fatt li xi kriminali tal-gwerra kkundannati fil-qrati tal-Bożnija-Ħerzegovina jaħarbu mill-ġustizzja minħabba ċittadinanza doppja u residenza fi stati oħra;
53. Jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ipproċessar tad-Delitti tal-Gwerra riveduta, b’mod partikolari permezz ta’ diviżjoni adegwata tal-każijiet bejn l-uffiċċji tal-prosekuturi, filwaqt li tingħata prijorità fil-livell tal-istat lill-aktar każijiet kumplessi; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw strateġija ġdida għall-perjodu ta’ wara l-2023;
54. Jappella għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni bil-għan li tiggarantixxi firxa wiesgħa ta’ drittijiet għall-vittmi ċivili tal-gwerra; jinnota b’mod pożittiv l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-Vittmi Ċivili tal-Gwerra fid-Distrett ta’ Brčko u fil-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, li kemm tirrikonoxxi kif ukoll tagħti d-drittijiet lit-tfal; iħeġġeġ lill-entità tar-Repubblika Srpska tadotta leġiżlazzjoni f’dan ir-rigward;
55. Jistieden lill-awtoritajiet statali jadottaw liġi dwar il-vittmi tat-tortura matul il-gwerra; jappella għall-appoġġ għall-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-prattiki fil-Bożnija-Ħerzegovina, bil-għan li tingħata assistenza lis-superstiti tal-vjolenza sesswali matul il-gwerra flimkien ma’ atturi li issa qed jaħdmu mas-superstiti tal-vjolenza sesswali fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata fl-Ukrajna;
56. Jappella biex isiru aktar sforzi dwar il-kwistjoni tal-persuni nieqsa, inkluża l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-istabbiliment ta’ fond li jappoġġja lill-familji tagħhom; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet fir-reġjun kollu jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni;
57. Jenfasizza li ma sarx biżżejjed progress fl-implimentazzjoni tal-Anness VII tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton dwar ir-rifuġjati, il-persuni spostati internament u l-persuni rimpatrijati; itenni l-appell tiegħu għal miżuri addizzjonali u programmi konkreti dwar ir-ritorn sostenibbli, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-impjiegi, il-protezzjoni soċjali u l-edukazzjoni, u r-rispett sħiħ għad-drittijiet tagħhom;
58. Jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva kontinwata tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-kooperazzjoni reġjonali; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni reġjonali fil-promozzjoni tal-istabilità, il-prosperità u l-integrazzjoni; jenfasizza l-importanza ta’ inizjattivi reġjonali inklużivi bħas-Suq Reġjonali Komuni, kif ukoll inizjattivi diġà eżistenti bħall-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, l-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali (CEI), l-EUSAIR u l-Proċess ta’ Berlin, u jappella għal sinerġiji bejniethom;
59. Jilqa’ il-ftehimiet riċenti fil-kuntest tal-Proċess ta’ Berlin dwar il-Libertà tal-Moviment bil-Karti tal-Identità, dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki tal-Edukazzjoni Għolja, u dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali għat-Tobba tal-Mediċina, Dentisti u Arkitetti, u jappella sabiex jiġu rratifikati malajr. iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina ssaħħaħ l-involviment tagħha mal-pajjiżi ġirien u tippermetti malajr vjaġġar mingħajr viża bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo;
60. Jilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent dwar il-Kostijiet tar-Roaming; f’dan il-kuntest, jistieden lill-awtoritajiet, lill-atturi privati u lill-partijiet ikkonċernati kollha jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri miftiehma biex jinkiseb tnaqqis sostanzjali tat-tariffi tar-roaming għad-data mill-1 ta’ Ottubru 2023 u aktar tnaqqis li jwassal għal prezzijiet qrib il-prezzijiet domestiċi sal-2027;
61. Jilqa’ t-tħejjijiet mill-Kunsill tal-Ministri għas-Summit Diġitali tal-Balkani tal-Punent, li se jsir f’Sarajevo fit-2 ta’ Ottubru 2023;
Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem
62. Jenfasizza r-rwol vitali tal-media indipendenti għat-twassil ta’ informazzjoni preċiża, f’waqtha u trasparenti; jikkundanna bil-qawwa l-attakki u t-theddid, il-kampanji ta’ malafama, l-insulti, l-intimidazzjoni u l-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP) kontra l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media, anki minn politiċi u personalitajiet pubbliċi, inklużi l-attakki reċenti fuq il-ġurnalisti Aleksandar Trifunović u Nikola Morača, u minn kumpaniji privati; jinsisti li jingħata segwitu ġudizzjarju xieraq, sistematiku u effettiv u li l-ġurnalisti jiġu protetti, inkluż permezz ta’ saff speċjali ta’ protezzjoni fil-kodiċi kriminali u kapaċitajiet imtejba tal-prosekuturi u l-imħallfin; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata t-trasparenza tas-sjieda tal-media u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tax-xandir pubbliku; jistieden lill-UE żżid l-appoġġ finanzjarju u tekniku tagħha għal taħriġ medjatiku u ġurnalistiku ta’ kwalità, b’mod partikolari għall-media investigattiva u indipendenti;
63. Jinsab imħasseb ħafna dwar l-introduzzjoni u l-kunsiderazzjoni parlamentari tal-emendi għall-kodiċi kriminali tal-entità tar-Repubblika Srpska li jintroduċu mill-ġdid pieni kriminali għall-malafama; iħeġġeġ lill-entità tar-Repubblika Srpska tirtira l-emendi u tiżgura l-protezzjoni sħiħa tal-libertà tal-espressjoni u tal-media;
64. Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza adegwata ta’ gruppi minoritarji u vulnerabbli fil-media pubblika, kif ukoll il-pluraliżmu tal-media, ir-rappreżentanza tal-komunitajiet u l-kulturi kollha, u d-disponibbiltà tal-kontenut fil-lingwi uffiċjali kollha;
65. Jilqa’ l-fatt li l-film “Quo Vadis, Aida?” irċieva l-Premju LUX tal-Udjenza 2022 tal-Parlament Ewropew u l-European Film Academy; jinsab imħasseb, madankollu, li x-xandar pubbliku tar-Repubblika Srpska rrifjuta li jxandar dan il-film dwar il-ġenoċidju ta’ Srebrenica; jikkundanna l-finanzjament pubbliku minn xi muniċipalitajiet tar-Repubblika Srpska tal-film reviżjonista ta’ propaganda “Republika Srpska: The Struggle for Freedom” (Repubblika Srpska: Il-Ġlieda għal-Libertà);
66. Jikkundanna l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, segregazzjoni, vjolenza u diskors ta’ mibegħda kontra n-nisa, il-minoranzi, inklużi l-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTIQ+, il-persuni b’diżabilità, ir-rifuġjati, il-persuni spostati u l-persuni li jiċċaqilqu, u jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiżgura l-protezzjoni u l-libertajiet fundamentali tagħhom; iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta’ aċċess effettiv għal rimedji legali u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet bħal dawn mingħajr dewmien; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tissalvagwardja u tippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi kollha fil-pajjiż kollu, inkluż id-dritt tagħhom li jipparteċipaw f’elezzjonijiet demokratiċi; ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-indipendenza u l-effikaċja tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem; jappella għall-applikazzjoni effettiva tal-politiki kontra d-diskriminazzjoni u dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jiġbru data statistika dwar ir-reati ta’ mibegħda kkategorizzati skont il-motivazzjoni;
67. Jinnota s-sottorappreżentanza tan-nisa fil-politika, fil-ħajja pubblika u fil-gradi għoljin tas-servizzi tas-sigurtà, u li l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneru mhumiex qed jitwettqu kif meħtieġ mil-liġi; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tal-ħajja pubblika u privata; jappella għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u l-istabbiliment ta’ strateġiji rilevanti; jikkundanna l-inċidenti f’Banja Luka waqt il-Jum Internazzjonali tan-Nisa; jikkundanna bil-qawwa r-rati dejjem jiżdiedu tal-femminiċidju u jħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina ttejjeb l-isforzi għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa kif ukoll ir-rispons istituzzjonali għall-vjolenza sesswali u sessista, tiġbor data dwar il-femminiċidji, iżżid u ttejjeb l-aċċess għall-appoġġ għall-vittmi, l-għajnuna legali u l-akkomodazzjoni sikura, u tistabbilixxi ċentri ta’ kriżi għall-vittmi tal-vjolenza sesswali; itenni li l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tħaffef il-prosekuzzjoni tad-delitti ta’ vjolenza sesswali, tipprovdi kumpens lin-nisa vittmi ta’ delitti tal-gwerra u tiżgura l-protezzjoni tax-xhieda;
68. Jilqa’ s-suċċess tat-tielet Pride tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-2022, iżda jiddispjaċih li dan l-avveniment għadu qed jiffaċċja ostakli amministrattivi u diskriminazzjoni; jilqa’ l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni LGBTI għall-Bożnija-Ħerzegovina 2021-2024 u l-istabbiliment ta’ punt fokali inkarigat mis-sorveljanza tar-reati ta’ mibegħda kontra l-LGBTIQ+ fl-Uffiċċji tal-Prosekuturi tal-Cantons; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tieħu passi prattiċi biex tippromwovi l-inklużjoni u l-prevenzjoni tal-vjolenza kontra l-komunità LGBTIQ+, inkluż billi żżid l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru mad-dispożizzjonijiet dwar ir-reati ta’ mibegħda fil-kodiċijiet kriminali;
69. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ostakli politiċi għal-libertà tal-għaqda għall-attivisti LGBTIQ+ u l-inċitament għall-vjolenza minn ċerti politiċi; jiddenunzja l-projbizzjoni ta’ laqgħa pubblika f’Banja Luka b’solidarjetà mal-attivisti, il-ġurnalisti u l-persuni LGBTIQ+; jikkundanna bil-qawwa l-attakki vjolenti sussegwenti u l-pressjoni fuq ġurnalisti u attivisti f’Banja Luka, kif ukoll l-azzjoni insuffiċjenti tal-pulizija biex dan jiġi evitat; jikkundanna wkoll il-pjanijiet tat-tmexxija tal-entità tar-Repubblika Srpska li tintroduċi liġi ġdida li tipprojbixxi lil persuni LGBTIQ+ mill-istituzzjonijiet edukattivi;
70. Jappella sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranza Rom, inkluż l-aċċess tagħhom għas-servizzi pubbliċi, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa; jikkundanna s-segregazzjoni u d-diskriminazzjoni li għaddejjin kontrihom, b’mod partikolari kontra t-tfal Rom fl-edukazzjoni; jenfasizza l-faqar sproporzjonat tal-persuni Rom; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni tar-Rom;
71. Jinnota li l-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari t-tfal, huma wieħed mill-aktar gruppi emarġinati fil-Bożnija-Ħerzegovina; itenni l-appell tiegħu lill-Bożnija-Ħerzegovina biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom, tiżviluppa u tadotta strateġija dwar id-deistituzzjonalizzazzjoni, li tagħti lill-persuni b’diżabilità ħajja dinjituża, f’konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, li l-Bożnija-Ħerzegovina hija firmatarja tagħha; jissottolinja l-ħtieġa ta’ aċċess ugwali għall-appoġġ; jiddispjaċih għall-fatt li ħafna tfal b’diżabilità għadhom jitqiegħdu f’istituzzjonijiet;
72. Jistieden lill-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-entità tar-Repubblika Srpska u lid-Distrett ta’ Brčko jabbozzaw liġi bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent legali tal-ġeneru bbażat fuq l-awtodeterminazzjoni, f’konformità mal-prattika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-reviżjoni tal-ICD-11 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2022, u li tiddepatoloġizza l-identitajiet trans fl-oqsma kollha tal-ħajja;
73. Jilqa’ l-progress fl-elaborazzjoni ta’ liġi fil-livell Federali li tagħti lill-koppji tal-istess sess aċċess għad-drittijiet ta’ sħubija ċivili; jinkoraġġixxi lill-gvern jabbozza din il-liġi mingħajr dewmien; jistieden lill-entità tar-Repubblika Srpska u lid-Distrett ta’ Brčko jibdew ukoll proċessi għall-abbozzar ta’ soluzzjonijiet leġiżlattivi għar-rikonoxximent ta’ sħubijiet bejn persuni tal-istess sess, sabiex il-koppji tal-istess sess jingħataw trattament ugwali fil-pajjiż kollu;
74. Jissottolinja l-importanza ta’ edukazzjoni mhux diskriminatorja, inklużiva u ta’ kwalità, inkluż billi l-kurrikuli jsiru aktar inklużivi, filwaqt li titqies id-diversità kulturali u lingwistika, jiġi eliminat il-kontenut kontrofattwali li jippromwovi d-diviżjoni, u jitrawwem il-ħsieb kritiku; itenni t-talba tiegħu biex b’urġenza tintemm il-prattika diskriminatorja li għaddejja ta’ “żewġ skejjel taħt saqaf wieħed”, f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-qorti; jirrakkomanda bil-qawwa l-inkorporazzjoni tar-rikonċiljazzjoni fil-proċess edukattiv; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tnaqqas l-ostakli amministrattivi għall-istudenti li jixtiequ jkomplu l-edukazzjoni tagħhom f’canton jew f’entità oħra;
75. Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili fit-titjib tar-reżiljenza tas-soċjetajiet demokratiċi u fil-proċessi ta’ riforma; jappoġġja l-parteċipazzjoni aktar intensa taċ-ċittadini f’fora li jsawru l-politiki, bħall-assemblea taċ-ċittadini mal-pajjiż kollu fil-Bożnija-Ħerzegovina, u jieħu nota sewwa tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tagħha; jistieden lill-awtoritajiet irawmu ambjent favorevoli għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, u li b’mod sistematiku jikkundannaw u jiftħu proċeduri l-qorti kontra t-theddid, il-fastidji, l-attakki u l-intimidazzjonijiet kollha, inklużi minn persuni politiċi u personalitajiet pubbliċi, u għall-iSLAPPs kontra dawn id-difensuri u l-attivisti; jappella għal djalogu attiv u miftuħ mas-soċjetà ċivili u għall-involviment tagħha fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE;
76. Jappella sabiex jissaħħu l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-espressjoni, inkluż billi l-liġijiet jinġiebu f’konformità mal-istandards Ewropej u internazzjonali; jikkundanna d-deċiżjoni tal-gvern tal-entità tar-Repubblika Srpska li jadotta Abbozz ta’ Liġi dwar l-NGOs, li għandu l-għan li jnaqqas l-ispazju u l-attività tas-soċjetà ċivili u li jirriskja li jikkriminalizza l-ħidma ta’ ħafna mill-organizzazzjonijiet tagħha, filwaqt li jsemmi lil dawk li jirċievu finanzjament internazzjonali bħala aġenti barranin; iħeġġeġ lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Srpska biex ma tadottax din il-leġiżlazzjoni;
77. Itenni l-ħtieġa ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-ażil ibbażata fuq is-solidarjetà li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali, inkluż fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, u distribuzzjoni xierqa, dinjituża u ġusta tal-kapaċitajiet ta’ akkoljenza madwar il-pajjiż, bl-inklużjoni effettiva tal-atturi tas-soċjetà ċivili fir-rispons ta’ akkoljenza sabiex jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ; jinnota l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien tal-UE; jissottolinja l-prinċipju ta’ non-refoulement u l-projbizzjoni ta’ trattament inuman fir-ritorni; jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi biex tittejjeb il-koordinazzjoni fil-livell lokali u internazzjonali; jilqa’ l-ftuħ tan-negozjati dwar il-ftehim ta’ status imtejjeb tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u jappella għall-konklużjoni f’waqtha tiegħu sabiex jiġu ffaċilitati l-protezzjoni u l-ġestjoni aħjar tal-fruntieri tagħha, f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-istandards internazzjonali; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet persistenti fil-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri, minkejja l-appoġġ finanzjarju sinifikanti tal-UE lill-Bożnija-Ħerzegovina, u jappella għal żieda fil-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet; jesprimi tħassib serju dwar rapporti ta’ pushbacks vjolenti fil-Bożnija-Ħerzegovina; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu t-trasparenza fl-allokazzjoni u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE f’ dan il-qasam kif ukoll l-iskrutinju tagħhom, b’mod partikolari l-fondi implimentati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni; jinsab imħasseb dwar ir-rapporti ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza insuffiċjenti fiċ-ċentru ffinanzjat mill-UE f’Lipa;
78. Jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil għall-perjodu 2021-2025 u jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tadotta malajr il-pjan ta’ azzjoni relatat; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina ttejjeb il-ħeffa, it-tul u l-kwalità tal-proċeduri tal-ażil u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u s-sikurezza fiċ-ċentri ta’ akkoljenza temporanji;
79. Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina żżid l-isforzi tagħha kontra l-kriminalità transfruntiera, b’mod partikolari t-traffikar tal-bnedmin u ta’ armi illeċiti; jissottolinja l-ħtieġa li jittejbu t-taħriġ u l-kapaċitajiet tal-Pulizija tal-Fruntieri u jieħu nota tal-allokazzjoni mill-Kummissjoni ta’ EUR 5 miljun tal-fondi tal-IPA III fl-2022 għal dan l-għan;
80. Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tallinja ruħha bis-sħiħ mal-politika tal-UE dwar il-viżi sabiex tiżgura ambjent ta’ migrazzjoni u ta’ sigurtà mmaniġġjat tajjeb;
Riformi soċjoekonomiċi
81. Jilqa’ l-adozzjoni ta’ strateġija għar-riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika fil-livelli kollha tal-gvern, il-Programm ta’ Riformi Ekonomiċi għall-2023-2025, l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Baġit u d-Dokument ta’ Qafas tal-Baġit għall-perjodu 2023-2025, u jappella għall-implimentazzjoni bir-reqqa tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jistabbilixxu sistemi effettivi ta’ kontroll intern, trasparenza baġitarja u miżuri baġitarji sostenibbli għall-istituzzjonijiet tal-istat; jirrikonoxxi t-tkomplija pożittiva tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell tal-istat u jilqa’ t-titjib fil-prospetti ta’ kreditu sovran tal-Bożnija-Ħerzegovina, wara l-formazzjoni f’waqtha ta’ gvern ġdid fil-livell tal-istat u l-għoti ta’ status ta’ kandidat;
82. Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tipprijoritizza miżuri mmirati biex jindirizzaw il-faqar, l-inugwaljanza u l-protezzjoni soċjali, itejbu l-kompetittività u l-ambjent tan-negozju, kif ukoll il-koeżjoni ekonomika u soċjali, jagħtu spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika u jġibu l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-VAT u tad-dazji tas-sisa f’konformità ma’ dik tal-UE; iħeġġeġ ukoll lill-Bożnija-Ħerzegovina tippromwovi t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, tindirizza l-ekonomija informali u taffronta l-qgħad u l-faqar, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, in-nisa u l-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħall-abitanti taż-żoni rurali, ir-Rom, it-tfal u l-anzjani; jappella biex jiġi stabbilit qafas istituzzjonali u regolatorju adegwat, inkluż it-twaqqif ta’ istituzzjonijiet superviżorji, u biex ikun hemm governanza aħjar u depolitiċizzata fis-settur pubbliku;
83. Jappella b’urġenza għal miżuri biex jiġi indirizzat il-grad għoli kontinwu ta’ eżodu ta’ mħuħ; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza l-kwistjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki u programmi li jippromwovu l-impjiegi u l-intraprenditorija; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata l-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent, kif ukoll l-importanza tal-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku, u jħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tinvesti fl-edukazzjoni u t-taħriġ;
84. Jilqa’ l-assoċjazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina ma’ Orizzont Ewropa u l-adozzjoni tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027; jilqa’ l-Appoġġ tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Saħħa fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’valur ta’ EUR 10 miljun, u l-appoġġ tal-UE għat-tisħiħ tas-settur tas-saħħa tal-Bożnija-Ħerzegovina permezz tal-proġett “EU4Health”; jilqa’ s-sħubija sħiħa tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u jfaħħar lill-awtoritajiet u liċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-appoġġ fil-pront tagħhom lill-popli tat-Turkija u tas-Sirja wara t-terremot tas-6 ta’ Frar 2023;
L-enerġija, l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u l-konnettività
85. Jilqa’ l-pakkett ta’ appoġġ għall-enerġija tal-Kummissjoni ta’ EUR 1 biljun f’għotjiet tal-UE għall-Balkani tal-Punent biex jgħinhom jegħlbu l-kriżi tal-enerġija, inkluż appoġġ baġitarju immedjat ta’ EUR 70 miljun lill-Bożnija-Ħerzegovina, li jipprovdi assistenza lill-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli fil-mitigazzjoni tal-effetti taż-żieda fil-prezzijiet u li jappoġġa l-effiċjenza enerġetika fis-setturi residenzjali u tan-negozju; jissottolinja li l-fondi ta’ emerġenza jridu jiġu allokati biex jappoġġaw lill-Bożnija-Ħerzegovina fi triqtha lejn sistema effiċjenti fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, f’konformità mar-REpowerEU; jirrakkomanda li tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fis-suq Ewropew tal-enerġija, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza enerġetika fuq ir-Russja, b’segwitu tal-bidu tal-invażjoni fuq skala kbira u l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; jilqa’ l-inizjattiva Global Gateway għal Kuritur tal-Elettriku Trans-Balkan u jappella għall-implimentazzjoni rapida tagħha;
86. Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tiffinalizza u tadotta pjan għall-enerġija u l-klima ambizzjuż, kredibbli u koeżiv għall-2021-2030; itenni l-ħtieġa li tadotta l-leġiżlazzjoni meħtieġa dwar il-gass, l-elettriku, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, f’konformità mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent, il-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa u standards u objettivi ta’ politika oħra tal-UE dwar il-protezzjoni tal-klima u l-enerġija, u li tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa tal-liġijiet fil-livell tal-istat sabiex jinkiseb suq tal-enerġija funzjonali;
87. Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ malajr id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, f’konformità mal-impenji tal-pajjiż favur id-dekarbonizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tevita u twaqqaf proġetti f’setturi strateġiċi, inkluża l-infrastruttura tal-enerġija, li jżidu d-dipendenza tal-pajjiż fuq ir-Russja u ċ-Ċina; jilqa’ t-tħabbira tal-gvern Federali tal-Bożnija-Ħerzegovina li jirrifjuta proposta għal sottokuntrattur Ċiniż alternattiv għall-impjant tal-enerġija propost ta’ Tuzla 7 li jaħdem bil-faħam;
88. Jilqa’ l-għażla ta’ Sarajevo li tipparteċipa fil-Missjoni tal-UE għal 100 belt newtrali għall-klima u intelliġenti sal-2030, li se tirċievi EUR 360 miljun ta’ finanzjament minn Orizzont Ewropa li jkopru l-perjodu 2022-2023;
89. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jaċċelleraw l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-qafas tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent, li jippermettu lill-pajjiż inaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili, filwaqt li jippromwovu t-triq lejn id-dekarbonizzazzjoni u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Ekoloġika; jissottolinja li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-konnettività sostenibbli jirrappreżentaw fattur xprunatur għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali u għall-integrazzjoni mal-UE;
90. Jinkoraġġixxi lill-gvernijiet tal-entitajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jżidu t-trasparenza permezz tal-parteċipazzjoni u konsultazzjoni pubblika mal-komunitajiet lokali, l-esperti xjentifiċi u s-settur ċivili meta jippjanaw proġetti; jissottolinja l-ħtieġa li jittejbu l-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi komprensivi ex ante u li jkun hemm allinjament mad-dispożizzjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali; jenfasizza l-importanza tal-użu trasparenti u effiċjenti tal-investimenti;
91. Jinnota l-iżviluppi pożittivi fil-protezzjoni ambjentali u jfaħħar il-ħidma tal-organizzazzjonijiet ambjentali lokali u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina żżid l-integrazzjoni tal-perspettiva ambjentali f’politiki settorjali differenti u tagħti spinta lill-prosekuzzjoni tar-reati ambjentali; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi applikazzjoni stretta tal-liġijiet u tal-miżuri għall-protezzjoni ambjentali biex tipprevjeni u tnaqqas l-impatt tar-riċerka fil-minjieri u tal-operazzjonijiet tal-minjieri fuq l-ambjent; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina żżid l-għadd u d-daqs taż-żoni naturali protetti u żżomm l-integrità tal-parks nazzjonali eżistenti u żoni protetti oħra;
92. Jinsab ferm allarmat bit-tniġġis fix-xmajjar; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jindirizzaw il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, jipproteġu x-xmajjar tagħha, inkluż mill-impatt dannuż tal-impjanti idroelettriċi żgħar, ikomplu jallinjaw ruħhom mal-acquis tal-UE dwar il-kwalità tal-ilma u l-protezzjoni tan-natura, u jtejbu b’mod konsiderevoli l-ġestjoni tal-iskart, inkluż billi jadottaw strateġija mal-pajjiż kollu b’attenzjoni partikolari għall-effiċjenza fir-riżorsi u għall-miżuri tal-ekonomija ċirkolari;
93. Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tibda programmi effettivi ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-arja fil-bliet tal-Bożnija-Ħerzegovina li huma mniġġsa ħafna, b’mod partikolari f’Sarajevo; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Ministri ta’ inizjattiva li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u ta’ gassijiet serra fit-tisħin ta’ bini residenzjali u fit-traffiku; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tnaqqas ukoll it-tniġġis transfruntier tal-arja;
94. Jinnota li l-Bożnija-Ħerzegovina jeħtieġ li tagħmel sforzi addizzjonali biex tkompli tallinja ruħha mal-acquis tal-UE u timplimentah b’mod effettiv fl-oqsma kollha tat-trasport; jissottolinja l-ħtieġa li jittejbu l-armonizzazzjoni u l-konnettività interna u reġjonali; ifakkar fil-ħtieġa ta’ miżuri ta’ riforma tal-konnettività u ta’ allinjament man-Network Trans-Ewropew tat-Trasport u n-Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija; jilqa’ l-investimenti Ewropej fl-infrastruttura tat-toroq u tal-ferroviji fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-Kuritur Vc, li se jtejjeb l-iskambju ekonomiku u l-konnettività fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent;
o o o
95. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, tar-Repubblika Srpska u d-Distrett ta’ Brčko, lill-gvernijiet tal-għaxar cantons kif ukoll lill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/450 tat-18 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 91, 18.3.2022, p. 22).
Rapport tal-Kummissjoni tal-2022 dwar l-Albanija
191k
67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2022 dwar l-Albanija (2022/2199(INI))
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 u l-Aġenda ta’ Salonka għall-Balkani tal-Punent,
– wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Albanija biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, imressqa fit-28 ta’ April 2009,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Albanija biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0680),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta’ Ġunju 2014, inkluża d-deċiżjoni li l-Albanija tingħata l-istatus ta’ kandidat għall-adeżjoni mal-UE,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2020 biex jinbdew in-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija,
– wara li kkunsidra l-eżiti tal-ewwel konferenza intergovernattiva mal-Albanija tad-19 ta’ Lulju 2022, b’mod partikolari l-bidu ta’ negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2018 u tas-17 u t-18 ta’ Ottubru 2019,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2019, tal-25 ta’ Marzu 2020, tal-14 ta’ Diċembru 2021 u tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar it-tkabbir u l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni,
– wara li kkunsidra l-eżiti tal-Proċess ta’ Berlin, li ġie varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni - Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar is-Suq Reġjonali Komuni tad-9 ta’ Novembru 2020 u d-Dikjarazzjoni dwar l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent tas-Summit ta’ Sofija tal-10 ta’ Novembru 2020,
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Guidelines for the Implementation of the Green Agenda for the Western Balkans” (Linji Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent) (SWD(2020)0223),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li saru f’Sofija fis-17 ta’ Mejju 2018, f’Zagreb fis-6 ta’ Mejju 2020, f’Brdo pri Kranju fis-6 ta’ Ottubru 2021 u f’Tirana fis-6 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2022)0528),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Albania 2022 Report” (Rapport 2022 dwar l-Albanija) (SWD(2022)0332),
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Beyond Definitions: a call for action against hate speech in Albania – a comprehensive study” (Lil hinn mid-definizzjonijiet: sejħa għal azzjoni kontra d-diskors ta’ mibegħda fl-Albanija – studju komprensiv),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-14 ta’ Diċembru 2021 dwar l-estensjoni tal-mandat tal-korpi ta’ tranżizzjoni inkarigati mill-evalwazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-prosekuturi,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tas-26 ta’ Lulju 2021 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE bit-titolu “Republic of Albania – Parliamentary Elections, 25 April 2021 – ODIHR Limited Election Observation Mission Final Report” (Repubblika tal-Albanija – Elezzjonijiet Parlamentari, 25 ta’ April 2021 – Rapport Finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali Limitata tal-ODIHR),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Konġunta tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-OSKE/ODIHR tal-11 ta’ Diċembru 2020 dwar l-emendi tat-30 ta’ Lulju 2020 għall-Kostituzzjoni tal-Albanija u tal-5 ta’ Ottubru 2020 għall-Kodiċi Elettorali,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet l-oħra kollha tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-Albanija,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar is-Sigurtà tal-Enerġija u t-Tranżizzjoni Ekoloġika fil-Balkani tal-Punent u l-ftehimiet dwar il-libertà tal-moviment u r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u tal-edukazzjoni għolja tad-disa’ Summit tal-Proċess ta’ Berlin għall-Balkani tal-Punent tat-3 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 01/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “L-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent: Minkejja l-isforzi li saru, jippersistu problemi fundamentali”,
– wara li kkunsidra l-arranġament ta’ ħidma tal-4 ta’ Lulju 2022 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Albanija,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025” (COM(2021)0170),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar” (COM(2020)0608),
– wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2022 ta’ Transparency International, li jikklassifika l-Albanija fil-101 post minn total ta’ 180 pajjiż,
– wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2022 ta’ Reporters Mingħajr Fruntieri li jikklassifika lill-Albanija fil-103 post minn total ta’ 180 pajjiż,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-ftuħ ta’ negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni(5),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-tieni Summit bejn il-Parlament Ewropew u l-iSpeakers tal-Balkani tal-Punent tat-28 ta’ Ġunju 2021,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0204/2023),
A. billi t-tkabbir ibbażat fuq ir-regoli u l-valuri huwa storikament l-aktar strument effikaċi tal-politika barranija tal-UE filwaqt li jirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-paċi, id-demokrazija, l-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul fil-kontinent kollu;
B. billi l-integrazzjoni Ewropea tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri fundamentali tar-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni; billi iħeġġeġ li jkun hemm riformi fundamentali u jistimula t-tkabbir ekonomiku u l-kooperazzjoni reġjonali;
C. billi dewmien ripetut fil-proċess ta’ adeżjoni jirriskja li jdgħajjef l-appoġġ taċ-ċittadini għall-adeżjoni mal-UE;
D. billi kull pajjiż għandu jiġi evalwat fuq il-merti tiegħu stess u billi l-proċess ta’ adeżjoni bbażat fuq il-kundizjonalità m’għandux jintuża b’mod ħażin biex jissolva tilwim bilaterali;
E. billi l-UE hija komunità ta’ diversità kulturali u lingwistika, ibbażata fuq is-solidarjetà u r-rispett reċiproku fost il-popli tagħha;
F. billi l-indħil barrani malizzjuż dirett u bi prokura u d-diżinformazzjoni għandhom l-għan li jiżirgħu n-nuqqas ta’ qbil, jipprovokaw t-tensjonijiet u l-vjolenza, u jiddestabbilizzaw ir-reġjun kollu;
G. billi l-futur tal-Albanija u ċ-ċittadini tagħha jinsab fi ħdan l-Unjoni Ewropea;
H. billi l-prospett tas-sħubija tal-Albanija abbażi tal-mertu huwa fl-interess politiku, tas-sigurtà u dak ekonomiku tal-UE;
I. billi l-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ li tappoġġa l-għażla strateġika tal-Albanija għas-sħubija fl-UE, li tirrappreżenta l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Albaniżi lejn id-demokrazija u l-prosperità;
J. billi l-Albanija hija sieħba affidabbli fil-qasam tal-politika barranija, inkluż permezz tal-involviment attiv tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u fin-NATO; billi l-pajjiż jibqa’ alleat ġeopolitiku importanti u sieħeb affidabbli, bis-saħħa tal-isforzi tiegħu biex javvanza l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat;
K. billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna tenfasizza l-importanza kritika tat-tkabbir tal-UE biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-istabbiltà fil-kontinent tagħna; billi dan jesponi l-ħtieġa li tiżdied ir-reżiljenza għall-gwerra ibrida u l-indħil barrani malizzjuż fil-proċessi demokratiċi, flimkien mal-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà u taċ-ċiberdifiża u li jiġu miġġielda l-ispjunaġġ u d-diżinformazzjoni;
L. billi l-ambjent ġeopolitiku li qed jinbidel skatta momentum ġdid għat-tkabbir;
M. billi l-Albanija għandha tibqa’ ffukata fuq l-aġenda ta’ riforma tal-UE;
N. billi t-trasformazzjoni demokratika, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-konformità mar-regoli, il-valuri u l-istandards tal-UE għandhom rwol ċentrali fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u huma punt ta’ riferiment ewlieni għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-adeżjoni mal-UE; billi kull pajjiż ta’ adeżjoni għandu juri riżultati robusti u irriversibbli fir-rigward tar-reżiljenza demokratika u t-trasformazzjoni soċjoekonomika tiegħu;
O. billi l-protezzjoni u l-inklużjoni ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi u gruppi vulnerabbli huma kruċjali għall-Istati Membri tal-UE aspiranti;
P. billi l-Albanija għad trid tallinja bis-sħiħ il-qafas elettorali tagħha mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR u tal-Kummissjoni ta’ Venezja;
Q. billi relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni reġjonali inklużiva huma indispensabbli għal integrazzjoni tal-UE b’suċċess;
R. billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja, l-indħil barrani malizzjuż, il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata hija kwistjoni ta’ sigurtà Ewropea; billi l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet huwa kruċjali għall-progress tal-Albanija u ta’ pajjiżi oħra tat-tkabbir lejn l-adeżjoni mal-UE, peress li jissottolinja r-rabta bejn is-sigurtà interna u dik esterna;
S. billi l-UE tibqa’ bil-bosta l-akbar sieħeb politiku, kummerċjali u ta’ investiment tal-Albanija u tal-Balkani tal-Punent kollha; billi l-UE hija l-akbar fornitur ta’ assistenza finanzjarja tar-reġjun; billi l-UE mmobilizzat appoġġ addizzjonali trasversali bla preċedent fid-dawl tal-pandemija u l-aggressjoni brutali tar-Russja kontra l-Ukrajna;
T. billi l-Albanija kienet fil-mira qawwija tad-diżinformazzjoni Russa u attakki ibridi oħra; billi l-Albanija għandha ssaħħaħ il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u ċ-ċibersigurtà tagħha, kif ukoll il-miżuri tagħha biex tindirizza d-diżinformazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija;
U. billi l-kampanji ta’ miżinformazzjoni u ta’ diżinformazzjoni organizzati minn partijiet terzi għandhom l-għan li jmaqdru lill-UE u jippreżentawha bħala sieħeb mhux affidabbli;
V. billi ċ-ċittadini Albaniżi gawdew minn vjaġġar mingħajr viża lejn iż-żona Schengen minn Diċembru 2010 u setgħu jipparteċipaw fi skambji ta’ studenti, akkademiċi u taż-żgħażagħ taħt il-programm Erasmus+ mill-2015 ’l hawn;
W. billi l-bidu tan-negozjati ta’ adeżjoni huwa rikonoxximent ċar tal-progress tal-Albanija; billi dan jimmarka fażi ġdida fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Albanija u jitolbu impenn magħqud sabiex issir it-tħejjija għas-sħubija fl-UE;
Impenn għall-adeżjoni mal-UE
1. Jilqa’ l-impenn sod, mingħajr xkiel u strateġiku tal-Albanija favur l-integrazzjoni fl-UE, li jirrifletti l-konsensus fost il-partiti politiċi u l-appoġġ prevalenti fost iċ-ċittadini;
2. Ifaħħar is-solidarjetà, id-dedikazzjoni tagħha għal relazzjonijiet tajba ta’ viċinat, il-kooperazzjoni reġjonali, l-allinjament konsistenti u sħiħ mal-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE u l-promozzjoni tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, inkluż ir-rispons ċar tagħha għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, bl-adozzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u l-Belarussja; ifaħħar l-impenn tal-Albanija favur il-multilateraliżmu fir-rwol tagħha bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
3. Jilqa’ l-bidu tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija; itenni li kull pajjiż tat-tkabbir għandu jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu stess u li l-pass tal-adeżjoni għandu jiġi ddeterminat mill-progress dwar il-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet demokratiċi u għandu jkun ibbażat fuq l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet fundamentali;
4. Jilqa’ l-fatt li l-Gvern Albaniż żamm l-enfasi tiegħu fuq ir-riformi relatati mal-UE u saħħaħ l-istruttura ta’ koordinazzjoni tiegħu għall-integrazzjoni Ewropea u r-rwol tal-parlament tiegħu fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE billi emenda l-leġiżlazzjoni rilevanti; jisħaq li l-gvern jeħtieġ li jkompli javvanza l-aġenda ta’ riforma tal-UE f’kooperazzjoni mal-oppożizzjoni u s-segmenti kollha tas-soċjetà, inkluż permezz tal-Kunsill Nazzjonali tal-Integrazzjoni Ewropea u l-Kunsill Nazzjonali għas-Soċjetà Ċivili;
5. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Gvern Albaniż u l-UE jsaħħu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-inklużività tal-proċess ta’ adeżjoni, inkluża d-dimensjoni parlamentari tiegħu, billi jiżguraw il-parteċipazzjoni inklużiva u l-fiduċja taċ-ċittadini u billi jintegraw lis-soċjetà ċivili u lill-media fil-governanza demokratika u d-djalogu politiku; jissottolinja l-importanza tal-involviment effettiv tagħhom fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE u mekkaniżmi konsultattivi oħra, bħala sħab leġittimi fil-proċess;
6. Iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jintensifika l-isforzi tiegħu biex itejjeb il-funzjonament tal-istat tad-dritt u tal-ġudikatura, jindirizza l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, jiżgura l-libertà tal-media, jagħti s-setgħa lis-soċjetà ċivili, jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-minoranzi, inkluża l-komunità LGBTIQ+, u jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet tal-UE;
7. Iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika jħaffu r-riformi li ppermettew l-ewwel konferenza intergovernattiva li kien ilha ħafna mistennija u li taw bidu b’suċċess għall-proċess ta’ skrinjar, u juru progress kostanti u viżibbli fil-garanzija tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiżguraw allinjament konsistenti mal-politiki tal-UE;
8. Iħeġġeġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jaħdmu b’mod konġunt biex jissodisfaw il-kriterji tas-sħubija sa mhux aktar tard mill-2030; ifakkar li, matul in-negozjati tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati jridu jgħaddu minn trasformazzjonijiet sinifikanti sabiex jissodisfaw il-kriterji tas-sħubija;
9. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien mhux ġustifikat fil-proċess ta’ adeżjoni, li jdgħajjef il-kredibbiltà tal-UE, l-impenn tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-appoġġ pubbliku għas-sħubija fl-UE;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-appoġġ trasversali tagħha biex il-pajjiżi tat-tkabbir jinġiebu f’konformità mal-politiki tal-UE dwar l-ekonomija u s-suq uniku, l-enerġija u t-trasport, il-politika soċjali, l-edukazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, il-protezzjoni ċivili, l-affarijiet barranin, u s-sigurtà u d-difiża, inkluża ċ-ċibersigurtà;
Demokrazija u stat tad-dritt
11. Ifakkar li l-istat tad-dritt u l-integrità istituzzjonali huma s-sinsla tat-trasformazzjoni demokratika, ir-reżiljenza tas-soċjetà u l-koeżjoni soċjoekonomika;
12. Ifaħħar il-progress u l-impenn tal-Albanija biex tlesti l-implimentazzjoni tar-riforma komprensiva tal-ġustizzja tagħha, li se ssaħħaħ l-indipendenza, it-trasparenza, l-effiċjenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-fiduċja pubblika fis-sistema ġudizzjarja Albaniża;
13. Iħeġġeġ lill-pajjiż jintensifika l-passi bl-għan li jiffinalizza l-proċess ta’ evalwazzjoni mill-ġdid (skrutinju) tal-imħallfin u l-prosekuturi u jtaffi l-effetti sekondarji tiegħu, jiġifieri billi jimla postijiet vakanti, inaqqas l-għadd ta’ kawżi pendenti fil-qrati u jtejjeb l-effiċjenza tal-qrati tiegħu, skont il-mappa ġudizzjarja l-ġdida, filwaqt li jiżgura aċċess universali għall-ġustizzja permezz ta’ miżuri trasversali u jqis il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-gruppi vulnerabbli;
14. Jistieden lill-Gvern Albaniż itejjeb il-kapaċità operattiva tal-ġudikatura, inkluża l-Qorti Għolja, l-Ispettur Għoli tal-Ġustizzja u l-Iskola tal-Maġistrati, sabiex jissodisfa t-talba għal imħallfin kwalifikati biex jittrattaw il-każijiet pendenti sinifikanti; ifakkar fil-ħtieġa ta’ mekkaniżmi effettivi li jippermettu l-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni u kwalunkwe mġiba kriminali fil-ġudikatura permezz ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji u ta’ governanza responsabbli, indipendenti u li jiffunzjonaw bis-sħiħ;
15. Jiddeplora l-konfrontazzjoni politika dejjiema, interuzzjonijiet u r-retorika xewwiexa minn politiċi u uffiċjali ta’ livell għoli, kif ukoll il-ksur tar-regoli ta’ proċedura parlamentari; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis tal-lok għar-rwol ta’ sorveljanza parlamentari tal-oppożizzjoni, inkluż iċ-ċaħda tal-kumitati ta’ inkjesta parlamentari; jenfasizza responsabbiltà politika u soċjali konġunta għar-riformi; iħeġġeġ lill-atturi politiċi jżidu l-impenn tagħhom għad-djalogu u jsaħħu l-istituzzjonijiet u l-proċeduri demokratiċi permezz tal-involviment kostruttiv bejn u fi ħdan il-partijiet, ir-rispett reċiproku, il-konsultazzjonijiet inklużivi mas-soċjetà ċivili u t-teħid ta’ deċiżjonijiet trasparenti; jisħaq fuq l-importanza li tinbena kultura parlamentari kostruttiva billi jitrawwem kunsens fost l-atturi politiċi kollha u jiġu rrispettati d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-oppożizzjoni;
16. Ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza parlamentari u li jittejbu l-governanza u l-pluraliżmu, inkluż permezz ta’ aktar diġitalizzazzjoni u trasparenza;
17. Jiddispjaċih għall-fatt li l-partiti politiċi ewlenin naqsu milli jilħqu ftehim dwar ir-riforma elettorali; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jimplimentaw b’mod urġenti l-bidliet pendenti fil-qafas elettorali u tal-finanzjament tal-partiti ferm qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-2025, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR u tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu l-libertà ta’ assoċjazzjoni, inkluż fil-partiti politiċi, u l-libertà li wieħed joħroġ għall-elezzjoni, anki għall-minoranzi kollha u għas-sezzjonijiet kollha tal-oppożizzjoni, mingħajr indħil statali jew indħil ieħor bla bżonn, billi jkomplu jtejbu l-aċċessibbiltà u l-integrità elettorali u billi jipprevjenu x-xiri tal-voti u l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-aċċess ekwu għall-media, sabiex jiġi żgurat proċess elettorali ġust, miftuħ u trasparenti;
18. Jinsisti fuq finanzjament adegwat u funzjonament effikaċi u imparzjali ta’ korpi u aġenziji indipendenti u fuq implimentazzjoni konsistenti tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom;
19. Jinnota l-progress li għaddej u jistenna bil-ħerqa t-titjib sistematiku u riżultati konkreti fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni proattiva u l-prosekuzzjoni tal-kawżi li jinvolvu l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inklużi r-reati kriminali ambjentali, ċibernetiċi u ta’ traffikar u s-sentenzi finali mhux selettivi għal tali kawżi;
20. Jilqa’ r-riżultati miksuba mill-Istruttura Speċjalizzata msaħħa Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (SPAK); iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jtejbu l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni u l-kollaborazzjoni mal-UE u l-aġenziji tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u għall-eliminazzjoni tal-impunità;
21. Jirrimarka li sforzi aktar strutturati u konsistenti, inklużi riżorsi, għodod u ħiliet adegwati, huma meħtieġa għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż f’livell għoli; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kultura tal-impunità;
22. Jappella għal aktar progress fl-istabbiliment ta’ amministrazzjoni pubblika komprensiva, effiċjenti, ikkoordinata tajjeb u responsabbli; jappella għal monitoraġġ imtejjeb tal-assi tal-uffiċjali sabiex dan jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-korruzzjoni mill-oqsma kollha tal-ħajja pubblika;
23. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi stabbilit rekord sod f’każijiet ta’ korruzzjoni u li jitkomplew il-qbid, il-konfiska u l-irkupru ta’ assi kriminali li jirriżultaw minn reati ta’ korruzzjoni u kriminalità organizzata, inkluż permezz ta’ leġiżlazzjoni mmirata lejn il-ġid mhux ġustifikat, id-diġitalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet u l-iffriżar u l-konfiska estiżi ta’ assi illeċiti;
24. Iħeġġeġ għal aktar riforma tal-pulizija biex jiġu żgurati l-integrità, il-professjonaliżmu u l-konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
25. Jirrikonoxxi l-kontribut tas-soċjetà ċivili u tal-media fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jisħaq fuq l-importanza tal-involviment effettiv tagħhom fil-mekkaniżmi konsultattivi bħala sħab leġittimi fil-proċess;
26. Jappoġġa t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet tal-abbozz ta’ liġi dwar l-amnestija fiskali u kriminali u l-iskema proposta ta’ ċittadinanza b’investiment (“passaport tad-deheb”) li huma inkompatibbli man-normi u l-politika dwar il-viżi tal-UE u li jistgħu joħolqu riskji fir-rigward tas-sigurtà, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jinnota, f’dan ir-rigward, is-sospensjoni mħabbra tal-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment u l-intenzjoni tal-Gvern Albaniż li jfittex għarfien espert tal-UE dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tal-liġi dwar l-amnestija fiskali u kriminali;
27. Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jiffukaw fuq l-immodernizzar tas-sistema fiskali u l-amministrazzjoni tat-taxxa, inklużi d-dikjarazzjoni u l-konformità tal-assi, it-tisħiħ tal-kontrolli kontra l-ħasil tal-flus u l-istabbiliment ta’ uffiċċju għall-irkupru tal-assi; jistieden lill-awtoritajiet iħarrku każijiet possibbli ta’ reati kriminali kontra l-baġit tal-UE skont l-arranġament ta’ ħidma dwar il-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Albanija; jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent isaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-UE fil-qasam tal-kwistjonijiet kriminali skont l-arranġamenti ta’ ħidma mal-UPPE sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni effettiva u l-prosekuzzjoni tal-użu ħażin tal-fondi tal-UE, inkluż billi jiġu mibgħuta uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament mal-UPPE;
28. Jisħaq fuq l-obbligu li l-awtoritajiet għandhom li jiżguraw it-trasparenza u l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, il-kuntratti tal-gvern, il-privatizzazzjoni, l-għajnuna mill-Istat u l-proċeduri ta’ konċessjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-salvagwardji, it-trasparenza u l-kundizzjonalità fl-ambitu ta’ proċess strateġiku ta’ skrinjar tal-investiment barrani, u li ssir prosekuzzjoni tal-inċidenti korruzzjoni, frodi, abbuż tal-kariga u ħasil tal-flus, filwaqt li fl-istess ħin jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, il-kostruzzjoni illegali u ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; ifakkar li l-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal proġetti ta’ infrastruttura, inkluż fil-port ta’ Durrës u madwaru, iridu jikkonformaw mal-istandards tal-UE dwar l-akkwist pubbliku skont il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;
29. Iħeġġeġ u jfaħħar il-kooperazzjoni internazzjonali u jappella għal azzjoni kontinwa dwar iż-żarmar tan-networks tal-kriminalità transnazzjonali taħt kooperazzjoni msaħħa mal-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE, bħall-Europol, l-Eurojust u l-Frontex, li tkopri azzjoni intensifikata kontra l-produzzjoni u t-traffikar organizzat tad-drogi, l-armi illegali u l-persuni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu l-kapaċitajiet domestiċi operattivi u ta’ rkupru tal-assi; jisħaq li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-ħasil tal-flus għadhom oqsma li fihom huma meħtieġa riżultati addizzjonali;
30. Jissottolinja l-kontribut kruċjali tal-Albanija għall-protezzjoni tal-fruntiera esterna tal-UE u l-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera; jilqa’ l-investigazzjonijiet internazzjonali u l-operazzjonijiet Ewropej tal-pulizija li rnexxew biex jiġġieldu t-traffikar tal-bnedmin, in-narkotiċi, l-armi tan-nar, il-frodi online u t-theddid terroristiku;
31. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi miġġieled il-kummerċ illegali ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, peress li l-Albanija għadha kemm pajjiż ta’ destinazzjoni kif ukoll pajjiż ta’ tranżitu f’dan ir-rigward;
32. Iħeġġeġ lill-Albanija żżid l-isforzi biex tnaqqas it-talbiet għall-ażil bla bażi miċ-ċittadini tagħha u tkompli tallinja l-politika tagħha dwar il-viżi mal-lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu viża;
33. Jikkundanna l-indħil barrani malizzjuż u l-attakki ibridi, inklużi l-kampanji ta’ manipulazzjoni u d-diżinformazzjoni, l-inċitament għall-forom kollha ta’ radikalizzazzjoni u l-attakki ċibernetiċi kontra ċ-ċittadini Albaniżi u l-infrastruttura kritika, li għandhom l-għan li jiddestabilizzaw lill-pajjiż u li jiskreditaw lill-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jtejbu l-koordinazzjoni u jkomplu jassistu lill-awtoritajiet Albaniżi fit-tisħiħ konsiderevoli tar-reżiljenza tal-pajjiż kontra theddid bħal dan billi jsaħħu s-sigurtà diġitali, il-protezzjoni tad-data u l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża, f’kooperazzjoni mill-qrib man-NATO; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi implimentata u infurzata b’mod effettiv l-istrateġija nazzjonali tagħha dwar iċ-ċibersigurtà;
34. Jikkundanna l-użu mhux awtorizzat tad-data privata taċ-ċittadini, inkluż mill-partiti politiċi, u jistieden lill-awtoritajiet jieħdu miżuri urġenti biex jipprevjenu l-iżvelar tad-data u jħaffu l-allinjament mal-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali;
Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem
35. Jinnota l-passi legali li ttieħdu biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi, u jappella li jittieħdu passi prattiċi sabiex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-LGBTIQ+, ir-Rom, l-Eġizzjani u l-minoranzi etniċi u kulturali l-oħra kollha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw id-diskriminazzjoni intersezzjonali li dawn il-gruppi jiffaċċjaw permezz ta’ approċċ istituzzjonali sistemiku fl-isferi kollha tal-ħajja soċjali, ekonomika u politika u jiżguraw investigazzjoni fil-pront dwar l-abbużi tad-drittijiet tagħhom;
36. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-arrest tas-sindku l-ġdid ta’ Chimara, Freddy Beleris, lejliet l-elezzjonijiet muniċipali f’Mejju, peress li dan kiser il-preżunzjoni tal-innoċenza u żamm lis-sindku elett milli jieħu l-kariga, peress li għadu l-ħabs sal-lum; jissottolinja li din il-kwistjoni hija marbuta mar-rispett ġenerali tad-drittijiet fundamentali, il-kwistjoni pendenti tal-proprjetajiet tal-membri tal-minoranza etnika Griega fiż-żona muniċipali u l-akkużi ta’ ndħil mill-Istat;
37. Jistieden lill-awtoritajiet ikomplu jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-komunitajiet Rom u lil dawk tal-Eġizzjani sabiex jiġu żgurati l-benesseri u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà;
38. Jistieden lill-awtoritajiet jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu biex jipproteġu d-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+ u jiżguraw il-qafas legali u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tiggarantixxi l-inklużjoni u l-protezzjoni tal-membri tal-komunità;
39. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-ħidma tagħhom biex jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, iżidu l-protezzjoni tat-tfal, jadottaw u jimplimentaw leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-minoranzi, b’mod partikolari l-liġijiet sekondarji pendenti dwar l-awtoidentifikazzjoni tal-minoranzi nazzjonali u l-użu tal-lingwi minoritarji, u jwettqu ċensiment tal-popolazzjoni f’konformità sħiħa mal-istandards tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kkonsolidati d-drittijiet ta’ proprjetà u ta’ reġistrazzjoni tal-art u li jitlestew ir-restituzzjoni ta’ proprjetà esproprjata u l-kumpens għaliha;
40. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw edukazzjoni inklużiva billi jieħdu miżuri immedjati biex itemmu u jipprevjenu s-segregazzjoni tat-tfal tal-iskola Rom u Eġizzjani, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-awtoritajiet jintensifikaw il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali online tat-tfal;
41. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jkomplu jżidu l-isforzi mmirati lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inkluż billi jagħtu prijorità lill-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, iżidu l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tan-nisa u jtejbu l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-forza tax-xogħol;
42. Jistieden lil-leġiżlaturi Albaniżi jieħdu passi biex jiżguraw ir-rappreżentanza adegwata tan-nisa fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jilqa’, f’dan l-isfond, l-ewwel kabinett b’maġġoranza femminili tal-gvern attwali; jistieden lill-awtoritajiet ikomplu jindirizzaw in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema nisa, kif ukoll l-istereotipizzazzjoni tal-ġeneru, l-iżbilanċ bejn il-ġeneri u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fil-forza tax-xogħol; jindika differenzi sinifikanti bejn il-ġeneri, bħall-parteċipazzjoni aktar baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li tintemm id-diskriminazzjoni fid-dispożizzjonijiet legali relatati mal-liv tal-maternità u li tittejjeb il-kapaċità tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni preprimarja;
43. Jirrikonoxxi l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jilqa’ l-ewwel rapport tal-Albanija dwar il-kwistjoni u jistieden lill-awtoritajiet iżidu l-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u l-femminiċidju u r-rispons għalihom, u jsaħħu l-appoġġ għas-superstiti; ifakkar fl-urġenza li jiżdiedu r-riżorsi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tan-nisa dwar id-drittijiet tagħhom, li tiżdied il-prevenzjoni u li jiġu pprovduti servizzi lis-superstiti tal-abbuż domestiku u online;
44. Jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni 2021–2027 għall-persuni LGBTI fl-Albanija u jitlob l-implimentazzjoni tiegħu; jilqa’ s-suċċess tal-ħdax-il avveniment Pride f’Tirana li sar fl-2022; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw leġiżlazzjoni dwar ir-rikonoxximent tal-identità tal-ġeneru u l-unjonijiet u/jew iż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTIQ+ fir-rigward tal-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġustizzja, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni; jiddeplora l-każijiet ta’ aggressjoni fiżika u diskors ta’ mibegħda kontra l-komunità LGBTIQ+;
45. Jiddeplora in-nuqqas ta’ progress dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità; jitlob allinjament legali sħiħ mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità permezz tar-ratifika tal-Protokoll Fakultattiv tagħha; jappella għal finanzjament adegwat għall-pjan ta’ azzjoni nazzjonali 2021–2025 għall-persuni b’diżabilità;
46. Jissottolinja l-importanza li jiġu indirizzati d-diskriminazzjoni u l-vjolenza, jitneħħew l-ostakli għall-inklużjoni soċjoekonomika, jiġu promossi l-impjiegi u tiġi żgurata votazzjoni aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità;
47. Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat b’mod effettiv u mhux selettiv id-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika; jinnota l-importanza li jiġu indirizzati l-allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina tal-pulizija u l-użu sproporzjonat tal-forza, bl-għan li l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja;
48. Jinnota li huwa meħtieġ aktar progress biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti;
49. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress fil-kisba tat-trasparenza istituzzjonali u s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media; jisħaq fuq ir-rwol tal-Gvern u tal-mexxejja politiċi Albaniżi fil-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-kisba ta’ dawn il-libertajiet;
50. Jikkundanna t-tentattivi biex jiġu skreditati l-ġurnalisti li jżommu arbitrarjament informazzjoni pubblika, bħal deċiżjonijiet li jiġu pprojbiti ġurnalisti milli jattendu konferenzi stampa tal-gvern, kif ukoll il-fatt li ma ġietx żgurata s-sikurezza tal-ġurnalisti u tal-istrumenti tal-media; jikkundanna l-vjolenza kollha kontrihom;
51. Iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż itejjeb l-aċċess għar-rappurtar u l-iskrutinju tal-ħidma tiegħu permezz ta’ mezzi formali, bħal konferenzi stampa u intervisti, u jiżgura l-aċċess ugwali, dirett u trasparenti tal-ġurnalisti għal sorsi uffiċjali;
52. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni immedjata kontra l-indħil politiku u ekonomiku fil-media u jwaqqfu l-attakki verbali, il-kampanji ta’ malafama u l-intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti, speċjalment dawk li jirrapportaw dwar kwistjonijiet tal-istat tad-dritt, peress li dan idgħajjef il-kwalità tal-ġurnaliżmu, l-indipendenza tal-media u l-kapaċità tal-ġurnalisti li jkopru kwistjonijiet ta’ interess pubbliku;
53. Jistieden lill-awtoritajiet jadottaw qafas legali li jipproteġi lill-ġurnalisti, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil partijiet ikkonċernati oħra minn kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs);
54. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-retorika xewwiexa li tippersisti, inkluż minn politiċi ta’ livell għoli, uffiċjali pubbliċi u personaġġi pubbliċi oħra; jappella għal investigazzjonijiet dwar l-attakki kollha kontra l-media kritika u li l-awtoritajiet iressqu lill-awturi tal-attakki kontra l-ġurnalisti quddiem il-ġustizzja;
55. Jikkundanna kwalunkwe tentattiv regolatorju li jżid il-kontroll politiku fuq l-istituzzjonijiet tal-media; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-irtirar tal-abbozz ta’ leġiżlazzjoni kontra l-malafama f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja;
56. Iħeġġeġ lill-gvern Albaniż jiżgura l-indipendenza tax-xandar pubbliku u tar-regolatur tal-media u t-trasparenza tas-sjieda, il-finanzjament u r-reklamar pubbliku tal-media; jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-istrumenti tal-media Albaniżi għandhom nuqqas ta’ mudelli ta’ negozju sostenibbli u finanzjament trasparenti;
57. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili jaħdmu flimkien sabiex jiġġieldu d-diżinformazzjoni u n-narrattivi manipulattivi billi jippromwovu l-litteriżmu medjatiku, joħolqu ambjent favorevoli għall-media indipendenti u jtejbu d-drittijiet tax-xogħol u soċjali tal-ġurnalisti;
58. Japppella lill-UE tassisti fil-koordinazzjoni tal-isforzi reġjonali kontra d-diżinformazzjoni billi timmobilizza l-partijiet ikkonċernati rilevanti u ssaħħaħ id-djalogu, ir-riċerka u l-analiżi biex tipproduċi rispons ibbażat fuq l-evidenza għat-theddid ta’ diżinformazzjoni; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna iżid b’mod proattiv il-kredibbiltà tal-UE fir-reġjun u jespandi l-monitoraġġ StratCom biex jiffoka fuq theddid transfruntier ta’ diżinformazzjoni li joriġina mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-ġirien tagħhom;
59. Jilqa’ l-ħidma tal-Alleanza għall-Media Etika fl-Albanija dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Ġurnalisti; jistieden lill-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Professjonali tal-Albanija jsegwu l-ogħla standards tal-industrija, b’mod partikolari billi jadottaw l-Journalism Trust Initiative stabbilita minn Reporters Mingħajr Fruntieri;
60. Jissottolinja l-importanza ta’ qafas inklużiv għal involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE fil-livell tal-gvern nazzjonali u dak lokali, inkluż permezz tal-Kunsill Nazzjonali għas-Soċjetà Ċivili u s-Sħubija ta’ Gvern Miftuħ, u jistieden lill-Gvern Albaniż itejjeb l-effikaċja ta’ dawn il-pjattaformi; iħeġġeġ lill-atturi u lill-awtoritajiet politiċi kollha jieqfu jużaw u jikkundannaw id-diskors ta’ mibegħda, il-kampanji ta’ malafama u l-fastidju ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem indipendenti u jiżguraw li l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja;
61. Jappella li ssir reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Mingħajr Skop ta’ Qligħ (NPOs) li jdgħajfu l-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-multi sproporzjonati ħafna għall-ksur amministrattiv mill-NPOs; jilqa’ l-Kodiċi ta’ Standards awtoregolatorju għall-NPOs u jissuġġerixxi s-simplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni elettronika tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat
62. Jilqa’ d-djalogu kontinwu tal-Albanija għal relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni reġjonali, li jibqgħu elementi essenzjali tal-proċess ta’ tkabbir, kif ukoll tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni. ifaħħar l-impenn kostruttiv tal-Albanija fl-inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali u transfruntiera inklużivi; jilqa’ l-ftehimiet tanġibbli milħuqa dwar il-moviment liberu u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki bħala parti mill-Proċess ta’ Berlin u jappella għall-implimentazzjoni malajr tagħhom; ifaħħar il-progress li ntlaħaq fil-kuntest tas-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Tirana, l-ewwel avveniment tat-tip tiegħu li sar fir-reġjun;
63. Jisħaq fuq l-importanza li jsir użu sħiħ mill-inizjattivi reġjonali u intergovernattivi eżistenti, b’mod partikolari l-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, l-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali, l-istrateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku-Joniku u l-Proċess ta’ Berlin, u li jinħolqu sinerġiji bejniethom;
64. Ifaħħar lill-Albanija talli kellha rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni fil-Balkani tal-Punent, inkluża l-parteċipazzjoni tagħha f’missjonijiet u operazzjonijiet immexxija mill-UE u min-NATO;
65. Jilqa’ l-miżura ta’ appoġġ għat-Task Force Medika tal-Balkani li tammonta għal EUR 6 miljun fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li takkwista t-tagħmir u l-provvisti meħtieġa għall-unitajiet mediċi tal-Forzi Armati tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja;
66. Ifakkar fil-ħtieġa li jitlesta għalkollox l-proċess tad-deklassifikazzjoni tal-fajls tal-era komunista u li dawn isiru aċċessibbli għar-riċerkaturi u għall-pubbliku ġenerali sabiex jiġu avvanzati l-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni, issir ġustizzja mal-vittmi u tipprovdi konsolazzjoni lis-superstiti u lill-familji tagħhom;
Riformi soċjoekonomiċi
67. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu r-riformi strutturali f’konformità mal-programm ta’ riforma ekonomika 2023–2025 u jippermettu l-irkupru sostenibbli u t-tkabbir inklużiv permezz ta’ ġestjoni u governanza mtejba tal-finanzi pubbliċi, l-istat tad-dritt, id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà, it-tnaqqis tal-esklużjoni soċjali, il-formalizzazzjoni tal-ekonomija, u servizzi mtejba tal-edukazzjoni u tas-saħħa; jappella għal aktar sforzi fit-titjib tal-ħiliet, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-djalogu soċjali permezz ta’ djalogu sinifikanti u negozjar kollettiv;
68. Jissottolinja l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa u li jitrawmu opportunitajiet għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ Albaniżi; jinnota l-abbozzar ta’ pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent; iħeġġeġ aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, li jgħin biex jitreġġa’ lura l-eżodu ta’ mħuħ tar-riċerkaturi u ż-żgħażagħ;
69. Jistieden lill-awtoritajiet inaqqsu r-riskju tal-esklużjoni soċjali u l-faqar billi jtejbu l-aċċess għas-servizzi soċjali, edukattivi u tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari għall-persuni mill-komunitajiet Rom, Eġizzjani u LGBTIQ+ u minoranzi u gruppi vulnerabbli oħra;
70. Jissottolinja n-natura trasformattiva tal-assistenza sostanzjali tal-UE pprovduta taħt l-IPA III u l-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent; jinnota r-rwol tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent u l-proġetti ewlenin tiegħu; ifakkar li, f’konformità mal-kundizzjonalità tal-IPA III, il-finanzjament irid jitnaqqas jew jiġi sospiż f’każijiet ta’ rigress jew dewmien mhux ġustifikat fil-proċess ta’ riforma, b’mod partikolari fl-oqsma tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;
Enerġija, ambjent, żvilupp sostenibbli u konnettività
71. Jilqa’ l-passi tal-Albanija biex tħaffef it-tranżizzjoni u d-diversifikazzjoni tal-enerġija lejn l-enerġija mir-riħ u mix-xemx u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw l-użu sostenibbli tal-enerġija idroelettrika; ifaħħar, f’dan ir-rigward, l-użu rapidu tal-pakkett ta’ appoġġ għall-enerġija tal-UE għall-Balkani tal-Punent b’valur ta’ EUR 1 biljun, inkluż appoġġ baġitarju immedjat ta’ EUR 80 miljun lill-Albanija; jistieden lill-awtoritajiet jagħmlu l-aħjar użu minn din l-assistenza sabiex jibnu suq tal-enerġija reżiljenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent f’konformità mal-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent;
72. Ifakkar fl-importanza tal-investiment tal-UE fi proġetti bħall-impjant tal-enerġija solari Vau i Dejës, il-modernizzazzjoni tal-impjant idroelettriku ta’ Fierza, ir-rinnovazzjoni tal-kampus tal-Università ta’ Tirana u l-ferrovija l-ġdida Tirana-Durrës; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-isforzi fl-integrazzjoni tal-azzjoni ambjentali u klimatika fis-setturi tal-agrikoltura, tal-enerġija, tat-trasport u tal-industrija;
73. Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-Presidenza fl-Uffiċċju tal-Komunità tal-Enerġija tal-Albanija biex tavvanza l-integrazzjoni tar-reġjun fis-suq tal-enerġija tal-UE; jilqa’ l-pjan tagħha li tiffranka l-enerġija, tipproduċi enerġija nadifa u tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tagħha skont ir-REPowerEU u x-xiri konġunt tal-enerġija tagħha taħt il-Pjattaforma tal-Enerġija tal-UE;
74. Jappella biex isir aktar progress fir-riforma tas-settur tal-elettriku u fl-iżgurar ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament sostenibbli għall-effiċjenza enerġetika;
75. Jappella għal miżuri ppjanati bir-reqqa dwar il-bijodiversità, l-ilma, l-arja, il-klima, il-ġestjoni tal-iskart reġjonali, ir-riċiklaġġ u t-tniġġis industrijali;
76. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Albanija ttejjeb l-infrastruttura tagħha għall-ġestjoni tal-iskart, iżżid l-isforzi biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-pajjiż kontra l-impatti tat-tibdil fil-klima, inkluż billi taġġorna l-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u tintegra t-tibdil fil-klima fl-istrateġiji u l-pjanijiet settorjali;
77. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tniġġis bl-iskart tal-baħar fl-Albanija, li qed jaffettwa lill-pajjiżi ġirien, u jappella biex tittieħed azzjoni urġenti biex dan jiġi indirizzat;
78. Iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż iżid l-isforzi tiegħu biex itejjeb il-kwalità tal-arja u jnaqqas it-tniġġis tal-arja letali, b’mod partikolari fiż-żoni urbani;
79. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment tal-Park Nazzjonali tax-Xmara mhux mittiefsa Vjosa, l-ewwel park nazzjonali ta’ xmara mhux mittiefsa fl-Ewropa, u jfaħħar l-isforzi tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija għall-istabbiliment tal-park; jistieden lill-awtoritajiet iqisu t-tħassib imqajjem mis-soċjetà ċivili dwar id-delineazzjoni tal-konfini tan-network għaż-żoni protetti;
80. Iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jallinja malajr mal-acquis tal-UE dwar l-ilma, ilesti u jadotta l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, inaqqas it-tniġġis tal-ilma mormi u jieħu azzjoni biex jiżgura l-protezzjoni tal-għadira Ohrid billi jtemm ir-rilaxx tar-residwu mill-estrazzjoni; jistieden lill-Gvern Albaniż isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jipproteġi l-ambjent u l-bijodiversità tal-baħar tiegħu, inkluż billi jagħżel u jimmaniġġja b’mod effettiv iż-żoni tal-baħar protetti;
81. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata agrikoltura moderna, ekoloġika, u li ma tagħmilx ħsara lill-klima fuq skala żgħira u medja li tiżgura l-għajxien tal-bdiewa u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali tal-Albanija kif ukoll tal-bijodiversità tagħha;
82. Jappella għal titjib fit-trasparenza, it-twettiq, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-valutazzjonijiet ambjentali u strateġiċi tal-impatt fuq l-ambjent, speċjalment fuq proġetti b’riperkussjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi kbar, bħall-proġett tal-impjant idroelettriku Skavica; jesprimi tħassib dwar l-impatt ekonomiku u ambjentali tal-proġetti ta’ żvilupp mhux kompetittivi b’finanzjament barrani;
83. Jistieden lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni urġenti biex jiġġieldu l-kriminalità ambjentali u jtejbu u jħaffu l-infurzar tal-politika u tal-liġi għall-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ żoni protetti u speċi f’periklu kritiku, bħal-linċi tal-Balkani; jistieden lill-Gvern Albaniż jaħdem fuq leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-organiżmi selvaġġi u jinforza l-moratorju fuq il-qtugħ tas-siġar għall-injam;
84. Iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż iwaqqaf proġetti li jirriskjaw li jiksru n-normi nazzjonali u internazzjonali tal-protezzjoni tal-bijodiversità, bħall-Ajruport Internazzjonali ta’ Vlorë, u jwaqqaf l-iżvilupp tal-enerġija idroelettrika f’żoni protetti;
85. Jilqa’ l-konformità sħiħa tal-Albanija mal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u, b’riżultat ta’ dan, l-appoġġ miżjud sinifikanti tal-UE għat-tħejjija għal emerġenzi ċivili u rispons koordinat għall-kriżijiet wara t-terremoti, l-għargħar u n-nirien fil-foresti; iħeġġeġ lill-pajjiż ikompli jimmodernizza l-kapaċitajiet tiegħu ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;
86. Jappella għall-adozzjoni malajr tal-istrateġija nazzjonali tat-trasport, inkluż il-pjan ta’ azzjoni tagħha 2021-2025; itenni li huma meħtieġa sforzi sinifikanti għal trasformazzjoni strutturali tal-konnettività diġitali, tal-enerġija u tat-trasport;
87. Itenni l-ħtieġa li jingħalqu l-lakuni fil-konnettività tat-trasport u li tiġi aġġornata l-infrastruttura pubblika fil-Balkani tal-Punent, bl-appoġġ tal-Istati Membri tal-UE u l-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent u f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, lill-awtoritajiet fil-pajjiżi Ewropej kollha jlestu proġetti infrastrutturali ewlenin, inklużi l-Kurituri Pan-Ewropej VIII u X;
88. Jilqa’ t-tneħħija tal-ispejjeż tar-roaming fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-eliminazzjoni gradwali tat-tariffi tar-roaming bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, wara t-tnaqqis tagħhom mill-1 ta’ Ottubru 2023;
o o o
89. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Albanija.
Attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2022
182k
57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2022 (2022/2062(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tat-Trattati dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 41 sa 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-BEI tar-ratifika tal-Ftehim ta’ Pariġi mill-UE, tas-7 ta’ Ottubru 2016,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Grupp tal-BEI dwar proċeduri tal-mekkaniżmu tal-ilmenti, ippubblikat fit-13 ta’ Novembru 2018,
– wara li kkunsidra l-politika tal-BEI dwar is-self fis-settur tal-enerġija, ippubblikata fl-14 ta’ Novembru 2019,
– wara li kkunsidra l-kriterji tal-BEI dwar is-self fis-settur tal-enerġija, tal-25 ta’ Lulju 2013,
– wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku 2021-2025 mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fil-11 ta’ Novembru 2020, u l-istrateġija klimatika l-ġdida tal-BEI tal-15 ta’ Novembru 2020,
– wara li kkunsidra l-Pjan Operazzjonali 2023-2025 tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fit-2 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra r-rapport ta’ attività tal-2022 tal-Bank Ewropew tal-Investiment intitolat “Secure Europe” (Ewropa Sigura), ippubblikat fit-2 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-Ħarsa Ġenerali lejn l-Azzjoni Klimatika u s-Sostenibbiltà Ambjentali tal-BEI għall-2023, ippubblikata fit-2 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra d-dokument intitolat “EIB Global” (BEI Globali), ippubblikat fit-2 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Grupp tal-BEI intitolata “Valutazzjoni rapida tar-rispons operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-kriżi tal-COVID‑19”, ippubblikata fit-22 ta’ April 2022,
– wara li kkunsidra n-nota tal-BEI intitolata “Evaluation of EIB support for urban public transport in the European Union (2007-2019)” (Evalwazzjoni tal-appoġġ tal-BEI għat-trasport pubbliku urban fl-Unjoni Ewropea (2007-2019)), ippubblikata fil-31 ta’ Mejju 2022,
– wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-Kumitat tal-Verifika tal-BEI għas-sena 2021, ippubblikati fil-21 ta’ Lulju 2022,
– wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Divulgazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riskju 2021 tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fid-9 ta’ Awwissu 2022,
– wara li kkunsidra n-nota tal-BEI intitolata “Valutazzjoni tal-BEI tal-attivitajiet speċjali tal-BEI”, ippubblikata fit-30 ta’ Mejju 2022,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Progress 2021 dwar id-Diversità u l-Inklużjoni tal-BEI, ippubblikat fid-9 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI intitolat “EIB Group activities in EU cohesion regions in 2021” (L-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI fir-reġjuni ta’ koeżjoni tal-UE fl-2021), ippubblikat fis-27 ta’ Lulju 2022,
– wara li kkunsidra l-Orjentazzjoni tal-BEI dwar il-Koeżjoni 2021-2027, ippubblikata fit-13 ta’ Ottubru 2021,
– wara li kkunsidra d-dokument intitolat “The EIB Climate Adaptation Plan” (Il-Pjan ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima tal-BEI), ippubblikat fis-26 ta’ Ottubru 2021,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment, li daħal fis-seħħ f’Novembru 2021,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-BEI dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Trasparenza tal-Grupp tal-BEI fl-2021, ippubblikat fis-7 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra l-Istħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI 2022 – Ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni Ewropea, ippubblikat fit-8 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-2021 tal-Grupp tal-BEI dwar il-Governanza Korporattiva, ippubblikat fis-26 ta’ Lulju 2022,
– wara li kkunsidra l-Qafas PATH tal-Grupp tal-BEI – Verżjoni 1.1 ta’ Ottubru 2022 – Appoġġ lill-kontropartijiet dwar il-perkorsi tagħhom biex jallinjaw ruħhom mal-Ftehim ta’ Pariġi, ippubblikat fl-1 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra r-Rapport taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti tal-BEI tal-2021, ippubblikat fil-5 ta’ Lulju 2022,
– wara li kkunsidra r-rapport ta’ attività tal-BEI tal-2020 intitolat “Crisis Solutions” (Soluzzjonijiet ta’ Kriżi), ippubblikat fl-20 ta’ Jannar 2021, u r-rapport ta’ attività tiegħu tal-2021 intitolat “The Innovation Response” (Ir-Rispons għall-Innovazzjoni), ippubblikat fis-27 ta’ Jannar 2022,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T‑299/20(1),
– wara li kkunsidra l-kummenti maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Awwissu 2021 dwar l-Abbozz ta’ Qafas għas-Sostenibbiltà Ambjentali u Soċjali (ESSF) tal-Grupp tal-BEI,
– wara li kkunsidra l-Kawżi 1065/2020/PB, 1251/2020/PB u 1252/2020/PB dwar il-BEI, li ġew deċiżi mill-Ombudsman Ewropew fil-21 ta’ April 2022,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-Kawża 2168/2019/KR dwar kif l-Awtorità Bankarja Ewropea trattat iċ-ċaqliq tal-ex Direttur Eżekuttiv tagħha biex isir CEO ta’ lobby tal-industrija finanzjarja, u d-deċiżjoni tagħha fil-Kawża OI/3/2021/KR dwar kif l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża trattat l-applikazzjoni mill-ex Kap Eżekuttiv tagħha għal pożizzjonijiet għolja f’Airbus,
– wara li kkunsidra l-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2022-2024, ippubblikat fis-27 ta’ Jannar 2022,
– wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Sostenibbiltà Ambjentali u Soċjali tal-Grupp tal-BEI, adottat fit-2 ta’ Frar 2022,
– wara li kkunsidra r-Rispons Urġenti ta’ Solidarjetà mal-Ukrajna tal-BEI, adottat fl-4 ta’ Marzu 2022,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u t-Triq ’il Quddiem (JOIN(2022)0024),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2020 dwarha(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolati “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380) u “Strateġija Mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 intitolata “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021)0400),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2022 intitolata “REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli” (COM(2022)0108),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” (COM(2023)0062),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta(4) u r-Regolament (UE) 2021/1229 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali(6),
– wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 ta’ Counter Balance intitolat “Is the EIB up to the task in tackling fraud and corruption? Challenges for the EU Bank’s governance framework” (Il-BEI huwa responsabbli għall-kompitu li jindirizza l-frodi u l-korruzzjoni? Sfidi għall-qafas ta’ governanza tal-Bank tal-UE),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(7),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Ombudsman Ewropew tat-22 ta’ Lulju 2016 lill-President tal-BEI dwar kwistjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess u t-tweġiba tal-President tal-BEI tal-31 ta’ Jannar 2017,
– wara li kkunsidra r-rapport ta’ spezzjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża OI/1/2021/KR dwar kif il-Kummissjoni tittratta l-isfida ta’ sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” li jinvolvu l-(ex)membri tal-persunal tagħha,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-BEI dwar l-Investiment 2022/2023 “Resilience and renewal in Europe” (Reżiljenza u tiġdid fl-Ewropa) ippubblikat fit-28 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0210/2023),
A. billi skont l-Artikolu 309 tat-TFUE, il-BEI għandu l-kompitu li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-UE, inkluż permezz ta’ diversi strumenti ta’ investiment bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet għall-kondiviżjoni tar-riskji u servizzi ta’ konsulenza;
B. billi l-BEI huwa l-fergħa tas-self fit-tul tal-Unjoni Ewropea u huwa l-akbar sellief multilaterali fid-dinja u għandu rwol importanti bħala istituzzjoni finanzjarja li tappoġġja t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika;
C. billi l-BEI, li huwa propjetà tas-27 Stat Membru, irid dejjem ifittex li jappoġġja l-objettivi tal-UE u, primarjament, jagħti spinta lill-potenzjal tal-UE fir-rigward tal-ħolqien tax-xogħol, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività; billi l-mandat tiegħu jinkludi l-promozzjoni tal-politiki tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE;
D. billi fl-2022 il-BEI vara fergħa ġdida, BEI Globali, biex tieħu ħsieb investimenti barra mill-UE; billi minħabba l-ħafna sfidi ġeopolitiċi fl-2022, ir-rwol tal-BEI Globali kien importanti ħafna f’termini ta’ investiment u tal-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja; billi din l-azzjoni esterna trid tkun allinjata mal-objettivi ta’ politika tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-Global Gateway;
E. billi l-BEI ttimbra lilu nnifsu bħala l-bank klimatiku tal-UE fil-perspettiva tal-investimenti addizzjonali meħtieġa biex titwassal it-tranżizzjoni ekoloġika;
F. billi sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE, huma meħtieġa investimenti ta’ EUR 1 triljun fis-sena fl-UE, li jammontaw għal EUR 356 biljun aktar fis-sena minn dak li kien meħtieġ fis-snin 2010-2020; billi bank ta’ investiment kapaċi bħall-BEI jista’ jgħin biex inaqqas id-distakk billi jattira kapital privat;
G. billi l-BEI għandu rwol sinifikanti, permezz tal-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI), fl-appoġġjar tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) Ewropej u fit-titjib tal-ħila tagħhom li jaċċessaw is-swieq finanzjarji, minn kapital ta’ riskju għal mikrofinanzjament, u b’hekk jiggarantixxi unjoni tas-swieq kapitali b’saħħitha u kompetittiva;
H. billi l-BEI se jappoġġja r-REPowerEU b’EUR 45 biljun addizzjonali f’self u finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma fil-ħames snin li ġejjin;
I. billi unjoni tas-swieq kapitali aktar integrata tagħmilha aktar faċli għall-BEI li jiżblokka l-investiment, filwaqt li tagħti spinta u tiddiversifika l-investimenti fl-ekonomija vera, b’mod partikolari fl-SMEs, u tiskatta aktar kummerċ u investiment fl-ekwità transfruntiera;
J. billi l-lista ta’ eliġibbiltà tal-BEI bħalissa teskludi l-apparat u l-infrastruttura għal użu militari; billi mhumiex esklużi investimenti f’teknoloġija b’użu doppju;
Kummenti ġenerali
1. Jenfasizza r-rwol importanti tal-BEI bħala l-fergħa tas-self tal-Unjoni Ewropea u l-unika istituzzjoni finanzjarja multilaterali li hija kompletament proprjetà tal-Istati Membri, li l-operazzjonijiet tagħha huma ggwidati mill-politika tal-UE u soġġetti għal standards legali tal-UE fl-appoġġ tal-objettivi tal-UE; jieħu nota tar-rapport ta’ attività tal-BEI għall-2022 u l-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-2023-2025;
2. Japprezza l-fatt li l-BEI huwa dejjem lest li jadatta u joħloq lilu nnifsu mill-ġdid f’konformità mal-bidliet fir-rekwiżiti tal-politika tal-UE, filwaqt li jirrispetta l-għanijiet fit-tul tiegħu;
3. Jinnota d-diskrepanza persistenti fl-investiment fl-UE u l-bżonn miżjud ta’ investiment kontroċikliku hekk kif l-UE tidħol fir-raba’ sena ta’ kriżi tagħha, li hija r-riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-BEI bħala attur ewlieni fil-politika ta’ investiment tal-UE, li jintervjeni hu fejn ikun hemm nuqqas ta’ finanzjament privat; jistieden lill-BEI jiżgura l-livell massimu ta’ addizzjonalità għall-investimenti fl-ekonomija reali;
4. Jilqa’ l-investiment tal-BEI ta’ EUR 72,4 biljun f’finanzjament fl-2022 u l-enfasi tal-bank fuq l-isfidi fit-tul tal-UE għall-kompetittività, il-produttività, il-koeżjoni soċjali, it-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà u t-trasformazzjoni diġitali;
5. Jisħaq li l-BEI jaqbillu jqis il-ħtiġijiet ta’ finanzjament sinifikanti fl-ekonomija blu, li hija settur ta’ tkabbir ekonomiku u skoperti xjentifiċi importanti;
6. Jinnota li hemm bżonn ta’ tħejjija għall-futur u ta’ ppjanar għar-rikostruzzjoni fit-tul tal-Ukrajna; jemmen li l-allinjament mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE għandu jsir il-mutur ewlieni tal-istrateġija ta’ investiment futura tal-BEI fl-Ukrajna;
7. Jilqa’ l-Orjentazzjoni l-ġdida dwar il-Koeżjoni filwaqt li jinnota li l-BEI għandu jiddedika l-maġġoranza tar-riżorsi tiegħu lill-promozzjoni tal-konverġenza ekonomika, soċjali u territorjali u li l-koeżjoni għandha tkun il-prijorità ġenerali tal-istrateġija ta’ investiment tiegħu; jisħaq fuq l-importanza tar-rwol ta’ servizzi ta’ konsulenza tal-BEI fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti għall-klijenti b’kapaċità amministrattiva baxxa u, f’dan il-kuntest, fl-għajnuna lill-kumpaniji biex jadattaw għall-bdil fl-għanijiet tal-politiki tal-UE, b’mod partikolari l-politiki relatati mal-klima u mad-diġitalizzazzjoni;
8. Jinnota l-affermazzjoni tal-BEI li l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fir-reġjuni ta’ koeżjoni fl-aċċess għall-finanzjament “huma aktar strutturali”; jistieden lill-BEI jindirizza dawn l-ostakli strutturali billi jadatta l-approċċ tiegħu sabiex anke l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fir-reġjuni ta’ koeżjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-finanzjament tal-BEI;
9. Jemmen li l-BEI jista’ jagħmel aktar biex jadatta għad-diversità reġjonali tal-UE sabiex jagħmlel il-fondi tiegħu aktar attraenti; jistenna lill-BEI jagħmel aktar biex jindirizza n-nuqqasijiet sistemiċi b’mod partikolari, u b’hekk iżid l-aċċessibbiltà biex ir-reġjuni kollha tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja tal-BEI;
10. Ifaħħar il-puntwalità tal-Fond Ewropew ta’ Garanzija biex jgħin jittaffa l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 fuq in-negozji; jilqa’ l-fatt li evalwazzjoni tal-Fond hija inkluża fil-programm tad-diviżjoni tal-evalwazzjoni tal-BEI għall-2024;
11. Jilqa’ l-ftehimiet tal-InvestEU ffirmati mill-BEI u mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Marzu 2022, li abbażi tagħhom sa 75 % tal-garanzija tal-baġit tal-UE u tal-baġit taċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU ġew allokati lill-BEI; jilqa’ d-domanda sinifikanti tas-suq għall-programm InvestEU u l-użu mifrux tiegħu;
12. Jilqa’ l-involviment tal-BEI fil-Mekkaniżmu tal-UE għal Tranżizzjoni Ġusta sabiex jindirizza l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u biex jiġġenera opportunitajiet ġodda għal żvilupp sostenibbli fir-reġjuni affettwati, bħal reġjuni tal-faħam u tal-estrazzjoni u oħrajn, biex b’hekk tiġi żġurata tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura; jistieden lill-BEI jiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni u konsulenza sabiex iżid l-għarfien u l-attraenza ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji fost il-benefiċjarji potenzjali tagħhom;
13. Jinnota li l-BEI huwa istituzzjoni li għandha effett ta’ lieva; jenfasizza li l-klassifikazzjoni “AAA tripla” tal-BEI hija assi importanti li tagħti lok lill-BEI jieħu riskji akbar fil-finanzjament ta’ proġetti ta’ interess pubbliku milli jieħdu l-banek kummerċjali privati;
14. Jistieden lill-BEI jkompli jivvaluta kif jixraq ir-riskji potenzjali matul l-attività ta’ self tiegħu, b’mod partikolari f’dan l-ambjent ekonomiku u finanzjarju diffiċli, filwaqt li jiżgura li l-finanzjament tiegħu jikkontribwixxi biex jindirizza l-fallimenti tas-suq u jevita l-effetti ta’ esklużjoni;
15. Jenfasizza l-importanza tal-aderenza mal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea, kif minquxa fit-TUE; jistieden lill-BEI jallinja l-attivitajiet tiegħu mal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt;
16. Jistieden lill-azzjonisti tal-BEI jirriflettu dwar struttura ottimali tal-ekwità; jistieden lill-azzjonisti tal-BEI jikkunsidraw żieda fil-kapital sabiex tinżamm u tittejjeb il-ħila tal-BEI li jaġixxi filwaqt li tinżamm il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu u jiġi żgurat li l-attivitajiet tiegħu ma jkollhomx effett ta’ esklużjoni fuq is-selliefa privati;
17. Jinnota li wħud mill-aktar programmi ta’ suċċess tal-BEI jistrieħu fuq sħubiji mas-settur privat billi jinkludu l-investiment privat, pereżempju billi jieħu s-segmenti ta’ self b’livelli ogħla ta’ riskju;
18. Jinnota l-livelli attwali ta’ inflazzjoni għolja u f’dan ir-rigward, jitlob lill-BEI jivvaluta, fuq bażi ta’ proġett proġett, il-ħtiġijiet finanzjarji potenzjalment akbar;
L-implikazzjonijiet tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna għall-attivitajiet tal-BEI fl-2022
19. Ifaħħar l-impenn tal-BEI fl-Ukrajna, li ammonta għal EUR 1,7 biljun ta’ fondi żborżati fl-2022; jisħaq fuq l-importanza li l-Ukrajna tkompli tiġi appoġġjata u jenfasizza li l-BEI għandu jkollu rwol importanti fir-rikostruzzjoni tal-ekonomija u l-infrastruttura tal-Ukrajna fil-futur; jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, l-Inizjattiva tal-UE għall-Ukrajna tal-BEI biex jiġu ffinanzjati l-irkupru u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna;
20. Jilqa’ l-fatt li l-BEI jappoġġja u, f’konformità mal-Pjan Operazzjonali għall-2023-2025, se jkompli jappoġġja l-industrija tad-difiża tal-UE u l-akkwist konġunt abbażi tal-prinċipju ta’ użu doppju; jilqa’ l-Inizjattiva Strateġika għas-Sigurtà Ewropea (SESI) ġdida tal-BEI biex jissaħħu s-sigurtà u d-difiża Ewropej permezz tal-mobilizzazzjoni ta’ sa EUR 6 biljun, sal-2027, għall-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-infrastruttura tas-sigurtà ċivili u proġetti ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata;
21. Jistieden lill-BEI jespandi l-programm SESI u jżid aktar l-investimenti tiegħu fis-sigurtà u d-difiża Ewropea; jinnota li l-finanzjament bankarju għall-industrija tad-difiża ġie mxekkel f’dawn l-aħħar snin; jistieden lill-BEI jivvaluta fejn jista’ jikkontribwixxi biex jingħalaq id-distakk fl-investiment u jaqdi rwol fis-salvagwardja tas-sigurtà tal-UE, filwaqt li jqis il-kunsiderazzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali;
22. Jilqa’ l-isforzi dejjem akbar tal-BEI biex jappoġġja s-sigurtà tal-ikel, is-sigurtà tal-enerġija u l-konnettività fil-kuntest tal-gwerra li għaddejja; jissottolinja l-fatt li l-gwerra ħolqot kriżi umanitarja severa, żiedet l-insigurtà tal-ikel u ħalliet impatt fundamentali fuq is-sitwazzjoni ekonomika u tas-sigurtà fl-UE u fil-viċinat tagħha; jenfasizza li l-bidliet fil-ktajjen tal-provvista u fir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi kkawżati mill-gwerra għandhom jitqiesu fl-ippjanar tal-investiment futur;
23. Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-BEI Globali u jisħaq fuq l-importanza kruċjali tiegħu biex jassisti lill-Ukrajna, filwaqt li jwitti t-triq għal rikostruzzjoni rapida;
24. Jissottolinja r-rwol importanti tal-BEI fl-appoġġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari l-Istati kandidati għall-adeżjoni fl-UE, biex jaċċessaw is-swieq ta’ kapital ta’ riskju, u b’hekk jitwessgħu l-opportunitajiet għall-investiment;
Appoġġ għall-innovazzjoni, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-industrija u d-diġitalizzazzjoni
25. Ifakkar li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Ewropa; ifakkar li t-23 miljun SME tal-UE jammontaw għal 99 % tan-negozji kollha u jipprovdu madwar tliet kwarti tal-impjiegi kollha; jirrimarka li l-kriżi tal-enerġija u l-konsegwenzi tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna joħolqu sfidi ulterjuri għalihom;
26. Jilqa’ l-fatt li fl-2022, il-BEI pprovda finanzjament li jammonta għal investiment totali ta’ EUR 16,35 biljun għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja; jinnota li skont il-valutazzjoni tal-BEI, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li jipprovdu appoġġ għad-dejn lill-SMEs ammontaw għal kważi EUR 20 biljun f’firem netti annwali bejn l-2010 u l-2020; jistieden lill-BEI jirrifletti fuq modi biex jiffaċilita aktar l-appoġġ tiegħu lill-SMEs, speċjalment għal proġetti ta’ finanzjament iżgħar;
27. Jenfasizza l-fatt li l-appoġġ għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja jrid jiżdied aktar mil-livelli attwali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija u ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u tar-rati tal-imgħax; jisħaq li l-SMEs sikwit ikollhom riżorsi amministrattivi limitati u jħallsu aktar minn kumpaniji kbar biex jissellfu l-flus minħabba li jkollhom jaċċettaw self mill-banek b’termini agħar, u għalhekk, kieku jibbenefikaw minn mezzi ta’ finanzjament li huma faċli biex jiġu aċċessati; jistieden lill-BEI, għaldaqstant, ifassal il-programmi tiegħu b’tali mod li jevita l-burokrazija u x-xkiel regolatorju mhux meħtieġa, u b’hekk jagħmilhom aċċessibbli kemm jista’ jkun għall-SMEs;
28. Jindika li provvista stabbli tal-enerġija hija l-ġebla tax-xewka ta’ politika industrijali li tirnexxi, b’mod partikolari għall-SMEs;
29. Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jikkomplementa l-isforzi biex tinbena soluzzjonijiet mmexxija mid-data, b’enfasi partikolari fuq il-kompetittività tal-SMEs, u biex jiffoka l-investiment tiegħu f’dan il-qasam fl-għeluq tad-distakki diġitali kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll bejn l-UE u reġjuni oħra tad-dinja aktar avvanzati teknoloġikament;
30. Jinnota li l-approċċ tal-BEI fil-konfront tan-negozji żgħar jeħtieġ li jiġi rivedut minħabba tipikament juri nuqqas ta’ rieda li jiffinanzja proġetti b’komponent ta’ riskju sinifikanti jew li juża mekkaniżmi li jikkumpensaw għal din il-problema; jistieden lill-BEI jiżviluppa strateġija fit-tul biex jappoġġja lis-settur tal-SMEs fl-UE;
31. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-BEI jiffoka b’mod qawwi fuq in-negozji ġodda u fuq proġetti maħsuba biex jindirizzaw il-problema dejjem tikber tal-qgħad fost iż-żgħażagħ bl-għan li jinħolqu xogħlijiet siguri u b’livell għoli ta’ kwalità;
32. Iħeġġeġ lill-BEI jżid l-appoġġ immirat lejn l-espansjoni tan-negozji ġodda Ewropej, inkluż permezz tat-teħid ta’ riskji akbar fl-iżborż ta’ kapital ta’ riskju biex jiġi żgurat li n-negozji ġodda Ewropew ikunu jistgħu jespandu fl-Ewropa aktar milli barra minnha;
33. Ifakkar li d-diġitalizzazzjoni u d-deċentralizzazzjoni huma xejriet importanti fis-swieq finanzjarji u fis-settur bankarju u għalhekk jistieden lill-BEI jiffoka fuq l-investimenti fi proġetti sostenibbli, innovattivi u orjentata lejn il-futur;
Il-bank klimatiku tal-UE
34. Jinnota li l-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku tal-Grupp tal-BEI għall-2021-2025 jiddeskrivi l-għanijiet tal-BEI għall-finanzjament għall-klima li jappoġġja l-Patt Ekoloġiku Ewropew u li se jgħin biex l-UE ssir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050;
35. Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex taħdem mal-BEI u ma’ banek promozzjonali nazzjonali sabiex tfittex modi kif iżżid l-appoġġ għall-investiment fil-katina tal-provvista tal-industrija b’emissjonijiet żero netti, inkluż billi jiġu stabbiliti operazzjonijiet ta’ taħlit;
36. Iħeġġeġ lill-BEI juża l-operazzjonijiet tiegħu biex jiffaċilita u jħaffef l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-indipendenza enerġetika tal-UE, filwaqt li jqis l-aktar stat ta’ għarfien reċenti dwar it-tibdil fil-klima, l-impatti u r-riskji mifruxa tiegħu u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, kif ukoll l-urġenza miżjuda li l-UE ttemm id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili impurtati, u l-affordabbiltà u s-sigurtà mnaqqsin tal-provvista tal-ikel fid-dinja kollha fil-kuntest tal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna;
37. Jilqa’ l-fatt li l-BEI huwa l-akbar emittent ta’ bonds ekoloġiċi f’diversi muniti fid-dinja; jirrimarka li ż-żieda fil-proporzjon ta’ bonds iddenominati f’euro tkompli ssaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-euro;
38. Jilqa’ l-fatt li 58,3 % tas-self fl-2022 kien relatat mal-klima u mal-ambjent, meta fl-2021 dan kien 50,8 %;
40. Jilqa’ l-ewwel Pjan ta’ Adattament għall-Klima ddedikat tal-BEI, li għandu l-għan li jsaħħaħ l-investiment u l-appoġġ tekniku biex jipproteġi l-proġetti mill-impatt tat-temp estrem u jagħmel l-infrastruttura aktar reżiljenti għall-klima; jinnota l-introduzzjoni tas-Sistema ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku biex jiġi vvalutat ir-riskju klimatiku fiżiku f’operazzjonijiet ta’ self dirett fil-livell tal-proġetti;
41. Jinnota r-rwol li jista’ jkollu l-BEI fir-rigward tal-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn ferm mill-kosta, speċifikament f’termini tat-tfassil ta’ strumenti li jistgħu jgħinu biex iqarrbu tali proġetti lejn is-suq;
42. Jinnota li bidliet reċenti fil-qafas ta’ Allinjament mal-Ftehim ta’ Pariġi għall-Kontropartijiet (PATH) tal-BEI jistgħu jnaqqsu l-effettività fil-promozzjoni tad-dekarbonizzazzjoni; ifakkar li l-benefiċjarji kollha tal-finanzjament tal-BEI diġà huma kuntrattwalment meħtieġa joħolqu u jippubblikaw strateġija kredibbli ta’ allinjament mal-Ftehim ta’ Pariġi;
43. Jilqa’ l-introduzzjoni tal-politika l-ġdida tal-BEI dwar is-self għat-trasport f’Lulju 2022 u jitlob li din tiġi implimentata malajr; jistieden lill-BEI jikkunsidra modi kif jallinja dik il-politika mal-isfidi tat-tranżizzjoni li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur tat-trasport; ifakkar fil-bżonn ta’ livell ogħla ta’ investiment fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u dak tal-avjazzjoni;
44. Jistieden lill-BEI jiffinanzja l-proġetti vijabbli li jallinjaw mat-tassonomija tal-UE u l-proġetti li jimmiraw li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tas-settur marittimu, bħall-proġetti tal-Kuritur Aħdar;
45. Jistieden lill-BEI jżid l-appoġġ għal akkomodazzjoni bi prezz li jintlaħaq u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u għar-rinnovazzjoni tal-bini, f’konformità mal-ħtiġijiet konsiderevoli ta’ investiment; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu s-servizzi ta’ konsulenza fil-qasam tal-akkomodazzjoni u li jkunu involuti l-fornituri tal-akkomodazzjoni lokali, reġjonali, soċjali u pubbliċi sabiex ikun żgurat li l-għarfien espert tagħhom jintuża fl-iżvilupp ta’ proġetti ffinanzjati mill-BEI;
46. Jitlob lill-BEI jagħti attenzjoni partikolari lid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament rilevanti għal reġjuni periferiċi, muntanjużi, skarsament popolati jew gżejjer minħabba d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Patt Ekoloġiku, filwaqt li fl-istess ħin iżommu u jtejbu l-konnettività tagħhom;
L-investiment tal-BEI fl-infrastruttura soċjali u l-protezzjoni soċjali
47. Jistenna żieda fl-operazzjonijiet iffinanzjati mill-BEI fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fid-dawl tal-kriżi attwali tal-akkomodazzjoni fl-UE; jitlob, barra minn hekk, li ll-BEI jżomm l-enfasi tiegħu fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa u fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri meta jimmira għal finanzjament ġdid;
48. Jinsab imħasseb dwar l-istat ta’ tħassib tas-sistemi tal-kura tas-saħħa f’ħafna Stati Membri u l-iskarsezza ta’ mediċini li hawn bħalissa fl-UE, li tolqot ukoll mediċini bażiċi bħall-paracetamol u l-antibijotiċi; jistieden lill-BEI, f’dan il-kuntest, jevalwa l-possibbiltajiet ta’ aktar investiment fis-settur tal-kura tas-saħħa bil-għan li jindirizza d-defiċjenza strutturali tal-UE f’dan is-settur;
BEI Globali
49. Jilqa’ l-fatt li l-BEI Global appoġġja EUR 9,1 biljun f’investiment globali barra mill-UE fl-2022; jistenna li l-investimenti tal-BEI f’pajjiżi mhux tal-UE jkunu allinjati għalkollox mal-politiki tal-UE u dawk ta’ azzjoni esterna tal-UE; jilqa’ l-involviment tal-BEI fl-inizjattiva Global Gateway, li se tappoġġja prinċipalment l-investimenti fl-infrastruttura u fl-SMEs, u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettiv tal-UE li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha;
50. Jissottolinja li l-BEI Globali għandu rwol ċentrali fl-istrateġija Global Gateway u fl-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp; jitlob valutazzjonijiet regolari tal-implimentazzjoni tal-Global Gateway u l-attivitajiet relatati tal-BEI Globali;
51. Jistieden lill-BEI jsaħħaħ aktar il-proċeduri u l-prattiki tiegħu fir-rigward ta’ każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza tajba marbuta ma’ proġetti li jiffinanzja, direttament jew permezz ta’ intermedjarji; jistieden lill-BEI jiċċara kif jevalwa r-riskju finanzjarju u reputazzjonali meta jiddeċiedi jekk jibdiex investigazzjoni ta’ frodi jew korruzzjoni allegati b’rabta ma’ proġetti ta’ investiment;
52. Ifakkar fl-impenn ġenerali tal-UE li tiddefendi u tippromwovi l-valuri tal-UE u l-istat tad-dritt fl-operazzjonijiet tagħha barra mill-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jsir investiment fil-kapaċitajiet ta’ diliġenza dovuta meta jopera f’ambjenti mmarkati minn sfidi għall-istat tad-dritt u rikors limitat f’każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li dan jirrikjedi riżorsi umani addizzjonali u skrutinju speċjalizzat, f’konformità mal-istandard li japplika għall-banek tal-iżvilupp;
53. Ifakkar li l-operazzjonijiet tal-BEI barra mill-Ewropa huma bbażati fuq il-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-TUE, bħall-appoġġ għad-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jenfasizza li dawn il-prinċipji għandhom jiggwidaw l-operazzjonijiet tal-BEI bħala bank pubbliku inkarigat b’mandat ta’ żvilupp;
54. Jissottolinja li t-tisħiħ tal-preżenza lokali u ż-żieda fil-kooperazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-UE kienu mutur ewlieni għat-twaqqif tal-BEI Globali; itenni t-talbiet tiegħu għal persunal addizzjonali fuq il-post, b’mod partikolari bil-għan li jimpjega aktar nies mill-pajjiżi fejn ikun qed isir il-finanzjament; jappoġġja l-approċċ tal-BEI għall-ftuħ ta’ uffiċċji reġjonali fl-Afrika u għall-impjegar ta’ applikanti lokali f’dawn l-uffiċċji bil-għan li jadatta r-rekwiżiti tiegħu għall-bżonnijiet lokali;
55. Jitlob lill-BEI jevalwa aħjar l-effettività tiegħu fir-rigward tal-finanzjament għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fl-Afrika, minħabba li d-daqs relattivament żgħir tal-proġetti donnu li sikwit ikun ostaklu għall-aċċess għall-finanzi; jappella għal evalwazzjoni ta’ disinn potenzjali għal strumenti li jiffaċilitaw l-investiment mill-SMEs tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE, u jżid l-aċċess tagħhom għall-finanzi, inkluż fir-rigward ta’ proġetti iżgħar; jinnota l-importanza tar-rwol tal-BEI fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għall-SMEs bbażati fi Stati Membri li l-banek għall-iżvilupp nazzjonali tagħhom m’għandhomx il-kapaċità li jippromwovu l-investiment f’pajjiżi mhux tal-UE;
56. Jissottolinja li l-investimenti fl-iżvilupp li jinvolvu lin-nisa u jqisu l-ħtiġijiet tagħhom huma aktar effettivi u aktar sostenibbli; jistieden lill-BEI jiżgura li l-operazzjonijiet kollha tiegħu jibbenefikaw lin-nisa u speċifikament is-setturi ekonomiċi favorevoli għall-avvanz tal-parteċipazzjoni femminili, f’konformità mal-approċċ ta’ finanzjament sensittiv għall-ġeneru;
57. Jisħaq fuq l-importanza tal-konsistenza u l-effiċjenza fil-finanzjament għall-iżvilupp, iħeġġeġ lill-BEI jagħmel enfasi akbar fuq il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u jitlob żieda ġenerali tal-impenn tal-BEI fil-pajjiżi inqas żviluppati li huma allinjati mal-prinċipji u l-valuri tal-UE;
Trasparenza u governanza
58. Jilqa’ l-varar tal-Indiċi ta’ Trasparenza tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Iżvilupp fl-2023 u l-fatt li r-rapport assoċjat jikklassifika lill-BEI f’livell simili għal dak tal-istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp bejn il-pari f’għadd ta’ oqsma, inklużi l-intermedjarji finanzjarji u l-kontabbiltà ambjentali, soċjali u ta’ governanza lejn il-komunitajiet; jappella biex informazzjoni ċara u komprensiva tinqasam ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew;
59. Jitlob li l-pożizzjonijiet għolja tal-BEI jimtlew minn persuni magħżula fuq il-bażi tal-mertu, il-ħila u l-esperjenza u li bl-istess mod, l-oqsma ta’ attività ewlenin tiegħu jitwettqu minn persunal ta’ dan it-tip;
60. Jiddispjaċih għall-fatt li n-nisa għadhom sottorappreżentati f’pożizzjonijiet għolja u fl-oqsma ewlenin ta’ attività fil-BEI; itenni l-fehma tiegħu li jeħtieġ li jsir aktar biex jitjiebu kemm il-bilanċ bejn il-ġeneri u kemm il-bilanċ ġeografiku fi ħdan il-BEI f’dan il-kuntest;
61. Itenni t-talba tiegħu għal ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-BEI;
62. Jistaqsi jekk il-BEI għandux ir-riżorsi umani li jeħtieġ minħabba l-espansjoni li għaddejja tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu;
63. Jesprimi għal darb’oħra t-tħassib serju tiegħu dwar allegazzjonijiet rigward fastidju, l-ambjent tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-BEI; jinnota s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar każ ta’ fastidju fil-BEI (il-Kawża T-299/20), li annullat id-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma kien seħħ l-ebda fastidju; jirrikonoxxi li saru sforzi mill-BEI biex jindirizza dawn il-kwistjonijiet tal-persunal u oħrajn rilevanti; iħeġġeġ lill-BEI jiżgura li tiġi implimentata b’mod effettiv politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tat-tipi kollha ta’ fastidju, inklużi miżuri preventivi u protettivi u mekkaniżmi xierqa u affidabbli ta’ appoġġ għall-ilmenti u għall-vittmi; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-BEI jieħu sehem fi djalogu ġenwin mar-rappreżentanti tal-persunal sabiex jindirizza t-tħassib tagħhom; jiddeplora l-fatt li l-ebda trade union mhi rikonoxxuta fil-BEI u li d-delegazzjoni tal-persunal m’għandha l-ebda setgħa li taġixxi fin-negozjati; jistieden lill-amministrazzjoni tal-BEI josserva, bħala minimu, il-prinċipji fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, bħal-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għan-negozjar kollettiv;
64. Jieħu nota tal-politika l-ġdida tal-BEI kontra l-frodi u jissottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni inklużiva fl-iżvilupp ta’ għodod ewlenin ta’ politika kontra l-frodi; jilqa’ l-fatt li l-BEI adotta u ppubblika l-Politika tal-Grupp tal-BEI lejn ġuriżdizzjonijiet irregolati b’mod dgħajjef, mhux trasparenti u li ma jikkooperawx u governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, li hija komplementari għall-Politika tal-Grupp tal-BEI Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu;
65. Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-viċi presidenti tal-BEI, minbarra r-responsabbiltajiet settorjali tagħhom, jissorveljaw il-proposti għal proġetti ta’ pajjiżhom, flimkien ma’ responsabbiltajiet oħra relatati mal-pajjiż; jistieden lill-BEI jimplimenta għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet kollha li rċieva mill-Ombudsman Ewropew rigward l-attivitajiet ta’ ex-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija tiegħu, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ombudsman tas-27 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża 1016/2021/KR;
o o o
66. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment.
Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2022
217k
64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2022 (2023/2046(INI))
– wara li kkunsidra r-rapport ta’ attività tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-2 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Secure Europe” (Ewropa Sigura),
– wara li kkunsidra d-dokument tas-27 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “EIB Group Operational Plan 2022-2024” (Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-2022-2024), u d-dokument tat-2 ta’ Frar 2023 bit-titolu “EIB Group Operational Plan 2023-2025” (Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-2023-2025),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-BEI dwar l-Investiment 2022/2023 bit-titolu “Resilience and Renewal in Europe” (Reżiljenza u Tiġdid fl-Ewropa), ippubblikat fit-28 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-“EIB Environment Framework” (il-Qafas Ambjentali tal-BEI) adottat fl-14 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Climate Action and environmental sustainable overview 2023” (Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali 2023),
– wara li kkunsidra d-dokument tat-2 ta’ Frar 2022 bit-titolu “European Investment Bank Environmental and Social Standards” (Standards Ambjentali u Soċjali tal-Bank Ewropew tal-Investiment),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Regional Cohesion in Europe 2021-2022 – Evidence from the EIB Investment Survey” (Il-Koeżjoni Reġjonali fl-Ewropa 2021-2022 – Evidenza mill-Istħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI),
– wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku 2021-2025 mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fil-11 ta’ Novembru 2020,
– wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-BEI dwar il-Klima 2022-2023,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-1 ta’ Frar 2023 bit-titolu “The EIB Group PATH Framework – Version 1.1 October 2022 – Supporting counterparties on their pathways to align with the Paris Agreement” (Il-Qafas PATH tal-Grupp tal-BEI – Verżjoni 1.1 ta’ Ottubru 2022 – Appoġġ lill-kontropartijiet dwar il-perkorsi tagħhom biex jallinjaw ruħhom mal-Ftehim ta’ Pariġi),
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tas-17 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Annual Report of the Procurement Complaints Activity and the Procurement Complaints Committee of the European Investment Bank 2022” (Rapport Annwali dwar l-Attività tal-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Kumitat tal-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Bank Ewropew tal-Investiment 2022),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-10 ta’ Frar 2023 bit-titolu “EIB Global – partnership, people, impact” (BEI Globali – sħubija, persuni, impatt),
– wara li kkunsidra r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Grupp tal-BEI tat-22 ta’ April 2022 bit-titolu “Rapid assessment of the EIB Group operational response to the COVID-19 crisis” (Valutazzjoni rapida tar-rispons operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-kriżi tal-COVID-19),
– wara li kkunsidra n-nota tal-BEI tal-31 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Evaluation of EIB support for urban public transport in the European Union (2007-2019)” (Evalwazzjoni tal-appoġġ tal-BEI għat-trasport pubbliku urban fl-Unjoni Ewropea(2007-2019)),
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tas-6 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “EIB Group Sustainability Report 2021” (Rapport tal-2021 tal-Grupp tal-BEI dwar is-Sostenibbiltà), u l-Qafas dwar is-Sostenibbiltà Ambjentali u Soċjali tal-Grupp BEI, adottat fit-2 ta’ Frar 2022,
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-21 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “EIB Audit Committee Annual Reports for the year 2021” (Rapporti Annwali tal-Kumitat tal-Awditjar tal-BEI għas-sena 2021),
– wara li kkunsidra n-nota tal-BEI tat-30 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “EIB evaluation of the EIB’s special activities” (Valutazzjoni tal-BEI tal-attivitajiet speċjali tal-BEI),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “EIB Group activities in EU cohesion regions in 2021” (L-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI fir-reġjuni ta’ koeżjoni tal-UE fl-2021),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-8 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “EIB Investment Survey 2022 – European Union overview” (Stħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI – Ħarsa ġenerali tal-Unjoni Ewropea),
– wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “EIB Diversity and Inclusion – 2021 Progress Report” (Id-Diversità u l-Inklużjoni tal-BEI — Rapport ta’ Progress 2021),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-BEI tat-2 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Health Overview 2023” (Ħarsa Ġenerali lejn is-Saħħa 2023),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u l-Approċċ Futur (JOIN(2022)0024),
– wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività ta’ Konformità tal-BEI 2021 tal-25 ta’ Awwissu 2022,
– wara li kkunsidra l-Politika ta’ Kontra l-Frodi tal-Grupp tal-BEI tal-5 ta’ Awwissu 2021,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità tal-BEI, ippubblikat fit-8 ta’ April 2022, u r-regoli operazzjonali tiegħu adottati f’Jannar 2016,
– wara li kkunsidra l-kodiċijiet ta’ kondotta għall-persunal tal-Grupp tal-BEI, għall-membri tal-Kumitat tal-Awditjar tiegħu u għall-Kumitat ta’ Ġestjoni tiegħu, ippubblikati fit-3 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Divulgazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riskju 2021 tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fid-9 ta’ Awwissu 2022,
– wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-BEI,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment (il-Ftehim Tripartitiku), li daħal fis-seħħ f’Novembru 2021,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-BEI dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Trasparenza tal-Grupp tal-BEI fl-2021, ippubblikat fis-7 ta’ Novembru 2022,
– wara li kkunsidra l-politika tal-Grupp tal-BEI dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta tal-24 ta’ Novembru 2021,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli” (COM(2022)0108),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tal-15 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T‑299/20(1),
– wara li kkunsidra l-kummenti maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Awwissu 2021 dwar l-Abbozz ta’ Qafas għas-Sostenibbiltà Ambjentali u Soċjali (ESSF) tal-Grupp tal-BEI,
– wara li kkunsidra l-Każijiet 1065/2020/PB, 1251/2020/PB u 1252/2020/PB dwar il-BEI, li ġew deċiżi mill-Ombudsman Ewropew fil-21 ta’ April 2022, u l-Każ 1016/2021/KR, li ġie deċiż mill-Ombudsman Ewropew fis-27 ta’ Lulju 2022,
– wara li kkunsidra r-rapport ta’ spezzjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-6 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ OI/1/2021/KR dwar kif il-Kummissjoni tittratta l-isfida ta’ sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” li jinvolvu l-(eks) membri tal-persunal tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0212/2023),
A. billi l-Grupp tal-BEI jikkonsisti mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u huwa l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja, u l-kompitu ewlieni tiegħu huwa li jagħti spinta lill-potenzjal tal-Ewropa f’termini ta’ impjiegi u tkabbir; billi l-BEI huwa simultanjament wieħed mill-akbar fornituri ta’ finanzjament għall-klima, u jopera fis-swieq kapitali internazzjonali u joffri termini kompetittivi lill-klijenti u kundizzjonijiet favorevoli biex jappoġġja l-politiki u l-proġetti tal-UE;
B. billi l-BEI huwa marbut bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u billi l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem iridu jiġu integrati fil-proċeduri u l-istandards tiegħu fil-qasam tad-diliġenza dovuta, inklużi valutazzjonijiet ibbażati fuq it-tbassir li jkunu disponibbli għall-pubbliku; billi l-investiment tal-BEI għandu l-kapaċità li jappoġġja s-settur soċjali, inkluż fir-rigward tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-edukazzjoni u l-indirizzar tal-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali;
C. billi l-prijoritajiet ewlenin tal-BEI huma li jipprovdi finanzjament għal proġetti li jrawmu l-integrazzjoni Ewropea u jippromwovu u jappoġġjaw il-politiki tal-UE kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, pereżempju permezz ta’ investimenti sostenibbli fil-klima u l-ambjent, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-ħiliet, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-infrastruttura u l-koeżjoni;
D. billi l-BEI jaħdem mill-qrib ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE u ma’ banek promozzjonali nazzjonali u istituzzjonijiet tal-finanzi għall-iżvilupp (DFIs), f’koordinazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), biex jilħaq il-miri tiegħu u biex jappoġġja l-politiki tal-UE f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja, permezz ta’ strumenti ta’ investiment dedikati bħal self, ekwitajiet, garanziji u faċilitajiet għall-kondiviżjoni tar-riskji, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza;
E. billi l-BEI huwa marbut bit-trattat li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-UE, l-iżvilupp reġjonali u l-iżvilupp ibbilanċjat u kostanti tas-suq intern, u li jindirizza l-inugwaljanzi billi jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-impjiegi, l-opportunitajiet edukattivi, l-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi u li jipprovdi ambjent b’saħħtu u sostenibbli;
F. billi l-BEI għandu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali u huwa impenjat li jallinja l-attivitajiet kollha tal-BEI mal-Ftehim ta’ Pariġi u li jżid il-finanzjament annwali għall-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali għal aktar minn 50 % tas-self totali sal-2025;
G. billi l-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta huwa parti mill-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku tal-BEI;
H. billi l-BEI jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet politiċi u ekonomiċi tal-UE u jappoġġja l-prijoritajiet ta’ azzjoni esterna tal-Unjoni fir-reġjuni kollha madwar id-dinja, inkluż f’pajjiżi politikament sensittivi fir-reġjuni tal-Viċinat tal-Lvant u tal-Mediterran, il-Balkani tal-Punent, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq;
I. billi l-BEI huwa l-akbar mutwanti multilaterali fir-reġjuni tal-viċinat tal-UE u jmexxi l-operazzjonijiet tiegħu barra mill-UE permezz tal-fergħa tiegħu tal-BEI Globali, b’network ta’ kważi 30 uffiċċju estern li jinsabu fl-Afrika, fl-Amerika Latina u fl-Asja;
J. billi l-BEI wettaq sforzi sinifikanti biex joffri appoġġ addizzjonali wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, u stabbilixxa l-Fond ta’ Garanzija Pan-Ewropew biex jipprovdi kapital għall-SMEs;
K. billi, mill-kriżi finanzjarja globali, kien hemm diskrepanza persistenti fl-investiment produttiv ta’ 1,5 sa 2 punti perċentwali tal-PDG bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti, prinċipalment xprunata minn investiment akbar mill-Istati Uniti fil-makkinarju, it-tagħmir u l-innovazzjoni, b’mod partikolari fit-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (fis-settur tas-servizzi) u l-proprjetà intellettwali (fis-setturi pubbliċi u tad-difiża), u l-BEI huwa mistenni li jikkontribwixxi biex dik id-diskrepanza titnaqqas;
L. billi, fid-dawl tal-kriżi tal-enerġija, flimkien mal-konsegwenzi tal-pandemija u aspetti oħra tas-sitwazzjoni internazzjonali, irid jitnieda sett ta’ azzjonijiet iffukati fil-ħin biex jiżdiedu l-investimenti u biex l-ekonomiji jiġu protetti mill-effetti potenzjalment negattivi tal-issikkar monetarju;
M. billi għandha tingħata attenzjoni kontinwa lill-iżvilupp tal-aħjar prattiki relatati mal-politika tal-prestazzjoni u l-ġestjoni tal-BEI, kif ukoll lill-governanza tajba u t-trasparenza;
N. billi l-UE ma tistax taffordja li ddewwem l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali u fit-tul, bħall-perċentwal dejjem jonqos tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, it-tibdil fil-klima, id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni;
O. billi l-mudell tan-negozju tal-BEI jitlob l-ogħla standards ta’ integrità, trasparenza, obbligu ta’ rendikont u governanza tajba, u jeħtieġ li jiġu adottati u aġġornati kontinwament miżuri adegwati biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ frodi, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu u kriminalità organizzata u prattiki tat-taxxa dannużi b’mod effettiv u effiċjenti, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-imġiba pprojbita identifikata fil-Politika tiegħu Kontra l-Frodi, li ġiet riveduta dan l-aħħar; billi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jistgħu jinvestigaw kwistjonijiet relatati mal-frodi, il-korruzzjoni u reati oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE fi ħdan il-BEI;
L-operazzjonijiet finanzjarji u l-prestazzjoni tal-BEI
1. Jirrimarka li fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-total tal-karta tal-bilanċ tal-Grupp tal-BEI kien ta’ EUR 547,3 biljun, li juri tnaqqis ta’ EUR 20,7 biljun jew 3,6 % meta mqabbel mal-31 ta’ Diċembru 2021 meta din iċ-ċifra kienet ta’ EUR 568,0 biljun;
2. Jirrikonoxxi l-importanza tar-riżultati ewlenin miksuba mill-Grupp tal-BEI fl-2022, b’total ta’ EUR 72,5 biljun f’finanzjament (inklużi riżorsi proprji u ta’ partijiet terzi, meta mqabbla ma’ EUR 93,6 biljun fl-2021 u EUR 74,7 biljun fl-2020) li se jgħinu biex jiġu sfruttati madwar EUR 260 biljun f’investiment fl-ekonomija reali; josserva l-miri li qed jiżdiedu għall-2023 u l-2024 (EUR 80,4 biljun u EUR 82,2 biljun, rispettivament); jirrimarka li fl-2022, il-finanzjament tqassam fost il-prijoritajiet ewlenin kif ġej: EUR 17,93 biljun għall-innovazzjoni u l-kapital diġitali u uman, EUR 20,86 biljun għall-enerġija sostenibbli u r-riżorsi naturali, EUR 17,31 biljun għal bliet u reġjuni sostenibbli u EUR 16,35 biljun għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;
3. Josserva li fl-2022, il-livell ta’ prestazzjoni ġenerali tal-BEI baqa’ għoli u l-portafoll tas-self kompla jrendi tajjeb, u l-proporzjon ta’ self indebolit kien ta’ 0,4 % biss fi tmiem l-2022 (meta mqabbel ma’ 0,3 % u 0,4 % fi tmiem l-2021 u l-2020, rispettivament) u bi profitt nett irrapportat ta’ EUR 1,1 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2022 (meta mqabbel ma’ EUR 2,5 biljun, EUR 1,7 biljun u EUR 2,4 biljun fl-2021, l-2020 u l-2019, rispettivament); jirrimarka li, minħabba li l-profitti jinżammu biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet tal-BEI, il-profittabbiltà konsistenti tal-Bank wasslet għall-akkumulazzjoni ta’ riżervi konsiderevoli matul is-snin, li żiedet il-fondi proprji tal-BEI minn EUR 76,1 biljun fi tmiem l-2021 għal EUR 77,2 biljun fi tmiem l-2022;
4. Josserva li, abbażi ta’ mudell ekonomiku żviluppat b’mod konġunt mid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, l-appoġġ tal-Grupp tal-BEI se joħloq madwar 950 000 impjieg ġdid fl-UE-27 sal-2026 u se jkollu impatt fuq l-ekonomija tal-UE ekwivalenti għal +1,07 punti perċentwali tal-PDG;
5. Jilqa’ r-rwol konsultattiv tal-Bank, b’mod partikolari f’reġjuni li jikkombinaw il-produzzjoni intensiva fil-karbonju mal-fraġilità soċjoekonomika u li jappoġġjaw azzjonijiet ta’ adattament li jindirizzaw b’mod espliċitu l-ħtiġijiet tal-gruppi tal-popolazzjoni li huma l-aktar vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima;
6. Jinnota li, fl-2022, is-self il-ġdid tal-Bank ammonta għal EUR 65,15 biljun, li kien qrib ir-riżultati tas-snin preċedenti (EUR 65,4 biljun fl-2021, EUR 66,1 biljun fl-2020 u EUR 63,3 biljun fl-2019);
7. Jirrimarka li, fl-2022, l-akbar sehem ta’ finanzjament ġie allokat fl-Italja, fi Franza u fi Spanja;
8. Jinnota li, fl-2022, il-BEI ħareġ EUR 19,9 biljun f’Bonds għall-Kuxjenza dwar il-Klima u dwar is-Sostenibbiltà (CABs u SABs), u afferma mill-ġdid ir-rwol tiegħu bħala mexxej fis-swieq globali tal-bonds ekoloġiċi u ta’ sostenibbiltà wara li ħareġ l-ekwivalenti ta’ EUR 11,5 biljun u EUR 10,5 biljun fi prodotti ta’ dejn għas-sostenibbiltà fl-2021 u l-2020; josserva li l-BEI żied is-sehem tal-finanzjament għas-sostenibbiltà (minn CABs u SABs) fil-finanzjament totali tiegħu għal 45 % fl-2022, meta mqabbel ma’ 21 % u 15 % fl-2021 u l-2020;
9. Jifhem li mill-2021 sal-2027, il-garanzija ta’ EUR 26,2 biljun ta’ InvestEU, bi proviżjonament mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u min-NextGenerationEU, mistennija timmobilizza aktar minn EUR 372 biljun f’investiment privat u pubbliku addizzjonali fl-Ewropa, prinċipalment għall-infrastruttura sostenibbli, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, l-appoġġ għall-SMEs, l-investiment soċjali u l-ħiliet;
10. Jilqa’ l-iffirmar fis-7 ta’ Marzu 2022 tal-Ftehim InvestEU mal-Kummissjoni, li bih il-BEI u l-FEI saru l-ewwel sħab eżekuttivi li ffirmaw ftehim ta’ garanzija; ifakkar li l-programm InvestEU huwa s-suċċessur tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u huwa implimentat fl-ambitu tal-QFP 2021-2027 tal-UE u l-BEI huwa s-sieħeb ta’ implimentazzjoni ewlieni b’mod li l-BEI huwa responsabbli għall-ġestjoni ta’ 75 % tal-pakkett baġitarju ġenerali tal-mandat;
11. Jilqa’ l-approvazzjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2023-2025, ippubblikat fit-2 ta’ Frar 2023, li jikkonferma l-allinjament tal-BEI mal-prijoritajiet politiċi tal-UE u l-impenn tiegħu li jżid l-ambizzjoni tiegħu għat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika;
12. Jilqa’ l-introduzzjoni, mill-adozzjoni tal-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2022-2024, ta’ indikaturi tal-prestazzjoni b’valur miżjud għall-approvazzjonijiet ġodda, wara t-tnedija tal-qafas għall-kejl tal-addizzjonalità u tal-impatt (AIM) fl-2021; jifhem li l-operazzjonijiet tal-FEI mhumiex ikkunsidrati taħt il-qafas AIM, iżda jinnota li r-rekwiżiti ta’ addizzjonalità japplikaw għall-mandati ġestiti mill-FEI, inklużi l-InvestEU u l-prodotti ta’ garanzija tal-FEI;
13. Japprezza l-ħidma mwettqa mill-funzjoni ta’ Evalwazzjoni tal-Grupp tal-BEI, li tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont permezz ta’ valutazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-Grupp u tikkontribwixxi għall-kondiviżjoni tal-għarfien, tinforma d-deċiżjonijiet tal-Grupp dwar politiki, strateġiji, prodotti, proġetti u kwistjonijiet organizzattivi, u ttejjeb il-prestazzjoni; jinnota l-evalwazzjonijiet dwar l-ekwità u s-semi-ekwità u dwar l-appoġġ għad-dejn, filwaqt li jindika li d-disponibbiltà ta’ tali finanzjament tindirizza l-lakuni rilevanti fis-suq u tagħti kontribut sinifikanti f’termini ta’ volumi, żvilupp tas-suq u l-aħjar prattiki; jissottolinja li l-għoti ta’ finanzjament stabbli u prevedibbli matul iċ-ċiklu ekonomiku kollu għandu effett kostanti fuq is-suq, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi;
14. Jifhem li fl-2022 ingħataw aktar minn EUR 1 biljun ta’ appoġġ tal-BEI lis-settur ajruspazjali u liċ-ċibersigurtà, u dan kien ogħla mill-objettiv; jemmen li l-BEI għandu rwol strateġiku fl-appoġġ tal-finanzjament tad-difiża tal-Ewropa f’setturi b’użu doppju; jieħu nota li l-inizjattiva strateġika l-ġdida tal-BEI dwar is-sigurtà Ewropea se tagħmel disponibbli sa EUR 6 biljun ta’ finanzjament sal-2027; jilqa’ l-fatt li l-BEI huwa mistenni li jkompli jsaħħaħ is-sħubijiet istituzzjonali mal-Kummissjoni (b’mod partikolari d-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju), l-Aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u n-NATO;
15. Jinnota li, fl-isfond tal-isfidi maħluqa mill-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, id-distakk bejn l-Istati Membri f’termini tas-sitwazzjonijiet u l-kapaċitajiet ekonomiċi tagħhom kiber; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li r-reġjuni u l-pajjiżi l-aktar milquta jaġġustaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
16. Jistieden lill-Bank ikompli jaqdi rwol ewlieni fl-indirizzar tad-diskrepanzi fl-investiment f’setturi bħall-akkomodazzjoni soċjali, l-utilitajiet żgħar, it-trasport pubbliku, it-trasport sostenibbli, l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, u l-edukazzjoni, filwaqt li jiżgura l-addizzjonalità u l-komplementarjetà ma’ fondi pubbliċi oħra u ma’ selliefa kummerċjali;
17. Jirrimarka li l-investimenti fl-SMEs, fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-amministrazzjoni effiċjenti u fl-infrastruttura lokali huma fost l-aktar modi effettivi għall-promozzjoni tat-tkabbir;
18. Jistieden lill-BEI jżid il-finanzjament sabiex jagħti spinta lit-tranżizzjoni teknoloġika, jipprovdi fondi lill-SMEs għar-riċerka u l-innovazzjoni fit-tul, jappoġġja l-iżvilupp ta’ ħiliet adattati għall-ħtiġijiet reali tas-suq tax-xogħol, u jippromwovi l-investiment fil-ħiliet diġitali tal-impjegati u tal-intraprendituri, l-infrastruttura diġitali u l-bini tal-kapaċitajiet għad-diġitalizzazzjoni;
19. Jilqa’ l-klassifikazzjoni AAA bi prospettiva “stabbli” tal-BEI mogħtija mit-tliet aġenziji ewlenin tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (Fitch, Moody’s, u S&P); itenni li l-klassifikazzjoni AAA tal-Bank hija meħtieġa biex jiġu żgurati sorsi xierqa tas-suq ta’ finanzjament b’rati preferenzjali u li din trid tiġi ppreservata;
L-appoġġ tal-BEI f’oqsma tal-politika ewlenin – il-koeżjoni, l-infrastruttura, id-diġitalizzazzjoni, l-SMEs, l-innovazzjoni u l-ħiliet
20. Jinnota li skont il-politika ta’ koeżjoni attwali tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-kontribut tal-Grupp tal-BEI għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali qed ikompli jgħin lill-pajjiżi u r-reġjuni madwar l-UE fejn l-iżvilupp mhuwiex uniformi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-kuntest tal-kriżijiet li għaddejjin minnhom il-pajjiżi tal-UE, il-konsegwenzi ekonomiċi żiedu d-disparitajiet kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll internament fir-reġjuni fi ħdanhom, li jagħmilha saħansitra aktar importanti li jiġi żgurat li r-reġjuni u l-pajjiżi l-aktar milquta jkunu jistgħu jaġġustaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bank li jibda jsegwi, mill-2023, l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni tas-self lil reġjuni inqas żviluppati, li l-mira għalih hija ta’ 21 % fl-2023, u bil-għan li jilħaq 23 % tal-finanzjament totali tal-UE sal-2025; itenni t-talba tiegħu għal distribuzzjoni ġeografika ġusta u trasparenti tal-proġetti u l-investiment, b’enfasi fuq ir-reġjuni inqas żviluppati, speċjalment fis-settur tas-saħħa, fl-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-infrastruttura, bil-għan li jiġu promossi t-tkabbir inklużiv u l-konverġenza u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jinnota, f’dan il-kuntest, li d-dokument ta’ Orjentazzjoni dwar il-Koeżjoni tal-BEI għall-2021-2027 iżid il-finanzjament relatat mal-koeżjoni tal-Grupp tal-BEI għal madwar 40 % tal-finanzjament intra-UE għall-2022 (li jiżdied għal 45 % sal-2025), li minnu 20 % tal-fondi għandhom jiġu allokati għal reġjuni inqas żviluppati; huwa konxju li, fil-promozzjoni tal-inklużjoni u l-iżvilupp soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, il-Grupp jappoġġja l-politiki soċjali rilevanti tal-UE u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota li kważi nofs is-self tal-BEI fl-UE fl-2022 (46 %) ġie ffirmat għal proġetti f’reġjuni ta’ koeżjoni, li fuqhom huwa bbażat l-appoġġ tal-Bank għal tkabbir ekwu u konverġenza madwar l-UE; jitlob lill-BEI jkun aktar attiv fl-indirizzar tan-nuqqasijiet rikorrenti li jipprevjenu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jibbenefikaw bis-sħiħ mill-attivitajiet finanzjarji tal-BEI;
21. Jemmen li l-innovazzjoni hija mutur tal-kompetittività, tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u li għad hemm distakk strutturali sinifikanti fl-investiment tal-UE fl-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; iħeġġeġ lill-BEI jappoġġja t-trasformazzjoni diġitali, jirrispetta l-awtonomija strateġika fil-qasam diġitali u jippromwovi proġetti ta’ infrastruttura diġitali, li għandhom jiġu integrati fi standards u protokolli li jappoġġjaw is-sigurtà u r-reżiljenza tan-network, l-interoperabbiltà u internet miftuħ, plurali u sigur; jistieden lill-Bank irawwem l-awtonomija tal-Ewropa f’teknoloġiji ewlenin u jappoġġja t-trasformazzjoni teknoloġika tal-kumpaniji Ewropej, li se jkollu effett pożittiv kbir fuq l-impjiegi filwaqt li jaċċellera d-diġitalizzazzjoni; jistieden lill-Bank, barra minn hekk, jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fl-UE, sabiex l-Ewropa ssir aktar reżiljenti u reattiva fid-dawl tat-theddid ċibernetiku, filwaqt li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti u jiġu protetti l-entitajiet kritiċi u s-servizzi essenzjali, bħall-isptarijiet u l-utilitajiet pubbliċi;
22. Huwa konxju li l-azzjonijiet tal-BEI jgħaqqdu l-klima, l-innovazzjoni u l-iżvilupp u jirrikonoxxi lill-innovazzjoni u t-teknoloġija bħalal l-faċilitaturi ewlenin tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti; jemmen li, biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u diġitali ambizzjużi, il-BEI għandu jżomm l-istrateġija tiegħu li jappoġġja attivitajiet immexxija mill-għarfien u b’riskju ogħla li jiġġeneraw addizzjonalità akbar, u li t-teħid ta’ riskji ogħla permezz ta’ “attivitajiet speċjali” se jkompli jippermetti lill-Bank jilħaq klijenti u setturi ġodda, u jiżviluppa prodotti li jirrispondu għall-bidla fid-dinamika tas-suq u għall-ħtiġijiet tas-suq li qed jevolvu;
23. Jirrimarka li l-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta huwa parti ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u li dan jindirizza l-effetti soċjali u ekonomiċi tal-mixja lejn in-newtralità klimatika; jinnota li l-kontribut tal-Grupp tal-BEI għall-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jipprovdi pont importanti bejn iż-żewġ objettivi ta’ politika trasversali ewlenin tal-Grupp tal-azzjoni klimatika u l-koeżjoni; jenfasizza r-rwol li l-BEI huwa mitlub jaqdi fl-appoġġ tal-ekonomija tal-UE permezz tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta; jissottolinja li l-BEI jappoġġja t-tliet pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta; jifhem li, għat-tliet pilastri, l-attività tal-BEI hija mmexxija mid-domanda; jilqa’ l-ftehim iffirmat f’Settembru 2022 bejn il-Kummissjoni u l-BEI dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku, it-tielet pilastru tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, li se jiffinanzja investimenti pubbliċi b’valur ta’ EUR 10 biljun f’self tal-BEI fir-reġjuni l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika tal-UE; jistieden lill-BEI jipprovdi lill-benefiċjarji potenzjali miż-żoni l-aktar milquta appoġġ konsultattiv biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti;
24. Jenfasizza l-importanza tal-SMEs għall-ekonomija Ewropea u jirrimarka li t-23 miljun SME fl-Unjoni jammontaw għal 99 % tan-negozji kollha u aktar minn nofs il-PDG tal-Ewropa, u għandhom rwol ewlieni fiż-żieda tal-valur fis-setturi kollha tal-ekonomija u jipprovdu madwar żewġ terzi tal-impjiegi kollha; jemmen li l-SMEs għandhom rwol ewlieni fit-tranżizzjoni inklużiva lejn in-newtralità klimatika, it-trasformazzjoni diġitali tal-industriji Ewropej u l-kompetittività tal-intraprendituri tal-UE; jinnota l-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe rekwiżit ġdid eċċessiv li joħloq aktar burokrazija għall-SMEs;
25. Jilqa’ l-fatt li fl-2022 il-BEI pprovda finanzjament li jammonta għal investiment totali ta’ EUR 16,35 biljun għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja. jirrimarka li fl-2022 l-appoġġ finanzjarju tal-Grupp tal-BEI laħaq lil madwar 430 000 SME u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, li pprovdew 5,3 miljun impjieg;
26. Jenfasizza r-rwol tal-Fond Ewropew ta’ Garanzija (FEG) fl-appoġġ għall-kumpaniji, prinċipalment l-SMEs Ewropej, u jinnota li, sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-korpi governattivi tal-BEI kienu approvaw proġetti li kienu jiswew total ta’ EUR 23,54 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 23,2 biljun fl-2021), li minnhom EUR 11,07 biljun kienu finanzjament mill-BEI u EUR 12,47 biljun kienu finanzjament mill-FEI; u li l-firem li rriżultaw kienu laħqu EUR 20,9 biljun fl-aħħar tal-2022 (EUR 10,3 biljun mill-BEI u EUR 10,6 biljun mill-FEI); jirrimarka li dan l-intervent huwa mistenni li jimmobilizza investiment totali ta’ EUR 187,3 biljun (meta mqabbel ma’ total ta’ EUR 174,4 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2021); huwa konxju tan-natura temporanja ta’ dan l-istrument u li l-perjodu ta’ allokazzjoni għall-prodotti tal-FEG ġie estiż biss sal-31 ta’ Diċembru 2022, fil-kuntest tal-miżuri biex jiġi appoġġjat l-irkupru tal-Unjoni wara l-pandemija tal-COVID-19, u jfaħħar il-puntwalità tal-FEG biex jgħin biex jittaffa l-impatt ekonomiku tal-pandemija fuq in-negozji; jinnota t-tħassib espress dwar in-nuqqas ta’ trasparenza dwar l-implimentazzjoni tal-FEG (b’mod partikolari, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-pubblikazzjoni f’waqtha tal-proġetti ffinanzjati u l-identifikazzjoni tar-riċevituri finali); jilqa’ l-fatt li fil-programm ta’ ħidma tad-Diviżjoni tal-Evalwazzjoni tal-BEI għall-2024 ġiet inkluża evalwazzjoni tal-FEG, u jistenna li din tipprovdi analiżi eżawrjenti tal-valur miżjud effettiv u l-impatt tal-implimentazzjoni tal-FEG;
27. Jemmen li l-indirizzar tad-diskrepanzi strutturali kbar fl-investiment tal-UE jirrikjedi li jingħelbu l-ostakli għall-investiment kemm finanzjarju kif ukoll mhux finanzjarju u l-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni fuq skala kbira tar-riżorsi u l-kapaċitajiet, flimkien mal-bini tal-kapaċità teknika u amministrattiva u t-tnaqqis fl-ostakli regolatorji; jitlob li jissaħħu l-assistenza teknika għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-għarfien finanzjarju espert tagħhom, speċjalment fir-reġjuni li fihom il-kapaċitajiet ta’ investiment huma baxxi, qabel l-approvazzjoni tal-proġetti, b’mod li jitjieb l-aċċess għall-finanzjament mill-BEI;
28. Jirrikonoxxi li l-immirar u l-implimentazzjoni ta’ investimenti trasformattivi permezz ta’ fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jirrikjedu t-titjib tal-kapaċità teknika u amministrattiva; josserva li l-analiżi operazzjonali tal-BEI identifikat il-frammentazzjoni tas-suq tul il-fruntieri nazzjonali, ir-regolamentazzjoni frammentata, il-kapaċità limitata tal-promoturi tas-settur pubbliku u r-restrizzjonijiet baġitarji nazzjonali bħala kwistjonijiet ewlenin li jżommu lura l-proġetti ta’ investiment; jistieden lill-Grupp tal-BEI jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva billi juża l-esperjenza operazzjonali tiegħu;
29. Jistieden lill-Grupp tal-BEI jikkontribwixxi biex jipprovdi ċarezza u jippreserva inċentivi biex javvanza t-trasformazzjoni tal-Ewropa, itejjeb l-effett katalitiku tal-investiment pubbliku biex jattira l-investiment mis-settur privat, jiffaċilita l-aċċess għal strumenti finanzjarji li jassorbu r-riskju biex jgħin jipproteġi l-investiment strateġiku mis-settur privat, inaqqas l-ostakli amministrattivi bla bżonn u jindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet tekniċi, b’mod partikolari għall-kumpaniji u l-muniċipalitajiet fir-reġjuni ta’ koeżjoni u għal objettivi ekoloġiċi u diġitali aktar kumplessi;
30. Jissottolinja li l-bdiewa tal-UE jiffaċċjaw sfidi dejjem akbar, bħall-ħtieġa li jadattaw għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll it-tfixkil ikkawżat mill-effetti tal-kriżi tal-enerġija, l-inflazzjoni li qed tiżdied u l-gwerra fl-Ukrajna; jissottolinja li s-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tas-sajd huma atturi fundamentali għat-tkabbir u l-iżvilupp fiż-żoni rurali; jistieden lill-BEI jipprovdi assistenza aħjar biex jappoġġja dawn is-setturi importanti;
31. Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex iwettaq diliġenza dovuta fil-fażi preparatorja tal-proġetti kollha sabiex jinkludi kunsiderazzjoni bir-reqqa u rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-komunitajiet indiġeni, u jiżviluppa strateġija ċara dwar id-drittijiet tal-bniedem li tinkludi valutazzjonijiet tal-impatt u riskji għad-drittijiet tal-bniedem;
Il-BEI, il-klima u l-ambjent
32. Isostni li l-flussi finanzjarji kollha tal-BEI għandhom ikunu konsistenti għalkollox mal-kisba ta’ emissjonijiet żero netti sa mhux aktar tard mill-2050 u mal-objettiv klimatiku aktar ambizzjuż tal-UE għall-2030; ifakkar li t-tranżizzjoni klimatika trid tkun inklużiva u ġusta, l-investimenti ekoloġiċi jridu jkunu vijabbli u li l-BEI huwa mistenni li jimmobilizza s-self, l-istrumenti finanzjarji, l-assistenza teknika u s-servizzi konsultattivi tiegħu biex jappoġġja lill-individwi u lin-negozji li qed jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju;
33. Jinsab imħasseb li għalkemm l-investimenti biex jiġi limitat it-tibdil fil-klima qed jiżdiedu, dawn għadhom ferm taħt dak li huwa meħtieġ biex tintlaħaq il-mira tal-Ewropa li tikseb emissjonijiet żero netti sal-2050; josserva li, skont l-analiżi tal-BEI, minkejja li l-investiment tal-UE fil-klima reġa’ żdied wara li naqas matul il-pandemija, il-livell ta’ tali nfiq jeħtieġ li jiżdied b’mod konsiderevoli biex l-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha, u jinħtieġu EUR 356 biljun addizzjonali fis-sena meta mqabbel mal-2010-2020 biex jintlaħaq EUR 1 triljun ta’ investiment u jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 55 % sal-2030;
34. Jinnota li l-finanzjament ekoloġiku mill-BEI żdied għal EUR 36,5 biljun (58 % tat-total) fl-2022, u qabeż il-mira li mill-inqas 50 % tal-finanzjament totali jiġi allokat għall-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali ferm qabel l-2025; josserva li l-BEI diġà appoġġja EUR 222 biljun f’investiment bħal dan matul dawn l-aħħar sentejn u jħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jimpenja ruħu aktar lejn l-objettiv tiegħu li jappoġġja EUR 1 triljun f’finanzjament ekoloġiku dan id-deċennju;
35. Jiddispjaċih dwar is-saħħa mnaqqsa tal-UE fil-qasam tat-teknoloġija ekoloġika, fejn qabel kienet stabbiliet lilha nnifisha bħala mexxejja; jemmen li l-UE jeħtieġ li żżid l-investimenti tagħha f’teknoloġiji aktar avvanzati, bħat-teknoloġiji tal-idroġenu, u ssaħħaħ l-isforzi tagħha fl-oqsma tal-mobbiltà sostenibbli, il-grilji intelliġenti, l-enerġija eolika u solari u l-ħżin tal-enerġija;
36. Josserva li l-Grupp tal-BEI ffirma ammont rekord f’finanzjament ġdid għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza, il-ħżin u l-grilji fl-2022, fejn il-finanzjament totali tal-BEI għall-proġetti tal-enerġija sostenibbli fl-UE jammonta għaċ-ċifra mingħajr preċedent ta’ EUR 17,06 biljun;
37. Japprezza t-tħabbira tal-BEI fis-27-il Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP27), li saret f’Sharm El-Sheikh, l-Eġittu mis-6 sat-18 ta’ Novembru 2022, li l-Grupp se jappoġġja l-pjan REPowerEU tal-Kummissjoni b’EUR 30 biljun addizzjonali f’self u finanzjament ta’ ekwità sal-2027, li se jkunu prinċipalment iddedikati għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, il-grilji u l-ħżin, l-infrastruttura tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u t-teknoloġiji rivoluzzjonarji, bħall-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;
38. Jilqa’ l-pakkett ta’ finanzjament immirat approvat mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fis-26 ta’ Ottubru 2022, li huwa mistenni li jimmobilizza sa EUR 115 biljun ta’ investiment ġdid sal-2027, u b’hekk jagħti kontribut sostanzjali għall-objettiv tar-REPowerEU li tintemm id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi, flimkien mal-appoġġ kontinwu tal-BEI għas-settur tal-enerġija fl-UE, li laħaq medja ta’ madwar EUR 10 biljun ta’ finanzjament fis-sena matul l-aħħar għaxar snin;
39. Jissottolinja li l-Grupp tal-BEI dwar il-Politika Ambjentali u Soċjali jsaħħaħ l-impenn għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 u l-Istandards Ambjentali u Soċjali tal-BEI jiżguraw li l-proġetti ffinanzjati ma jikkawżaw l-ebda ħsara sinifikanti għall-bijodiversità u l-ekosistemi; jilqa’ l-bidla minn “ebda telf nett” għal “ebda telf” tal-bijodiversità, f’konformità mal-politiki tal-UE;
Il-BEI u s-sigurtà tal-enerġija
40. Jenfasizza li l-invażjoni illegali, mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja u l-kriżi tal-enerġija aggravaw ir-restrizzjonijiet eżistenti fuq il-provvista u li r-ramifikazzjonijiet tal-prezzijiet ogħla tal-enerġija jmorru lil hinn mill-impatt dirett fuq l-unitajiet domestiċi u n-negozji, u jżidu l-inflazzjoni u jnaqqsu d-domanda, u l-prezz ta’ dan iġarrbuh l-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-gvernijiet tal-Ewropa;
41. Jesprimi gratitudni talli l-BEI ikkundanna l-invażjoni militari tal-Ukrajna mit-truppi Russi; jinnota li, mill-bidu tal-invażjoni, il-BEI mmobilizza u żborża EUR 1,7 biljun f’għajnuna ta’ emerġenza lill-Ukrajna, bl-appoġġ tal-Kummissjoni;
42. Huwa konxju li l-kapaċità tal-ekonomiji Ewropej li jassorbu xokkijiet ġodda hija kkumplikata minħabba l-legat fiskali tal-pandemija; jirrikonoxxi li l-politika fiskali b’saħħitha adottata b’reazzjoni għall-pandemija fl-2020 u l-2021 ipproteġiet lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji minn telf estensiv ta’ introjtu, u li tali miżuri pproteġew il-kapaċità produttiva tal-ekonomija b’mod li ppermettielha tirkupra malajr ladarba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 tneħħew; jirrimarka li l-appoġġ fiskali msemmi hawn fuq alloka mill-ġdid sehem kbir mill-ġid nett mis-settur pubbliku għas-settur privat, u żied id-dejn pubbliku u l-iffrankar mill-privat, u li, wara tali azzjonijiet, il-gvernijiet għandhom inqas spazju għal kwalunkwe manuvra fiskali biex itaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi u l-impriżi;
43. Ifakkar li l-BEI jista’ jkollu rwol importanti fit-trawwim tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet industrijali tal-UE billi joħloq il-kundizzjonijiet ta’ investiment it-tajba biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista tul il-katina tal-valur, u jikkontribwixxi għat-tmexxija industrijali Ewropea futura, u b’hekk isaħħaħ il-piż ġeopolitiku tal-UE;
44. Jinnota li matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Grupp tal-BEI għadda aktar minn EUR 100 biljun lis-settur tal-enerġija tal-UE, filwaqt li investa fl-effiċjenza enerġetika, fl-enerġija rinnovabbli, fil-grilji u fil-ħażniet; josserva li bħalissa qed jingħata appoġġ biex jgħin lill-Istati Membri b’reazzjoni għall-kriżi kkawżata mit-tnaqqis f’daqqa fil-provvisti tal-gass Russu;
45. Jinnota d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI f’Ottubru 2022 li jgħolli l-volumi ta’ finanzjament tal-enerġija nadifa tal-Grupp b’appoġġ għall-objettiv ta’ REPowerEU li tintemm id-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili Russi, u li wara dan se jiġu investiti EUR 30 biljun addizzjonali sal-2027; jemmen li din id-deċiżjoni m’għandhiex tirriżulta f’laxkar permanenti tal-kriterji klimatiċi li l-kumpaniji jridu jissodisfaw biex jikkwalifikaw għall-appoġġ; ifakkar li l-Qafas PATH għandu l-għan li jiżgura li l-proġetti ffinanzjati jkunu allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi u li l-operaturi jikkonformaw billi jiddekarbonizzaw l-attività kummerċjali ġenerali tagħhom u jsaħħu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, f’konformità mal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku tal-BEI; jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-investimenti b’valur miżjud tal-UE billi jiġu appoġġjati proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali fil-produzzjoni u l-infrastrutturi tal-enerġija;
46. Jissottolinja li l-investimenti kollha li jindirizzaw il-kriżi tal-enerġija, flimkien ma’ investimenti ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, għandhom jiġu implimentati b’mod effiċjenti u trasparenti;
Attivitajiet tal-FEI
47. Jinnota li l-FEI huwa parti mill-Grupp tal-BEI u li l-missjoni ċentrali tiegħu hija li jappoġġja lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) tal-Ewropa billi jgħinhom jaċċessaw il-finanzi; huwa konxju li l-FEI jfassal u jiżviluppa kapital ta’ riskju u tkabbir, garanziji u strumenti ta’ mikrofinanzjament li jimmiraw speċifikament lejn dan is-settur tas-suq u, b’dan il-mod, il-FEI jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE bħall-kompetittività u t-tkabbir, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, l-impatt soċjali, il-ħiliet u l-kapital uman, u l-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali;
48. Jirrimarka li l-aktar programm ta’ finanzjament reċenti tal-FEI jżid il-volum tar-riżorsi, minn EUR 9,2 biljun fl-2022 għal EUR 13,0 biljun u EUR 13,5 biljun fl-2023 u fl-2024, rispettivament; jifhem li l-FEI qed jippjana li juża l-kapaċità sħiħa tal-mandat ta’ InvestEU fornut minn qabel fl-2022 u l-2023 billi japprova, sa tmiem l-2023, 60 % tal-baġit ta’ InvestEU appoġġjat minn NextGenerationEU u jiffinalizza l-firem korrispondenti sa tmiem l-2024;
49. Josserva li, matul l-2022, 30 % tal-appoġġ finanzjarju tal-FEI kien immirat lejn is-sostenibbiltà u t-trasformazzjoni ekoloġika u, f’konformità mal-ambizzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku tal-Grupp tal-BEI, 21 % – madwar EUR 2 biljun – ġew diretti biex jintlaħqu l-objettivi orizzontali tal-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali; jissottolinja li l-FEI appoġġja intrapriżi innovattivi fl-agroteknoloġija, l-ekonomija blu, iċ-ċirkolarità u l-mobilità sostenibbli, kif ukoll għen lin-negozji u lill-individwi tradizzjonali jiffinanzjaw l-investimenti klimatiċi tagħhom;
50. Jirrimarka li, fl-2022, il-FEI pprovda aktar minn EUR 9 biljun f’finanzjament għal negozji żgħar u proġetti ekoloġiċi, bil-għan li jimmobilizza madwar EUR 97 biljun f’investimenti li jappoġġjaw in-newtralità klimatika, it-tranżizzjoni diġitali tal-industriji tal-UE u l-kompetittività tal-intraprendituri fl-UE;
51. Jirrimarka li l-FEI żamm ukoll l-enfasi tiegħu fuq l-objettiv ta’ koeżjoni orizzontali, prinċipalment permezz ta’ programmi ta’ investiment konġunti b’rabta mal-Pjattaforma ta’ Ekwità tal-Istituzzjonijiet ta’ Promozzjoni Nazzjonali tal-EIF u billi dderieġa 39 % tal-finanzjament lejn entitajiet fir-reġjuni ta’ koeżjoni tal-UE;
Impatt barra l-UE
52. Huwa konxju li, fl-attivitajiet tiegħu barra mill-UE, il-Grupp tal-BEI jappoġġja l-objettivi u l-prijoritajiet tal-azzjonijiet esterni tal-UE u juża l-għarfien espert u l-esperjenza tiegħu barra mill-UE f’oqsma ta’ prijorità bħall-azzjoni klimatika, is-saħħa u d-diġitalizzazzjoni, il-valuri tal-UE, u l-prinċipji tal-governanza tajba;
53. Jappella lill-UE tkompli timmassimizza l-potenzjal tal-BEI bħala għodda biex tisfrutta l-awtonomija strateġika tal-UE, b’mod partikolari f’termini ta’ enerġija u materja prima, u biex tippromwovi l-prijoritajiet tal-politika esterna tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi mhux tal-UE, b’konformità sħiħa mal-proċess ta’ diliġenza dovuta ambjentali u soċjali, kif ukoll b’koordinazzjoni b’saħħitha bejn il-Kummissjoni u s-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE biex jiġu ffaċilitati d-diskussjonijiet u l-kooperazzjoni mal-atturi rilevanti fuq il-post sabiex jiġu identifikati proġetti li jissodisfaw bl-aħjar mod l-objettivi tal-effikaċja tal-iżvilupp;
54. Japprezza l-isforzi miżjuda mill-istabbiliment tal-BEI Globali, iżda jħeġġeġ lill-BEI biex ikun aktar proattiv fit-tisħiħ tal-komunikazzjoni u l-viżibbiltà ġenerali tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-ħidma tiegħu fin-Nofsinhar Globali; iwissi, madankollu, li fl-isforz għall-viżibbiltà, il-proġetti fil-livell lokali m’għandhomx jiġu mmarġinalizzati mill-proġetti akbar, u jisħaq li l-atturi lokali għandhom ikunu involuti biżżejjed;
55. Jilqa’ l-bidu tal-attività operazzjonali fl-1 ta’ Jannar 2022 tal-BEI Globali, stabbilit b’segwitu tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI f’Settembru 2021 u fdat bl-attivitajiet kollha tal-BEI fir-reġjun tat-tkabbir, il-pajjiżi tal-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE, l-Afrika sub-Saħarjana, l-Asja, l-Amerika Latina, il-Karibew u l-Paċifiku; jifhem li l-BEI Globali huwa maħsub li jkun il-fergħa finanzjarja ewlenija ta’ Tim Ewropa, li topera lil hinn mill-UE, li tikkombina s-setgħa tal-BEI, tal-Istati Membri tal-UE u ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ investiment li jaħdmu flimkien mal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-ftuħ tal-uffiċċji tal-BEI fi Pretoria, f’Kiev u f’Belgrad, li se jgħinu lill-BEI Globali jimplimenta l-missjoni tiegħu; jemmen li l-BEI Globali se jagħti kontribut ewlieni għall-għanijiet tat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-UE u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni multilaterali;
56. Itenni t-talba tiegħu li l-BEI Globali jkun iċċentrat fuq aġenda ta’ żvilupp ekwu u sostenibbli fil-pajjiżi riċevituri, filwaqt li jintwera żvilupp ċar;
57. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi u l-impenn tal-BEI fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-investiment tiegħu ta’ EUR 835,2 miljun fl-2022 permezz tal-BEI Globali, u b’hekk ikkontribwixxa għall-pjan ekonomiku u ta’ investiment tal-UE għar-reġjun; jinnota li aktar minn 80 % tal-investimenti ffirmati fl-2022 marru għal proġetti ambjentalment sostenibbli; jilqa’ l-fatt li l-investimenti tal-BEI b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali sostenibbli tal-ekonomiji lokali fir-reġjun mill-2020 ’l hawn ammontaw għal EUR 2,5 biljun; iħeġġeġ lill-BEI Globali jkompli jipprovdi aċċess għall-finanzjament b’termini favorevoli għan-negozji fil-Balkani tal-Punent li jinvestu fl-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura diġitali, l-estensjoni tan-network tat-telekomunikazzjoni 5G, l-iżvilupp urban sostenibbli, it-tħaffif tat-tranżizzjoni enerġetika u l-iżgurar tal-effiċjenza enerġetika, inklużi proġetti tal-enerġija rinnovabbli u proġetti newtrali għall-klima; jilqa’ t-tnedija tal-garanzija għar-reżiljenza tal-SMEs fl-ambitu tal-faċilità ta’ żvilupp u innovazzjoni tal-intrapriżi tal-Balkani tal-Punent, biex jiġi pprovdut aċċess għall-finanzjament b’termini favorevoli għal madwar 4 000 negozju żgħir fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-proċedura ta’ kontroll baġitarju peress li, skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-appoġġ finanzjarju tal-UE li ammonta għal madwar EUR 700 miljun bejn l-2014 u l-2020 għall-promozzjoni tal-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent ftit li xejn kellu impatt fuq ir-riformi fundamentali;
58. Jinnota l-isforzi tal-BEI rigward il-proċess ta’ diliġenza dovuta għall-istandards soċjali u ambjentali tal-operazzjonijiet tiegħu; iħeġġeġ lill-BEI issaħħaħ aktar il-konsultazzjoni sinifikanti tal-popolazzjonijiet lokali matul l-implimentazzjoni tal-proġetti, jinkorpora mekkaniżmi sodi ta’ responsabbiltà għall-komunitajiet milquta u jimmonitorja mill-qrib, u jirrapporta dwar, in-nuqqasijiet tal-involviment tiegħu u r-rwol tal-intermedjarji tiegħu fi proġetti li kellhom impatt negattiv fuq il-popolazzjonijiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
59. Jistenna li l-BEI Globali u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni tiegħu ma’ DFIs oħrajn ikunu kompletament trasparenti; jilqa’ f’dan il-kuntest l-iskambji regolari mal-Parlament Ewropew fi Brussell u l-aktar reċenti fil-Lussemburgu kif ukoll id-djalogu miftuħ kontinwu tal-Bank mal-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali;
60. Iħeġġeġ lill-BEI jkompli jinvolvi ruħu b’mod attiv fl-iżvilupp tal-metodi u l-prattiki tal-ippjanar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fil-livell tal-pajjiżi, id f’id mad-delegazzjonijiet tal-UE u mal-atturi nazzjonali u lokali, u permezz ta’ kofinanzjament mad-DFIs;
61. Ifaħħar l-azzjoni rapida tal-BEI biex jappoġġja lill-Ukrajna immedjatament wara li faqqgħet il-gwerra ta’ aggressjoni Russa billi żborża EUR 1,7 biljun f’fondi fl-2022 f’ċirkostanzi diffiċli ħafna; jinnota li għad iridu jiġu żborżati EUR 540 miljun bħala proġetti konkreti fuq il-post; iħeġġeġ lill-BEI jiżgura l-kontribut tiegħu permezz tal-inizjattiva “EU for Ukraine” (l-UE għall-Ukrajna) biex l-ekonomija tal-Ukrajna tibqa’ għaddejja, biex jappoġġja l-isforz ta’ rikostruzzjoni tal-pajjiż, f’konformità mal-mandat li rċieva fil-15 ta’ Diċembru 2022 mill-Kunsill Ewropew;
62. Iħeġġeġ lill-BEI jiżgura kundizzjonalità stretta fir-rigward tal-assistenza finanzjarja pprovduta lill-Ukrajna, inkluża sorveljanza ċara u komprensiva fuq l-infiq tal-fondi tal-UE mmirati għar-rikostruzzjoni u l-għajnuna umanitarja; ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-ħtieġa ta’ approċċ sistematiku tal-UE biex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-iżborż tal-fondi u jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-infiq;
63. Huwa konxju li, skont id-Digriet tal-President tal-Ukrajna Nru 64/2022, l-amministrazzjonijiet militari ilhom mill-24 ta’ Frar 2022 responsabbli għall-eżerċitar tas-setgħat tal-amministrazzjonijiet statali lokali rilevanti, kif ukoll fit-territorji deokkupati, għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mat-tħejjija, l-approvazzjoni, l-emenda u l-implimentazzjoni tal-baġit lokali, il-ġestjoni tal-proprjetà taħt sjieda komunali tal-komunità territorjali rispettiva u, għal perjodi qosra, l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-art u l-użu ta’ riżorsi naturali ta’ importanza lokali; jemmen li, fis-sitwazzjoni attwali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ ġestjoni u awditjar għandhom riżorsi u setgħat limitati biex jiżguraw il-livell standard ta’ trasparenza u ta’ kontroll adegwat fuq ir-riżorsi finanzjarji użati; iħeġġeġ lill-BEI jiżgura l-parteċipazzjoni tan-nies lokali u tar-rappreżentanti eletti demokratikament tal-gvern awtonomu lokali u jżid is-sorveljanza tiegħu tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni u jsegwi rwol ta’ monitoraġġ b’saħħtu fir-rigward tar-riżorsi allokati sabiex jiġi evitat li dawn jiġu miżapproprjati jew użati ħażin; jistieden lill-BEI jistabbilixxi t-timijiet ta’ monitoraġġ u awditjar tiegħu stess fl-Ukrajna, li jiżguraw il-preċiżjoni tad-data tal-awditjar relatata mal-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE;
64. Jistieden lill-BEI jikkoordina u jissorvelja l-koordinazzjoni dwar il-fondi mill-inizjattiva “EU for Ukraine” mal-Kummissjoni, il-Bank Dinji u oħrajn fi ħdan il-Pjattaforma ta’ Koordinazzjoni tad-Donaturi tal-G7 għall-Ukrajna, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u muniċipali tal-Ukrajna, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ approċċ kollaborattiv biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet urġenti tal-Ukrajna;
65. Jirrimarka li, minbarra l-appoġġ għall-Ukrajna, il-BEI Globali ta EUR 9,1 biljun f’finanzjament ġdid fl-2022, li wassal il-volum totali tal-attività minn din is-sussidjarja tal-BEI għal EUR 10,8 biljun, li tnediet f’Jannar 2022 biex jiżdiedu l-operazzjonijiet barra mill-UE;
66. Jilqa’ l-appoġġ finanzjarju u tekniku tal-BEI għar-Repubblika tal-Moldova, filwaqt li jitqiesu d-dipendenza u l-vulnerabbiltà tal-enerġija tal-pajjiż fil-kuntest ġeopolitiku attwali; jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja lill-Moldova biex taċċellera l-adeżjoni tagħha mal-UE u l-progress tagħha lejn awtonomija u diversifikazzjoni tal-enerġija fit-tul;
67. Iħeġġeġ lill-BEI Globali isegwi preżenza lokali aktar b’saħħitha billi jadatta l-prodotti u l-mudelli kummerċjali għall-ħtiġijiet lokali u jikkoopera aktar mill-qrib mal-istituzzjonijiet sħab, sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-UE fuq l-iżvilupp f’Tim Ewropa taħt il-kappa tal-istrument tal-viċinat, tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni internazzjonali – Ewropa globali;
68. Jilqa’ l-ewwel ftehim finanzjarju ffirmat bejn il-BEI u l-Fond Internazzjonali tan-NU għall-Iżvilupp Agrikolu (IFAD), li se jipprovdi lill-IFAD EUR 500 miljun bħala appoġġ għall-programm tiegħu biex itejjeb is-sigurtà tal-ikel u jnaqqas il-faqar fiż-żoni rurali u biex jgħin lill-bdiewa fuq skala żgħira jadattaw għat-tibdil fil-klima;
69. Jiġbed l-attenzjoni għall-fehmiet diverġenti fost l-Istati Membri dwar kif jiġu żgurati l-finanzjament u l-kopertura meħtieġa mill-baġit tal-UE sabiex jippermettu l-involviment kontinwu tal-Bank fl-Ukrajna, li hemm ir-riskju li ieqaf jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni; jilqa’ l-inizjattiva “EU for Ukraine” tal-BEI, li għandha l-għan li tgħin fil-bini mill-ġdid tal-infrastruttura, tappoġġja l-ħtiġijiet ta’ investiment ta’ prijorità u tappoġġja n-negozju; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li jkompli jingħata appoġġ sod lill-pajjiż f’konformità mal-ħtiġijiet tiegħu; jappella għal analiżi bir-reqqa u kontinwa tal-ħtiġijiet finanzjarji għar-rikostruzzjoni u għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ukrajna li tagħti prijorità lill-ħtiġijiet lokali, inkluża valutazzjoni tal-impatt tal-gwerra fuq l-ambjent;
70. Iħeġġeġ lill-BEI (BEI Globali), filwaqt li jibni fuq l-istabbiliment tal-ewwel ċentru reġjonali tiegħu fil-Kenja, ikompli jsaħħaħ il-preżenza tiegħu fuq il-post f’pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li jgħaqqad ir-riżorsi, fejn possibbli, u jżid il-kooperazzjoni ma’ atturi Ewropej u mhux Ewropej oħra, speċjalment id-DFIs; jappella għal mandat ta’ żvilupp konkret u b’saħħtu għall-BEI Globali, ibbażat fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-qerda tal-faqar u b’appoġġ għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; jappoġġja żieda fil-garanziji li jagħti l-BEI mill-baġit tal-UE biex l-Bank ikun jista’ jespandi l-attivitajiet tiegħu fin-Nofsinhar Globali;
71. Iħeġġeġ aktar kooperazzjoni u adattament tal-metodi u l-għodod ta’ ħidma tal-BEI, u partikolarment tal-BERŻ, fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ investiment fl-Afrika, sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fuq skala kbira fil-ġejjieni, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm l-appoġġ tal-UE għal proġetti lokali fuq skala iżgħar, li fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;
72. Jistieden lill-BEI jaħdem aktar mill-qrib mal-Bank Afrikan għall-Iżvilupp u jivvaluta l-vantaġġi possibbli tal-istabbiliment ta’ sussidjarja konġunta; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati investimenti fit-tul li jrawmu l-iżvilupp sostenibbli; iħeġġeġ il-ħolqien ta’ ċentri konġunti ta’ proġetti u ta’ konsulenza, biex jipprovdu punti ta’ kuntatt effettivi għall-atturi lokali kif ukoll biex tittejjeb is-sjieda lokali għal proġetti ta’ żvilupp komuni, sabiex jiġu mmassimizzati l-impatt u l-effiċjenza tal-iżvilupp; jappella, f’dan ir-rigward, għall-appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat lokali fl-Afrika, speċjalment permezz tal-finanzjament tal-MSMEs Afrikani; iħeġġeġ, bl-istess mod, kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ banek oħra tal-iżvilupp reġjonali;
Azzjonijiet tal-BEI relatati mal-pandemija tal-COVID-19
73. Jirrimarka li, fl-2022, il-BEI żamm l-isforzi tiegħu biex jappoġġja azzjonijiet biex tiġi miġġielda l-pandemija; jissottolinja li, fl-2022, il-BEI pprovda EUR 5,1 biljun għal proġetti tas-saħħa u tax-xjenzi tal-ħajja li se kienu ta’ benefiċċju għal madwar 980 miljun persuna madwar id-dinja; japprezza l-appoġġ tal-BEI għall-inizjattiva globali dwar il-vaċċini COVAX, il-faċilità internazzjonali biex jiġi żgurat aċċess ġust u universali għall-vaċċini kontra l-COVID-19, fejn il-BEI pprovda total ta’ EUR 900 miljun sa Marzu 2022 u mbagħad, f’April 2022, wiegħed EUR 1 biljun addizzjonali biex jappoġġja lill-COVAX;
74. Jirrimarka li l-pandemija tal-COVID-19 ma kellha l-ebda impatt negattiv fuq il-kwalità tal-portafoll tas-self tal-BEI bis-saħħa tal-istrateġija ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tiegħu u l-fatt li l-BEI għadu jżomm pożizzjoni robusta ta’ likwidità minkejja l-kuntest ġenerali ta’ inċertezza fis-swieq finanzjarji globali;
75. Jirrimarka li, fir-rigward tal-pandemija, il-Grupp tal-BEI wera l-flessibbiltà tiegħu fl-għoti ta’ soluzzjonijiet finanzjarji għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-kapaċità tiegħu li jaġixxi b’mod komplementari għar-rispons tal-UE fuq skala kbira u fit-tul permezz tan-NextGenerationEU u l-appoġġ nazzjonali għall-investiment pubbliku;
Konformità, trasparenza u obbligu ta’ rendikont tal-BEI
76. Jinnota li, f’konformità mal-prattiki tajba f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, il-Kumitat tal-Ilmenti dwar l-Akkwist (PCC) tal-BEI huwa kumitat speċjalizzat u indipendenti bil-mandat li jittratta lmenti ta’ akkwist li jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Bank dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ proġetti taħt proġett iffinanzjat mill-BEI barra mill-UE; josserva li, fl-2022, il-PCC irċieva 18-il ilment ta’ akkwist, meta mqabbel ma’ 23 fl-2021 u 31 fl-2020, u li minn dawn it-18-il ilment, 13 kienu lmenti ta’ akkwist sottomessi qabel id-deċiżjoni/nuqqas ta’ oġġezzjoni tal-Bank (meta mqabbla ma’ 18-il ilment bħal dawn fl-2021) li s-Segretarjat tal-PCC idderieġa mill-ġdid lis-servizzi tal-Bank inkarigati mill-proġetti rilevanti għal segwitu ulterjuri, filwaqt li l-ħames ilmenti ta’ akkwist l-oħra ġew sottomessi lill-PCC wara li l-Bank ma oġġezzjonax għall-għotjiet ta’ kuntratti (l-istess numru bħal fl-2021) u ġew rieżaminati u deċiżi; josserva li l-Kumitat ivvota biex iżomm in-nuqqas ta’ oġġezzjoni tal-Bank għal tnejn mill-ilmenti u biex jirtira n-nuqqas ta’ oġġezzjoni tal-Bank fit-tliet każijiet l-oħra;
77. Japprezza li l-PCC, id-Diviżjoni tal-Investigazzjonijiet u d-Diviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti għandhom rwoli komplementari fl-Ispettorat Ġenerali, u dan jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni biex jiġu koperti l-allegazzjonijiet kollha possibbli ta’ mġiba pprojbita u lmenti relatati mal-akkwist jew mhux relatati mal-akkwist; jinnota li, fl-2022, il-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-BEI rreġistra 54 każ ġdid (meta mqabbel ma’ 64 fl-2021 u 77 fl-2020), ipproċessa 97 każ (107 u 137 fl-2021 u fl-2020, rispettivament) u għalaq 53 każ (64 u 94 fl-2021 u fl-2020); jirrimarka li 68 % tal-ilmenti rreġistrati fl-2022 kienu jikkonċernaw l-impatt ambjentali u soċjali, filwaqt li 20 % kienu jirreferu għal kwistjonijiet relatati mal-governanza u l-amministrazzjoni tal-BEI;
78. Jistieden lill-BEI jiżgura li l-mekkaniżmu tal-ilmenti jkun aċċessibbli, effettiv u indipendenti sabiex jidentifika u jirrimedja kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-proġetti relatati mal-BEI; jinnota li, fl-2022, id-Diviżjoni tal-Investigazzjonijiet tal-BEI rċeviet 180 allegazzjoni (meta mqabbla ma’ 174 u 183 fl-2021 u fl-2020), għalqet 147 każ bħal dawn (meta mqabbla ma’ 204 fl-2021 u 195 fl-2020) u ħarġet 36 rakkomandazzjoni u opinjoni (45 fl-2021 u 52 fl-2020); jenfasizza li 42 każ ġew irrappurtati lill-OLAF, li minnhom 11 ġew riferuti wkoll lill-UPPE; josserva li l-għadd ta’ każijiet fejn l-allegazzjonijiet jiġu ssostanzjati b’segwitu tal-investigazzjoni kompla jonqos (fl-2022 ġew issostanzjati 17-il każ minn 70 investigazzjoni miftuħa meta mqabbla ma’ 17-il każ issostanzjat minn 67 investigazzjoni miftuħa fl-2021, u 37 każ issostanzjat minn 91 investigazzjoni miftuħa fl-2020);
79. Jikkondividi l-fehma tal-Kumitat tal-Verifika tal-BEI dwar il-ħtieġa ta’ monitoraġġ, ġestjoni u sorveljanza msaħħa tar-riskji operazzjonali u teknoloġiċi, inklużi r-riskji ċibernetiċi u riskji oħra mhux finanzjarji;
80. Jinnota li l-Ftehim Tripartitiku ġġedded fl-11 ta’ Novembru 2021 mill-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jiddispjaċih għall-fatt li l-ftehim rivedut ma joffrix is-soluzzjoni estensiva li talab il-Parlament; jilqa’, madankollu, il-fatt li l-ftehim il-ġdid jippermetti aċċess akbar għad-dokumenti awditjati tal-BEI u titjib fis-simplifikazzjoni tagħhom u jiċċara l-iskeda ta’ żmien biex wieħed jirċievi d-dokumentazzjoni tal-awditjar meħtieġa, il-format tagħha u r-regoli dwar il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-data, il-metodi tal-ġbir tal-evidenza u l-aċċess għall-informazzjoni; itenni li l-Qorti mistennija jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha relatata mal-operazzjonijiet tal-BEI, li l-unika raġuni għall-eżistenza tiegħu hija l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;
81. Jissottolinja l-ħtieġa ta’ djalogu regolari u strutturat bejn il-Parlament Ewropew u l-BEI, li jista’ jissaħħaħ permezz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-BEI, sabiex jittejjeb l-aċċess għad-dokumenti u d-data tal-BEI skont termini u kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u, fejn meħtieġ, il-konformità mar-rekwiżiti legali; jinnota d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar il-prattika tal-BEI dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali (relatata ma’ proġetti li huwa jiffinanzja, jew direttament, bħal fil-Każ 1065/2020/PB, jew permezz ta’ intermedjarji, bħal fil-Każ 1251/2020/PB), li għandhom jikkonformaw mal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus fir-rigward tal-pubblikazzjoni u l-iżvelar sistematiċi u attivi, fuq talba; josserva li l-Ombudsman Ewropew issuġġerixxa bidliet f’termini tal-komprensività tal-kontenut, il-puntwalità tal-pubblikazzjoni u l-viżibbiltà tal-informazzjoni u tar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità; jifhem li l-BEI qabel biss li jimplimenta xi wħud mis-suġġerimenti tal-Ombudsman Ewropew; jikkondividi l-fehma tal-Ombudsman Ewropew li jkun fl-interess pubbliku li l-BEI jimplimenta bis-sħiħ il-bidliet issuġġeriti;
82. jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tiskrutinizza bis-sħiħ u tirrapporta regolarment dwar l-operazzjonijiet appoġġjati minn garanziji mill-baġit tal-UE, inklużi l-operazzjonijiet tal-BEI, u tindirizza kwalunkwe nuqqas fil-metodi ta’ ħidma tiegħu li attwalment mhux qed iħalluh jagħmel dan;
83. Jilqa’ l-politiki u l-prattiki tal-BEI u t-trasparenza tiegħu, u jappella għal aktar titjib, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-Ombudsman Ewropew biex “[jittieħdu] diversi passi ta’ trasparenza biex il-pubbliku jkun jista’ jara aktar faċilment l-impatt ambjentali potenzjali tal-proġetti li jiffinanzja”;
84. Jilqa’ t-twaqqif, imħabbar fl-2021, ta’ sistema ġdida għas-segwitu u r-rappurtar dwar ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet maħruġa mid-Diviżjoni Investigattiva tal-BEI; itenni t-talba tiegħu li l-impatti finanzjarji tal-każijiet li d-diviżjoni tinvestiga jiġu indikati fir-rapporti annwali tal-ġejjieni tiegħu u li jmur lil hinn minn sempliċi deskrizzjoni narrattiva tal-istudji tal-każijiet sabiex jipprovdi għarfien siewi li jippermetti l-valutazzjoni ta’ kemm l-interessi finanzjarji huma salvagwardjati; ifakkar fl-importanza li l-BEI jiżgura evalwazzjoni ċara tar-riskji finanzjarji, operazzjonali u reputazzjonali meta jiddeċiedi dwar jekk investigazzjoni hijiex xierqa għal dak l-għan;
85. Itenni d-dispjaċir tiegħu li l-BEI għadu ma jiddivulgax bis-sħiħ id-dettalji tas-sjieda benefiċjarja tal-klijenti tiegħu; itenni t-talbiet tiegħu għal aktar trasparenza fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-BEI permezz ta’ intermedjarji finanzjarji bħal banek kummerċjali u fondi ta’ investiment, fi ħdan il-qafas leġiżlattiv rilevanti, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, u għad-definizzjoni ta’ obbligi ta’ rapportar standard li jistgħu jipprovdu livell adegwat ta’ data u informazzjoni; jistieden lill-BEI jinkludi klawżoli kuntrattwali dwar l-iżvelar obbligatorju minn intermedjarji finanzjarji dwar l-attività ta’ self;
86. Jistieden lill-BEI juża s-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni u jqis id-deċiżjonijiet dwar l-esklużjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna jew entità li tapplika għal fondi tal-UE, li tintgħażel għalihom jew li tirċievi fondi tal-UE, meta tapprova investimenti koperti minn finanzjament li jkun ġej mill-baġit tal-UE;
87. Jieħu nota tal-kodiċijiet ta’ kondotta aġġornati għall-Kumitat ta’ Tmexxija u għall-Bord tad-Diretturi tal-BEI ta’ Awwissu 2021; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ perjodu itwal ta’ preklużjoni għall-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija (24 xahar minflok 12-il xahar) u għall-membri tal-Bord tad-Diretturi (12-il xahar minflok sitt xhur); jiddispjaċih, madankollu, li ma hemm l-ebda dispożizzjoni li teskludi lill-viċi presidenti milli jissorveljaw u jieħdu deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, u jinsisti li din tiġi indirizzata fir-reviżjoni li jmiss; jinnota l-konklużjonijiet u d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-Każ 1016/2021/KR, dwar kif il-BEI tratta l-applikazzjoni minn ex viċi president biex jieħu pożizzjoni, fi żmien tliet xhur mit-tluq mill-kariga, f’kumpanija tal-enerġija u tal-utilitajiet li kienet irċeviet self mill-BEI; jinsab imħasseb dwar ir-riskju ta’ kunflitti ta’ interess u dwar l-inadegwatezza tal-miżuri adottati mill-BEI biex ittaffi r-riskju f’dan il-każ; jilqa’ r-reviżjoni mill-BEI tal-kodiċi ta’ kondotta għall-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija tiegħu, li indirizza xi wħud mit-tħassib dwar ir-riskju ta’ kunflitti ta’ interess fl-impjieg futur prospettiv ta’ membri jew membri preċedenti reċenti; itenni t-talba tiegħu biex in-nuqqasijiet pendenti rigward il-kunflitti ta’ interess jiġu indirizzati fir-reviżjoni li jmiss tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kumitat ta’ Tmexxija; jitlob lill-Ombudsman Ewropew jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid tal-Kumitat ta’ Tmexxija;
88. Jifhem li l-BEI qed isegwi r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF fl-għeluq tad-diversi investigazzjonijiet iffokati fuq l-allowances għall-edukazzjoni mogħtija indebitament lill-membri tal-persunal tal-BEI; jistenna li l-pagamenti mhux dovuti jiġu rkuprati bis-sħiħ u jtenni t-talba tiegħu li l-BEI jirrapporta lill-Parlament dwar l-eżitu tal-azzjonijiet ta’ rimedju tiegħu;
89. Jinnota l-passi meħuda mill-BEI f’dawn l-aħħar snin biex itejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal tiegħu, b’mod partikolari fil-livell maniġerjali u l-livell ta’ uffiċjali għolja; iħeġġeġ lill-Bank jippersisti fl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ aktar ċar bejn il-ġeneri fl-organizzazzjoni tiegħu; josserva li, fil-BEI, sa tmiem l-2022, in-nisa kienu jirrappreżentaw 44,5 % tal-kategorija eżekuttiva (D/6; E/5; F/4), u, f’dan il-grupp, in-nisa rrappreżentaw 35,6 % tal-persunal fil-livell ta’ uffiċjali għolja (D/6) u 44,3 % tal-persunal fil-livell ta’ uffiċjali (E/5), filwaqt li fil-livell ta’ analisti/ta’ uffiċjali inferjuri (F/4), in-nisa rrappreżentaw 64,4 %; jinnota li, fi tmiem l-2022, in-nisa kienu jirrappreżentaw 33 % tal-persunal maniġerjali (30,6 % fil-livell tal-Grupp tal-BEI), u laħqu l-mira stabbilita fl-istrateġija 2018-2021 għad-diversità u l-inklużjoni;
90. Itenni t-talba tiegħu lill-Bank biex inaqqas id-distakk fis-salarji bejn il-kategoriji amministrattivi u professjonali tal-persunal; jirrimarka li s-sitwazzjoni attwali u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu jagħmlu pressjoni sinifikanti fuq il-persunal amministrattiv u, fuq terminu twil, jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-benessri tal-membri tal-persunal u fuq il-kompetittività tal-BEI biex jattira l-persunal bl-aħjar kwalifiki;
91. Jesprimi tħassib dwar rapporti ta’ proċeduri interni ta’ ħatra mhux trasparenti fost il-persunal maniġerjali fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji esterni; jistieden lill-Bank jiżgura li l-proċeduri kollha ta’ reklutaġġ u ta’ mobilità interna jiġu eżegwiti f’konformità mal-ogħla standards ta’ trasparenza u etika;
92. Jifhem li l-BEI qed jagħmel progress fid-diskussjoni interna dwar l-approċċ il-ġdid dwar id-diversità, l-ekwità, l-inklużjoni u l-appartenenza, li se jissostitwixxi l-istrateġija għall-2018-2021, u jħeġġeġ lill-Bank jadottaha mingħajr dewmien; itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jiżgura rappreżentanza ġeografika xierqa, inkluż fil-livelli maniġerjali medji u għoljin, u jitolbu jippubblika, kull sena, diżaggregazzjoni skont il-ġeneru u ċ-ċittadinanza tal-pożizzjonijiet maniġerjali medji u għoljin;
93. Itenni l-ħtieġa ta’ aktar trasparenza meta l-proġetti jiġu implimentati permezz ta’ intermedjarji finanzjarji; ifakkar fl-importanza tat-trasparenza wkoll għall-proċeduri interni tat-teħid tad-deċiżjonijiet u dwar l-impatt ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti matul l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom;
94. Jieħu nota tal-inkjesta miftuħa mill-Ombudsman Ewropew f’Marzu 2023 dwar it-trasparenza, il-pubblikazzjoni f’waqtha tal-informazzjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u soċjali tal-BEI; ifakkar li, f’April 2022, l-Ombudsman Ewropew ħareġ rakkomandazzjonijiet ċari biex il-BEI jadotta politika ta’ divulgazzjoni aktar ambizzjuża, li għadha ma tteħditx azzjoni dwarha;
95. Jilqa’ l-istrateġija tal-Grupp tal-BEI dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u, b’mod partikolari, l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, huma parti mill-mudell tan-negozju tal-BEI; jistieden lill-BEI jkompli jimplimenta l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-operazzjonijiet kollha tiegħu sabiex javvanza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iżvilupp inklużiv;
Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament
96. Jitlob lill-BEI jibqa’ jirrapporta dwar il-qagħda attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedentement maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b’mod speċjali rigward:
(a)
l-impatti (ekonomiċi, ambjentali u soċjali) tal-istrateġija ta’ investiment tiegħu u r-riżultati miksuba biex jagħti kontribut għall-iżvilupp ekwilibrat u regolari tas-suq intern fl-interessi tal-Unjoni,
(b)
l-azzjonijiet adottati favur it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-imġiba ħażina, il-kunflitti ta’ interess, l-evitar tat-taxxa, il-frodi u l-korruzzjoni;
(c)
miżuri ġodda biex jissaħħu t-trasparenza u d-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem;
(d)
miżuri biex jissaħħaħ l-appoġġ għall-SMEs u l-operaturi ekonomiċi eliġibbli matul l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;
(e)
segwitu għas-sejħiet u t-talbiet adottati permezz ta’ din ir-riżoluzzjoni;
o o o
97. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jitlob lill-Kunsill u lill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jkollhom dibattitu dwar il-pożizzjonijiet tal-Parlament hawnhekk ippreżentati.