Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
124k
44k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0053/2023 – C9-0342/2023 – 2023/0901(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2023 (C9-0342/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Novembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fi ħdan il-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0272/2023),
A. billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jippreżenta lill-Parlament il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju u li l-President għandu jintgħażel abbażi ta’ proċedura ta’ għażla miftuħa, li dwarha l-Parlament u l-Kunsill għandhom jinżammu infurmati kif xieraq, minn fost individwi ta’ reputazzjoni u esperjenza rikonoxxuta fi kwistjonijiet bankarji u finanzjarji li mhumiex membri tal-Kunsill Governattiv;
B. billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dak ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki; billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri;
C. billi f’konformità mat-tieni u t-tielet inċiż tal-Kapitolu II “Proċeduri tal-għażla” tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Novembru 2013, fil-5 ta’ Lulju 2023 il-Bank Ċentrali Ewropew adotta lista mqassra għall-pożizzjoni ta’ President tal-Bord Superviżorju u pprovda l-lista mqassra, akkumpanjata minn rapport ta’ evalwazzjoni, lill-Parlament;
D. billi fit-13 ta’ Settembru 2023, il-Bank Ċentrali Ewropew adotta proposta biex Claudia Buch tinħatar bħala President tal-Bord Superviżorju u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;
E. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad għadda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1024/2013;
F. billi l-Kumitat ipproċeda għal smigħ mal-kandidata proposta fl-20 ta’ Settembru 2023, u li matulu din tal-aħħar għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet għall-mistoqsijiet li ġew indirizzati lilha mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Claudia Buch bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew għal perjodu ta’ ħames snin;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (COM(2022)0489 – C9-0321/2022 – 2022/0298(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0489),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2), il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0321/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Marzu 2023(2),
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Lulju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0160/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Ottubru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi (COM(2021)0775 – C9-0458/2021 – 2021/0406(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0775),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0458/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0246/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
4. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Ottubru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/2675.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (UE) 2023/2675 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi
Il-koerċizzjoni ekonomika tista’ taffettwa kwalunkwe qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru u jista’ jkollha implikazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u legali kumplessi. Dan ir-Regolament huwa rispons meħtieġ u effettiv għall-koerċizzjoni ekonomika u jopera permezz ta’ deterrenza iżda jista’ jwassal għall-adozzjoni ta’ kontromiżuri, fejn meħtieġ fl-aħħar istanza. Dan ir-Regolament ma għandu ebda preċedent, huwa mfassal bir-reqqa u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-implikazzjonijiet sinifikanti ta’ każijiet ta’ koerċizzjoni ekonomika. Minn dan isegwi li dan ir-Regolament u l-approċċi fih, b’mod partikolari l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill skont l-Artikolu 4, huma strettament speċifiċi għas-suġġett u ma jikkostitwux preċedent għal fajls leġislattivi oħra bbażati fuq l-Artikolu 207 tat-TFUE, jew biex jiġu proposti tali atti. Bl-istess mod, ir-regoli dwar l-użu tal-proċedura ta’ eżami fir-rigward tal-miżuri ta’ rispons tal-Unjoni miftiehma f’dan l-istrument ma jippreġudikawx l-eżitu ta’ negozjati leġiżlattivi oħra li għaddejjin jew futuri u ma għandhomx jitqiesu bħala preċedent għal fajls leġiżlattivi oħra. Dan ir-Regolament għalhekk ma għandux jitqies bħala preċedent għal atti oħra.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-proċedura ta’ eżami għall-miżuri ta’ rispons tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/2675 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika ta’ pajjiżi terzi
Il-Kummissjoni hija impenjata li tikkoopera mill-qrib mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill u mal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Istrument tal-UE Kontra l-Koerċizzjoni, fl-istadji kollha, skont ir-regoli applikabbli u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni tinnota li l-għoti ta’ tweġiba komuni tal-UE se jappoġġa l-karatteristiċi ewlenin tal-istrument, jiġifieri, id-deterrenza u l-effettività, u se jkun l-aktar xieraq fid-dawl tan-natura sensittiva tal-istrument.
Il-Kummissjoni tenfasizza li, fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, dawk is-soluzzjonijiet bl-akbar appoġġ possibbli jistgħu jinkisbu minħabba n-natura u l-impatt tal-azzjoni tal-Unjoni skont ir-regolament. L-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament teħtieġ valutazzjoni ta’ kwistjonijiet ekonomiċi, ta’ politika u legali kumplessi, li tipprovdi marġni sostanzjali għall-għażla ta’ soluzzjonijiet, u b’mod partikolari dawk li għandhom l-akbar appoġġ possibbli tal-Istati Membri tal-UE.
F’dan ir-rigward, fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha skont ir-Regolament, u skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari biex toffri opportunitajiet bikrija u effettivi lill-kumitat tal-Istati Membri tal-UE biex jeżamina kwalunkwe abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u jesprimi fehmiet qabel il-votazzjoni, u, f’kull ħin, biex taħdem lejn soluzzjonijiet li jiksbu l-akbar appoġġ possibbli mill-Istati Membri tal-UE fi ħdan il-kumitat. Soġġett għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, il-Kummissjoni se tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-analiżi tal-miżuri previsti msemmija fl-Artikolu 13(4) fil-pront meta jiġu ppreżentati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tiġbed l-attenzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn il-miżuri ta’ rispons previsti tal-Unjoni jirrelataw ma’ dawk deskritti fl-Artikolu 8(4).
Barra minn hekk, f’każ li kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni dwar abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tqis bis-sħiħ il-fehmiet espressi fil-kumitat u se tipprijoritizza r-ritorn lill-kumitat b’abbozz ta’ att emendat, sabiex jiġi żgurat l-akbar appoġġ possibbli għal opinjoni pożittiva b’kunsens jew b’maġġoranza kwalifikata favur fir-rigward ta’ abbozz ta’ att emendat. Jekk ikun meħtieġ li jsir rikors għall-kumitat ta’ appell, il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi fil-kumitat ta’ appell u taħdem lejn l-adozzjoni ta’ miżuri li huma bbażati fuq l-aktar appoġġ wiesa’ possibbli għal opinjoni pożittiva b’kunsens jew b’maġġoranza kwalifikata favur. Fil-każ li l-kumitat ta’ appell ma jagħti l-ebda opinjoni dwar abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se taġixxi b’tali mod li tevita li tmur kontra kwalunkwe pożizzjoni predominanti fil-kumitat ta’ appell kontra l-adegwatezza tal-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (COM(2021)0813 – C9-0471/2021 – 2021/0419(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0813),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0471/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Marzu 2022(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0265/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Ottubru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport
Rapport interim dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027
285k
67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (COM(2023)0337 – 2023/0201R(APP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE“),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2), u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest(3) u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati(4),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(5) (l-“FII”),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2023)0337),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027” (COM(2023)0336) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2023)0336),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità tal-Ukrajna (COM(2023)0338),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (COM(2023)0335),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2023 (COM(2023)0300),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni,(6)
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19(7),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(8) (ir-“Regolament Finanzjarju”),
– wara li kkunsidra l-proposta tas-16 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2022)0223),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE tal-2024 taż-żieda tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti adattat għal sfidi ġodda(10),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(11),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0273/2023),
Valutazzjoni ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni
1. Jilqa’ l-fatt li, wara r-rieżami tagħha tal-qafas finanzjarju pluriennali (“QFP”) 2021-2027, il-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni bħal dik li wasal għaliha l-Parlament f’Diċembru 2022, jiġifieri li minn meta ntlaħaq qbil dwaru fl-2020, il-QFP ingħeleb minn avvenimenti f’dinja li nbidlet b’mod radikali, li l-flessibbiltà baġitarja ġiet eżawrita minn kriżijiet multipli u hemm bżonn ta’ ħafna aktar sabiex ikun hemm rispons għal ċirkostanzi mhux previsti, li l-QFP fih problemi strutturali evidenzjati mill-iżviluppi ekonomiċi u soċjali u li, b’riżultat ta’ dan, hija essenzjali reviżjoni urġenti tar-regolament dwar il-QFP u l-anness tiegħu;
2. Jissottolinja l-fatt li r-reviżjoni trid tiffoka fuq l-indirizzar tal-konsegwenzi multipli tal-gwerra tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, fuq it-tisħiħ tal-awtonomija strateġika miftuħa u tas-sovranità tal-Unjoni u fuq l-għoti ta’ flessibbiltà adegwata lill-Unjoni biex tirrispondi għall-kriżijiet; jilqa’, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni mmirata bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba iżda jqis li livell ogħla iżda realistiku ta’ ambizzjoni huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-QFP ikun jista’ jindirizza aħjar l-isfidi strutturali fil-baġit u jkun aktar adatt għall-futur;
3. Iqis li r-reviżjoni proposta għandha fil-mira biss uħud mill-aktar oqsma urġenti ta’ tħassib fil-qafas eżistenti u ma tindirizzax kompletament il-ħtiġijiet u l-isfidi kollha identifikati mill-Parlament;
4. Jistenna li l-Kummissjoni tkompli tevalwa bir-reqqa l-ħtiġijiet attwali u futuri kollha, inkluż fir-rigward tal-konverġenza soċjali u ekonomika, l-impatt fuq ir-reġjuni l-aktar affettwati mill-gwerra u r-rispons meħtieġ għall-kriżi tal-klima u tal-bijodiversità; jissottolinja l-pressjoni tal-inflazzjoni madwar l-UE u b’mod partikolari fuq il-benefiċjarji tal-UE bħall-bdiewa, l-istudenti u t-tfal; jiddispjaċih li r-reviżjoni proposta ma tirriflettix il-fatt li l-kriżijiet attwali aggravaw u se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni soċjoekonomika attwali li qed tiddeterjora għall-persuni l-aktar vulnerabbli fl-Unjoni, speċjalment it-tfal fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar, u se jkollha konsegwenzi fit-tul; jisħaq ukoll li r-reviżjoni proposta ma tirriflettix l-ambizzjoni tal-Unjoni li żżid l-isforzi tagħha biex tiġġieled ir-rati allarmanti ta’ faqar fost it-tfal u tikkontribwixxi għall-eradikazzjoni tal-faqar fost it-tfal permezz tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal maħluqa reċentement; jinsisti għalhekk li l-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu t-talba tal-Parlament biex l-isforzi tal-Unjoni lejn il-qerda tal-faqar fost it-tfal jiġu intensifikati b’mod urġenti matul il-perjodu 2024-2027 u jappella għal Garanzija Ewropea għat-Tfal imsaħħa bħala parti mill-QFP ta’ wara l-2027;
5. Jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament, il-proposta għal reviżjoni ma twassalx għal reviżjoni ’l isfel tal-pakketti nazzjonali allokati minn qabel; jissottolinja r-rwol ċentrali u l-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni bħala politika ta’ investiment u strument ta’ konverġenza essenzjali tal-Unjoni;
6. Ifakkar li, b’differenza mill-baġits nazzjonali, fejn l-inflazzjoni taffettwa l-valur nominali kemm tad-dħul kif ukoll tan-nefqa, il-limiti massimi tal-infiq tal-QFP huma aġġustati abbażi ta’ deflatur ta’ 2 % applikat għall-prezzijiet tal-2018, filwaqt li l-limitu massimu tar-riżorsi proprji jaġġusta għall-inflazzjoni; huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li, skont il-Kummissjoni, l-inflazzjoni tista’ tnaqqas il-valur f’termini reali tal-QFP b’EUR 74 biljun matul il-perjodu ta’ seba’ snin b’impatt dirett fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE;
7. Jissottolinja, madankollu, li, bħala riżultat ta’ inflazzjoni għolja mhux mistennija, id-dħul mitlub mill-Istati Membri għall-infiq tal-QFP naqas bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (“ING”); jinnota, barra minn hekk, li r-ribassi għall-ħames Stati Membri benefiċjarji huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu wkoll b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, u b’hekk dan żid il-piż fuq l-Istati Membri l-oġra li kellhom jagħmlu tajjeb għad-defiċit; jitlob li bħala miżura immedjata r-rifużjonijiet jiġu aġġustati abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; Ifakkar, barra minn hekk, fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li r-ribassi u mekkaniżmi ta’ korrezzjoni oħra għandhom jiġu aboliti;
8. Jisħaq fuq il-fatt li, minbarra t-tnaqqis tal-valur f’termini reali tal-QFP, l-inflazzjoni wasslet ukoll għal żieda sostanzjali fir-rati tal-imgħax, li żiedet il-kostijiet tas-self tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tar-ripagament tad-dejn tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI), u għalhekk kompliet tnaqqas il-baġit;
9. Jenfasizza li, anke meta titqies il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-QFP, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali jammontaw biss għal 1,03 % tal-ING u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali jammontaw għal 1,02 % biss tal-ING; ifakkar li, oriġinarjament, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-QFP attwali kienu ppjanati li jammontaw għal 1,10 % tal-ING; jisħaq li t-tisħiħ propost mill-Kummissjoni mhuwiex previst li jkopri l-impatt tal-inflazzjoni;
10. Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li r-reviżjoni proposta se tirrikjedi żieda fil-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2026 u fl-2027; jisħaq fuq il-fatt li l-kredibbiltà tal-Unjoni tiddependi mill-iżgurar li jkun hemm approprjazzjonijiet ta’ pagament adegwati biex ikopru l-approprjazzjonijiet ta’ impenn; jenfasizza d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ ċerti programmi minħabba l-adozzjoni tardiva tagħhom u t-tfixkil tal-proġetti minħabba l-kriżi tal-COVID-19; jissottolinja, f’dan il-kuntest, ir-riskju ta’ arretrati ta’ pagamenti fis-snin ta’ wara tal-perjodu tal-QFP u għall-QFP sussegwenti; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jitneħħa l-limitu massimu annwali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku sabiex jittaffa dan ir-riskju;
11. Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-prinċipji orizzontali dwar il-klima, il-bijodiversità u l-ugwaljanza bejn is-sessi li jirfdu l-QFP u l-politiki kollha relatati tal-UE; ifakkar li l-miri relatati mal-klima u mal-bijodiversità kif ukoll l-obbligu li jiġi rispettat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma stipulati fil-FII u jinsisti li dawn id-dispożizzjonijiet iridu wkoll ikunu fil-bażi tal-QFP aġġornat; jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-FII u tieħu azzjoni konkreta biex tiżgura li jintlaħqu l-miri u l-objettivi ta’ politika miftiehma;
12. Ifakkar li l-infiq taħt l-Intestatura 7 għandu jkun stabbilit f’livell li jiggarantixxi li l-UE jkollha amministrazzjoni effettiva u effiċjenti, kif propost mill-Kummissjoni;
13. Itenni l-fehma tiegħu li sal-1 ta’ Jannar 2024 irid jiġi stabbilit QFP rivedut u għanmdu jipprovdi qafas għall-baġit tal-2024; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ adozzjoni b’ħeffa tar-regolament emendat; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-Kummissjoni tat widen għall-appell tal-Parlament biex imexxi ’l quddiem ir-rieżami u r-reviżjoni tiegħu tal-QFP;
14. Itenni t-talbiet li ilu jagħmel li l-istrumenti baġitarji kollha li jkopru l-infiq fil-livell tal-Unjoni jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-baġit, u b’hekk jiġu żgurati t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, il-kontroll demokratiku sħiħ u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinsisti li l-integrazzjoni ta’ dawn l-istrumenti fil-baġit tal-UE ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis tal-finanzjament tal-politiki u tal-programmi l-oħra tal-UE;
15. Jenfasizza l-fatt li hemm rabta ċara bejn ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-UE; jilqa’ l-impatt pożittiv tar-Regolament fuq reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE u jemmen li diġà aġixxa bħala deterrent effettiv kontra l-ksur tal-istat tad-dritt; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha skont ir-Regolament li tiżgura li r-riċevituri jew il-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE ma jiġux imċaħħda mill-fondi li huma dovuti lilhom, b’mod partikolari meta jiġu adottati miżuri fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt f’konformità mar-Regolament;
16. Jinsab lest li jimpenja ruħu b’mod attiv u kostruttiv mal-Kunsill u mal-Kummissjoni biex jiżgura li l-qafas rivedut, li jindirizza l-proposta kollha tal-Kummissjoni, jiġi adottat fi żmien xieraq u jidħol fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2024; ifakkar li, fl-FII, l-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jiddeterminaw arranġamenti speċifiċi għall-kooperazzjoni u d-djalogu matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ reviżjoni sostanzjali tal-QFP;
Appoġġ fit-tul għall-Ukrajna
17. Ifakkar li l-Unjoni u l-poplu tagħha kienu fuq quddiem nett fl-appoġġ lill-Ukrajna mill-bidu nett tal-gwerra, u wrew solidarjetà mal-Ukreni fil-ġlieda tagħhom biex jiddefendu d-demokrazija kontra l-awtoritarjaniżmu; jisħaq fuq il-fatt li sal-lum il-baġit tal-UE pprovda aktar minn EUR 30 biljun f’assistenza finanzjarja; itenni l-fehma tiegħu li l-Unjoni jeħtiġilha tkun fil-qalba tal-isforzi kontinwi biex tappoġġa lill-Ukrajna mill-aspett finanzjarju u tgħinha fit-triq tagħha lejn is-sħubija fl-UE;
18. Jilqa’, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal soluzzjoni strutturali fit-tul għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna ankrata fil-baġit tal-UE, li tkopri l-appoġġ għall-istabbiltà makrofinanzjarja, qafas ta’ investiment u fondi għall-irkupru fuq terminu qasir u medju, għar-riformi relatati mal-adeżjoni u għall-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi; iqis li tali strument fit-tul huwa l-uniku mod vijabbli biex jiġu involuti donaturi oħra u jiġi żgurat infiq effettiv u mmirat li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ukrajna u tal-poplu tagħha; jinsisti li għandu jintlaħaq qbil malajr kemm jista’ jkun dwar il-Faċilità għall-Ukrajna, wara l-adozzjoni tar-Regolament rivedut dwar il-QFP, peress li l-finanzjament fl-ambitu tar-Regolament MFA+(12) huwa previst għall-2023 biss;
19. Iqis li huwa raġonevoli li jinbena ċertu grad ta’ flessibbiltà fil-Faċilità, minħabba l-inċertezzi dwar marbuta mas-sitwazzjoni tal-Ukrajna; jilqa’ l-fatt li, skont il-proposta tal-Kummissjoni, ir-riżerva tal-Ukrajna għandha tiġi mmobilizzata mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali u huwa deċiż li jiżgura li l-Parlament, bħala waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja, ikollu r-rwol sħiħ tiegħu fil-proċess; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, fi żmien xieraq, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-awtorità baġitarja tkun tista’ twettaq dmirijietha;
20. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu protetti l-istat tad-dritt u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jiġu pprevenuti, identifikati u kkoreġuti l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet fl-użu tal-fondi tal-Unjoni fl-Ukrajna, li għandhom ikunu bażat fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u responsabbiltà; iqis li l-Faċilità għandu jkun fiha dispożizzjonijiet u salvagwardji stretti biex jintlaħqu dawk l-objettivi;
Il-migrazzjoni u l-isfidi esterni
21. Jiddeplora l-fatt li, anke qabel il-gwerra kontra l-Ukrajna, il-fondi disponibbli taħt l-Intestatura 6 (il-viċinat u d-dinja) kienu inadegwati ħafna u li l-QFP ma kkunsidrax l-finanzjament kontinwu għall-ħtiġijiet tar-rifuġjati mis-Sirja, mill-Iraq u minn pajjiżi oħra, u dan ma ħalla kważi l-ebda marġini biex jiġu indirizzati l-isfidi addizzjonali;
22. Jisħaq fuq il-fatt li, b’mod partikolari wara l-gwerra ta’ agressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kuntest internazzjonali mar għall-agħar malajr bħala riżultat tal-kriżijiet tal-ikel, tal-enerġija, tal-klima u dik ekonomika, li żiedu b’mod drammatiku l-pressjoni fuq l-Intestatura 6; jinnota li, minbarra r-rikors ripetut għall-Istrument ta’ Flessibbiltà, il-protezzjoni tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (“NDICI”)-Ewropa Globali naqset malajr ħafna u ntużat lil hinn mill-iskop ewlieni tagħha li twieġeb għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti, filwaqt li l-baġit għall-għajnuna umanitarja bbaża ħafna fuq il-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (“SEAR”) li hija taħt pressjoni kbira u li l-ambitu tagħha jestendi lil hinn mill-għajnuna umanitarja;
23. Jilqa’, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied il-limitu massimu għall-Intestatura 6 f’konformità mal-appell tal-Parlament, għalkemm jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-riżorsi addizzjonali ma jkoprux bis-sħiħ il-ħtiġijiet reali jew jieħdu inkunsiderazzjoni żviluppi mhux prevedibbli; jissottolinja li tisħiħ ulterjuri ta’ EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni huwa essenzjali biex terġa’ timtela l-protezzjoni tal-NDICI-Ewropa Globali u b’hekk tinħoloq kapaċità li tirrispondi għall-kriżijiet u għall-ħtiġijiet emerġenti; jisħaq li ż-żieda tiżgura għajnuna umanitarja kontinwa lill-Ukrajna flimkien mal-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità, kif ukoll lill-pajjiżi ġirien, bħall-Moldova li hija affettwata ħafna mill-gwerra kontra l-Ukrajna, u madwar id-dinja; jisħaq li l-bilanċ intern u d-distribuzzjoni bejn il-linji baġitarji kif previsti fir-Regolament tal-NDICI jridu jiġu rrispettati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità tal-pajjiżi terzi ma’ standards stretti tad-drittijiet tal-bniedem fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-migrazzjoni;
24. Jissottolinja li l-gwerra ta’ agressjoni tal-Russja kontra l-Ukrajna, flimkien ma’ żieda fil-ġuħ u l-faqar globali, il-proliferazzjoni ta’ kunflitti armati u diżastri naturali aktar intensi u frekwenti, qed iġiegħlu lil miljuni ta’ persuni jaħarbu minn djarhom u jfittxu protezzjoni fl-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri ospitanti għall-akkoljenza, is-sistemazzjoni u l-integrazzjoni tar-rifuġjati;
25. Jisħaq li l-ġestjoni u l-protezzjoni effettivi u ġusti tal-fruntieri esterni tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-Unjoni, flimkien mal-implimentazzjoni bla xkiel u effiċjenti tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil, huma prijoritajiet ewlenin u essenzjali biex jiġi ppreżervat il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u l-funzjonament xieraq taż-żona Schengen; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi implimentata politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil li tkun ibbażata fuq is-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li tipprovdi ċertezza, ċarezza u kundizzjonijiet deċenti u dinjitużi għall-persuni li jaslu fl-UE, f’konformità mal-valuri tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali;
26. Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-implimentazzjoni tal-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil se tirrikjedi EUR 2 biljun addizzjonali bejn l-2025 u l-2027 taħt l-Intestatura 4 (il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri); iqis li r-rikjesti addizzjonali mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi u l-aġenziji deċentralizzati fl-Intestatura 4 jirrikjedu tisħiħ ulterjuri oltre l-proposta tal-Kummissjoni ta’ EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali u li r-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli mill-2024;
27. Ifakkar li t-tqassim preċiż tal-fondi addizzjonali bejn il-programmi u l-linji baġitarji taħt l-Intestaturi 4 u 6 għandu jiġi ddeterminat mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali;
28. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni, titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE u tingħata spinta lill-investimenti madwar l-Unjoni, f’setturi strateġiċi ewlenin, inklużi, fost l-oħrajn, is-saħħa, il-materja prima u l-ispazju, filwaqt li jiġu xprunati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rrispettatx l-impenn tagħha skont il-programm ta’ ħidma għall-2023 li “jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ Fond Ewropew ġdid għas-Sovranità”; jemmen li l-istrateġija industrijali tal-Unjoni għandha tiżgura il-funzjonament korrett tas-suq uniku, tevita distorsjonijiet tas-suq, toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti fl-UE u barra mill-UE u tiżgura li n-nies ikollhom il-ħiliet neċessarji;
29. Jirrikonoxxi li, minkejja d-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni limitati tagħha, il-proposta STEP għandha l-potenzjal li tagħti riżultati aktar malajr billi tuża l-istrutturi tal-programmi eżistenti u tfittex li toħloq sinerġiji; iqis li l-proposta STEP għandha taġixxi bħala pjattaforma ta’ ttestjar għal Fond għas-Sovranità komprensiv fil-perjodu tal-QFP li jmiss;
30. Jinnota li l-proposta STEP tikkombina r-riprijoritizzazzjoni tal-fondi taħt programmi eżistenti, inklużi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’rinforzi mmirati għal programmi speċifiċi taħt l-Intestaturi 1 (is-suq uniku, innovazzjoni u diġitali), 3 (ir-riżorsi naturali u l-ambjent) u 5 (is-sigurtà u d-difiża);
31. Jissottolinja li, sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi għall-STEP, tissaħħaħ u tissawwar il-politika industrijali tal-Unjoni, jiġi promoss is-sostenn għas-settur tad-difiża, li qatt ma kien daqshekk kruċjali biex jiġu protetti s-sovranità u l-integrità tal-Istati Membri tal-UE f’xenarju tal-politika tad-difiża li nbidel b’mod drammatiku u ferm aktar kumpless, u biex tinbena l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, il-finanzjament għall-STEP għandu jiżdied, b’tisħiħ ulterjuri ta’ EUR 2 biljun fil-prezzijiet attwali lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni fl-Intestatura 1 u ta’ EUR 1 biljun fil-prezzijiet attwali lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni fl-Intestatura 5;
32. Jissottolinja li riallokazzjonijiet sinifikanti ġew implimentati mill-2021 fl-intestaturi kollha, u b’hekk il-programmi tqiegħdu taħt pressjoni kbira u f’riskju ta’ tfixkil; ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li prijoritajiet ġodda jridu jiġu ffinanzjati b’fondi ġodda, pjutost milli permezz ta’ riallokazzjonijiet rikorrenti, u jinsisti għalhekk fuq il-ħtieġa ta’ fondi ġodda addizzjonali biex jiġi żgurat it-twettiq effettiv ta’ programmi oħra taħt l-Intestatura 1;
33. Itenni l-fehma tiegħu li l-approprjazzjonijiet ta’ diżimpenn għandhom jibqgħu fil-baġit u jkunu impenjati mill-awtorità baġitarja permezz tal-proċedura baġitarja annwali u jfakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju f’dak ir-rigward; jilqa’, għalhekk, il-fatt li l-proposta STEP tassumi l-użu mill-ġdid ta’ EUR 1,2 biljun f’impenji ta’ riċerka skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju u li l-Kummissjoni b’hekk tirrikonoxxi b’mod impliċitu l-ineżattezza tal-istima tagħha għad-dekummissjonar tar-riċerka li tirfed il-ftehim tal-QFP tal-2020;
34. Ifakkar fit-talba li ilu jagħmel li l-istrumenti kollha tal-infiq tal-UE għandhom jiġu inkorporati fil-baġit, b’rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità baġitarja; iqis, f’dak ir-rigward, li l-allokazzjoni proposta għall-Fond għall-Innovazzjoni taħt l-Intestatura 3 tirrapreżenta progress importanti lejn il-ibbaġitjar sħiħ tiegħu;
Kostijiet tas-self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (“EURI”)
35. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-ammont programmat fil-QFP biex jitħallsu lura l-kostijiet tas-self assoċjati mal-EURI huwa ferm inqas mir-rekwiżiti, u l-Kummissjoni tistma d-defiċit bejn EUR 17-il biljun u 27 biljun matul il-perjodu tal-QFP; jenfasizza li, diġà fl-abbozz ta’ baġit, iż-żieda fil-kostijiet tal-EURI hija mistennija li tikkonsma r-riżorsi kollha fl-ambitu tal-Istrument ta’ Flessibbiltà u madwar terz tar-riżorsi fl-ambitu tal-kompartiment (a) tal-Istrument ta’ Marġini Uniku fl-2024;
36. Jenfasizza li r-rati tal-imgħax li qed jiżdiedu b’mod qawwi mill-gwerra ta’ agressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna żiedu n-nuqqasijiet strutturali inerenti fl-arkitettura tar-ripagament tad-dejn tal-baġit tal-UE; ifakkar li l-kostijiet tal-imgħax u r-ripagament tad-dejn jiddependu mill-iżviluppi tas-suq, mhumiex infiq diskrezzjonarju u għalhekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal limitu massimu tal-infiq taħt limitu massimu tal-QFP mingħajr ma jippreżentaw riskju dirett għall-programmi ta’ investiment u l-benefiċjarji tagħhom u l-kapaċità tal-baġit li jwieġeb għall-ħtiġijiet emerġenti;
37. Ifakkar li l-Parlament appella ripetutament għal soluzzjoni għal din il-problema u insista li l-kostijiet ta’ ripagament tal-EURI jitqiegħdu ’l fuq mil-limiti massimi tal-QFP;
38. Jilqa’ l-ħolqien tal-Istrument EURI bħala strument speċjali li jmur oltre l-limiti massimi tal-QFP li għandu jiġi mmobilizzat kif meħtieġ abbażi tal-ħtiġijiet reali ta’ ripagament; jinsisti, madankollu, li l-Istrument ikopri l-kostijiet kollha ta’ ripagament tal-EURI, mhux biss dawk ’il fuq mill-ammont programmat taħt l-Intestatura 2b (reżiljenza u valuri); jissottolinja li Strument EURI mfassal b’dan il-mod għandu jkun il-mudell għall-ġestjoni tal-kostijiet kollha ta’ ripagament tal-EURI fil-QFP li jmiss;
39. Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità baġitarja b’informazzjoni f’waqtha u dettaljata dwar il-kalkoli li fuqhom huma bbażati l-previżjonijiet għall-kostijiet tas-self tal-EURI, inklużi s-suppożizzjonijiet u l-parametri użati, sabiex tkun tista’ ssir ġestjoni responsabbli tal-kostijiet ta’ ripagament;
40. Jirrimarka dwar il-ħtieġa ta’ sett aktar varjat u reżiljenti ta’ sorsi ta’ dħul għall-baġit tal-UE sabiex jiġi pprovdut finanzjament robust u sostenibbli għal QFP imsaħħaħ u estiż; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, japprova malajr il-proposti eżistenti dwar ir-riżorsi proprji ġodda u jissottolinja li huwa meħtieġ progress għal dak li jikkonċerna riżorsi proprji ġodda lil hinn minn dawn il-proposti;
It-tisħiħ tal-kapaċità tal-baġit biex jirreaġixxi għal kriżijiet u ħtiġijiet emerġenti
41. Jirrimarka li l-mudell propost għall-ġestjoni tal-kostijiet ta’ ripagament tal-EURI jkollu l-effett li jirrestawra l-ispazju baġitarju fl-Istrumenti ta’ Flessibbiltà u ta’ Marġini Uniku mill-2024 sal-2027 skont il-programmazzjoni finanzjarja inizjali tal-QFP;
42. Jissottolinja, madankollu, li l-QFP fih ftit wisq flessibbiltà, bl-Istrument ta’ Flessibbiltà u l-marġinijiet mhux allokati li jammontaw biss għal 1,05 % tal-limitu massimu tal-impenji; jisħaq fuq il-fatt li l-QFP attwali kien dipendenti ħafna fuq dik il-flessibbiltà limitata u sfortunatament irrikorra għall-orjentazzjoni mill-ġdid tal-politika ta’ koeżjoni, li mhijiex għodda ta’ rispons għall-kriżijiet iżda li ġiet użata ripetutament biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fil-flessibbiltà baġitarja jew fil-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet fil-QFP għad-detriment tal-objettivi ta’ politika fit-tul tagħha;
43. Jissottolinja, barra minn hekk, iż-żieda fil-ħtiġijiet mill-bidu tal-QFP, fl-ambitu tal-għajnuna umanitarja u r-rispons għal emerġenzi ġewwa u barra l-Unjoni u tal-appoġġ fir-rigward tad-diżastri naturali, li qed isiru aktar frekwenti u intensivi b’mod partikolari minħabba t-tibdil fil-klima, u jqis li dawn il-ħtiġijiet x’aktarx li jikbru; jisħaq fuq il-fatt li fl-2021 u fl-2022 l-allokazzjoni annwali għall-SEAR ġiet eżawrita u fl-2023 hija mistennija li tintuża bis-sħiħ; jiddeplora l-fatt li l-benefiċjarji tal-għajnuna fl-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, f’xi każijiet, irċevew inqas minn 50 % tal-għajnuna li normalment kienu jirċievu u kellhom jistennew żmien twil għall-iżborż minħabba l-limitazzjonijiet tal-SEAR;
44. Iqis, f’dan ir-rigward, li l-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied l-Istrument ta’ Flessibbiltà u l-SEAR hija pass fid-direzzjoni t-tajba; jinsisti, madankollu, li l-baġit tal-UE jrid ikun mgħammar bil-flessibbiltà u l-“ispazju” baġitarju meħtieġa biex ikun jista’ jirreaġixxi għall-kriżijiet u jadatta għall-ħtiġijiet emerġenti u li qed jikbru;
45. Ifakkar fit-talbiet tiegħu għal żieda fl-Istrument ta’ Flessibbiltà u fl-SEAR u għal strument speċjali permanenti addizzjonali oltre l-limiti massimi tal-QFP li jippermetti lill-baġit tal-UE jadatta aħjar u jirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u l-effetti soċjali u ekonomiċi tagħhom; jifhem li, fin-nuqqas ta’ strument bħal dan, se jibqa’ diffiċli għall-Unjoni li tiżgura t-tħejjija tagħha għal avvenimenti mhux previsti, speċjalment peress li, bħalissa, 99,6 % tal-baġit tal-Unjoni huwa allokat minn qabel; jinsab lest li jaħdem biex isib soluzzjonijiet prammatiċi fuq perjodu ta’ żmien qasir, filwaqt li jirrifletti fuq soluzzjoni aktar strutturali u simplifikata fil-QFP li jmiss;
46. Jissottolinja li l-flessibbiltà baġitarja wriet li tippermetti li r-riżorsi jkunu mmirati fejn ikunu meħtieġa u li l-Unjoni tirrispondi għal avvenimenti mhux previsti u taġġusta l-prijoritajiet tal-infiq tagħha fid-dawl tal-ħtiġijiet politiċi, ekonomiċi jew soċjali li qed jevolvu; jinsisti, għalhekk, li l-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jiżdied b’EUR 3 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu tal-QFP; iqis, barra minn hekk, li l-ammonti li skadew taħt il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jerġgħu jsiru disponibbli taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà sabiex tissaħħaħ aktar il-flessibbiltà fil-baġit;
47. Jinnota li t-talbiet fuq l-SEAR probabbilment mhux se jonqsu; iqis, għalhekk, li t-tisħiħ tal-SEAR huwa kruċjali biex jippermetti lill-Unjoni taġixxi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kkawżati minn diżastri naturali kbar jew kriżijiet tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri u fil-pajjiżi tal-adeżjoni u anke biex tappoġġja lil pajjiżi mhux tal-UE li qed ibatu minn kunflitti, kriżijiet tar-rifuġjati jew diżastri naturali; jinsisti, għalhekk, li l-SEAR għandha tiżdied b’EUR 2 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu tal-QFP; jiddispjaċih, madankollu, dwar id-deċiżjoni li r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza (EAR) u l-FSUE (Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) jingħaqdu flimkien fil-QFP attwali, deċiżjoni li wasslet għal nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni u jfakkar fil-pożizzjoni tiegħu li s-SEAR għandha tinqasam mill-ġdid f’żewġ fergħat – l-EAR u l-FSUE;
Rakkomandazzjonijiet u modifiki
48. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki li ġejjin:
(i)
il-limitu massimu tal-Intestatura 1 għandu jiżdied b’EUR 2 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni;
(ii)
il-limitu massimu tal-Intestatura 4 għandu jiżdied b’EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni u ż-żieda tiġi applikata għall-intestatura mill-2024;
(iii)
il-limitu massimu tal-Intestatura 5 għandu jiżdied b’EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni;
(iv)
il-limitu massimu tal-Intestatura 6 għandu jiżdied b’EUR 1 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni;
(v)
l-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jiżdied b’EUR 3 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni, u tagħmel l-ammonti li skadew taħt il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni disponibbli mill-ġdid taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà;
(vi)
ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza għandha tiżdied b’EUR 2 biljun fi prezzijiet attwali oltre l-proposta tal-Kummissjoni;
(vii)
jiġi previst li l-Istrument EURI, stabbilit bħala strument speċjali oltre l-limiti massimi tal-QFP, ikopri l-kostijiet kollha ta’ ripagament tal-EURI;
(viii)
jitħassar il-limitu massimu annwali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku;
(ix)
Il-proposta għal regolament tal-Kunsill għandha tiġi modifikata kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni
Modifika
Modifika 1 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Jenħtieġ li l-baġit tal-UE jippermetti lill-Unjoni tipprovdi r-risponsi ta’ politika meħtieġa għall-isfidi emerġenti u tissodisfa l-obbligi legali li ma jistgħux jiġu akkomodati fil-limiti massimi eżistenti u lanqas permezz ta’ flessibbiltà eżawrita. Għalhekk, il-limiti massimi tan-nefqa f’approprjazzjonijiet għall-impenji għall-Intestaturi 1, 3, 5, 6, u 7 inkluż is-sublimitu għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027, u l-limitu massimu għall-Intestatura 4 għas-snin 2025, 2026 u 2027 jenħtieġ li jiżdiedu. B’riżultat ta’ dan, il-limiti massimi tan-nefqa f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-snin 2026 u 2027 jenħtieġ li jiżdiedu.
(4) Jenħtieġ li l-baġit tal-UE jippermetti lill-Unjoni tipprovdi r-risponsi ta’ politika meħtieġa għall-isfidi emerġenti u tissodisfa l-obbligi legali li ma jistgħux jiġu akkomodati fil-limiti massimi eżistenti u lanqas permezz ta’ flessibbiltà eżawrita. Għalhekk, il-limiti massimi tan-nefqa f’approprjazzjonijiet għall-impenji għall-Intestaturi 1, 3, 4, 5, 6, u 7 inkluż is-sublimitu għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027 jenħtieġ li jiżdiedu. B’riżultat ta’ dan, il-limiti massimi tan-nefqa f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-snin 2026 u 2027 jenħtieġ li jiżdiedu.
Modifika 2 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Minħabba l-inċertezza madwar l-evoluzzjoni futura tar-rati tal-imgħax u sabiex jiġu evitati pressjonijiet bla bżonn fuq il-programmi tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit strument speċjali tematiku ġdid biex ikopri l-kostijiet għall-finanzjament kollha tas-self tan-NextGenerationEU li jaqbżu l-ammonti inizjalment ipprogrammati. Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti meħtieġa fil-baġit tal-Unjoni jkunu disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.
(11) Minħabba l-inċertezza madwar l-evoluzzjoni futura tar-rati tal-imgħax u sabiex jiġu evitati pressjonijiet bla bżonn fuq il-programmi tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit strument speċjali tematiku ġdid biex ikopri l-kostijiet għall-finanzjament kollha tas-self tan-NextGenerationEU. Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti meħtieġa fil-baġit tal-Unjoni jkunu disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP;
Modifika 3 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza u l-Istrument ta’ Flessibbiltà jissaħħu sabiex tinżamm biżejjed kapaċità biex l-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti sal-2027.
(12) Jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza u l-Istrument ta’ Flessibbiltà jissaħħu sabiex tinżamm biżejjed kapaċità biex l-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti sal-2027. Sabiex tissaħħaħ aktar il-flessibbiltà fil-baġit, huwa xieraq li l-ammonti li skadew taħt il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni jerġgħu jsiru disponibbli taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà;
Modifika 4 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a) Minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ ċerti programmi fis-snin bikrin tal-QFP 2021-2027, inkluż fil-programmi ewlenin, hemm riskju ta’ arretrati ta’ pagamenti fl-aħħar snin tal-QFP meta l-implimentazzjoni taqbad ir-ritmu. Sabiex jittaffa dan ir-riskju u jiġu rispettati l-impenji tal-UE, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu annwali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għar-rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku;
Modifika 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
(2) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza ma għandhiex taqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 1 739 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista’ jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.”;
(2) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza ma għandhiex taqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 2 170 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista’ jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.”;
Modifika 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
(3) Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a Strument EURI 1. L-istrument EURI jista’ jintuża biex jiffinanzja l-kostijiet addizzjonali meta, f’sena partikolari, il-kostijiet tal-imgħax u tal-pagamenti ta’ kupuni dovuti fir-rigward tal-fondi mislufa fuq is-swieq kapitali f’konformità mal-Artikolu5(2) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 jaqbżu l-ammonti li ġejjin (fi prezzijiet tal-2018): – 2024 – EUR 1 840 miljun, – 2025 – EUR 2 332 miljun, – 2026 – EUR 3 196 miljun, – 2027 – EUR 4 168 miljun, 2. L-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.”; “Artikolu 10b Riżerva għall-Ukrajna 1. Ir-riżerva għall-Ukrajna tista’ tiġi mmobilizzata għall-iskop uniku ta’ finanzjament tan-nefqa skont [ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna] u għandu jkollha l-għan li tipprovdi mill-inqas EUR 2 500 miljun fi prezzijiet attwali bħala ammont indikattiv annwali. 2. Ir-riżerva għall-Ukrajna ma għandhiex taqbeż l-ammont ta’ EUR 50 000 miljun fi prezzijiet attwali għall-perjodu mill-2024 sal-2027. L-ammont annwali mobilizzat taħt ir-Riżerva għall-Ukrajna f’sena partikolari ma għandux jaqbeż l-EUR 16 700 miljun fi prezzijiet attwali. 3. Ir-Riżerva għall-Ukrajna tista’ tiġi mobilizzata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE.”;
(3) Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a Strument EURI 1. L-istrument EURI għandu jiġi mmobilizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE biex jiffinanzja l-kostijiet tal-imgħax u tal-pagamenti ta’ kupuni dovuti fir-rigward tal-fondi mislufa fuq is-swieq kapitali f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.”; “Artikolu 10b Riżerva għall-Ukrajna 1. Ir-riżerva għall-Ukrajna tista’ tiġi mmobilizzata għall-iskop uniku ta’ finanzjament tan-nefqa skont [ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna] u għandu jkollha l-għan li tipprovdi mill-inqas EUR 2 500 miljun fi prezzijiet attwali bħala ammont indikattiv annwali. 2. Ir-riżerva għall-Ukrajna ma għandhiex taqbeż l-ammont ta’ EUR 50 000 miljun fi prezzijiet attwali għall-perjodu mill-2024 sal-2027. L-ammont annwali mobilizzat taħt ir-Riżerva għall-Ukrajna f’sena partikolari ma għandux jaqbeż l-EUR 16 700 miljun fi prezzijiet attwali. 3. Ir-Riżerva għall-Ukrajna għandha tiġi mobilizzata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE.”;
(3a) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istrument ta’ Marġini Uniku għandu jinkludi: (a) mill-2022, ammonti li jikkorrispondu għal marġnijiet li jkunu għadhom disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena n-1, li għandhom isiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-snin mill-2022 sal-2027; (b) mill-2022, ammonti ekwivalenti għad-differenza bejn il-pagamenti mwettqa u l-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP tas-sena n-1, biex jiġi aġġustat ’il fuq il-limitu massimu tal-pagamenti għas-snin mill-2022 sal-2027; kif ukoll (c) ammonti addizzjonali li jistgħu jsiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP f’sena partikolari għal approprjazzjonijiet ta’ impenn jew ta’ pagament, jew it-tnejn li huma, skont il-każ, dment li jiġu kkumpensati kollha mal-marġnijiet f’intestatura waħda jew aktar tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew is-snin finanzjarji futuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u jiġu kkumpensati kollha mal-marġnijiet taħt il-limitu massimu tal-pagamenti għas-snin finanzjarji futuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Kwalunkwe aġġustament ’il fuq taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkumpensat kompletament bi tnaqqis korrispondenti tal-limitu massimu tal-pagamenti għas-sena n-1. L-ammonti jistgħu jiġu mobilizzati biss taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jekk l-ammonti disponibbli skont il-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu, skont kif ikun applikabbli, ma jkunux suffiċjenti, u fi kwalunkwe każ bħala l-aħħar soluzzjoni bħala rispons għal ċirkostanzi mhux previsti. Rikors għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jirriżulta f’sitwazzjoni fejn jinqabżu l-ammonti totali tal-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja attwali u s-snin finanzjarji futuri. Għalhekk, kwalunkwe ammont ikkumpensat f’konformità ma’ dak il-punt ma għandux jiġi mobbilizzat aktar fil-kuntest tal-QFP.”; (b) il-paragrafu 3 huwa mħassar;
Modifika 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4
(4) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jintuża għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta’ nefqa speċifika mhux prevista f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu magħhom li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi disponibbli ta’ intestatura waħda oħra jew aktar. Il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jkun ta’ EUR 1 562 miljun (fi prezzijiet tal-2018).”;
(4) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jintuża għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta’ nefqa speċifika mhux prevista f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu magħhom li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi disponibbli ta’ intestatura waħda oħra jew aktar. Il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jkun ta’ EUR 2 170 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kull sena, l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà għandu jiżdied b’ammonti ekwivalenti għall-poryjoni tal-ammont annwali għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament li skadiet fis-sena preċedenti.”;
Modifika 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5
(5) L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(5) L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:
ANNESS I
QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (EU-27)
APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN
2021
2022
2023
2024
2025
2026
2027
Total 2021-2027
1. Is-Suq Uniku, l-Innovazzjoni u d-Diġitali
19 712
20 211
19 678
20 399
19 715
19 821
19 624
139 160
2. Il-Koeżjoni, ir-Reżiljenza u l-Valuri
5 996
62 642
63 525
65 079
65 286
56 787
58 809
378 124
2a. Il-Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
1 666
56 673
57 005
57 436
57 874
48 414
49 066
328 134
2b. Ir-Reżiljenza u l-Valuri
4 330
5 969
6 520
7 643
7 412
8 373
9 743
49 990
3. Ir-Riżorsi naturali u l-Ambjent
53 562
52 626
51 893
52 123
51 195
49 999
49 207
360 605
Li minnhom: Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
38 040
37 544
36 857
36 054
35 401
34 729
34 015
252 640
4. Il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri
1 687
3 104
3 454
3 791
4 302
4 359
4 910
25 607
5. Is-Sigurtà u d-Difiża
1 598
1 750
1 762
2 334
2 497
2 611
2 785
15 337
6. Il-Viċinat u d-Dinja
15 309
15 522
14 789
16 609
15 827
15 046
15 235
108 337
7. L-Amministrazzjoni pubblika Ewropea
10 021
10 215
10 342
10 586
10 887
11 229
11 443
74 723
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
7 742
7 878
7 945
8 107
8 310
8 541
8 660
57 183
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN
107 885
166 070
165 443
170 921
169 709
159 852
162 014
1 101 894
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIET TA’ PAGAMENT
154 065
153 850
152 682
151 436
151 175
159 978
155 025
1 078 211’
(f’miljuni ta’ EUR - prezzijiet tal-2018)
°
° °
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).
L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja
544k
145k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (COM(2022)0457 – C9-0309/2022 – 2022/0277(COD))(1)
(1) Is-servizzi tal-midja indipendenti jaqdu rwol uniku fis-suq intern. Dawn jirrappreżentaw settur li qed jinbidel malajr u ekonomikament importanti u fl-istess ħin jipprovdu aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u għal sorsi affidabbli ta’ informazzjoni liċ-ċittadini daqskemm lin-negozji, u b’hekk jaqdu l-funzjoni ta’ interess ġenerali ta’ “gwardjan pubbliku”. Is-servizzi tal-midja qed isiru dejjem aktar disponibbli online u bejn il-fruntieri, filwaqt li mhumiex soġġetti għall-istess regoli u livell ta’ protezzjoni fl-Istati Membri differenti.
(1) Is-servizzi tal-midja indipendenti jaqdu rwol uniku għad-demokrazija, għall-iżgurar tal-istat tad-dritt u għall-funzjonament tas-suq intern. Dawn huma fattur indispensabbli fil-proċess tat-tiswir tal-opinjoni pubblika, jirrappreżentaw settur li qed jinbidel malajr u ekonomikament importanti u fl-istess ħin jipprovdu aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u għal sorsi affidabbli ta’ informazzjoni liċ-ċittadini daqskemm lin-negozji, u b’hekk jaqdu l-funzjoni ta’ interess ġenerali ta’ “gwardjan pubbliku”. Is-servizzi tal-midja qed isiru dejjem aktar disponibbli online u bejn il-fruntieri, filwaqt li mhumiex soġġetti għall-istess regoli u livell ta’ protezzjoni fl-Istati Membri differenti.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Fl-istess ħin, is-servizzi tal-midja huma dejjem trasportaturi ta’ forom kulturali ta’ espressjoni jew jirrappreżentaw direttament forma kulturali ta’ espressjoni huma stess. Dan il-karattru doppju jrid jiġi rispettat fit-test kollu. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jeħtieġ li l-Unjoni tqis l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha skont dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattati, b’mod partikolari sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Minħabba r-rwol uniku tagħhom, il-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma karatteristika essenzjali ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja (jew “suq intern tal-midja”). Dan is-suq inbidel ġmielu tul dan is-seklu, u sar dejjem aktar diġitali u internazzjonali. Qed jiftaħ bosta opportunitajiet ekonomiċi, iżda qed iġarrab ukoll għadd ta’ sfidi. L-Unjoni jenħtieġ li tgħin lis-settur tal-midja biex jaħtaf dawk l-opportunitajiet fis-suq intern, u fl-istess ħin tħares il-valuri, bħall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li huma komuni għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha.
(2) Minħabba r-rwol uniku tagħhom u l-fatt li huma wieħed mill-pilastri ewlenin tad-demokrazija, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fis-suq intern tas-servizzi tal-midja. Dan is-suq inbidel ġmielu tul dan is-seklu, u sar dejjem aktar diġitali u internazzjonali. Qed jiftaħ bosta opportunitajiet ekonomiċi, iżda qed iġarrab ukoll għadd ta’ sfidi. L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa lis-settur tal-midja biex ikun jista’ jaħtaf dawk l-opportunitajiet fis-suq intern, u fl-istess ħin tħares il-valuri, bħall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li huma komuni għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Fl-ispazju tal-midja diġitali, iċ-ċittadini u n-negozji qed dejjem aktar jaċċessaw u jikkonsmaw il-kontenut tal-midja, disponibbli minnufih fuq l-apparati personali tagħhom, f’kuntest transfruntier. Il-pjattaformi online dinjin qed ikunu gateways għall-kontenut tal-midja, b’mudelli kummerċjali li għandhom tendenza jxejnu l-intermedji fl-aċċess għas-servizzi tal-midja u jamplifikaw il-kontenut polarizzanti u d-diżinformazzjoni. Dawn il-pjattaformi huma wkoll fornituri essenzjali tar-reklamar online li jiddevjaw ir-riżorsi finanzjarji mis-settur tal-midja, u jolqtu s-sostenibbiltà finanzjarja tiegħu, u għalhekk id-diversità tal-kontenut offrut. Peress li s-servizzi tal-midja huma intensivi fl-għarfien u fil-kapital, dawn jeħtieġu ċerta skala biex jibqgħu kompetittivi u jirnexxu fis-suq intern. Għal dak il-għan, il-possibbiltà li jiġu offruti servizzi bejn il-fruntieri u li jinkiseb l-investiment, inkluż minn jew fi Stati Membri oħra, hija partikolarment importanti.
(3) Fl-ispazju tal-midja diġitali, iċ-ċittadini u n-negozji qed dejjem aktar jaċċessaw u jikkonsmaw is-servizzi u l-kontenut tal-midja, disponibbli minnufih fuq l-apparati personali tagħhom, f’kuntest transfruntier. Il-pjattaformi online dinjin u l-magni tat-tiftix, qed ikunu gateways għall-kontenut tal-midja, b’mudelli kummerċjali li spiss wisq għandhom tendenza jxejnu l-intermedji fl-aċċess għas-servizzi tal-midja u jamplifikaw il-kontenut polarizzanti u d-diżinformazzjoni. Dawn il-pjattaformi u l-magni tat-tiftix huma wkoll faċilitaturi jew fornituri essenzjali tar-reklamar online, li jiddevjaw ir-riżorsi finanzjarji mis-settur tal-midja, u jolqtu l-ħidma ġurnalistika u s-sostenibbiltà finanzjarja tiegħu, u għalhekk id-diversità tal-kontenut offrut. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-magni tat-tiftix u l-pjattaformi online jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u d-diversità tal-midja. Peress li s-servizzi tal-midja huma intensivi fl-għarfien u fil-kapital, il-kapaċità tagħhom li jilħqu l-udjenzi tagħhom jeħtieġ li tibqa’ kompetittiva u prosperuża fis-suq intern. Għal dak il-għan, il-possibbiltà li jiġu offruti servizzi bejn il-fruntieri u li jinkiseb l-investiment, inkluż minn jew fi Stati Membri oħra, hija partikolarment importanti.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Madankollu, is-suq intern tas-servizzi tal-midja mhux integrat biżżejjed. Hemm għadd ta’ restrizzjonijiet nazzjonali li qed jfixklu l-moviment liberu fis-suq intern. B’mod partikolari, hemm regoli u approċċi nazzjonali differenti b’rabta mal-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, nuqqas ta’ kooperazzjoni biżżejjed bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, u l-allokazzjoni mhux trasparenti u inġusta tar-riżorsi ekonomiċi pubbliċi u privati, li lkoll qed jagħmluha diffiċli għall-atturi tas-suq tal-midja biex joperaw u jespandu bejn il-fruntieri u joħolqu ambjent ekwu mhux uniformi madwar l-Unjoni. L-integrità tas-suq intern tas-servizzi tal-midja tista’ tiġi sfidata wkoll mill-fornituri li sistematikament jinvolvu ruħhom fid-diżinformazzjoni, inkluż fil-manipulazzjoni u fl-interferenza tal-informazzjoni, u jabbużaw mil-libertajiet tas-suq intern, inkluż minn fornituri ta’ servizzi tal-midja kkontrollati mill-Istat u ffinanzjati minn ċerti pajjiżi terzi.
(4) Madankollu, is-suq intern tas-servizzi tal-midja mhux integrat biżżejjed. B’mod partikolari, hemm regoli u approċċi nazzjonali differenti b’rabta mal-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, nuqqas ta’ kooperazzjoni biżżejjed bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, u l-allokazzjoni mhux trasparenti u inġusta tar-riżorsi ekonomiċi pubbliċi u privati, li lkoll qed jagħmluha diffiċli għall-atturi tas-suq tal-midja biex joperaw u jespandu bejn il-fruntieri u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwivalenti madwar l-Unjoni. L-integrità tas-suq intern tas-servizzi tal-midja tista’ tiġi sfidata wkoll mill-fornituri li sistematikament jinvolvu ruħhom fid-diżinformazzjoni, inkluż fil-manipulazzjoni u fl-interferenza tal-informazzjoni, u jabbużaw mil-libertajiet tas-suq intern, inkluż minn fornituri tas-servizzi tal-midja kkontrollati mill-Istat u ffinanzjati minn ċerti pajjiżi terzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards minimi komuni għar-regoli u l-approċċi nazzjonali relatati mal-pluraliżmu tal-midja u mal-indipendenza editorjali, filwaqt li tiġi rrispettata l-kompetenza tal-Istati Membri. L-istabbiliment ta’ tali standards huwa prekundizzjoni għall-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Barra minn hekk, bħala rispons għall-isfidi tal-pluraliżmu tal-midja u tal-libertà tal-midja online, xi Stati Membri ħadu miżuri regolatorji u Stati Membri oħra aktarx se jagħmlu dan, bir-riskju li jżidu d-diverġenza fl-approċċi nazzjonali u r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-suq intern.
(5) Barra minn hekk, bħala rispons għall-isfidi tal-pluraliżmu tal-midja u tal-libertà tal-midja online, xi Stati Membri ħadu miżuri regolatorji u Stati Membri oħra aktarx li se jkomplu jagħmlu dan bir-riskju li jżidu d-diverġenza fl-approċċi nazzjonali u r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-suq intern.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Suq intern ħieles u li jiffunzjona tajjeb għas-servizzi tal-midja huwa pilastru essenzjali ta’ demokrazija li tiffunzjona għax jipprovdi lir-riċevituri aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u sorsi ta’ informazzjoni affidabbli. Ir-rwol akbar tal-ambjent online u l-funzjonalitajiet ġodda tiegħu kellhom effett ta’ tfixkil fuq is-suq għas-servizzi tal-midja, u dan għamlu dejjem aktar transfruntier u rawwem suq verament Ewropew għas-servizzi tal-midja. F’ambjent bħal dan, is-servizzi tal-midja mhux biss huma disponibbli iżda huma wkoll faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi tal-Unjoni, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom. Is-servizzi tal-midja maħluqa għar-riċevituri fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom portata ferm akbar milli maħsub inizjalment. L-approċċi diverġenti fil-livell nazzjonali jistgħu jfixklu l-kapaċità tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li joperaw b’kundizzjonijiet ekwi u ġusti sabiex jagħmlu disponibbli s-servizzi tal-midja, inklużi l-aħbarijiet u l-informazzjoni dwar il-ġrajjiet kurrenti. Tali approċċi ħolqu frammentazzjoni tas-suq, inċertezza legali u żieda fil-kostijiet ta’ konformità għall-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-professjonisti tal-midja. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm qafas legali uniku li jiżgura applikazzjoni armonizzata tar-regoli għall-fornituri tas-servizzi tal-midja madwar l-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li r-riċevituri tal-Unjoni jkollhom aċċess għal firxa wiesgħa ta’ sorsi affidabbli ta’ informazzjoni u għal ġurnaliżmu ta’ kwalità bħala beni pubbliċi sabiex jagħmlu għażliet infurmati, inkluż dwar l-istat tad-demokraziji tagħhom.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida)
(5b) Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, minqux fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni u libertà tal-midja u pluraliżmu tal-midja mingħajr interferenza minn awtorità pubblika u irrispettivament mill-fruntieri. Dawn jirrikjedu wkoll li d-diversità tiġi stabbilita fi spazji ta’ komunikazzjoni Ewropej u jirrikjedu li l-Istati Membri jissalvagwardjaw u jrawmu l-pluraliżmu tal-midja. Għaldaqstant, dan ir-Regolament huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jibni fuq l-istandards żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa f’dak ir-rigward.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Jenħtieġ li r-riċevituri tas-servizzi tal-midja fl-Unjoni (persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Istati Membri jew li jgawdu d-drittijiet mogħtija mil-liġijiet tal-Unjoni, u persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni) ikunu jistgħu jgawdu b’mod effettiv il-libertà li jirċievu servizzi tal-midja ħielsa u pluralistika fis-suq intern. Fit-trawwim tal-fluss transfruntier tas-servizzi tal-midja, jenħtieġ li jkun żgurat livell minimu ta’ protezzjoni tar-riċevituri tas-servizzi fis-suq intern. Dak ikun konformi mad-dritt li wieħed jirċievi u jaqsam informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Għalhekk jeħtieġ jiġu armonizzati ċerti aspetti tar-regoli nazzjonali relatati mas-servizzi tal-midja. Fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini talbu lill-UE tippromwovi iżjed l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tindirizza t-theddidiet għall-indipendenza tal-midja permezz ta’ standards minimi madwar l-UE46.
(6) Jenħtieġ li r-riċevituri tas-servizzi tal-midja fl-Unjoni (persuni fiżiċi li jibbenefikaw minn drittijiet mogħtija mil-liġijiet tal-Unjoni, u persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni) ikunu jistgħu jgawdu b’mod effettiv il-libertà li jkollhom aċċess għal servizzi tal-midja indipendenti, ħielsa u pluralistiċi fis-suq intern. Fit-trawwim tal-fluss transfruntier tas-servizzi tal-midja, jenħtieġ li jkun żgurat livell minimu ta’ protezzjoni tar-riċevituri tas-servizzi fis-suq intern. Dak ikun konformi mad-dritt, skont l-Artikolu 11 tal-Karta. F’konformità mal-Artikolu 22 tal-Karta, l-Unjoni għandha tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika. Għalhekk jeħtieġ jiġu armonizzati ċerti aspetti tar-regoli nazzjonali relatati mas-servizzi tal-midja. Fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini talbu lill-UE tippromwovi iżjed l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tindirizza t-theddidiet għall-indipendenza tal-midja permezz ta’ standards minimi madwar l-UE46.
__________________
__________________
46 Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Rapport dwar l-Eżitu Finali, Mejju 2022, b’mod partikolari l-proposti 27(1) u 37(4).
46 Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Rapport dwar l-Eżitu Finali, Mejju 2022, b’mod partikolari l-proposti 27(1) u 37(4).
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ servizz tal-midja jenħtieġ li tkun limitata għas-servizzi kif definit mit-Trattat u għalhekk jenħtieġ li tkun tkopri kull forma ta’ attività ekonomika. Din id-definizzjoni jenħtieġ li teskludi l-kontenut iġġenerat mill-utent u mtella’ fuq pjattaforma online, sakemm dan ma jkunx jikkostitwixxi attività professjonali normalment ipprovduta għal kumpens (sew finanzjarju u sew ta’ natura oħra). Din jenħtieġ li teskludi wkoll il-korrispondenza purament privata, bħall-emails, u s-servizzi kollha li l-iskop ewlieni tagħhom mhux il-forniment ta’ programmi awdjoviżivi jew awdjo jew ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, jiġifieri meta l-kontenut ikun biss inċidentali għas-servizz u mhux l-iskop ewlieni tiegħu, bħar-reklamar jew informazzjoni relatata ma’ prodott jew ma’ servizz ipprovdut fuq siti web li ma joffrux servizzi tal-midja.Id-definizzjoni ta’ servizz tal-midja jenħtieġ li tkun tkopri b’mod partikolari x-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju, is-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, il-podcasts tal-awdjo jew il-pubblikazzjonijiet tal-istampa. Il-komunikazzjoni korporattiva u d-distribuzzjoni tal-materjal informattiv u promozzjonali għall-entitajiet pubbliċi jew privati jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni.
(7) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ servizz tal-midja jenħtieġ li tkun limitata għas-servizzi kif definit mit-Trattat u għalhekk jenħtieġ li tkun tkopri kull forma ta’ attività ekonomika, li għaliha normalment tingħata remunerazzjoni, inklużi forom mhux standard ta’ impjieg, bħall-ġurnaliżmu freelance jew indipendenti. Din id-definizzjoni jenħtieġ li teskludi l-kontenut iġġenerat mill-utent u mtella’ fuq pjattaforma online, sakemm dan ma jkunx jikkostitwixxi attività professjonali normalment ipprovduta għal kumpens (sew finanzjarju u sew ta’ natura oħra). Din jenħtieġ li teskludi wkoll il-korrispondenza purament privata, bħall-emails, u s-servizzi kollha li l-iskop ewlieni tagħhom mhux il-forniment ta’ programmi awdjoviżivi jew awdjo jew ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, jiġifieri meta l-kontenut ikun biss inċidentali għas-servizz u mhux l-iskop ewlieni tiegħu, bħar-reklamar jew informazzjoni relatata ma’ prodott jew ma’ servizz ipprovdut fuq siti web li ma joffrux servizzi tal-midja. Il-komunikazzjoni korporattiva u d-distribuzzjoni tal-materjal informattiv u promozzjonali għall-entitajiet pubbliċi jew privati jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) L-ambjent tal-midja għaddej minn bidliet kbar u rapidi. Filwaqt li r-rwol tal-midja f’soċjetà demokratika ma nbidilx, il-midja għandha għodod addizzjonali biex tiffaċilita l-interazzjoni u l-involviment. Huwa importanti li l-politika relatata mal-midja tqis dawk l-iżviluppi u l-iżviluppi futuri. Għalhekk, il-kunċett ta’ midja użat f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod wiesa’ biex jinkludi l-atturi kollha li huma involuti fil-produzzjoni u t-tixrid, lil għadd potenzjalment kbir ta’ persuni, ta’ kontenut, li jkollhom responsabbiltà editorjali jew li jissorveljaw il-kontenut.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Fis-suq tal-midja diġitalizzat, il-fornituri tal-pjattaformi tal-videosharing jew tal-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jaqgħu fid-definizzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-midja. B’mod ġenerali, dawn il-fornituri jaqdu rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-kontenut, inkluż b’mezzi awtomatizzati jew algoritmi, iżda ma jeżerċitawx responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut li jipprovdu aċċess għalih. Iżda fl-ambjent tal-midja, li qed isir dejjem aktar konverġenti, xi fornituri tal-pjattaformi tal-video-sharing jew tal-pjattaformi online kbar ħafna bdew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq parti jew partijiet mis-servizzi tagħhom. Għalhekk, entità bħal din tista’ tiġi kkwalifikata bħala fornitur ta’ pjattaforma tal-video-sharing u anki bħala fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna u bħala fornitur ta’ servizzi tal-midja.
(8) Fis-suq tal-midja diġitalizzat, il-fornituri tal-pjattaformi tal-video-sharing jew tal-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jaqgħu fid-definizzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-midja. B’mod ġenerali, dawn il-fornituri jaqdu rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-kontenut, inkluż b’mezzi awtomatizzati jew algoritmi, iżda ma jeżerċitawx responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut li jipprovdu aċċess għalih. Iżda fl-ambjent tal-midja, li qed isir dejjem aktar konverġenti, xi fornituri tal-pjattaformi tal-video-sharing jew tal-pjattaformi online kbar ħafna bdew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq parti jew partijiet mis-servizzi tagħhom. Għalhekk, meta tali entitajiet jeżerċitaw kontroll editorjali fuq taqsima jew taqsimiet tas-servizzi tagħhom, huma jistgħu jiġu kkwalifikati bħala fornitur ta’ pjattaforma tal-video-sharing u anki bħala fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna u bħala fornitur ta’ servizzi tal-midja.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a) Il-kapaċità tal-pjattaformi online li jipprovdu aċċess għas-servizzi tal-midja mingħajr ma jeżerċitaw responsabbiltà editorjali fuqhom u li jikkummerċjalizzaw il-kapaċità li jimmiraw ir-reklamar lejn l-utenti tippermettilhom jaġixxu bħala kompetituri diretti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jintermedjaw u jiddistribwixxu s-servizzi tal-midja tagħhom. Minħabba t-trasferiment tal-valur ekonomiku favur il-pjattaformi online, id-definizzjoni ta’ “kejl tal-udjenzi” stabbilita f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tinftiehem li tinkludi d-data dwar is-servizzi tal-midja kkunsmati mir-riċevituri tas-servizzi tal-midja u tal-pjattaformi online. Dan se jiżgura li l-intermedjarji kollha involuti fid-distribuzzjoni tal-kontenut ikunu trasparenti dwar il-metodoloġiji ta’ kejl tal-udjenzi tagħhom sabiex ir-reklamaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati, u dan jenħtieġ li jixpruna l-kompetizzjoni.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Id-definizzjoni tal-kejl tal-udjenzi jenħtieġ li tkun tkopri s-sistemi tal-kejl żviluppati kif maqbul mill-istandards tal-industrija fl-organizzazzjonijiet awtoregolatorji, bħall-Kumitati Konġunti tal-Industrija, u s-sistemi tal-kejl żviluppati barra minn dawn l-approċċi awtoregolatorji. Dawn tal-aħħar għandhom it-tendenza jiġu varati minn ċerti atturi online li jkejlu lilhom infushom jew li jipprovdu sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi lis-suq, li mhux dejjem jirrispettaw l-istandards tal-industrija maqbula b’mod komuni. Minħabba l-impatt ġmielu ta’ dawn is-sistemi tal-kejl tal-udjenzi fuq is-swieq tar-reklamar u tal-midja, jenħtieġ li dawn jiġu koperti minn dan ir-Regolament.
(9) Id-definizzjoni tal-kejl tal-udjenzi jenħtieġ li tkun tkopri s-sistemi tal-kejl żviluppati kif maqbul mill-istandards tal-industrija fl-organizzazzjonijiet awtoregolatorji, bħall-Kumitati Konġunti tal-Industrija, u s-sistemi tal-kejl żviluppati barra minn dawn l-approċċi awtoregolatorji. Dawn tal-aħħar għandhom it-tendenza jiġu varati minn ċerti atturi online, inklużi l-pjattaformi online, li jkejlu lilhom infushom jew li jipprovdu sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi lis-suq, li mhux dejjem jirrispettaw l-istandards tal-industrija maqbula b’mod komuni. Minħabba l-impatt ġmielu ta’ dawn is-sistemi tal-kejl tal-udjenzi fuq is-swieq tar-reklamar u tal-midja, jenħtieġ li dawn jiġu koperti minn dan ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jirrispettaw l-istandards tal-industrija miftiehma b’mod komuni jenħtieġ li ma jitqisux bħala fornituri ta’ sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Jenħtieġ li r-reklamar mill-Istat jinftiehem b’mod wiesa’ bħala dak li jkopri attivitajiet promozzjonali jew awtopromozzjonali mwettqin minn, għal jew f’isem firxa wiesgħa ta’ awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi, inkluż gvernijiet, awtoritajiet regolatorji jew korpi, u minn intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat f’setturi differenti, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew gvernijiet lokali ta’ entitajiet territorjali b’aktar minn miljun (1) abitant. Madankollu, id-definizzjoni tar-reklamar mill-Istat jenħtieġ li ma tkunx tinkludi l-messaġġi ta’ emerġenza mill-awtoritajiet pubbliċi tant meħtieġa, pereżempju meta jinqalgħu xi diżastri naturali jew sanitarji, xi inċidenti jew aċċidenti oħra għal għarrieda li jistgħu jagħmlu ħsara lil xi individwi.
(10) Jenħtieġ li r-reklamar mill-Istat jinftiehem b’mod wiesa’ bħala dak li jkopri attivitajiet promozzjonali jew awtopromozzjonali, li jinkludi reklamar u xiri mwettqin minn, għal jew f’isem firxa wiesgħa ta’ awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi, inklużi istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet, korpi jew awtoritajiet regolatorji, u minn intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat f’setturi differenti, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Għall-finijiet ta’ allokazzjoni tar-reklamar u x-xiri mill-Istat inkluż f’każijiet ta’ diżastri naturali jew sanitarji, inċidenti jew aċċidenti maġġuri oħra mhux previsti li jistgħu jagħmlu ħsara lil porzjonijiet sinifikanti tal-popolazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minn qabel mil-liġi nazzjonali. Il-messaġġi ta’ emerġenza mill-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jinftiehmu b’mod wiesa’ bħala differenti mir-reklamar mill-Istat.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Biex ikun żgurat li s-soċjetà taħtaf il-benefiċċji tas-suq intern tal-midja, hu essenzjali li mhux biss ikunu żgurati l-libertajiet fundamentali skont it-Trattat, iżda anki ċ-ċertezza legali li r-riċevituri tas-servizzi tal-midja jeħtieġu biex igawdu l-benefiċċji korrispondenti. Dawn ir-riċevituri jenħtieġ li jkollhom aċċess għal servizzi tal-midja ta’ kwalità, magħmulin minn ġurnalisti u edituri b’mod indipendenti u bi qbil mal-istandards tal-ġurnalisti u b’hekk jipprovdu informazzjoni affidabbli, inkluż kontenut ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Dan id-dritt ma jinvolvi l-ebda obbligu korrispondenti fuq xi fornitur tas-servizzi tal-midja partikolari li jrid jimxi ma’ standards mhux stabbiliti b’mod espliċitu mil-liġi. Dawn is-servizzi tal-midja ta’ kwalità huma wkoll antidotu kontra d-diżinformazzjoni, inkluż il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin.
(11) Biex ikun żgurat li s-soċjetà taħtaf il-benefiċċji tas-suq intern tal-midja, hu essenzjali li mhux biss ikunu żgurati l-libertajiet fundamentali skont it-Trattat, iżda anki ċ-ċertezza legali li r-riċevituri tas-servizzi tal-midja jeħtieġu biex igawdu l-benefiċċji korrispondenti. Ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkollhom aċċess għal servizzi tal-midja ta’ kwalità, magħmulin minn ġurnalisti, edituri, kap edituri u ħaddiema tal-midja b’mod indipendenti u bi qbil mal-istandards tal-ġurnalistietiċi u professjonali u li, għalhekk, jipprovdu informazzjoni affidabbli, ta’ interess politiku jew soċjetali fil-livell lokali, nazzjonali jew internazzjonali mingħajr ebda interferenza mill-awtorità pubblika jew mingħajr ma jkunu influwenzati minn interessi ekonomiċi. Dawn is-servizzi tal-midja ta’ kwalità huma wkoll antidotu essenzjali kontra d-diżinformazzjoni, inklużi l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Il-protezzjoni tal-indipendenza editorjali hi prekundizzjoni għall-eżerċitar tal-attività tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u għall-integrità professjonali tagħhom. L-indipendenza editorjali hi partikolarment importanti għall-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti minħabba r-rwol soċjetali tagħha bħala ben pubbliku. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom b’mod liberu fis-suq intern u jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet f’ambjent dejjem aktar online fejn l-informazzjoni taqsam il-fruntieri.
(14) Il-protezzjoni tal-indipendenza editorjali hi prekundizzjoni għall-eżerċitar tal-attività tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u għall-integrità professjonali tagħhom speċjalment minħabba r-rwol soċjetali tagħha bħala ben pubbliku. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom b’mod liberu fis-suq intern u jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet f’ambjent dejjem aktar online fejn l-informazzjoni taqsam il-fruntieri. Barra minn hekk, sabiex tiġi ggarantita midja indipendenti u pluralistika, huwa ta’ importanza ewlenija li jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa biex jinħoloq ambjent sikur li jippermetti lill-ġurnalisti, l-edituri, l-kap edituri u l-ħaddiema tal-midja jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom. Għal dak l-għan, minbarra li tiġi ssalvagwardjata l-libertà tal-midja, huwa meħtieġ li tiġi protetta l-libertà fi ħdan il-midja.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) L-Istati Membri ħaddmu approċċi differenti għall-protezzjoni tal-indipendenza editorjali, u din qed tiġi sfidata dejjem aktar madwar l-Unjoni. B’mod partikolari, f’diversi Stati Membri qed kulma jmur jiżdied l-indħil fid-deċiżjonijiet editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja.Dan l-indħil jista’ jkun dirett jew indirett, mill-Istat jew minn atturi oħra, inkluż minn awtoritajiet pubbliċi, uffiċjali eletti, uffiċjali tal-gvern u politiċi, pereżempju biex jinkiseb xi vantaġġ politiku. L-azzjonisti u partijiet privati oħra li għandhom sehem fil-fornituri tas-servizzi tal-midja jistgħu jaġixxu b’modi li jmorru lil hinn mill-bilanċ meħtieġ bejn il-libertà tan-negozju tagħhom stess u l-libertà tal-espressjoni, min-naħa, u l-libertà editorjali tal-espressjoni u d-drittijiet tal-informazzjoni tal-utenti, min-naħa l-oħra, biex jinkiseb vantaġġ ekonomiku jew vantaġġi oħra. Barra minn hekk, ix-xejriet riċenti fid-distribuzzjoni u l-konsum tal-midja, inkluż b’mod partikolari fl-ambjent online, wasslu lill-Istati Membri biex jikkunsidraw liġijiet maħsuba għar-regolamentazzjoni tal-forniment tal-kontenut tal-midja. Anki l-approċċi li ħadu l-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza editorjali huma varji. Minħabba dawn l-interferenzi u l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni u tal-approċċi, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet ekonomiċi mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u, fuq kollox, il-kwalità tas-servizzi tal-midja li jirċievu ċ-ċittadini u n-negozji qed jintlaqtu ħażin fis-suq intern. Għalhekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti salvagwardji effettivi li jippermettu l-eżerċizzju tal-libertà editorjali madwar l-Unjoni ħalli l-fornituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jipproduċu u jqassmu b’mod indipendenti l-kontenut tagħhom bejn il-fruntieri u r-riċevituri tas-servizzi jkunu jistgħu jirċievu dan il-kontenut.
(15) L-Istati Membri ħaddmu approċċi differenti għall-protezzjoni tal-indipendenza editorjali, u din qed tiġi sfidata dejjem aktar madwar l-Unjoni. Minħabba interferenza dejjem akbar fid-deċiżjonijiet editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja f’diversi Stati Membri, hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva.Tali interferenza tista’ tirrappreżenta ksur tal-istat tad-dritt, li jista’ jkun dirett jew indirett, mill-Istat jew minn atturi oħra, inkluż minn awtoritajiet pubbliċi, uffiċjali eletti, uffiċjali tal-gvern u politiċi, pereżempju biex jinkiseb xi vantaġġ politiku. L-azzjonisti u partijiet privati oħra li għandhom sehem fil-fornituri tas-servizzi tal-midja jistgħu jaġixxu b’modi li jmorru lil hinn mill-bilanċ meħtieġ bejn il-libertà tan-negozju tagħhom stess u l-libertà tal-espressjoni, min-naħa, u l-libertà editorjali tal-espressjoni u d-drittijiet tal-informazzjoni tal-utenti, min-naħa l-oħra, biex jinkiseb vantaġġ ekonomiku jew vantaġġi oħra. Dan jidher li huwa partikolarment il-każ meta s-setgħa ekonomika tiġġenera setgħa li ssawwar l-opinjonijiet u dan jista’ jinterferixxi mal-proċess tat-tiswir tal-opinjoni pubblika. Barra minn hekk, ix-xejriet riċenti fid-distribuzzjoni u l-konsum tal-midja, inkluż b’mod partikolari fl-ambjent online, wasslu lill-Istati Membri biex jikkunsidraw liġijiet maħsuba għar-regolamentazzjoni tal-forniment tal-kontenut tal-midja. Anki l-approċċi li ħadu l-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza editorjali huma varji. Minħabba dawn l-interferenzi u l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni u tal-approċċi, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet ekonomiċi mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u, fuq kollox, il-kwalità tas-servizzi tal-midja li jirċievu ċ-ċittadini u n-negozji qed jintlaqtu ħażin fis-suq intern. Għalhekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti salvagwardji effettivi li jippermettu l-eżerċizzju tal-libertà editorjali madwar l-Unjoni ħalli l-fornituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jipproduċu u jiddistribwixxu b’mod indipendenti s-servizzi tal-midja tagħhom bejn il-fruntieri u r-riċevituri tas-servizzi jkunu jistgħu jirċievu dawn is-servizzi tal-midja.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Il-ġurnalisti u l-edituri huma l-atturi ewlenin fil-produzzjoni u l-forniment ta’ kontenut affidabbli tal-midja, b’mod partikolari billi jirrapportaw dwar l-aħbarijiet jew il-ġrajjiet kurrenti. Għalhekk, hu essenzjali li titħares il-abbiltà tal-ġurnalisti li jiġbru l-informazzjoni, jivverifikawha u janalizzawha, inkluż l-informazzjoni mogħtija b’mod kunfidenzjali. B’mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-ġurnalisti (inkluż dawk li joperaw b’forom mhux standard ta’ impjieg, bħall-freelancers), jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq protezzjoni soda tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti, inkluż kontra l-varar ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza, għax mingħajr dawn is-sorsi ta’ protezzjoni jaf ikunu skoraġġuti milli jgħinu lill-midja tinforma lill-pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku. Għaldaqstant, il-libertà tal-ġurnalisti li jwettqu l-attività ekonomika tagħhom u jaqdu r-rwol vitali tagħhom ta’ “gwardjan pubbliku” tista’ tiġi mminata, u dan jolqot ħażin l-aċċess għal servizzi tal-midja ta’ kwalità. Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti tikkontribwixxi biex jitħares id-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta.
(16) Il-ġurnalisti, l-edituri, il-kap edituri u l-ħaddiema tal-midja huma l-atturi ewlenin fil-produzzjoni u l-forniment ta’ servizzi tal-midja affidabbli. Għalhekk, hu essenzjali li titħares il-kapaċità tal-ġurnalisti li jiġbru l-informazzjoni, jivverifikawha u janalizzawha, inkluża l-informazzjoni mogħtija b’mod kunfidenzjali kemm fid-dinja offline kif ukoll f’dik online. B’mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi tal-midja, il-ħaddiema tal-midja u l-ġurnalisti (inklużi dawk li joperaw b’forom mhux standard ta’ impjieg, bħall-freelancers u l-bloggers), jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq l-aktar protezzjoni soda tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti, inkluż kontra l-interferenzi arbitrarji u l-varar ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza, għax mingħajr dawn is-sorsi ta’ protezzjoni jaf ikunu skoraġġuti milli jgħinu lill-midja tinforma lill-pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku. Għaldaqstant, il-libertà tal-espressjoni u l-kapaċità tal-ġurnalisti u tal-ħaddiema tal-midja li jwettqu l-attività ekonomika tagħhom u jaqdu r-rwol vitali tagħhom ta’ “gwardjan pubbliku” tista’ tiġi mminata, u dan jolqot ħażin l-aċċess għal servizzi tal-midja ta’ kwalità. Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti hija prekundizzjoni biex jitħares id-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta u hija kruċjali għas-salvagwardja tar-rwol ta’ “gwardjan” tal-ġurnaliżmu investigattiv f’soċjetajiet demokratiċi.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida)
(16a) Il-ħarsien tal-istat tad-dritt fl-Unjoni huwa essenzjali għall-funzjonament tad-demokraziji fl-Istati Membri. L-istrumenti tal-Unjoni, għal dak l-iskop, espandew biex jinkludu, minbarra l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 tat-TUE, oqfsa ġodda bħar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Il-funzjonalità tas-sistemi tal-istat tad-dritt hija direttament interkonnessa ma’ midja ħielsa u pluralistika. Il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja jirrappreżentaw pilastru ċentrali tal-qafas tal-Unjoni għall-ħarsien tal-istat tad-dritt, u l-istat tal-libertà tal-midja u tal-pluraliżmu tal-midja jiġi eżaminat kull sena permezz tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt. Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti, il-garanziji għall-indipendenza editorjali u sistema ta’ protezzjoni robusta kontra l-użu abbużiv ta’ ċerti miżuri u teknoloġiji huma essenzjali għall-ħarsien tal-qafas tal-Unjoni dwar l-istat tad-dritt. L-azzjonijiet li jqiegħdu l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja f’riskju, bħad-detenzjoni, is-sanzjonar, it-tiftix, is-sekwestru jew l-ispezzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, jagħmlu ħsara serja lill-istat tad-dritt u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt, u b’hekk jiskattaw il-mekkaniżmi ta’ sanzjonar previsti fl-Artikolu 7 tat-TUE u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092.
__________________
1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida)
(16b) Il-metodi ta’ sorveljanza użati kontra l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja huma varjati u jinkludu l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u metadata, hacking tal-apparat jew tas-software, inklużi attakki ta’ ċaħda tas-servizz, interċettazzjoni telefonika, bugging, videotaping, traċċar tal-ġeolokalizzazzjoni permezz tal-identifikazzjoni tal-frekwenza tar-radju, is-sistema ta’ pożizzjonament globali jew id-data tas-siti ċellulari, l-estrazzjoni tad-data u l-monitoraġġ tal-midja soċjali. Tali metodi jista’ jkollhom impatt serju fuq id-drittijiet tal-ġurnalisti u tal-ħaddiema tal-midja għall-privatezza, għall-protezzjoni tad-data tagħhom u għal-libertà tal-espressjoni. Il-protezzjonijiet mogħtija minn dan ir-Regolament, għalhekk, jinkludu kemm il-forom attwali ta’ sorveljanza diġitali kif ukoll it-teknoloġiji futuri li jistgħu jitfaċċaw b’riżultat tal-innovazzjoni teknoloġika. Dawk il-protezzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġijiet eżistenti u futuri tal-Unjoni li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-iżvilupp, l-użu u l-kummerċ ta’ teknoloġiji speċifiċi ta’ sorveljanza meqjusa invażivi wisq. Software ta’ spjunaġġ li jagħti aċċess sħiħ illimitat għal data personali, inkluża data sensittiva, fuq apparat jista’ jaffettwa l-essenza stess tad-dritt għall-privatezza, u għalhekk jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jiġi kkunsidrat meħtieġ u proporzjonat skont il-liġijiet tal-Unjoni.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti bħalissa hija regolata b’mod eteroġenu fl-Istati Membri. Xi Stati Membri jipprovdu protezzjoni assoluta kontra l-koerċizzjoni tal-ġurnalisti li jiżvelaw informazzjoni li tidentifika s-sors tagħhom fi proċedimenti kriminali u amministrattivi. Stati Membri oħra jipprovdu protezzjoni kwalifikata u limitata għal proċedimenti ġudizzjarji bbażati fuq ċerti akkużi kriminali, filwaqt li oħrajn jipprovdu protezzjoni fil-forma ta’ prinċipju ġenerali. Dan qed iwassal għal frammentazzjoni fis-suq intern tal-midja. Għalhekk, il-ġurnalisti, li kulma jmur qed jaħdmu dejjem aktar fuq proġetti transfruntieri u jipprovdu s-servizzi tagħhom lil udjenzi transfruntieri, u allura l-fornituri tas-servizzi tal-midja, aktarx li qed iġarrbu ostakli, inċertezza legali u kundizzjonijiet mhux uniformi tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti teħtieġ aktar armonizzazzjoni u tisħiħ fil-livell tal-Unjoni.
(17) Il-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti bħalissa hija regolata b’mod eteroġenu fl-Istati Membri. Xi Stati Membri jipprovdu protezzjoni assoluta kontra l-koerċizzjoni tal-ġurnalisti li jiżvelaw informazzjoni li tidentifika s-sors tagħhom fi proċedimenti kriminali u amministrattivi. Stati Membri oħra jipprovdu protezzjoni kwalifikata u limitata għal proċedimenti ġudizzjarji bbażati fuq ċerti akkużi kriminali, filwaqt li oħrajn jipprovdu protezzjoni fil-forma ta’ prinċipju ġenerali.Minkejja l-istandards eżistenti kkodifikati mill-Kunsill tal-Ewropa u l-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, eżempji prattiċi minn diversi Stati Membri żvelaw li hemm approċċi differenti ħafna għall-kwistjoni u li s-sorsi tal-ġurnalisti mhumiex protetti f’xi sitwazzjonijiet. Dan qed iwassal għal frammentazzjoni fis-suq intern tal-midja. Għalhekk, il-ġurnalisti, li kulma jmur qed jaħdmu dejjem aktar fuq proġetti transfruntieri u jipprovdu s-servizzi tagħhom lil udjenzi transfruntieri, u allura l-fornituri tas-servizzi tal-midja, aktarx li qed iġarrbu ostakli, inċertezza legali u kundizzjonijiet mhux uniformi tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti jeħtieġ li tissaħħaħ bl-aktar mod komprensiv u estensiv possibbli. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament jarmonizza l-istandard ta’ protezzjoni pprovdut lis-sorsi u l-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti billi jintroduċi regoli minimi fil-livell tal-Unjoni.Interferenza fis-sorsi tal-ġurnalisti dejjem jeħtieġ li tiġi bbilanċjata kontra l-ħsara għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Kwalunkwe miżura li tinterferixxi fis-sorsi tal-ġurnalisti jenħtieġ li tkun soġġetta għal appell quddiem qorti. Il-ġurnalisti li jkunu qed jaħdmu fuq proġetti transfruntiera jenħtieġ li jibbenefikaw mill-ogħla standards ta’ protezzjoni tal-Istati Membri involuti. Fil-livell tal-Unjoni, il-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti jenħtieġ li tikkorrispondi, bħala minimu, għall-protezzjoni prevista skont l-istandards internazzjonali u Ewropej u għandha tkun konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida)
(17a) Is-sikurezza diġitali u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi saru tħassib kbir għall-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja. Fid-dawl ta’ dak il-fatt, il-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ għodod ta’ anonimizzazzjoni u servizzi kriptati minn tarf sa tarf użati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-impjegati tagħhom jeħtieġ li jiġu mħeġġa fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat livell ugwali ta’ aċċess għal tali tagħmir fl-Istati Membri kollha. Dawk l-għodod saru vitali għalihom biex jeżerċitaw liberament ix-xogħol tagħhom u d-drittijiet tagħhom għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data u l-libertà tal-espressjoni, inkluż billi jassiguraw il-komunikazzjonijiet tagħhom u jipproteġu l-kunfidenzjalità tas-sorsi tagħhom.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Il-midja tas-servizz pubbliku stabbilita mill-Istati Membri taqdi rwol partikolari fis-suq intern tal-midja, għax tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità u għal rappurtaġġi imparzjali, bħala parti mill-missjoni tagħha. Iżda l-midja tas-servizz pubbliku tista’ tkun partikolarment esposta għar-riskju ta’ interferenza, minħabba l-qrubija istituzzjonali tagħha għall-Istat u l-finanzjament pubbliku li tirċievi. Dan ir-riskju jista’ jiġi aggravat b’salvagwardji mhux uniformi relatati mal-governanza indipendenti u rappurtaġġi bilanċjati mill-midja tas-servizz pubbliku madwar l-Unjoni. Din is-sitwazzjoni tista’ twassal għal rappurtaġġi preġudikati jew parzjali, toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern tal-midja u taffettwa ħażin l-aċċess għal servizzi tal-midja indipendenti u imparzjali. Għalhekk, filwaqt li bħala bażi jintużaw l-istandards internazzjonali żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji legali għall-funzjonament indipendenti tal-midja tas-servizz pubbliku madwar l-Unjoni. Jenħtieġ ukoll ikun żgurat li, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jkollhom finanzjament biżżejjed u stabbli biex jaqdu l-missjoni tagħhom li jippermetti ċerta prevedibbiltà fl-ippjanar tagħhom. Preferibbilment, jenħtieġ li dan il-finanzjament jiġi deċiż u jitwarrab għal medda ta’ snin, bi qbil mal-missjoni tas-servizz pubbliku tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku, ħalli jkun evitat il-potenzjal ta’ influwenza indebita min-negozjati baġitarji annwali. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jaffettwawx il-kompetenza tal-Istati Membri li jipprevedu l-finanzjament tal-midja tas-servizz pubbliku kif stabbilit fil-Protokoll 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(18) Il-midja tas-servizz pubbliku stabbilita mill-Istati Membri taqdi rwol partikolari fis-suq intern tal-midja u fis-salvagwardja tal-pluraliżmu tal-midja, għax tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess għal offerta ta’ kontenut diversa, inklużi informazzjoni ta’ kwalità u rappurtaġġi bilanċjati u imparzjali mill-midja, bħala parti mill-mandat tagħha. Hija tipprovdi forum għal diskussjoni pubblika u mezz għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika usa’ tal-individwi. Huwa għalhekk li l-pluraliżmu tal-midja jista’ jkun garantit biss billi tiġi riflessa diversità xierqa fl-offerta ta’ kontenut tal-midja tas-servizz pubbliku. L-indipendenza tal-midja tas-servizz pubbliku hija partikolarment importanti waqt il-perjodi elettorali biex tiżgura li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni imparzjali u ta’ kwalità. Iżda l-midja tas-servizz pubbliku tista’ tkun partikolarment esposta għar-riskju ta’ interferenza, minħabba l-qrubija istituzzjonali tagħha għall-Istat u l-finanzjament pubbliku li tirċievi, u dan jaf jesponiha għal vulnerabbiltajiet addizzjonali meta mqabbla ma’ atturi oħra fis-suq intern tal-midja sal-punt li tiġi mhedda l-eżistenza proprja tagħha. Dan ir-riskju jista’ jiġi aggravat b’salvagwardji mhux uniformi relatati mal-governanza indipendenti u r-rappurtaġġi bilanċjati mill-midja tas-servizz pubbliku madwar l-Unjoni. Dan ir-riskju jista’ jirriżulta wkoll f’maniġment superjuri maħtur politikament li jeżerċita pressjoni fuq l-indipendenza editorjali tal-ġurnalisti u tal-kap edituri minħabba interessi politiċi jew ekonomiċi. Dawk is-sitwazzjonijiet jistgħu jwasslu għal rappurtaġġi preġudikati jew parzjali, joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern tal-midja u jaffettwaw ħażin l-aċċess għal servizzi tal-midja indipendenti u imparzjali. Għalhekk, filwaqt li bħala bażi jintużaw l-istandards internazzjonali żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji legali għall-funzjonament indipendenti tal-midja tas-servizz pubbliku madwar l-Unjoni. Il-maniġment tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jenħtieġ li jkun indipendenti, imparzjali u ħieles minn interessi politiċi jew ekonomiċi. Jenħtieġ li jkun hemm regoli ċari għal kwalunkwe kunflitt ta’ interess min-naħa tal-maniġment tal-fornituri tas-servizzi tal-midja pubblika. Il-persuni jew il-korpi li jikkostitwixxu l-ogħla awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jenħtieġ li jinħatru, u, jekk ikun meħtieġ, jitkeċċew f’konformità ma’ kriterji prevedibbli, trasparenti, nondiskriminatorji, ibbilanċjati bejn il-ġeneri u oġġettivi, filwaqt li tiġi żgurata l-kwalifika tal-persuni li jokkupaw dawk il-pożizzjonijiet. Jenħtieġ ukoll ikun żgurat li, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jibbenefikaw minn finanzjament suffiċjenti u stabbli biex jaqdu l-mandat tagħhom li jippermetti ċerta prevedibbiltà fl-ippjanar tagħhom u jippermettilhom jiżviluppaw offerti għal oqsma ġodda ta’ interess għall-pubbliku jew kontenut u forom ġodda u jevolvu teknoloġikament sabiex iżommu pożizzjoni kompetittiva fis-suq intern tal-midja. Jenħtieġ li dan il-finanzjament jiġi deċiż u allokat abbażi ta’ proċeduri prevedibbli, trasparenti, indipendenti, imparzjali u nondiskriminatorji, fuq bażi pluriennali, bi qbil mal-mandat tas-servizz pubbliku tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku, ħalli jkun evitat il-potenzjal ta’ influwenza indebita min-negozjati baġitarji annwali. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jaffettwawx il-kompetenza tal-Istati Membri li jipprevedu l-finanzjament tal-midja tas-servizz pubbliku kif stabbilit fil-Protokoll 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (il-“Protokoll ta’ Amsterdam”).
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida)
(18a) Għall-benefiċċju tal-udjenzi Ewropej, il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jenħtieġ li jippromwovu l-pluraliżmu tal-midja u jikkontribwixxu biex is-swieq tal-midja jsiru aktar robusti. Huma jenħtieġ li joffru firxa estensiva ta’ kontenut li jakkomoda interessi, perspettivi u demografija diversi, filwaqt li jiġu inklużi s-segmenti kollha tas-soċjetà, inklużi l-minoranzi.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 18b (ġdida)
(18b) Jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) ma japplikax għal fornitur tas-servizzi tal-midja li jkun parti minn grupp li t-titoli tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kwalunkwe Stat Membru u li d-dħul totali tiegħu marbut mal-mandat tas-servizz pubbliku jirrappreżenta inqas minn 10 % tad-dħul konsolidat relatat mal-midja ta’ tali grupp fiż-żmien li fih dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Hu kruċjali għar-riċevituri tas-servizzi tal-midja li jkunu jafu b’ċertezza min hu s-sid u min hu wara l-midja tal-aħbarijiet biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jifhmu l-kunflitti ta’ interess potenzjali, li hu prerekwiżit biex isawru opinjonijiet informati tajjeb u għalhekk biex jieħdu sehem b’mod attiv f’demokrazija. Din it-trasparenza hi għodda effettiva wkoll biex jiġu limitati r-riskji ta’ ndħil fl-indipendenza editorjali. Għalhekk, jeħtieġi jiġu introdotti rekwiżiti komuni ta’ informazzjoni għall-fornituri rilevanti kollha tas-servizzi tal-midja madwar l-Unjoni li jenħtieġ li jkunu jinkludu rekwiżiti proporzjonati biex tiġi żvelata l-informazzjoni dwar is-sjieda. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li ma jiġux affettwati l-miżuri li ħadu l-Istati Membri skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/84949. Il-fornituri rilevanti jenħtieġ li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fuq is-siti web tagħhom jew b’mezz ieħor li jkun aċċessibbli faċilment u direttament.
(19) Hu kruċjali għar-riċevituri tas-servizzi tal-midja li jkunu jafu b’ċertezza min hu s-sid u min hu wara l-midja tal-aħbarijiet biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jifhmu l-kunflitti ta’ interess potenzjali, li hu prerekwiżit biex isawru opinjonijiet informati tajjeb u għalhekk biex jieħdu sehem b’mod attiv f’demokrazija. Għaldaqstant, din it-trasparenza hi għodda effettiva biex jiġu limitati r-riskji ta’ interferenza fl-indipendenza editorjali. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti komuni ta’ informazzjoni għall-fornituri tas-servizzi tal-midja li jeżerċitaw responsabbiltà editorjali madwar l-Unjoni li jenħtieġ li jkunu jinkludu rekwiżiti proporzjonati biex tiġi żvelata l-informazzjoni dwar is-sjieda. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li ma jiġux affettwati l-miżuri li ħadu l-Istati Membri skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/84949. Il-fornituri rilevanti jenħtieġ li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fuq is-siti web tagħhom jew b’mezz ieħor li jkun aċċessibbli faċilment u direttament f’format faċli għall-utent.Għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri jafdaw awtorità jew korp regolatorju nazzjonali rilevanti bil-monitoraġġ tal-konformità ma’ tali rekwiżiti ta’ informazzjoni u bl-iżvilupp u ż-żamma ta’ bażi tad-data tas-sjieda tal-midja. Dawk l-awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu u jirċievu informazzjoni addizzjonali mill-fornituri tas-servizzi tal-midja rilevanti għall-kompiti tagħhom. Biex ikompli jsaħħaħ u jiggarantixxi l-aċċessibbiltà u l-uniformità tal-informazzjoni disponibbli għar-riċevituri tas-servizzi tal-midja, il-Bord jenħtieġ li jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data Ewropea tas-sjieda tal-midja.
__________________
__________________
49 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tirrevoka d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73-117).
49 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tirrevoka d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73-117).
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a) L-aċċess pubbliku għal ċerti dettalji ta’ kuntatt, informazzjoni dwar is-sjieda u informazzjoni dwar ir-reklamar mill-Istat u l-appoġġ finanzjarju mill-Istat allokat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja huwa essenzjali biex ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jifhmu u jiskrutinizzaw il-kunflitti ta’ interess potenzjali, filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu biex jippreservaw il-fiduċja u jiffaċilitaw id-disponibbiltà f’waqtha u effiċjenti tal-informazzjoni għall-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jew għall-Bord. Madankollu, sabiex jittaffa l-piż amministrattiv possibbli, ċerti kategoriji ta’ data jenħtieġ li jiġu pprovduti biss f’każijiet debitament ġustifikati, b’mod proporzjonat u bbilanċjat u biex jiġu ggarantiti d-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) L-integrità tal-midja teħtieġ ukoll approċċ proattiv biex tiġi promossa l-indipendenza editorjali mill-kumpaniji tal-midja tal-aħbarijiet, b’mod partikolari b’salvagwardji interni.Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jadottaw miżuri proporzjonati biex, ladarba tiġi maqbula l-linja editorjali ġenerali bejn is-sidien u l-edituri tagħhom, tkun żgurata l-libertà tal-edituri li jieħdu deċiżjonijiet individwali waqt l-attività professjonali tagħhom. L-objettiv li l-edituri jitħarsu minn indħil indebitu fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar biċċiet speċifiċi ta’ kontenut bħala parti mill-ħidma tagħhom ta’ kuljum jikkontribwixxi biex ikun żgurat ambjent ekwu fis-suq intern tas-servizzi tal-midja u l-kwalità ta’ dawn is-servizzi. Dak l-objettiv hu konformi wkoll mad-dritt fundamentali li wieħed jirċievi u jinqasam informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jiżguraw ukoll it-trasparenza mar-riċevituri tas-servizzi tagħhom dwar kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali.
(20) L-integrità tal-midja tista’ tiġi appoġġata billi jiġu promossi u żgurati standards tal-ġurnalisti madwar l-Unjoni u billi tiġi promossa u żgurata l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, b’mod partikolari permezz ta’ salvagwardji interni, sabiex ikun garantit li l-informazzjoni tkun affidabbli u li kwalunkwe orjentazzjoni ideoloġika tkun limitata mir-rekwiżit assolut li l-aħbarijiet u l-opinjonijiet jiġu rrappurtati b’mod onest u etiku.Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jadottaw miżuri biex jiggarantixxu l-libertà tal-edituri u tal-kap edituri li jieħdu deċiżjonijiet editorjali, abbażi tal-linja editorjali stabbilita, waqt l-attività professjonali tagħhom. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jsaħħu mhux biss is-salvagwardji għal-libertà tal-midja iżda wkoll il-libertà fi ħdan il-midja. L-objettiv li l-edituri u l-kap edituri jitħarsu minn interferenza indebita fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar biċċiet speċifiċi ta’ kontenut bħala parti mill-ħidma tagħhom ta’ kuljum jikkontribwixxi biex jiġu żgurati ambjent ekwu fis-suq intern tas-servizzi tal-midja u l-kwalità ta’ dawn is-servizzi. Dak l-objettiv hu konformi wkoll mad-dritt fundamentali li wieħed jirċievi u jaqsam informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta u mar-Riżoluzzjoni 1003(1993) tal-Kunsill tal-Ewropa. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jenħtieġ ukoll li l-fornituri tas-servizzi tal-midja jiżguraw it-trasparenza u jiżvelaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali lir-riċevituri tas-servizzi tagħhom u jiżguraw li s-sidien, il-pubblikaturi u l-maniġment tagħhom isegwu l-ogħla standards professjonali fir-rigward tal-integrità editorjali u l-indipendenza.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Biex jittaffew il-piżijiet regolatorji, il-mikrointrapriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill50 jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti relatati mal-informazzjoni u mas-salvagwardjiinterni ħalli tkun żgurata l-indipendenza ta’ deċiżjonijiet editorjali individwali. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkunu liberi li jfasslu s-salvagwardji interni skont il-ħtiġijiet tagħhom, b’mod partikolari jekk ikunu intrapriżi żgħar u medji skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu. Ir-Rakkomandazzjoni mehmuża ma’ dan ir-Regolament51 tipprovdi ġabra ta’ salvagwardji interni volontarji li jistgħu jiġu adottati mill-kumpaniji tal-midja f’dan ir-rigward. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġix interpretat fis-sens li s-sidien ta’ fornituri privatita’ servizzi tal-midja qed jiċċaħħdu mill-prerogattiva tagħhom li jistabbilixxu għanijiet strateġiċi jew ġenerali u li jrawmu t-tkabbir u l-vijabbiltà finanzjarja tal-impriżi tagħhom. F’dan ir-rigward, dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-għan tat-trawwim tal-indipendenza editorjali jeħtieġ jiġi rikonċiljat mad-drittijiet u mal-interessi leġittimi tas-sidien privati tal-midja.
(21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jadottaw salvagwardji interni f’konformità mal-istrutturi u l-ħtiġijiet tagħhom. Ir-Rakkomandazzjoni li takkumpanja dan ir-Regolament51 tipprovdi ġabra ta’ salvagwardjiinterni volontarji li jistgħu jitqiesu mill-kumpaniji tal-midja f’dan ir-rigward. Dan ir-Regolamentjenħtieġ li ma jiġix interpretat b’tali mod li s-sidien ta’ fornituri privati tas-servizzi tal-midja jiċċaħħdu mill-prerogattiva tagħhom li jiddeċiedu dwar il-kompożizzjoni tat-timijiet editorjali tagħhom jew dwar il-linja editorjali tagħhom, li jistabbilixxu għanijiet strateġiċi jew ġenerali u li jrawmu t-tkabbir u l-vijabbiltà finanzjarja tal-impriżi tagħhom. Madankollu, jenħtieġ ukoll li dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala li jfisser li s-sid jew il-maniġer korporattiv ta’ fornitur tas-servizz tal-midja jista’ jinterferixxi bla bżonn fil-ħidma tal-edituri u l-kap edituri tiegħu li joperaw f’konformità mal-linja editorjali stabbilita tiegħu billi, pereżempju, iġiegħelhom iżidu jew ineħħu kontenut qabel ma jsir disponibbli għall-pubbliku. F’dan ir-rigward, dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-għan tal-iżgurar u t-trawwim tal-indipendenza editorjali jeħtieġ jiġi rikonċiljat mad-drittijiet u mal-interessi leġittimi tas-sidien privati tal-midja.
__________________
__________________
50 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19-76).
51 ĠU C , , p. .
51 ĠU C , , p. .
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali indipendenti huma kruċjali għall-applikazzjoni xierqa tal-liġi dwar il-midja madwar l-Unjoni. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti relatati mal-kooperazzjoni regolatorja u suq li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja, previsti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni dwar il-midja, jeħtieġ jiġi stabbilit korp konsultattiv indipendenti fil-livell tal-Unjoni li jiġbor flimkien lil dawn l-awtoritajiet jew il-korpi u jikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE, kien essenzjali fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni konsistenti ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”) jibni fuq l-ERGA u jissostitwih. Dan jeħtieġ emenda mmirata għad-Direttiva 2010/13/UE biex jitħassar l-Artikolu 30b tagħha, li jistabbilixxi l-ERGA, u għalhekk biex jiġu sostitwiti r-referenzi għall-ERGA u għall-kompiti tiegħu. L-emenda għad-Direttiva 2010/13/UE b’dan ir-Regolament hi ġustifikata f’dan il-każ għax hi limitata għal dispożizzjoni li ma teħtieġx traspożizzjoni mill-Istati Membri u hi indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
(22) L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali indipendenti huma kruċjali għall-applikazzjoni xierqa tal-liġi dwar il-midja madwar l-Unjoni. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti relatati mal-kooperazzjoni regolatorja u suq li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja, previsti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni dwar il-midja, jeħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-esperti tal-midja, ir-rappreżentanti tal-akkademja, l-assoċjazzjonijiet tat-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġi stabbilit korp konsultattiv indipendenti fil-livell tal-Unjoni li jiġbor flimkien lil dawn l-awtoritajiet jew il-korpi u jikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE, kien essenzjali fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni konsistenti ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”) jibni fuq l-ERGA u jissostitwih. Dan jeħtieġ emenda mmirata għad-Direttiva 2010/13/UE biex jitħassar l-Artikolu 30b tagħha, li jistabbilixxi l-ERGA, u għalhekk biex jiġu sostitwiti r-referenzi għall-ERGA u għall-kompiti tiegħu. L-emenda għad-Direttiva 2010/13/UE b’dan ir-Regolament hi ġustifikata f’dan il-każ għax hi limitata għal dispożizzjoni li ma teħtieġx traspożizzjoni mill-Istati Membri u hi indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati u proporzjonati għall-kompiti addizzjonali mogħtija lilhom skont dan ir-Regolament biex iwettqu l-kompiti meħtieġa fl-Istati Membri u jippermettu l-funzjonament indipendenti u effettiv tal-Bord u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jgawdu minn awtonomija operattiva sħiħa u jkunu indipendenti minn kwalunkwe interferenza politika u ekonomika. L-indipendenza tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord hija kundizzjoni neċessarja għat-twettiq effettiv tal-kompiti tal-Bord u għall-kredibbiltà tal-Grupp ta’ Esperti stabbilit b’dan ir-Regolament.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Il-Bord jenħtieġ li jlaqqa’ flimkien lir-rappreżentanti għoljin tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE, maħtura minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi. Meta l-Istati Membri jkollhom diversi awtoritajiet jew korpi regolatorji rilevanti, inkluż fil-livell reġjonali, jenħtieġ li jintgħażel rappreżentant konġunt bi proċeduri xierqa u d-dritt tal-vot jenħtieġ li jibqa’ limitat għal rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali l-oħra jipparteċipaw, kif xieraq, fil-laqgħat tal-Bord. Il-Bord jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà wkoll li jistieden għal-laqgħat tiegħu, bi qbil mal-Kummissjoni, esperti u osservaturi, inkluż b’mod partikolari lil awtoritajiet regolatorji jew korpi minn pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi taż-ŻEE, jew delegati ad hoc minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra. Minħabba s-sensittività tas-settur tal-midja u skont il-prattika tad-deċiżjonijiet tal-ERGA f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord jenħtieġ li jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti.
(23) Il-Bord jenħtieġ li jlaqqa’ flimkien lir-rappreżentanti għoljin tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali stabbiliti f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE. Meta l-Istati Membri jkollhom diversi awtoritajiet jew korpi regolatorji rilevanti, inkluż fil-livell reġjonali, jenħtieġ li jintgħażel rappreżentant konġunt bi proċeduri xierqa u d-dritt tal-vot jenħtieġ li jibqa’ limitat għal rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali l-oħra jew, meta applikabbli, rappreżentant komuni ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji jew koregolatorji, jipparteċipaw, kif xieraq, fil-laqgħat tal-Bord. Il-Bord u l-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jistiednu esperti esterni biex jattendu l-laqgħat tagħhom, fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-Bord jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà wkoll, bi qbil mal-Kummissjoni, li jiddeżinja osservaturi permanenti biex jattendu l-laqgħat tiegħu, inklużi b’mod partikolari awtoritajiet jew korpi regolatorji minn pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi taż-ŻEE, jew delegati ad hoc minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra. Minħabba s-sensittività tas-settur tal-midja u skont il-prattika tad-deċiżjonijiet tal-ERGA f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord jenħtieġ li jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord jenħtieġ li jispeċifikaw ir-rwol u l-kompiti tal-membri tal-Grupp ta’ Tmexxija kif ukoll il-proċeduri għall-ħatra u l-mandat tagħhom.Il-grupp ta’ Tmexxija jenħtieġ li jkun magħmul minn president, viċi president, il-president uxxenti u żewġ membri oħra. L-elezzjoni tal-president u tal-membri l-oħra tal-Grupp ta’ Tmexxija jenħtieġ li tqis il-prinċipju tal-bilanċ ġeografiku. Barra minn hekk, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord jenħtieġ li jinkludi mekkaniżmi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, għall-valutazzjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali u għas-sospensjoni temporanja tad-drittijiet tal-vot tal-membri li l-indipendenza tagħhom tkun ġiet ikkontestata.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida)
(23a) Il-Bord se jkollu jindirizza, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-mandat tal-ERGA, b’mod partikolari kwistjonijiet relatati mal-pubblikazzjonijiet tal-istampa, ir-radju u l-midja online. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit Grupp ta’ Esperti, magħmul minn esperti, rappreżentanti tal-midja ta’ organizzazzjonijiet awtoregolatorji jew koregolatorji bħall-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti, il-kunsilli tal-midja jew tal-istampa, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, biex jagħti pariri u jikkonsulta lill-Bord dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-kompożizzjoni tal-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li tiġi ddeterminata mir-regoli ta’ proċedura tal-Bord u tirrifletti l-oqfsa tal-midja awtoregolatorji eżistenti minn kull Stat Membru u żoni settorjali u ġeografiċi differenti fl-Istati Membri. Minbarra r-rappreżentanti mill-Istati Membri, il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jikkonsisti minn organizzazzjonijiet Ewropej rikonoxxuti u stabbiliti b’mod wiesa’ li jirrappreżentaw interessi differenti mis-settur tal-midja. Il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jitqiegħed fi ħdan l-istruttura tal-Bord. Il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jagħti pariri lill-Bord dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jkollu l-awtonomija meħtieġa biex jaġixxi b’mod indipendenti. Il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jkun jista’ jistieden, fuq inizjattiva proprja, esperti u rappreżentanti tal-midja, kemm jekk fi djalogu strutturat kif ukoll jekk le, biex jgħinuh jivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxi għall-ħidma tiegħu abbażi tal-ħtiġijiet tiegħu. Il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jingħata s-setgħa li joħroġ rakkomandazzjonijiet u jiġbed l-attenzjoni tal-Bord għall-ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew. Il-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Tali kontribuzzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti jenħtieġ li jipprovdu lill-Bord informazzjoni adegwata biex jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuqhom, filwaqt li jikkomplementaw u jikkontribwixxu għall-mekkaniżmi stabbiliti eżistenti fl-Unjoni, bħar-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt jew l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja. Tali kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jippermettu wkoll lill-Bord jittratta kwistjonijiet pendenti. Il-Bord jenħtieġ li jqis tali kontribuzzjonijiet meta jħejji l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu. Il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jitlob parir mill-Grupp ta’ Esperti kull meta jkun jeħtieġ analiżi u għarfien minn qasam partikolari ta’ għarfien espert. Il-Bord jenħtieġ li jikkonsulta lill-Grupp ta’ Esperti għal kwalunkwe opinjoni jew deċiżjoni li jieħu l-Bord li tkun relatata ma’ kwistjonijiet lil hinn mis-settur tal-midja awdjoviżiva.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattati, hu essenzjali li l-Kummissjoni u l-Bord jaħdmu u jikkooperaw mill-qrib. B’mod partikolari, il-Bord jenħtieġ li jappoġġa b’mod attiv lill-Kummissjoni fil-kompiti tagħha li tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE. Għal dak il-għan, il-Bord jenħtieġ li b’mod partikolari jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiki pertinenti għall-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni, jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki, u jfassal opinjonijiet bi qbil mal-Kummissjoni jew meta jintalab minnha fil-każijiet previsti minn dan ir-Regolament. Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jistrieħ fuq l-għarfien espert u r-riżorsi umani ta’ segretarjat mogħti mill-Kummissjoni. Is-segretarjat tal-Kummissjoni jenħtieġ li jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali lill-Bord, u jgħin lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
(24) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattati, hu essenzjali li l-Kummissjoni u l-Bord jaħdmu u jikkooperaw mill-qrib. Madankollu, il-ħidma tal-Bord jenħtieġ li tkun indipendenti mill-Kummissjoni u minn kwalunkwe influwenza politika jew ekonomika. Il-Bord jenħtieġ li jappoġġa b’mod attiv lill-Kummissjoni fil-kompiti tagħha li tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE. Għal dak il-għan, il-Bord jenħtieġ li b’mod partikolari jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiki pertinenti għall-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni, jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki, u jfassal opinjonijiet u jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew fil-każijiet previsti minn dan ir-Regolament. Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv u indipendenti, il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jistrieħ fuq l-għarfien espert u r-riżorsi umani ta’ segretarjat indipendenti. Is-segretarjat jenħtieġ li jaġixxi biss fuq l-istruzzjonijiet tal-Bord. Is-segretarjat jenħtieġ li jiġi pprovdut riżorsi baġitarji u umani suffiċjenti. Is-segretarjat jenħtieġ li jipprovdi appoġġ sostantiv, amministrattiv u organizzazzjonali lill-Bord, u jgħin lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida)
(24a) Huwa importanti li l-Bord joħroġ, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali u filwaqt li jqis il-liġi nazzjonali eżistenti, linji gwida dwar id-definizzjoni tas-servizzi tal-midja ta’ interess ġenerali u dwar il-kriterji, il-qafas ta’ valutazzjoni u l-proċess għad-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawk il-linji gwida jkunu konsistenti mal-valuri tal-Unjoni u mal-objettivi stabbiliti ta’ interess ġenerali bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-espressjoni, l-aċċess għal informazzjoni affidabbli, il-koeżjoni soċjali u d-diversità kulturali.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Il-kooperazzjoni regolatorja bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji indipendenti tal-midja hi essenzjali biex is-suq intern tas-servizzi tal-midja jiffunzjona sew. Madankollu, id-Direttiva 2010/13/UE ma tipprevedix qafas ta’ kooperazzjoni strutturat għall-awtoritajiet jew għall-korpi regolatorji nazzjonali. Minn mindu ġie rivedut il-qafas tal-UE għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva bid-Direttiva 2018/1808/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-pjattaformi tal-videosharing, kompliet tiżdied il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari biex jissolvew il-każijiet transfruntieri. Din il-ħtieġa hi ġustifikata wkoll fid-dawl tal-isfidi l-ġodda fl-ambjent tal-midja tal-UE li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza, inkluż billi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew il-korpi jiġu fdati b’kompiti ġodda.
(25) Il-kooperazzjoni regolatorja bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji indipendenti tal-midja hi essenzjali biex is-suq intern tas-servizzi tal-midja jiffunzjona sew. Madankollu, id-Direttiva 2010/13/UE ma tipprevedix qafas ta’ kooperazzjoni strutturat għall-awtoritajiet jew għall-korpi regolatorji nazzjonali. Minn mindu ġie rivedut il-qafas tal-UE għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva bid-Direttiva 2018/1808/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-pjattaformi tal-video-sharing, kompliet tiżdied il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari biex jissolvew il-każijiet transfruntieri. Din il-ħtieġa hi ġustifikata wkoll fid-dawl tal-isfidi l-ġodda fl-ambjent tal-midja tal-UE li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza, inkluż billi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew il-korpi jiġu fdati b’kompiti ġodda. Għalhekk, il-Bord, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jenħtieġ li jkun jista’ jistabbilixxi wkoll arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji, l-aġenziji u l-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
__________________
__________________
52 Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69-92).
52 Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69-92).
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Biex ikun żgurat l-infurzar effettiv tal-liġi tal-Unjoni dwar il-midja, tkun evitata l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tar-regoli tal-midja applikabbli min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-midja qarrieqa u tkun evitata ż-żieda ta’ ostakli addizzjonali fis-suq intern tas-servizzi tal-midja, hu essenzjali li jkun previst qafas ċar u vinkolanti legalment għall-awtoritajiet jew l-korpi regolatorji nazzjonali biex jikkooperaw b’mod effettiv u effiċjenti.
(26) Fl-2020, l-ERGA adotta Memorandum ta’ Qbil li jikkonsisti f’qafas volontarju għall-kooperazzjoni biex jissaħħaħ l-infurzar transfruntier tar-regoli tal-midja dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u s-servizzi ta’ pjattaforma ta’ video-sharing. Abbażi ta’ dak il-qafas volontarju u sabiex ikun żgurat l-infurzar komprensiv u effettiv tal-miżuri tal-Unjoni dwar il-liġi tal-midja, biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tar-regoli applikabbli minn fornituri diżonesti tas-servizzi tal-midja u biex jiġu evitati ostakli addizzjonali għall-forniment tas-servizzi tal-midja fis-suq intern, huwa essenzjali li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jikkooperaw ma’ xulxin b’mod effettiv u effiċjenti fi ħdan il-qafas legali stabbilit.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Minħabba n-natura pan-Ewropea tal-pjattaformi tal-videosharing, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jeħtieġ ikollhom għodda apposta biex jipproteġu lill-udjenzi tas-servizzi tal-pjattaformi tal-videosharing minn ċertu kontenut illegali u dannuż, inkluż komunikazzjonijiet kummerċjali. B’mod partikolari, hu meħtieġ mekkaniżmu biex kull awtorità jew korp regolatorju nazzjonali rilevanti jkun jista’ jitlob lill-pari tiegħu jieħdu azzjonijiet meħtieġa u proporzjonati ħalli jiżguraw l-infurzar tal-obbligi skont dan l-Artikolu mill-fornituri tal-pjattaformi tal-videosharing. Jekk l-użu ta’ mekkaniżmu bħal dan ma jwassalx għal soluzzjoni amikevoli, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor tista’ tiġi ristretta biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 u skont il-proċedura stabbilita fih.
(27) Minħabba n-natura pan-Ewropea tal-pjattaformi tal-video-sharing, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jeħtieġ ikollhom għodda apposta biex jipproteġu lill-utenti tas-servizzi tal-pjattaformi tal-video-sharing minn ċertu kontenut dannuż, inklużi komunikazzjonijiet kummerċjali. B’mod partikolari, u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, hu meħtieġ mekkaniżmu biex kull awtorità jew korp regolatorju nazzjonali rilevanti jkunu jistgħu jitolbu lill-pari tagħhom jieħdu azzjonijiet meħtieġa u proporzjonati ħalli jiżguraw l-infurzar tal-obbligi skont dan l-Artikolu mill-fornituri tal-pjattaformi tal-video-sharing. Jekk l-użu ta’ mekkaniżmu bħal dan ma jwassalx għal soluzzjoni amikevoli, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor tista’ tiġi ristretta biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 u skont il-proċedura stabbilita fih.
__________________
__________________
53 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16).
53 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16).
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Hu essenzjali li fejn jidħlu dan ir-Regolament u d-Direttiva 2010/13/UE tkun żgurata prattika regolatorja konsistenti. Għal dan il-għan, u biex tgħin ħalli tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-liġi tal-UE dwar il-midja, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar materji koperti kemm minn dan ir-Regolament kif ukoll mid-Direttiva 2010/13/UE, meta jkun meħtieġ. Meta tiddeċiedi li toħroġ linji gwida, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra b’mod partikolari kwistjonijiet regolatorji li jaffettwaw għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jew dawk b’element transfruntier. Dan hu l-każ b’mod partikolari għall-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali. Minħabba l-abbundanza tal-informazzjoni u l-użu dejjem akbar tal-mezzi diġitali għall-aċċess tal-midja, hu importanti li tkun żgurata l-prominenza għall-kontenut ta’ interess ġenerali, biex tgħin biex jinħoloq ambjent ekwu fis-suq intern u biex tinkiseb konformità mad-dritt fundamentali li tiġi riċevuta informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Minħabba l-impatt possibbli tal-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 7a fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-midja, il-linji gwida mill-Kummissjoni huma importanti biex tinkiseb iċ-ċertezza legali f’dan il-qasam. Ikun utli wkoll li tingħata gwida dwar il-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE ħalli tkun żgurata d-disponibbiltà pubblika ta’ informazzjoni aċċessibbli, akkurata u aġġornata relatata mas-sjieda tal-midja. Waqt it-tħejjija tal-linji gwida tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita mill-Bord. B’mod partikolari, il-Bord jenħtieġ li jikkondividi mal-Kummissjoni l-għarfien espert regolatorju, tekniku u prattiku tiegħu b’rabta mal-oqsma u s-suġġetti koperti mil-linji gwida rispettivi.
(28) Hu essenzjali li tkun żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2010/13/UE. Għal dan il-għan, u biex tgħin ħalli tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-liġi tal-UE dwar il-midja, il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ linji gwida dwar materji koperti kemm minn dan ir-Regolament kif ukoll mid-Direttiva 2010/13/UE, meta jkun meħtieġ. Meta tiddeċiedi li toħroġ linji gwida, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra b’mod partikolari kwistjonijiet regolatorji li jaffettwaw għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jew dawk b’element transfruntier. Dan hu l-każ b’mod partikolari għall-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali. Minħabba l-abbundanza tal-informazzjoni u l-użu dejjem akbar tal-mezzi diġitali għall-aċċess tal-midja, hu importanti li tkun żgurata l-prominenza għall-kontenut ta’ interess ġenerali, biex tgħin biex jinħoloq ambjent ekwu fis-suq intern u biex tinkiseb konformità mad-dritt fundamentali li tiġi riċevuta informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Minħabba l-impatt possibbli tal-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 7a fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-midja, il-linji gwida mill-Kummissjoni huma importanti biex tinkiseb iċ-ċertezza legali f’dan il-qasam.Tali linji gwida jenħtieġ li jiġu abbozzati bl-appoġġ tal-Bord u jenħtieġ li jirrispettaw il-kompetenza tal-Istati Membri fi kwistjonijiet kulturali bil-ħsieb li jippromwovu l-pluraliżmu tal-midja, ikunu bbażati fuq il-prinċipji u jkunu mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ prominenza nazzjonali eżistenti. Ikun utli wkoll li tingħata gwida dwar il-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE ħalli tkun żgurata d-disponibbiltà pubblika ta’ informazzjoni aċċessibbli, akkurata u aġġornata relatata mas-sjieda tal-midja. Waqt it-tħejjija tal-linji gwida tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita mill-Bord. B’mod partikolari, il-Bord jenħtieġ li jikkondividi mal-Kummissjoni l-għarfien espert regolatorju, tekniku u prattiku tiegħu b’rabta mal-oqsma u s-suġġetti koperti mil-linji gwida rispettivi.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 28a (ġdida)
(28a) L-armonizzazzjoni minima tar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet fuq is-sjieda tal-midja madwar l-Unjoni Ewropea hija wieħed mill-modi fundamentali biex tiġi ggarantita pluralità ġusta ta’ fehmiet, biex tiġi protetta l-kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq Ewropew tal-midja u biex jiġi rrispettat id-dritt tal-konsumaturi li jirċievu varjetà ta’ sorsi differenti ta’ informazzjoni u opinjonijiet differenti b’mod imparzjali u pluralistiku. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li ċerti persuni esposti politikament, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2015/849, bħal kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ gvern u ministri, wara li jinħatru bħala tali, itemmu r-relazzjoni kummerċjali tagħhom ma’ fornitur tas-servizz tal-midja.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Biex ikun żgurat ambjent ekwu fil-forniment ta’ servizzi varji tal-midja awdjoviżiva, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern, jeħtieġ jinstabu preskrizzjonijiet tekniċi komuni għall-apparati li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom jew li jġorru sinjali diġitali biex iwasslu l-kontenut awdjoviżiv mis-sors sad-destinazzjoni. F’dan il-kuntest, hu importanti li jkunu evitati standards tekniċi diverġenti li joħolqu ostakli u kostijiet addizzjonali għall-industrija u għall-konsumaturi, u li jitħeġġu soluzzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi eżistenti dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva.
(29) Biex ikun żgurat ambjent ekwu fil-forniment ta’ servizzi varji tal-midja awdjoviżiva, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern, jeħtieġ jinstabu standards Ewropej komuni u armonizzati għall-apparati li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom, inklużi r-remote controls, jew l-apparati li jġorru sinjali diġitali biex iwasslu l-kontenut awdjoviżiv mis-sors sad-destinazzjoni. F’dan il-kuntest, importanti li jkunu evitati standards tekniċi diverġenti li joħolqu ostakli u kostijiet addizzjonali għall-industrija u għall-konsumaturi, u li jitħeġġu soluzzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi eżistenti dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE għandhom għarfien espert prattiku speċifiku biex ikunu jistgħu jibbilanċjaw b’mod effettiv l-interessi tal-fornituri u tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja u fl-istess ħin jiżguraw ir-rispett għal-libertà tal-espressjoni. Dan hu kruċjali b’mod partikolari fejn tidħol il-protezzjoni tas-suq intern minn attivitajiet ta’ fornituri ta’ servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni maħsuba għal udjenzi fl-Unjoni li, fost l-oħrajn minħabba l-kontroll li jista’ jiġi eżerċitat minn pajjiżi terzi fuqhom, jistgħu jippreġudikaw jew joħolqu riskji ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u għad-difiża. F’dan ir-rigward, jeħtieġ tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali biex jilqgħu flimkien għat-theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u għad-difiża kkawżat minn dawn is-servizzi tal-midja, u tingħata qafas legali biex tiżgura l-effettività u l-koordinazzjoni possibbli tal-miżuri nazzjonali adottati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-midja. Biex ikun żgurat li s-servizzi tal-midja sospiżi f’ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 3(3) u 3(5) tad-Direttiva 2010/13/UE ma jibqgħux jiġu pprovduti bis-satellita jew b’mezzi oħra f’dawk l-Istati Membri, jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproċi malajr ħalli jkun żgurat l-“effet utile” tal-miżuri nazzjonali rilevanti, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġu kkoordinati l-miżuri nazzjonali li jistgħu jiġu adottati ħalli jiġi miġġieled it-theddid għas-sigurtà pubblika u għad-difiża mis-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni u maħsuba għal udjenzi fl-Unjoni, inkluż il-possibbiltà li l-Bord, bi qbil mal-Kummissjoni, joħroġ opinjonijiet dwar dawn il-miżuri, kif xieraq. F’dan ir-rigward, ir-riskji għas-sigurtà pubblika u għad-difiża jeħtieġ jiġu vvalutati fid-dawl tal-elementi fattwali u legali rilevanti kollha, fil-livell nazzjonali u Ewropew. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(30) L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE għandhom għarfien espert prattiku speċifiku biex ikunu jistgħu jibbilanċjaw b’mod effettiv l-interessi tal-fornituri u tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja u fl-istess ħin jiżguraw ir-rispett għal-libertà tal-espressjoni u jissalvagwardjaw u jippromwovu l-pluraliżmu tal-midja. Dan hu kruċjali b’mod partikolari fejn tidħol il-protezzjoni tas-suq intern mis-servizzi tal-midja minn barra l-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi li bihom jiġu distribwiti jew aċċessati, li jkollhom fil-mira jew jilħqu udjenzi fl-Unjoni u, fost l-oħrajn minħabba l-kontroll li jista’ jiġi eżerċitat minn pajjiżi terzi fuqhom, ikun fihom provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2017/541 jew jikkostitwixxu riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u għas-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni u li jixtiequ jibbenefikaw mill-moviment liberu tas-servizzi tal-midja għall-offerti tal-midja tagħhom, bħala wieħed mill-vantaġġi tas-suq intern tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet u rekwiżiti bħall-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali biex jindirizzaw flimkien it-theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u għad-difiża kkawżat minn dawn is-servizzi tal-midja, jeħtieġ li tissaħħaħ u tingħata qafas legali biex tiżgura l-effettività u l-koordinazzjoni possibbli tal-miżuri nazzjonali adottati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-midja. Sabiex ikun żgurat li l-istess servizzi tal-midja sospiżi f’ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 3(3) u 3(5) tad-Direttiva 2010/13/UE ma jibqgħux jiġu pprovduti bis-satellita jew b’mezzi oħra f’dawk l-Istati Membri, jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproċi aċċellerati ħalli jkun żgurat l-“effet utile” tal-miżuri nazzjonali rilevanti, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġu kkoordinati l-miżuri nazzjonali li jistgħu jiġu adottati ħalli jiġi miġġieled it-theddid għas-sigurtà pubblika u għad-difiża minn servizzi tal-midja minn barra l-Unjoni u maħsuba għal udjenzi fl-Unjoni, inkluża l-possibbiltà li l-Bord, fuq l-inizjattiva proprja jew fuq talba mill-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali rilevanti, joħroġ opinjonijiet dwar dawn il-miżuri, kif xieraq. F’dan ir-rigward, ir-riskji għas-sigurtà pubblika u għad-difiża jeħtieġ jiġu vvalutati fid-dawl tal-elementi fattwali u legali rilevanti kollha, fil-livell nazzjonali u Ewropew. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Il-pjattaformi online kbar ħafna jaġixxu ta’ gateway għal ħafna utenti biex jaċċessaw is-servizzi tal-midja. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jeżerċitaw responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut tagħhom jaqdu rwol importanti fid-distribuzzjoni tal-informazzjoni u fl-eżerċizzju tal-libertà tal-informazzjoni online. Meta jeżerċitaw din ir-responsabbiltà editorjali, dawn huma mistennija jaġixxu bid-diliġenza u jipprovdu informazzjoni affidabbli u li tirrispetta d-drittijiet fundamentali, f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji jew awtoregolatorji li jkunu soġġetti għalihom fl-Istati Membri. Għalhekk, anki minħabba l-libertà tal-informazzjoni tal-utenti, meta l-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jkun jidhrilhom li xi kontenut ipprovdut minn dawn il-fornituri tas-servizzi tal-midja hu inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u ma jkunx qed jikkontribwixxi għar-riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], jenħtieġ li jqisu kif xieraq il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] u mingħajr dewmien jipprovdu l-ispjegazzjonijiet meħtieġa lill-fornituri ta’ servizzi tal-midja bħala l-utenti kummerċjali tagħhom fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54. Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ta’ kull restrizzjoni għal dak il-kontenut fuq il-libertà tal-informazzjoni tal-utenti, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jissottomettu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet qabel ma tidħol fis-seħħ ir-restrizzjoni mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali]. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprevjenix lil xi fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna milli jieħu miżuri malajr kontra xi kontenut illegali mxerred bis-servizz tiegħu jew biex itaffi xi riskji sistemiċi maħluqin mit-tixrid ta’ ċertu kontenut bis-servizz tagħhom, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari skont ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
(31) Il-pjattaformi online kbar ħafna jaġixxu ta’ gateway għal ħafna utenti biex jaċċessaw is-servizzi tal-midja. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jeżerċitaw responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut tagħhom jaqdu rwol ewlieni fid-distribuzzjoni tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha, u fl-eżerċizzju tal-libertà tal-informazzjoni online. Meta jeżerċitaw din ir-responsabbiltà editorjali, huma mistennija jaġixxu bid-diliġenza u jipprovdu informazzjoni affidabbli u li tirrispetta d-drittijiet fundamentali, f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji u l-mekkaniżmi koregolatorji jew awtoregolatorji li jkunu soġġetti għalihom fl-Istati Membri. Fl-istess ħin, il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jqisu wkoll kif xieraq id-dritt tal-utenti għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jikkontribwixxu b’mod xieraq għall-pluralità tal-midja billi jirrispettaw il-libertà tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom mingħajr restrizzjonijiet. Għalhekk, anki minħabba l-libertà tal-informazzjoni tal-utenti, meta l-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jkun jidhrilhom li xi kontenut ipprovdut minn dawn il-fornituri tas-servizzi tal-midja jkun inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u ma jkunx qed jikkontribwixxi għal riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2022/2065, jenħtieġ li jirrispettaw kif xieraq il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja, u mingħajr dewmien jipprovdu l-ispjegazzjonijiet meħtieġa lill-fornituri tas-servizzi tal-midja bħala utent kummerċjali, fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 u fir-Regolament (UE) 2022/2065. Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ta’ kwalunkwe sospensjoni jew restrizzjoni fuq il-libertà tal-informazzjoni tal-utenti, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jagħtu lill-fornitur tas-servizzi tal-midja opportunità li jwieġeb għad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, fi żmien 24 siegħa, qabel ma tidħol fis-seħħ ir-restrizzjoni jew is-sospensjoni. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprevjenix lil xi fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna milli jieħu miżuri malajr kontra kontenut illegali mxerred bis-servizz tiegħu, jew sabiex itaffi riskji sistemiċi maħluqin mit-tixrid ta’ ċertu kontenut bis-servizz tiegħu, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari skont ir-Regolament (UE) 2022/2065. Meta fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna jkun għadu biħsiebu japplika s-sospensjoni jew ir-restrizzjoni, l-awtorità jew il-korp regolatorju kompetenti jew il-korp tal-mekkaniżmu awtoregolatorju jew koregolatorju jenħtieġ li jiddeċiedu jekk is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni maħsuba humiex ġustifikati fid-dawl tal-klawżola speċifika fit-termini u l-kundizzjonijiet u, b’mod partikolari, filwaqt li jqisu l-libertajiet fundamentali.
__________________
__________________
54 Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57-79).
54 Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57-79).
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) Barra minn hekk, fid-dawl tal-impatt pożittiv mistenni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u fuq il-libertà tal-espressjoni, hu ġustifikat li meta l-fornituri tas-servizzi tal-midja jimxu ma’ ċerti standards regolatorji jew awtoregolatorji, l-ilmenti tagħhom kontra deċiżjonijiet ta’ fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jiġu trattati bi prijorità u mingħajr dewmien żejjed.
(32) Barra minn hekk, fid-dawl tal-impatt pożittiv mistenni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u fuq il-libertà tal-espressjoni, hu ġustifikat li meta l-fornituri tas-servizzi tal-midja jikkonformaw ma’ ċerti standards regolatorji jew awtoregolatorji, l-ilmenti tagħhom u, meta jkun applikabbli, l-ilmenti mressqa mill-korpi rappreżentattivi tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065 kontra deċiżjonijiet ta’ fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jiġu trattati bi prijorità u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara s-sottomissjoni tagħhom.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Għal dan il-għan, il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jipprovdu funzjonalità fuq l-interfaċċa online tagħhom biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jiddikjaraw li jissodisfaw ċerti rekwiżiti, u fl-istess ħin iżommu l-possibbiltà li ma jaċċettawx din l-awtodikjarazzjoni meta jkun jidhrilhom li dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jistrieħu fuq ċerta informazzjoni dwar l-aderenza ma’ dawn ir-rekwiżiti, bħall-istandard li jinqara minn magna tal-Inizjattiva ta’ Fiduċja fil-Ġurnaliżmu jew kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti oħra Il-linji gwida tal-Kummissjoni jaf ikunu utli biex teħfief l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik il-funzjonalità, inkluż dwar il-modalitajiet tal-involviment tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili fir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet, dwar il-konsultazzjoni tar-regolatur tal-pajjiż tal-istabbiliment, meta rilevanti, u biex jiġi indirizzat xi abbuż potenzjali tal-funzjonalità.
(33) Għal dan il-għan, il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jipprovdu funzjonalità fuq l-interfaċċa online tagħhom biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jiddikjaraw li jissodisfaw ċerti rekwiżiti, u fl-istess ħin iżommu l-possibbiltà li tali awtodikjarazzjoni tiġi kkonfermata, pereżempju mill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jew mill-korp tal-mekkaniżmu awtoregolatorju jew koregolatorju, meta jkun jidhrilhom li dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati. Jekk jiġu kkonfermati b’dak il-mod, il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jitqiesu bħala fornituri tas-servizzi tal-midja rikonoxxuti. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-Bord, li jenħtieġ li jkun jista’ joħroġ rakkomandazzjoni dwar tali kwistjonijiet. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jistrieħu fuq informazzjoni rigward il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, bħall-istandard li jinqara minn magna tal-Journalism Trust Initiative, żviluppata taħt il-patroċinju tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, jew kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti oħra.Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li ma jiskoraġġix lill-pjattaformi online kbar ħafna milli jiffirmaw l-impenn volontarju Nru 22 tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni jew milli jieħdu miżuri biex irawmu l-viżibbiltà, l-iskopribbiltà u l-prominenza tas-servizzi tal-midja fis-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom ipprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja li b’mod evidenti jikkonformaw mal-istandards professjonali u etiċi għall-ġurnaliżmu. Iċ-ċertifikazzjoni għall-istandards tal-ISO għall-ġurnaliżmu professjonali u etiku, bħall-Journalism Trust Initiative tista’ sservi bħala punt ta’ riferiment f’dak ir-rigward. Il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Bord, jaf ikunu utli biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik il-funzjonalità, inkluż rigward il-modalitajiet tal-involviment tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili fir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet, rigward il-konsultazzjoni tar-regolatur tal-pajjiż tal-istabbiliment, meta dan ikun rilevanti, u biex jiġi indirizzat kwalunkwe abbuż potenzjali tal-funzjonalità.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Dan ir-Regolament jagħraf l-importanza ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji fil-kuntest tal-forniment tas-servizzi tal-midja fuq il-pjattaformi online kbar ħafna. Dawn jirrappreżentaw tip ta’ inizjattivi volontarji, ngħidu aħna fl-għamla ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jadottaw linji gwida komuni, inkluż dwar standards etiċi, korrezzjoni tal-erruri, jew ġestjoni tal-ilmenti, bejniethom u għalihom infushom. Awtoregolamentazzjoni tal-midja soda, inklużiva u rikonoxxuta b’mod mifrux tirrappreżenta garanzija effettiva tal-kwalità u tal-professjonaliżmu tas-servizzi tal-midja u hi essenzjali għas-salvagwardja tal-integrità editorjali.
(34) Dan ir-Regolament jagħraf l-importanza ta’ mekkaniżmi koregolatorji u awtoregolatorji li jkunu legalment rikonoxxuti fis-settur tal-midja rilevanti fi Stat Membru wieħed jew aktar fil-kuntest tal-forniment tas-servizzi tal-midja fuq il-pjattaformi online kbar ħafna. Dawn jirrappreżentaw tip ta’ inizjattivi volontarji, ngħidu aħna fl-għamla ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jadottaw linji gwida komuni, inkluż dwar standards etiċi, korrezzjoni tal-erruri, jew ġestjoni tal-ilmenti, bejniethom u għalihom infushom. Il-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni tal-midja sodi, inklużivi u aċċettati b’mod wiesa’ jirrappreżentaw garanzija effettiva tal-kwalità u tal-professjonaliżmu tas-servizzi tal-midja u huma essenzjali għas-salvagwardja tal-integrità editorjali.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jinvolvu ruħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jirrispettaw l-istandards tal-kredibbiltà u tat-trasparenza u li jidhrilhom li ħafna drabi jkunu qed jiġu imposti restrizzjonijiet fuq il-kontenut tagħhom mill-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna mingħajr raġunijiet biżżejjed, biex tinstab soluzzjoni amikevoli ħalli tintemm kull restrizzjoni mhux ġustifikata u biex dawn jiġu evitati fil-futur. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fi skambji bħal dawn ta’ rieda tajba, u jagħtu attenzjoni partikolari lis-salvagwardja tal-libertà u l-libertà tal-informazzjoni tal-midja.
(35) Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jinvolvu ruħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jirrispettaw l-istandards tal-kredibbiltà u tat-trasparenza u li jidhrilhom li ħafna drabi jkunu qed jiġu imposti restrizzjonijiet fuq il-kontenut tagħhom mill-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna mingħajr raġunijiet biżżejjed, biex tinstab soluzzjoni amikevoli ħalli tintemm kull restrizzjoni mhux ġustifikata u biex dawn jiġu evitati fil-futur. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fi skambji bħal dawn ta’ rieda tajba, u jagħtu attenzjoni partikolari lis-salvagwardja tal-libertà u l-libertà tal-informazzjoni tal-midja. Meta l-fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna u fornitur tas-servizzi tal-midja ma jirnexxilhomx isibu soluzzjoni amikevoli, il-fornitur tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkun jista’ jressaq ilment quddiem korp iċċertifikat għal soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 35a (ġdida)
(35a) Skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament, l-obbligi għar-restrizzjonijiet tal-kontenut jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-pjattaformi online kbar ħafna milli jiġġieldu d-diżinformazzjoni jew jipproteġu lill-minorenni. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-obbligi ma japplikawx f’każijiet ta’ tnaqqis fil-klassifikazzjoni, it-tikkettar tal-kontenut jew id-dilwizzjoni tal-viżibbiltà tiegħu (bħaċ-ċajpir tal-immaġnijiet) meta dawn ikunu konformi mal-kodiċi ta’ prattika dwar id-diżinformazzjoni u liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li s-servizzi li jaġixxu f’kapaċità mingħajr skop ta’ qligħ, bħall-enċiklopediji online kif ukoll ir-repożitorji edukattivi u xjentifiċi, jenħtieġ li ma jitqiesux bħala pjattaformi online kbar ħafna għall-fini tal-Artikolu 17.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Filwaqt li jibni fuq ir-rwol utli tal-ERGA fil-monitoraġġ tal-konformità mill-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni, il-Bord jenħtieġ li, mill-inqas kull sena, jorganizza djalogu strutturat bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jitrawwem l-aċċess għal offerti varji tal-midja indipendenti fuq il-pjattaformi online kbar ħafna, jiġu diskussi l-esperjenza u l-aqwa prattiki relatati mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, u tiġi monitorjata l-aderenza ma’ inizjattivi awtoregolatorji maħsuba għall-protezzjoni tas-soċjetà mill-kontenut dannuż, inkluż dawk maħsuba għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Meta rilevanti, il-Kummissjoni tista’ teżamina r-rapporti dwar ir-riżultati ta’ dawn id-djalogi strutturati meta tkun qed tivvaluta kwistjonijiet sistemiċi u emerġenti madwar l-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u tista’ titlob lill-Bord jappoġġaha għal dan il-għan.
(36) Filwaqt li jibni fuq ir-rwol utli tal-ERGA fil-monitoraġġ tal-konformità mill-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni, il-Bord, bl-involviment tal-Grupp ta’ Esperti, jenħtieġ li, mill-inqas kull sena, jorganizza djalogu strutturat bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, il-fornituri tal-magni tat-tiftix kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż minn organizzazzjonijiet tal-verifika tal-fatti, biex jitrawwem l-aċċess għal offerti varji tal-midja indipendenti fuq il-pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix kbar ħafna, biex jiġu diskussi l-esperjenza u l-aqwa prattiki relatati mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, biex tiġi mmonitorjata l-konformità ma’ inizjattivi awtoregolatorji maħsuba għall-protezzjoni tas-soċjetà mill-kontenut dannuż, inklużi dawk maħsuba għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, u biex jiġu vvalutati l-effetti negattivi possibbli li tali inizjattivi jew politiki ta’ moderazzjoni tal-kontenut jista’ jkollhom fuq il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja. Meta jkun rilevanti, il-Kummissjoni tista’ teżamina r-rapporti dwar ir-riżultati ta’ dawn id-djalogi strutturati meta tkun qed tivvaluta kwistjonijiet sistemiċi u emerġenti madwar l-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2065, u tista’ titlob lill-Bord u lill-Grupp ta’ Esperti jappoġġawha għal dan il-għan.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu b’mod effettiv il-kontenut awdjoviżiv li jixtiequ jaraw skont il-preferenzi tagħhom. Madankollu, il-libertà tagħhom f’dan il-qasam tista’ tiġi ristretta minn prattiki kummerċjali fis-settur tal-midja, jiġifieri ftehimiet għall-prijoritizzazzjoni tal-kontenut bejn il-manifatturi tal-apparati jew il-fornituri tal-interfaċċi tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom, bħat-televixins konnessi, u l-fornituri tas-servizzi tal-midja. Il-prijoritizzazzjoni tista’ tiġi implimentata, pereżempju, fuq l-iskrin ewlieni ta’ apparat, b’shortcuts ta’ hardware jew software, apps u spazji tat-tiftix, li għandhom implikazzjonijiet fuq l-imġiba tal-viżwalizzazzjoni tar-riċevituri, li jistgħu ikunu inċentivati b’mod mhux xieraq biex jagħżlu ċerti offerti tal-midja awdjoviżiva flok oħrajn. Ir-riċevituri tas-servizzi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jibdlu, b’mod sempliċi u faċli għall-utent, il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti ta’ apparat jew interfaċċa tal-utent li jikkontrollaw u jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jiżguraw il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali li jimplimentaw l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/KE, meħuda biex jitwettqu kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ ordni pubbliku.
(37) L-utenti tas-servizzi tal-midja awdjo u awdjoviżiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu b’mod effettiv il-kontenut awdjo u awdjoviżiv li jixtiequ jisimgħu jew jaraw skont il-preferenzi tagħhom. Madankollu, il-libertà tagħhom f’dan il-qasam tista’ tiġi ristretta minn prattiki kummerċjali fis-settur tal-midja, jiġifieri ftehimiet għall-prijoritizzazzjoni tal-kontenut bejn il-manifatturi tal-apparati jew il-fornituri tal-interfaċċi tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjo u awdjoviżiva u l-użu tagħhom, bħas-sistemi tal-awdjo tal-karozzi jew it-televixins konnessi, u l-fornituri tas-servizzi tal-midja. Il-prijoritizzazzjoni tista’ tiġi implimentata, pereżempju, fuq l-iskrin ewlieni ta’ apparat, permezz ta’ shortcuts inkorporati fil-hardware, inklużi r-remote controls, jew fis-software, apps u spazji tat-tiftix, li għandhom implikazzjonijiet fuq l-imġiba tal-utenti, li jistgħu jkunu inċentivati b’mod mhux xieraq biex jagħżlu ċerti offerti tal-midja awdjo jew awdjoviżiva flok oħrajn. L-utenti tas-servizzi tal-midja awdjo jew awdjoviżiva jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jibdlu, b’mod sempliċi u faċli għall-utent, il-konfigurazzjonijiet u l-layout prestabbilit, inkluża l-konfigurazzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew ta’ apps li jippermettu lill-utenti jaċċessaw tali servizzi, fuq interfaċċa tal-utent jew fuq apparati li jikkontrollaw u jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jiżguraw il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari l-miżuri li jimplimentaw l-Artikolu 7a u 7b tad-Direttiva 2010/13/UE, meħuda biex jitwettqu kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ ordni pubbliku.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 37a (ġdida)
(37a) L-utenti tas-servizzi tal-midja qed jiffaċċjaw dejjem aktar diffikultajiet biex jidentifikaw min iġorr ir-responsabbiltà editorjali għas-servizzi tal-midja li jużaw, b’mod partikolari meta jaċċessawhom permezz ta’ apparati konnessi, interfaċċi tal-utent jew pjattaformi online. In-nuqqas ta’ indikazzjoni ċara tar-responsabbiltà editorjali għall-kontenut jew għas-servizzi tal-midja, pereżempju permezz ta’ tneħħija jew attribuzzjoni inkorretta ta’ logos, trademarks, jew karatteristiċi oħra, iċaħħad lill-utenti tas-servizzi tal-midja mill-kapaċità li jifhmu u jivvalutaw l-informazzjoni li jirċievu. Għalhekk jenħtieġ li l-utenti tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-fornitur tas-servizzi tal-midja li jġorr ir-responsabbiltà editorjali għal kwalunkwe servizz tal-midja partikolari fuq l-apparati u l-interfaċċi tal-utent kollha li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja u l-użu tagħhom.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 37b (ġdida)
(37b) Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva huma soġġetti għal diversi obbligi biex jilħqu għanijiet ta’ politika pubblika bħall-appoġġ għad-diversità kulturali u ambjent tal-midja pluralistiku. Għalhekk huwa essenzjali li l-apparati jiġu ddisinjati b’tali mod li jiżguraw aċċess ġust għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-diversità kollha tagħhom, kemm mill-perspettiva tal-ispettaturi kif ukoll minn dik tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt tal-għażliet tal-manifatturi tal-apparat fir-rigward tad-disinn tar-remote controls. Għalhekk, it-tastieri numeriċi jenħtieġ li jkunu standard fuq ir-remote controls tat-televixins biex jiġi evitat li l-utenti jsiru dipendenti b’mod mhux ġustifikat fuq l-interfaċċi tal-utent iddisinjati mill-manifatturi tat-tagħmir.
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) Miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi differenti jistgħu jaffettwaw ħażin l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq intern. Dawn jinkludu, pereżempju, regoli li jillimitaw is-sjieda tal-kumpaniji tal-midja minn kumpaniji oħra attivi fis-settur tal-midja jew f’setturi mhux relatati mal-midja; jinkludu wkoll deċiżjonijiet relatati mal-liċenzjar, mal-awtorizzazzjoni jew man-notifika minn qabel għall-fornituri tas-servizzi tal-midja. Biex jittaffa l-impatt negattiv potenzjali tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja u tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, hu importanti li dawk il-miżuri jkunu konformi mal-prinċipji ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità.
(38) Miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi differenti jistgħu jaffettwaw b’mod negattivil-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja rigward il-forniment jew l-operat tas-servizzi tal-midja tagħhom fis-suq intern. Tali miżuri jistgħu jieħdu diversi forom, pereżempju regoli li jillimitaw is-sjieda tal-kumpaniji tal-midja minn kumpaniji oħra attivi fis-settur tal-midja jew f’setturi mhux relatati mal-midja.Dawn jinkludu wkoll deċiżjonijiet relatati mal-liċenzjar, bħar-revoka, jew il-prevenzjoni tat-tiġdid tal-liċenzji tal-fornituri tas-servizzi tal-midja jew l-imblukkar jew il-limitar b’mod mhux ġustifikat tal-kapaċità tagħhom li jxandru, jistampaw jew b’xi mod ieħor ixerrdu kontenut, u deċiżjonijiet relatati mal-awtorizzazzjoni jew man-notifika minn qabel għall-fornituri tas-servizzi tal-midja. Sabiex jittaffa l-impatt negattiv potenzjali tagħhom fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali u fuq il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja u tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, hu importanti li dawk il-miżuri jimminimizzaw it-tfixkil għall-attivitajiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u jikkonformaw mal-prinċipji ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, trasparenza, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità.Kwalunkwe miżura li taffettwa b’mod negattiv il-pluraliżmu tal-midja, l-indipendenza editorjali jew l-operazzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, inkluż meta tkun relatata mal-implimentazzjoni ta’ atti legali tal-Unjoni bħad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-fornituri tas-servizzi tal-midja ferm qabel l-adozzjoni tagħha sabiex jiġi evitat tfixkil possibbli u biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jkollhom biżżejjed żmien biex jivvalutaw l-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà editorjali. Ir-rekwiżit li jiġu kkomunikati dawn il-miżuri ma għandux l-għan li jaffettwa l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE, sakemm dawn ma jaffettwawx il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, il-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 167 tat-TFUE, il-miżuri nazzjonali meħuda għall-fini tal-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej jew il-miżuri nazzjonali li huma rregolati b’mod ieħor mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Hu kruċjali wkoll li l-Bord jingħata s-setgħa li joħroġ opinjoni, meta jintalab mill-Kummissjoni, meta l-miżuri nazzjonali aktarx ikunu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Dan hu il-każ, pereżempju, meta miżura amministrattiva nazzjonali tkun indirizzata għal fornitur ta’ servizzi tal-midja li jipprovdi s-servizzi tiegħu f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew meta l-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat ikollu influwenza ġmielha fuq il-formazzjoni ta’ opinjoni pubblika f’dak l-Istat Membru.
(39) Hu kruċjali wkoll li l-Bord jingħata s-setgħa li joħroġ opinjoni, fuq inizjattiva proprja jew meta jintalab mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew, meta l-miżuri nazzjonali aktarx ikunu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja jew ikollhom impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali. Dan hu il-każ, pereżempju, meta miżura amministrattiva nazzjonali tkun indirizzata għal fornitur tas-servizzi tal-midja li jipprovdi s-servizzi tiegħu f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew meta l-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat ikollu influwenza ġmielha fuq il-formazzjoni ta’ opinjoni pubblika f’dak l-Istat Membru. Fornitur tas-servizzi tal-midja affettwat individwalment u direttament minn tali miżura jenħtieġ li jkun jista’ jitlob li l-Bord ifassal opinjoni dwar dik il-miżura.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Il-midja taqdi rwol deċiżiv fit-tiswir tal-opinjoni pubblika u fl-għoti ta’ għajnuna liċ-ċittadini biex jipparteċipaw fil-proċessi demokratiċi. Din hi r-raġuni għalfejn l-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu regoli u proċeduri fis-sistemi ġuridiċi tagħhom biex jiżguraw valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja jew l-indipendenza editorjali. Dawk ir-regoli u l-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-midja fis-suq intern u jeħtieġ jitfasslu sew u jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji. Il-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja soġġetti għal tali regoli jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jkopru dawk li jistgħu jwasslu biex xi entità waħda tikkontrolla jew ikollha interessi sinifikanti f’servizzi tal-midja li jkollhom influwenza sostanzjali fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika f’suq tal-midja partikolari, f’subsettur tal-midja jew bejn setturi tal-midja differenti fi Stat Membru wieħed jew aktar. Kriterju importanti li jrid jitqies hu t-tnaqqis tal-fehmiet kompetittivi f’dak is-suq permezz tal-konċentrazzjoni.
(40) Il-midja taqdi rwol deċiżiv fit-tiswir tal-opinjoni pubblika u tippermetti liċ-ċittadini jaċċessaw informazzjoni rilevanti għall-parteċipazzjoni fil-proċessi demokratiċi. Din hi r-raġuni għalfejn l-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu regoli u proċeduri fil-liġi nazzjonali biex jippermettu valutazzjoni kwalitattiva tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali. Dawk ir-regoli u l-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-midja fis-suq intern u jeħtieġ jitfasslu sew u jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji. Il-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja soġġetti għal tali regoli jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jkopru dawk li jistgħu jwasslu biex entità waħda tikkontrolla jew ikollha interessi sinifikanti f’servizzi tal-midja li jkollhom influwenza sostanzjali fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika, inklużi pjattaformi online kbar ħafna li jkollhom kontenut ipprovdut minn fornituri tas-servizzi tal-midja li jikkontrollaw l-aċċess għall-kontenut tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-viżibbiltà tiegħu f’suq tal-midja partikolari, f’subsettur tal-midja jew bejn setturi tal-midja differenti fi Stat Membru wieħed jew aktar. Kriterju importanti li jrid jitqies hu t-tnaqqis tal-fehmiet kompetittivi f’dak is-suq permezz tal-konċentrazzjoni. Barra minn hekk, l-atturi lokali u reġjonali tas-suq tal-midja jaqdu rwol ewlieni fit-tiswir tal-opinjoni pubblika. Għalhekk, jeħtieġ li titqies is-sostenibbiltà ta’ ekosistema tal-midja lokali u reġjonali b’saħħitha, pluralistika u ffinanzjata tajjeb, speċjalment meta jiġu vvalutati l-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġu previsti tali regoli u proċeduri sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess bejn il-konċentrazzjonijiet tas-sjieda tal-midja u s-setgħa politika, li huma ta’ detriment għall-kompetizzjoni ħielsa, l-ambjent ekwu u l-pluraliżmu tal-midja.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, b’għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-pluraliżmu tal-midja, jenħtieġ li jkunu involuti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali, meta dawn ma jkunux l-awtoritajiet jew il-korpi deżinjati nfushom. Biex titrawwem iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li r-regoli u l-proċeduri jkunu mmirati b’mod ġenwin għall-protezzjoni tal-pluraliżmu tal-midja u tal-indipendenza editorjali, hu essenzjali li jiġu stabbiliti minn qabel kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali.
(41) L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, jew meta jkun xieraq il-korpi awtoregolatorji, b’għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-pluraliżmu tal-midja, jenħtieġ li jkunu involuti b’mod sinifikanti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali, meta dawn ma jkunux l-awtoritajiet jew il-korpi deżinjati nfushom. Sabiex titrawwem iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li r-regoli u l-proċeduri jkunu mmirati b’mod ġenwin għall-protezzjoni tal-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, hu essenzjali li jiġu stabbiliti minn qabel skadenzi xierqa u kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali.
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Meta konċentrazzjoni tas-suq tal-midja tikkostitwixxi konċentrazzjoni li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/200455, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kull regola u proċedura adottati mill-Istati Membri abbażi ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tolqot l-applikazzjoni tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Għalhekk, kull miżura meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-korpi deżinjati jew involuti abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali jenħtieġ li tkun immirata għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi skont it-tifsira tal-Artikolu 21(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, u jenħtieġ li tkun konformi mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġijiet tal-Unjoni.
(42) Meta konċentrazzjoni tas-suq tal-midja tikkostitwixxi konċentrazzjoni li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/200455, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kwalunkwe regola u proċedura adottata mill-Istati Membri abbażi ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tolqot l-applikazzjoni tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Għalhekk, kwalunkwe miżura meħuda mill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali deżinjati jew involuti abbażi tal-valutazzjonijiet tagħhom tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jista’ jkollhom impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jenħtieġ li tkun immirata għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi skont it-tifsira tal-Artikolu 21(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, u jenħtieġ li tkun konformi mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġijiet tal-Unjoni.
__________________
__________________
55 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1-22).
55 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1-22).
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Il-Bord jenħtieġ li jingħata s-setgħa jagħti opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet jew ta’ opinjonijiet tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali deżinjati jew involuti, meta l-konċentrazzjonijiet notifikabbli jaf jolqtu l-funzjonament tas-suq intern tal-midja. Dan hu l-każ, ngħidu aħna, meta l-konċentrazzjonijiet ikunu jinvolvu mill-anqas impriża waħda stabbilita fi Stat Membru ieħor jew li topera f’aktar minn Stat Membru wieħed jew li jwasslu biex xi fornituri tas-servizzi tal-midja jkollhom influwenza sinifikanti fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika f’suq tal-midja partikolari. Barra minn hekk, meta l-konċentrazzjoni ma tkunx ġiet ivvalutata għall-impatt tagħha fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali mill-awtoritajiet jew mill-korpi nazzjonali rilevanti, jew meta l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma jkunux kkonsultaw mal-Bord dwar xi konċentrazzjoni partikolari tas-suq tal-midja, iżda dik il-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja tkun titqies li aktarx tolqot il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jagħti opinjoni, meta jintalab mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li toħroġ l-opinjonijiet tagħha stess wara l-opinjonijiet imfassla mill-Bord.
(43) Il-Bord jenħtieġ li jingħata s-setgħa jagħti opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet jew ta’ opinjonijiet tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali deżinjati jew involuti, meta l-konċentrazzjonijiet notifikabbli jaf jolqtu l-funzjonament tas-suq intern tal-midja. Dan hu l-każ, ngħidu aħna, meta l-konċentrazzjonijiet ikunu jinvolvu mill-anqas impriża waħda stabbilita fi Stat Membru ieħor jew li topera f’aktar minn Stat Membru wieħed jew li jwasslu biex xi fornituri tas-servizzi tal-midja jkollhom influwenza sinifikanti fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika f’suq tal-midja partikolari. Barra minn hekk, meta l-konċentrazzjoni ma tkunx ġiet ivvalutata għall-impatt tagħha fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali mill-awtoritajiet jew mill-korpi nazzjonali rilevanti, jew meta l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma jkunux ikkonsultaw mal-Bord dwar xi konċentrazzjoni partikolari tas-suq tal-midja, iżda dik il-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja tkun titqies li aktarx tolqot il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jagħti opinjoni, fuq l-inizjattiva proprja jew meta jintalab mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li toħroġ l-opinjonijiet tagħha stess wara l-opinjonijiet imfassla mill-Bord.
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Biex ikunu żgurati swieq tal-midja pluralistiċi, l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali u l-Bord jenħtieġ li jqisu sett ta’ kriterji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jqisu l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja, inkluż b’mod partikolari l-effett fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika, filwaqt li jqisu l-ambjent online. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jqisu jekk strumenti oħrajn tal-midja, li jipprovdu kontenut differenti u alternattiv, jibqgħux jeżistu flimkien fis-suq/fis-swieq partikolari wara l-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja inkwistjoni. Il-valutazzjoni tas-salvagwardji għall-indipendenza editorjali jenħtieġ li tkun tinkludi l-eżami tar-riskji potenzjali ta’ interferenza indebita mis-sid prospettiv, mill-maniġment jew mill-istruttura ta’ governanza fid-deċiżjonijiet editorjali individwali tal-entità akkwiżita jew fuża. Jenħtieġ li jqisu wkoll is-salvagwardji interni eżistenti jew previsti mmirati għall-preservazzjoni tal-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali fi ħdan l-impriżi tal-midja involuti. Fil-valutazzjoni tal-impatti potenzjali, jenħtieġ li jqisu wkoll l-effetti tal-konċentrazzjoni inkwistjoni fuq is-sostenibbiltà ekonomika tal-entità jew tal-entitajiet soġġetti għall-konċentrazzjoni u jekk, fin-nuqqas tal-konċentrazzjoni, ikunux ekonomikament sostenibbli, fis-sens jekk fiż-żmien medju jkunux jistgħu jkomplu jipprovdu u jiżviluppaw aktar servizzi tal-midja ta’ kwalità u finanzjarjament vijabbli, b’riżorsi adegwati u adattati teknoloġikament fis-suq.
(44) Biex ikunu żgurati swieq tal-midja pluralistiċi, l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali u l-Bord jenħtieġ li jqisu sett ta’ kriterji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jqisu l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja, inkluż b’mod partikolari l-effett fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika, filwaqt li jqisu l-ambjent online. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jqisu jekk strumenti oħrajn tal-midja, li jipprovdu kontenut differenti u alternattiv, jibqgħux jeżistu flimkien fis-suq/fis-swieq partikolari wara l-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja inkwistjoni. Il-valutazzjoni tas-salvagwardji għall-indipendenza editorjali jenħtieġ li tkun tinkludi l-eżami tar-riskji potenzjali ta’ interferenza indebita mis-sid prospettiv, mill-maniġment jew mill-istruttura ta’ governanza fid-deċiżjonijiet editorjali tal-entità akkwiżita jew fuża. Jenħtieġ li jqisu wkoll is-salvagwardji interni eżistenti jew previsti mmirati għall-preservazzjoni tal-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali fi ħdan l-impriżi tal-midja involuti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jqisu r-riżultati tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, ippreżentati fil-kapitoli dwar il-libertà tal-istampa, u l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa kull sena permezz tal-eżerċizzji ta’ monitoraġġ tal-midja, fid-determinazzjoni tal-klima ġenerali għall-midja u l-effetti tal-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja inkwistjoni fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali. Fil-valutazzjoni tal-impatti potenzjali, jenħtieġ li jqisu wkoll l-effetti tal-konċentrazzjoni inkwistjoni fuq is-sostenibbiltà ekonomika tal-entità jew tal-entitajiet soġġetti għall-konċentrazzjoni u jekk, fin-nuqqas tal-konċentrazzjoni, ikunux ekonomikament sostenibbli, fis-sens jekk fiż-żmien medju jkunux jistgħu jkomplu jipprovdu u jiżviluppaw aktar servizzi tal-midja ta’ kwalità u finanzjarjament vijabbli, b’riżorsi adegwati u adattati teknoloġikament fis-suq.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Il-kejl tal-udjenzi jħalli impatt dirett fuq l-allokazzjoni u fuq il-prezzijiet tar-reklamar, li jirrappreżenta sors ewlieni tad-dħul tas-settur tal-midja. Hu għodda kruċjali biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-kontenut tal-midja u biex jingħarfu l-preferenzi tal-udjenzi ħalli tiġi ppjanata l-produzzjoni tal-kontenut futura. Għaldaqstant, l-atturi tas-suq tal-midja, b’mod partikolari l-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-reklamaturi, jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq data oġġettiva dwar l-udjenzi, imsejsa fuq soluzzjonijiet trasparenti, imparzjali u verifikabbli tal-kejl tal-udjenzi. Iżda ċerti atturi ġodda emerġenti fl-ekosistema tal-midja jipprovdu servizzi tal-kejl tagħhom stess bla ma jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-metodoloġiji tagħhom. Dan jista’ joħloq assimetriji fl-informazzjoni fost l-atturi tas-suq tal-midja u distorsjonijiet potenzjali tas-suq, għad-detriment tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq.
(45) Il-kejl tal-udjenzi jħalli impatt dirett fuq l-allokazzjoni u fuq il-prezzijiet tar-reklamar, li jirrappreżenta sors ewlieni tad-dħul tas-settur tal-midja. Dan hu għodda kruċjali biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-kontenut tal-midja u biex jingħarfu l-preferenzi tal-udjenzi ħalli tiġi ppjanata l-produzzjoni tal-kontenut futura. Għaldaqstant, l-atturi tas-suq tal-midja, b’mod partikolari l-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-reklamaturi, jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq data oġġettiva u kumparabbli dwar l-udjenzi, imsejsa fuq soluzzjonijiet trasparenti, imparzjali u verifikabbli tal-kejl tal-udjenzi. Tali soluzzjonijiet jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza. Iżda ċerti atturi ġodda emersi fl-ekosistema tal-midja, bħall-pjattaformi online kbar ħafna, jipprovdu servizzi tal-kejl proprjetarji bla ma jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-metodoloġiji tagħhom. Dan jista’ jirriżulta f’data dwar l-udjenzi li ma tkunx komparabbli, assimetriji fl-informazzjoni fost l-atturi tas-suq tal-midja u distorsjonijiet potenzjali tas-suq, għad-detriment tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 46
(46) Biex jittejbu l-verifikabbli u l-affidabbiltà tal-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi, b’mod partikolari online, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għall-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi li ma jikkonformawx mal-parametri referenzjarji tal-industrija maqbula fi ħdan il-korpi awtoregolatorji rilevanti. Skont dawn l-obbligi, dawk l-atturi, meta jintalbu u sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jipprovdu lir-reklamaturi u lill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew lill-partijiet li jaġixxu f’isimhom, informazzjoni li tiddeskrivi l-metodoloġiji użati għall-kejl tal-udjenzi. Informazzjoni bħal din tista’ tikkonsisti fl-għoti ta’ elementi, bħad-daqs tal-kampjun imkejjel, id-definizzjoni tal-indikaturi mkejla, il-metrika, il-metodi tal-kejl u l-marġni tal-errur, kif ukoll il-perjodu tal-kejl. L-obbligi imposti skont dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kull obbligu li japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-kejl tal-udjenzi skont ir-Regolament 2019/1150 jew ir-Regolament (UE) 2022/XX [l-Att dwar is-Swieq Diġitali], inkluż dawk li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni jew l-awtopreferenza.
(46) Sabiex jittejbu l-verifikabbiltà, il-komparabbiltà u l-affidabbiltà tal-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi, b’mod partikolari online, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għall-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi li ma jikkonformawx mal-parametri referenzjarji tal-industrija maqbula fi ħdan il-korpi awtoregolatorji rilevanti. Fil-prinċipju, il-kejl tal-udjenzi jenħtieġ li jitwettaq skont mekkaniżmi awtoregolatorji tal-industrija aċċettati b’mod wiesa’. Skont dawn l-obbligi, dawk l-atturi, meta jintalbu u sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jipprovdu lir-reklamaturi u lill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew lill-partijiet li jaġixxu f’isimhom, informazzjoni li tiddeskrivi l-metodoloġiji użati għall-kejl tal-udjenzi. Informazzjoni bħal din tista’ tikkonsisti fl-għoti ta’ elementi, bħad-daqs tal-kampjun imkejjel, id-definizzjoni tal-indikaturi mkejla, il-metrika, il-metodi tal-kejl u l-marġni tal-errur, il-perjodu tal-kejl u l-kopertura tal-kejl. Barra minn hekk, il-fornituri ta’ sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi jenħtieġ li jipprovdu lill-fornituri tas-servizzi tal-midja data anonimizzata, inkluża data mhux aggregata, f’forma standard tal-industrija u komparabbli. Tali data jenħtieġ li tkun mill-inqas granulari daqs id-data mill-mekkaniżmi awtoregolatorji rikonoxxuti tal-industrija. L-obbligi imposti skont dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-udjenzi għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċernahom kif previst fl-Artikolu 8 tal-Karta u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u għal kwalunkwe obbligu li japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-kejl tal-udjenzi skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 jew (UE)2022/1925, inklużi dawk li jikkonċernaw l-ikklassifikar jew l-awtopreferenzjar jew għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tal-impriżi kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/943.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) Il-kodiċijiet ta’ kondotta, imfassla mill-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, u għalhekk jenħtieġ li jitħeġġu. L-awtoregolamentazzjoni diġà ntużat biex jitrawmu standards ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-kejl tal-udjenzi. L-iżvilupp ulterjuri tagħha jista’ jitqies bħala għodda effettiva biex l-industrija tiftiehem dwar is-soluzzjonijiet prattiċi meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi u tal-metodoloġiji tagħhom mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-imparzjalità, tal-inklużività, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tal-verifikabbiltà. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta, b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u b’mod partikolari mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, tista’ titqies b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tas-settur tal-midja u l-objettiv li jinkiseb ambjent ekwu għall-atturi tas-suq tal-midja.
(47) Il-kodiċijiet ta’ kondotta, imfassla mill-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, il-pjattaformi online u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, u għalhekk jenħtieġ li jitħeġġu. Il-mekkaniżmi awtoregolatorji rikonoxxuti b’mod wiesa’ fl-industrija tal-midja diġà ntużaw biex jitrawmu standards ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-kejl tal-udjenzi. Barra minn hekk, tali mekkaniżmi awtoregolatorji, magħrufa bħala kumitati konġunti tal-industrija, jistgħu jiżguraw li l-kejl tal-udjenzi jkun imparzjali u li d-data tal-kejl tal-udjenzi tkun komparabbli. L-adozzjoni inkonsistenti ta’ tali mekkaniżmi fost l-Istati Membri jista’ jkollha impatt negattiv fuq ir-reklamar. L-adozzjoni ta’ tali mekkaniżmi għalhekk jenħtieġ li tiġi promossa fil-livell nazzjonali. L-iżvilupp ulterjuri ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji, inkluż bl-assistenza tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, jista’ jitqies bħala għodda effettiva biex l-industrija tiftiehem dwar is-soluzzjonijiet prattiċi meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi u tal-metodoloġiji tagħhom mal-prinċipji ta’ trasparenza, imparzjalità, inklużività, proporzjonalità, nondiskriminazzjoni, komparabbiltà u verifikabbiltà. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta, b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u b’mod partikolari mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, jistgħu jitqiesu b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tas-settur tal-midja u l-objettiv li jinkiseb ambjent ekwu għall-atturi tas-suq tal-midja.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Ir-reklamar mill-Istat hu sors importanti tad-dħul għal ħafna fornituri tas-servizzi tal-midja, u dan jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ekonomika tagħhom. Kull Stat Membru jrid jingħata aċċess għalih lil kull fornitur tas-servizzi tal-midja b’mod nondiskriminatorju, ħalli jkunu jistgħu jintlaħqu kif xieraq uħud mill-membri tal-pubbliku rilevanti tiegħu jew il-membri tal-pubbliku rilevanti kollha tiegħu, biex ikunu żgurati opportunitajiet indaqs fis-suq intern. Barra minn hekk, ir-reklamar mill-Istat jista’ jagħmel lill-fornituri tas-servizzi tal-midja vulnerabbli għal influwenza mhux xierqa mill-Istat għad-detriment tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tad-drittijiet fundamentali. Għalhekk, l-allokazzjoni mhux trasparenti u preġudikata tar-reklamar mill-Istat hi għodda soda biex tiġi eżerċitata influwenza jew “ħakma” tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. Id-distribuzzjoni u t-trasparenza tar-reklamar mill-Istat xi drabi huma regolati b’qafas frammentat ta’ miżuri speċifiċi għall-midja u b’liġijiet ġenerali dwar l-akkwist pubbliku, li iżda jaf la jkopru n-nefqa kollha tar-reklamar mill-Istat u lanqas ma joffru protezzjoni biżżejjed kontra d-distribuzzjoni preferenzjali jew preġudikata. B’mod partikolari, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56 ma tapplikax għall-kuntratti tas-servizz pubbliku għall-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni tal-materjal tal-programmi maħsub għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew għas-servizzi tal-midja tar-radju. Ir-regoli speċifiċi għall-midja dwar ir-reklamar mill-Istat, meta jeżistu, ivarjaw ġmielhom bejn Stat Membru u ieħor.
(48) Il-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat huma sors importanti tad-dħul għal ħafna fornituri tas-servizzi tal-midja, fornituri tal-pjattaformi online u fornituri tal-magni tat-tiftix online, u dan jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ekonomika tagħhom. L-aċċess għal dawn il-fondi jrid jingħata b’mod nondiskriminatorju lil kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-midja, fornitur tal-pjattaformi online u fornitur tal-magni tat-tiftix online minn kwalunkwe Stat Membru li jista’ jilħaq b’mod adegwat lill-membri rilevanti kollha tal-pubbliku jew lil xi wħud minnhom, sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs fis-suq intern. Barra minn hekk, il-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar mill-Istat u xiri minn entitajiet affiljati mal-Istat bħal kumpaniji tal-Istat, b’mod partikolari fil-forma ta’ finanzjament jew xiri ta’ oġġetti jew servizzi, jistgħu jagħmlu lill-fornituri tas-servizzi tal-midja vulnerabbli għal influwenza indebita mill-Istat jew għal interessi parzjali għad-detriment tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tad-drittijiet fundamentali. Għalhekk, l-allokazzjoni mhux trasparenti u preġudikata tal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat hija għodda b’saħħitha biex tiġi eżerċitata influwenza fuq il-libertà editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, biex “jinħakmu” l-fornituri tas-servizzi tal-midja jew biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jiġu ssussidjati jew iffinanzjati bil-moħbi biex jiksbu vantaġġ politiku jew kummerċjali inġust jew kopertura favorevoli. Din hija r-raġuni għaliex, sabiex jiġu indirizzati tali sitwazzjonijiet, il-fondi pubbliċi allokati għall-finijiet ta’ reklamar mill-Istat diretti minn awtorità pubblika jew intrapriża kkontrollata mill-Istat jew tal-Istat lil fornitur wieħed tas-servizzi tal-midja, fornitur wieħed tal-pjattaformi online jew fornitur wieħed tal-magni tat-tiftix online, jenħtieġ li ma jaqbżux il-15 % tal-ammont totali allokat għar-reklamar mill-Istat minn dik l-awtorità pubblika jew minn dik l-intrapriża kkontrollata mill-Istat jew tal-Istat lit-totalità tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li joperaw fil-livell nazzjonali. Id-distribuzzjoni u t-trasparenza tal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat huma, f’ċerti aspetti, regolati permezz ta’ qafas frammentat ta’ miżuri speċifiċi għall-midja u liġijiet ġenerali dwar l-akkwist pubbliku, li ma joffrux protezzjoni suffiċjenti kontra d-distribuzzjoni preferenzjali jew preġudikata. Dan jista’ joħloq assimetrija tal-informazzjoni, iżid ir-riskji għall-atturi tas-suq tal-midja u jkollu impatt negattiv fuq l-attività ekonomika transfruntiera. Pereżempju, l-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi lil mezzi tal-midja favur il-gvern jew biex ikun hemm kopertura tal-midja favorevoli permezz tan-nefqa pubblika tfixkel il-kompetizzjoni u tiskoraġġixxi l-investimenti fis-suq intern u hija ta’ detriment għall-kompetizzjoni ġusta fi ħdan l-ekosistema tas-suq tal-midja. B’mod partikolari, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56 ma tapplikax għall-kuntratti tas-servizz pubbliku għall-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni tal-materjal tal-programmi maħsub għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew għas-servizzi tal-midja tar-radju. Ir-regoli speċifiċi għall-midja dwar il-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat, meta jeżistu, ivarjaw ġmielhom bejn Stat Membru u ieħor.
__________________
__________________
56 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65-242).
56 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65-242).
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Biex tkun żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja u jkun evitat ir-riskju ta’ sussidji moħbija u influwenza politika indebita fuq il-midja, jeħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni tat-trasparenza, tal-oġġettività, tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat u tar-riżorsi tal-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja għall-fini tax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi mingħandhom apparti r-reklamar mill-Istat, fosthom ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-benefiċjarji tan-nefqa tar-reklamar mill-Istat u l-ammonti minfuqa. Hu importanti li l-Istati Membri jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa relatata mar-reklamar mill-Istat aċċessibbli għall-pubbliku b’format elettroniku li jkun faċli biex jinqara, jiġi aċċessat u jitniżżel, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunx jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jiġu applikati abbażi ta’ każ b’każ.
(49) Sabiex tkun żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja u jkun evitat ir-riskju ta’ sussidji moħbija u influwenza politika indebita fuq il-midja, jeħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni ta’ trasparenza, oġġettività, proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat, lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online jew lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065, fosthom ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat u l-ammonti minfuqa. Għalhekk, jeħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jimmonitorjaw u jirrappurtaw dwar l-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online. Meta jintalbu minn awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet affiljati mal-istat jenħtieġ li jipprovdulhom l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jivvalutaw l-akkuratezza tal-informazzjoni ppubblikata u l-applikazzjoni tal-kriterji u l-proċeduri użati għal tali fondi pubbliċi tal-istat. Importanti li l-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa relatata mal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat aċċessibbli għall-pubbliku f’format elettroniku li jkun faċli biex jinqara, jiġi aċċessat u jitniżżel, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.Barra minn hekk, jeħtieġ li jinħolqu rapporti li jinftiehmu faċilment u li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex tinġabar l-informazzjoni kollha dwar l-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat ipprovduti mill-fornituri tas-servizzi tal-midja, il-fornituri tal-pjattaformi online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jipprovdu ħarsa ġenerali annwali tal-ammont totali ta’ fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat minn entitajiet tal-Istat, inkluż minn pajjiżi terzi, allokati lil kull fornitur tas-servizzi tal-midja, fornitur tal-pjattaformi online u fornitur tal-magni tat-tiftix online. Jenħtieġ li l-Bord jipprovdi gwida lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali għar-rappurtar dwar l-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunx jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jiġu applikati abbażi ta’ każ b’każ.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 49a (ġdida)
(49a) Il-messaġġi ta’ emerġenza mill-awtoritajiet pubbliċi huma forma meħtieġa biex il-pubbliku ġenerali jiġi infurmat dwar ir-riskji f’każ ta’ diżastru naturali jew tas-saħħa, aċċident jew kwalunkwe inċident kbir ieħor mhux previst u mhux previst li jista’ jikkawża ħsara lil sezzjonijiet sinifikanti tal-popolazzjoni. Is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom il-potenzjal li joħolqu vulnerabbiltajiet ġodda jew iżidu l-vulnerabbiltajiet eżistenti fis-settur tal-midja. F’dak il-kuntest, l-allokazzjoni ta’ riżorsi tal-Istat għat-trażmissjoni ta’ messaġġi ta’ emerġenza tista’ tagħmel lill-fornituri tas-servizzi tal-midja vulnerabbli għal influwenza indebita mill-Istat għad-detriment tad-drittijiet fundamentali u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Filwaqt li s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza qed isiru dejjem aktar transfruntiera fin-natura tagħhom, ir-regoli dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Istat ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u dan joħloq frammentazzjoni u inċertezza legali fis-suq intern tal-midja. Għalhekk, tali allokazzjonijiet lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli armonizzati bħal dawk għall-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri. Madankollu, b'rikonoxxuta tal-urġenza li jittieħdu miżuri matul perjodu ta’ kriżi, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċjali sabiex l-awtoritajiet tal-Istat u l-intrapriżi u l-entitajiet tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi ta’ trasparenza u rapportar ladarba tintemm is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 50
(50) Ir-riskji għall-funzjonament u għar-reżiljenza tas-suq intern tal-midja jenħtieġ li jiġu monitorjati regolarment bħala parti mill-isforzi biex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Dak il-monitoraġġ jenħtieġ li jkollu l-għan li jipprovdi data dettaljata u valutazzjonijiet kwalitattivi dwar ir-reżiljenza tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, inkluż b’rabta mal-livell ta’ konċentrazzjoni tas-suq fil-livell nazzjonali u reġjonali u tar-riskji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ interferenza mill-barranin. Dan jenħtieġ li jsir b’mod indipendenti, skont lista soda ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, żviluppata u aġġornata regolarment mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Bord. Minħabba n-natura li qed tevolvi malajr tar-riskji u tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern tal-midja, il-monitoraġġ jenħtieġ li jkun jinkludi eżerċizzji li jħarsu ’l quddiem bħal testijiet tal-istress biex tiġi vvalutata r-reżiljenza prospettiva tas-suq intern tal-midja, jinħarġu twissijiet dwar vulnerabbiltajiet relatati mal-pluraliżmu tal-midja u mal-indipendenza editorjali, u tingħata għajnuna fl-isforzi biex jitjiebu l-governanza, il-kwalità tad-data u l-ġestjoni tar-riskji. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jkun ikopri, b’mod partikolari, il-livell ta’ attività u investimenti transfruntieri, ta’ kooperazzjoni regolatorja u ta’ l-konverġenza fir-regolamentazzjoni tal-midja, l-ostakli għall-forniment tas-servizzi tal-midja, inkluż fl-ambjent diġitali, u t-trasparenza u l-ġustizzja tal-allokazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi fis-suq intern tal-midja. Jenħtieġ li jikkunsidra wkoll ix-xejriet usa’ fis-suq intern tal-midja u fis-swieq nazzjonali tal-midja, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li taffettwa lill-fornituri tas-servizzi tal-midja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-monitoraġġ jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali, inkluż dawk proposti fir-Rakkomandazzjoni mehmuża. Biex ikunu żgurati standards ta’ monitoraġġ mill-aqwa bħal dawn, il-Bord, peress li jiġbor entitajiet b’għarfien espert speċjalizzat fis-suq tal-midja, jenħtieġ li jkun involut kif xieraq.
(50) Ir-riskji għall-funzjonament u għar-reżiljenza tas-suq intern tal-midja, inklużi r-riskji ta’ manipulazzjoni u interferenza tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment bħala parti mill-isforzi biex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Tali monitoraġġ jenħtieġ li jkollu l-għan li jipprovdi data dettaljata u valutazzjonijiet kwalitattivi dwar ir-reżiljenza tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, inkluż b’rabta mal-livell ta’ konċentrazzjonijiet eżistenti tas-suq tal-midja fil-livell nazzjonali u reġjonali u r-riskji li tali konċentrazzjonijiet joħolqu għall-indipendenza editorjali u l-pluraliżmu tal-midja.Sabiex tingħata ċarezza lill-parteċipanti fis-suq u jingħata lok għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li jiġi vvalutat l-impatt fuq l-indipendenza editorjali u l-pluraliżmu tal-midja fl-Unjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħti ħarsa ġenerali oġġettiva lejn il-konċentrazzjonijiet eżistenti tas-suq tal-midja, kemm f’termini tal-kontribut tagħhom għall-istruttura tas-suq tal-midja u għad-diversità tas-sjieda tal-midja kif ukoll f'termini tal-influwenza tagħhom fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika f’kull Stat Membru. Tali monitoraġġ jenħtieġ li jsir b’mod indipendenti, skont lista soda ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, żviluppata u aġġornata regolarment mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Bord. Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ twissija faċli għall-utent biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja u kwalunkwe parti interessata rilevanti jkunu jistgħu jirrapportaw kwalunkwe kwistjoni li jiltaqgħu magħha jew kwalunkwe riskju li jidentifikaw rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali mekkaniżmu se jgħin lill-Kummissjoni tidentifika u tindirizza l-ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament aktar malajr. Minħabba n-natura li qed tevolvi malajr tar-riskji u tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern tal-midja, il-monitoraġġ jenħtieġ li jkun jinkludi eżerċizzji li jħarsu ’l quddiem bħal testijiet tal-istress biex tiġi vvalutata r-reżiljenza prospettiva tas-suq intern tal-midja, jinħarġu twissijiet dwar vulnerabbiltajiet relatati mal-pluraliżmu tal-midja u mal-indipendenza editorjali, u tingħata għajnuna fl-isforzi biex jitjiebu l-governanza, il-kwalità tad-data u l-ġestjoni tar-riskji. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jkopri, b’mod partikolari, il-kooperazzjoni regolatorja u l-konverġenza fir-regolamentazzjoni tal-midja, l-ostakli għall-forniment tas-servizzi tal-midja, inkluża l-pożizzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fl-ambjent diġitali, il-konformità tal-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online kbar ħafna mal-obbligi tagħhom u t-trasparenza u l-ġustizzja tal-allokazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi fis-suq intern tal-midja. Jenħtieġ li jikkunsidra wkoll ix-xejriet usa’ fis-suq intern tal-midja u fis-swieq nazzjonali tal-midja, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li taffettwa lill-fornituri tas-servizzi tal-midja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-monitoraġġ jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali, inklużi dawk proposti fir-Rakkomandazzjoni mehmuża. Sabiex ikunu żgurati standards ta’ monitoraġġ mill-aqwa bħal dawn, il-Bord, peress li jiġbor entitajiet b’għarfien espert speċjalizzat fis-suq tal-midja, jenħtieġ li jkun involut kif xieraq. Tali monitoraġġ jenħtieġ li jqis ukoll ir-riżultati tal-eżerċizzji eżistenti tal-monitoraġġ tal-midja fl-Istati Membri kollha, l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ imsemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv, stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġa l-Irkupru u t-Trasformazzjoni”, ir-riżultati mill-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja u s-sejbiet mir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt.
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 50a (ġdida)
(50a) Importanti li ċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Midja f’Leipzig u ċ-Ċentru għall-Pluraliżmu tal-Midja u l-Libertà tal-Midja fl-Istitut Universitarju Ewropew f’Firenze jiġu rikonoxxuti bħala li għandhom għarfien espert rilevanti fil-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. Huwa importanti wkoll li jitqiesu strumenti Ewropej bħall-Euromedia Ownership Monitor meta tiġi ttrattata s-sjieda tal-midja fl-Ewropa.
Emenda 68 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) Biex titwitta t-triq għal implimentazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-awtoritajiet indipendenti tal-midja, il-Bord u l-emendi meħtieġa għad-Direttiva 2010/13/UE (l-Artikoli 7 sa 12 u 27 ta’ dan ir-Regolament) jenħtieġ li jibdew japplikaw wara tliet (3) xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Att, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw wara sitt (6) xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan hu meħtieġ biex ikun żgurat li l-Bord jiġi stabbilit fil-ħin ħalli tkun żgurata implimentazzjoni b’suċċess tar-Regolament.
(51) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-konformità magħhom. Biex titwitta t-triq għal implimentazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-awtoritajiet indipendenti tal-midja, il-Bord u l-emendi meħtieġa għad-Direttiva 2010/13/UE (l-Artikoli 7 sa 12 u 27 ta’ dan ir-Regolament) jenħtieġ li jibdew japplikaw wara tliet (3) xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Att, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw wara sitt (6) xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan hu meħtieġ biex ikun żgurat li l-Bord jiġi stabbilit fil-ħin ħalli tkun żgurata implimentazzjoni b’suċċess tar-Regolament.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi tal-midja, inkluż l-istabbiliment tal-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja, filwaqt li jippreserva l-kwalità tas-servizzi tal-midja.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi tal-midja, inkluż l-istabbiliment tal-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (il-“Bord”), u prinċipji bażiċi komuni biex iservu bħala standards minimi, filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza tas-servizzi tal-midja.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-regoli stabbiliti minn dawn:
2. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa:
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) ir-regoli tal-kompetizzjoni, inklużi dawk stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 139/2004;
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
(ab) id-Direttiva 2001/29/KE;
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)
(ac) id-Direttiva 2019/789/UE;
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
(fa) ir-regoli stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
__________________
1a Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)
(fb) id-Direttiva (UE) xxx/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”).
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw regoli aktar dettaljati fl-oqsma koperti mill-Kapitolu II u mit-Taqsima 5 tal-Kapitolu III, diment li dawk ir-regoli jkunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni.
3. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koperti mill-Kapitolu II, it-Taqsima 5 tal-Kapitolu III u l-Artikolu 24, dment li dawk ir-regoli jkunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1) “servizz tal-midja” tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat, li l-iskop prinċipali tas-servizz jew ta’ xi taqsima diżassoċjabbli tiegħu jkun il-forniment ta’ programmi jew pubblikazzjonijiet tal-istampa lill-pubbliku ġenerali, b’xi mezz, għal skopijiet ta’ informazzjoni, ta’ divertiment jew ta’ edukazzjoni, bir-responsabbiltà editorjali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
(1) “servizz tal-midja” tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat, meta l-iskop prinċipali tas-servizz jew ta’ xi taqsima diżassoċjabbli tiegħu jkun il-forniment ta’ programmi jew pubblikazzjonijiet tal-istampa, jew siltiet minnhom, lill-pubbliku ġenerali, b’xi mezz, għal skopijiet ta’ informazzjoni, ta’ divertiment jew ta’ edukazzjoni, bir-responsabbiltà editorjali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2) “fornitur tas-servizzi tal-midja” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li l-attività professjonali tagħha tkun li tipprovdi servizz tal-midja u bir-responsabbiltà editorjali li tagħżel il-kontenut tas-servizz tal-midja u tiddetermina l-mod kif torganizzah;
(2) “fornitur tas-servizzi tal-midja” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li l-attività professjonali tagħha, irrispettivament minn jekk, fil-każ ta’ persuna fiżika, tiġix eżerċitata f’forma ta’ impjieg standard jew mhux standard, tkun li tipprovdi servizz tal-midja u li jkollha r-responsabbiltà editorjali li tagħżel il-kontenut tas-servizz tal-midja u tiddetermina l-mod kif torganizzah;
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
(3) “fornitur tal-midja tas-servizz pubbliku” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-midja fdat b’missjoni ta’ servizz pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew li jirċievi finanzjament pubbliku nazzjonali biex iwettaq din il-missjoni;
(3) “fornitur tal-midja tas-servizz pubbliku” tfisser fornitur tas-servizzi tal-midja fdat b’mandat ta’ servizz pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew li jirċievi finanzjament pubbliku nazzjonali biex iwettaq dan il-mandat;
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
(7) “editur” tfisser persuna fiżika jew numru ta’ persuni fiżiċi possibbilment raggruppati f’korp, irrispettivament mill-forma ġuridika, mill-istatus u mill-kompożizzjoni tiegħu, li jieħu jew jissorvelja deċiżjonijiet editorjali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
(7) “kap editur” tfisser persuna fiżika jew numru ta’ persuni fiżiċi possibbilment raggruppati f’korp, irrispettivament mill-forma ġuridika, mill-istatus u mill-kompożizzjoni tiegħu, li jieħu jew jissorvelja deċiżjonijiet editorjali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
(8) “deċiżjoni editorjali” tfisser deċiżjoni meħuda fuq bażi regolari bil-għan li tiġi eżerċitata responsabbiltà editorjali u marbuta mal-operat ta’ kuljum ta’ fornitur ta’ servizzi tal-midja;
(8) “deċiżjoni editorjali” tfisser deċiżjoni meħuda fuq bażi regolari bil-għan li tiġi eżerċitata responsabbiltà editorjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-midja;
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
(9) “responsabbiltà editorjali” tfisser l-eżerċitar ta’ kontroll effettiv fuq l-għażla tal-programmi jew tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa u anki fuq l-organizzazzjoni tagħhom, bl-iskop ta’ forniment ta’ servizzi tal-midja, irrispettivament minn jekk ikunx hemm responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali għas-servizz mogħti;
(9) “responsabbiltà editorjali” tfisser l-eżerċitar ta’ kontroll effettiv fuq l-għażla tal-programmi jew tal-kontenut tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa u anki fuq l-organizzazzjoni tagħhom, bl-iskop ta’ forniment ta’ servizzi tal-midja, irrispettivament minn jekk ikunx hemm responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali għas-servizz mogħti;
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
(9a) “pjattaforma online” tfisser il-pjattaforma online kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2022/2065;
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
(9b) “magna tat-tiftix online” tfisser magna tat-tiftix online kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2022/2065;
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
(10) “fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna” tfisser fornitur ta’ pjattaforma online meqjusa bħala pjattaforma online kbira ħafna skont l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali];
(10) “fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna” tfisser fornitur ta’ pjattaforma online meqjusa bħala pjattaforma online kbira ħafna skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065;
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
(10a) “fornitur ta’ magna tat-tiftix online kbira ħafna” tfisser fornitur ta’ magna tat-tiftix online li ġiet iddeżinjata bħala magna tat-tiftix online kbira ħafna skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065;
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
(12) “awtorità jew korp regolatorju nazzjonali” tfisser l-awtorità jew il-korp deżinjat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE;
(12) “awtorità jew korp regolatorju nazzjonali” tfisser awtorità jew korp deżinjat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE;
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)
(12a) “interfaċċa tal-utent” tfisser servizz li jagħti ħarsa ġenerali lejn is-servizzi tal-midja li jipprovdu fornituri individwali jew multipli tas-servizzi tal-midja u li jippermetti lil utent jagħżel is-servizzi jew l-applikazzjonijiet tal-midja li essenzjalment iservu biex jipprovdu aċċess għas-servizzi tal-midja u biex jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja u l-użu tagħhom;
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
(13) “konċentrazzjoni tas-suq tal-midja” tfisser konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li tinvolvi mill-anqas fornitur wieħed tas-servizzi tal-midja;
(13) “konċentrazzjoni tas-suq tal-midja” tfisser konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li tinvolvi mill-anqas parti waħda fil-katina tal-valur tal-midja;
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
(13a) “pluraliżmu tal-midja” tfisser varjetà ta’ vuċijiet, analiżijiet u opinjonijiet f’diskors pubbliku, inkluż pożizzjonijiet u opinjonijiet tal-minoranzi, imxerrda mingħajr xkiel mill-fornituri tas-servizzi tal-midja li huma f’idejn ħafna sidien differenti, kull wieħed minnhom indipendenti mill-ieħor, bejn mezzi tal-midja u ġeneri tal-midja differenti u r-rikonoxximent tal-koeżistenza tal-fornituri privati tas-servizzi tal-midja kummerċjali u tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku;
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14
(14) “kejl tal-udjenzi” tfisser l-attività tal-ġbir, l-interpretazzjoni jew l-proċessar b’xi mod ieħor tad-data dwar l-għadd u l-karatteristiċi tal-utenti tas-servizzi tal-midja għall-finijiet ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni jew il-prezzijiet tar-reklamar jew l-ippjanar, il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni relatata tal-kontenut;
(14) “kejl tal-udjenzi” tfisser l-attività tal-ġbir, l-interpretazzjoni jew l-ipproċessar b’xi mod ieħor tad-data dwar l-għadd u l-karatteristiċi tal-utenti tas-servizzi tal-midja u l-utenti tal-pjattaformi online għall-finijiet ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni, il-prezzijiet, ix-xiri u l-bejgħ tar-reklamar, jew l-ippjanar jew id-distribuzzjoni tas-servizzi tal-midja;
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
(14a) “sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi” tfisser kejl tal-udjenzi li ma jsegwix l-istandards tal-industrija miftiehma minn mekkaniżmi awtoregolatorji li jkopru l-fornituri tas-servizzi tal-midja;
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15
(15) “reklamar mill-Istat” tfisser it-tqegħid, il-pubblikazzjoni jew it-tixrid, b’xi servizz tal-midja, ta’ messaġġ promozzjonali jew awtopromozzjonali, normalment bi ħlas jew għal xi konsiderazzjoni oħra, minn, għal jew f’isem xi awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali, bħal gvernijiet nazzjonali, federali jew reġjonali, awtoritajiet jew korpi regolatorji, u intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew xi gvern lokali ta’ entità territorjali b’aktar minn miljun (1) abitant;
(15) “reklamar mill-Istat” tfisser it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni jew it-tixrid, fi kwalunkwe servizz tal-midja, pjattaforma online jew magna tat-tiftix online, ta’ messaġġ promozzjonali jew awtopromozzjonali, normalment bi ħlas jew għal xi konsiderazzjoni oħra, minn, għal jew f’isem xi awtorità pubblika tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali, bħal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet nazzjonali, federali jew reġjonali, awtoritajiet jew korpi regolatorji, u intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew xi gvern lokali;
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)
(15a) “messaġġ ta’ emerġenza minn awtorità pubblika” tfisser it-tqegħid, il-pubblikazzjoni jew it-tixrid, fi kwalunkwe servizz tal-midja, ta’ messaġġ ta’ natura informattiva li huwa meqjus neċessarju minn awtorità pubblika fil-każ ta’ diżastri naturali jew sanitarji, aċċidenti, inċidenti oħra għall-għarrieda jew sitwazzjonijiet kritiċi li jistgħu jagħmlu ħsara lil individwi;
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16
(16) “spyware” tfisser kull prodott b’elementi diġitali mfassla b’mod speċjali biex jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet fi prodotti oħra b’elementi diġitali li jippermettu s-sorveljanza bil-moħbi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi permezz ta’ monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta’ data minn dawk il-prodotti jew mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw dawk il-prodotti, b’mod partikolari billi jiġu rreġistrati telefonati b’mod sigriet jew inkella billi jintuża l-mikrofonu tal-apparat tal-utenti finali, jiġu ffilmjati persuni fiżiċi, magni jew il-madwar tagħhom, jiġu kkopjati messaġġi, jinġibdu ritratti, tiġi traċċata l-attività tal-ibbrawżjar, tiġi traċċata l-ġeolokalizzazzjoni, tinġabar data oħra mis-sensuri jew jiġu traċċati attivitajiet f’diversi apparati tal-utenti finali, mingħajr ma l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata tkun mgħarrfa b’mod speċifiku u mingħajr ma tkun tat il-kunsens speċifiku espliċitu tagħha f’dak ir-rigward;
(16) “teknoloġija ta’ sorveljanza” tfisser strument jew prodott diġitali jew mekkaniku jew strument jew prodott ieħor li jippermetti l-akkwiżizzjoni ta’ informazzjoni b’interċettazzjoni, monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta’ data mingħajr ma l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata tkun mgħarrfa b’mod speċifiku u mingħajr ma tkun tat il-kunsens speċifiku espliċitu tagħha, f’konformità mal-kundizzjonijiet għal kunsens stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679, f’dak ir-rigward;
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)
(16a) “spyware” tfisser kull teknoloġija ta’ sorveljanza b’livell għoli ta’ intrużività li tirriżulta, b’mod partikolari, mill-aċċess estensiv li tista’ toffri lill-apparati u l-funzjonalitajiet tagħhom, tipikament imfassla biex jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet fi prodotti oħra b’elementi diġitali li jippermettu s-sorveljanza estensiva bil-moħbi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, inkluż b’mod retroattiv permezz ta’ monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta’ data minn dawk il-prodotti jew mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw dawk il-prodotti, inkluż b’mod indiskriminat, mingħajr ma l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata tkun mgħarrfa b’mod speċifiku u mingħajr ma tkun tat il-kunsens speċifiku espliċitu tagħha, f’konformità mal-kundizzjonijiet għall-kunsens stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679, f’dak ir-rigward;
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16a – punt a
(a) terroriżmu,
(a) terroriżmu, kif definit fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)
(17a) “litteriżmu medjatiku” tfisser ħiliet, għarfien u fehim li jippermettu liċ-ċittadini jużaw il-midja b’mod effettiv u sikur u li ma jkunux limitati għall-apprendiment dwar l-għodod u t-teknoloġiji iżda jkollhom l-għan li jgħammru liċ-ċittadini bil-ħiliet kritiċi tal-ħsieb meħtieġa biex jeżerċitaw il-ġudizzju, janalizzaw ir-realtajiet kumplessi u jirrikonoxxu d-differenza bejn opinjonijiet u fatti.
Emenda 102 Proposta għal regolament Kapitolu II – titolu
Drittijiet u dmirijiet tal-fornituri u tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja
Drittijiet tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja, drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u salvagwardji għall-funzjonament indipendenti tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
Ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja fl-Unjoni għandu jkollhom id-dritt li jirċievu pluralità ta’ kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti, maħluq b’rispett għal-libertà editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, għall-benefiċċju tad-diskors pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja jkollhom aċċess għal pluralità ta’ servizzi tal-midja prodotti minn fornituri tas-servizzi tal-midja editorjalment indipendenti, mingħajr ebda interferenza mill-Istat, sabiex ikun żgurat diskors ħieles u demokratiku.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa biex jiggarantixxu dawk id-drittijiet u biex jissalvagwardjaw, jippreservaw u jippromwovu l-pluraliżmu tal-midja.
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandu jkollhom id-dritt li jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fis-suq intern bla restrizzjonijiet għajr dawk permessi mil-liġijiet tal-Unjoni.
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandu jkollhom id-dritt li jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fis-suq intern bla restrizzjonijiet għajr dawk permessi skont il-liġijiet tal-Unjoni.
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-libertà editorjali effettiva tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. L-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, ma għandhomx:
2. L-Unjoni, l-Istati Membri u l-entitajiet privati għandhom jirrispettaw il-libertà editorjali u l-indipendenza effettivi tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. L-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-entitajiet privati, ma għandhomx:
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) jinterferixxu fi jew jippruvaw jinfluwenzaw b’xi mod, direttament jew indirettament, il-politiki u d-deċiżjonijiet editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja;
(a) jinterferixxu fi jew jippruvaw jinfluwenzaw b’xi mod, direttament jew indirettament, il-politiki editorjali u d-deċiżjonijiet editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja;
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) jobbligaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew lill-impjegati tagħhom jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ipproċessar editorjali, inkluż dwar is-sorsi tagħhom, jew ixerrdu din l-informazzjoni;
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b) iżommu, jissanzjonaw, jinterċettaw, jissoġġettaw għal sorveljanza jew għal tiftix u qbid, jew jispezzjonaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, lill-membri tal-familja tagħhom, lill-impjegati tagħhom jew lill-membri tal-familja tagħhom, jew il-binjiet korporattivi u privati tagħhom, bil-ħsieb li dawn jieqfu milli jiżvelaw informazzjoni dwar is-sorsi tagħhom, diment li dan ma jkunx ġustifikat minn rekwiżit prevalenti fl-interess pubbliku, f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u f’konformità ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni;
(b) iżommu, jissanzjonaw, jissoġġettaw għal tiftix u qbid, jew jispezzjonaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-impjegati tagħhom jew, jekk applikabbli, lill-membri tal-familja tagħhom, jew lil kwalunkwe persuna li tappartjeni għan-network professjonali ta’ relazzjonijiet tagħhom, inklużi kuntatti okkażjonali, jew il-binjiet korporattivi u privati tagħhom, fejn dawn l-azzjonijiet jistgħu jwasslu għal ksur tad-dritt tagħhom li jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom u, b’mod partikolari, fejn dawn l-azzjonijiet jistgħu jirriżultaw f’aċċess għal sorsi tal-ġurnalisti;
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) jaċċessaw data ta’ kontenut kriptata fuq kwalunkwe apparat jew fi kwalunkwe magna użata mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-familji tagħhom jew mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom jew, jekk applikabbli, kwalunkwe persuna oħra li tappartjeni għan-network professjonali jew privat ta’ relazzjonijiet tagħhom, inklużi kuntatti okkażjonali;
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c) jużaw spyware f’xi apparat jew magna użata mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-membri tal-familja tagħhom, jew mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom, sakemm l-użu ma jkunx ġustifikat, abbażi ta’ każ b’każ, minħabba s-sigurtà nazzjonali u diment li jkun f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni jew l-użu jsir f’investigazzjonijiet dwar reati serji ta’ xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq, meta jkun previst fil-liġi nazzjonali u meta jkun konformi mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni, u diment li l-miżuri adottati skont is-subparagrafu (b) ma jkunux adegwati u ma jkunux biżżejjed biex tinkiseb l-informazzjoni mfittxija.
(c) jużaw miżuri ta’ sorveljanza jew teknoloġija ta’ sorveljanza, jew jagħtu istruzzjonijiet lil entitajiet privati biex jużaw dawn il-miżuri jew din it-teknoloġija, fi kwalunkwe apparat jew magna użata mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-membri tal-familja tagħhom, jew mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom, jew, jekk applikabbli, kwalunkwe persuna oħra li tappartjeni għan-network professjonali tagħhom, inklużi kuntatti okkażjonali.
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) jużaw spyware jew kwalunkwe teknoloġija intrużiva simili, jew jagħtu istruzzjonijiet lil entitajiet privati biex jużaw spyware jew din it-teknoloġija, fi kwalunkwe apparat jew magna użata mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-membri tal-familja tagħhom, jew mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom jew, jekk applikabbli, kwalunkwe individwu ieħor li jappartjeni għan-network professjonali tagħhom, inklużi kuntatti okkażjonali.
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb) jikkummissjonaw parti terza biex twettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (b) sa (ca).
2a. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punt (b), l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-entitajiet privati jistgħu jwettqu azzjoni kif imsemmi fih, dment li miżuri legali oħra jkunu inadegwati u insuffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni mfittxija u dment li l-azzjoni:
(a) ma tkunx relatata mal-attività professjonali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja u l-impjegati tiegħu;
(b) ma tirriżultax f’aċċess għal sorsi tal-ġurnalisti;
(c) tkun prevista fil-qafas tal-liġi nazzjonali;
(d) tkun iġġustifikata fuq bażi ta’ każ b’każ għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat serju;
(e) tkun konformi mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u ma’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni;
(f) tkun proporzjonata fir-rigward tal-għan leġittimu segwit; u
(g) tkun ordnata, ex ante, minn awtorità ġudizzjarja indipendenti u imparzjali b’miżuri ta’ rimedju effettivi, magħrufa u aċċessibbli żgurati f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta u f’konformità ma’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni.
Meta jwettqu azzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), l-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-entitajiet privati ma għandhomx jirkupraw data relatata mal-attività professjonali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tal-impjegati tagħhom, b’mod partikolari data li toffri aċċess għal sorsi tal-ġurnalisti.
2b. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punti (ba) u (c), l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-entitajiet privati jistgħu jwettqu azzjoni kif imsemmi fih, dment li l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ikunu inadegwati u insuffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni mfittxija u dment li l-azzjoni tkun:
(b) tikkonċerna biss l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat serju li huwa punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas ħames snin;
(c) imwettqa bħala l-aħħar għażla; u (d) soġġetta għal rieżami perjodiku minn awtorità ġudizzjarja indipendenti u imparzjali.
2c. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punt (ca), l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-entitajiet privati jistgħu jwettqu azzjoni kif imsemmi fih, dment li l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (ba) jew (c), ikun inadegwat u insuffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni mfittxija u dment li l-azzjoni tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2a, il-punti (a), (b), (c), (e), (f) u (g) u l-paragrafu 2b, il-punti (b), (c) u (d).
2d. It-twettiq tal-azzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (ba), (c) u (ca), għandu jkun soġġett għal skrutinju ex post permezz ta’ rimedju ġudizzjarju jew permezz ta’ mekkaniżmu indipendenti ta’ sorveljanza ieħor. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuni fil-mira ta’ azzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (b) sa (ca), u lill-persuni li d-data jew il-komunikazzjonijiet tagħhom ġew aċċessati b’riżultat ta’ tali azzjonijiet bil-fatt li d-data jew il-komunikazzjonijiet tagħhom ġew aċċessati u dwar it-tul u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ipproċessar ta’ dik id-data, u l-mod li bih dik id-data ġiet ipproċessata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal rimedju permezz ta’ korp indipendenti għal persuni affettwati direttament jew indirettament mit-twettiq ta’ tali azzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta’ talbiet approvati u miċħuda għat-twettiq ta’ tali azzjonijiet. Is-salvagwardji previsti f’dan il-paragrafu għandhom jestendu għal persuni fiżiċi f’forom mhux standard ta’ impjieg, bħall-freelancers li jeżerċitaw attivitajiet fl-istess qasam bħall-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-impjegati tagħhom.
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. Mingħajr preġudizzju u apparti d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva garantita lil kull persuna fiżika u ġuridika, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp indipendenti biex jittratta l-ilmenti ppreżentati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-membri tal-familja tagħhom, mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom, b’rabta ma’ ksur tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c). Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lil dik l-awtorità jew il-korp biex, fi żmien tliet xhur mit-talba, joħroġ opinjoni dwar il-konformità mal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c).
3. Mingħajr preġudizzju u apparti d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva garantita lil kull persuna fiżika u ġuridika, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp strutturalment u funzjonalment indipendenti, bħal ombudsperson, biex jittrattaw l-ilmenti ppreżentati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew mill-membri tal-familja tagħhom, mill-impjegati tal-fornituri tas-servizzi tal-midja jew mill-membri tal-familja tagħhom, jew kwalunkwe persuna assoċjata magħhom b’mod professjonali jew privat, b’rabta ma’ ksur tal-paragrafu 2, il-punti (aa), (b), (ba),(c), (ca) u (cb). Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lil dik l-awtorità jew il-korp biex, fi żmien tliet xhur mit-talba, joħroġ opinjoni dwar il-konformità mal-paragrafu 2, il-punti (aa), (b), (ba),(c), (ca) u (cb).
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. Il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku għandhom jipprovdu b’mod imparzjali pluralità ta’ informazzjoni u ta’ opinjonijiet lill-udjenzi tagħhom, f’konformità mal-missjoni tagħhom tas-servizz pubbliku.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-liġi nazzjonali u l-azzjonijiet tagħhom, li l-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jkollhom awtonomija sħiħa u indipendenza editorjali minn interessi governattivi, politiċi, ekonomiċi jew privati biex, fl-eżerċizzju tal-mandat tas-servizz pubbliku tagħhom u b’mod imparzjali u indipendenti, jipprovdu pluralità ta’ informazzjoni u ta’ opinjonijiet lill-udjenzi tagħhom.
Il-kap tal-maniġment u l-membri tal-bord tat-tmexxija tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku għandhom jinħatru bi proċedura trasparenti, miftuħa u nondiskriminatorja u abbażi ta’ kriterji trasparenti, oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-liġi nazzjonali u l-azzjonijiet tagħhom, li l-prinċipji tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, l-effettività, it-trasparenza u l-ftuħ jiġu rispettati meta jinħatru l-istrutturi tal-ġestjoni tal-midja tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari, il-kap tal-maniġment u l-membri tal-bord tat-tmexxija tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku għandhom jinħatru bi proċedura trasparenti, miftuħa u nondiskriminatorja u abbażi ta’ kriterji trasparenti, oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali.
It-tul tal-mandat tagħhom għandu jkun stabbilit fil-liġi nazzjonali, u jkun adegwat u biżżejjed biex tkun żgurata l-indipendenza effettiva tal-fornitur tas-servizz pubbliku tal-midja. Dawn jistgħu jingħataw is-sensja qabel tmiem il-mandat tagħhom b’mod eċċezzjonali biss meta ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet legalment predefiniti u meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali jew minħabba raġunijiet speċifiċi ta’ kondotta illegali jew ta’ mġiba ħażina serja kif definit minn qabel fil-liġi nazzjonali.
It-tul tal-mandat tagħhom għandu jkun stabbilit fil-liġi nazzjonali, għandu jikkorrispondi għall-kompiti tagħhom u għandu jkun adegwat u biżżejjed biex tkun żgurata l-indipendenza effettiva tal-fornitur tas-servizz pubbliku tal-midja. Dawn jistgħu jingħataw is-sensja qabel tmiem il-mandat tagħhom f’ċirkostanzi eċċezzjonali meta ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet legalment predefiniti u meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali jew minħabba raġunijiet speċifiċi ta’ kondotta illegali jew ta’ mġiba ħażina serja kif definit minn qabel fil-liġi nazzjonali.
Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tas-sensja għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq, soġġetti għal notifika bil-quddiem lill-persuna kkonċernata, u jinkludu l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju. Ir-raġunijiet għall-għoti tas-sensja għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tas-sensja għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq abbażi ta’ kriterji stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali, soġġetti għal notifika bil-quddiem lill-persuna kkonċernata, u jinkludu l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju. Ir-raġunijiet għall-għoti tas-sensja għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati u stabbli biex iwettqu l-missjoni tagħhom tas-servizz pubbliku. Dawk ir-riżorsi għandhom ikunu tali li jħarsu l-indipendenza editorjali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati, sostenibbli u prevedibbli fuq bażi pluriennali biex iwettqu l-missjoni tagħhom tas-servizz pubbliku u biex jissodisfaw l-objettivi li jinsabu fih. Dawk ir-riżorsi u l-proċess li bih jiġu allokati għandhom ikunu bbażati fuq kriterji trasparenti stabbiliti minn qabel u għandhom ikunu tali li jħarsu l-indipendenza editorjali filwaqt li jippermettu l-iżvilupp ta’ servizzi tal-midja għal interessi ġodda tal-udjenza jew kontenut u forom ġodda tal-midja u għall-iżvilupp tekniku.
3a. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità indipendenti jew jistabbilixxu proċeduri indipendenti biex jiġu determinati l-ħtiġijiet finanzjarji xierqa għall-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku f’konformità mal-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun garantit rimedju ġudizzjarju indipendenti.
Il-proċedura biex tinħatar awtorità indipendenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew il-proċeduri stabbiliti msemmija fih għandha tkun prevedibbli, trasparenti, indipendenti, imparzjali u nondiskriminatorja u għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u proporzjonati stabbiliti minn qabel mil-liġi nazzjonali.
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp indipendenti wieħed jew aktar biex jimmonitorja l-konformità mal-paragrafi 1 sa 3.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi jew jiddeżinjaw awtorità jew korp indipendenti wieħed jew aktar biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3. Tali mekkaniżmi, awtoritajiet jew korpi għandhom ikunu ħielsa mill-influwenza tal-gvern. Fil-każ ta’ dubju jew wara sejbiet relatati ma’ nuqqas ta’ konformità jew konformità parzjali ma’ dan l-Artikolu, għandha tinħareġ opinjoni mill-awtoritajiet jew il-korpi indipendenti li għandhom jinfurmaw lill-Bord; is-sejbiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti għandhom jagħmlu aċċessibbli faċilment u direttament lir-riċevituri tas-servizzi tagħhom l-informazzjoni li ġejja:
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja aċċessibbli b’mod dirett, permanenti u faċli għar-riċevituri tas-servizzi tagħhom:
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-isem legali u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom;
(a) l-isem/ismijiet legali u d-dettalji tal-kuntatt u tar-reġistrazzjoni tagħhom;
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c) l-isem/ismijiet tas-sidien benefiċjarji tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 6, tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(c) l-isem/ismijiet tas-sidien benefiċjarji tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt 6, tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) jekk u sa liema punt is-sjieda diretta, indiretta jew benefiċjarja tagħhom hija miżmuma mill-gvern, minn istituzzjoni tal-Istat, intrapriża tal-Istat jew korp pubbliku ieħor;
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali tal-persuna fiżika li ġġorr ir-responsabbiltà editorjali f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru rilevanti, filwaqt li, fejn jingħataw l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali ta’ aktar minn persuna waħda, tiġi indikata l-parti tas-servizz tal-midja li għaliha kull persuna tkun responsabbli;
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc) id-dettalji dwar l-istruttura tas-sjieda u kif inhuma relatati mal-kumpaniji omm u oħt tagħhom, u s-sussidjarji tagħhom;
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)
(cd) ir-reklamar mill-Istat u l-appoġġ finanzjarju mill-Istat allokat lilhom.
1b. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandhom jissottomettu l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 lill-bażijiet tad-data nazzjonali dwar is-sjieda tal-midja msemmija fil-paragrafu 2b. Meta jkun hemm bidla fl-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni aġġornata lill-bażijiet tad-data nazzjonali dwar is-sjieda tal-midja fi żmien 30 jum mill-bidla.
1c. F’każijiet debitament ġustifikati u fuq talba, il-fornituri tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet jew għall-korpi regolatorji nazzjonali, għall-Bord jew, meta applikabbli, għal kwalunkwe parti b’interess leġittimu, l-interessi kummerċjali u finanzjarji jew l-attivitajiet tas-sidien diretti, indiretti u benefiċjarji tagħhom f’negozji oħra, inkluż ir-rabtiet tagħhom ma’ persuni politikament esposti, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għal persuni magħrufa li huma assoċjati mill-qrib, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), ta’ dik id-Direttiva.
1d. L-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafi 1 u 2a għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kkonċernati, bħar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja tas-sidien benefiċjarji. Dik l-informazzjoni għandha tkun neċessarja u proporzjonata u għandu jkollha l-għan li tikseb objettiv ta’ interess ġenerali.
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1e (ġdid)
1e. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jiġu fdati biex jistabbilixxu bażijiet tad-data nazzjonali dwar is-sjieda tal-midja biex jimmonitorjaw il-konformità mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. Dawk il-bażijiet tad-data għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom jikkonformaw mad-dritt rilevanti tal-Unjoni.
Fuq talba mill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandhom jipprovdulhom informazzjoni addizzjonali għall-fini tal-valutazzjoni tal-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafi 1 u 2a.
1f. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jissottomettu data dwar l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 fuq bażi trimestrali lill-Bażi tad-Data Ewropea tas-Sjieda tal-Midja msemmija fl-Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, il-punt (fa).
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet kostituzzjonali nazzjonali konsistenti mal-Karta, il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti għandhom jieħdu miżuri kif xieraq biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali. B’mod partikolari, dawk il-miżuri għandu jkollhom l-għan li:
2. Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet kostituzzjonali nazzjonali konsistenti mal-Karta, il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandhom jieħdu miżuri li jqisu xierqa biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali. B’mod partikolari, dawk il-miżuri għandu jkollhom l-għan li:
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a) jiżguraw li l-edituri jkunu liberi li jieħdu deċiżjonijiet editorjali individwali fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom; u
(a) jiżguraw li l-edituri u l-kapijiet edituri jkunu liberi li jieħdu deċiżjonijiet editorjali fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom fi ħdan il-linja editorjali tal-fornitur tas-servizzi tal-midja; u
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b
(b) jiżguraw li jiżvelaw kull kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali ta’ xi parti parteċipanti fil-fornituri tas-servizzi tal-midja li tista’ taffettwa l-forniment tal-kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti.
(b) jiżguraw li jiżvelaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali, u kwalunkwe tentattiv ta’ interferenza fid-deċiżjonijiet editorjali ta’ fornituri tas-servizzi tal-midja.
2a. Fornituri tas-servizzi tal-midja li jirċievu fondi pubbliċi minn pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ reklamar jew xiri għandhom jissottomettu rapport kull sena lill-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali. Tali rapporti għandhom jinkludu, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
(a) l-ismijiet tal-entitajiet li jagħtu fondi pubbliċi;
(b) l-ammont annwali totali tal-fondi pubbliċi mogħtija.
L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandhom jagħmlu l-informazzjoni rrapportata skont l-ewwel subparagrafu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. L-obbligi skont dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-midja li huma mikrointrapriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE.
imħassar
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Restrizzjonijiet fuq is-sjieda tal-midja
1. Il-persuni fiżiċi fdati bil-funzjonijiet pubbliċi prominenti li ġejjin ma għandhomx ikunu sidien benefiċjarji, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (22), tar-Regolament (UE) XXXX/XXX [dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, COD 2021/0239], ta’ kwalunkwe pubblikazzjoni tal-istampa jew servizz tal-midja awdjoviżiva matul il-mandat tagħhom:
(a) fi Stat Membru:
(i) kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ gvern jew ministri;
(b) fil-livell tal-Unjoni:
(i) President tal-Kunsill Ewropew, President tal-Kummissjoni Ewropea jew membri tal-Kummissjoni;
(c) f’pajjiż terz:
(i) funzjonijiet li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-punt (a)(i).
2. Meta persuna fiżika tiġi fdata b’funzjoni pubblika prominenti kif stabbilit fil-paragrafu 1, hija għandha twaqqaf l-operat tal-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat jew ittemm ir-relazzjoni tan-negozju, meta din tippermetti l-eżerċizzju ta’ influwenza fuq il-fornitur tas-servizzi tal-midja, mal-fornitur tas-servizzi tal-midja mingħajr dewmien żejjed, iżda, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 60 jum wara li ssir persuna politikament esposta kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2015/849.
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkunu legalment distinti mill-gvern u funzjonalment indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi u għarfien espert finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod proporzjonali r-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi allokati lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali sabiex jitqiesu l-kompiti addizzjonali mogħtija lilhom skont dan ir-Regolament.
Meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandu jkollhom setgħat xierqa ta’ investigazzjoni, fir-rigward tat-twettiq ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għalihom japplika l-Kapitolu III.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jingħataw l-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa, jew jingħataw aċċess għaliha, biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għalihom japplika l-Kapitolu III.
Dawk is-setgħat għandhom jinkludu b’mod partikolari s-setgħa li jitolbu lil dawk il-persuni biex fi żmien raġonevoli, jagħtu informazzjoni proporzjonata u meħtieġa biex iwettqu l-kompiti skont il-Kapitolu III; it-talba tista’ tiġi indirizzata wkoll lil xi persuna oħra li, għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju jew mal-professjoni tagħha, tista’ raġonevolment tkun fil-pussess tal-informazzjoni meħtieġa.
Fuq talba mill-awtoritajiet jew mill-korpi regolatorji nazzjonali, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għalihom japplika l-Kapitolu III għandhom, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jipprovdulhom informazzjoni li tkun proporzjonata u meħtieġa biex iwettqu l-kompiti stabbiliti fil-Kapitolu III. Fuq talba mill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li, għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju jew mal-professjoni tagħha, jista’ raġonevolment ikollha fil-pussess tagħha l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq il-kompiti stabbiliti fil-Kapitolu III għandha tipprovdilhom dik l-informazzjoni.
4a. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandu jkollhom konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti tas-settur tal-midja. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw kull sena u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku rapporti li jirriflettu r-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet.
4b. L-Istati Membri għandhom jafdaw lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali bl-iżvilupp u ż-żamma ta’ bażijiet tad-data ddedikati tas-sjieda tal-midja online li jkun fihom l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 6(1), inkluż fil-livell reġjonali jew lokali. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess faċli, rapidu u effettiv, mingħajr ħlas, għal tali bażijiet ta’ data. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jipproduċu rapporti regolari dwar is-sjieda tas-servizzi tal-midja skont il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Hu stabbilit il-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”).
1. Huwa b’dan stabbilit il-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”). Il-Bord għandu jkun korp tal-Unjoni u għandu jkollu personalità ġuridika.
2c. Il-baġit tal-Bord u s-segretarjat għandu jintwera f’linja baġitarja separata fl-intestatura rilevanti tat-taqsima III tal-baġit tal-Unjoni.
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
Il-Bord għandu jaġixxi b’indipendenza sħiħa meta jwettaq il-kompiti tiegħu jew jeżerċita s-setgħat tiegħu. B’mod partikolari, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, il-Bord għandu la jfittex u lanqas ma jieħu struzzjonijiet minn xi gvern, istituzzjoni, persuna jew korp. Dan ma għandux jaffettwa l-kompetenzi tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Il-Bord għandu jaġixxi b’indipendenza sħiħa meta jwettaq il-kompiti tiegħu jew jeżerċita s-setgħat tiegħu. B’mod partikolari, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, il-Bord għandu la jfittex u lanqas ma jieħu struzzjonijiet minn xi gvern, aġenzija jew korp nazzjonali, persuna jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni. Dan ma għandux jaffettwa l-kompetenzi tal-Kummissjoni, jew tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan ma għandux jaffettwa wkoll il-possibbiltà li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali l-oħra jew rappreżentanti ta’ korpi awtoregolatorji jew koregolatorji, jipparteċipaw, kif xieraq, fil-laqgħat tal-Bord.
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4
4. Il-Bord għandu jkun rappreżentat mill-President tiegħu. Il-Bord għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot. Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ sentejn.
4. Il-Bord għandu jkun rappreżentat mill-President tiegħu. Il-Bord għandu jkollu Grupp ta’ Tmexxija. Il-Grupp ta’ Tmexxija għandu jikkonsisti minn membri eletti minn fost il-membri tal-Bord. Il-Grupp ta’ Tmexxija għandu jikkonsisti minn President, Viċi President, il-President li jkun qed jispiċċa u żewġ membri oħra. Il-President u l-membri l-oħra tal-Grupp ta’ Tmexxija għandhom jiġu eletti minn fost il-membri tiegħu b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot. Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ sentejn.
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeżinja rappreżentant fil-Bord. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fl-attivitajiet u fil-laqgħat kollha tal-Bord, mingħajr dritt tal-vot. Il-President tal-Bord għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar l-attivitajiet attwali u ppjanati tal-Bord. Il-Bord għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni waqt li jkun qed iħejji l-programm ta’ ħidma tiegħu u r-riżultati ewlenin mistennija.
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeżinja rappreżentant fil-Bord. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet u fil-laqgħat tal-Bord, mingħajr dritt tal-vot. Il-President tal-Bord għandu jżomm lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew infurmati dwar l-attivitajiet li għaddejjin u ppjanati tal-Bord u, b’mod partikolari, dwar il-programm ta’ ħidma tiegħu u r-riżultati ewlenin mistennija.
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6
6. Il-Bord, bi qbil mal-Kummissjoni, jista’ jistieden lil esperti u osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu.
6. Il-Bord jista’ jistieden lil esperti u, bi qbil mal-Kummissjoni, osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu jew biex jipparteċipaw, fuq bażi ad hoc, fil-ħidma tiegħu.
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 8
8. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot, bi qbil mal-Kummissjoni.
8. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot. Qabel l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord għandu jagħti lill-Kummissjoni l-opportunità li tipprovdi kummenti.Fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew bir-regoli ta’ proċedura li jadotta jew bi kwalunkwe bidla sostanzjali li jagħmel għalihom.
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
1. Il-Bord għandu jkollu segretarjat li għandu jingħata mill-Kummissjoni.
1. Il-Bord għandu jkun assistit minn segretarjat separat u indipendenti. Is-segretarjat għandu jieħu istruzzjonijiet mill-Bord biss.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3
3. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali għall-attivitajiet tal-Bord. Is-segretarjat għandu jassisti wkoll lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
3. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali għall-attivitajiet tal-Bord. Is-segretarjat għandu jassisti wkoll lill-Bord b’mod sostantiv fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Grupp ta’ Esperti għall-Bord
1. Għandu jiġi stabbilit Grupp ta’ Esperti. Il-Grupp ta’ Esperti għandu jikkonsisti f’rappreżentanti mis-settur tal-midja lil hinn mis-settur tal-midja awdjoviżiva. Ir-rappreżentanti tal-Gruppi ta’ Esperti għandhom jinħatru b’mod trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju.
2. Il-Grupp ta’ Esperti għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed jew aktar mis-setturi tal-midja ta’ kull Stat Membru, minn assoċjazzjonijiet Ewropej jew minn organizzazzjonijiet Ewropej b’għarfien espert dwar il-midja lil hinn mis-settur tal-midja awdjoviżiva jew persuna fiżika waħda jew aktar b’għarfien espert dwar il-midja lil hinn mis-settur tal-midja awdjoviżiva. Id-dettalji dwar il-kompożizzjoni sħiħa tal-Grupp ta’ Esperti għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord.
3. Il-Grupp ta’ Esperti għandu jipprovdi għarfien espert, assistenza u pariri indipendenti lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja.
4. Il-Grupp ta’ Esperti jista’ jabbozza rakkomandazzjoni, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Bord, mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew, dwar il-programm ta’ ħidma tal-Bord u l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-Kapitolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Il-Grupp ta’ Esperti għandu jagħmel tali rakkomandazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.
5. Meta l-Bord jittratta kwistjoni lil hinn mis-settur tal-midja awdjoviżiva jew relatata mal-istampa, huwa għandu jikkonsulta lill-Grupp ta’ Esperti.
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattati, il-Bord għandu jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE madwar l-Unjoni. Il-Bord għandu:
Il-Bord għandu jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE madwar l-Unjoni. Il-Bord għandu:
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
(a) jappoġġa lill-Kummissjoni, b’għarfien espert tekniku, biex ikunu żgurati l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament u implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali;
(a) jappoġġa lill-Kummissjoni, bl-għarfien espert tiegħu, biex ikunu żgurati l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament u implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali;
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c
(c) jagħti pariri lill-Kummissjoni, meta titolbu, dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi pertinenti għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE, u dwar kwistjonijiet oħra relatati mas-servizzi tal-midja fil-kompetenza tiegħu. Meta l-Kummissjoni titlob pariri jew opinjonijiet mingħand il-Bord, din tista’ tindika limitu taż-żmien, filwaqt li tqis l-urġenza tal-kwistjoni;
(c) jagħti pariri lill-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew meta titolbu, dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi pertinenti għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE, u dwar kwistjonijiet oħra relatati mas-servizzi tal-midja fil-kompetenza tiegħu; Meta l-Kummissjoni titlob pariri jew opinjonijiet mingħand il-Bord, din tista’ tindika limitu taż-żmien, filwaqt li tqis l-urġenza tal-kwistjoni, li permezz tiegħu l-Bord għandu jwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni;
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d
(d) meta jintalab mill-Kummissjoni, jagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tekniċi u fattwali li jinqalgħu b’rabta mal-Artikolu 2(5c), l-Artikolu 3(2) u (3), l-Artikolu 4(4), il-punt (c), u l-Artikolu 28a(7) tad-Direttiva 2010/13/UE;
(d) fuq inizjattiva proprja jew meta jintalab mill-Kummissjoni, jagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tekniċi u fattwali li jinqalgħu b’rabta mal-Artikolu 2(5c), l-Artikolu 3(2) u (3), l-Artikolu 4(4), il-punt (c), u l-Artikolu 28a(7) tad-Direttiva 2010/13/UE;
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
(e) bi qbil mal-Kummissjoni, ifassal opinjonijiet rigward:
(e) ifassal opinjonijiet rigward:
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f – parti introduttorja
(f) meta jintalab mill-Kummissjoni, ifassal opinjonijiet rigward:
(f) fuq inizjattiva proprja jew meta jintalab mill-Kummissjoni, ifassal opinjonijiet rigward:
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f – punt i
(i) miżuri nazzjonali li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 20(4) ta’ dan ir-Regolament;
(i) miżuri nazzjonali li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja jew li jkollhom impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja jew fuq l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 20(4) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f – punt ia (ġdid)
(ia) fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu applikati l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 21(3) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f – punt ii
(ii) konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament;
(ii) konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja jew li għandhom impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja jew l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) jistabbilixxi u jżomm il-Bażi tad-Data Ewropea għas-Sjieda tal-Midja li tiġbor informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 6;
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt g
(g) ifassal opinjonijiet dwar abbozzi ta’ opinjonijiet jew ta’ deċiżjonijiet nazzjonali li jivvalutaw l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali ta’ konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja, meta dik il-konċentrazzjoni tista’ taffettwa l-funzjonament tas-suq intern, f’konformità mal-Artikolu 21(5) ta’ dan ir-Regolament;
(g) ifassal opinjonijiet dwar abbozzi ta’ opinjonijiet jew ta’ deċiżjonijiet nazzjonali li jivvalutaw konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 21(5) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt h – punt ii
(ii) fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu applikati l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 21(3) ta’ dan ir-Regolament;
(ii) fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu applikati l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, f’konformità mal-Artikolu 21(3) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt i
(i) meta jintalab minn mill-inqas waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati, iservi ta’ medjatur fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-Regolament;
(i) meta jintalab minn mill-inqas waħda mill-awtoritajiet jew mill-korpi kkonċernati, iservi ta’ medjatur fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt j
(j) irawwem il-kooperazzjoni dwar l-istandards tekniċi relatati mas-sinjali diġitali u d-disinn tal-apparati jew tal-interfaċċi tal-utent, f’konformità mal-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;
(j) irawwem il-kooperazzjoni dwar l-istandards Ewropej armonizzati relatati mas-sinjali diġitali u d-disinn tal-apparati jew tal-interfaċċi tal-utent, f’konformità mal-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt k
(k) jikkoordina miżuri nazzjonali relatati mat-tixrid ta’ jew mal-aċċess għall-kontenut ta’ fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni li jimmiraw għall-udjenzi fl-Unjoni, meta l-attivitajiet tagħhom ikunu jippreġudikaw jew jippreżentaw riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża, f’konformità mal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament;
(k) jikkoordina miżuri nazzjonali relatati mat-tixrid ta’ jew mal-aċċess għall-kontenut ta’ fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni li jimmiraw ir-riċevituri fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt l
(l) jorganizza djalogu strutturat bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tas-soċjetà ċivili, u jirrapporta dwar ir-riżultati tiegħu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament;
(l) jorganizza, bl-involviment tal-Grupp ta’ Esperti, djalogu strutturat bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online kbar ħafna u r-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u jirrapporta dwar ir-riżultati tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)
(ma) jiżviluppa, f’konsultazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tal-midja u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji u l-metodoloġija għad-distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi għar-reklamar u x-xiri mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 24;
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt mb (ġdid)
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt mc (ġdid)
(mc) irawwem l-iżvilupp u l-użu ta’ miżuri u għodod effettivi biex jissaħħaħ il-litteriżmu medjatiku, inkluż l-iżvilupp tal-aħjar prattiki għall-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali, il-fornituri tas-servizzi tal-midja, il-pjattaformi online u l-magni tat-tiftix online;
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt md (ġdid)
(md) iħejji rapport annwali dettaljat u segwitu tal-attivitajiet u l-kompiti tiegħu stabbiliti f’dan il-paragrafu u jippreżentah lill-Parlament Ewropew.
Sa fejn ikun meħtieġ biex jilħaq l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament u biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-Bord jista’, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jikkoopera mal-korpi, l-uffiċċji, l-aġenziji u l-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dan il-għan, u soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-Bord jista’ jistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. Awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jista’ jitlob (“awtorità rikjedenti”) kooperazzjoni jew assistenza reċiproka fi kwalunkwe ħin mingħand awtorità jew korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar (“awtoritajiet mitluba”) għall-finijiet tal-iskambju tal-informazzjoni jew tat-teħid tal-miżuri rilevanti għall-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament jew tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
1. Awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jista’ jitlob (“awtorità rikjedenti”) kooperazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka, fi kwalunkwe ħin mingħand awtorità jew korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar (“awtoritajiet mitluba”) għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament jew tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2
2. Meta awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jkun jidhrilu li hemm riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għall-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja jew riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża, dan jista’ jitlob lil awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali oħra biex jipprovdu kooperazzjoni jew assistenza reċiproka malajr, filwaqt li tkun żgurata l-konformità mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari mal-libertà tal-espressjoni.
2. Meta awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jkun jidhirlu li l-kontenut tal-midja jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541 jew jippreżenta riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u għas-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, l-awtorità jew il-korp jistgħu jitolbu lil awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali oħra biex jipprovdu kooperazzjoni jew assistenza reċiproka malajr, filwaqt li tkun żgurata l-konformità mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari mal-libertà tal-espressjoni.
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3
3. It-talbiet għal kooperazzjoni jew assistenza reċiproka, inkluż il-kooperazzjoni jew l-assistenza reċiproka malajr, għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa kollha, inkluż l-iskop tagħha u r-raġunijiet għaliha.
3. It-talbiet għal kooperazzjoni, bħall-iskambju ta’ informazzjoni u l-assistenza reċiproka, għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa kollha relatata mat-talba, inkluż l-iskop tagħha u r-raġunijiet għaliha.
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – point ba (ġdid)
L-awtorità mitluba għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut li tindirizza xi talba.
L-awtorità mitluba għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut li tindirizza xi talba. Meta l-awtorità mitluba tirrifjuta li tindirizza talba skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija għandha, fejn possibbli, tindika l-awtorità li hija kompetenti għas-suġġett tat-talba jew għall-miżuri li ntalbet tieħu.
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5
5. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti dwar ir-riżultati miksuba jew dwar il-progress tal-miżuri meħuda bħala rispons għat-talba.
5. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti mingħajr dewmien żejjed dwar ir-riżultati miksuba jew dwar il-progress tal-miżuri meħuda bħala rispons għat-talba.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 6
6. L-awtorità mitluba għandha tagħmel ħilitha biex tindirizza u twieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità mitluba għandha tipprovdi r-riżultati intermedjarji fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta tirċievi t-talba, b’aġġornamenti regolari sussegwenti dwar il-progress fl-eżekuzzjoni tat-talba. Fil-każ ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew assistenza reċiproka malajr, l-awtorità mitluba għandha tindirizza u twieġeb it-talba fi żmien 14-il jum kalendarju.
6. L-awtorità mitluba għandha tagħmel ħilitha biex tindirizza u twieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed. Dettalji ulterjuri dwar il-proċedura tal-kooperazzjoni strutturata, inkluż id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, l-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati u r-riżultati intermedjarji, għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord. Fil-każ ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew assistenza reċiproka malajr, l-awtorità mitluba għandha tindirizza u twieġeb it-talba fi żmien 14-il jum kalendarju.
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 7
7. Meta l-awtorità rikjedenti ma jkunx jidhrilha li l-miżuri meħuda mill-awtorità mitluba jkunu biżżejjed biex tindirizza u twieġeb it-talba tagħha, din għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità mitluba, u tispjega r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha. Jekk l-awtorità mitluba ma taqbilx ma’ dik il-pożizzjoni, jew jekk ma jkunx hemm reazzjoni tal-awtorità mitluba, xi waħda mill-awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-Bord. Fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi dak ir-riferiment, il-Bord għandu joħroġ opinjoni, bi qbil mal-Kummissjoni, dwar il-kwistjoni, inkluż l-azzjonijiet rakkomandati. L-awtorità mitluba għandha tagħmel ħilitha biex tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord.
7. Meta l-awtorità rikjedenti ma jkunx jidhrilha li l-miżuri meħuda mill-awtorità mitluba jkunu biżżejjed biex tindirizza u twieġeb it-talba tagħha, din għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità mitluba, u tispjega r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha. Jekk l-awtorità mitluba ma taqbilx ma’ dik il-pożizzjoni, jew jekk ma jkunx hemm reazzjoni tal-awtorità mitluba, xi waħda mill-awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-Bord. Wara li jirċievi tali riferiment u f’perjodu ta’ żmien li għandu jiġi speċifikat fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord, il-Bord għandu joħroġ, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni fejn il-Bord iqis li dan ikun rilevanti, opinjoni dwar il-kwistjoni, inkluż l-azzjonijiet rakkomandati. L-awtorità mitluba għandha tagħmel ħilitha biex tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord.
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2
2. L-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba għandhom, mingħajr dewmien żejjed u fi żmien 30 jum kalendarju, jinformaw lill-awtorità jew lill-korp nazzjonali rikjedenti dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati skont il-paragrafu 1.
2. L-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba għandhom, mingħajr dewmien żejjed u fi żmien perjodu massimu li għandu jiġi speċifikat fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord, jinformaw lill-awtorità jew lill-korp nazzjonali rikjedenti dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati skont il-paragrafu 1, jew jiġġustifikaw ir-raġunijiet li għalihom ma ttiħdux azzjonijiet.
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3
3. Jekk bejn l-awtorità jew il-korp nazzjonali rikjedenti u l-awtorità jew il-korp mitluba jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-azzjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, l-awtorità jew il-korp jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-Bord għal medjazzjoni ħalli tinstab soluzzjoni amikevoli.
3. Jekk bejn l-awtorità jew il-korp nazzjonali rikjedenti u l-awtorità jew il-korp mitluba jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati jew rifjut li jittieħdu azzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-awtorità jew il-korp jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-Bord għal medjazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4
4. Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni amikevoli wara l-medjazzjoni tal-Bord, l-awtorità jew il-korp nazzjonali rikjedenti jew l-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba jistgħu jitolbu lill-Bord biex joħroġ opinjoni dwar il-kwistjoni. Fl-opinjoni tiegħu, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-awtorità jew il-korp mitluba kkonformawx ma’ talba msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Bord ikun jidhirlu li l-awtorità mitluba ma tkunx ikkonformat ma’ talba bħal dik, il-Bord għandu jirrakkomanda azzjonijiet biex din tikkonforma mat-talba. Il-Bord għandu joħroġ l-opinjoni tiegħu, bi qbil mal-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed.
4. Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni amikevoli wara l-medjazzjoni tal-Bord, l-awtorità jew il-korp nazzjonali rikjedenti jew l-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba jistgħu jitolbu lill-Bord biex joħroġ opinjoni dwar il-kwistjoni. Fl-opinjoni tiegħu, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-awtorità jew il-korp mitluba kkonformawx ma’ talba msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Bord ikun jidhirlu li l-awtorità jew il-korp mitluba ma jkunux ikkonformaw ma’ talba bħal dik, il-Bord għandu jirrakkomanda azzjonijiet biex jikkonformaw mat-talba. Il-Bord għandu joħroġ l-opinjoni tiegħu, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, meta jitqies rilevanti, mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 5
5. L-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba għandhom, mingħajr dewmien żejjed u fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievu l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 4, jinformaw lill-Bord, lill-Kummissjoni u lill-awtorità jew lill-korp rikjedenti dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati b’rabta mal-opinjoni.
5. Wara li jirċievu l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba għandhom, mingħajr dewmien żejjed u f’perjodu massimu ta’ żmien li għandu jiġi speċifikat fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord, jinformaw lill-Bord, lill-awtorità jew lill-korp rikjedenti u, fejn meħtieġ, lill-Kummissjoni, dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati b’rabta mal-opinjoni.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
1. Il-Bord għandu jrawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, filwaqt li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, meta xieraq, u b’kooperazzjoni msaħħa mal-Kummissjoni, dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi pertinenti għall-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
1. Il-Bord għandu jrawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, filwaqt li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, meta xieraq, u b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi pertinenti għall-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b
(b) kif l-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-fornituri tas-servizzi tal-midja tista’ ssir aċċessibbli, kif previst fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE.
(b) kif l-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-fornituri tas-servizzi tal-midja tista’ ssir aċċessibbli, kif previst fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar kull kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE. Il-Bord għandu jassisti lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward, meta jintalab.
3. Il-Kummissjoni, assistita mill-Bord, tista’ toħroġ opinjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4
4. Il-Bord għandu jrawwem il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja, il-korpi tal-istandardizzazzjoni jew xi parti kkonċernata rilevanti oħra biex jiffaċilita l-iżvilupp ta’ standards tekniċi relatati mas-sinjali diġitali jew mad-disinn tal-apparati jew tal-interfaċċi tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom.
4. Il-Bord għandu jrawwem il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja, il-korpi tal-istandardizzazzjoni jew kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra biex jippromwovi l-iżvilupp ta’ standards Ewropej armonizzati relatati mas-sinjali diġitali jew mad-disinn tal-apparati, inklużi r-remote controls jew tal-interfaċċi tal-utent tagħhom.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 16 – titolu
Koordinazzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni
Koordinazzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw lis-servizzi tal-midja li joriġinaw minn barra l-Unjoni
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. Il-Bord għandu jikkoordina l-miżuri tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali relatati mat-tixrid tas-servizzi tal-midja jew mal-aċċess għas-servizzi tal-midja pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni li jimmiraw għall-udjenzi fl-Unjoni meta, fost l-oħrajn fid-dawl tal-kontroll li jista’ jiġi eżerċitat minn pajjiżi terzi fuqhom, dawk is-servizzi tal-midja jkunu jippreġudikaw jew jippreżentaw riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża.
1. Il-Bord għandu jikkoordina l-miżuri tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali relatati mat-tixrid tas-servizzi tal-midja jew mal-aċċess għas-servizzi tal-midja pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni li, irrispettivament mill-mezzi ta’ distribuzzjoni tagħhom jew mill-mezzi li bihom jistgħu jiġu aċċessati, jimmiraw jew jilħqu udjenzi fl-Unjoni meta, fost l-oħrajn fid-dawl tal-kontroll li jista’ jiġi eżerċitat minn pajjiżi terzi fuqhom, dawn is-servizzi tal-midja:
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
(a) ikun fihom provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541;
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
(b) jippreġudikaw b’mod ċar, serju u gravi, jew jippreżentaw riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika, inkluża s-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali.
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2
2. Il-Bord, bi qbil mal-Kummissjoni, jista’ joħroġ opinjonijiet dwar miżuri nazzjonali xierqa skont il-paragrafu 1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha, inkluż l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-Bord.
2. Il-Bord jista’ joħroġ opinjonijiet dwar miżuri nazzjonali xierqa skont il-paragrafu 1 f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha, inkluż l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-Bord. Tali awtoritajiet u korpi għandhom jipprovdu raġunijiet għal rifjut li jqisu l-opinjonijiet tal-Bord.
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta rilevanti, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali li jiddeċiedu li jieħdu azzjoni kontra fornitur tas-servizzi tal-midja stabbilit barra mill-Unjoni, ikollhom bażi legali biex iqisu mill-inqas punt minn dawn li ġejjin:
(a) deċiżjoni meħuda kontra dak il-fornitur minn awtorità jew korp regolatorju nazzjonali minn Stat Membru ieħor;
(b) opinjoni tal-Bord relatata ma’ dak il-fornitur u meħuda abbażi tar-raġunijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu;
(c) kwalunkwe valutazzjoni ta’ kif is-servizz tal-midja mingħand dak il-fornitur jiġi riċevut fit-territorju tal-Unjoni.
2b. Il-Bord għandu jiżviluppa sett ta’ linji gwida li jikkonċernaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni. Meta l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta’ Stat Membru jieħdu azzjoni kontra tali fornitur, huma għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex iqisu l-linji gwida żviluppati mill-Bord.
2c. Meta fornitur tas-servizzi tal-midja stabbilit barra mill-Unjoni jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2010/13/UE, minbarra kwalunkwe opinjoni tal-Bord maħruġa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, awtorità jew korp regolatorju ta’ Stat Membru ieħor jista’ jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi tal-Istat Membru li l-fornitur tas-servizzi tal-midja jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni territorjali tiegħu biex jieħdu azzjoni xierqa kontra dak il-fornitur fejn jivvaluta li l-fornitur ikun kiser b’mod ċar, serju u gravi l-Artikolu 6(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2010/13/UE jew ikun ippreġudika jew ippreżenta riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika, inkluż is-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali.
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu funzjonalità biex ir-riċevituri tas-servizzi tagħhom ikunu jistgħu jiddikjaraw li:
1. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar il-moderazzjoni tal-kontenut u kwalunkwe azzjoni oħra li jwettqu ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja. Għandhom jiżguraw li l-proċessi ta’ moderazzjoni u monitoraġġ tal-kontenut tagħhom ikollhom riżorsi umani adegwati biex ikopru l-lingwi u r-reġjuni ġeografiċi kollha tal-Unjoni. Huma għandhom jipprovdu funzjonalità biex ir-riċevituri tas-servizzi tagħhom ikunu jistgħu jiddikjaraw:
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a
(a) ikunu fornituri tas-servizzi tal-midja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2);
(a) li huma fornituri tas-servizzi tal-midja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) u jaqdu d-dmir stabbilit fl-Artikolu 6(1);
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b
(b) ikunu editorjalment indipendenti mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi; u
(b) li huma editorjalment indipendenti minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni u minn Stati Membri, partiti politiċi u pajjiżi terzi u li huma funzjonalment indipendenti minn entitajiet privati li l-iskop korporattiv tagħhom mhuwiex relatat mal-ħolqien jew it-tixrid ta’ servizzi tal-midja;
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c
(c) ikunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà editorjali fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew jaderixxu ma’ mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju li jirregola l-istandards editorjali, rikonoxxut u aċċettat b’mod wiesa’ fis-settur tal-midja rilevanti fi Stat Membru wieħed jew aktar.
(c) li huma soġġetti għal rekwiżiti regolatorji għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà editorjali u sorveljanza minn awtorità jew korp regolatorju nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew li jikkonformaw ma’ mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju li jirregola l-istandards editorjali, li jkun trasparenti, legalment rikonoxxut u aċċettat b’mod wiesa’ fis-settur tal-midja rilevanti fi Stat Membru wieħed jew aktar;
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) li ma jipprovdux kontenut iġġenerat minn sistema ta’ intelliġenza artifiċjali mingħajr ma jissoġġettaw tali kontenut għal sorveljanza umana u kontroll editorjali;
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) isimhom u isem id-direttur maniġerjali tagħhom, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali tagħhom, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon, u l-post ta’ stabbiliment tagħhom;
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc) informazzjoni dwar l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali kompetenti jew ir-rappreżentant tal-mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju li għalih huma soġġetti.
1a. Il-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna għandhom jiżguraw li l-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 1 tippermetti li l-informazzjoni ddikjarata taħtha, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (cb), tkun faċilment aċċessibbli u aċċessibbli għall-pubbliku.
1b. Il-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna għandhom jirrikonoxxu li rċevew id-dikjarazzjonijiet sottomessi skont il-paragrafu 1. Fil-konferma għandhom jiddikjaraw jekk jaċċettawx id-dikjarazzjoni jew le. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih il-konferma tar-riċevuta lill-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat, lill-awtorità jew lill-korp regolatorju nazzjonali kompetenti kkonċernat jew lir-rappreżentant tal-mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju kkonċernat. Fil-konferma tar-riċevuta, il-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna għandhom jindikaw persuna jew korp ta’ kuntatt kompetenti li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jikkomunika direttament u malajr mal-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna. Meta fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna jaċċetta dikjarazzjoni sottomessa minn fornitur tas-servizzi tal-midja skont il-paragrafu 1, dak il-fornitur tas-servizzi tal-midja għandu jitqies bħala fornitur tas-servizzi tal-midja rikonoxxut.
1c. Fuq talba minn fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna li ma jkunx aċċetta dikjarazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1, il-punt (c), minħabba li jkollu dubju raġonevoli dwar in-natura ta’ dik id-dikjarazzjoni, l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali rilevanti jew ir-rappreżentant tal-mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju rilevanti għandu jikkonferma n-natura ta’ dik id-dikjarazzjoni jew jinvalidaha. Meta l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali rilevanti jew ir-rappreżentant tal-mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju rilevanti jikkonferma n-natura ta’ dik id-dikjarazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-midja għandu jitqies bħala fornitur ta’ servizzi tal-midja rikonoxxut.
1d. Fuq talba minn fornitur tas-servizzi tal-midja li jqis li l-fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna inġustament invalida d-dikjarazzjoni tiegħu ppreżentata skont il-paragrafu 1, l-awtorità jew il-korp nazzjonali rilevanti jew ir-rappreżentant tal-mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju rilevanti kkonċernat għandu jiċċara l-kwistjoni. Meta l-fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna jiddeċiedi li ma jaċċettax il-kjarifika pprovduta mill-awtorità jew mill-korp nazzjonali rilevanti jew mir-rappreżentant tal-mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju rilevanti, il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jappella kontra dik id-deċiżjoni lill-awtorità jew lill-korp regolatorju nazzjonali kompetenti. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar il-kwistjoni mingħajr dewmien. Il-Bord għandu joħroġ rakkomandazzjoni. Meta l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali kompetenti jikkonferma d-dikjarazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-midja għandu jitqies bħala fornitur ta’ servizzi tal-midja rikonoxxut.
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1e (ġdid)
1e. Meta fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna spiss ikun issospenda jew illimita, skont il-paragrafu 2, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu b’rabta ma’ servizz tal-midja pprovdut minn fornitur tas-servizzi tal-midja abbażi ta’ ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, dak il-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna jista’ jinvalida d-dikjarazzjoni ppreżentata mill-fornitur tas-servizzi tal-midja skont il-paragrafu 1. Il-fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna għandu jinforma lill-entità ta’ superviżjoni jew regolatorja u lill-Bord li invalida d-dikjarazzjoni.
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2
2. Meta fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna jiddeċiedi li jissospendi l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu, b’rabta mal-kontenut provdut minn fornitur tas-servizzi tal-midja li jkun ippreżenta dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għar-raġuni li dak il-kontenut ikun inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, mingħajr ma dak il-kontenut jikkontribwixxi għal riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], dan għandu jieħu l-miżuri kollha possibbli, sa fejn ikun konsistenti mal-obbligi tiegħu skont il-liġijiet tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], biex jikkomunika lill-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet mehmuża ma’ dik id-deċiżjoni kif jeżiġi l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1150 qabel ma tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.
2. Meta fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna jiddeċiedi li jissospendi jew jirrestrinġi l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu b’rabta ma’ servizz tal-midja pprovdut minn fornitur tas-servizzi tal-midja rikonoxxut minħabba li dak is-servizz tal-midja jkun inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, huwa għandu, mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ mitigazzjoni b’rabta ma’ riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2022/2065, jikkomunika lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-midja rikonoxxut ir-raġunijiet li jakkumpanjaw dik id-deċiżjoni, filwaqt li jispeċifika l-klawżola speċifika fit-termini u l-kundizzjonijiet li magħhom is-servizz tal-midja kien inkompatibbli, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1150 u l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Il-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna għandu jagħti lill-fornitur tas-servizzi tal-midja rikonoxxut l-opportunità li jwieġeb għar-raġunijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu fi żmien 24 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni.
2a. Meta, wara l-perjodu ta’ 24 siegħa msemmi fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, u wara kunsiderazzjoni xierqa tar-rispons tal-fornitur tas-servizzi tal-midja rikonoxxut, il-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna jqis li s-servizz tal-midja kkonċernat huwa inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, huwa jista’ jirreferi l-każ lill-awtorità jew lill-korp regolatorju nazzjonali kompetenti rilevanti jew lill-korp tal-mekkaniżmu awtoregolatorju jew koregolatorju rilevanti. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali kompetenti rilevanti jew ir-rappreżentant tal-mekkaniżmu awtoregolatorju jew koregolatorju rilevanti għandu jiddeċiedi, mingħajr dewmien, jekk is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni maħsuba hijiex ġustifikata fid-dawl tal-klawżola speċifika fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna, filwaqt li jqis il-libertajiet fundamentali.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-ilmenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1150 mill-fornituri tas-servizzi tal-midja li ppreżentaw dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu pproċessati u deċiżi bi prijorità u mingħajr dewmien bla bżonn.
3. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-ilmenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1150 jew l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2065 mill-fornituri tas-servizzi tal-midja rikonoxxuti jiġu pproċessati u deċiżi bi prijorità, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara s-sottomissjoni tal-ilment.Il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jkun rappreżentat minn korp fil-proċeduri tal-ilmenti.
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4
4. Meta fornitur tas-servizzi tal-midja li jkun ippreżenta dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ikun jidhrilu li fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna spiss qed jirrestrinġi jew jissospendi l-forniment tas-servizzi tiegħu fir-rigward tal-kontenut ipprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-midja mingħajr raġunijiet biżżejjed, il-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna għandu jidħol fi djalogu sinifikanti u effettiv mal-fornitur tas-servizzi tal-midja, fuq talba tiegħu, in bona fide biex tinstab soluzzjoni amikevoli ħalli jintemmu r-restrizzjonijiet jew is-sospensjonijiet mhux ġustifikati u jiġu evitati fil-futur. Il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jinnotifika l-eżitu ta’ dawk l-iskambji lill-Bord.
4. Meta fornitur tas-servizzi tal-midja rikonoxxut ikun jidhirlu li fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna spiss qed jirrestrinġi jew jissospendi l-forniment tas-servizzi tiegħu fir-rigward tal-kontenut jew tas-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizzi tal-midja mingħajr raġunijiet biżżejjed, u b’mod li jfixkel il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja, il-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna għandu, fuq talba tal-fornitur tas-servizzi tal-midja, jidħol f’konsultazzjoni sinifikanti u effettiva mal-fornitur tas-servizzi tal-midja, fuq talba tiegħu, in bona fide biex tinstab soluzzjoni amikevoli f’perjodu ta’ żmien raġonevoli li tevita r-restrizzjonijiet jew is-sospensjonijiet mhux ġustifikati fil-futur. Il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jinnotifika l-eżitu ta’ tali konsultazzjonijiet lill-Bord u lill-koordinatur nazzjonali tas-servizzi diġitali msemmi fir-Regolament (UE) 2022/2065. Meta ma tkun tista’ tinstab l-ebda soluzzjoni amikevoli, il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jressaq ilment quddiem korp iċċertifikat għal soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a
(a) l-għadd ta’ każijiet meta jkunu imponew xi restrizzjoni jew sospensjoni talli xi kontenut ipprovdut minn fornitur tas-servizzi tal-midja li ppreżenta dikjarazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikun inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom; u
(a) l-għadd ta’ każijiet li fihom bdew il-proċess biex jissospendu jew jirrestrinġu l-forniment tas-servizz tal-intermedjazzjoni online tagħhom skont il-paragrafu 2;
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt b
(b) ir-raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet.
(b) ir-raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ dawk is-sospensjonijiet jew ir-restrizzjonijiet, inkluża l-klawżola speċifika fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom li magħhom il-fornitur ta’ servizzi tal-midja kien inkompatibbli;
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba) l-għadd ta’ każijiet li fihom irrifjutaw li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ippreżentati minn fornitur ta’ servizzi tal-midja skont il-paragrafu 1 u r-raġunijiet għar-rifjut li jaċċettawhom.
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 6
6. Biex teħfief l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida ħalli tistabbilixxi l-forma u d-dettalji tad-dikjarazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.
6. Biex teħfief l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Bord, għandha toħroġ linji gwida ħalli tistabbilixxi l-forma u d-dettalji tad-dikjarazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.
6a. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornituri tas-servizzi tal-midja għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Il-Bord għandu jorganizza djalogu strutturat regolari bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jiddiskutu l-esperjenza u l-aqwa prattiki fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, jitrawwem l-aċċess għal offerti varji tal-midja indipendenti fuq il-pjattaformi online kbar ħafna u tiġi monitorjata l-aderenza mal-inizjattivi awtoregolatorji mmirati għall-protezzjoni tas-soċjetà minn kontenut dannuż, inkluż id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin.
1. Il-Bord, bl-involviment tal-Grupp ta’ Esperti, għandu jorganizza djalogu strutturat b’mod regolari bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jiddiskutu l-esperjenza u l-aqwa prattiki fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament sabiex:
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
(a) jitrawwem l-aċċess għal offerti varji tal-midja indipendenti fuq il-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix online kbar ħafna;
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
(b) tiġi mmonitorjata l-konformità ma’ inizjattivi awtoregolatorji mmirati lejn il-protezzjoni tas-soċjetà minn kontenut dannuż, inkluż id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni u l-interferenza tal-informazzjoni barranija;
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)
(c) jiġi eżaminat l-impatt potenzjali u reali tad-disinn u l-funzjonament tal-pjattaformi online kbar ħafna jew tal-magni tat-tiftix online kbar ħafna, tad-disinn u l-funzjonament tas-sistemi ta’ rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom u tal-proċessi ta’ moderazzjoni tal-kontenut u tad-deċiżjonijiet mill-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online kbar ħafna dwar il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja.
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Il-Bord għandu jirrapporta dwar ir-riżultati tad-djalogu lill-Kummissjoni.
2. Il-Bord għandu jippreżenta r-rapport dwar ir-riżultati tad-djalogu lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn ir-riżultati għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 19 – titolu
Dritt ta’ personalizzazzjoni tal-offerta tal-midja awdjoviżiva
Dritt ta’ personalizzazzjoni tal-offerta tal-midja awdjo u awdjoviżiva
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
1. L-utenti għandu jkollhom id-dritt li jbiddlu faċilment il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti ta’ kull apparat jew interfaċċa tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom biex jadattaw l-offerta tal-midja awdjoviżiva skont l-interessi jew il-preferenzi tagħhom f’konformità mal-liġi. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/UE.
1. L-utenti għandu jkollhom id-dritt li jbiddlu faċilment il-konfigurazzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew tal-applikazzjonijiet li jippermettu lill-utenti jaċċessaw dawn is-servizzi fuq interfaċċa tal-utent jew fuq apparati, inklużi remote controls, li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjo jew awdjoviżiva u l-użu tagħhom biex jadattaw l-offerta tal-midja awdjo jew awdjoviżiva skont l-interessi jew il-preferenzi tagħhom f’konformità mal-liġi. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 7a u 7b tad-Direttiva 2010/13/UE.
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2
2. Meta jqiegħdu l-apparati u l-interfaċċi tal-utent imsemmija fil-paragrafu 1 fis-suq, il-manifatturi u l-iżviluppaturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu jinkludu funzjonalità biex l-utenti jkunu jistgħu jibdlu liberament u faċilment il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti li jikkontrollaw jew li jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva offruti u l-użu tagħhom.
2. Kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq apparati, inkluż remote controls, jew interfaċċi tal-utent imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tiżgura li dawn ikunu jinkludu funzjonalità li tippermetti lill-utenti jibdlu liberament u faċilment, fi kwalunkwe ħin, il-konfigurazzjonijiet u l-layout prestabbilit, inkluż il-konfigurazzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew tal-applikazzjonijiet li jippermettu lill-utenti jaċċessaw tali servizzi, li jikkontrollaw jew li jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva offruti u l-użu tagħhom. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għandhom japplikaw skont dan.
2a. Kwalunkwe persuna li tħaddem l-apparati kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew l-interfaċċi tal-utent għandha tiżgura li l-identità tal-fornitur tas-servizzi tal-midja li jkollu r-responsabbiltà editorjali għal servizz tal-midja tkun viżibbli u identifikabbli b’mod konsistenti u ċar, dment li din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta mill-fornitur ta’ servizzi tal-midja rilevanti.
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
1. Kull miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meħuda minn Stat Membru li tista’ taffettwa l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq intern għandha tkun ġustifikata u proporzjonata kif xieraq. Dawk il-miżuri għandhom ikunu motivati, trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji.
1. Kull miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meħuda minn Stat Membru li tista’ taffettwa l-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fir-rigward jew tal-forniment jew tal-operat tas-servizzi tal-midja tagħhom fis-suq intern għandha tkun ġustifikata u proporzjonata kif xieraq. Dawk il-miżuri għandhom ikunu motivati, trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2
2. Kull proċedura nazzjonali użata għall-finijiet ta’ tħejjija jew adozzjoni ta’ miżura regolatorja jew amministrattiva kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għal perjodi taż-żmien ċari stabbiliti minn qabel.
2. Kull proċedura nazzjonali użata għall-finijiet ta’ tħejjija jew adozzjoni ta’ miżura regolatorja jew amministrattiva kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għal perjodi taż-żmien ċari stabbiliti minn qabel. Dawn il-perjodi ta’ żmien għandhom ikunu twal biżżejjed biex jiżguraw li dawn il-miżuri u l-konsegwenzi tagħhom ikunu jistgħu jitqiesu kif xieraq u li l-fornituri tas-servizzi tal-midja affettwati direttament ikunu jistgħu jipprovdu rispons dwarhom.
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3
3. Mingħajr preġudizzju u apparti d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kull fornitur tas-servizzi tal-midja soġġett għal miżura amministrattiva jew regolatorja msemmija fil-paragrafu 1 li tirrigwardah individwalment u direttament għandu jkollu d-dritt li jappella kontra dik il-miżura quddiem korp tal-appell. Dak il-korp għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tiegħu ta’ kwistjonijiet li jinstemgħu quddiemu. Għandu jkollu l-għarfien espert xieraq biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv.
3. Mingħajr preġudizzju u apparti d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kull fornitur tas-servizzi tal-midja soġġett għal miżura amministrattiva jew regolatorja msemmija fil-paragrafu 1 li tirrigwardah individwalment u direttament għandu jkollu d-dritt li jappella kontra dik il-miżura quddiem korp tal-appell, li jista’ jkun qorti tal-ġustizzja. Dak il-korp għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tiegħu ta’ kwistjonijiet li jinstemgħu quddiemu. Għandu jkollu l-għarfien espert u l-finanzjament xierqa biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv u biex iwieġeb għal kwalunkwe appell f’waqtu. Tali korpi tal-appell jistgħu jqisu l-opinjonijiet maħruġa mill-Bord dwar il-kwistjoni.
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4
4. Il-Bord, meta jintalab mill-Kummissjoni, għandu jfassal opinjoni dwar miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva nazzjonali li aktarx taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Wara l-opinjoni tal-Bord, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni. L-opinjonijiet tal-Bord u, meta applikabbli, tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
4. Il-Bord, fuq inizjattiva proprja jew meta jintalab mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew, għandu jfassal opinjoni dwar miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva nazzjonali li aktarx taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja jew tħalli impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja jew l-indipendenza editorjali. Wara l-opinjoni tal-Bord, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni. L-opinjonijiet tal-Bord u, meta applikabbli, tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 5
5. Meta awtorità jew korp nazzjonali jadottaw miżura li taffettwa individwalment u direttament lil fornitur tas-servizzi tal-midja u li aktarx taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, dawn għandhom jikkomunikaw, meta jintalbu mill-Bord, u meta applikabbli, mill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed u b’mezzi elettroniċi, kull informazzjoni rilevanti, inkluż is-sommarju tal-fatti, il-miżura tagħhom, ir-raġunijiet li fuqhom l-awtorità jew il-korp nazzjonali jkunu bbażaw il-miżura tagħhom u, meta applikabbli, il-fehmiet ta’ awtoritajiet ikkonċernati oħra.
5. Meta awtorità jew korp nazzjonali jadottaw miżura li taffettwa direttament lil fornitur tas-servizzi tal-midja u li aktarx taffettwa l-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jew il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, dawn għandhom jikkomunikaw, meta jintalbu mill-Bord, u meta applikabbli, mill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed u b’mezzi elettroniċi, kull informazzjoni rilevanti, inkluż is-sommarju tal-fatti, il-miżura tagħhom, ir-raġunijiet li fuqhom l-awtorità jew il-korp nazzjonali jkunu bbażaw il-miżura tagħhom u, meta applikabbli, il-fehmiet ta’ awtoritajiet jew korpi kkonċernati oħra. Fuq talba minn fornitur tas-servizzi tal-midja affettwat direttament minn miżura meħuda minn Stat Membru, il-Bord għandu joħroġ opinjoni dwar il-miżura kkonċernata.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom, regoli sostantivi u proċedurali li jiżguraw valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali. Dawn ir-regoli għandhom:
L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, regoli sostantivi u proċedurali li jiżguraw valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali. Dawn ir-regoli għandhom:
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) jeżiġu li l-partijiet fil-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jinnotifikaw dik il-konċentrazzjoni bil-quddiem lill-awtoritajiet jew lill-korpi nazzjonali rilevanti;
(b) jeżiġu li l-partijiet fil-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jinnotifikaw dik il-konċentrazzjoni bil-quddiem lill-awtoritajiet jew lill-korpi nazzjonali rilevanti;
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c) jiddeżinjaw l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali bħala responsabbli għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ konċentrazzjoni notifikabbli fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jew jiżguraw l-involviment tal-awtorità jew tal-korp regolatorju nazzjonali f’dik il-valutazzjoni;
(c) jiddeżinjaw l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali bħala responsabbli għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jew jiżguraw l-involviment sostanzjali tagħhom f’tali valutazzjoni jew jirrikjedu li jikkonsultaw ma’ awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali oħra tal-Istat Membru li jistgħu jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja;
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d) jistabbilixxu minn qabel kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati għan-notifika tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali.
(d) jistabbilixxu minn qabel kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati għan-notifika u l-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali;
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) jispeċifikaw minn qabel perjodu ta’ żmien raġonevoli sa meta l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali li jwettaq il-valutazzjoni għandhom ilestu l-valutazzjoni, filwaqt li jqisu l-perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-involviment tal-Bord, tal-Kummissjoni, jew tat-tnejn li huma, f’konformità mal-paragrafi 4 u 5;
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)
(db) jispeċifikaw il-konsegwenzi jekk il-valutazzjoni ma titlestiex sa tmiem il-perjodu msemmi fil-punt (da).
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Fil-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin:
2. Fil-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq il-pluraliżmu tal-midja, inkluż l-effetti tagħha fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika u fuq id-diversità tal-atturi tal-midja fis-suq, filwaqt li jitqiesu l-ambjent online u l-interessi, ir-rabtiet jew l-attivitajiet tal-partijiet f’negozji oħra tal-midja jew mhux tal-midja;
(a) l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq il-pluraliżmu tal-midja fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, inkluż il-firxa ġeografika tagħha u l-effetti tagħha fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika u fuq id-diversità tal-atturi tal-midja fis-suq u tal-kontenut, filwaqt li jitqiesu l-ambjent online u l-interessi, ir-rabtiet jew l-attivitajiet tal-partijiet f’negozji oħra tal-midja jew mhux tal-midja;
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt b
(b) is-salvagwardji għall-indipendenza editorjali, inkluż l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq il-funzjonament tat-timijiet editorjali u fuq l-eżistenza ta’ miżuri mill-fornituri tas-servizzi tal-midja meħuda biex tkun żgurata l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali;
(b) is-salvagwardji għall-indipendenza editorjali, inkluż l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq il-funzjonament tat-timijiet editorjali u fuq l-eżistenza ta’ miżuri mill-fornituri tas-servizzi tal-midja meħuda biex ikunu żgurati l-istandards etiċi u professjonali u l-indipendenza u tad-deċiżjonijiet editorjali;
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa bħala parti mir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt u l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja biex jiġu identifikati, analizzati u vvalutati r-riskji għal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja fl-Istati Membri.
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni, assistita mill-Bord, tista’ toħroġ linji gwida dwar il-fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu applikati l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali mill-awtoritajiet jew mill-korpi regolatorji nazzjonali.
3. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Bord, għandha toħroġ linji gwida li jridu jitqiesu mill-awtoritajiet jew mill-korpi regolatorji nazzjonali fil-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4
4. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandhom jikkonsultaw mal-Bord bil-quddiem dwar kull opinjoni jew deċiżjoni li jkun beħsiebhom jadottaw, filwaqt li jivvalutaw l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali ta’ konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja meta dawk il-konċentrazzjonijiet ikunu jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern.
4. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Bord qabel ma jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u għandhom jikkonsultaw mal-Bord qabel ma joħorġu xi opinjoni jew jieħdu xi deċiżjoni li jkun beħsiebhom jadottaw dwar l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali ta’ konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja jew meta dawk il-konċentrazzjonijiet ikunu jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 5
5. Fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi l-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Bord għandu jfassal opinjoni dwar l-abbozz ta’ opinjoni jew ta’ deċiżjoni nazzjonali msemmija fih, filwaqt li jqis l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 u jibgħat dik l-opinjoni lill-awtorità konsultattiva u lill-Kummissjoni.
5. Fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi l-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Bord għandu jfassal opinjoni dwar l-abbozz ta’ opinjoni jew ta’ deċiżjoni nazzjonali msemmija fih, filwaqt li jqis l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 u jibgħat dik l-opinjoni lill-awtorità jew lill-korp konsultattiv u lill-Kummissjoni.
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 6
6. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iqisu bis-sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 5. Meta dik l-awtorità ma ssegwix l-opinjoni, kollha jew parti minnha, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni motivata lill-Bord u lill-Kummissjoni biex tispjega l-pożizzjoni tagħha fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi dik l-opinjoni. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni.
6. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iqisu bis-sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 5. Meta dik l-awtorità ma ssegwix l-opinjoni, kollha jew parti minnha, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni motivata lill-Bord u lill-Kummissjoni biex tispjega l-pożizzjoni tagħha fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi dik l-opinjoni. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali kompetenti għandhom, fi żmien erba’ ġimgħat minn meta jirċievu tali opinjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni r-raġunijiet għaliex ma jsegwuhiex kompletament jew parzjalment.
6a. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu lill-entitajiet involuti f’konċentrazzjoni tas-suq tal-midja biex jieħdu impenji rigward is-salvagwardja tal-pluraliżmu tal-midja u tal-indipendenza editorjali abbażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1
1. Meta ma ssirx valutazzjoni jew konsultazzjoni skont l-Artikolu 21, il-Bord, meta jintalab mill-Kummissjoni, għandu jfassal opinjoni dwar l-impatt ta’ konċentrazzjoni tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, meta konċentrazzjoni tas-suq tal-midja aktarx tkun taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Il-Bord għandu jibbaża l-opinjoni tiegħu fuq l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 21(2). Il-Bord jista’ jġib il-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja għall-attenzjoni tal-Kummissjoni.
1. Meta ma ssirx valutazzjoni jew konsultazzjoni skont l-Artikolu 21, il-Bord, fuq inizjattiva proprja jew meta jintalab mill-Kummissjoni, għandu jfassal opinjoni dwar l-impatt ta’ konċentrazzjoni tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, meta, skont il-valutazzjoni preliminari tiegħu stess jew il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, il-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja aktarx tkun taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Il-Bord għandu jibbaża l-opinjoni tiegħu fuq l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 21(2). Il-Bord għandu jressaq tali konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja għall-attenzjoni tal-Kummissjoni.
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2
2. Wara l-opinjoni tal-Bord, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni.
2. Wara l-opinjoni tal-Bord, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni. L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali kompetenti għandhom, fi żmien erba’ ġimgħat minn meta jirċievu tali opinjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni r-raġunijiet għaliex ma jsegwuhiex kompletament jew parzjalment.
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3
3. L-opinjonijiet tal-Bord u, meta applikabbli, tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
3. L-opinjonijiet tal-Bord u tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 22a (ġdid)
Artikolu 22a
Atti delegati
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni.Din jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha.Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. Is-sistemi u l-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-imparzjalità, tal-inklużività, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tal-verifikabbiltà.
1. Is-sistemi u l-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-imparzjalità, tal-inklużività, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni, tal-komparabbiltà u tal-verifikabbiltà. Il-kejl tal-udjenzi għandu jitwettaq f’konformità mal-mekkaniżmi awtoregolatorji miftiehma b’mod konġunt u aċċettati b’mod wiesa’ fl-industrija tal-midja.
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2
2. Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tal-impriżi, il-fornituri tas-sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed u bla ħlas, lill-fornituri tas-servizzi tal-midja u lir-reklamaturi, u lil partijiet terzi awtorizzati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u mir-reklamaturi, informazzjoni akkurata, dettaljata, komprensiva, intelliġibbli u aġġornata dwar il-metodoloġija użata mis-sistemi tagħhom tal-kejl tal-udjenzi. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.
2. Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tal-impriżi, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943, il-fornituri tas-sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed u bla ħlas, lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, u lir-reklamaturi kif ukoll lil partijiet terzi awtorizzati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u mir-reklamaturi, informazzjoni akkurata, dettaljata, komprensiva, intelliġibbli u aġġornata dwar il-metodoloġija użata mis-sistemi tagħhom tal-kejl tal-udjenzi.Il-fornituri tas-sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jipprovdu, mingħajr ħlas lil kull fornitur tas-servizzi tal-midja, il-kejl tal-udjenzi relatat mal-kontenut u s-servizzi tiegħu. Korp indipendenti għandu jivverifika darba fis-sena l-metodoloġija użata mis-sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi u l-applikazzjoni ta’ dik il-metodoloġija. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.
2a. Id-data tal-kejl tal-udjenzi pprovduta lill-fornituri tas-servizzi tal-midja għandha tkun granulari daqs l-informazzjoni pprovduta mill-mekkaniżmi awtoregolatorji tal-industrija, inkluż data mhux aggregata.
Emenda 265 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3
3. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom iħeġġu t-tfassil ta’ kodiċijiet ta’ kondotta mill-fornituri tas-sistemi għall-kejl tal-udjenzi, flimkien mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u ma’ kull parti interessata oħra, li jkunu maħsubin biex jgħinu għall-konformità mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1, inkluż billi jippromwovu awditjar indipendenti u trasparenti.
3. Il-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi, flimkien mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, mal-pjattaformi online u ma’ kull parti interessata oħra, għandhom ifasslu kodiċijiet ta’ kondotta, bl-appoġġ ta’ awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali li jkunu maħsubin biex jgħinu għall-konformità mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1, inkluż billi jippromwovu awditjar indipendenti u trasparenti. Dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jipprevedu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-konformità mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1. Meta jifasslu l-kodiċijiet ta’ kondotta, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-midja fuq skala żgħira sabiex jiġi żgurat li l-udjenzi tagħhom jitkejlu kif xieraq.
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni, assistita mill-Bord, tista’ toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni prattika tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni, assistita mill-Bord, għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni prattika tal-paragrafi 1, 2 u 3, filwaqt li tqis il-kodiċijiet ta’ kondotta kif imsemmi fil-paragrafu 3.
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 5
5. Il-Bord għandu jrawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki relatati mal-varar ta’ sistemi tal-kejl tal-udjenzi bi djalogu regolari bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi u partijiet interessati oħra.
5. Il-Bord għandu jrawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki relatati mal-varar ta’ sistemi tal-kejl tal-udjenzi permezz ta’ djalogu regolari bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi, il-fornituri tas-servizzi tal-midja u partijiet interessati oħra.
5a. L-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-udjenzi għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardahom kif previst fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 269 Proposta għal regolament Artikolu 24 – titolu
Allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat
Allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi għar-reklamar u x-xiri mill-Istat
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
1. Il-fondi pubbliċi jew kull konsiderazzjoni jew vantaġġ ieħor mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi lil fornituri tas-servizzi tal-midja għall-finijiet ta’ reklamar għandhom jingħataw skont kriterji trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji u bi proċeduri miftuħin, proporzjonati u nondiskriminatorji. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa r-regoli dwar l-akkwist pubbliku.
1. Il-fondi pubbliċi jew kull konsiderazzjoni jew vantaġġ ieħor allokat mill-awtoritajiet pubbliċi lil fornituri tas-servizzi tal-midja, fornituri ta’ pjattaformi online u fornituri tal-magni tat-tiftix online għall-finijiet ta’ reklamar u xiri għandhom jingħataw skont kriterji trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji u bi proċeduri miftuħin, proporzjonati u nondiskriminatorji. Tali finanzjament pubbliku allokat għall-finijiet ta’ reklamar lil fornitur uniku tas-servizzi tal-midja, inkluż lil fornitur ta’ pjattaforma online jew lil fornitur ta’ magna tat-tiftix online, ma għandux jaqbeż il-15 % tal-baġit totali allokat mill-awtorità pubblika lill-fornituri kollha tas-servizzi tal-midja li joperaw fil-livell nazzjonali. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa r-regoli dwar l-akkwist pubbliku jew l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
1a. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li l-kriterji u l-proċeduri użati biex tiġi determinata l-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-pjattaformi online u lill-magni tat-tiftix online f’konformità mal-paragrafu 1 isiru disponibbli għall-pubbliku minn qabel b’mezzi elettroniċi u faċli għall-utent. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsultaw lill-Bord u lill-partijiet ikkonċernati tal-midja nazzjonali dwar l-iżvilupp tal-metodoloġija għal tali kriterji u proċeduri.
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-awtoritajiet pubbliċi, inkluż il-gvernijiet nazzjonali, federali jew reġjonali, l-awtoritajiet regolatorji jew il-korpi, u l-intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew gvernijiet lokali ta’ entitajiet territorjali ta’ aktar minn miljun (1) abitant, għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni akkurata, komprensiva, intelliġibbli, dettaljata u annwali dwar in-nefqa tagħhom fuq ir-reklamar allokata lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, li għandha tinkludi tal-anqas id-dettalji li ġejjin:
2. L-awtoritajiet pubbliċi, inkluż fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, federali, reġjonali jew lokali, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, u l-intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali, għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, permezz ta’ mezzi elettroniċi u faċli għall-utent, informazzjoni akkurata, komprensiva, intelliġibbli, dettaljata u annwali dwar l-infiq għar-reklamar u x-xiri tagħhom allokat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, li għandha tinkludi tal-anqas id-dettalji li ġejjin:
Emenda 273 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-ismijiet legali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, tal-fornituri tal-pjattaformi online jew tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online li mingħandhom inkisbu s-servizzi tar-reklamar u x-xiri;
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) raġunament qasir tal-kriterji u l-proċeduri applikati għall-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi għall-finijiet ta’ reklamar u xiri mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online jew lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online;
Emenda 275 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-ammont annwali totali minfuq, u l-ammonti minfuqa ta’ kull fornitur tas-servizzi tal-midja.
(b) l-ammont annwali totali minfuq, u l-ammonti minfuqa ta’ kull fornitur tas-servizzi tal-midja, fornitur tal-pjattaformi online jew fornitur tal-magni tat-tiftix online;
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) reklamar mill-Istat u appoġġ finanzjarju mill-Istat allokati lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online jew lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online;
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb) dettalji tad-dħul minn kuntratti ma’ korpi statali riċevuti minn kumpaniji li jappartjenu għall-istess raggruppament ta’ negozju bħall-fornitur ta’ servizzi tal-midja.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3
3. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat fis-swieq tal-midja. Biex tiġi vvalutata l-akkuratezza tal-informazzjoni dwar ir-reklamar mill-Istat li tkun saret disponibbli skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu aktar informazzjoni mingħand l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, inkluż informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-allokazzjoni tal-finanzjament mill-Istat fis-swieq tal-midja u lill-fornituri tal-pjattaformi online u l-fornituri ta’ magni tat-tiftix online. Biex tiġi vvalutata l-akkuratezza tal-informazzjoni dwar l-infiq mill-Istat li tkun saret disponibbli skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu aktar informazzjoni mingħand l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, inkluż informazzjoni aktar dettaljata dwar l-applikazzjoni tal-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.
3a. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali li jimmonitorjaw l-allokazzjoni tan-nefqa mill-Istat għandhom jirrapportaw kull sena b’mod dettaljat u intelliġibbli dwar l-allokazzjoni tan-nefqa mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri tal-pjattaformi online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online mid-dettalji stabbiliti fil-paragrafu 2. Ir-rapporti annwali għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli.
3b. L-allokazzjoni tan-nefqa mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, lill-fornituri ta’ pjattaformi online u lill-fornituri ta’ magni tat-tiftix online għall-finijiet ta’ messaġġi ta’ emerġenza minn awtoritajiet pubbliċi għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ladarba s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tkun intemmet. Tali allokazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ indipendenti tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, inkluż tar-riskji u l-progress fil-funzjonament u fir-reżiljenza tiegħu. Is-sejbiet tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-Bord.
1. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Bord, għandha tiżgura monitoraġġ indipendenti u kontinwu tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, fir-rigward tal-funzjonament u tar-reżiljenza tiegħu, tar-riskji għalih u tal-progress tiegħu fil-qasam tal-libertà tal-midja u tal-pluraliżmu tal-midja. Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi korpi Ewropej b’għarfien espert rilevanti fil-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja f’dak l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ.
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt a
(a) analiżi dettaljata tar-reżiljenza tas-swieq tal-midja tal-Istati Membri kollha, inkluż fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-midja u tar-riskji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ interferenza mill-barranin;
(a) iqis analiżi dettaljata tar-reżiljenza tas-swieq tal-midja tal-Istati Membri kollha, inkluż ħarsa ġenerali tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-midja u tar-riskji għall-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, fosthom manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ interferenza;
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt b
(b) ħarsa ġenerali u valutazzjoni li tħares ’il quddiem tar-reżiljenza tas-suq intern tas-servizzi tal-midja b’mod ġenerali;
(b) jinkludi ħarsa ġenerali u valutazzjoni li tħares ’il quddiem tar-reżiljenza tas-suq intern tas-servizzi tal-midja b’mod ġenerali, inkluż fir-rigward tal-grad ta’ konċentrazzjoni tas-suq;
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) jinkludi valutazzjoni kontinwa u dettaljata tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 3, 4 u 7;
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt c
(c) ħarsa ġenerali tal-miżuri meħuda mill-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali.
(c) jinkludi ħarsa ġenerali tal-miżuri meħuda mill-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali;
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi għar-reklamar u x-xiri mill-Istat;
Emenda 289 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)
(cb) jinkludi ħarsa ġenerali tal-miżuri nazzjonali li jaffettwaw il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, filwaqt li jqis l-indipendenza politika u l-aċċessibbiltà tagħhom;
Emenda 290 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt cc (ġdid)
(cc) jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni u l-impatt tal-funzjonalità tal-pjattaformi online kbar ħafna għall-fornituri tas-servizzi tal-midja rikonoxxuti kif imsemmi fl-Artikolu 17;
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 – punt cd (ġdid)
(cd) jivvaluta l-indipendenza tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali.
3a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ twissija faċli biex jintuża u disponibbli għall-pubbliku biex jiġu identifikati r-riskji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4
4. Il-monitoraġġ għandu jsir kull sena, u r-riżultati tiegħu għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.
4. Il-monitoraġġ għandu jsir kull sena. Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu ppreżentati kull sena lill-Parlament Ewropew u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1
1. Fi żmien [erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u mbagħad kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
1. Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, inkluż dwar is-sejbiet u l-miżuri ta’ segwitu li għandhom jittieħdu.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkombinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D090638/03 – 2023/2809(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkombinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D090638/03),
– wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u 19(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-3 ta’ Lulju 2023, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tat-8 ta’ Settembru 2023, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(2),
— wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurtà fl-Ikel (EFSA) fl- 4 ta’ Lulju 2022, u ppubblikata fit-12 ta’ Awwissu 2022(3),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (‘OĠM’)(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi fil-31 ta’ Mejju 2018, Dow AgroSciences Europe, ibbażata fir-Renju Unit, ressqet, f’isem Dow AgroSciences LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”) għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 (“il-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla”), f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kienet tikkonċerna wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
B. billi l-applikazzjoni kienet tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn ħamsa u għoxrin subkombinazzjoni tal-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla; billi sittax minn dawk is-subkombinazzjonijiet diġà ġew awtorizzati;
C. billi fl-4 ta’ Lulju 2022, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b’rabta mal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla, li ġiet ippubblikata fit-12 ta’ Awwissu 2022;
D. billi l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla fih ġeni li jikkawżaw reżistenza għal erba’ erbiċidi (erbiċidi abbażi tal-glufosinat-ammonju, erbiċidi li fihom il-glifosat, erbiċidi bl-aryloxyphenoxypropionate (AOPP) u 2,4-D) u jipproduċu sitt proteini tal-insettiċidi (“tossini Bt”)(5);
Nuqqas ta’ valutazzjoni tal-erbiċida komplementari, inklużi l-effetti kumulattivi
E. billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013(6) jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment relevanti għal pjanti tolleranti għall-erbiċidi;
F. billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi għadd ta’ studji juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li joħroġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(7);
G. billi l-għelejjel ĠM tolleranti għal erbiċida jimblukkaw lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira kompletament dipendenti fuq l-erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob primjum għaż-żrieragħ ĠM li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru tali żerriegħa jbexxu wkoll l-erbiċida komplementari; billi dipendenza akbar fuq erbiċida komplementari f’azjendi agrikoli li jħawlu l-għelejjel ĠM jaċċelleraw l-emerġenza u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ saħansitra aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”;
H. billi l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi se jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ fuq u ta’ taħt l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi tal-erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;
I. billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018;
J. billi f’Novembru 2015 l-EFSA kkonkludiet li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u f’Marzu 2017 l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi reċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat(9);
K. billi artikolu xjentifiku rieżaminat bejn il-pari minn espert involut fl-iżvilupp ta’ pjanti ĠM iqajjem dubji dwar is-sikurezza tal-għelejjel ĠM tolleranti għat-2,4-D minħabba d-degradazzjoni tiegħu fi prodotti ta’ dekompożizzjoni ċitotossiċi(10);
L. billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u l-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“il-Bord tal-OĠM tal-EFSA”) u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għaldaqstant it-tossiċità tal-metaboliti, jistgħu jiġu affettwati mill-modifika ġenetika stess(11);
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
M. billi għadd ta’ studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista’ jkollhom karatteristiċi aġġuvanti(12), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta’ proteini oħra li jiġu f’kuntatt magħhom;
N. billi studju xjentifiku sab li t-tossiċità tat-tossini Bt tista’ tissaħħaħ ukoll permezz ta’ interazzjoni mar-residwi mill-bexx bl-erbiċidi, u li aktar studji huma meħtieġa dwar l-effetti kombinatorji ta’ events ta’ trasformazzjoni multiplu (għelejjel ĠM li ġew immodifikati biex ikunu tolleranti għall-erbiċidi u jipproduċu insettiċidi fil-forma ta’ tossini Bt)(13); billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta’ residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies, madanakollu, li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, u għalhekk, ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju;
Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira
O. billi, għall-kuntrarju tal-użu ta’ insettiċidi, meta l-esponiment ikun fiż-żmien tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta’ għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk mhux fil-mira għat-tossini Bt;
P. billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta’ azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa’ titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi(14); billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar ta’ organiżmi mhux fil-mira jiġu affettwati b’ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f’ħarsa ġenerali riċenti(15);
Kummenti tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u tal-partijiet ikkonċernati
Q. billi l-Istati Membri ssottomettew ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet xhur(16);
R. billi analiżi dettaljata minn organizzazzjoni tar-riċerka indipendenti sabet, fost l-oħrajn, li d-data pprovduta mill-applikant u aċċettata mill-EFSA mhijiex biżżejjed biex tikkonkludi dwar l-impatt tal-fatturi ambjentali, l-applikazzjonijiet tal-erbiċidi u l-isfond ġenetiku fuq l-espressjoni tal-ġeni, il-metaboliżmu tal-pjanti, il-kompożizzjoni tal-pjanti, jew fuq il-karatteristiċi agronomiċi u fenotipiċi; billi l-istess valutazzjoni sabet li l-EFSA ma jistax jingħad li tissodisfa r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effetti sinerġistiċi jew antagonistiċi potenzjali li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-eventi ta’ trasformazzjoni fir-rigward tat-tossikoloġija(17);
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
S. billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-Unjoni għall-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla żżid id-domanda għal din l-għalla, u b’hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema u tal-ambjent f’pajjiżi terzi; billi r-riskju akbar ta’ esponiment tal-ħaddiema u tal-ambjent huwa ta’ tħassib partikolari fir-rigward tal-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, minħabba l-volumi ogħla ta’ erbiċidi użati, inkluż il-glufosinat;
T. billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa(18); billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (“SDG tan-NU”) għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b’mod sostanzjali n-numru ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u t-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(19);
U. billi l-Unjoni, bħala parti għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU (“KDB tan-NU”), għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni jew il-kontroll tagħha ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta’ Stati oħra(20);
V. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni li tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi tali fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-SDGs tan-NU, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-KDB tan-NU;
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
W. billi l-vot fit-3 ta’ Lulju 2023 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma ta l-ebda opinjoni, jiġifieri l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġajta minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi l-votazzjoni tat-8 ta’ Settembru 2023 tal-Kumitat tal-Appell għal darba oħra ma tat l-ebda opinjoni;
X. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa tabilħaqq l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b’mod ġenerali iżda saret in-norma għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;
Y. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 34 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni tal-ebda minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu n-nuqqas ta’ rispett għall-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju;
Z. billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni tkompli tawtorizza l-importazzjonijiet ta’ għelejjel OĠM għall-ikel u l-għalf;
1. Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, huwa, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21), li jipprovdi l-bażi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-interessi ambjentali u tal-konsumatur, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
3. Jappella lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
4. Jappella lill-Kummissjoni ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, minħabba ż-żieda assoċjata fl-użu ta’ erbiċidi komplementari u għalhekk iż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, għas-sikurezza tal-ikel u għas-saħħa tal-ħaddiema;
5. Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għal użi ta’ ikel jew għalf ta’ kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi li huma pprojbiti fl-Unjoni, bħall-glufosinat, hija inkoerenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, is-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU, inkluż il-Qafas Globali tal-Bijodiversità Kunming-Montreal adottat reċentement(22);
6. Jistenna li l-Kummissjoni, b’urġenza, u fil-ħin għall-konklużjoni taħt din il-leġiżlatura, twettaq l-impenn tagħha(23) li tressaq proposta biex tiżgura li kimiċi perikolużi pprojbiti fl-Unjoni ma jiġux prodotti għall-esportazzjoni;
7. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra datata l-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM(24); jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madanakollu, li, minn dakinhar il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”(25);
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
–––––––––––––––––––––––––––––––––– Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu l-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba’ mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 22). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 29). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qoton ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 48). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 55). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 434, 15.11.2022, p. 42).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 6).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 14).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A5547-127 (ACS-GMØØ6-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 177, 17.5.2023, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom lift taż-żrieragħ żejtnija ġenetikament modifikat MON 94100 (MON-941ØØ-2), li jikkonsistu minnu jew magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0063).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0202).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87419 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0307).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0308).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).
Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact”, Environmental Management, Jannar 2016;57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years”, Environmental Sciences Europe, 28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Skont ir-“Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005” tal-EFSA, Ġurnal tal-EFSA 2018,16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263, dan huwa tabilħaqq il-każ għall-glifosat
Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252.
Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO environmental risk assessment”, Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta’ l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
F’Diċembru 2022, intlaħaq qbil dwar qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_22_7834).
Kif deskritt fl-anness tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità”,COM(2020)0667, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=COM%3A2020%3A667%3AFIN#document2.
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.
Qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162
204k
58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685, (UE) 2019/1305 u (UE) 2019/2087 fir-rigward tal-materjal ta’ referenza (D090639/03 – 2023/2810(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685, (UE) 2019/1305 u (UE) 2019/2087 fir-rigward tal-materjal ta’ referenza (D090639/03),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,
— wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-3 ta’ Lulju 2023, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tat-8 ta’ Settembru 2023, li fiha għal darb’ oħra ma ngħatat l-ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(2),
— wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-1 ta’ Settembru 2022, u ppubblikata fit-22 ta’ Settembru 2022(3),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (’OĠM’)(4),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/651/UE(5) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 (“il-qamħirrum ĠM”), li jikkonsistu minnu jew li huma magħmulin minnu; billi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni kopra wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM, għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
B. billi fit-12 ta’ Frar 2021, Syngenta Crop Protection NV/SA, ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni, f’isem Syngenta Crop Protection AG, ibbażata fl-Iżvizzera, lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni;
C. billi, fil-31 ta’ Mejju 2012, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-21 ta’ Ġunju 2012, fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali(6);
D. billi fl-1 ta’ Settembru 2022, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM, li ġiet ippubblikata fit-22 ta’ Settembru 2022;
E. billi l-qamħirrum ĠM ġie mfassal biex jipproduċi l-proteina VIP3a20 (“tossina Bt”), li hija tossika għal ċerti pesti lepidopteri;
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
F. billi t-tossiċità tat-tossina Bt ġiet ivvalutata abbażi ta’ studji dwar l-għalf, bl-użu biss tal-proteina Bt iżolata prodotta mill-batterji(7); billi ftit li xejn jista’ jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f’għadd ta’ studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto tletin sena ilu li wera li anke l-preżenza ta’ livelli estremament baxxi ta’ PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba(8);
G. billi din it-tossiċità msaħħa ma titqiesx fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li hija rilevanti għall-pjanti Bt approvati għall-importazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt u li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt ma jistgħux jiġu esklużi;
H. billi għadd ta’ studji juru li ġew osservati effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista’ jkollhom proprjetajiet(9) aġġuvanti, li jfisser li jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta’ proteini oħra li jiġu f’kuntatt magħhom;
I. billi fi privattiva maħruġa reċentement mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi(10), id-detentur tal-privattiva, Syngenta, isostni li l-qamħirrum li fih proteini VIP3 għandu t-tendenza li juri tnaqqis fil-fertilità; billi l-privattiva tiddikjara li: “VIP3 ġie osservat li jikkawża tnaqqis fil-fertilità tal-irġiel f’ċerti pjanti tal-qamħirrum imrobbija f’kundizzjonijiet normali ta’ tkabbir (...) Il-grad sa fejn titnaqqas il-fertilità tal-irġiel huwa affettwat ukoll minn fatturi ambjentali, bħad-disponibbiltà tal-ilma u t-temperatura. Fi tnaqqis ikkawżat mill-Vip3 fil-fertilità tal-irġiel, in-nixfa u l-kundizzjonijiet ta’ temperatura għolja jaggravaw it-tnaqqis fil-fertilità tal-irġiel”;
J. billi, peress li t-tnaqqis osservat tal-fertilità jidher li huwa aktar evidenti taħt nixfa u temperaturi għoljin, hija ipoteżi plawżibbli li t-tibdil fil-klima għandu jitqies bħala fattur rilevanti fil-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ pjanti ĠM li fihom ġeni VIP3, inkluż il-qamħirrum ĠM, li jirrikjedi li jitwettqu studji f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet ambjentali;
K. billi l-informazzjoni dwar it-tnaqqis fil-fertilità tqajjem għadd ta’ mistoqsijiet oħra li kellhom jiġu investigati bir-reqqa wkoll bħala parti mill-valutazzjoni mwettqa mill-EFSA, inkluż sa liema punt l-isfond ġenetiku tal-qamħirrum ĠM huwa affettwat mit-tnaqqis tal-fertilità u liema karatteristiċi oħra tal-qamħirrum ĠM jistgħu jiġu affettwati;
L. billi Syngenta naqset, madankollu, milli tiżvela din l-informazzjoni dwar tnaqqis fil-fertilità lill-EFSA bħala parti mill-proċess għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM;
M. billi, matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri ppreżentaw ħafna kummenti kritiċi għall-abbozz ta’ opinjoni tal-EFSA(11); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu li l-valutazzjoni tossikoloġika ma għandhiex informazzjoni dwar l-effetti riproduttivi jew ta’ żvilupp fit-tul, li kien hemm nuqqas ta’ analiżi fil-fond dwar id-differenzi sinifikanti osservati fil-valutazzjonijiet agronomiċi u komparattivi, li d-data pprovduta mill-applikant mhijiex biżżejjed biex titlesta l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u li t-tikkettar estensiv tad-data bażika dwar il-bijosikurezza relatata mal-bijoloġija tal-qamħirrum ĠM bħala “informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali” mhuwiex aċċettabbli;
N. billi, matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għat-tiġdid, l-Istati Membri reġgħu ppreżentaw kummenti dwar l-abbozz ta’ opinjoni tal-EFSA(12); billi awtorità ta’ Stat Membru li tikkummenta dwar it-tiġdid sabet li l-valutazzjoni tar-riskju ma tistax tiġi ffinalizzata minħabba li kienet nieqsa informazzjoni importanti, speċjalment dwar l-ispeċifiċità u t-tossiċità tal-proteina insettiċidi Vip3Aa20 u għall-mogħdijiet kollha ta’ esponiment, minbarra għat-telf u t-tixrid, u li l-pjan ta’ monitoraġġ u r-rapporti ta’ monitoraġġ mill-2013 sal-2020 għandhom ħafna nuqqasijiet u la huma konformi mad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u l-linji gwida korrispondenti u lanqas mal-gwida tal-EFSA tal-2011 dwar il-monitoraġġ ambjentali ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ pjanti ġenetikament modifikati;
O. billi l-użu tal-għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu kemm ta’ organiżmi fil-mira kif ukoll mhux fil-mira għat-tossini Bt; billi l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi; billi l-użu wiesa’ tal-għelejjel Bt ĠM qed iwassal għal żieda fir-reżistenza tal-pesti fil-mira;
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
P. billi l-votazzjoni fit-3 ta’ Lulju 2023 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tat-8 ta’ Settembru 2023 tal-Kumitat ta’ Appell ma tat ebda opinjoni;
Q. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li hija verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b’mod ġenerali iżda saret in-norma għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM, huwa problematiku;
R. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 34 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu n-nuqqas ta’ rispett għall-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju;
S. billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni tkompli tawtorizza l-importazzjonijiet ta’ għelejjel OĠM għall-ikel u l-għalf;
1. Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
4. Jistieden lill-EFSA tinvestiga d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi minn transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u twessa’ l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis bis-sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kombinatorji kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;
5. Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x’aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma’ dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b’tessuti mill-pjanta ĠM;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
–––––––––––––––––––––––––––––––––– Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba’ mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mll-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mll-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 22). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 29). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 48).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 55). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 434, 15.11.2022, p. 42).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 6).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 14).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A5547-127 (ACS-GMØØ6-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 177, 17.5.2023, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom lift taż-żrieragħ żejtnija ġenetikament modifikat MON 94100 (MON-941ØØ-2), li jikkonsistu minnu jew magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0063).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0202).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87419 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0307).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0308).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Ottubru 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, jew li jikkonsistu minn qamħirrum MIR162 (SYN-IR162-4) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew li jkunu prodotti minnu (ĠU L 290, 20.10.2012, p. 14).
Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252.
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta’ l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
L-iżgurar li t-trasport Ewropew jiffunzjona għan-nisa
230k
79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar li t-trasport Ewropew jiffunzjona għan-nisa (2022/2140(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 8, 10, 19, 91, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, b’mod partikolari l-SDG 5 u l-miri u l-indikaturi tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979,
– wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE mill-1975 ’il quddiem dwar diversi aspetti ta’ trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali(1), id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu(2), id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi(3), id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol(4), id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE(5), id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE(6) u d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar(7) (Id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2009 intitolata “Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista’ tintuża faċilment” (COM(2009)0279),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 intitolata “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – Inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2021 intitolata “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi Triqitna lejn in-Newtralità Klimatika” (COM(2021)0550),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021 dwar il-Qafas il-ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana (COM(2021)0811),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perijodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b’diżabilità(10),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta’ wara l-kriżi(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri(12),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma Nru 298 tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) intitolat “Promoting the employment of women in the transport sector - Obstacles and policy options” (Il-Promozzjoni tal-impjieg tan-nisa fis-settur tat-trasport - Ostakoli u għażliet ta’ politika),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2021 intitolata “Qafas ta’ Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 – Rakkomandazzjonijiet dwar il-passi li jmiss lejn “Viżjoni Żero”(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023 dwar l-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE favur l-użu tar-roti(14),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2018-2023 tal-Kunsill tal-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2022 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE),
– wara li kkunsidra l-istudju tad-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tas-16 ta’ Diċembru 2021 intitolat “Women and transport” (In-nisa u t-trasport),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2022 intitolat “Study on the social dimension of the future EU transport system regarding users and passengers – Final report” (Studju dwar id-dimensjoni soċjali tas-sistema futura tat-trasport tal-UE fir-rigward tal-utenti u l-passiġġieri – Rapport finali),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0239/2023),
A. billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tkun u fil-fatt hija valur ewlieni tal-UE; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija essenzjali għal stil ta’ ħajja Ewropew prosperu u sabiex iċ-ċittadini kollha jkunu magħqudin fid-diversità; billi l-politiki kollha tal-UE għandhom jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru, permezz tal-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u ta’ bbaġitjar skont il-ġeneru; billi l-EIGE jenfasizza speċifikament li kwistjonijiet ta’ integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru għandhom jiġu inklużi fit-tħejjija tal-politiki u tal-programmi kollha kif ukoll tan-nefqa relevanti kollha fuq pereżempju infrastruttura, filwaqt li jiġi nnutat li l-għan tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għandu japplika wkoll għas-settur tat-trasport;
B. billi fl-1 ta’ Jannar 2021, kien hemm 229 miljun mara u 219 miljun raġel fl-Unjoni Ewropea(15), fatt li għandu jiġi rifless f’miżuri ta’ politika tat-trasport u teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mat-trasport imfasslin apposta f’kull Stat Membru; billi huwa meħtieġ li jiġi mifhum it-tħassib speċifiku dwar il-ġeneri, bħall-bżonnijiet u l-esperjenzi tan-nisa, meta jiġu vvalutati t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki u tal-programmi tat-trasport fl-isferi politiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà kollha sabiex in-nisa, il-familji u l-unitajiet domestiċi fid-diversità kollha tagħhom, anzjani, żgħażagħ, nies b’diżabilità, persuni LGBTIQ+, persuni ta’ ġilda skura u gruppi vulnerabbli oħrajn jibbenefikaw b’mod ugwali u ma tiġix ipperpetwata l-inugwaljanza;
C. billi l-EIGE jenfasizza speċifikament li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru għandha tiġi inkluża fit-tħejjija tal-politiki u tal-programmi kollha kif ukoll fin-nefqa rilevanti, bħal fl-infrastruttura, filwaqt li jinnota li l-għan tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għandu japplika wkoll għas-settur tat-trasport;
D. billi diversi bliet madwar id-dinja qed isegwu politiki biex inaqqsu l-użu tal-karozzi u jagħtu prijorità lit-trasport pubbliku bħala mod kif jindirizzaw il-konġestjoni, it-tniġġis tal-arja u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; billi l-ħin tal-ivvjaġġar, is-sikurezza u l-ambjent mibni huma meqjusa bħala l-iktar fatturi kritiċi meta l-utenti jagħżlu l-modi tal-ivvjaġġar tagħhom; billi madankollu, il-ħin tal-ivvjaġġar meta wieħed juża t-trasport pubbliku huwa madwar tliet darbiet itwal milli meta wieħed juża l-karozza privata tiegħu u spiss dan ikun minħabba ħinijiet ta’ stennija twal għal karozzi tal-linja jew konġestjoni fi stazzjonijiet tal-metrò fil-ħinijiet meta jintuża l-iktar(16);
E. billi l-pandemija tal-COVID u l-lockdowns neċessarji relatati wrew lin-nies kif is-servizzi essenzjali li huma lokali u disponibbli b’mod ekwitabbli b’ostakoli minimi huma essenzjali għall-benesseri u għas-saħħa tal-komunità kollha, inkluż in-nisa, gruppi vulnerabbli, familji fid-diversità kollha tagħhom, il-ġenerazzjoni żagħżugħa u nies anzjani;
F. billi r-riċerka mwettqa madwar l-Istati Membri wriet li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fi spazji pubbliċi u fit-trasport kollettiv hija problema tassew sinifikanti u li l-miżuri ta’ sikurezza u l-appoġġ lill-vittma għadhom insuffiċjenti; billi, skont l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), sa 55 % tan-nisa fl-Unjoni Ewropea esperjenzaw fastidju sesswali fit-trasport pubbliku(17); billi hemm diversi rapporti ta’ attakki sesswali li saru f’modi tat-trasport differenti, pereżempju mis-sewwieqa ta’ pjattaformi ta’ ride-hailing u tat-taxis; billi dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-għażliet tat-trasport, l-impjieg, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet professjonali għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom;
G. billi fornituri tat-trasport b’ride-hailing jew bi pjattaformi għandhom responsabbiltà biex jgħinu sabiex iżommu lin-nies sikuri u huwa dmir tal-fornituri li jtejbu s-sikurezza minn perspettiva tal-ġeneru; billi t-teknoloġija tista’ tagħmel l-ivvjaġġar iktar sikur għan-nisa u għat-tfajliet permezz tal-ħidma ta’ inġiniera tas-sikurezza, inkluż inġiniera nisa, li żviluppaw karatteristiċi tas-sikurezza ġodda u innovattivi;
H. billi politiki tat-trasport imfassla ħażin jistgħu jiggravaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali eżistenti; billi għad hemm nuqqas ta’ data diżagreggata skont is-sess u l-ġeneru, kif ukoll ta’ data diżaggregata skont fatturi soċjoekonomiċi oħrajn bħad-dħul, l-arranġamenti ta’ għajxien u l-istatus tal-impjieg; billi għad hemm ukoll nuqqas ta’ analiżi tal-ġeneru b’rabta mat-trasport u l-mobbiltà madwar l-UE, kif ukoll ta’ data diżaggregata skont fatturi oħrajn bħall-età; billi dan in-nuqqas ta’ data diżaggregata jxekkel l-implimentazzjoni ta’ politiki tat-trasport immirati sew, reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u inklużivi għal individwi, familji u unitajiet domestiċi fid-diversità kollha tagħhom; billi data diżaggregata skont il-ġeneru tkun kontribut prezzjuż għall-iżvilupp ta’ politika tat-trasport li tindirizza d-differenzi tal-ġeneru kif xieraq; billi d-data li hija disponibbli attwalment mhux dejjem hija komparabbli u standardizzata u ma tistax tintuża b’mod effiċjenti; billi hija meħtieġa iktar riċerka fil-fond dwar il-fatturi psikoloġiċi u soċjali li jiddeterminaw il-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tan-nisa għall-użu ta’ modi tat-trasport; billi hija meħtieġa iktar data biex issir distinzjoni ċara bejn ix-xkiel u n-nuqqas ta’ opportunitajiet li jżommu lin-nisa milli jidħlu fis-settur tat-trasport u l-fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjoni tagħhom li jitilqu jew li jibqgħu fih;
I. billi l-perċentwal medju ta’ nisa li jaħdmu fis-settur tat-trasport madwar l-UE huwa ta’ madwar ta’ 22 %, b’varjazzjonijiet konsiderevoli ta’ din iċ-ċifra fost is-sottosetturi tat-trasport (triq, ajru, baħar) u l-Istati Membri; billi n-nisa jiffaċjaw iktar fastidju u vjolenza sesswali fit-trasport mill-irġiel, li iktarx hija waħda mir-raġunijiet li jispjegaw ir-rappreżentazzjoni limitata tan-nisa fit-trasport;
J. billi l-adozzjoni ta’ approċċ reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fl-ippjanar urban u t-twettiq ta’ analiżi tal-ġeneru tas-servizzi tat-trasport huma strumentali biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom; billi barra minn hekk, dan l-approċċ għandu l-potenzjal li jkun trasformattiv għall-utenti kollha, inkluż familji u unitajiet domestiċi fid-diversità kollha tagħhom, li ser ikunu jistgħu jaċċessaw l-opportunitajiet li joffru l-ibliet u r-reġjuni ultraperifiċi; filwaqt li fl-istess ħin jiġu ġġenerati benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali usa’; billi bilanċ tal-ġeneru mtejjeb u iktar diversità u inklużjoni jwasslu għal postijiet tax-xogħol b’diversità akbar, li jżid l-attrattività tal-impjiegi fit-trasport u l-kompetittività tas-settur tat-trasport inġenerali;
K. billi t-tniġġis tal-arja huwa responabbli għall-aċċelerazzjoni sinifikanti tal-osteoporożi fin-nisa; billi n-nisa b’massa tal-għadam imnaqqsa u bi żvilupp bikri tal-osteoporożi jinsabu f’riskju partikolari ta’ korriment fuq it-trasport pubbliku(18);
L. billi l-użu tat-trasport ivarja skont il-ġeneru, kif ukoll fatturi oħra, f’termini ta’ kumplessità, sostenibbiltà, frekwenza, modi, durata, skop, spiża, sikurezza, aċċessibbiltà u sigurtà; billi għalhekk, il-ġeneri differenti għandhom bżonnijiet u rekwiżiti tat-trasport differenti, spiss minħabba sterjotipi u inugwaljanzi bejn il-ġeneri li jippersistu, u jużaw it-traport pubbliku u l-karozzi b’modi differenti; billi n-nisa għandhom probabilità akbar li jkollhom xejriet tal-ivvjaġġar iktar ikkumplikati, jagħżlu t-trasport pubbliku iktar ta’ spiss u jagħmlu diversi waqfiet mat-triq, u għandhom probabilità akbar li jivvjaġġaw matul il-ħinijiet ta’ traffiku inqas intensiv, b’mod partikolari minħabba responsabbiltajiet ta’ indokrar; billi l-irġiel jagħżlu iktar ta’ spiss li jużaw trasport bil-karozza u huma iktar probabbli min-nisa li jkollhom rotta tal-ivvjaġġar ta’ kuljum diretta, b’31 % tan-nisa jużaw it-trasport pubbliku meta mqabbel ma’ 24 % tal-irġiel(19);
M. billi n-nisa għandhom it-tendenza li jgħixu iżjed fit-tul, li ġeneralment ifisser mobbiltà mnaqqsa u għalhekk iktar diffikultajiet biex jużaw is-servizzi tat-trasport;
N. billi qed tingħata wisq ftit attenzjoni lill-bżonnijiet tan-nisa fit-trasport pubbliku jew fl-ippjanar tal-infrastruttura; billi li jiġu mifhuma x-xejriet tat-trasport u l-mobbiltà tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom huwa fundamentali għall-iżvilupp ta’ politiki tat-trasport li jqisu kwistjonijiet ta’ ġeneru, li għandhom jipprovdu ambjent abilitanti għan-nisa biex jikkondividu modi tat-trasport sikuri, aċċessibbli, affidabbli, sostenibbli u mhux diskriminatorji; billi n-nisa huma sottorappreżentati bħala esperti u fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tat-trasport u fl-ippjanar tal-mobbiltà urbana;
O. billi l-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura b’mod sikur mhux dejjem huwa garantit għall-ħaddiema nisa fis-settur tat-trasport, speċjalment meta jibdew xogħol kmieni u/jew jispiċċaw tard billejl; billi l-fastidju sesswali u l-vjolenza abbażi ta’ ġeneru fit-trasport għandhom impatt fuq l-imġiba tan-nisa fl-ivvjaġġar; billi l-biżà minn fastidju f’postijiet pubbliċi mhijiex limitata biss għan-nisa u għat-tfajliet, iżda hija komuni wkoll fost individwi LGBTQI+ u tillimita l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom;
P. billi iktar nisa milli rġiel jużaw modi tat-trasport iktar kollettivi u sostenibbli, bħat-trasport pubbliku, il-mixi jew iċ-ċikliżmu, u spiss jagħmlu diversi vjaġġi fi vjaġġ wieħed, li jagħmilhom aġenti għall-aċċelerazzjoni tal-bidla fit-tranżizzjoni ekoloġika; billi dawn ir-rati ogħla ta’ mixi, meta jsir f’ambjent b’arja nadifa, jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq is-saħħa tan-nisa u tat-tfajliet, peress li l-mixi jservi biex inaqqas ir-riskji kardjovaskulari u l-kwalità mekkanika tal-vini;
Q. billi l-Missjoni dwar il-Bliet tal-Kummissjoni timmira li 100 belt tal-UE jkunu newtrali fil-klima sal-2030 b’diversi miżuri bħall-ħolqien ta’ ċentri tal-ibliet mingħajr karozzi biex in-nies jiġu megħjuna jkollhom aċċess imtejjeb għat-trasport pubbliku, għall-mobbiltà attiva u għal soluzzjonijiet tat-trasport b’emissjonijiet baxxi; billi l-ksib tal-SDGs dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandu jmur id f’id mar-rwol potenzjali eċċitanti li n-nisa jista’ jkollhom fl-għoti ta’ imbuttatura lid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport; billi l-eradikazzjoni tal-faqar tal-mobbiltà hija parti essenzjali tal-mira tal-Patt Ekoloġiku tal-UE li jiżgura tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura; billi n-nisa huma iktar probabbli li jbatu minn faqar tal-mobbiltà, b’mod partikolari l-ommijiet waħedhom (li jikkostitwixxu 85 % tal-familji b’ġenitur wieħed), gruppi minoritarji ta’ nisa, nisa bi dħul baxx, kif ukoll nisa xebbiet, nisa b’diżabilitajiet u nisa anzjani;
R. billi l-adozzjoni ta’ vetturi u ta’ teknoloġiji ta’ awtomaztizzazjoni ġodda għandha tikkunsidra l-bżonnijiet tan-nisa u żżid is-sikurezza u s-sostenibbiltà, u ma teskludix lil ċittadini li għandhom litteriżmu fl-IT baxx u aċċess limitat għall-internet;
S. billi s-soluzzjonijiet tas-software jistgħu joħolqu mudelli, jissimulaw, janalizzaw u jottimizzaw l-ekosistemi tal-mobbiltà u għaldaqstant, l-iżvilupp tagħhom għandu jqis il-bżonniijiet speċifiċi għall-ġeneri;
T. billi t-trasport sostenibbli, bħat-trasport pubbliku, speċjalment il-ferroviji lokali, u r-roti, jeħtieġ aċċess ugwali għas-servizzi ta’ mobbiltà permezz ta’ miżuri li jiżguraw l-affordabbiltà u iktar mobbiltà għal kulħadd, inkluż nies anzjani u persuni b’diżabilitajiet, u l-istess kwalità ta’ servizz f’żoni urbani u rurali;
U. billi s-sikurezza u l-konvenjenza huma fatturi ewlenin li jaqtgħu qalb in-nisa u t-tfajliet miċ-ċikliżmu; billi huma iktar probabbli li jużaw pushchairs jew li jibbenefikaw mill-possibbiltà li jużaw roti tat-tagħbija għal responsabbiltajiet ta’ indokrar; billi n-nisa huma iktar probabbli li jqisu s-sostenibbiltà u s-sikurezza meta jagħżlu l-mezzi tat-trasport tagħhom; billi n-nisa huma iktar probabbli li jagħżlu li jivvjaġġaw bir-rota f’postijiet fejn huma pprovduti korsiji għaċ-ċiklisti sikuri u kontinwi; billi infrastrutturi li jaġevolaw l-użu tar-roti, korsiji għaċ-ċiklisti u passaġġi għar-roti separati jżidu s-sikurezza u l-perċezzjoni tas-sikurezza u għalhekk iħeġġu lil parti akbar tal-popolazzjoni u speċjalment lin-nisa biex jużaw ir-rota; billi l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet għall-kondividżjoni ta’ roti faċli biex jintużaw joffru possibilitajiet ta’ vvjaġġar ġodda u eċċitanti, inkluż għal nies li jgħixu f’żoni rurali;
V. billi t-toroq ġeneralment mhumiex imfassla biex jiffavorixxu lin-nies, peress li spiss il-persuni bil-mixi jitqiesu ta’ importanza sekondarja, u fejn hemm faċilitajiet għall-persuni bil-mixi dawn spiss ma jkunux biżżejjed;
W. billi d-differenzi fl-istruttura tal-ġisem bejn l-irġiel u n-nisa huma fattur determinanti kruċjali fil-vulnerabbiltà f’każ ta’ ħabta ta’ karozza; billi l-irġiel huma inġenerali iktar probabbli li jkunu involuti f’ħabtiet ta’ karozzi, iżda n-nisa involuti f’ħabtiet għandhom probabbiltà ta’ 47 % akbar li jweġġgħu serjament, għandhom probabbiltà ta’ 71 % akbar li jweġġgħu b’mod moderat(20) u probabbiltà ta’ 17 % akbar li jmutu mill-irġiel(21); billi n-nisa huma wkoll darbtejn iktar probabbli mill-irġiel li jinqabdu f’vettura maħbuta(22); billi d-disinn ta’ vetturi u ta’ vaguni tal-ferroviji, inkluż karatteristiċi tas-sikurezza bħas-sedili tal-karozza u ċintorini tas-sikurezza, spiss jassumi forma fiżika akbar, ta’ raġel sterjotipiku, li jwassal għal inqas effiċjenza u inqas faċilità ta’ użu kif ukoll riskji ferm ogħla ta’ korriment serju u rati ta’ mwiet ogħla f’inċidenti għal dawk ta’ statura iżgħar, inkluż nisa u tfajliet; billi l-karozzi, iċ-ċintorini tas-sikurezza, is-sedili tal-karozza u l-boroż tal-arja ġew iddisinjati prinċipalment bl-użu ta’ manikini għal testijiet tal-kolliżjonijiet li huma bbażati b’mod bijoloġikament fidili fuq il-ġisem maskili; billi standards tat-testijiet tal-kolliżjonijiet reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru għadhom mhumiex legalment meħtieġa;
X. billi infrastrutturi tat-trasport b’ambjent tal-madwar imfassal sew u sikur fil-punti ta’ tranżitu (inkluż f’hubs u f’ċentri tat-trasport oħrajn) għandhom impatt pożittiv kemm fuq is-sikurezza reali kif ukoll fuq il-perċezzjoni tagħha(23);
Y. billi n-nisa u ġenituri u indokraturi oħrajn li jivvjaġġaw waħedhom bi trabi żgħar jew li jkunu telqu jimxu jiffaċċjaw sfidi loġistiċi addizzjonali matul kontrolli tas-sikurezza f’ajruporti u f’terminals internazzjonali oħrajn, ġol-ajruplan meta jużaw faċilitajiet sanitarji jew fl-iżbark; billi l-ivvjaġġar fuq it-trasport pubbliku huwa diffiċli jekk l-aċċess u l-ispazju għat-tfal fi prams u pushchairs ikunu limitati; billi n-nisa huma iktar probabbli li jbatu minn faqar tat-trasport, b’mod partikolari nisa waħedhom, nisa li huma parti minn gruppi ta’ minoranza, nisa bi dħul baxx, kif ukoll nisa waħedhom, nisa b’diżabilitajiet jew nisa anzjani;
Z. billi l-impjiegi, l-aċċess għal servizzi u l-inklużjoni soċjali huma marbutin mill-qrib mal-aċċess għat-trasport u għall-mobbiltà; billi l-ostakoli għall-mobbiltà jxekklu l-aċċess tan-nisa għal impjiegi u servizzi ewlenin, bħas-saħħa u l-edukazzjoni, li jaffettwaw kemm l-akkumulazzjoni tal-kapital uman tagħhom kif ukoll tad-dipendenti tagħhom;
AA. billi t-tħaddim ta’ iktar nisa fis-settur tat-trasport jirriżulta fi trasport pubbliku iktar sikur għal nisa ħaddiema u passiġġiera(24);
AB. billi skont l-istħarriġ tal-2017 tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport, 63 % ta’ dawk li wieġbu kienu ffaċċjaw vjolenza, li 49 % minnha kienet minn konsumaturi, 22 % minn kollegi u 17 % minn maniġers/superviżuri; billi 80 % tan-nisa li rrappurtaw inċident ma kinux jemmnu li l-ilment tagħhom kellu konsegwenzi negattivi għall-awtur tar-reat jew li serva biex il-post tax-xogħol tagħhom sar iktar sikur(25);
AC. billi n-nisa għandhom ikunu jistgħu jagħżlu t-tip ta’ xogħol tagħhom abbażi tal-għażla libera u tal-bżonnijiet tagħhom, biex b’hekk ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, mingħajr ma jkunu limitati minn sterjotipi tal-ġeneru jew xkiel estern ieħor; billi n-nisa, li jiffaċċjaw xkiel li jagħmel lis-settur tat-trasport inqas attraenti għalihom, bħal kultura aggressiva, sterjotipi tal-ġeneru, diskriminazzjoni u inugwaljanza fit-trattament, nuqqas ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, nuqqas ta’ miżuri tas-saħħa u s-sikurezza, inkluż aċċess diċenti għal faċilitajiet sanitarji u livelli għoljin ta’ vjolenza u fastidju, huma sottorappreżentati fil-livelli kollha tal-impjiegi fis-settur tat-trasport, u jammontaw għal madwar 16 % tal-impjegati totali(26), u huma partikolarment rari fi rwoli ta’ maniġment; billi s-settur jeħtieġ jieħu passi biex jindirizza s-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fl-operazzjonijiet, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, fl-ippjanar u fir-riċerka; billi għandu jsir sforz akbar biex jinkiseb il-kontribut tan-nisa fi kwistjonijiet ta’ trasport inġenerali; billi rappreżentazzjoni iktar b’saħħitha tan-nisa fis-settur tgħin biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tan-nisa b’rabta mat-trasport huma meqjusin aħjar; billi l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet jikkontribwixxi għat-tfassil ta’ prodotti, sistemi u politiki li jirriflettu l-bżonnijiet tal-maġġoranza tas-soċjetà, jiġifieri n-nisa, ta’ gruppi vulnerabbli, ta’ familji fid-diversità kollha tagħhom u ta’ żgħażagħ u anzjani; billi jekk is-settur tat-trasport isir iżjed attraenti għan-nisa dan ikun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema kollha fis-settur u jtejjeb ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-settur inġenerali;
AD. billi l-industrija marittima hija ambjent iddominat mill-irġiel fejn huwa stmat li n-nisa jammontaw għal 2 % biss tal-forza tax-xogħol dinjija fil-qasam marittimu, inkluż ekwipaġġ li jaħdem fl-ospitalità fuq bastimenti tal-kruċiera u 1 % biss tal-baħħara(27); billi n-nisa bħalissa jammontaw għal 1.2 % biss tal-forza tax-xogħol ta’ baħħara dinjija, skont ir-Rapport dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Baħħara BIMCO/ICS 2021; billi l-pożizzjoni tan-nisa fil-komunità marittima tjiebet f’dawn l-aħħar snin, iżda tjiebet bil-mod wisq, u l-irġiel xorta għadhom predominanti f’setturi tradizzjonali bħat-trasport, l-industrija tal-kostruzzjoni jew is-sajd;
AE. billi l-impjegati nisa jammontaw għal 40 % tal-forza tax-xogħol totali fis-settur tat-trasport bl-arju fl-Ewropa; billi l-maġġoranza tal-impjegati nisa fl-avjazzjoni jaħdmu fl-oqsma tas-servizz lill-konsumatur u l-amministrazzjoni, u għadhom sottorappreżentati f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà minkejja l-progress ta’ dawn l-aħħar snin; billi 3 % biss tal-piloti tal-linji tal-ajru madwar id-dinja huma nisa(28), billi fi stħarriġ tal-2018 li sar minn Women in Aviation International, 71 % tan-nisa li ġew ikkonsultati qalu li kienu vittmi ta’ fastidju fil-post tax-xogħol;
AF. billi s-sehem ta’ sewwieqa tat-trakkijiet nisa huwa ta’ inqas minn 3 % fil-maġġoranza tar-reġjuni Ewropej u taħt it-12 % fost sewwieqa ta’ xarabankijiet u kowċis(29); billi, skont l-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq (IRU), 2 % biss tas-sewwieqa fl-Ewropa fl-2019 kienu nisa, filwaqt li n-nuqqas ta’ sewwieqa qed ikompli jiggrava u qed iwassal biex sa 40 % tat-talbiet ma jiġux issodisfati; billi l-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena huma r-raġuni ewlenija għal din is-sitwazzjoni; billi, skont studju tal-IRU, 87 % tas-sewwieqa li għandhom iktar minn 55 sena u 73 % tas-sewwieqa taħt l-24 sena jemmnu li l-ħtieġa li jqattgħu sigħat twal ’il bogħod mid-dar hija r-raġuni kruċjali li tispjega l-għadd baxx ta’ applikazzjonijiet għal impjieg fis-settur;
AG. billi s-settur tat-trasport għandu jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa biex jiggarantixxi s-saħħa u s-sikurezza tagħhom, kemm fil-post tax-xogħol kif ukoll meta jkunu qed jivvjaġġaw; billi, f’ħafna setturi u pajjiżi madwar id-dinja, it-trapsort ikompli jiġi meqjus bħala settur li fih in-nisa huma kkonċentrati f’pożizzjonijiet b’pagi baxxi b’opportunitajiet relattivament baxxi għal progressjoni tal-karriera; billi l-ILO temmen li l-vjolenza, id-diskriminazzjoni, il-fastidju psikoloġiku, sesswali u fuq il-post tax-xogħol, il-bullying u n-nuqqas ta’ faċilitajiet bażiċi li jaffettwaw lill-ħaddiema tat-trapsort huma fatturi ewlenin li jagħmlu lix-xogħlijiet f’dan is-settur inqas attraenti għan-nisa u jagħmluha diffiċli li n-nies jibqgħu jaħdmu f’dan is-settur, li jwassal għal sitwazzjoni ta’ sfida f’xi setturi; billi l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biddlu n-natura tal-profili ta’ impjiegi li fil-passat kienu impenjattivi ferm, huma sfida u għandhom il-potenzjal li jżidu l-attraenza tas-settur għan-nisa; billi n-nisa huma minoranza qalb is-sewwieqa tal-ferroviji, b’mod partikolari s-sewwieqa tal-ferroviji tal-merkanzija; billi din is-sitwazzjoni hija minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol mhux faċli, speċjalment għan-nisa; billi n-nuqqas ta’ toilets u toilet paper u kundizzjonijiet oħrajn ħżiena u xejn iġjeniċi fuq il-ferroviji tal-merkanzija u tal-passiġġieri huma ostakolu ewlieni għal numru dejjem jikber ta’ nisa li jaħdmu fis-settur; billi t-tqassim ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tal-pirjid mhuwiex biżżejjed biex tittejjeb l-esperjenza tan-nisa u tat-tfajliet meta jużaw il-faċilitajiet tat-toilet; billi jista’ biss jinkiseb titjib bl-installazzjoni ta’ toilets xierqa biex jiġi żgurat li bejn il-vjaġġi u matulhom ikunu jistgħu jieħdu pawżi ta’ benefiċċju u ta’ mistrieħ;
AH. billi l-kumpaniji tat-trasport fi kważi l-modi kollha tat-trasport jiffaċċjaw problemi sinifikanti fir-reklutaġġ, minħabba fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex kompatibbli ma’ bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u mar-responsabbiltajiet ta’ kura u pagi baxxi, b’mod partikolari għall-ħaddiema mobbli; billi n-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tat-trasport jista’ jiġi mtaffi billi jiġu impjegati iktar nisa, li jista’ jinkiseb billi s-settur isir iktar kompetittiv u attraenti għalihom, billi pereżempju jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol(30);
AI. billi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jista’ jkollhom rwol fir-rivitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
AJ. billi huwa importanti li tiġi promossa u ppreservata mobbiltà effiċjenti, sostenibbli u affordabbli f’żoni rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi; billi l-promozzjoni u l-preservazzjoni ta’ għażliet ta’ mobbiltà effiċjenti u affordabbli li jippermettu konnettività u aċċessibbiltà aħjar huma kruċjali għal opportunitajiet ekonomiċi u soċjali akbar f’dawn iż-żoni u reġjuni; billi l-konnettività f’żoni rurali mhijiex żviluppata kif xieraq minħabba li spiss l-infrastruttura tat-trasport tkun fqira u l-konnessjonijiet ikunu sporadiċi, li joħloq aċċess inugwali għas-servizzi tas-saħħa; billi l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet għall-kondiviżjoni ta’ roti jew ta’ karozzi li jkunu faċli biex jintużaw joffri possibiltajiet ġodda u promettenti għall-ivvjaġġar u l-mobbiltà għal persuni li jgħixu f’żoni rurali; billi n-nisa f’żoni rurali huma inqas probabbli li jkollhom liċenzja tas-sewqan jew aċċess għal karozza mill-irġiel, iżda wkoll jivvjaġġaw iktar mill-irġiel biex jissodisfaw rwoli ta’ indokrar;
AK. billi n-nisa, it-tfajliet u gruppi vulnerabbli oħrajn li jġħixu f’żoni rurali jesperjenzaw xkiel biex jirċievu appoġġ, inkluż servizzi tas-saħħa, meta jkunu vittimi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru minħabba n-nuqqas persistenti ta’ infrastruttura tat-trasport żviluppata; billi dan ix-xkiel jinkludi l-affordabbiltà u n-nuqqas ta’ aċċess għal trasport jew għal mezzi kif jikkuntattjaw servizzi ta’ trasport jew ta’ indokrar f’żoni rurali;
AL. billi trasport kollettiv insuffiċjenti jista’ jxekkel ferm il-kapaċità ta’ nisa, tfajliet u persuni vulnerabbli oħrajn li jiksbu medikazzjoni li ssalva l-ħajja, profilassi wara l-espożizzjoni (PEP), kif ukoll kontraċezzjoni ta’ emerġenza;
1. Jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE li tikseb ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-trasport, filwaqt li jinnota l-progress miksub s’issa; jenfasizza li huma meħtieġa miżuri konkreti biex jittejbu s-sikurezza, id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi ta’ trasport u l-opportunitajiet ta’ impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom;
2. Jieħu nota bi tħassib tal-bidla demografika f’xi reġjuni tal-Unjoni; jissuġġerixxi li dan għandu jiġi meqjus sabiex tissaħħaħ il-politika pubblika meta jitteħdu miżuri biex tiġi indirizzata forza tax-xogħol li qed tixjieħ u n-nuqqas relatat ta’ ħaddiema, li jistgħu jkunu katalist biex nisa ta’ talent jimlew dawn in-nuqqasijiet;
3. Jenfasizza li n-nisa huma meħtieġa kemm fit-tfassil fiżiku kif ukoll fit-twassil ta’ servizzi tat-trasport jekk irridu li tinkiseb ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur;
4. Jenfasizza li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-trasport għandha effetti pożittivi kullimkien, inkluż fuq l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet ta’ impjieg; jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-trasport biex jinkisbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; itenni f’dan ir-rigward is-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri b’mod intersezzjonali fl-ippjanar tat-trasport u tal-mobbiltà urbana u biex jikkonsultaw u jinvolvu lin-nisa u lit-tfajliet fid-diversità kollha tagħhom, inkluż in-nisa b’diżabilitajiet, fil-proċessi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiżguraw li t-trasport u l-ippjanar tal-bliet ikun jaqdi l-ħtiġijiet tan-nisa b’mod effettiv;
5. Jirrimarka li l-monitoraġġ u r-rapportar dwar miżuri tat-trasport implimentati fl-UE huma essenzjali sabiex dawn jevolvu f’konformità max-xejriet ta’ mobbiltà fost in-nisa u l-irġiel li qed jinbidlu u ma’ soċjetà li qed tixjieħ; f’dan ir-rigward jisħaq li qsim tal-aħjar prattiki u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inkluż assoċjazzjonijiet tan-nisa u LGBTQI+, huma kruċjali biex jiġu ottimizzati l-miżuri tal-politika tat-trasport; jirrikonoxxi li l-mobbiltà sostenibbli trid tiżgura d-dinjità tal-individwu u tkun konformi kemm mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u mal-istrateġija tal-LGBTIQ+; jisħaq ukoll li l-involviment tal-partijiet ikkonċernati huwa kritiku biex jiġu mifhuma u ssodisfati aħjar il-bżonnijiet tal-utenti tat-trasport, speċjalment il-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom, kif ukoll biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati(31);
6. Ifakkar li l-istereotipizzazzjoni tal-ġeneru, il-preġudizzju u d-diskriminazzjoni jeskludu lin-nisa minn attivitajiet ekonomiċi, politiċi u soċjali, li jwasslu għal nuqqas ta’ effiċjenza, iktar ħela ta’ riżorsi umani, nuqqas ta’ dħul u ta’ indipendenza ekonomika għan-nisa, u jxekklu l-parteċipazzjoni politika tan-nisa; jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkunu attivi u involuti b’mod ugwali fil-livelli u fl-oqsma kollha tas-settur tat-trasport, inkluż fit-teħid ta’ deċiżjonijiet; jidentifika l-ħtieġa għal riżorsi sabiex jiġi żgurat li n-nisa huma rappreżentati fir-riċerka u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ trasport;
7. Jiddispjaċih li hemm nuqqas ta’ data dwar it-trasport standardizzata u diżaggregata skont is-sess u l-ġeneru u analiżi tal-ġeneru miġbura f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar il-modi tat-trasport kollha, kif identifikat fl-istudju “In-Nisa u t-Trasport”; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk għandhiex tinkludi l-qsim ta’ data dwar il-ġeneru fost atturi tat-trasport fl-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data sabiex jiġu indirizzati lakuni tad-data fit-trasport u biex jiġi infurmat it-tfassil ta’ politiki; jidentifika l-ħtieġa għal iktar konsultazzjoni u data biex jiġu identifikati d-drawwiet u l-bżonnijiet tan-nisa fis-settur tat-trasport; jilqa, f’dan ir-rigward, li l-enerġija u t-trasport huma l-fokus tematiku tal-edizzjoni tal-2023 tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-EIGE, li ser jikkontribwixxi għal fehim abbażi tal-impatti probabbli tat-tranżizzjoni lejn soċjetà b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju minn perspettiva ta’ ġeneru u intersezzjonali; jinnota li l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri ser jinkludi data minn stħarriġ dwar imġiba li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent b’rabta mat-trasport u dwar impatti potenzjali fuq il-ħin li jitqatta’ fuq indokrar mhux imħallas;
8. Iqis li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jidentifikaw il-kawżi tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-settur tat-trasport, jiġbru iktar data u jfasslu indikaturi ewlenin, bħal statistika li tqis kwistjonijiet ta’ ġeneru, data dwar fatturi soċjoekonomiċi u data dwar il-mobbiltà differenzjata skont il-ġeneru dwar l-użu u r-rekwiżiti għal kull mod tat-trasport u esponiment għar-riskju, kif ukoll data relatata mal-età u mad-diżabilità, sabiex jiġu identifikati u megħluba l-ostakoli li għandhom in-nisa fit-trasport, tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, jiġu mifhuma x-xejriet tal-ivvjaġġar u tiġi ottimizzata l-mobbiltà, filwaqt li jiġu meqjusa l-bżonnijiet tan-nisa u jingħata kontribut lit-tfassil tat-trasport pubbliku u lil inizjattivi ta’ politika relatati kemm mal-utenti kif ukoll mal-ħaddiema tat-trasport; jemmen li d-data miġbura għandha ssir disponibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha; ifakkar li t-tfassil tal-politiki tal-UE dwar it-trasport għandu jkun ibbażat fuq data affidabbli, aċċessibbli u dettaljata, flimkien ma’ valutazzjonijiet tal-impatt, sabiex jiġi integrat approċċ reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fil-politiki rilevanti kollha tal-UE bil-għan li l-bżonnijiet tan-nisa jiġu indirizzati b’mod effettiv;
9. Jistieden lill-kumpaniji tat-trasport fl-Istati Membri biex iħeġġu l-ġbir ta’ data diżaggregata li tibni bażi ta’ evidenza aħjar għal ippjanar li jqis kwistjonijiet ta’ ġeneru, li jippermetti li jiġu stabbiliti linji bażi robusti u jiġu identifikati xejriet u li tiżdied il-kompetittività peress li t-trasport ikun jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet ta’ soċjetà u ekonomija li dejjem jinbidlu u dinamiċi;
10. Jinnota l-kapaċità tal-intelliġenza artifiċjali (IA) li taggrega settijiet ta’ data anonimizzati dwar l-użu tat-trasport pubbliku u li tiżviluppa servizzi intermodali jew applikazzjonijiet tat-trasport inklużivi, inkluż billi tikkonforma ma’ rekwiżiti relatati mal-ġeneru; jirrikonoxxi li dan għandu l-potenzjal li jtejjeb it-trasport, speċjalment għan-nisa, peress li jista’ jgħin biex jadattah għar-rekwiżiti speċifiċi tan-nisa u tat-tfajliet fid-diversità kollha tagħhom;
11. Jilqa’ t-tnedija tal-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni Ambaxxaturi għad-Diversità fin-Network tat-Trasport, li ser tfittex li tippromwovi d-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni fi ħdan is-settur tat-trasport tal-UE, tqajjem kuxjenza, tiżviluppa u timplimenta inizjattivi differenti mill-perspettivi kemm tal-ħaddiema tat-trasport kif ukoll tal-utenti tat-trasport;
12. Jitlob li t-testijiet tal-prestazzjoni tas-sikurezza u t-testijiet tal-kolliżjonijiet ikunu jinkludu mudelli femminili bijofideliċi; jirrikonoxxi l-potenzjal għall-IA biex iżżid il-fehim tagħna ta’ kif il-ġisem divers tal-bniedem jirreaġixxi b’modi differenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jenfasizza l-ħtieġa li tintuża data dwar il-ġeneru fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw id-distakk fis-sikurezza bejn il-ġeneri billi jiżguraw li l-entitajiet tal-istandards nazzjonali u l-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw l-istandards jinkludu pjan għal standards reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u l-iżvilupp ta’ standards fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneri tagħhom, f’konformità mal-azzjonijiet deskritti fid-Dikjarazzjoni dwar Standards li Jikkunsidraw il-Ġeneru; jilqa’ l-fatt li d-diskrepanzi fir-rati ta’ fatalità bejn irġiel u nisa qed jitnaqqsu f’mudelli ta’ karozzi reċenti(32);
Nifhmu l-mobbiltà u l-ekwità tan-nisa fit-trasport
13. Jenfasizza li l-istennijiet, ix-xejriet ta’ vvjaġġar, il-bżonnijiet u l-esperjenza tan-nisa bħala utenti tat-trasport ivarjaw; jitlob li l-leġiżlazzjoni rilevanti u l-perspettiva tal-ġeneru fit-trasport ikunu jintegraw bis-sħiħ il-perspettivi tan-nisa, peress li bħalissa huma għadhom iwettqu iktar dmirijiet ta’ kura fis-soċjetà, biex b’hekk jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza, u biex tingħata risposta aħjar għall-bżonnijiet tas-soċjetà, inkluż dawk ta’ nisa b’diżabilitajiet u minn gruppi marġinalizzati;
14. Jiddispjaċih li l-mikromobbiltà għadha ma taħdimx b’mod xieraq għan-nisa s’issa, peress li t-tfassil u l-implimentazzjoni tagħha tipikament saru mill-irġiel; jistieden lill-fornituri tal-mikromobbiltà biex iqisu l-bżonnijiet tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom sabiex jiżguraw aħjar perspettiva tal-ġeneru għal bliet sostenibbli;
15. Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw biżżejjed data meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-art; jenfasizza li ż-żoni urbani u rurali jridu jiġu mfassla b’tali mod li jqisu d-drawwiet tal-ivvjaġġar tal-ġeneri kollha;
Servizzi ta’ mobbiltà inklużivi u infrastruttura adegwata
16. Jitlob li jittieħdu miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-modi sostenibbli tat-trasport, inkluż roti, biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tan-nisa u jiġi żgurat li vjaġġi komdi, sikuri u mingħajr stress isiru realtà;
17. Jinnota li l-kunċett tal-belt ta’ 15-il minuta, li jfisser li l-faċilitajiet essenzjali kollha ma jkunux iktar minn mixja qasira, vjaġġ qasir bir-rota jew punt tat-trasport pubbliku ’l bogħod mid-dar ta’ dak li jkun, ikollu benefiċċji pożittivi għall-kwalità ta’ ħajja tan-nisa u tat-tfajliet;
18. Jirrimarka li n-nisa b’diżabilità jsibu xkiel u diskriminazzjoni speċifiċi fit-trasport u bħala ħaddiema tat-trasport, li spiss jibqgħu inviżibbli u mhux indirizzati; jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandhom l-annimali ta’ servizz bħal klieb gwida li jiżguraw is-sikurezza ta’ nisa għomja u torox u ta’ persuni vulnerabbli oħrajn; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinnotaw debitament l-integrazzjoni tal-aċessibbiltà fil-politiki u l-leġiżlazzjoni tagħhom; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki tat-trasport pubbliku u infrastrutturi tat-trasport, bħal infrastutturi tal-karozzi tal-linja, li jiffaċilitaw il-mobbiltà għal nisa b’diżabilità u biex jippromwovu t-taħriġ dwar l-aċċessibilità għal professjonisti tat-trasport pubbliku;
19. Jiddispjaċih li kards jew lanyards tal-assistenza tul il-vjaġġ u sinjali oħrajn huma inqas effettivi f’ivvjaġġar transfruntier u li dan joħloq piż addizzjonali għal nisa u tfajliet b’diżabilità meta jivvjaġġaw madwar l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tiżviluppa kodiċi QR pan-Ewropew li jservi bħala kard Ewropea tal-assistenza tul il-vjaġġ, li tiffaċilita l-ivvjaġġar transfruntier u li tgħin biex jingħelbu ostakoli lingwistiċi u loġistiċi oħrajn għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom;
20. Jenfasizza li fil-metros, tista’ tkun sfida kbira li persuna tipprova titla’ u tinżel mill-metrò fil-ħin bi tfal żgħar jew pushchair;
21. Jistieden lill-kumpaniji tat-trasport kollettiv biex iqisu disinn olistiku u inewtrali fir-rigward tal-ġeneru bħal pereżempju, għal ċineg fil-karozzi tal-linja li bħalissa ħafna nisa jsibuha bi tqila biex jilħquhom, peress li spiss ikunu ddisinjati minn irġiel biex jakkomodaw ġisem ta’ raġel li fil-medja huwa itwal;
22. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżguraw li l-infrastruttura tat-trasport, b’mod partikolari meta tiġi rinnovata, tqis bis-sħiħ il-kontinwità, l-aċċessibbiltà u s-sikurezza ta’ infrastruttura sostenibbli għall-persuni bil-mixi u għar-roti u konnessjonijiet sostenibbli oħrajn, u biex ifittxu sinerġiji ma’ dawn il-konnessjonijiet bil-għan li jippromwovu modi ta’ trasport attivi;
23. Jinnota li l-irkib fuq il-mezzi tat-trasport jista’ jkun sfida iebsa għan-nisa, inkluż nisa bi trabi jew tfal żgħar oħra f’pushchairs u dawk b’diżabbiltà, minħabba l-vojt kbir bejn il-pjattaforma u l-vagun tat-trasport kif ukoll minħabba li f’xi verżjonijiet eqdem tal-materjal fuq ir-roti, xarabankijiet u kowċis hemm turġien;
24. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex iħeġġu lis-setturi kollha tas-soċjetà li qed jimmiraw speċifikament li jżidu l-involviment tan-nisa, gruppi vulnerabbli, familji fid-diversità kollha tagħhom, il-ġenerazzjoni żagħżugħa u nies anzjani kif ukoll dawk b’mobbiltà mnaqqsa fejn possibbli, biex jużaw għażliet ta’ trasport b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u b’emissjonijiet żero bħaċ-ċikliżmu u l-mixi billi jipporovdu bankini u korsiji taċ-ċikliżmu mfasslin sewwa u wesgħin biżżejjed biex jakkommodaw il-pushchairs u r-roti tat-tagħbija, network estensiv u integrat ta’ korsiji taċ-ċikliżmu segregati u ta’ kwalità għolja, kif ukoll parking tar-roti sikur u aċċessibbli, inkluż għal roti tat-tagħbija, b’mod partikolari qrib infrastruttura tat-trasport bħal stazzjonijiet tal-ferrovija u tal-karozzi tal-linja; jenfasizza li korsiji taċ-ċikliżmu segregati u wesgħin mhux talli jżidu l-għadd ta’ persuni li jużaw ir-rota talli jippromwovu l-għeluq tad-distakk bejn il-ġeneri fiċ-ċikliżmu;
25. Jinnota li l-popolarità dejjem tikber tar-roti elettriċi u għażliet oħra simili, flimkien ma’ inċentivi finanzjarji lokali jew nazzjonali, żiedu l-vijabbiltà reali u perċepita taċ-ċikliżmu bħala għażla ta’ trasport pożittiva; jilqa’ l-programmi ta’ diversi Stati Membri biex iħeġġu liċ-ċiklisti żgħażagħ jew atipiċi jibdew jużaw ir-rota, li mbagħad jista’ jinkoraġġixxi bidla modali; jitlob li jkun hemm faċilitajiet sikuri ta’ parkeġġ u ħżin tar-roti u li l-ħtiġijiet sanitarji l-iktar essenzjali jiġu ssodisfati billi jiġu ggarantiti faċilitajiet sanitarji nodfa u ta’ kwalità f’uffiċċji u binjiet pubbliċi, li għandhom jissodisfaw ukoll il-ħtiġijiet taċ-ċiklisti nisa; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex jiżguraw il-possibbiltà tat-trasport tar-roti fuq ferroviji u karozzi tal-linja bil-ħsieb li tiġi żviluppata l-intermodalità; jilqa’ l-gwida tal-Kummissjoni dwar proġetti taċ-ċikliżmu fl-UE, li tiġbor flimkien il-pariri eżistenti f’riżorsa ta’ gwida online unika, konsistenti u universali li tippermetti lill-utenti jidentifikaw l-iktar informazzjoni rilevanti għas-sitwazzjoni tagħhom; jitlob li jintlaħaq ftehim dwar l-infrastruttura taċ-ċikliżmu bejn il-Parlament u l-Kunsill f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, b’kont meħud tal-ħtiġijiet tal-komunitajiet rurali, li jipprovdi infrastruttura tul in-network tat-toroq pubbliċi koperti minn sistemi ta’ trasport intelliġenti u li jemenda d-Direttiva 2010/40/UE(33);
26. Jenfasizza li disinn aħjar tal-infrastruttura, bħal stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja f’distanza ta’ mixja qasira, iktar frekwenza tal-karozzi tal-linja matul sigħat kwieti, disponibbiltà akbar ta’ servizzi għal nisa li jgħixu f’żoni rurali u infrastruttura li tippermetti li jintużaw pushchairs faċilment jistgħu jżidu l-użabbiltà għan-nisa u jħeġġu lin-nisa jużaw modi tat-trasport pubbliċi u iktar sostenibbli;
27. Jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw kif soluzzjonijiet ta’ baġit differenti jibbenefikaw gruppi differenti u jintroduċu ibbaġitjar skont il-ġeneru;
28. Ifakkar li hemm disponibbli firxa wiesgħa ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE għall-Istati Membri biex jinvestu fil-bżonnijiet ta’ mobbiltà tan-nisa u fl-impjiegi tan-nisa fis-settur tat-trasport, kif ukoll biex jindirizzaw il-faqar tal-mobbiltà, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Soċjali għall-Klima u l-Fond ta’ Koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri u l-investimenti appoġġjati minn dawn il-fondi jirrispettaw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li n-nisa jibbenefikaw mill-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti ta’ finanzjament;
29. Jenfasizza li l-manutenzjoni tan-network tat-toroq, inkluż miżuri staġjonali bħat-tindif u t-tneħħija tal-borra, għandha tagħti prijorità lit-trasport attiv, sostenibbli jew pubbliku, kif ukoll lill-aċċess għal ċentri ta’ kura ta’ matul il-jum u bankini oħrajn bżonnjużi;
30. Jiddispjaċih li għalkemm madwar terz tal-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza taħt il-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika huwa allokat għall-mobbiltà sostenibbli, ma hemmx biżżejjed finanzjament dedikat għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu u jimplimentaw proġetti ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tat-trasport taħt il-Fond ta’ Rkupru u Reżiljenza;
31. Jitlob li inġenji tal-ajru ġodda jkunu mgħammra b’toilets b’biżżejjed spazju biex passiġġier b’diżabilità jew adult li jkun qed jassisti tifel jew tifla biex jaslu sat-toilet, jidħlu fih u jiċċaqalqu fih faċilment u biex ikunu jistgħu jibdlu l-ħarqa tat-tarbija jew jgħinu tarbija tuża l-faċilità, peress li dan ser isaħħaħ aħjar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jinnota l-importanza li jiġu indikati żoni speċifiċi u sikuri fejn jitħallew it-tfal sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu dejjem jarawhom matul il-kontrolli tas-sikurezza meħtieġa;
32. Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali u lill-partijiet ikkonċernati jiżguraw li l-iktar rotot popolari jkunu moqdija permezz ta’ vetturi b’qiegħ baxx u li l-waqfiet tul it-tranżitu jkunu mfassla biex itejbu l-aċċessibbiltà tal-vetturi u biex jipprovdu aċċess mingħajr xatbiet għall-istazzjonijiet tal-metrò u tal-ferroviji għat-titjib tal-esperjenzi tat-trasport tan-nisa;
33. Jenfasizza r-rwol li għandhom l-awtoritajiet lokali fl-għoti ta’ servizzi tat-trasport pubbliku għal ċittadini u sa liema punt huma jkunu aġġornati dwar il-bżonnijiet tal-komunitajiet tagħhom, li juri li spiss l-awtoritajiet lokali huma qrib l-utenti nisa; ifakkar kemm huwa importanti li l-awtoritajiet lokali jiġu appoġġjati fl-għotitas-servizzi tat-trasport li jkunu jindirizzaw il-bżonnijiet tan-nisa, gruppi vulnerabbli, nies anzjani, persuni b’diżabilitajiet u dawk li jgħixu f’żoni rurali u f’reġjuni ultraperiferiċi; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri ma jillimitawx il-finanzjament tal-gvernijiet lokali;
Niżġuraw is-sikurezza u s-sigurtà tan-nisa fl-ambjenti tat-trasport
34. Jitlob li titpoġġa enfasi akbar fuq is-sikurezza fit-trasport pubbliku u fl-ippjanar tal-mobbiltà urbana, li għandha tinkiseb permezz ta’ mezzi bħal tidwil xieraq u sostenibbli fit-toroq u waqfiet tat-tranżitu pubbliku mdawla sew sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn in-nisa jkollhom jgħaddu minn postijiet mudlama u tal-biżà meta jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura; jitlob ukoll li t-tfassil integrat tat-trasport iqis “l-aħħar mil”, speċjalment f’ħinijiet ta’ traffiku inqas intensiv, kif ukoll il-konnessjoniijiet minn u lejn iż-żoni kollha, inkluż żoni ekonomikament żvantaġġati u faċilitajiet ta’ emerġenza;
35. Jenfasizza l-importanza li l-impjegaturi u l-awtoritajiet pubbliċi jaħdmu flimkien biex jiżguraw trasport pubbliku sikur għal impjegati nisa meta jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura, inkluż l-għażla għall-impjegaturi li jipprovdu mezz ta’ trasport sikur għal ħaddiema li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura billejl wara xift fit-tard jew fejn it-trasport pubbliku mhuwiex disponibbli u permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifika għall-ġeneru fl-ippjanar tat-trasport; jenfasizza li miżuri preventivi, bħal li l-waqfiet tal-karozzi tal-linja jitqiegħdu f’postijiet li jkunu jidhru sew, iktar tidwil, buttuni tal-paniku, persunal fil-karozzi tal-linja u nżul f’postijiet mixtieqa matul il-lejl, jistgħu jżidu s-sikurezza; jistieden lill-kumpaniji tat-trasport kollettiv jiżguraw li l-utenti jistgħu jużaw mezzi ta’ ħlas elettroniċi sabiex in-nisa u t-tfajliet ma jsibux ruħhom f’sitwazzjoni spjaċevoli jew saħansitra mhux sikura għax ma jkollhomx l-ammont ta’ ħlas meħtieġ u għalhekk ma jkunux jistgħu jerġgħu lura lejn darhom b’mod sikur bit-trasport kollettiv; ifakkar li l-kumpaniji tat-trasport kollettiv għandhom dmir ta’ diliġenza li jiżguraw li l-passiġġieri jkollhom linji ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza disponibbli biex il-vittmi jkunu jistgħu jiksbu għajnuna malajr speċjalment meta l-vaguni jkunu vojta; jistieden lill-fornituri tat-trasport jimplimentaw korsijiet ta’ taħriġ imfassla apposta għall-impjegati kollha tagħhom dwar l-identifikazzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u appoġġ xieraq lill-vittmi; jistieden lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza, inkluż permezz ta’ kampanji informattivi, dwar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju u l-vjolenza abbażi ta’ ġeneru fin-networks tat-trasport pubbliku u fl-isfera pubblika; jistieden lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jżidu l-preżenza ta’ uffiċjali tal-pulizija, inkluż pulizija nisa, fil-ħinijiet ta’ vvjaġġar l-iktar intensiv sabiex iservu ta’ deterrent għall-agressuri u simbolu ta’ serħan il-moħħ għall-persuni vulnerabbli;
36. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex inaqqsu t-traffiku ta’ vetturi b’mutur madwar l-iskejjel u l-faċilitajiet tal-indokrar tat-tfal u jiżviluppaw rotot sikuri lejn l-iskejjel;
37. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jintroduċu diġitalizzazzjoni u mudelli tat-trasport ġodda li jistgħu jipprovdu servizzi aħjar, iktar sikuri, iktar aċċessibbli u iktar affordabbli għan-nisa;
38. Jitlob li l-apps ta’ ride-hailing jinkludu sett ta’ għodod tas-sikurezza li jiċċentralizza l-informazzjoni u l-karatteristiċi tas-sikurezza ewlenin kollha għal passiġġiera u sewwieqa f’post wieħed fuq l-app; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu inklużi buttuni tal-paniku, kuntatti fdati, storja ta’ indirizzi anonimizzata, kif ukoll allerti fl-app dwar korsiji taċ-ċikliżmu u persuni bil-mixi;
39. Jinnota li jista’ jkun siewi li s-sewwieqa tal-karozzi tal-linja jieqfu biex iħallu lill-passiġġieri jinżlu mill-vettura bejn il-waqfiet tal-karozza tal-linja tul rotta determinata sabiex jippermettu lil nisa u tfajliet jaslu eqreb tad-destinazzjoni tagħhom billejl;
40. Jinnota li n-nisa għandhom rwol importanti fit-tiswir tal-għażliet ta’ mobbiltà tal-unitajiet domestiċi, u li l-esperjenzi negattivi tagħhom, bħan-nuqqas ta’ sikurezza, ineffiċjenza u nuqqas ta’ affordabbiltà meta jużaw ċerti modi kollettivi u sostenibbli tat-trasport inkluż it-trasport pubbliku, il-mixi u ċ-ċikliżmu iżda anke alternattivi iktar ġodda bħall-iscooters elettriċi, jistgħu jaqtgħulhom qalbhom u ma jkunux attraenti u jistgħu, bir-raġun, joħolqu ansjetà u biżà konsiderevoli u għaldaqstant ikomplu jipperpetwaw ivvjaġġar ineffiċjenti; jirrikonoxxi li trasport pubbliku u kollettiv ta’ kwalità għolja li għandu t-tendenza li jkun affordabli jikkontribwixxi biex tingħata s-setgħa lin-nisa; jistieden lill-Istati Membri, f’dan ir-rigward, biex jadottaw miżuri li jiżguraw faċilitajiet iktar sikuri għaċ-ċiklisti u n-nies bil-mixi, inkluż miżuri li jikkalmaw it-traffiku u investimenti biex tiġi modernizzata l-infrastruttura bil-għan li l-utenti tat-triq vulnerabbli jiġu protetti kif xieraq;
41. Jenfasizza li t-trasport pubbliku jrid jiżgura li n-nisa jingħataw is-setgħa li jużaw it-trasport b’mod sikur, mingħajr theddid, sitwazzjonijiet skomdi jew ir-riskju ta’ vjolenza; jinnota l-importanza li jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ regolari għas-sewwieqa, ħaddiema tat-trasport u persunal li jaħdem f’ċentri tat-tranżitu dwar sensittività għall-ġeneru u dwar kif jirrapportaw u jirreferu inċidenti ta’ vjolenza u fastidju abbażi tal-ġeneru; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza li jiġu inklużi kuntratturi tat-trasport u partijiet ikkonċernati f’sessjonijiet ta’ taħriġ u tqajjim ta’ kuxjenza;
42. Jinnota l-isfidi li jiffaċċjaw in-nisa, li bħalissa għadhom proporzjonalment iktar probabbli mill-irġiel li jkunu indokraturi, b’kont meħud b’mod partikolari tas-sitwazzjoni speċifika fiż-żoni rurali, fejn it-trasport pubbliku ġeneralment għadu sottożviluppat; jisħaq li politiki li għandhom l-għan li jippromwovu trasport sostenibbli m’għandhomx jeskludu lin-nisa, lill-familji fid-diversità kollha tagħhom, lil individwi LGBTQI+, lill-anzjani, liż-żgħażagħ u lil gruppi vulnerabbli oħrajn u dawk li jgħixu f’żoni rurali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw għażliet ta’ mobbiltà sostenibbli u affordabbli fiż-żoni rurali, inkluż frekwenza miżjuda, affordabbiltà regolarità tas-servizz; jinnota li servizzi ta’ mobbiltà fuq talba wrew li huma soluzzjoni popolari meta jiġu offruti f’żoni rurali u fejn it-talba hija baxxa jew reġjuni ultraperiferiċi u għandhom il-potenzjal li jissodisfaw xi wħud mill-ħtiġijiet li jibqgħu mhux sodisfati mill-kwalità dejjem titbaxxa tat-trasport pubbliku f’dawn iż-żoni;
43. Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali jiżguraw li l-iscooters elettriċi u roti kondiviżi ma jintelqux fuq bankini u f’postijiet mhux xierqa, fejn joħolqu ostakoli għall-persuni bil-mixi, bħal nisa b’pushchairs, u perikli ġenerali li jistgħu jwaqqgħu lil persuni għomja jew b’vista batuta u nisa anzjani u b’diżabilità; jistieden lill-partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward biex jinkludu funzjoni fuq applikazzjonijiet li tfakkar lill-utenti biex jipparkjaw l-iscooters tagħhom b’mod parallel għall-bankina u b’kunsiderazzjoni ta’ utenti oħrajn tal-bankina, inkluż nisa b’pushchairs, persuni f’siġġu tar-roti u dawk b’vista batuta;
44. Jinnota li mogħdijiet li jgħaddu taħt l-art u pontijiet għal persuni bil-mixi jistgħu jippreżentaw riskji tas-sikurezza u sfidi ta’ aċċessibbiltà għal dawk li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura, inkluż dawk li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura attivi, nisa b’pushchairs, persuni anzjani u persuni b’diżabilitajiet; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex jgħaqqdu flimkien lill-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-iżvilupp urban sabiex joħolqu infrastruttura ġdida (jew fejn meħtieġ, jadattaw dik diġà eżistenti) ta’ mogħdijiet li jgħaddu taħt l-art u pontijiet għal persuni bil-mixi sabiex ikunu nodfa, sikuri, inklużivi, immarkati sew, iktar attraenti viżwalment u aċċessibbli għall-utenti kollha; jitlob ukoll f’dan ir-rigward li jiġi mħeġġeġ l-involviment ta’ iktar nisa fil-proċess ta’ tfassil u ppjanar sabiex dawn l-ambjenti mibnija jkunu mfassla b’mod li jintużaw iktar faċilment mill-persuni bil-mixi u b’mod li jqis kwistjonijiet ta’ ġeneru;
45. Jistieden lill-awtoritajiet lokali jiżguraw li l-pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tan-nies, b’enfasi speċjali fuq in-nisa u l-ħtieġa ġenerali għal kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha;
In-nisa u l-impjiegi fis-settur tat-trasport
46. Jenfasizza li l-ħaddiema tat-trasport nisa fil-livelli kollha jistgħu jiffaċċjaw ostakoli, bħal preġudizzji tal-ġeneru u stereotipizzazzjoni, diskriminazzjoni intersezzjonali u bilanċ ħażin bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lil nisa b’responabbiltajiet, u paga iktar baxxa mill-irġiel għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, kif ukoll nuqqas ta’ faċilitajiet jew faċilitajiet ftit li xejn adattati, li jippermettu l-fastidju u l-vjolenza; jinnota li n-nisa għandhom ukoll ftit mudelli lejn min jaspiraw jew mentors tan-negozju fis-settur tat-trasport, li jagħmilha diffiċli li n-nisa jinġibdu lejn is-settur tat-trasport u jinżammu fih; jistieden f’dan ir-rigward lill-operaturi tat-trasport kollettiv biex jirrikonoxxu li l-esperjenzi inizjali tan-nisa, kif jiġu milqugħa u trattati, u jekk jiġux appoġġjati u promossi, huma kritiċi għar-rieda tagħhom li jibqgħu fis-settur; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet u d-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi mill-iktar fis possibbli;
47. Jinnota li fl-2018, il-Eurostat sab li r-rata ta’ impjieg għan-nisa ta’ etajiet bejn l-20 u l-64 sena fl-UE kienet ta’ 67 %, filwaqt li r-rata ta’ impjieg tan-nisa fis-settur tat-trasport Ewropew hija saħansitra iżjed baxxa (22 %); jinnota, f’dan ir-rigward, li madwar terz (30 %) tan-nisa impjegati fl-UE kienu qed jaħdmu part-time, li huwa kważi erba’ darbiet ogħla mir-rata għall-irġiel (8 %); jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex jippromwovu u jappoġġjaw l-impjiegi full-time u part-time għan-nisa, possibbilment permezz ta’ inizjattivi ta’ politika bħall-appoġġjar tal-aċċess għall-indukrar tat-tfal;
48. Jisħaq li kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni, fastidju, bullying, intimidazzjoni jew vjolenza fil-post tax-xogħol għandha tkun eliminata; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex iżżid l-isforzi tagħha biex tinkludi dispożizzjonijiet relatati mal-ġeneru fil-leġiżlazzjoni relevanti kollha, f’konformità mal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti u mal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, bil-għan li tiżgura ambjent tax-xogħol ġust, sikur u mingħajr periklu għan-nisa fil-modi tat-trasport kollha, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżuri ta’ prevenzjoni u dissważjoni meħtieġa (eż. żoni ta’ parkeġġ sikuri u mingħajr periklu);
49. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ leġiżlazzjoni eżistenti biex jindirizzaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għal kulħadd fis-settur tat-trasport, inkluż miżuri jew inizjattivi li jistgħu jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, biex jinkoraġġixxu valutazzjonijiet tar-riskju speċifiċi għall-ġeneri u approċċ ibbilanċjat bejn il-ġeneri għas-saħħa u s-sikurezza, jippromwovu miżuri li jiżguraw postijiet tax-xogħol sikuri u mingħajr periklu, bħal korsijiet ta’ taħriġ kontra l-fastidju għall-impjegati u għal-livelli kollha ta’ maniġment, protokolli bi proċeduri legali ċari u miżuri biex jappoġġjaw b’mod adegwat lill-vittmi, li jkunu ta’ benefiċċju għall-ħaddiema kollha tat-trasport;
50. Jikkundanna kull forma ta’ mġiba sessista, diskriminatorja jew degradanti lejn il-ħaddiema tat-trasport; jenfasizza b’mod inekwivoku li mġiba bħal din għandha tiġi ttrattata b’tolleranza żero; jistieden lill-kumpaniji tat-trasport kollettiv biex jiżguraw li jintuża lingwaġġ li juża ġens newtrali fil-komunikazzjonijiet kollha; jirrimarka li fatturi, bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni, l-ambjent tax-xogħol, it-taħriġ u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma vitali biex jattiraw iktar nisa fis-settur tat-trasport; jirrikonoxxi li huwa biss billi jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-partijiet differenti tas-settur tat-trasport li jkun possibbli li jiġu ingaġġati u miżmuma iktar nisa fis-settur; huwa tal-fehma li iktar nisa fis-settur huwa mezz ta’ ispirazzjoni biex tinkiseb ugwaljanza vera fuq il-post tax-xogħol u l-uniku mod biex jiġi rimedjat in-nuqqas ta’ nisa professjonisti fis-settur;
51. Jistieden lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra s-segregazzjoni okkupazzjonali abbażi tal-ġeneru li hija msejsa fuq u msaħħa mill-mit li n-nisa mhumiex kapaċi jew huma fiżikament mhux adattati biex iwettqu ċerti xogħlijiet, kompiti jew rwoli;
52. Jilqa’ s-suċċess relativ u l-potenzjal ta’ xi SMEs fl-iżgurar ta’ networks tajbin ma’ kumpaniji oħrajn, ma’ klijenti u mal-awtoritajiet lokali sabiex jimmiraw lejn impjegati nisa potenzjali, kif ukoll biex jikkomunikaw ma’ aġenziji tal-impjieg bil-għan li jsibu applikanti nisa ta’ talent, kwalifikati u entużjasti;
53. Jistieden lill-Istati Membri kollha jimplimentaw il-Konvenzjoni C190 tal-ILO dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol, li tapplika wkoll għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura (l-Artikolu 3(f)) u għalhekk jenfasizza r-responsabbiltà legali tal-impjegaturi f’dan ir-rigward;
54. Jenfasizza li jekk ikun hemm żbilanċ fir-rappreżentanza tal-ġeneri, kif ukoll f’xi każijiet “kultura maskili” fis-settur tat-trasport, dan jista’ jwassal għal fastidju u vjolenza abbażi tal-ġeneru; jirrimarka li l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol f’partijiet differenti tas-settur tat-trasport hija kwistjoni essenzjali meta wieħed jipprova jifhem in-nuqqas ta’ nisa fis-settur; jenfasizza li vjolenza bħal din tista’ tkun ir-riżultat ta’ prattiki sessisti jew saħansitra misoġini jew konnessi ma’ fatturi esterni, bħal attakki minn passiġġieri (fit-trasport pubbliku) u/jew gruppi organizzati fit-trasport tal-merkanzija; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol prijorità u jitlob li tinġabar iktar data dwar il-kwistjoni sabiex wieħed jifhem, janalizza u jiġġieled aħjar dan it-tip ta’ attakk fuq id-drittijiet tal-bniedem;
55. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi opportunitajiet indaqs ta’ taħriġ għall-irġiel u n-nisa; jenfasizza li t-taħriġ huwa wieħed mill-pedamenti tal-iżvilupp professjonali u personali u jżomm livelli ekwivalenti ta’ ħiliet għall-irġiel u għan-nisa;
Nagħtu s-setgħa lin-nisa fis-settur tat-trasport
56. Jenfasizza li n-nuqqas ta’ nisa fis-settur tat-trasport għandu jitqies bħala sfida li tista’ tiġi indirizzata; jitlob li jiġu implimentati politiki biex jiġu miġġielda l-ostakli għall-impjieg tan-nisa u jiġi promoss iktar għarfien dwar dawn l-ostakli; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-partijiet ikkonċernati u lill-imsieħba soċjali jindirizzaw dawn l-ostakoli u jieħdu miżuri proattivi biex isaħħu l-attraenza tas-settur għan-nisa; jitlob li dak li qed jaħdem tajjeb fil-livell nazzjonali ma jinbidilx, iżda minflok jissaħħu s-sistemi nazzjonali eżistenti, b’enfasi qawwija fuq id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, inkluża n-natura vinkolanti ta’ dan tal-aħħar; jenfasizza d-differenza fil-pagi bejn is-sessi fis-settur tat-trasport, li fil-biċċa l-kbira hija dovuta għan-nisa li jaqilgħu inqas għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali; jitlob għal studju estensiv biex tiġi identifikata u analizzata d-diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneri fis-settur;
Inqajmu kuxjenza u nħeġġu l-bidla fl-imġiba
57. Jinnota li n-nisa huma tradizzjonalment sottorappreżentati fl-edukazzjoni teknika u f’oqsma bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, li huma essenzjali għall-iżvilupp tas-settur tal-mobbiltà u t-trasport; jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra s-segmentazzjoni tas-suq fit-trasport u fil-karrieri fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM); jinnota li l-promozzjoni tal-intraprenditorija fost il-bniet minn età bikrija tista’ tnaqqas l-isterjotipi edukattivi eżistenti u tiżgura li iktar nisa jidħlu fis-setturi tal-loġistika, l-inġinerija u t-trasport; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġja proġetti li jqisu kwistjonijiet ta’ ġeneru u tidentifika mudelli li għalihom in-nisa jistgħu jaspiraw;
58. Jilqa’ t-twaqqif tal-pjattaforma In-Nisa fit-Trasport - UE għal bidla fejn il-partijiet ikkonċernati Ewropej jistgħu jitgħallmu minn xulxin u jiskambjaw l-aħjar prattiki; jitlob għal iktar inizjattivi li jagħtu prijorità lill-impjegabbiltà tan-nisa bħall-pjattaforma WEgate jew l-avveniment Aviation 4 Girls sabiex in-nisa jkunu jistgħu jegħlbu bl-aħjar mod l-ostakli għad-dħul tan-nisa fis-settur tat-trasport u għall-prestazzjoni tajba tagħhom fih, u b’hekk ikunu mħeġġa biex isegwu karriera prospera fl-iSTEM u jiltaqgħu , kif ukoll jitgħallmu minn ħaddiema nisa ta’ suċċess jew aspiranti fis-settur tat-trasport u kapitalisti ta’ riskju fis-settur tat-trasport;
59. Jenfasizza l-iżbilanċi potenzjali fil-forza tax-xogħol tas-settur tat-trasport li jirriżultaw mill-politiki ta’ reklutaġġ u għażla; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu kampanji ta’ reklamar immirati li jħeġġu lin-nisa japplikaw għal xogħol fis-settur tat-trasport, jippromwovu governanza korporattiva u politiki tar-riżorsi umani reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, bħal politiki ta’ pagi ugwali, faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal fuq il-post, skedi tax-xogħol flessibbli u l-għażla ta’ xogħol part-time, u biex jiżguraw ambjent tax-xogħol iddisinjat b’mod xieraq, flimkien ma’ tagħmir u ħwejjeġ protettivi personali, kabini tas-sewwieqa, faċilitajiet ta’ tibdil u sanitarji suffiċjenti u sikuri, eċċ.;
60. Jinnota l-ħtieġa għal kampanji u azzjonijiet tal-midja soċjali biex tiġi żgurata kultura ta’ tolleranza żero għall-fastidju u ambjenti tax-xogħol mhux sikuri, kif ukoll għal programmi edukattivi fl-iskejjel dwar il-mobbiltà sikura u r-rwoli tal-ġeneri sabiex tiżdied is-sikurezza fit-trasport kollettiv;
61. Jistieden lill-Istati Membri jniedu programmi ta’ tqajjim ta’ kuxjenza biex iżidu l-fehim sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħrfu meta mara, tfajla jew persuna vulnerabbli oħra tkun tidher skomda, tħossha mhux sikura jew tkun f’riskju ta’ vjolenza u/jew fastidju;
62. Jinnota li d-diġitalizzazzjoni u mudelli tat-trasport ġodda għandhom il-potenzjal li jipprovdu ambjenti tax-xogħol aħjar, iktar sikuri u iktar aċċessibbli għan-nisa;
63. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jimmiraw u jeliminaw l-ostakoli għall-impjieg tan-nisa fit-trasport; jenfasizza li l-programmi u l-istrumenti ta’ finanzjament attwali bħall-Patt Ekoloġiku l-Ġdid jew l-FSE+ jistgħu jagħmlu differenza tanġibbli f’dan ir-rigward; jenfasizza li miżuri li jippromwovu iktar il-bidla modali għat-trasport pubbliku u l-mobbiltà attiva, filwaqt li jippreservaw l-għażliet kollha ta’ mobbiltà li jippermettu lin-nisa dejjem ikollhom id-dritt li jagħżlu l-alternattiva ta’ mobbiltà li jippreferu peress li huma jafu l-aħjar is-sitwazzjoni partikolari tagħhom, kemm jekk tkun mobblità privata, il-mikromobbiltà jew il-mobbiltà attiva, mhux biss jikkontribwixxu għall-ksib tal-għan tan-newtralità klimatika iżda jkunu wkoll tweġiba xierqa għall-ħtiġijiet tan-nisa; jenfasizza li l-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet tan-nisa fit-trasport tappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika;
64. Jistieden lill-kumpaniji tat-trasport kollettiv biex iżidu l-wiri tar-reklami li jedukaw lin-nies dwar l-ispettru tal-abbuż kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni fis-seħħ bħalissa; ifakkar li iktar għarfien ser iħeġġeġ lin-nisa biex ifittxu l-għajnuna iżda wkoll iħeġġeġ lil persuni li jkunu fil-qrib ta’ xi inċident biex jintervjenu; għal dan il-għan, itenni l-ħtieġa għal helpdesks ċari, viżibbli u funzjonali fejn in-nies jistgħu jiksbu assistenza immedjata;
65. Jistieden lill-partijiet ikkonċernati tal-industrija tal-linji tal-ajru jikkunsidraw li jadottaw approċċ olistiku għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kull livell, kif ukoll jirrikonoxxu li hemm diskrepanzi fin-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet differenti fl-industrija;
66. Jenfasizza kif l-inklużjoni ta’ eżekuttivi nisa fil-maniġment tat-trasport kollettiv għandha l-potenzjal li ttejjeb il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, turi l-benefiċċji u l-vantaġġi għas-soċjetà li jġibu s-sostenibbiltà u l-investiment korporattivi;
67. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw kuntatt bikri mal-iskejjel, l-universitajiet, in-networks u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju bħala mezz ta’ involviment mal-bniet u n-nisa minn età żgħira u jagħmlu s-suġġetti tekniċi attraenti għalihom, li jista’ jwassal għal karriera prospera fit-trasport;
o o o
68. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Women Mobilize Women (In-Nisa Jimmobilizzaw lin-Nisa), Safe commuting for all – how cities can tackle sexual harassment on public transport (Ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura sikur għal kulħadd – kif l-ibliet jistgħu jindirizzzaw il-fastidju sesswali fit-trasport pubbliku), 2022.
Washington Post, Female dummy makes her mark on male-dominated crash tests (Manikin ta’ mara jħalli l-impatt tiegħu fuq testijiet tal-kolliżjonijiet iddominati mill-irġiel), 25 ta’ Marzu 2012.
National Highway Traffic Safety Administration, Injury Vulnerability and Effectiveness of Occupant Protection Technologies for Older Occupants and Women (Il-Vulnerabbiltà għal Korriment u l-Effettività ta’ Teknoloġiji għall-Protezzjoni tal-Okkupanti għal Okkupanti Anzjani u Nisa), Washington DC, 2013.
The Guardian, Women almost twice as likely to be trapped in crashed vehicle, study finds (In-nisa għandhom kważi l-probabbiltà doppja li jibqgħu maqbudin f’karozzi maħbuta, skont studju), 2022.
Forum Internazzjonali tat-Trasport, Women’s Safety and Security: A Public Transport Priority (Is-Sikurezza u s-Sigurtà tan-Nisa: Prijorità tat-Trasport Pubbliku), OECD Publishing, Pariġi, 2018.
IRU, International Women’s Day spotlight: commercial road transport (Fokus fuq il-Jum Internazzjonali tan-Nisa: it-trasport kummerċjali bit-triq), Marzu 2023.
Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, Good staff scheduling and rostering practices in transport – Final report (Prattiki tajbin ta’ skedar u rostering tal-persunal fit-trasport - Rapport finali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, Il-Lussemburgu, 2021.
Il-Kummissjoni Ewropea, Study on the social dimension of the future EU transport system regarding users and passengers: final report (Studju dwar id-dimensjoni soċjali tas-sistema tat-trasport tal-UE futura rigward l-utenti u l-passiġġieri: rapport finali), 2022.
Id-Direttiva 2010/40/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).