Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023: tnaqqis fl-approrjazzjonijiet ta’ pagament, aġġustamenti oħra u aġġornamenti tekniċi
131k
42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023 tal-baġit ġenerali tal-2023 - Tnaqqis fl-approrjazzjonijiet ta’ pagament, aġġustamenti oħra u aġġornamenti tekniċi (14622/2023 – C9-0410/2023 – 2023/0367(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottat b’mod definittiv fit-23 ta’ Novembru 2022(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027(3),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(5),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023, adottat mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Ottubru 2023 (COM(2023)0530),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023, adottata mill-Kunsill fid-9 ta’ Novembru 2023 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Novembru 2023 (14622/2023 – C9-0410/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0363/2023),
A. billi l-għan ewlieni tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023 huwa li jaġġorna n-naħa tan-nefqa tal-baġit, fost affarijiet oħra biex jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet tal-proġett tar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) b’EUR 280 000 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u b’EUR 264 000 000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, minħabba dewmien fl-implimentazzjoni, u biex jitnaqqas il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Programm Ewropa Diġitali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għal ammont totali ta’ EUR 3 000 000 000;
B. billi l-impatt nett globali tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023 fuq in-nefqa jammonta għal tnaqqis ta’ EUR 247 500 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 3 254 800 000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023, kif imressaq mill-Kummissjoni;
2. Jenfasizza t-tnaqqis propost għall-proġett ITER, li jiżdied mat-tnaqqis li sar fiż-żmien tan-negozjati tal-baġit 2023 u t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta’ baġit 2024; jesprimi tħassib konsiderevoli dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-ITER u jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar l-iżviluppi u l-impatt tagħhom fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u tagħti spjegazzjoni aktar dettaljata tar-raġunijiet għad-dewmien sinifikanti fil-programm;
3. Jesprimi tħassib serju dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali u t-tnaqqis konsegwenti fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament; jistieden lill-Istati Membri jkomplu malajr bl-implimentazzjoni, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, biex jiżguraw l-assorbiment sħiħ tal-approprjazzjonijiet disponibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi evitata kriżi tal-pagamenti fi tmiem il-QFP attwali; ifakkar, fid-dawl ta’ dan, il-proposta tiegħu li jiġi emendat l-Istrument ta’ Marġini Uniku sabiex jitneħħa l-limitu massimu annwali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal rikors għal dak l-Istrument bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jappoġġaw il-proposta tal-Parlament;
4. Jindika b’mod partikolari t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) propost mill-Kummissjoni minħabba l-fatt li għadd ta’ fatturi ta’ valur għoli għadhom qed jiġu analizzati u xi rekwiżiti ta’ kundizzjonalità tal-pagamenti għadhom ma ġewx issodisfati għal ċerti proġetti; iqis li tali dewmien huwa problematiku ħafna peress li l-AMIF irid ikun flessibbli u reattiv fil-każ ta’ flussi migratorji; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċess sabiex tkun tista’ tappoġġa bis-sħiħ lill-Istati Membri meta jiffaċċjaw flussi migratorji għoljin;
5. Jilqa’ l-proposta li jiżdied il-livell ta’ approprjazzjonijiet għas-sigurtà tal-bini u tas-sistemi tal-IT tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u li jiġu allokati tmien aġenti temporanji addizzjonali; itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-aġenziji li l-mandat tagħhom ġie estiż jirċievu żieda proporzjonata fil-persunal u fil-baġit;
6. Jieħu nota tal-aġġustamenti proposti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-intestatura 7; jenfasizza l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġu r-riżorsi neċessarji biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali u kuntrattwali tagħhom flimkien mal-mandat tagħhom; jilqa’ l-isforzi li saru mill-Istituzzjonijiet biex ikopru kważi l-ammonti kollha meħtieġa minħabba r-rata ogħla ta’ aġġornament tas-salarji permezz ta’ riallokazzjonijiet u l-posponiment ta’ investimenti mhux obbligatorji; jieħu nota taż-żieda żgħira meħtieġa fir-rigward tan-nefqa tal-pensjonijiet u l-ammont meħtieġ mill-Iskejjel Ewropej biex ikopru l-ispiża tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija;
7. Iqis li l-Unjoni għandha tipprovdi rispons qawwi għall-ħtiġijiet li qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna umanitarja, inkluż fil-Lvant Nofsani u l-Kawkasu; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltajiet baġitarji biex tipprovdi appoġġ diġà fl-2023, permezz ta’ abbozz ieħor ta’ baġit emendatorju jew trasferiment;
8. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2023;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2023 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (11565/2023 – C9-0336/2023 – 2023/0264(BUD))
– wara li kkunsidra l-abbozz konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni inkluża d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (11565/2023 – C9‑0336/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2023 (COM(2023)0300),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottata mill-Kunsill fil-5 ta’ Settembru 2023 u li ntbagħatet lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Settembru 2023 (11565/2023 – C9‑0336/2023),
– wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, ippreżentata mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Ottubru 2023 (COM(2023)0531),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027(4),
– wara li kkunsidrat il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (A9-0362/2023),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni tiegħu kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS
FINALI
Baġit 2024 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. Baġit 2024
2. Baġit 2023 – Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4/2023
3. Dikjarazzjonijiet
Ħarsa ġenerali fil-qosor
A. Baġit 2024
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
— Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2024 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 189 385,4 miljun. B’mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2019 ta’ EUR 360,1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
— Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2024 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 142 630,3 miljun. B’mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2024 ta’ EUR 31 018,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
— L-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2024 huwa mobilizzat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 1 635,5 miljun, li minnhom EUR 289,5 miljun għas-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri, EUR 317,2 miljun għall-intestatura 5 Sigurtà u Difiża u EUR 28,9 miljun għall-intestatura 6 Il-Viċinat u d-Dinja.
— F’konformità mal-Artikolu 11(1)a tar-Regolament QFP, l-Istrument ta’ Marġini Uniku huwa mobilizzat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 586,1 miljun, li minnhom EUR 371,1 miljun huma għall-intestatura 6 Viċinat u d-Dinja u EUR 215,0 miljun huma għall-intestatura 7 Amministrazzjoni Pubblika Ewropea.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2024 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin mill-2021 sal-2024 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 1 734,4 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmata tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
L-Istrument ta’ Flessibbiltà – profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR)
Sena ta’ mobilizzazzjoni
2024
2025
2026
2027
Total
2021
7,6
0,0
0,0
0,0
7,6
2022
49,8
36,7
0,0
0,0
86,5
2023
279,0
120,6
83,2
0,0
482,8
2024
1 398,0
107,6
83,7
46,3
1 635,5
Total
1 734,4
265,0
166,9
46,3
2 212,5
B. Baġit 2023
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 4/2023 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
1. Baġit 2024
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit għall-2024 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
Barra minn hekk, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-linji baġitarji kollha emendati mill-Kunsill u maqbula mill-Parlament fil-qari tiegħu huma kkonfermati kif emendati mill-Kunsill.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta’ hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ) u l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit għall-2024 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
— Taħt is-subintestatura 2b:
— L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, l-artikolu baġitarju 07 10 08), li għalih żdiedu 13-il pożizzjoni fit-tabella tal-persunal u li għalih il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament qed jiżdied b’EUR 4 miljun.
— Taħt l-intestatura 4:
— L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, l-artikolu baġitarju 10 10 01) li għaliha l-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament qed jiżdied b’EUR 1 miljun biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ 10 pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali addizzjonali.
— L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, l-artikolu baġitarju 11 10 01) li għaliha l-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tnaqqas bi EUR 15-il miljun.
Aġenziji Eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament) u l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta’ 46 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), li minnhom 36 huma ġodda, għal ammont totali ta’ EUR 107,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif propost mill-Parlament.
Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta’ dan li ġej:
Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
1.0.11
Orizzont Ewropa
12 812 088 532
12 897 088 532
85 000 000
01 02 01 01
Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
2 164 231 124
2 176 231 124
12 000 000
01 02 01 02
L-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie
891 754 891
899 754 891
8 000 000
01 02 02 10
Cluster “Saħħa”
650 549 025
675 549 025
25 000 000
01 02 02 20
Cluster “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva”
298 612 665
306 612 665
8 000 000
01 02 02 50
Cluster “Klima, Enerġija u Mobbiltà”
1 288 842 641
1 309 842 641
21 000 000
01 02 02 60
Cluster “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”
1 050 696 938
1 061 696 938
11 000 000
1.0.13
Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)
556 299 898
436 299 898
-120 000 000
01 04 01
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea ITER — u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
548 002 426
428 002 426
-120 000 000
1.0.221
FNE Trasport
1 727 250 201
1 757 250 201
30 000 000
02 03 01
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport
1 717 181 785
1 747 181 785
30 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
67 020 000
Total
62 020 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 21 493,4 miljun, li jħalli marġni ta’ EUR 104,6 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.
Subintestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, mingħajr ebda aġġustament. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 64 665,2 miljun, u dan iħalli marġni ta’ EUR 17,8-il miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2a.
Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2.2.23
Il-kost ta’ finanzjament tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI)
3 796 000 000
3 340 000 000
-456 000 000
06 04 01
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq
3 790 000 000
3 334 000 000
-456 000 000
2.2.24
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (RescEU)
230 311 354
240 311 354
10 000 000
06 05 01
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
230 311 354
240 311 354
10 000 000
2.2.32
Erasmus+
3 736 131 530
3 796 131 530
60 000 000
07 03 01 01
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta
2 566 731 926
2 617 731 926
51 000 000
07 03 02
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
384 913 639
393 913 639
9 000 000
2.2.34
Ewropa Kreattiva
331 788 132
334 788 132
3 000 000
07 05 01
Il-fergħa Kultura
101 802 039
103 802 039
2 000 000
07 05 03
Il-fergħa transsettorjali
27 603 081
28 603 081
1 000 000
2.2.352
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri
214 962 993
219 462 993
4 500 000
07 06 01
L-ugwaljanza u d-drittijiet
36 019 970
37 519 970
1 500 000
07 06 02
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni
55 671 418
57 671 418
2 000 000
07 06 03
Daphne
25 146 868
26 146 868
1 000 000
2.2.3 DAG
Aġenziji deċentralizzati
290 845 169
294 845 169
4 000 000
07 10 08
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
66 307 729
70 307 729
4 000 000
2.2.3 SPEC
Prerogattivi
181 077 079
183 077 079
2 000 000
07 20 04 06
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali
22 221 446
23 221 446
1 000 000
07 20 04 09
Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema
22 728 699
23 728 699
1 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
25 827 500
Total
-346 672 500
F’kuntest ta’ livell ogħla tal-għoli tal-ħajja, Erasmus+ huwa msaħħaħ b’EUR 60 miljun, b’mod partikolari biex il-programm isir aktar aċċessibbli għal persuni b’inqas opportunitajiet.
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 9 895,5 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 1 289,5 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tal-QFP.
Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
744 949 659
764 949 659
20 000 000
09 02 01
Natura u bijodiversità
285 202 126
300 202 126
15 000 000
09 02 02
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
177 796 220
178 796 220
1 000 000
09 02 03
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih
122 679 608
125 679 608
3 000 000
09 02 04
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
133 496 971
134 496 971
1 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
14 540 000
Total
-50 260 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 57 338,6 miljun, u dan iħalli marġni ta’ EUR 110,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 3.
Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
4.0.11
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 500 715 253
1 508 215 253
7 500 000
10 02 01
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
L-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi
1 017 832 303
1 020 332 303
2 500 000
4.0.2 DAG
Aġenziji deċentralizzati
1 063 483 939
1 048 483 939
-15 000 000
11 10 01
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
824 329 442
809 329 442
-15 000 000
Total
-4 000 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 3 892,7 miljun, u jħalli marġni ta’ EUR 127,3 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
5.0.11
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
314 885 754
321 885 754
7 000 000
12 02 01
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
312 435 754
319 435 754
7 000 000
5.0.22
Mobbiltà Militari
241 367 376
251 367 376
10 000 000
13 04 01
Mobbiltà militari
239 640 880
249 640 880
10 000 000
Total
17 000 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 2 321,2 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 1 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament QFP.
Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
6.0.111
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali (NDICI - Ewropa Globali)
11 373 889 314
11 523 889 314
150 000 000
14 02 01 10
Il-Viċinat tan-Nofsinhar
1 630 931 763
1 730 931 763
100 000 000
14 02 01 11
Il-Viċinat tal-Lvant
622 537 696
672 537 696
50 000 000
6.0.12
Għajnuna Umanitarja (HUMA)
1 660 704 480
1 910 704 480
250 000 000
14 03 01
Għajnuna Umanitarja
1 569 106 062
1 819 106 062
250 000 000
Total
400 000 000
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 16 230,0 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 28,9 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament QFP u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Marġni Uniku għal ammont ta’ EUR 371,1 miljun f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP.
Intestatura 7 – L-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
L-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 huma maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: it-taqsimiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huma aġġustati biex jirriflettu l-fatt li n-nefqa relatata mal-Membri li jirċievu salarji mill-baġit tal-UE, li huma soġġetti għall-indiċjar, għandha tiġi kklassifikata bħala nefqa fuq is-salarji u għaldaqstant eskluża mil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar li ż-żieda għan-nefqa mhux relatata mas-salarji tiġi limitata għal 2 %.
L-aġġustament kumplessiva tirriżulta f’żieda ta’ EUR 33,8 miljun fl-intestatura 7.
L-emendi ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess jerġgħu jiddaħħlu mingħajr modifiki. Kumplessivament, dan jirriżulta f’livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ EUR 2 383,1 miljun, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 27 707 693 meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
Għat-taqsimiet l-oħra kkonċernati, meta jitqiesu l-ammonti oriġinali mitluba fil-linji mhux relatati mas-salarji, id-dettalji skont il-linji baġitarji huma stabbiliti hawn taħt filwaqt li jiġu rrispettati l-linji gwida ta’ 2 %:
Taqsima 2 – Kunsill Ewropew u Kunsill
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2 0 1 1
Assigurazzjoni Nefqa oħra relatata mal-binjiet Titolu Kapitolu Artikolu
6 302 000
6 340 180
38 180
Total
38 180
Taqsima 3 – Il-Kummissjoni Ewropea
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
20 03 01 02
Nefqa relatata ma’ binjiet
88 593 000
90 535 400
1 942 400
20 03 02 02
Nefqa relatata ma’ binjiet
24 636 000
25 466 000
830 000
20 03 13 01
Nefqa għat-traduzzjoni
13 000 000
14 000 000
1 000 000
Total
3 772 400
Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
1 0 0 0
Rimunerazzjoni u gratifiki
36 403 711
37 675 000
1 271 289
2 0 2 4
Il-konsum ta’ enerġija
3 163 000
3 230 531
67 531
Total
1 338 820
Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2 0 2 4
Il-konsum ta’ enerġija
1 197 070
1 719 530
522 460
Total
522 460
Taqsima 9 – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
2 0 0
Kirjiet, piżijiet u nfiq ieħor fuq il-binjiet
1 650 000
1 751 494
101 494
3 0 4 5
Konsulenza u studji esterni
150 000
456 000
306 000
Total
407 494
It-tabella tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tinkludi wkoll korrezzjoni teknika biex tinkorpora l-aġġustamenti preċedenti maqbula kemm fil-Baġit Emendatorju Nru 1/2023 kif ukoll fil-Baġit Emendatorju Nru 3/2023 b’impatt fuq l-ammont ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-ħtiġijiet għall-2024, skont il-metodoloġija applikata.
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 11 988,0 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 7 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ ta’ Marġini Uniku għal ammont ta’ EUR 215,0 miljun f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP.
Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR) u r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.
1.4. Approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament globali fil-Baġit tal-2024 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:
1. Jitqies il-livell maqbul ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa ugwali għal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn. Dan japplika għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b’EUR 456,0 miljun u t-tnaqqis ġenerali għall-FAEG b’EUR 84,8 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta’ EUR 550,8 miljun;
2. L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f’żieda ta’ EUR 33,8 miljun;
3. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta’ 25 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. Fil-każ ta’ estensjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa l-livell definit fl-Abbozz ta’ Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja Nru 1/2024 flimkien ma’ 25 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta’ EUR 26,8 miljun;
4. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta’ EUR 134,5 miljun.
L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta’ EUR 355,7 miljun, huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR)
AB 2024 (inkl. IE1)
Baġit 2024
Id-differenza
Intestatura 1
1.0.13
Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)
614 170 726
509 170 726
-105 000 000
01 04 01
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea ITER — u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
459 482 428
354 482 428
-105 000 000
PP/AP
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
16 755 000
Total Intestatura 1
-88 245 000
Subintestatura 2b
2.2.23
Il-kost ta’ finanzjament tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI)
3 796 000 000
3 340 000 000
-456 000 000
06 04 01
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq
3 790 000 000
3 334 000 000
-456 000 000
2.2.24
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (RescEU)
249 908 000
259 908 000
10 000 000
06 05 01
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
211 000 000
221 000 000
10 000 000
2.2.32
Erasmus+
3 491 138 893
3 522 138 893
31 000 000
07 03 01 01
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta
2 498 750 000
2 524 750 000
26 000 000
07 03 02
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
369 700 000
374 700 000
5 000 000
2.2.34
Ewropa Kreattiva
364 763 754
365 763 754
1 000 000
07 05 03
Il-fergħa transsettorjali
25 430 875
26 430 875
1 000 000
2.2.352
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri
221 064 096
225 564 096
4 500 000
07 06 01
L-ugwaljanza u d-drittijiet
51 815 746
53 315 746
1 500 000
07 06 02
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni
46 911 774
48 911 774
2 000 000
07 06 03
Daphne
23 877 030
24 877 030
1 000 000
2.2.3 DAG
Aġenziji deċentralizzati
282 083 169
286 083 169
4 000 000
07 10 08
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
66 307 729
70 307 729
4 000 000
2.2.3 SPEC
Prerogattivi
165 953 586
166 953 586
1 000 000
07 20 04 06
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali
19 500 000
20 000 000
500 000
07 20 04 09
Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
1 354 073 000
1 359 073 000
5 000 000
10 02 01
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
1 035 023 000
1 040 023 000
5 000 000
4.0.1 DAG
Aġenziji deċentralizzati
168 101 176
169 101 176
1 000 000
10 10 01
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)
168 101 176
169 101 176
1 000 000
4.0.2 DAG
Aġenziji deċentralizzati
1 055 455 267
1 040 455 267
-15 000 000
11 10 01
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
824 329 442
809 329 442
-15 000 000
Total Intestatura 4
-9 000 000
Intestatura 5
5.0.11
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
230 580 000
237 580 000
7 000 000
12 02 01
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
175 130 000
182 130 000
7 000 000
Total Intestatura 5
7 000 000
Intestatura 6
6.0.111
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali (NDICI - Ewropa Globali)
10 743 801 966
10 763 801 966
20 000 000
14 02 01 10
Il-Viċinat tan-Nofsinhar
761 962 895
776 962 895
15 000 000
14 02 01 11
Il-Viċinat tal-Lvant
416 206 581
421 206 581
5 000 000
6.0.12
Għajnuna Umanitarja (HUMA)
1 737 373 786
1 897 373 786
160 000 000
14 03 01
Għajnuna Umanitarja
1 649 312 168
1 809 312 168
160 000 000
Total Intestatura 6
180 000 000
Intestatura 7
7.2
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
9 141 588 794
9 175 375 841
33 787 047
7.1.21
Il-Parlament Ewropew
2 354 555 881
2 382 263 574
27 707 693
7.1.22
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
676 842 943
676 881 123
38 180
7.2
Il-Kummissjoni
4 218 068 825
4 221 841 225
3 772 400
7.1.24
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
502 443 711
503 782 531
1 338 820
7.1.25
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
185 133 430
185 655 890
522 460
7.1.29
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
23 921 966
24 329 460
407 494
Total Intestatura 7
33 787 047
TOTAL
-355 666 078
Kumplessivament dan jirriżulta f’livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 142 630,3 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ EUR 355,7 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
1.5. Riżervi
Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
1.6. Kummenti baġitarji
It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 bl-aġġustamenti li ġejjin proposti fl-ittra ta’ eżegwibbiltà u maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:
— Il-linji baġitarji segwenti li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki:
— Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi
It-test huwa emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni tinkludi pakkett ta’ EUR 362 040 167 040 relatat mal-persunal tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
— Artikolu 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra
It-test huwa emendat kif ġej:
– xiri varju marbut mar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Parlament (inkluża l-EMAS),l-EMAS).
– servizzi varji marbuta mal-ġestjoni finanzjarja u tal-inventarju tal-Parlament.
— Artikolu 2 3 9 — L-attivitajiet tal-EMAS, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju
It-titolu huwa emendat kif ġej:
L-attivitajiet tal-EMAS u tas-sostenibbiltà, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju
It-test huwa emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-attivitajiet tal-EMAS li għandhom l-għan li jippromwovu s-sostenibbiltàmal-attivitajiet ta’ sostenibbiltà fil-Parlament Ewropew u l-attivitajiet tal-EMAS li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament Ewropew, inkluża l-promozzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju.
Dan huwa bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi ġuridika eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista’ tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda. Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jaqbel ukoll dwar it-tħassir ta’ linja baġitarja fit-taqsima tal-Parlament Ewropew (Artikolu 5 0 2 – Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Pagi u allowances).
2. Baġit 2023
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 4/2023 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
3. Dikjarazzjonijiet
3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b’mod attiv matul is-sena 2024 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b’mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b’mod f’waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2024 (b’kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2024 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn, abbozz ta’ baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perjodu ta’ tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2024 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tal-eżitu tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP fil-baġit għall-2024
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reviżjoni proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027. Il-Kunsill ġie mistieden mill-Kunsill Ewropew biex imexxi ’l quddiem il-ħidma, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil ġenerali dwar il-QFP rivedut propost sa tmiem is-sena, biex b’hekk tkun tista’ ssir adozzjoni rapida b’kont debitu meħud tar-rwol tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattati. Għalhekk, l-impatt ta’ tali ftehim għas-sena finanzjarja 2024 jista’ jiġi introdott biss permezz ta’ abbozz ta’ baġit emendatorju.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għalhekk jistiednu lill-Kummissjoni tipproponi abbozz ta’ baġit emendatorju immedjatament hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-reviżjoni tar-Regolament QFP bil-ħsieb li l-baġit tal-2024 jiġi allinjat mar-Regolament QFP rivedut.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jqisu l-urġenza tal-kwistjoni.
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tipproponi l-miżuri baġitarji xierqa sabiex jiġu lliberati r-riżorsi allokati għas-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+ (l-Artikolu baġitarju 14 07 01) għas-sena finanzjarja 2024, jekk tinstab soluzzjoni alternattiva ta’ finanzjament fi żmien debitu.
3.4. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Parlament Ewropew dwar is-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+
Il-Parlament Ewropew jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ifakkar li, skont ir-Regolament (UE) 2022/2463, is-sussidju tar-rata tal-imgħax fir-rigward tal-AMF+ għall-Ukrajna għandu jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri u li l-baġit tal-UE jista’ jikkontribwixxi soġġett għar-riżorsi disponibbli. F’dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew jenfasizza li l-entrata proviżorja tal-approprjazzjoni fil-linja baġitarja 14 07 01 hija eċċezzjoni ta’ darba u ma tikkostitwixxix preċedent għal proċeduri baġitarji futuri.
ANNESS: LISTA TA’ ENTITAJIET JEW PERSUNI
LI R-RAPPORTEURS IRĊEVEW KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Il-lista li ġejja hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteurs. Ir-rapporteurs irċevew kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport:
Entity and/or person
Spanish Secretary of State, President-in-Office, Council of the European Union
Permanent Representative of Spain to the European Union
Permanent Representative of the Federal Republic of Germany to the European Union
Permanent Representative of France to the European Union
Permanent Representative of the Netherlands to the European Union
Permanent Representative of Belgium to the European Union
Commissioner for Budget and Administration
Commissioner for Promoting our European Way of Life
Commissioner for Justice
Commissioner for Crisis Management
Director-General for Budget, European Commission
Director-General for Communication, European Commission
Federal Ministry of Finance, Federal Government of Germany
Registrar of the Court of Justice of the European Union
President of the European Court of Auditors
Vice-President of the European Economic and Social Committee
Secretary-General of the European Committee of the Regions
EU High Representative for Foreign Affairs
Secretary-General of the European External Action Service
Executive Director, European Union Agency for Fundamental Rights
Executive Director, European Union Asylum Agency
Executive Director, Frontex
European Chief Prosecutor, European Public Prosecutor's Office
Executive Director, World Food Programme Global Office to the EU
Representative Office for Europe, United Nations Relief and Works Agency for Palestine Refugees in the Near East (UNRWA)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju – EGF/2023/002 BE/Makro) (COM(2023)0470 – C9-0369/2023 – (2023/0352(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0470 – C9‑0369/2023),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691(1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(3), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0351/2023),
A. billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li jkunu ħadmu għalihom;
B. billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2023/002 BE/Makro għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 1 431 sensja(4) fis-settur tal-ekonomija kklassifikati taħt id-Diviżjoni 47 tan-NACE Reviżjoni 2 (Negozju bl-imnut, għajr ta’ vetturi bil-mutur u muturi) fil-Provinċiji ta’ Antwerp, Flanders tal-Lvant, Brabant Fjamming, Hainaut u Liège, f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mill-10 ta’ Jannar 2023 sal-10 ta’ Mejju 2023;
C. billi l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 431 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Makro Cash & Carry Belgium NV (Makro NV);
D. billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jrid ikun hemm mill-inqas 200 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’impriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet;
E. billi l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna naqqsu l-kompetittività ekonomika u għandhom impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku fil-Belġju;
F. billi Makro NV kienet topera ħdax-il ħanut għal prodotti tal-ikel u mhux tal-ikel għall-professjonisti tas-servizzi tal-ikel u tax-xorb (il-marka “Metro”) u sitt iħwienet bħal dawn għall-klijenti ġenerali (il-marka “Makro”); billi wara snin ta’ diffikultajiet finanzjarji u tnaqqis fil-bejgħ, Makro NV applikat għar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja fl-2022; billi s-sensji rriżultaw mill-fatt li ma saret ebda offerta tajba biex jiġu akkwistati l-marka Makro u l-falliment sussegwenti tagħha;
G. billi r-rekwiżiti tal-liġi Belġjana dwar il-ġestjoni attiva tar-ristrutturar li jipprevedu servizzi ta’ rikollokament għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja ma japplikawx fil-każ ta’ falliment;
H. billi kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti primarjament lejn miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
I. billi l-FEG m’għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 186 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093;
1. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 828 223 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-ispiża totali ta’ EUR 3 327 322, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 3 233 822 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta’ EUR 93 500;
2. Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni fit-3 ta’ Lulju 2023, u li, wara li l-Belġju ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fit-12 ta’ Ottubru 2023 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum;
3. Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 431 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Makro Cash & Carry Belgium NV; jinnota barra minn hekk li b’kollox, 421 ħaddiem se jkunu benefiċjarji fil-mira, ammont li jikkorripondi mal-għadd ta’ eks ħaddiema ta’ Makro f’Wallonia filwaqt li l-awtoritajiet reġjonali Fjammingi jqisu li ma hemmx bżonn li jiżdied l-appoġġ disponibbli għall-eks ħaddiema ta’ Makro fi Flanders bil-kofinanzjament mill-FEG, minħabba s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol reġjonali tiegħu;
4. Jieħu nota li s-sensji f’Makro qed ikollhom impatt partikolari fuq ħaddiema li għandhom aktar minn 50 sena u/jew b’livell baxx ta’ ħiliet; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rata tal-qgħad f’Wallonia hija ta’ 8,8 % u aktar minn nofs (55,1 %) tal-persuni f’dan ir-reġjun li kienu qiegħda fl-ewwel kwart tal-2022 għadhom qiegħda sena wara; jenfasizza li 65 % tal-eks ħaddiema ta’ Makro għandhom aktar minn 50 sena u l-maġġoranza tal-forza tax-xogħol ta’ Makro kienet essenzjalment magħmula minn kaxxiera u ħaddiema fl-imħażen; jisħaq li għal dawn il-ħaddiema huwa partikolarment diffiċli li jerġgħu jintegraw ruħhom fl-impjieg;
5. Jilqa’ l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mill-Belġju f’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, mar-rappreżentanti tagħhom u mas-sħab soċjali, f’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/691;
6. Ifakkar li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: servizzi ta’ informazzjoni, gwida okkupazzjonali u assistenza għar-rikollokament, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, appoġġ għall-ħolqien ta’ negozju u kontribuzzjoni għalih, kif ukoll inċentivi u benefiċċji; jilqa’ l-fatt li se tingħata attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli f’sitwazzjoni ta’ tbatija psikoloġika, dejn, jew diżabbiltà permezz ta’ professjonisti speċjalizzati biex jassistu lil dawn il-gruppi;
7. Jilqa’ l-inklużjoni ta’ modulu dwar l-ekonomija ċirkolari u l-użu effiċjenti tar-riżorsi li ġie żviluppat għall-eks ħaddiema ta’ Swissport (EGF/2020/005 BE), bħala parti mill-offerta standard ta’ taħriġ tas-Servizz Pubbliku Reġjonali tal-Impjiegi u t-Taħriġ Vokazzjonali (Forem), li se jiġi kofinanzjat mill-FSE+; itenni, f’dan il-kuntest, ir-rwol importanti li l-Unjoni għandu jkollha biex tipprovdi l-kwalifiki meħtieġa għat-trasformazzjoni ġusta f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jappoġġja bil-qawwa l-fatt li, matul il-perjodu 2021-2027 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-FEG se jkompli juri solidarjetà mal-persuni affettwati, filwaqt li jressaq l-enfasi minn fuq il-kawża tar-ristrutturar għal fuq l-impatt tiegħu, u jitlob li l-applikazzjonijiet futuri jimmassimizzaw il-koerenza tal-politiki;
8. Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Frar 2023 u li għaldaqstant, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mill-1 ta’ Frar 2023 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
9. Jinnota li l-Belġju beda jġarrab in-nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fl-1 ta’ Jannar 2023 u li għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-10 ta’ Jannar 2023 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
10. Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux għajnuna minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;
11. Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni;
12. Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2023/002 BE/Makro
(It-test ta’ dan l-anness mhuwiex riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2023/2748.)
Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: pubblikazzjoni elettronika
130k
43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (06551/2023 – C9-0142/2023 – 2020/0126(APP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill (06551/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0142/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0352/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Ftehim UE-Montenegro: attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro
121k
42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro (08353/2023 – C9-0177/2023 – 2023/0102(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08353/2023),
– wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro (08354/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 79(2)(c), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0177/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0369/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Montenegro.
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-New Zealand
119k
39k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (06600/2023 – C9-0247/2023 – 2023/0038(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (06600/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (06601/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0247/2023),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0305/2023),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ New Zealand.
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-New Zealand (Riżoluzzjoni)
153k
48k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (06600/2023 – C9-0247/2023 – 2023/0038M(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06600/2023),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (FTA), li ġie ffirmat fid-9 ta’ Lulju 2023,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C9-0247/2023),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand(1) tal-21 ta’ Settembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra(2), iffirmat fil-5 ta’ Ottubru 2016,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1007 tal-20 ta’ Ġunju 2022 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra(3),
– wara li kkunsidra d-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2018 għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma’ New Zealand,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2017 għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma’ New Zealand (COM(2017)0469), u l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanjaha (SWD(2017)0289),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar l-eżitu tar-rieżami tal-Kummissjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 15-il Punt dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar l-istrateġija Indo-Paċifika fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2017 li fiha r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-mandat ta’ negozjar propost għal negozjati kummerċjali ma’ New Zealand(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni reċenti tiegħu tal-25 ta’ Frar 2016 dwar il-bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand(7),
– wara li kkunsidra r-rapport finali tat-13 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Trade Sustainability Impact Assessment in support of FTA negotiations between the European Union and New Zealand” (Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibbiltà Kummerċjali b’appoġġ għan-negozjati tal-FTA bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni(8),
– wara li kkunsidra l-ftehimiet bilaterali l-oħra bejn l-UE u New Zealand, b’mod partikolari l-ftehimiet dwar il-miżuri sanitarji applikabbli fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti tal-annimali (9) u dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità(10),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” (JOIN(2023)0020),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’Ġunju 2022 bit-titolu “Is-saħħa tas-sħubiji tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust” (COM(2022)0409),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2021 bit-titolu “Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” (COM(2021)0066),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2017 fil-proċedura 2/15(11), skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, mitluba fl-10 ta’ Lulju 2015 mill-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, inkluż il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni(12),
– wara li kkunsidra t-TFUE, b’mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 168 u 207 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0314/2023),
A. billi l-UE u New Zealand huma sħab tal-istess fehma u jikkondividu valuri fundamentali, bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u t-tnejn jappoġġjaw sistema kummerċjali bbażata fuq ir-regoli, bl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fiċ-ċentru tagħha; billi ż-żewġ partijiet huma impenjati li jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jipproteġu d-drittijiet soċjali u huma marbuta bil-Ftehim ta’ Pariġi u l-konvenzjonijiet tal-ILO;
B. billi New Zealand tinsab fir-reġjun Indo-Paċifiku, li huwa dinamiku u strateġikament importanti; billi New Zealand hija membru tal-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika, tas-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali, tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku u tal-Qafas Ekonomiku għall-Prosperità Indo-Paċifiku;
C. billi l-kummerċ bilaterali tal-merkanzija bejn l-UE u New Zealand kellu valur ta’ EUR 9 biljun fl-2022 u l-valur tal-kummerċ tas-servizzi ammonta għal EUR 3,5 biljun fl-2021;
D. billi New Zealand hija t-53 l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE għall-merkanzija; billi l-UE hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali ta’ New Zealand għall-merkanzija; billi l-esportazzjonijiet agrikoli lejn New Zealand irrappreżentaw 11,5 % (EUR 722 miljun) tal-esportazzjonijiet totali tagħha lejn New Zealand fl-2022; billi l-esportazzjonijiet agrikoli rrappreżentaw 64,9 % (EUR 1 822 miljun) tal-esportazzjonijiet totali tagħha lejn l-UE fl-2022;
E. billi fl-2020 New Zealand ibbenefikat minn EUR 8,5 biljun ta’ investiment dirett barrani tal-UE, u dan jagħmel lill-UE t-tieni l-akbar investitur fi New Zealand;
F. billi l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku mwettqa mill-Kummissjoni sabet li, bħala riżultat tal-FTA, il-flussi ta’ investiment tal-UE fi New Zealand jistgħu jikbru bi 80 % u l-kummerċ bilaterali jista’ jiżdied bi 30 %; billi żieda fil-kummerċ se ġġib magħha opportunitajiet ekonomiċi u tkabbir ekonomiku għall-kumpaniji u l-konsumaturi fuq iż-żewġ naħat;
G. billi New Zealand hija wieħed minn sitt membri biss tad-WTO li ma għandhomx arranġament preferenzjali ta’ aċċess għas-suq mal-UE; billi New Zealand għandha ftehimiet kummerċjali li joffru aċċess preferenzjali lil 8 mill-aktar 10 sħab kummerċjali importanti tagħha koperti b’arranġamenti kummerċjali preferenzjali;
H. billi dan huwa l-ewwel ftehim kummerċjali tal-UE allinjat mal-approċċ il-ġdid tal-UE għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-kooperazzjoni u jinkludi dispożizzjonijiet infurzabbli b’sanzjonijiet bħala l-aħħar alternattiva f’każijiet fejn jinkisru l-Ftehim ta’ Pariġi u l-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO;
I. billi l-kummerċ miftuħ u ġust huwa wieħed mill-erba’ pilastri tal-pjan industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE; billi l-ftehimiet kummerċjali għandhom ikunu konformi mal-objettivi u l-miri tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u dan l-allinjament għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib;
1. Iqis li dan il-ftehim huwa ta’ importanza kbira għar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u New Zealand u l-promozzjoni ta’ kummerċ ibbażat fuq ir-regoli u l-valuri, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; iqis, barra minn hekk, li dan se jġib benefiċċji li jmorru lil hinn mill-gwadanji purament ekonomiċi;
2. Jenfasizza l-importanza strateġika tal-ftehim fil-kuntest ġeopolitiku attwali u jqis li huwa pass kbir ’il quddiem għall-ambizzjoni tal-UE li tapprofondixxi r-relazzjonijiet mar-reġjun, kif deskritt fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar l-istrateġija Indo-Paċifika fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment;
3. Jilqa’ l-fatt li l-ftehim huwa komprensiv u ekonomikament ibbilanċjat u huwa l-aktar ftehim kummerċjali ambizzjuż u progressiv tal-UE sal-lum b’relazzjoni mal-kapitolu tiegħu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza l-fatt li l-ftehim iwettaq il-prijoritajiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-25 ta’ Frar 2016 u tas-26 ta’ Ottubru 2017; jinnota li l-ftehim jinkludi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim biex jiżgura li d-drittijiet u l-obbligi li jinsabu fil-ftehim jiġu rispettati, ħalli n-negozji, il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu;
4. Jilqa’ b’sodisfazzjon qawwi l-fatt li l-ftehim jintegra, għall-ewwel darba, l-approċċ il-ġdid tal-UE għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u jinkorpora livell bla preċedent ta’ impenji ambjentali u tax-xogħol sabiex jimplimenta b’mod effettiv il-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO ratifikati mill-partijiet u l-Ftehim ta’ Pariġi; jilqa’ l-possibbiltà ta’ sanzjonijiet kummerċjali bħala l-aħħar alternattiva f’każijiet ta’ ksur serju tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-istandards ewlenin tal-ILO; jistieden liż-żewġ partijiet jiddefinixxu sett ta’ prinċipji gwida li għandhom jitqiesu essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi; jitlob li jiġu definiti miri u skedi ta’ żmien speċifiċi biex jikkomplementaw l-attivitajiet primarjament iċċentrati fuq il-kooperazzjoni bil-għan li jinkisbu prattiki sostenibbli; jistenna li New Zealand tagħmel progress konkret fi żmien raġonevoli lejn ir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta’ żewġ konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO (Nru 87 dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt ta’ organizzazzjoni u Nru 138 dwar l-età minima), f’konformità mal-impenji stabbiliti fil-ftehim; jilqa’ l-fatt li l-UE u New Zealand qablu li jirriflettu d-deċiżjoni reċenti tal-ILO li żżid is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali mal-istandards ewlenin tax-xogħol, meta jkun xieraq; jilqa’ l-fatt li l-ftehim għandu artikolu dwar il-kummerċ u l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jinnota li l-partijiet huma mistennija jimplimentaw l-obbligi tagħhom relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm skont il-konvenzjonijiet tal-ILO kif ukoll dawk tan-NU fil-kuntest tal-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-ħajja ekonomika u fl-impjiegi; jilqa’ d-dispożizzjoni speċifika dwar il-kummerċ u r-riforma u t-tnaqqis progressiv tas-sussidji għall-fjuwils fossili; jistieden lill-partijiet jintensifikaw l-impenn dwar din il-kwistjoni fl-ambitu tad-WTO u jiżviluppaw pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni biex jiċċaraw l-ambizzjoni bilaterali tagħhom u l-isforzi konġunti fil-fora internazzjonali rilevanti; jilqa’ l-fatt li l-ftehim jilliberalizza l-oġġetti u s-servizzi ekoloġiċi mad-dħul fis-seħħ u fih lista ta’ dawn l-oġġetti u s-servizzi; jitlob rieżami regolari u sistematiku ta’ din il-lista; jirrimarka li l-UE u New Zealand se jikkooperaw dwar l-ekonomija ċirkolari, il-ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni u l-ipprezzar tal-karbonju; jisħaq li l-ftehim jinkludi klawżola ta’ nonregressjoni li tipprojbixxi lill-partijiet milli jdgħajfu, inaqqsu jew jonqsu milli jinfurzaw l-istandards tax-xogħol u ambjentali sabiex jinkoraġġixxu l-kummerċ; jemmen li l-FTA jistabbilixxi punt ta’ riferiment għall-kummerċ sostenibbli u għandu jitqies bħala standard tad-deheb fin-negozjati u r-rieżamijiet attwali u futuri tal-FTA;
5. Jilqa’ l-inklużjoni ta’ kapitolu dwar il-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika mal-Māori, flimkien ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-Māori f’diversi postijiet oħra fil-ftehim, u jisħaq fuq kemm huwa importanti li ċ-ċittadini u l-kumpaniji kollha fl-UE u fi New Zealand ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet ta’ kummerċ u ta’ investiment li jġib miegħu l-ftehim;
6. Jemmen li l-ftehim se joħloq kundizzjonijiet ekwi ma’ sħab kummerċjali oħra li diġà għandhom FTAs ma’ New Zealand; jinnota l-livell għoli ta’ liberalizzazzjoni tat-tariffi skont il-ftehim, li se jinvolvi t-tneħħija ta’ 100 % tat-tariffi ta’ New Zealand fuq l-esportazzjonijiet tal-UE mad-dħul fis-seħħ u t-tneħħija ta’ 98,5 % tat-tariffi tal-UE fuq il-kummerċ ta’ New Zealand wara seba’ snin; jinnota n-natura kontrostaġjonali tal-produzzjoni agrikola rispettiva tagħna; jinnota li n-natura sensittiva ta’ ċerti setturi agrikoli Ewropej ittieħdet inkonsiderazzjoni debitament permezz ta’ kwoti tariffarji u perjodi ta’ tranżizzjoni itwal; jilqa’ l-fatt li dan il-ftehim jillimita l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga għal laħam tal-ogħla kwalità li jkun ġej minn bhejjem magħlufa l-ħaxix; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti agrikoli u tirrapporta lura lill-Parlament; jilqa’ l-inklużjoni ta’ kapitoli speċifiċi dwar kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, sistemi tal-ikel sostenibbli u t-trattament xieraq tal-annimali u jistieden liż-żewġ partijiet ikomplu l-iskambji dwar l-eżiti għal prattiki agrikoli sostenibbli; ifakkar li New Zealand ipprojbiet it-trasport ta’ annimali ħajjin bil-baħar u li l-iskambji dwar din il-kwistjoni huma ta’ interess partikolari għall-isforzi futuri tal-UE biex issaħħaħ il-prattiki tagħha dwar it-trattament xieraq tal-annimali;
7. Jilqa’ l-protezzjoni li l-ftehim jipprovdi għall-ismijiet ta’ 163 indikazzjoni ġeografika (IĠ) Ewropea tal-oġġetti tal-ikel u l-lista sħiħa tal-inbejjed u l-ispirti b’IĠ tal-UE (qrib 2 000 isem); jenfasizza l-fatt li l-ftehim jipprevedi l-għażla li jiżdiedu aktar ismijiet ta’ IĠ fil-futur; jinnota li l-ftehim jinkludi wkoll dispożizzjonijiet komprensivi ta’ proprjetà intellettwali dwar id-drittijiet tal-awtur, it-trademarks u d-disinji industrijali; jilqa’ l-progress li sar u jfakkar li l-għan aħħari jibqa’ l-protezzjoni u l-infurzar effettivi fuq iż-żewġ naħat;
8. Jemmen li l-impenji ta’ aċċess għas-suq għall-merkanzija, fid-dawl tat-tneħħija tad-dazji relattivament għoljin fuq prodotti industrijali bħall-karozzi u t-tessuti, u l-impenji dwar is-servizzi, inklużi l-kunsinna, it-telekomunikazzjonijiet, is-servizzi finanzjarji u s-servizzi internazzjonali tat-trasport marittimu, għandhom il-potenzjal li jagħtu spinta sinifikanti lill-kummerċ bilaterali; iqis li l-ftehim jippromwovi t-trasparenza u l-użu ta’ standards internazzjonali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq, filwaqt li jissalvagwardja l-livelli ta’ protezzjoni li kull parti tqis xierqa; jinnota li l-ftehim jafferma mill-ġdid id-dritt ta’ kull parti li tirregola l-kisba ta’ objettivi ta’ politika leġittimi; japprezza l-fatt li New Zealand aċċettat iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u d-dispożizzjonijiet tal-anness dwar l-inbid u l-ispirti, li se jiffaċilitaw rispettivament il-kummerċ fis-settur tal-vetturi u f’dak tal-inbid u l-ispirti;
9. Jilqa’ l-fatt li l-UE u New Zealand se jiftħu b’mod reċiproku s-swieq tal-akkwist tagħhom lil hinn minn dak li diġà huwa kopert bil-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku; jisħaq li l-kumpaniji tal-UE se jitħallew jippreżentaw offerti għal kuntratti tal-gvern ċentrali u sottoċentrali ta’ New Zealand fl-istess livell bħall-kumpaniji lokali; jistieden liż-żewġ partijiet jadottaw kriterji ta’ sostenibbiltà għas-swieq tal-akkwist skont id-dispożizzjonijiet tal-FTA;
10. Jinnota li l-ftehim jinkludi kapitolu speċifiku dwar il-kummerċ diġitali, li se jiżgura l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali fit-tranżazzjonijiet kummerċjali diġitali u se jiffaċilita l-flussi transfruntiera tad-data, filwaqt li jirrispetta l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza; jilqa’ l-fatt li l-ftehim se jgħin biex jiġi żgurat ambjent online sikur għall-konsumaturi u se jippreserva livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali u l-privatezza fl-UE; jilqa’ l-inklużjoni ta’ artikoli ambizzjużi dwar il-protezzjoni tal-kodiċi tas-sors u l-kummerċ mingħajr karti;
11. Jissottolinja l-fatt li l-maġġoranza qawwija tal-kumpaniji tal-UE u ta’ New Zealand huma intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jilqa’ l-fatt li l-FTA inkluda kapitolu speċifiku dwar l-SMEs, li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u se jippermettilhom jiksbu l-benefiċċju massimu mill-ftehim, b’mod partijiet permezz ta’ klawżoli li bis-saħħa tagħhom iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom favur it-trasparenza fir-rigward tal-aċċess għas-suq u favur il-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti; jitlob li kull parti tistabbilixi fil-pront punti ta’ kuntatt għall-SMEs u mezz diġitali (bħal sit web speċifiku għall-SMEs) biex tiżgura li l-informazzjoni rilevanti dwar l-aċċess għas-suq tkun disponibbli faċilment għall-SMEs;
12. Jistieden lill-partijiet jistabbilixxu malajr il-gruppi konsultattivi interni rispettivi tagħhom wara li l-ftehim jidħol fis-seħħ u jiżguraw li jkunu jistgħu jiffunzjonaw kif suppost u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-implimentazzjoni tal-ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatti tas-sostenibbiltà;
13. Jilqa’ l-kapitolu speċfiku dwar l-SMEs; iqis, madankollu, minħabba li dan l-FTA huwa meqjus bħala punt ta’ riferiment għal ftehimiet kummerċjali futuri, li jista’ jsir aktar biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-SMEs u jiġi massimizzat il-benefiċċju sħiħ tagħhom mill-ftehim; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-effettività tal-kapitoli kollha dwar l-SMEs fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE, inkluża analiżi ta’ jekk jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-SMEs, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji sħaħ tal-ftehimiet u sabiex iservu bħala bażi għall-formulazzjoni futura tal-kapitoli dwar l-SMEs fil-ftehimiet kummerċjali;
14. Jemmen li dan il-ftehim huwa kompletament konformi mal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika reċenti peress li jipprovdi qafas biex sħab affidabbli jindirizzaw tħassib komuni dwar is-sigurtà huma u jistabbilixxu standards għoljin komuni u jipprevedu diversifikazzjoni, li hija mmirata lejn l-iżvilupp sostenibbli u toffri mudell għal sħab affidabbli oħra;
15. Jilqa’ l-ftehim, li se joħloq aktar opportunitajiet ta’ kummerċ ħieles u ġust bejn l-UE u New Zealand; jistieden lill-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ New Zealand.
Ir-rapport finali – “Trade Sustainability Impact Assessment in support of FTA negotiations between the European Union and New Zealand” (Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibbiltà Kummerċjali b’appoġġ għan-negozjati tal-FTA bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand), Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat C – l-Asja u l-Amerka Latina, Unità C2 – in-Nofsinhar u x-Xlokk tal-Asja, l-Awstralja, New Zealand, it-13 ta’ Marzu 2020.
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar il-miżuri sanitarji applikabbli fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti tal-annimali (ĠU L 57, 26.2.1997, p. 5).
Ħatra proposta ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Petri Sarvamaa
124k
43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-ħatra proposta ta’ Petri Sarvamaa għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0345/2023 – 2023/0811(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0345/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9‑0349/2023),
A. billi, bl-ittra tat-22 ta’ Settembru 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Petri Sarvamaa għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki ta’ Petri Sarvamaa, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva minn Petri Sarvamaa curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fis-7 ta’ Novembru 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ta’ Petri Sarvamaa, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Petri Sarvamaa għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
Ħatra proposta ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Annemie Turtelboom
121k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2023 dwar il-ħatra proposta ta’ Annemie Turtelboom għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0355/2023 – 2023/0812(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0355/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0350/2023),
A. billi, bl-ittra tat-3 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Annemie Turtelboom għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki ta’ Annemie Turtelboom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva minn Annemie Turtelboom curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fis-7 ta’ Novembru 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ta’ Annemie Turtelboom, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Annemie Turtelboom għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
VAT: regoli għall-era diġitali
278k
74k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (COM(2022)0701 – C9-0021/2023 – 2022/0407(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0701),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0021/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0327/2023),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida)
(1a) Il-pakkett “il-VAT fl-Era Diġitali”, li minnu tifforma parti din id-Direttiva, għandu l-għan li jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward, minn naħa waħda, tal-objettiv tal-ġlieda kontra l-frodi u, min-naħa l-oħra, tad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tar-regoli proposti għall-kumpaniji, speċjalment għall-SMEs u l-mikroimpriżi, f’termini tat-tmexxija ta’ kuljum tan-negozji, kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali. L-obbligi l-ġodda tal-VAT li jirriżultaw mir-riforma jenħtieġ li jkunu sempliċi, ċari, effettivi u bbilanċjati għall-partijiet kollha involuti sabiex jaħdmu fil-prattika għan-negozji u għall-awtoritajiet amministrattivi.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1b (ġdida)
(1b) Il-pakkett “il-VAT fl-Era Diġitali” għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll l-applikabbiltà tar-Regolamenti (UE) 2016/6791a u (UE) 2018/17251b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ipproċessar ta’ data personali. L-informazzjoni miġbura jenħtieġ li tkun tista’ tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi mill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti.
________
1a Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
1b Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1c (ġdida)
(1c) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li d-drittijiet tal-kontribwenti jiġu rispettati, peress minħabba l-fatt li l-awtoritajiet tat-taxxa se jkollhom aċċess għal ammonti kbar ta’ data, inkluż minn sistemi ta’ analiżi ta’ data algoritmika. L-użu ta’ teknoloġiji ġodda jenħtieġ li jirrispetta l-valuri tal-Unjoni, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi primarja.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 1d (ġdida)
(1d) Il-ġbir tad-data personali tal-individwi jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikser id-dritt għall-privatezza tal-individwi.Inkella, jitqies bħala ekwivalenti għal sorveljanza illegali.L-informazzjoni fil-fatturi tista’ tiżvela informazzjoni sensittiva dwar persuni fiżiċi speċifiċi, bħal informazzjoni dwar merkanzija mixtrija (inklużi prodotti intimi), arranġamenti tal-ivvjaġġar jew servizzi legali.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) L-obbligi ta’ rapportar tal-VAT jenħtieġ li jiġu adattati biex jindirizzaw l-isfidi tal-ekonomija tal-pjattaformi u biex titnaqqas il-ħtieġa għal reġistrazzjonijiet multipli tal-VAT fl-Unjoni.
(2) L-obbligi ta’ rapportar tal-VAT jenħtieġ li jiġu adattati biex jindirizzaw l-isfidi tal-ekonomija tal-pjattaformi, biex titnaqqas il-ħtieġa għal reġistrazzjonijiet multipli tal-VAT fl-Unjoni u biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-kostijiet ta’ konformità għall-kontribwenti, jiġifieri l-SMEs, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) It-telf fid-dħul mill-VAT, magħruf bħala d-“Diskrepanza tal-VAT”, fl-2020 kien stmat għal EUR 93 biljun61 fl-Unjoni, li parti sinifikanti minnhom tikkonsisti fi frodi, b’mod partikolari frodi intra-Komunitarja62 b’negozjant nieqes, stmata bejn EUR 40-60 biljun63. Fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini jappellaw biex jiġu armonizzati u kkoordinati l-politiki tat-taxxa fi ħdan l-Istati Membri tal-UE għall-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa”, u “tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE biex jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha fl-UE jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxi”. L-inizjattiva tal-VAT fl-Era Diġitali hija konsistenti ma’ dawn l-għanijiet.
(3) It-telf fid-dħul mill-VAT, magħruf bħala d-“Diskrepanza tal-VAT”, fl-2020 kien stmat għal EUR 93 biljun61 fl-Unjoni, li parti sinifikanti minnhom tikkonsisti fi frodi, b’mod partikolari frodi intra-Komunitarja62 b’negozjant nieqes, stmata bejn EUR 40-60 biljun63. Id-diskrepanza attwali tal-VAT turi l-ħtieġa li jiġu ttrattati l-frodi transfruntiera tal-VAT u l-frodi karusell permezz tal-implimentazzjoni xierqa ta’ skambju effiċjenti ta’ mekkaniżmi ta’ informazzjoni u ta’ mezzi adegwati għal tali skambju, inklużi mezzi umani, finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi. Barra minn hekk, il-kobor tal-valuri tad-diskrepanza tal-VAT ivarja b’mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor u għalhekk huwa importanti li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE.
_________________
_________________
61 Id-Diskrepanza tal-VAT hija d-differenza ġenerali bejn id-dħul mistenni mill-VAT ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-VAT u r-regolamenti anċillari u l-ammont effettivament miġbur: https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/vat-gap_en
61 Id-Diskrepanza tal-VAT hija d-differenza ġenerali bejn id-dħul mistenni mill-VAT ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-VAT u r-regolamenti anċillari u l-ammont effettivament miġbur: https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/vat-gap_en
63 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_24/SR_VAT_FRAUD_MT.pdf
63 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_24/SR_VAT_FRAUD_MT.pdf
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida)
(3a) Id-“diskrepanza tal-VAT” talimenta n-nuqqas ta’ fiduċja bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Unjoni u tirrappreżenta ħafna aktar minn sempliċi frodi intra-Komunitarja b’negozjant nieqes (MTIC). L-aħjar mod biex tiġi miġġielda l-frodi MTIC, inkluża l-frodi karusell, ikun li titneħħa l-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u servizzi, peress li dak it-tip ta’ frodi huwa fil-biċċa l-kbira dovut għal waqfa fil-ġbir frazzjonat tal-VAT. Sabiex il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tiġi limitata aħjar, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq aktar analiżi dwar kif l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ tpoġġi l-pedament għat-tneħħija tal-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u servizzi (jiġifieri, is-“sistema definittiva tal-VAT”).
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdida)
(3b) Il-ġbir tad-data għall-istatistika tal-kummerċ internazzjonali (Intrastat) fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji huwa għodda essenzjali għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u jenħtieġ li jinżamm.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 3c (ġdida)
(3c) L-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u servizzi tista’ żżid il-possibbiltà ta’ frodi, speċjalment fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Sabiex jiżdied il-ġbir tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet transfruntiera u biex tintemm il-frammentazzjoni eżistenti li tirriżulta mill-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ rappurtar diverġenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali tal-Unjoni. Tali regoli jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sabiex jippermettu t-tqabbil reċiproku tad-data, iżidu l-kapaċitajiet ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u joħolqu effett ta’ deterrent fuq in-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità għan-negozji li joperaw fi Stati Membri differenti u jiġu eliminati l-ostakli fis-suq intern.
(4) Sabiex jiżdied il-ġbir tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet transfruntiera u biex tintemm il-frammentazzjoni eżistenti li tirriżulta mill-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ rappurtar diverġenti, li jirriżultaw f’piż sinifikanti fuq in-negozji u kontrolli transfruntiera ineffettivi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali tal-Unjoni. Tali regoli jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sabiex jippermettu t-tqabbil reċiproku tad-data, iżidu l-kapaċitajiet ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u joħolqu effett ta’ deterrent fuq in-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità għan-negozji li joperaw fi Stati Membri differenti u jiġu eliminati l-ostakli fis-suq intern.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida)
(4a) Il-frodi tal-VAT ħafna drabi hija marbuta mal-kriminalità organizzata, u għadd żgħir ħafna ta’ dawn in-networks organizzati jista’ jkun responsabbli għal frodi transfruntiera tal-VAT li tammonta għal biljuni ta’ euro, li tolqot mhux biss il-ġbir tad-dħul fl-Istati Membri iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni.Għalhekk, l-Istati Membri għandhom responsabbiltà kondiviża għall-ħarsien tad-dħul mill-VAT tal-Istati Membri kollha.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 4b (ġdida)
(4b) Il-Kummissjoni se tiżgura li r-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali jqisu l-esperjenza miksuba f’ċerti Stati Membri li diġà jkunu investew fil-fatturazzjoni u r-rappurtar diġitali sabiex ma jintilfux investimenti eżistenti f’dawk l-Istati Membri u biex ikunu jistgħu jibbenefikaw il-partijiet ikkonċernati kollha.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 4c (ġdida)
(4c) Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni jenħtieġ li jkunu ġusti, li jistgħu jinkisbu u bbilanċjati, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-affidabbiltà tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-individwazzjoni tal-frodi jenħtieġ li tirriżulta f’aktar ċertezza legali għall-kontribwenti.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Sabiex tiġi ffaċilitata l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta’ rappurtar kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jiġu ddokumentati b’mod elettroniku. L-użu tal-fatturazzjoni elettronika jenħtieġ li jsir is-sistema prestabbilita għall-ħruġ tal-fatturi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jawtorizzaw mezzi oħra għall-provvisti domestiċi. Il-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi mill-fornitur u t-trażmissjoni tagħhom lill-klijenti jenħtieġ li ma jkunux kundizzjonali fuq awtorizzazzjoni jew verifika minn qabel mill-amministrazzjoni tat-taxxa.
(5) Sabiex tiġi ffaċilitata l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta’ rappurtar kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jiġu ddokumentati b’mod elettroniku. L-użu tal-fatturazzjoni elettronika jista’ jsir is-sistema prestabbilita għall-ħruġ tal-fatturi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jawtorizzaw mezzi oħra għall-provvisti domestiċi. Il-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi mill-fornitur u t-trażmissjoni tagħhom lill-klijenti jenħtieġ li ma jkunux kundizzjonali fuq awtorizzazzjoni jew verifika minn qabel mill-amministrazzjoni tat-taxxa mill-1 ta’ Jannar 2028.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Id-definizzjoni ta’ fattura elettronika jenħtieġ li tiġi allinjata ma’ dik użata fid-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64, biex tinkiseb standardizzazzjoni fil-qasam tar-rappurtar tal-VAT.
(6) Fi tmiem il-perjodu tranżitorju, id-definizzjoni ta’ fattura elettronika jenħtieġ li tiġi allinjata ma’ dik użata fid-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64, biex tinkiseb standardizzazzjoni fil-qasam tar-rappurtar tal-VAT. Madankollu, in-negozji, b’mod partikolari l-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE64a u l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ, jenħtieġ li jibqgħu liberi li jadottaw standards oħra f’konformità mal-Artikolu 217 tad-Direttiva 2006/112/KE.
__________________
__________________
64 Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).
64 Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).
64a Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida)
(6a) Sabiex jiġu megħjuna n-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, il-kontenut tal-istandard Ewropew tal-fatturazzjoni elettronika jenħtieġ li jsir aċċessibbli, sempliċi u ċar, b’mod partikolari billi tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha relatata ma’ dak l-istandard. Minħabba l-fatt li l-istandard Ewropew tal-fatturazzjoni elettronika msemmi fid-Direttiva 2014/55/UE huwa adattat għal kuntest minn “negozju għal gvern” (B2G), l-evoluzzjoni tiegħu jenħtieġ li tkun ippjanata biex tqis il-ħtiġijiet minn “negozju għal negozju” (B2B).
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Sabiex is-sistema ta’ rappurtar tal-VAT tiġi implimentata b’mod effiċjenti, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tasal għand l-amministrazzjoni tat-taxxa mingħajr dewmien. Għalhekk, l-iskadenza għall-ħruġ ta’ fattura għal tranżazzjonijiet transfruntiera jenħtieġ li tiġi stabbilita għal jumejn xogħol wara li jkun seħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.
(7) Sabiex is-sistema ta’ rappurtar tal-VAT tiġi implimentata b’mod effiċjenti, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tasal għand l-amministrazzjoni tat-taxxa mingħajr dewmien. Għalhekk, l-iskadenza għall-ħruġ ta’ fattura għal tranżazzjonijiet transfruntiera jenħtieġ li tiġi stabbilita għal tmint ijiem xogħol wara li jkun seħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas. Il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-prosekuzzjoni ta’ frodi tal-VAT jenħtieġ li jiġu aġġustati skont dan.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) L-implimentazzjoni tal-fattura elettronika bħala l-metodu prestabbilit għad-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT ma tkunx possibbli jekk l-użu tal-fattura elettronika jibqa’ soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur. Għalhekk, tali aċċettazzjoni jenħtieġ li ma tibqax meħtieġa għall-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi.
(9) L-implimentazzjoni tal-fattura elettronika bħala l-metodu prestabbilit għad-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT ma tkunx possibbli jekk l-użu tal-fattura elettronika jibqa’ soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur. Għalhekk, l-aċċettazzjonimir-riċevitur jenħtieġ li ma tibqax meħtieġa mill-1 ta’ Jannar 2028.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida)
(10a) Il-fatturi sommarji jiffrankaw il-ħin u l-ispejjeż u jnaqqsu l-piż amministrattiv relatat mal-fatturazzjoni.Barra minn hekk, inaqqsu l-possibbiltà ta’ żbalji u jissimplifikaw ix-xogħol għall-fornituri u l-klijenti bis-saħħa taż-żamma ta’ rekords simplifikata.Madankollu, dawn jistgħu jintużaw ħażin ukoll għall-frodi.Għalhekk, jenħtieġ li l-fatturi ta’ sommarju jinżammu biss għal tranżazzjonijiet domestiċi minn negozju għal ieħor u jenħtieġ li jkopru biss perjodu ta’ żmien limitat.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tad-data tal-fattura għall-persuni taxxabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni taxxabbli l-mezzi meħtieġa għal tali trażmissjoni, li jenħtieġ li jippermettu li d-data tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli.
(12) Il-fluss dejjem jikber ta’ informazzjoni skambjata kuljum jirrikjedi software tal-kompjuter ta’ prestazzjoni għolja li kapaċi jittrażmetti l-informazzjoni b’mod kontinwu lill-amministrazzjonijiet nazzjonali b’mod sikur. Sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tad-data tal-fattura għall-persuni taxxabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni taxxabbli, u b’mod partikolari ta’ mikroimpriżi u impriżi żgħar kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE u entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ,il-mezzi meħtieġa għal tali trażmissjoni, li jenħtieġ li jippermettu li d-data tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Filwaqt li l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa permezz tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tkun simili għal dik li ġiet trażmessa permezz tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi, huwa meħtieġ li l-persuni taxxabbli jintalbu jipprovdu data addizzjonali, inklużi d-dettalji bankarji u l-ammonti ta’ pagament, sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkunu jistgħu jsegwu mhux biss il-merkanzija iżda wkoll il-flussi finanzjarji.
(13) Filwaqt li l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa permezz tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tkun simili għal dik li ġiet trażmessa permezz tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi, huwa meħtieġ li l-persuni taxxabbli jintalbu jipprovdu data addizzjonali, inklużi d-dettalji bankarji u l-ammonti ta’ pagament, sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkunu jistgħu jsegwu mhux biss il-merkanzija iżda wkoll il-flussi finanzjarji u jiksbu informazzjoni xierqa dwar dawk il-flussi.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 14
(14) Jenħtieġ li jiġi evitat il-piż amministrattiv bla bżonn fuq il-persuni taxxabbli li joperaw fi Stati Membri differenti. Għalhekk, tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom bl-użu tal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187065, li jissodisfa t-talba stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/55/UE biex jinħoloq standard Ewropew għall-mudell tad-data semantika tal-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jipprevedu metodi addizzjonali biex jirrappurtaw id-data li tista’ tkun aktar faċli għal ċerti persuni taxxabbli biex jikkonformaw magħha.
(14) Jenħtieġ li jiġi evitat il-piż amministrattiv bla bżonn fuq il-persuni taxxabbli li joperaw fi Stati Membri differenti. Għalhekk, tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom bl-użu tal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187065, li jissodisfa t-talba stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/55/UE biex jinħoloq standard Ewropew għall-mudell tad-data semantika tal-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jipprevedu metodi oħra biex jirrappurtaw id-data li tista’ tkun aktar faċli għal ċerti persuni taxxabbli biex jikkonformaw magħha u li tista’ twassal għal tnaqqis ta’ piżijiet bla bżonn.
_________________
_________________
65 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1870 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet tiegħu skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 19).
65 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1870 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet tiegħu skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 19).
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Sabiex tinkiseb l-armonizzazzjoni meħtieġa fir-rappurtar ta’ data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jenħtieġ li tkun l-istess fl-Istati Membri kollha, mingħajr il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu data addizzjonali.
(15) Sabiex tinkiseb l-armonizzazzjoni meħtieġa fir-rappurtar ta’ data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jenħtieġ li tkun l-istess fl-Istati Membri kollha, mingħajr il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu data addizzjonali. Il-ġbir ta’ dik id-data jenħtieġ li jagħmilha possibbli li jkun hemm statistika aħjar sal-punt ta’ frodi tal-VAT u jenħtieġ li jagħmilha possibbli li titnaqqas dik il-frodi.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida)
(16a) Id-diġitalizzazzjoni tagħmel lill-kumpaniji dejjem aktar vulnerabbli għaċ-ċiberkriminalità u l-attakki mill-hackers. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw kull wieħed, kemm jista’ jkun, il-protezzjoni tad-data minn attakki ċibernetiċi u attakki minn hackers jew zappers, matul it-trażmissjoni tagħha, fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni, u matul il-ħażna tagħha mill-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 16b (ġdida)
(16b) Ir-regoli li jirregolaw il-fatturazzjoni elettronika u r-rekwiżiti tar-rappurtar diġitali ma japplikawx għal xiri relatat mad-difiża eżentati skont l-Artikoli 143 u 151 tad-Direttiva 2006/112/KE.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 16c (ġdida)
(16c) Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data trażmessa, jenħtieġ li titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet awtorizzati biex jeżaminaw id-data, flimkien ma’ proċedura għall-ipproċessar tad-data. L-UPPE, l-OLAF u l-Europol jenħtieġ li jkunu inklużi f’dik il-lista.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ rekwiżiti ta’ rappurtar diverġenti għat-tranżazzjonijiet fit-territorji tagħhom, li wasslu għal piżijiet amministrattivi sinifikanti għal persuni taxxabbli li joperaw fi Stati Membri differenti, peress li jeħtieġ li jadattaw is-sistemi kontabilistiċi tagħhom biex jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. Sabiex jiġu evitati l-kostijiet li jirriżultaw minntali diverġenza, is-sistemi implimentati fl-Istati Membri biex jirrappurtaw il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom jenħtieġ li jikkonformaw mal-istess karatteristiċi tas-sistema implimentata għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu l-mezzi elettroniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u, kif inhu l-każ għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, jenħtieġ li jkun possibbli għall-persuna taxxabbli li tissottometti d-data f’konformità mal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1870, minkejja li l-Istat Membru rilevanti jista’ jipprevedi mezzi addizzjonali biex tiġi trażmessa d-data. Id-data jenħtieġ li titħalla tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna.
(17) Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112/KE, rekwiżiti diverġenti ta’ rapportar għal tranżazzjonijiet fit-territorji tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti diverġenti ta’ rappurtar jippreġudikaw il-funzjonament tas-suq intern. Sabiex jiġu evitati l-kostijiet li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tal-qafas regolatorju, is-sistemi implimentati fl-Istati Membri biex jirrappurtaw il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom jista’ jkollhom l-istess karatteristiċi tas-sistema implimentata għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu l-mezzi elettroniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u, kif inhu l-każ għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, jenħtieġ li jkun possibbli għall-persuna taxxabbli li tissottometti d-data f’konformità mal-istandard Ewropew stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1870, sakemm l-Istat Membru rilevanti ma jkunx jista’ jipprevedi mezzi oħra, daqstant effettivi biex tiġi trażmessa d-data. Id-data jenħtieġ li titħalla tintbagħat mill-persuna taxxabbli direttament jew minn parti terza f’isem dik il-persuna.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jimplimentaw rekwiżit ta’ rappurtar diġitali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom. Madankollu, jekk iridu jimplimentaw tali rekwiżit fil-futur, jenħtieġ li dawn jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.L-Istati Membri li diġà għandhom sistema ta’ rappurtar għal dawn it-tranżazzjonijiet fis-seħħ jenħtieġ li jadattaw tali sistemi biex jiżguraw li d-data tiġi rrappurtata f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.
(18) L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jimplimentaw rekwiżit ta’ rappurtar diġitali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi bi ħlas bejn persuni taxxabbli fit-territorju tagħhom. Fi tmiem il-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri xorta se jkunu jistgħu jintroduċu standards oħra, minkejja li jridu jaċċettaw fatturi elettroniċi bbażati fuq l-Istandard Ewropew.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdida)
(18a) Il-ġbir tad-data personali tal-individwi jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikser id-dritt għall-privatezza tagħhom.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport ta’ valutazzjoni li jevalwa l-impatt tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali fuq it-tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT u fil-kostijiet ta’ implimentazzjoni u konformità għall-persuni taxxabbli u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema laħqitx l-objettivi tagħha jew teħtieġx aktar aġġustamenti.
(19) Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-rekwiżiti intra-Komunitarji ta’ rappurtar diġitali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport ta’ valutazzjoni li jevalwa l-impatt tar-rekwiżiti intra-Komunitarji ta’ rappurtar diġitali fuq it-tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT u fil-kostijiet ta’ implimentazzjoni u konformità għall-persuni taxxabbli u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema laħqitx l-objettivi tagħha jew teħtieġx aktar aġġustamenti jew kwalunkwe estensjoni għat-tranżazzjonijiet domestiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkummissjona studju indipendenti li jkun fih analiżi komprensiva dwar il-frodi b’negozjant nieqes, li hija kategorija partikolari ta’ frodi tal-VAT, u b’mod partikolari dwar l-effettività tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali fil-ġlieda kontra tali frodi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tordna li jsir studju indipendenti biex titwettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi li l-punt uniku ta’ servizz għall-importazzjonijiet (IOSS) isir obbligatorju.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw miżuri oħra biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni. Madankollu, jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jimponu obbligi ta’ rappurtar addizzjonali fuq it-tranżazzjonijiet li huma koperti mir-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali.
(20) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw miżuri oħra biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida)
(20a) Sabiex jitnaqqas ir-riskju legali li għalih huma esposti n-negozji, speċjalment l-SMEs u l-mikroimpriżi minħabba l-kumplessità tar-rati tal-VAT fl-Unjoni, il-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni jistgħu jiġu estiżi f’għodda aġġornata li tkun faċilment aċċessibbli għan-negozji, billi tipprovdi informazzjoni kważi f’ħin reali dwar ir-rati tal-VAT tal-Unjoni u tweġibiet għal mistoqsijiet dwar it-taxxa.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 22
(22) L-ekonomija tal-pjattaformi wasslet għal distorsjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejn il-provvisti mwettqa permezz ta’ pjattaformi online li jevitaw it-tassazzjoni tal-VAT, u l-provvisti mwettqa fl-ekonomija tradizzjonali li huma soġġetti għall-VAT. Id-distorsjoni kienet l-aktar akuta fl-akbar żewġ setturi tal-ekonomija tal-pjattaformi wara l-kummerċ elettroniku, jiġifieri s-settur tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u s-settur tat-trasport tal-passiġġieri.
(22) Hemm riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-provvisti mwettqa permezz ta’ pjattaformi online li jevitaw it-tassazzjoni tal-VAT, u l-provvisti mwettqa fl-ekonomija tradizzjonali li huma soġġetti għall-VAT.
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-setturi tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri billi jinbidel ir-rwol li l-pjattaformi għandhom fil-ġbir tal-VAT (li jsiru l-“fornitur meqjus”). Skont dan il-mudell, jenħtieġ li l-pjattaformi jkunu meħtieġa jimponu l-VAT fejn il-VAT hija dovuta iżda l-fornitur sottostanti ma jimponihiex minħabba li, pereżempju, huwa persuna fiżika jew persuna taxxabbli li tuża l-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar.
(23) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari, ibbilanċjati u proporzjonati biex jiġu indirizzati distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni fis-setturi tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri permezz tal-introduzzjoni tal-mudell tal-fornitur meqjus. Skont dan il-mudell, il-pjattaformi huma meħtieġa jimponu u jikkunsidra l-VAT fuq il-provvista sottostanti fejn l-ebda VAT ma tiġi imposta mill-fornitur, u jistgħu jkunu soġġetti għal obbligi ta’ rappurtar. Filwaqt li l-prinċipju tan-newtralità tal-VAT huwa essenzjali għas-sistema tal-VAT, u jenħtieġ li jiġi rispettat kemm jista’ jkun, il-karatteristiċi tas-setturi tas-servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri jirrikjedu approċċ iddedikat permezz tal-mudell tal-fornitur meqjus.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 23a (ġdida)
(23a) Billi l-istabbiliment ta’ mudell tal-fornitur meqjus se jinvolvi kostijiet addizzjonali għal pjattaformi żgħar, jenħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi biex iħeġġuhom jikkonformaw malajr kemm jista’ jkun sabiex jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwivalenti u kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta f’dawk is-swieq.
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 23b (ġdida)
(23b) L-iskema ta’ fornitur meqjus jenħtieġ li ma tapplikax għal pjattaformi li huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE, eż. fornituri żgħar ta’ servizz ta’ Kiri ta’ Akkomodazzjoni għal Żmien Qasir (STR) (ospitanti jew negozji eżentati mill-VAT) li jikkontribwixxu għal turiżmu sostenibbli fl-Unjoni u jippromwovu l-ivvjaġġar għal postijiet inqas iffrekwentati. Barra minn hekk, l-iskema ta’ fornitur meqjus jenħtieġ li tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti u ma tipprovdix vantaġġ kompetittiv lil pjattaformi kbar, li huma kapaċi jġarrbu aħjar kostijiet addizzjonali.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 24
(24) L-Istati Membri jinterpretaw il-post tal-provvista tas-servizz ta’ faċilitazzjoni pprovdut mill-pjattaformi lill-persuni mhux taxxabbli b’mod differenti. Għalhekk huwa meħtieġ li din ir-regola tiġi ċċarata.
(24) L-Istati Membri jinterpretaw il-post tal-provvista tas-servizz ta’ faċilitazzjoni pprovdut mill-pjattaformi lill-persuni mhux taxxabbli b’mod differenti. Huwa meħtieġ li din ir-regola tiġi ċċarata sabiex l-użu ta’ pjattaforma ta’ faċilitazzjoni bl-ebda mod ma joħloq vantaġġ kompetittiv għal fornitur. Huwa meħtieġ ukoll, minħabba raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, li tiġi stabbilita definizzjoni uniformi tat-terminu “intermedjarju tal-pjattaforma”.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 31a (ġdida)
(31a) L-implimentazzjoni ta’ diversi reġimi ta’ punt uniku ta’ servizz tal-Unjoni (UOSS) fl-Istati Membri tirrikjedi li l-kumpaniji jiġu pprovduti bi speċifikazzjonijiet tekniċi suffiċjenti biex jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz (OSS) ma jvarjawx minn pajjiż għall-ieħor kif ukoll li l-kumpaniji jingħataw l-għażla li jitniżżel fajl biex tiġi sottomessa dikjarazzjoni ta’ OSS.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 31b (ġdida)
(31b) Sabiex tissimplifika t-tmexxija ta’ kuljum tan-negozji, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tikkonsolida t-tliet reġistrazzjonijiet attwali, jiġifieri, punt uniku ta’ servizz tal-importazzjoni (IOSS), punt uniku ta’ servizz tal-Unjoni (UOSS) u punt uniku ta’ servizz mhux tal-Unjoni (non-UOSS), sabiex il-provvisti kollha (jiġifieri, merkanzija importata, servizzi u bejgħ domestiku) ikunu jistgħu jiġu ddikjarati permezz ta’ portal wieħed.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) Fost miżuri oħra, id-Direttiva (UE) 2017/2455 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir biex isir OSS usa’, li jkopri l-provvisti transfruntiera kollha ta’ servizzi lill-persuni mhux taxxabbli li jseħħu fl-Unjoni u l-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju kollu tal-merkanzija. B’mod eċċezzjonali, l-interfaċċi elettroniċi, bħall-postijiet tas-suq u l-pjattaformi, li jsiru fornituri meqjusa għal ċerti provvisti ta’ merkanzija fl-Unjoni jistgħu jiddikjaraw ukoll ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija fl-iskema tal-OSS tal-Unjoni. Biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż aktar biex ikopri provvisti oħra ta’ merkanzija, inkluż provvisti domestiċi min-negozju għall-konsumatur ta’ merkanzija fl-Unjoni minn persuni taxxabbli li mhumiex identifikati għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru tal-konsum, filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji ma jkollhomx għalfejn jirreġistraw għall-VAT f’kull Stat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija lill-konsumaturi. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi wkoll provvisti domestiċi ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni lil kwalunkwe persuna, meta dik il-merkanzija tiġi pprovduta minn persuna taxxabbli (negozjant taxxabbli) li ma tkunx identifikata fl-Istat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija. Din l-emenda tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet tal-OSS, u tippermetti li l-VAT dovuta fuq dawk il-provvisti tiġi ddikjarata u mħallsa fi Stat Membru wieħed ta’ identifikazzjoni permezz tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni mkabbra.
(32) Fost miżuri oħra, id-Direttiva (UE) 2017/2455 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir biex isir OSS usa’, li jkopri l-provvisti transfruntiera kollha ta’ servizzi lill-persuni mhux taxxabbli li jseħħu fl-Unjoni u l-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju kollu tal-merkanzija. B’mod eċċezzjonali, l-interfaċċi elettroniċi, bħall-postijiet tas-suq u l-pjattaformi, li jsiru fornituri meqjusa għal ċerti provvisti ta’ merkanzija fl-Unjoni jistgħu jiddikjaraw ukoll ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija fl-iskema tal-OSS tal-Unjoni. Biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż aktar biex ikopri provvisti oħra ta’ merkanzija, inkluż provvisti domestiċi min-negozju għall-konsumatur ta’ merkanzija fl-Unjoni minn persuni taxxabbli li ma humiex identifikati għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru tal-konsum, filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji ma jkollhomx għalfejn jirreġistraw għall-VAT f’kull Stat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija lill-konsumaturi. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi wkoll provvisti domestiċi ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni lil kwalunkwe persuna, meta dik il-merkanzija tiġi pprovduta minn persuna taxxabbli (negozjant taxxabbli) li ma tkunx identifikata fl-Istat Membru fejn iseħħu tali provvisti ta’ merkanzija. Din l-emenda tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet tal-OSS, u tippermetti li l-VAT dovuta fuq dawk il-provvisti tiġi ddikjarata u mħallsa fi Stat Membru wieħed ta’ identifikazzjoni permezz tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni mkabbra. Madankollu, jenħtieġ li tiġi evitata kwalunkwe estensjoni tal-iskema tal-OSS tal-Unjoni għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi minn persuna taxxabbli għal persuna taxxabbli oħra. Il-libertà, għall-persuni taxxabbli bi stabbilimenti fissi fi Stati Membri differenti, li jagħżlu l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-OSS iżżid ma’ suq intern favorevoli għat-tkabbir.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Il-VAT normalment tiġi imposta u kkunsidrata mill-fornitur tal-oġġetti jew servizzi. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, taħt il-mekkaniżmu tar-reverse charge, ir-riċevitur tal-provvista, aktar milli l-fornitur, huwa obbligat li jikkunsidra l-VAT dovuta. Sabiex jiġi appoġġat aktar l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni obbligatorja mill-Istati Membri tal-mekkaniżmu tar-reverse charge f’sitwazzjonijiet fejn fornitur ma jkunx stabbilit għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Fornitur li jagħmel provvisti ta’ merkanzija jew servizzi lil persuna identifikata għall-VAT fl-Istat Membru fejn il-provvista hija taxxabbli, jenħtieġ li jkun intitolat li japplika r-reverse charge. Għall-finijiet ta’ kontroll, tali provvisti jenħtieġ li jiġu rrapportati fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva.
(33) Il-VAT normalment tiġi imposta u kkunsidrata mill-fornitur tal-oġġetti jew servizzi. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, taħt il-mekkaniżmu tar-reverse charge, ir-riċevitur tal-provvista, aktar milli l-fornitur, huwa obbligat li jikkunsidra l-VAT dovuta. Sabiex jiġi appoġġat aktar l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni obbligatorja mill-Istati Membri tal-mekkaniżmu tar-reverse charge f’sitwazzjonijiet fejn fornitur ma jkunx stabbilit għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Għall-finijiet ta’ kontroll, tali provvisti jenħtieġ li jiġu rrapportati fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Premessa 35a (ġdida)
(35a) L-IOSSs jenħtieġ li joperaw b’mod trasparenti u sigur. Approċċ unifikat bejn l-IOSSminn naħa, u l-leġiżlazzjoni u l-prattika doganali min-naħa l-oħra, jgħin biex jintemmu l-inkonsistenzi, l-iżbalji u t-tassazzjoni doppja.
Emenda 43 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tiżgura aħjar l-użu korrett u l-proċess ta’ verifika tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’dik id-Direttiva. Dan l-għoti tas-setgħa jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali għall-prevenzjoni ta’ ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. Tali miżuri speċjali jinvolvu, fost l-oħrajn, ir-rabta tan-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u għal dan l-għan il-kumitat jenħtieġ li jkun dak stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill72.
(36) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tiżgura aħjar l-użu korrett u l-proċess ta’ verifika tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’dik id-Direttiva. Dan l-għoti tas-setgħa jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali għall-prevenzjoni ta’ ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. Tali miżuri speċjali jinvolvu, fost l-oħrajn, ir-rabta tan-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u għal dan l-għan il-kumitat jenħtieġ li jkun dak stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill72. Is-setgħat tal-Kummissjoni jenħtieġ li jqisu d-drittijiet tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità. Kwalunkwe abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
__________________
__________________
71 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
71 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
72 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
72 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
Emenda 44 Proposta għal direttiva Premessa 38
(38) Id-Direttiva 2006/112/KE tipprevedi trattament simplifikat tal-VAT tal-merkanzija ttrasferita skont arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet preskritti. Peress li l-iskema ta’ simplifikazzjoni tal-OSS għat-trasferimenti ta’ merkanzija proprja hija komprensiva u tinkludi movimenti transfruntiera ta’ merkanzija li bħalissa huma koperti minn arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat skont l-Artikolu 17a ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dawn l-arranġamenti jitneħħew gradwalment billi tiġi inkluża data tat-tmiem qabel it-tneħħija sħiħa tad-dispożizzjonijiet dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-data tat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2024 li warajha ma jkunx aktar possibbli li jsir kwalunkwe arranġament ġdid dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat. Għall-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat li jibdew fil-31 ta’ Diċembru 2024 jew qabel, jenħtieġ li jkomplu japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti, inkluż il-limitu ta’ żmien ta’ 12-il xahar għat-trasferiment tas-sjieda ta’ dik il-merkanzija lix-xerrej maħsub. B’mod parallel mal-inklużjoni ta’ din id-data tat-tmiem il-ġdida, jenħtieġ li jiddaħħal paragrafu ġdid fid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat biex jiġi żgurat li dawk l-arranġamenti ma jibqgħux japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2025, peress li mhux se jibqgħu meħtieġa wara dik id-data.
(38) Id-Direttiva 2006/112/KE tipprevedi trattament simplifikat tal-VAT tal-merkanzija ttrasferita skont arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet preskritti. Peress li l-iskema ta’ simplifikazzjoni tal-OSS għat-trasferimenti ta’ merkanzija proprja hija komprensiva u tinkludi movimenti transfruntiera ta’ merkanzija li bħalissa huma koperti minn arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat skont l-Artikolu 17a ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dawn l-arranġamenti jitneħħew gradwalment billi tiġi inkluża data tat-tmiem qabel it-tneħħija sħiħa tad-dispożizzjonijiet dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat fid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-data tat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2025 li warajha ma jkunx aktar possibbli li jsir kwalunkwe arranġament ġdid dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat. Għall-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat li jibdew fil-31 ta’ Diċembru 2025 jew qabel, jenħtieġ li jkomplu japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti, inkluż il-limitu ta’ żmien ta’ 12-il xahar għat-trasferiment tas-sjieda ta’ dik il-merkanzija lix-xerrej maħsub. B’mod parallel mal-inklużjoni ta’ din id-data tat-tmiem il-ġdida, jenħtieġ li jiddaħħal paragrafu ġdid fid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat biex jiġi żgurat li dawk l-arranġamenti ma jibqgħux japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2026, peress li mhux se jibqgħu meħtieġa wara dik id-data.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) L-iskema ta’ marġni topera billi tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jħallsu l-VAT fuq id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri tal-merkanzija koperta mill-iskema, jiġifieri l-oġġetti użati, ix-xogħlijiet tal-arti, l-oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet. Sabiex jiġi żgurat li t-tassazzjoni ta’ dawk il-provvisti speċifiċi sseħħ fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-klijent, fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tintroduċi regola ġdida dwar il-post tal-provvista. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex teskludi speċifikament il-provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni mill-applikazzjoni obbligatorja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge. Madankollu, biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, u biex jiġu minimizzati l-piżijiet ta’ konformità, in-negozjanti taxxabbli li joperaw taħt l-iskema ta’ marġni jistgħu jagħżlu li jirreġistraw biex jużaw l-iskema tal-OSS tal-Unjoni ħalli jiddikjaraw u jħallsu l-VAT dovuta fuq ċerti provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni permezz ta’ dik l-iskema, mingħajr il-ħtieġa li jirreġistraw f’diversi Stati Membri.
(39) L-iskema ta’ marġni topera billi tippermetti lin-negozjanti taxxabbli jħallsu l-VAT fuq id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri tal-merkanzija koperta mill-iskema, jiġifieri l-oġġetti użati, inkluża merkanzija kapitali bħall-bini, il-makkinarju, l-għodda u l-apparat, ix-xogħlijiet tal-arti, l-oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet. Sabiex jiġi żgurat li t-tassazzjoni ta’ dawk il-provvisti speċifiċi sseħħ fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-klijent, fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tintroduċi regola ġdida dwar il-post tal-provvista. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex teskludi speċifikament il-provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni mill-applikazzjoni obbligatorja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge. Madankollu, biex jiġi appoġġat l-objettiv ta’ reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-Unjoni, u biex jiġu minimizzati l-piżijiet ta’ konformità, in-negozjanti taxxabbli li joperaw taħt l-iskema ta’ marġni jistgħu jagħżlu li jirreġistraw biex jużaw l-iskema tal-OSS tal-Unjoni ħalli jiddikjaraw u jħallsu l-VAT dovuta fuq ċerti provvisti ta’ merkanzija tal-iskema ta’ marġni permezz ta’ dik l-iskema, mingħajr il-ħtieġa li jirreġistraw f’diversi Stati Membri.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 39a (ġdida)
(39a) Filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-prattiki sostenibbli, huwa importanti li jiġi żgurat li l-metodu għall-kalkolu tal-VAT fuq il-marġni ta’ profitt għall-bejgħ ta’ merkanzija użata u ta’ ġbir ikun sempliċi u ċar. L-Unjoni jenħtieġ li tqis jekk humiex meħtieġa metodi oħra ta’ kalkolu (pereżempju, rata medja ta’ marġni tal-VAT ipprovduta mill-bejjiegħ u skont il-kategorija tal-oġġetti) sabiex jittejbu l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-iskema tal-marġni tal-VAT għall-merkanzija użata.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 39b (ġdida)
(39b) Xi Stati Membri ma jeżentawx donazzjonijiet in natura mill-VAT, minkejja li tali eżenzjoni hija possibbli skont id-Direttiva tal-VAT eżistenti, li twassal lin-negozji biex jeqirdu merkanzija tal-konsumatur, b’mod partikolari ritorni, aktar milli jagħtuhom għal kawżi ta’ karità.Il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ gwida għall-Istati Membri, li jiċċaraw li l-eżenzjonijiet tal-VAT għad-donazzjonijiet in natura huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ fil-qasam tal-VAT.
Emenda 48 Proposta għal direttiva Premessa 41a (ġdida)
(41a) L-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali fis-swieq tal-Istati Membri kollha simultanjament fl-2028 se tkun ta’ sfida kbira. Implimentazzjoni progressiva tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali tiżgura d-disponibbiltà ta’ persunal ikkwalifikat biżżejjed għall-adattament tas-software kollu tan-negozji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ implimentazzjoni lin-negozji qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Premessa 41b (ġdida)
(41b) Il-pakkett “il-VAT fl-Era Diġitali” jenħtieġ li jiddaħħal gradwalment mill-1 ta’ Jannar 2025.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Premessa 41c (ġdida)
(41c) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/17251a u ta l-opinjoni tiegħu fit-3 ta’ Marzu 20231b.
________________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
1b ĠU C 113, 28.3.2023, p. 26.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Premessa 41d (ġdida)
(41d) L-espansjoni tas-servizzi tal-cloud computing, bħala riżultat tar-rekwiżiti ta’ rappurtar diġitali, tista’ twassal għal żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu miżuri u tipprovdi inċentivi biex tiżgura l-“ekoloġizzazzjoni” tas-settur diġitali, pereżempju billi tiċċentralizza ċ-ċentri tad-data biex jottimizzaw il-funzjonament tagħhom, billi tgħin lill-kumpaniji jużaw l-enerġiji rinnovabbli minflok il-fjuwils fossili biex iħaddmu ċ-ċentri tad-data tagħhom u billi tuża l-intelliġenza artifiċjali biex tnaqqas it-tniġġis tagħhom.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Premessa 41e (ġdida)
(41e) Din id-Direttiva tinkludi diversi bidliet fil-mod kif għandu jiġi ddikjarat id-dħul mill-VAT.Dan jaf ikollu impatt sinifikanti fuq in-natura tax-xogħol tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa.Għalhekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jiżguraw li l-impjegati tagħhom ikollhom aċċess għat-taħriġ meħtieġ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – titolu
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 217
Artikolu 217
Artikolu 217
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “fattura elettronika” għandha tfisser fattura li fiha l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva, u li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta f’format elettroniku strutturatli jippermetti l-ipproċessar awtomatiku u elettroniku tagħha.”;
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “fattura elettronika” tfisser fattura li fiha l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva, u li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta fi kwalunkwe format elettroniku.
Għall-finijiet tat-Titolu XI, Kapitolu 6, Taqsimiet 1 u 2, “fattura elettronika” tfisser fattura li fiha l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva, u li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta f’format elettroniku strutturat li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku u elettroniku tagħha.;
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 218 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti jew messaġġi stampati jew f’forma elettronika bħala fatturi jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti jew messaġġi stampati jew f’format diġitali jew f’forma elettronika bħala fatturi jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 218 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu li jinħarġu fatturi elettroniċi. L-Istati Membri li jimponu dan l-obbligu għandhom jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Il-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi minn persuni taxxabbli u t-trażmissjoni tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni jew verifika obbligatorja minn qabel mill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċjali awtorizzati skont l-Artikolu 395 u diġà implimentati fiż-żmien li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.
2. L-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu li jinħarġu fatturi elettroniċi. L-Istati Membri li jimponu dan l-obbligu għandhom jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi f’format differenti, f’konformità mal-Artikolu 217 ta’ din id-Direttiva, sakemm jippermettu wkoll l-użu tal-istandard Ewropew. Għal tranżazzjonijiet domestiċi, l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lil persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom joħorġu fatturi elettroniċi għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi fit-territorju tagħhom.
__________________
__________________
* Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).”;
* Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1).”;
2a. L-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2b. Il-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE u l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ jistgħu jużaw standards rikonoxxuti u fis-seħħ fl-Istat Membru għajr dak l-istandard fid-Direttiva 2014/55/UE, sakemm dawk l-istandards jikkonformaw mal-Artikolu 217 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 232
(9) l-Artikolu 232 jitħassar;
(9) l-Artikolu 232 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 232
Artikolu 232
Artikolu 232
L-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur.
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur għall-akkwist ta’ merkanzija mwettaq f’konformità mal-Artikolu 20 u għal provvisti ta’ servizz li huwa taxxabbli fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li l-fornitur huwa stabbilit fih.
Sal-1 ta’ Jannar 2028, l-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur għall-akkwist ta’ merkanzija mwettaq f’konformità mal-Artikolu 20 u għal provvisti ta’ servizz li huwa taxxabbli fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li l-fornitur huwa stabbilit fih.
2. Għall-bqija tal-akkwisti u l-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li ma humiex imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-użu ta’ fatturi elettroniċi maħruġa minn persuni taxxabbli stabbiliti fi ħdan it-territorju tagħhom m’għandux ikun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur stabbilit fit-territorju tagħhom.
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – titolu
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 2
2. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija fil-Komunità minn persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dik il-merkanzija.
2. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija fil-Komunità minn persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dik il-merkanzija. Il-fornitur meqjus jista’ jinvoka l-bona fide u ma jkunx responsabbli fil-każ li fornitur sottostanti jonqos deliberatament milli jiddikjara li ma huwiex jew ma hijiex persuna taxxabbli.
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 3
3. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1) minn persuna taxxabbli, għajr merkanzija kapitali kif definit mill-Istat Membru li lejh tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 189, il-punt (a), jew merkanzija li fir-rigward tagħha ma jkun hemm l-ebda dritt sħiħ għal tnaqqis f’dak l-Istat Membru, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita t-trasferiment għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dik il-merkanzija.
3. Meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1) minn persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita t-trasferiment għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dik il-merkanzija. Il-fornitur meqjus jista’ jinvoka l-bona fide u ma jinżammx responsabbli fil-każ li fornitur sottostanti ma jiddikjarax deliberatament li ma huwiex persuna taxxabbli.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 4a (ġdid)
4a. L-Istati Membri għandhom jippreparaw u jagħmlu disponibbli gwida apposta għal dawk l-individwi elenkati fl-Artikolu 28a ta’ din id-Direttiva li jagħżlu li jirreġistraw bħala persuni taxxabbli, wara l-introduzzjoni tar-reġim tal-fornitur meqjus fis-setturi tal-akkomodazzjoni u tat-trasport tal-passiġġieri fl-ekonomija tal-pjattaformi.
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 14a – paragrafu 4b (ġdid)
4b. Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona studju indipendenti wara l-31 ta’ Diċembru 2027, biex tivvaluta jekk ir-regoli dwar fornituri meqjusa kinux ta’ suċċess u, jekk dan ikun il-każ, biex tidentifika setturi ġodda f’sitwazzjoni simili, kif ukoll sabiex jiġu vvalutati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jagħmlu l-IOSS obbligatorju. Hija għandha tippreżenta dan l-istudju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 28a – paragrafu 1 – parti introduttorja
Minkejja l-Artikolu 28, persuna taxxabbli li tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal, jew mezzi simili, il-provvista ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, kif imsemmi fl-Artikolu 135(3), jew it-trasport tal-passiġġieri, għandha titqies li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess meta l-persuna li tipprovdi dawk is-servizzi tkun waħda minn dawn li ġejjin:
Minkejja l-Artikolu 28, persuna taxxabbli li tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal, jew mezzi simili, il-provvista ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, kif imsemmi fl-Artikolu 135(3), jew it-trasport tal-passiġġieri bit-triq fl-Unjoni, għandha titqies li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess meta l-persuna li tipprovdi dawk is-servizzi tkun waħda minn dawn li ġejjin:
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt f
(f) persuna taxxabbli soġġetta għall-iskema speċjali għal intrapriżi żgħar.”;
L-iskema tal-fornitur meqjus kif prevista fl-ewwel paragrafu ma għandhiex tapplika għal pjattaformi li huma impriżi żgħar skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/34/UE1a.
Barra minn hekk, l-ewwel paragrafu ma għandux japplika għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri jew għall-forniment ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir iffaċilitat permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika meta servizz tat-trasport tal-passiġġieri jew kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir ipprovdut minn persuna deskritta fl-ewwel paragrafu u mhux iffaċilitat permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika ma jkunx soġġett għall-VAT.
______________________________
1a Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 35
(4) l-Artikolu 35 jitħassar;
(4) l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 35
Artikolu 35
Artikolu 35
L-Artikolu 33 ma għandux japplika għal provvisti ta’ oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, kif iddefiniti fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta’ mezzi ta’ trasport użati, kif iddefiniti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skont l-arranġamenti speċjali rilevanti.”;
L-Artikolu 33 ma għandux japplika għal provvisti ta’ oġġetti użati, kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta’ mezzi ta’ trasport użati, kif iddefiniti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skont l-arranġamenti speċjali rilevanti.”;
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 46a
(6) Jiddaħħal l-Artikolu 46a li ġej:
imħassar
“Artikolu 46a
Il-post tal-provvista tas-servizz ta’ faċilitazzjoni pprovdut lil persuna mhux taxxabbli minn pjattaforma, portal jew mezzi simili għandu jkun il-post fejn it-tranżazzjoni sottostanti tiġi pprovduta f’konformità ma’ din id-Direttiva.
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 3
3. Il-kiri mingħajr interruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għal massimu ta’ 45 jum bil-forniment ta’ servizzi anċillari oħra jew mingħajrhomgħandu jitqies li għandu funzjoni simili għas-settur tal-lukandi.;
3. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li għandhom funzjoni simili għas-settur tal-lukandi:
(a) il-kiri mingħajr interruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għal massimu ta’ 31 lejl bil-forniment ta’ servizzi anċillari oħra jew mingħajrhom;
(b) il-forniment ta’ tliet servizzi anċillari sinifikanti jew aktar matul il-kiri tal-akkomodazzjoni.
Għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-punt (ca), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali ħalli tipprevjeni ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa billi, fost l-oħrajn, torbot in-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 369q.
Għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-punt (ca), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi miżuri speċjali ħalli tipprevjeni ċerti forom ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa billi, fost l-oħrajn, torbot in-numru uniku tal-kunsinna man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 369q. Għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-UPPE, lill-OLAF u lill-Europol b’dan.
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 194 – paragrafu 1
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 195 u 196, fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li mhijiexstabbilita fl-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna li lilha jiġu fornuti l-merkanzija jew is-servizzi jekk dik il-persuna tkun diġà identifikata f’dak l-Istat Membru.
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 195 u 196, fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li ma hijiexidentifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT, il-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tkun il-persuna li lilha jiġu fornuti l-merkanzija jew is-servizzi jekk dik il-persuna tkun diġà identifikata għall-finijiet tal-VAT f’dak l-Istat Membru.
2a. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività ta’ dan l-Artikolu u l-valur miżjud tiegħu fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, jiġifieri l-frodi b’negozjant nieqes, u tinforma kif xieraq lill-Parlament u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni.
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 242a – paragrafu 1a
1a. Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew ta’ trasport tal-passiġġieri, u dik il-persuna ma titqiesx li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess skont l-Artikolu 28a, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata żżomm rekords ta’ dawk il-provvisti.”;
1a. Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew ta’ trasport tal-passiġġieri bit-triq fl-Unjoni, u dik il-persuna ma titqiesx li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess skont l-Artikolu 28a, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata żżomm rekords ta’ dawk il-provvisti.;
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 242a – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Dawk ir-rekords iridu jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin mill-aħħar tas-sena li matulha tkun twettqet it-tranżazzjoni.;
Dawk ir-rekords għandhom jinżammu mill-persuna taxxabbli kkonċernata għal perjodu ta’ seba’ snin mill-aħħar tas-sena li matulha tkun twettqet it-tranżazzjoni.;
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369xa – paragrafu 1 – punt 1
(1) “trasferiment ta’ merkanzija proprja” tfisser it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1), inklużi trasferimenti skont l-Artikolu 14a(3), u ma għandhiex tinkludi trasferimenti ta’ merkanzija kapitali kif definiti mill-Istat Membru li fih tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 189(a) jew merkanzija li fir-rigward tagħha ma jkun hemm l-ebda dritt sħiħ għal tnaqqis f’dak l-Istat Membru.
(1) “trasferiment ta’ merkanzija proprja” tfisser it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(1), inklużi trasferimenti skont l-Artikolu 14a(3).
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369xe – paragrafu 1 – punt b
(b) jekk inkella jista’ jiġi preżunt li l-attivitajiet taxxabbli ta’ dik il-persuna taxxabbli koperti minn din l-iskema speċjali jkunu waqfu;
Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha ssir f’euro jew, għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, fil-munita nazzjonali tagħhom.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026
Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2027
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 138 – paragrafu 1a
(2) fl-Artikolu 138, il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej:
imħassar
1a. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika meta l-fornitur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu previst fl-Artikoli 262 u 263 biex jikkomunika d-data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, jew li d-data mibgħuta ma fihiex l-informazzjoni korretta dwar il-provvista kif meħtieġ skont l-Artikolu 264, sakemm il-fornitur ma jkunx jista’ jiġġustifika kif xieraq kwalunkwe nuqqas għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.;
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 218
Artikolu 218
Artikolu 218
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-fatturi għandhom jinħarġu f’format elettroniku strutturat. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dokumenti stampati jew formati oħra bħala fatturi għal tranżazzjonijiet mhux soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fit-Titolu XI, il-Kapitolu 6. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-ħruġ tal-fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-ħruġ tal-fatturi elettroniċi minn persuni taxxabbli u t-trażmissjoni tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni jew verifika obbligatorja minn qabel mill-awtoritajiet tat-taxxa.;
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-fatturi għandhom jinħarġu f’format elettroniku strutturat. Għal tranżazzjonijiet mhux soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fit-Titolu XI, il-Kapitolu 6, l-Istati Membri jistgħu ma jippermettux il-ħruġ ta’ dokumenti stampati jew formati oħra bħala fatturi mill-1 ta’ Jannar 2028. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-ħruġ tal-fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skont id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu l-ħruġ ta’ fatturi elettroniċi f’format differenti, f’konformità mal-Artikolu 217 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 222 – paragrafu 1
Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT hija pagabbli mill-klijent skont l-Artikoli 194 u 196, fattura għandha tinħareġ mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-avveniment taxxabbli.;
Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT hija pagabbli mill-klijent skont l-Artikoli 194 u 196, fattura għandha tinħareġ mhux aktar tard minn tmint ijiem tax-xogħol wara l-avveniment taxxabbli;
Soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lin-negozji qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Dan l-Artikolu ma għandux japplikaw għal xiri relatat mad-difiża eżentat skont l-Artikoli 143 u 151.
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 223
(5) l-Artikolu 223 jitħassar;
imħassar
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – paragrafu 1 – punt 16
(16) fil-każ ta’ fattura korrettiva, in-numru sekwenzjali li jidentifika l-fattura kkoreġuta, kif imsemmi fil-punt (2);
(16) fil-każ ta’ fattura korrettiva, in-numru sekwenzjali li jidentifika l-fattura kkoreġuta, kif imsemmi fil-punt (2), jew in-numru tas-serje tal-fattura kkoreġuta, jew in-numru jew identifikatur ieħor simili tal-ftehim li minnu tirriżulta l-korrezzjoni, kif imsemmi fil-punt (2);
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – paragrafu 1 – punt 17
(17) in-numru tal-IBAN tal-kont bankarju tal-fornitur li fih se jiġi kkreditat il-ħlas għall-fattura.Jekk in-numru tal-IBAN ma jkunx disponibbli, kwalunkwe identifikatur ieħor li b’mod mhux ambigwu jidentifika l-kont bankarju li fih se tiġi kkreditata l-fattura.
imħassar
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – paragrafu 1 – punt 18
(18) Id-data li fiha huwa dovut il-ħlas tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi jew, meta jiġu miftiehma pagamenti parzjali, id-data u l-ammont ta’ kull ħlas.;
(18a) l-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/55/UE, bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (b), (i) u (k), li ma humiex meħtieġa f’termini ta’ loġika tal-VAT;
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 262 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tissottometti lill-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun stabbilita jew identifikata għall-finijiet tal-VAT, id-data li ġejja dwar kull provvista u trasferiment ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-Artikolu 138, fuq kull akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 20 u kull provvista ta’ servizz li tkun taxxabbli fi Stat Membru għajr dak li fih ikun stabbilit il-fornitur:;
Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tissottometti mingħajr dewmien żejjed lill-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun stabbilita jew identifikata għall-finijiet tal-VAT, id-data li ġejja dwar kull provvista u trasferiment ta’ merkanzija mwettqa f’konformità mal-Artikolu 138, fuq kull akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 20 u kull provvista ta’ servizz li tkun taxxabbli fi Stat Membru għajr dak li fih ikun stabbilit il-fornitur:;
Id-data msemmija fl-Artikolu 262(1) għandha tiġi trażmessa għal kull tranżazzjoni individwali mwettqa mill-persuna taxxabbli mhux aktar tard minn jumejn xogħol wara l-ħruġ tal-fattura, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. Id-data għandha tiġi trażmessa mill-persuna taxxabbli jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-mezzi elettroniċi għas-sottomissjoni ta’ tali data.
Id-data msemmija fl-Artikolu 262(1) għandha tiġi trażmessa għal kull tranżazzjoni individwali mwettqa mill-persuna taxxabbli mhux aktar tard minn tlett ijiem xogħol wara d-data tad-dħul fil-kotba tal-kontabilità tal-persuna taxxabbli, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. Id-data għandha tiġi trażmessa mill-persuna taxxabbli jew minn parti terza f’isem dik il-persuna taxxabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-mezzi elettroniċi għas-sottomissjoni ta’ tali data.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trażmissjoni tad-data minn fatturi elettroniċi bl-użu ta’ formati oħra tad-data li jiżguraw l-interoperabbiltà mal-Istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trażmissjoni mingħajr ħlas tad-data minn fatturi elettroniċi bl-użu ta’ formati oħra tad-data li jiżguraw l-interoperabbiltà mal-Istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika.
2a. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal xiri relatat mad-difiża eżentat skont l-Artikoli 143 u 151.
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271a – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tagħhom jibagħtu b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom data dwar il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi magħmula bi ħlas lil persuni taxxabbli oħra fit-territorju tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tagħhom jibagħtu b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom data dwar il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi magħmula bi ħlas lil persuni taxxabbli oħra fit-territorju tagħhom u data dwar il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi għall-kunsiderazzjoni magħmula disponibbli lilhom minn persuni taxxabbli oħra.
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271a – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tagħhom jibagħtu b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom data dwar tranżazzjonijiet taxxabbli għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 262.
imħassar
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271b – paragrafu 1
Fejn Stat Membru jeħtieġ li jibgħat id-data skont l-Artikolu 271a, il-persuna taxxabbli, jew parti terza f’isem il-persuna taxxabbli, għandha tittrażmetti dik id-data fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sa mhux aktar tard minn jumejn xogħol wara litinħareġ il-fattura, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trażmissjoni ta’ data minn fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassi tagħha skontid-Direttiva 2014/55/UE.
Fejn Stat Membru jeħtieġ li jibgħat id-data skont l-Artikolu 271a, il-persuna taxxabbli, jew parti terza f’isem il-persuna taxxabbli, għandha tittrażmetti dik id-data fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, sa mhux aktar tard minn ħamestijiem xogħol wara d-data tad-dħul fil-kotba tal-kontabilità tal-persuna taxxabbli, jew wara d-data li fiha l-fattura kellha tinħareġ meta l-persuna taxxabbli ma tikkonformax mal-obbligu li toħroġ fattura. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trażmissjoni ta’ data minn fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika msemmi fid-Direttiva 2014/55/UE li jkopri standards semantiċi u sintattiċi, iżda mhux modi ta’ trażmissjoni.
Għal tranżazzjonijiet bejn in-negozju u l-konsumatur u tranżazzjonijiet ma’ operaturi mhux tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trażmissjoni tad-data, li mhux bilfors jittieħdu minn fatturi elettroniċi bl-użu ta’ formati oħra tad-data.
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 271c – paragrafu 1
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ rappurtar domestiku stabbiliti f’din it-Taqsima. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aktar miżuri ta’ armonizzazzjoni u, jekk jitqies meħtieġ, għandha tagħmel proposta xierqa għal tali miżuri.;
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2034, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ rappurtar domestiku stabbiliti f’din it-Taqsima.
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 18 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 273 – paragrafu 1
L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħra li huma jqisu meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni, soġġett għar-rekwiżit ta’ trattament indaqs bejn tranżazzjonijiet domestiċi u tranżazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u dment li dawn l-obbligi, fil-kummerċ bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri.
L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħra li huma jqisu meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jipprevjenu l-evażjoni, soġġett għall-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament indaqs bejn tranżazzjonijiet domestiċi u tranżazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u dment li dawn l-obbligi, fil-kummerċ bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2024.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2025 għall-kumpaniji b’aktar minn 250 impjegat u mill-1 ta’ Jannar 2026 għall-kumpaniji l-oħra kollha.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2026.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2027.
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Rieżami
(1) Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-punt uniku ta’ servizz tal-VAT lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.Ir-rapport għandu, b’mod partikolari:
(a) janalizza l-effettività tal-punt uniku ta’ servizz tal-VAT u jidentifika n-nuqqasijiet li fadal;
(b) jesplora l-merti ta’ estensjoni ulterjuri tal-punt uniku ta’ servizz tal-VAT għall-oqsma li fadal ta’ tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur li għadhom ma humiex koperti;
(c) jesplora l-merti tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt uniku ta’ servizz biex ikopri wkoll it-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju;
(d) jesplora oqsma biex jiġu ssimplifikati aktar il-proċeduri għal kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u b’hekk tiġi mħeġġa l-integrazzjoni tas-suq uniku.
Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
VAT: arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva għall-era diġitali
228k
60k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT meħtieġa għall-era diġitali (COM(2022)0703 – C9-0023/2023 – 2022/0409(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0703),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0023/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0324/2023),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdida)
(-1) Is-sistema attwali tal-VAT tal-Unjoni li ġiet introdotta fl-1993 hija simili għas-sistema doganali Ewropea.Madankollu, il-kontrolli ekwivalenti mhumiex biżżejjed, fatt li jagħmilha suxxettibbli għal frodi transfruntiera.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Is-sistema attwali tal-VAT taħdem aħjar jekk il-provvisti intra-Komunitarji jiġu intaxxati daqslikieku kienu tranżazzjonijiet nazzjonali.Fl-2018 ħarġet proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta’ sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri u din għadha qed tiġi diskussa.Id-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 emendat issaħħaħ kemm is-sistema attwali kif ukoll sistema definittiva tal-VAT.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) XX/XXX15 [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru u s-sena tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali adottata fl-istess jum bħal dan ir-Regolament] introdotta fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE16 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar diġitali (“DRR”). Dawk ir-rekwiżiti jobbligaw lill-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT jissottomettu lill-Istati Membri informazzjoni dwar kull provvista intra-Komunitarja ta’ merkanzija, fuq kull akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija u fuq kull provvista ta’ servizz li huwa taxxabbli fi Stat Membru għajr dak li fih huwa stabbilit il-fornitur. L-Istati Membri jeħtieġ li jiskambjaw u jipproċessaw dik l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni korretta tal-VAT u jidentifikaw il-frodi.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) XX/XXX15 [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru u s-sena tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali adottata fl-istess jum bħal dan ir-Regolament] introdotta fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE16 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar diġitali (“DRR”). Dawk ir-rekwiżiti jobbligaw lill-persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT jissottomettu lill-Istati Membri informazzjoni dwar kull provvista intra-Komunitarja ta’ merkanzija, fuq kull akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija u fuq kull provvista ta’ servizz li huwa taxxabbli fi Stat Membru għajr dak li fih huwa stabbilit il-fornitur. L-Istati Membri jeħtieġ li jiskambjaw u jipproċessaw dik l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni korretta tal-VAT u jidentifikaw il-frodi. Dawk ir-rekwiżiti ma japplikawx għal xiri relatat mad-difiża, li huwa eżenti skont l-Artikoli 143 u 151 tad-Direttiva 2006/112/KE.
__________________
__________________
15 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) XXX/XXXX ta’ ........ (ĠU L., jj/xx/ss, p. X). [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal ir-referenza sħiħa]
15 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) XXX/XXXX ta’ ........ (ĠU L., jj/xx/ss, p. X). [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal ir-referenza sħiħa]
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Il-kooperazzjoni eżistenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri hija bbażata fuq l-iskambju ta’ informazzjoni aggregata bejn is-sistemi elettroniċi nazzjonali. L-introduzzjoni tad-DRR għandha l-għan li żżid il-ġbir tat-taxxa billi tipprovdi data ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-ħin. Sabiex dik id-data tkun disponibbli għal amministrazzjonijiet tat-taxxa oħra b’mod effiċjenti, u biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni komuni ta’ analiżi u kontroverifiki, kif ukoll interpretazzjoni komuni ta’ dawk l-analiżijiet u l-kontroverifiki, hija meħtieġa sistema ċentrali fejn tiġi kondiviża l-informazzjoni dwar il-VAT.
(3) Il-kooperazzjoni eżistenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri hija bbażata fuq l-iskambju ta’ informazzjoni aggregata bejn is-sistemi elettroniċi nazzjonali. L-introduzzjoni tad-DRR għandha l-għan li żżid l-effettività tal-proċeduri tal-ġbir tat-taxxa billi tipprovdi data ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-ħin. Sabiex dik id-data tkun disponibbli għal amministrazzjonijiet tat-taxxa oħra b’mod effiċjenti, u biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni komuni ta’ analiżi u kontroverifiki, kif ukoll interpretazzjoni komuni ta’ dawk l-analiżijiet u l-kontroverifiki, hija meħtieġa sistema ċentrali sigura u aġġornata fejn tiġi kondiviża l-informazzjoni rilevanti dwar il-VAT.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġġieldu l-frodi tal-VAT b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema elettronika ċentrali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-VAT (“VIES ċentrali”) għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-VAT. Dik is-sistema jenħtieġ li tirċievi, mis-sistemi elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri, informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji kif irrapportat mill-fornituri u l-akkwirenti rispettivi fi Stati Membri differenti. Dik is-sistema jenħtieġ li tirċievi wkoll mill-Istati Membri l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT ta’ persuni taxxabbli li jagħmlu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. Barra minn hekk, kull meta tinbidel id-data, il-metadata għat-traċċar tal-ħin meta ssir il-modifika jenħtieġ li tittella’ wkoll fil-VIES ċentrali.
(4) Sabiex l-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), l-Eurofisc u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ikunu jistgħu jiġġieldu l-frodi tal-VAT b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema elettronika ċentrali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-VAT (“VIES ċentrali”) għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-VAT. Dik is-sistema jenħtieġ li tirċievi, mis-sistemi elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri, informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji kif irrapportat mill-fornituri u l-akkwirenti rispettivi fi Stati Membri differenti. Dik is-sistema jenħtieġ li tirċievi wkoll mill-Istati Membri l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT ta’ persuni taxxabbli li jagħmlu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. Barra minn hekk, kull meta tinbidel id-data, il-metadata għat-traċċar tal-ħin meta ssir il-modifika jenħtieġ li tittella’ wkoll fil-VIES ċentrali.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT ta’ persuni taxxabbli li jagħmlu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tiġi aġġornata awtomatikament fil-VIES ċentrali mingħajr dewmien kull meta tinbidel l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni, ħlief fejn l-Istati Membri jaqblu li tali aġġornament ma huwiex pertinenti, essenzjali jew utli. Tali aġġornamenti huma meħtieġa minħabba li l-validità tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ persuni taxxabbli hija soġġetta għal verifika fir-rigward tal-kundizzjoni għall-eżenzjoni ta’ provvisti intra-Komunitarji prevista fl-Artikolu 138 tad-Direttiva 2006/112/KE. Sabiex jiġi pprovdut livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fir-rigward tal-kwalità u l-affidabbiltà ta’ tali informazzjoni, l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tiġi aġġornata awtomatikament fil-VIES ċentrali mhux aktar tard minn jum wara li l-Istat Membru jkun irċieva l-informazzjoni mill-persuna taxxabbli.
(5) L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT ta’ persuni taxxabbli li jagħmlu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tiġi aġġornata awtomatikament fil-VIES ċentrali mingħajr dewmien indebitu kull meta tinbidel l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni, ħlief fejn l-Istati Membri jaqblu li tali aġġornament ma huwiex pertinenti, essenzjali jew utli. Tali aġġornamenti huma meħtieġa minħabba li l-validità tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ persuni taxxabbli hija soġġetta għal verifika fir-rigward tal-kundizzjoni għall-eżenzjoni ta’ provvisti intra-Komunitarji prevista fl-Artikolu 138 tad-Direttiva 2006/112/KE. Sabiex jiġi pprovdut livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fir-rigward tal-kwalità u l-affidabbiltà ta’ tali informazzjoni, l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jenħtieġ li tiġi aġġornata awtomatikament fil-VIES ċentrali mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li l-Istat Membru jkun irċieva l-informazzjoni mill-persuna taxxabbli.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT u biex jiġu identifikati l-frodaturi, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT u l-informazzjoni dwar il-VAT fuq it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jinżammu għal 5 snin. Dak il-perjodu jikkostitwixxi l-perjodu minimu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu kontrolli b’mod effettiv u jinvestigaw suspett ta’ frodi tal-VAT jew jidentifikaw tali frodi. Huwa proporzjonat ukoll meta jitqies il-volum enormi tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji u s-sensittività tal-informazzjoni bħala data kummerċjali u personali.
(8) Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT u biex jiġu identifikati l-frodaturi, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT u l-informazzjoni dwar il-VAT fuq it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jinżammu għal 5 snin. Dak il-perjodu jikkostitwixxi l-perjodu minimu meħtieġ għall-Istati Membri u, meta jkun xieraq, għall-UPPE biex iwettqu kontrolli b’mod effettiv u jinvestigaw suspett ta’ frodi tal-VAT jew jidentifikaw tali frodi. Huwa proporzjonat ukoll meta jitqies il-volum enormi tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji u s-sensittività tal-informazzjoni bħala data kummerċjali u personali.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a) Id-data tan-negozju tal-Unjoni miġbura permezz tal-fatturazzjoni elettronika u r-rapportar elettroniku jenħtieġ li, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà u sovranità ekonomika, tinħażen fiżikament fl-Unjoni.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Sabiex jiġu identifikati fil-ħin id-diskrepanzi u b’hekk tittejjeb il-kapaċità li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, il-VIES ċentrali jenħtieġ li tkun tista’ tagħmel kontroverifika awtomatika tal-informazzjoni miġbura kemm mill-fornitur kif ukoll mill-akkwirent permezz tad-DRR introdott mid-Direttiva (UE) XX/XXX [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru u s-sena tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali adottata fl-istess jum bħal dan ir-Regolament17 ]. Ir-riżultati ta’ tali kontroverifika jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-Istati Membri għas-segwitu xieraq.
(9) Sabiex jiġu identifikati fil-ħin id-diskrepanzi u b’hekk tittejjeb il-kapaċità li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, il-VIES ċentrali jenħtieġ li tkun tista’ tagħmel kontroverifika awtomatika tal-informazzjoni miġbura kemm mill-fornitur kif ukoll mill-akkwirent permezz tad-DRR introdott mid-Direttiva (UE) XX/XXX [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru u s-sena tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali adottata fl-istess jum bħal dan ir-Regolament17 ]. Ir-riżultati ta’ tali kontroverifika jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-Istati Membri għas-segwitu xieraq. Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, id-DRR ma japplikawx għall-kuntratti tad-difiża u tas-sigurtà nazzjonali.
__________________
__________________
17 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) XXX/XXXX ta’ ........ (ĠU L., jj/xx/ss, p. X).
17 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) XXX/XXXX ta’ ........ (ĠU L., jj/xx/ss, p. X).
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Sabiex jiġi żgurat proċess simplifikat, huwa meħtieġ li l-VIES ċentrali tirrifletti, f’ħin reali, l-aġġornamenti tal-istatus fir-rigward tal-validazzjonijiet ta’ data tal-massa u fir-rigward tal-abbonamenti tal-kumpaniji lis-sħab kummerċjali. Huwa meħtieġ li dawn l-aġġornamenti tal-istatus ikunu affidabbli f’termini ta’ kwalità tad-data u stabbiltà tas-sistema.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10b (ġdida)
(10b) Mill-2002, il-Kummissjoni għamlet disponibbli fuq is-sit web tagħha l-funzjonalità “Validazzjoni tan-numru tal-VAT bil-VIES”, biex tippermetti kontrolli online tal-validità ta’ numru tal-VAT. Minħabba ż-żieda sinifikanti fid-domanda għal dik il-funzjonalità sa mill-konċepiment inizjali tagħha, huma meħtieġa aġġornamenti sinifikanti biex din tkun tista’ timmaniġġa l-validazzjonijiet tal-massa, ittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni li jkun fiha, tippermetti aġġornamenti f’ħin reali u tnaqqas il-perjodu ta’ qtugħ. Għalhekk, sabiex tippermetti t-twettiq affidabbli ta’ kontrolli f’ħin reali tan-numri tal-VAT u sabiex il-VIES ċentrali tkun effettiva bis-sħiħ, huwa essenzjali li l-Kummissjoni ttejjeb il-prestazzjoni tal-funzjonalità tal-validazzjoni tan-numru tal-VAT bil-VIES.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10c (ġdida)
(10c) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u l-limitazzjoni tal-kostijiet ta’ konformità kemm tan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, kif ukoll tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa software sigur u affidabbli biex tikkollega lin-negozji u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali mal-VIES ċentrali.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a) Is-salvagwardji previsti fil-Kapitolu XV tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, b’mod partikolari dawk previsti fl-Artikolu 55 tiegħu, jenħtieġ li jibqgħu applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) L-aċċess għall-informazzjoni fil-VIES ċentrali jenħtieġ li jiġi pprovdut fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li ma tintużax għal skopijiet oħra għajr biex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni korretta tal-VAT u tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. L-utenti kollha jenħtieġ li jkunu marbutin bir-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(12) L-aċċess għall-informazzjoni fil-VIES ċentrali jenħtieġ li jiġi pprovdut fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li ma tintużax għal skopijiet oħra għajr biex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni korretta tal-VAT u tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. L-utenti kollha jenħtieġ li jkunu marbutin bir-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-proċeduri ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-aċċess għad-data jridu jiġu segwiti f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/6791a u (UE) 2018/17251b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
__________________
1a Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
1b Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw u janalizzaw l-informazzjoni dwar il-VAT fuq tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. Sabiex jimmonitorjaw l-applikazzjoni korretta tal-liġijiet tal-VAT, l-uffiċjali tal-Istati Membri li jivverifikaw jekk tapplikax l-eżenzjoni tal-VAT għal ċerti oġġetti importati, li hija stabbilita fl-Artikolu 143(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw ukoll informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT li tinħażen fil-VIES ċentrali. Barra minn hekk, minħabba l-istess raġunijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jagħżlu uffiċjali oħra li jeħtieġ li jkollhom aċċess dirett għall-VIES ċentrali u jagħtuhom tali aċċess meta meħtieġ. Fl-aħħar nett, il-persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni li tinsab fil-VIES ċentrali, iżda biss sal-punt li tali aċċess ikun meħtieġ għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ dik is-sistema.
(13) Sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u l-UPPE, l-OLAF, l-Eurofisc u l-Europol jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw u janalizzaw l-informazzjoni dwar il-VAT fuq tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. Sabiex jimmonitorjaw l-applikazzjoni korretta tal-liġijiet tal-VAT, l-uffiċjali tal-Istati Membri li jivverifikaw jekk tapplikax l-eżenzjoni tal-VAT għal ċerti oġġetti importati, li hija stabbilita fl-Artikolu 143(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw ukoll informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-VAT li tinħażen fil-VIES ċentrali. Barra minn hekk, minħabba l-istess raġunijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jagħżlu uffiċjali oħra li jeħtieġ li jkollhom aċċess dirett għall-VIES ċentrali u jagħtuhom tali aċċess meta meħtieġ. Fl-aħħar nett, il-persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni li tinsab fil-VIES ċentrali, iżda biss sal-punt li tali aċċess ikun meħtieġ għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ dik is-sistema. Jenħtieġ li l-persuni akkreditati tal-Kummissjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma jiksru d-dritt tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità. Skont ir-rapport annwali tal-UPPE għall-2022, 47 % tal-ammont kumplessiv stmat li għalih l-UPPE wettaq investigazzjoni attiva rriżulta minn frodi tal-VAT.Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li jingħata aċċess dirett għas-sistema tal-VIES ċentrali lill-persunal awtorizzat tal-UPPE.Bl-istess loġika jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni simili lill-uffiċjali awtorizzati tal-OLAF.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Sabiex jiġi investigat suspett ta’ frodi tal-VAT u biex tiġi identifikata tali frodi, is-sistemi ta’ informazzjoni li jappoġġaw in-network tal-Eurofisc fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, inklużi s-sistema ta’ Analiżi tan-Network tat-Tranżazzjonijiet u s-sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti (“CESOP”), jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett għall-VIES ċentrali.
(14) Sabiex jiġi investigat suspett ta’ frodi tal-VAT u biex tiġi identifikata tali frodi, is-sistemi ta’ informazzjoni li jappoġġaw in-network tal-Eurofisc fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, inklużi s-sistema ta’ Analiżi tan-Network tat-Tranżazzjonijiet u s-sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti (“CESOP”), l-UPPE, l-OLAF u l-Europol jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett għall-VIES ċentrali.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida)
(14a) L-UPPE jenħtieġ li jkollu wkoll aċċess dirett għall-VIES ċentrali sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, u f’konformità mal-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament.
__________________
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni għall-ġestjoni teknika tal-VIES ċentrali, id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw l-identifikazzjoni u l-aċċess ta’ uffiċjali u sistemi elettroniċi għall-VIES ċentrali, id-dettalji tekniċi u l-format tal-informazzjoni mibgħuta lill-VIES ċentrali u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni meta jaġixxu bħala kontrollur u proċessur skont ir-Regolamenti (UE) 2016/67918 u (UE) 2018/172519 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20.
(16) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni għall-ġestjoni teknika tal-VIES ċentrali, id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw l-identifikazzjoni u l-aċċess ta’ uffiċjali u sistemi elettroniċi għall-VIES ċentrali, id-dettalji tekniċi u l-format tal-informazzjoni mibgħuta lill-VIES ċentrali u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni meta jaġixxu bħala kontrollur u proċessur skont ir-Regolamenti (UE) 2016/67918 u (UE) 2018/172519 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20. Kwalunkwe abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
18 Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
19 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
19 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
20 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
20 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-frodi tal-VAT hija problema komuni għall-Istati Membri kollha. L-Istati Membri waħedhom ma għandhomx l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli tal-VAT ikunu applikati sew u biex jindirizzaw il-frodi tal-VAT. Ladarba l-objettiv tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tas-suq intern, iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(17) Il-frodi tal-VAT hija problema komuni għall-Istati Membri kollha. L-Istati Membri waħedhom ma għandhomx l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli tal-VAT ikunu applikati sew u biex jindirizzaw il-frodi tal-VAT. Ladarba l-objettiv tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tas-suq intern, iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Il-livell ta’ ġbir, ċentralizzazzjoni u pproċessar awtomatiku ta’ data dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru jwettqu mmappjar sħiħ tal-flussi bejn il-kumpaniji fl-Unjoni, jirrikjedi l-istabbiliment ta’ proċess ta’ kontroll fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema u tiġi evitata kwalunkwe devjazzjoni fl-użu ta’ dik id-data.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida)
(17a) Il-mekkaniżmu li bih tiffunzjona l-frodi karusell ġie stabbilit b’mod ċar mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha tas-16 ta’ April 2004 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-użu ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) L-abbuż min-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-Punt Uniku ta’ Servizz għall-Importazzjoni (“IOSS”) ġie identifikat mill-partijiet ikkonċernati bħala riskju potenzjali. Sabiex jiġi żgurat aħjar l-użu korrett u l-proċess ta’ verifika tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-Artikolu 47h tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 li jagħti lill-awtoritajiet doganali aċċess għal informazzjoni dwar in-negozjant irreġistrat tal-IOSS, li se jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju ta’ dawk l-awtoritajiet doganali.
(21) L-abbuż min-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-Punt Uniku ta’ Servizz għall-Importazzjoni (“IOSS”), kemm jekk b’mod intenzjonat jew riżultat ta’ negliġenza, ġie identifikat mill-partijiet ikkonċernati bħala riskju potenzjali. Sabiex jiġi żgurat aħjar l-użu korrett u l-proċess ta’ verifika tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-IOSS, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-Artikolu 47h tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 li jagħti lill-awtoritajiet doganali aċċess għal informazzjoni dwar in-negozjant irreġistrat tal-IOSS, li se jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju ta’ dawk l-awtoritajiet doganali.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida)
(22a) Il-bidliet relatati mal-iskema IOSS jirrikjedu skeda ta’ implimentazzjoni realistika. Għalhekk, l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema IOSS jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026 sabiex jiġu evitati konformità u implimentazzjoni frammentati li jżidu l-piż amministrattiv għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, u għal pjattaformi li jiffaċilitaw il-bejgħ bejn in-negozji u l-klijenti, b’mod partikolari s-swieq żgħar.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta. F’dak ir-rigward, dan ir-Regolament jillimita b’mod strett l-ammont ta’ data personali li se tkun disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa. L-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jseħħ biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
(24) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta. F’dak ir-rigward, dan ir-Regolament jillimita b’mod strett l-ammont ta’ data personali li se tkun disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa, peress li l-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar ix-xiri personali tal-individwi joħloq riskju serju għall-privatezza. L-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji skont dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li jseħħ biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida)
(24a) F’konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, it-trażmissjoni tad-data min-negozji trid tintuża biss fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. L-awtoritajiet ikkonċernati jeħtiġilhom jirrispettaw is-sigrieti kummerċjali, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jiġifieri l-konoxxenza u l-għarfien espert relatati mal-prodotti u s-servizzi tan-negozji tal-Unjoni, sabiex ma tiġix ipperikolata l-kompetittività ta’ tali negozji.
__________________
1a Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kien ikkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi […]
(25) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fit-3 ta’ Marzu 2023.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida)
(25a) Fid-dawl tal-interess pubbliku u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-informaturi jgawdu minn protezzjoni legali effettiva skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a.Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 27a (ġdida)
(27a) L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 ġie emendat biex iqis ir-rwol tal-Europol u tal-OLAF. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-rwol tal-UPPE. Kif stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-UPPE jaġixxu f’isem l-UPPE fl-Istati Membri rispettivi tagħhom u għandhom l-istess setgħat bħall-prosekuturi nazzjonali fir-rigward tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u t-tressiq tal-kawżi għas-sentenza. F’din il-kapaċità, jistgħu jinvolvu ruħhom mal-uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc fl-Istat Membru rispettiv tagħhom. Jenħtieġ li jingħataw l-istess setgħa fil-kapaċità tagħhom bħala Prosekuturi Delegati Ewropej, skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2017/1939. Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-UPPE, jenħtieġ li l-Eurofisc jiġi awtorizzat jirrapporta direttament lill-UPPE. Jenħtieġ ukoll li l-persunal magħżul tal-UPPE jitħalla jitlob informazzjoni mingħand l-Eurofisc.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2025
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2026
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt va (ġdid), vb (ġdid) u vc (ġdid)
(1a) fl-Artikolu 2(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“(va) “Prosekuturi Delegati Ewropej” tfisser il-Prosekuturi Delegati Ewropej kif imsemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939*;
(vb) “persunal tal-UPPE” tfisser persunal tal-UPPE kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 4, tar-Regolament (UE) 2017/1939;
(vc) “uffiċjali tal-OLAF” tfisser uffiċjali impjegati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom**, u li d-Direttur Ġenerali tahom setgħat ta’ investigazzjoni.
__________________
* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017).
** Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).”;
(3a) fl-Artikolu 17 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 miġbura permezz tal-fatturazzjoni elettronika u r-rapportar elettroniku ma għandhiex tinħażen barra mit-territorju tal-Unjoni.”;
(3b) fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-kooperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, dan il-Kapitolu jistabbilixxi netwerk għall-iskambju, l-ipproċessar u l-analiżi fil-pront ta’ informazzjoni mmirata dwar frodi transfruntiera bejn l-Istati Membri u għall-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu (“Eurofisc”).
“1. Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-kooperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UPPE, l-Europol u l-OLAF, dan il-Kapitolu jistabbilixxi network għall-iskambju, l-ipproċessar u l-analiżi fil-pront ta’ informazzjoni mmirata dwar frodi transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu (“Eurofisc”).”;
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(3c) fl-Artikolu 33(2), jiżdied il-punt li ġej:
“(da) jikkooperaw mal-UPPE, l-Europol u l-OLAF, f’konformità mal-mandati u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, b’mod partikolari r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. ________________ Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).”;
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid) Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 36 – paragrafu 5a (ġdid)
(3d) fl-Artikolu 36, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“(5a) Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-Prosekuturi Delegati Ewropej jistgħu jitolbu informazzjoni rilevanti minn kwalunkwe koordinatur tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc li jinsab fl-istess Stat Membru. Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal rilevanti tal-UPPE jista’ jitlob informazzjoni minn kwalunkwe koordinatur tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc li jinsab fi Stat Membru li jipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE kif imsemmi fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE)2017/1939. Għal dak il-għan, l-Eurofisc jsta’ jikkonkludi arranġament ta’ ħidma mal-UPPE li jistabbilixxi d-dettalji tal-kooperazzjoni bejn l-Eurofisc u l-UPPE.”
3. Meta persuna taxxabbli li tagħmel użu minn waħda mill-iskemi speċjali stabbiliti fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 2, 3 u 5, tad-Direttiva 2006/112/KE tiġi eskluża minn dik l-iskema speċjali, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b’mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien.”;
3. Meta persuna taxxabbli li tagħmel użu minn waħda mill-iskemi speċjali stabbiliti fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 2, 3 u 5, tad-Direttiva 2006/112/KE tiġi eskluża minn dik l-iskema speċjali, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b’mezzi elettroniċi mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, qabel l-għaxar jum tax-xahar ta’ wara.”;
2. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-konsum jew lill-Istati Membri li minnhom u għalihom tkun intbagħtet jew ġiet trasportata l-merkanzija sa mhux aktar tard minn 20 jum wara tmiem ix-xahar li matulu kien meħtieġ li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni.”;
2. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-konsum jew lill-Istati Membri li minnhom u għalihom tkun intbagħtet jew ġiet trasportata l-merkanzija sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara tmiem ix-xahar li matulu kien meħtieġ li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni.”;
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 47i – paragrafu 5
5. Meta l-Istat Membru tal-konsum rikjedenti jew l-Istat Membru li minnu jew li lilu tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija ma jirċevix ir-rekords fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun saret it-talba, dak l-Istat Membru jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jikseb tali rekords.”;
5. Meta l-Istat Membru tal-konsum rikjedenti jew l-Istat Membru li minnu jew li lilu tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija ma jirċevix ir-rekords fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun saret it-talba, dak l-Istat Membru jista’ jieħu l-azzjonijiet amministrattivi neċessarji u raġonevoli f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jikseb tali rekords.”;
“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4), jekk l-Istat Membru tal-konsum jew l-Istat Membru li minnu jew li lilu tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija jiddeċiedi li tkun meħtieġa inkjesta amministrattiva, l-ewwel għandu jikkonsulta mal-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dwar il-ħtieġa ta’ tali inkjesta.”;
“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4), jekk l-Istat Membru tal-konsum jew l-Istat Membru li minnu jew li lilu tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija jiddeċiedi li tkun meħtieġa inkjesta amministrattiva, l-ewwel għandu jikkonsulta mal-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dwar il-ħtieġa ta’ tali inkjesta u għandu jwettaq kwalunkwe inkjesta ta’ dak it-tip b’rispett sħiħ tal-qafas legali tal-Istati Membri involuti.”;
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fuq talba, persuna taxxabbli tippreżenta r-rekords mitluba b’mezzi elettroniċi lill-Istat Membru li fih dik il-persuna taxxabbli tiġi identifikata għal finijiet ta’ VAT. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li r-rekords jistgħu jiġu ppreżentati bl-użu ta’ formola standard.
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fuq talba, persuna taxxabbli tippreżenta r-rekords mitluba b’mezzi elettroniċi lill-Istat Membru li fih dik il-persuna taxxabbli tiġi identifikata għal finijiet ta’ VAT. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss is-sottomissjoni ta’ rekords bl-użu ta’ formola standard u obbligatorja.
5. Meta l-Istat Membru rikjedenti li fih dawk il-provvisti huma taxxabbli ma jirċevix ir-rekords fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun saret it-talba, dak l-Istat Membru jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jikseb tali rekords.
5. Meta l-Istat Membru rikjedenti li fih dawk il-provvisti huma taxxabbli ma jirċevix ir-rekords fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun saret it-talba, dak l-Istat Membru jista’ jieħu l-azzjonijiet amministrattivi neċessarji u raġonevoli f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jikseb tali rekords.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). L-abbozzi ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.”.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2026
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2027
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm, tospita u tamministra teknikament sistema elettronika u ċentrali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-VAT (“VIES ċentrali”) għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1.
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm, tospita u tamministra teknikament sistema elettronika u ċentrali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-VAT (“VIES ċentrali”) għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għad-data ta’ kontribwenti individwali. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku għal konnessjoni sigura mal-VIES ċentrali mill-uffiċjali li jkunu ngħataw aċċess awtomatizzat għall-VIES ċentrali skont l-Artikolu 24k(1).
1a. Il-VIES ċentrali għandha tiġi installata bl-użu tal-aktar teknoloġija xierqa disponibbli biex jiġu protetti d-drittijiet taċ-ċittadini bħala kontribwenti, jiġifieri d-dritt għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data u s-sigrieti professjonali, f’konformità mad-Direttiva (UE 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod regolari l-effettività tal-VIES ċentrali u għandha tevalwa l-valur miżjud tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, f’kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.
__________________
* Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24g – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Kull Stat Membru għandu jiżviluppa, iżomm, jospita u jamministra teknikament sistema elettronika nazzjonali biex awtomatikament jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-VIES ċentrali:
Kull Stat Membru għandu jiżviluppa, iżomm, jospita u jamministra teknikament, b’appoġġ tekniku mill-Kummissjoni, sistema elettronika nazzjonali biex awtomatikament jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-VIES ċentrali:
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni d-dettalji u l-format tal-informazzjoni elenkata f’dan il-paragrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni d-dettalji u l-format tal-informazzjoni elenkata f’dan il-paragrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). L-abbozz ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
3a. Għall-fini tal-kooperazzjoni u l-iskambju skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa software sigur u affidabbli biex tikkollega lin-negozji u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali mal-VIES ċentrali.
3b. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa b’riżorsi finanzjarji u umani u pariri tekniċi sabiex tiggarantixxi li s-sistemi elettroniċi nazzjonali jkunu kompletament operazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2030.Matul perjodu ta’ tranżizzjoni sal-1 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-VIES ċentrali u tal-proċeduri ta’ skambju ta’ informazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-kriterji li jiddeterminaw liema bidliet ma humiex pertinenti, essenzjali jew utli biżżejjed biex jintbagħtu fil-VIES ċentrali. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-kriterji li jiddeterminaw liema bidliet ma humiex pertinenti, essenzjali jew utli biżżejjed biex jintbagħtu fil-VIES ċentrali. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). L-abbozz ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
5. B’deroga mill-paragrafu 4 tal-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24g(2), il-punt (a), għandha tiddaħħal fil-VIES ċentrali mhux aktar tard minn jum wara l-ġbir tal-informazzjoni sottomessa mill-persuna taxxabbli lill-awtoritajiet kompetenti.
5. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24g(2), il-punt (a), għandha tiddaħħal fil-VIES ċentrali mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-ġbir tal-informazzjoni sottomessa mill-persuna taxxabbli lill-awtoritajiet kompetenti. Fil-każ li l-informazzjoni tiddaħħal aktar tard, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-dewmien.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24j – paragrafu 1 – punt a
(a) li taħżen l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 24g(2) ta’ dan ir-Regolament;
(a) li taħżen l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 24g(2) ta’ dan ir-Regolament, f’infrastruttura sigura, reżiljenti u affidabbli;
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24j – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c) li taggrega l-informazzjoni fir-rigward tal-persuni li għalihom ikun inħareġ u nġabar numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 213 tad-Direttiva 2006/112/KE u li tagħmel id-dettalji li ġejjin aċċessibbli għall-uffiċjali jew għas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 24k:
(c) li taggrega l-informazzjoni fir-rigward tal-persuni li għalihom ikun inħareġ u nġabar numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 213 tad-Direttiva 2006/112/KE u li tagħmel id-dettalji li ġejjin aċċessibbli għall-uffiċjali jew għas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 24k, f’sistema sigura li tiżgura l-kunfidenzjalità:
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24j – paragrafu 1 – punt e
(e) li tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24g(2) u fil-punti (b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu aċċessibbli għall-uffiċjali jew għas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 24k.
(e) li tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24g(2) u fil-punti (b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu aċċessibbli għall-uffiċjali jew għas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 24k, f’sistema sigura li tiżgura l-kunfidenzjalità.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24k – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Kull Stat Membru għandu jagħti aċċess awtomatizzat għall-VIES ċentrali lil:
1. Kull Stat Membru għandu jagħti, permezz ta’ interfaċċa ċentrali sigura li tiżgura l-kunfidenzjalità, aċċess awtomatizzat għall-VIES ċentrali lil:
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24k – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal rilevanti tal-UPPE li jkollu identifikazzjoni ta’ utent personali għall-VIES ċentrali u meta dak l-aċċess ikun marbut ma’ investigazzjoni ta’ suspett ta’ frodi tal-VAT jew biex tiġi individwata frodi tal-VAT;
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24k – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) l-uffiċjali rilevanti tal-OLAF, meta dak l-aċċess ikun marbut ma’ investigazzjoni ta’ suspett ta’ frodi tal-VAT jew biex tiġi individwata frodi tal-VAT;
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24k – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
(bc) il-persunal tal-Europol li jikkoopera mal-UPPE fil-qafas tal-Arranġament ta’ Ħidma li jistabbilixxi relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Europol, li daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2021, meta l-investigazzjoni jkollha l-għan li tipprevjeni u tiġġieled kwalunkwe forma ta’ kriminalità u ċiberkriminalità organizzata u internazzjonali serja li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24k – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Kull Stat Membru għandu jagħti aċċess awtomatizzat għall-VIES ċentrali lil:
2. Kull Stat Membru għandu jagħti, permezz ta’ interfaċċa ċentrali sigura li tiżgura l-kunfidenzjalità, aċċess awtomatizzat għall-VIES ċentrali lil:
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 24k – paragrafu 2 – punt d
(d) is-sistemi elettroniċi li jwettqu skambju, ipproċessar u analiżi rapidi ta’ informazzjoni mmirata dwar il-frodi transfruntiera mill-Eurofisc.
(d) is-sistemi elettroniċi li jwettqu skambju, ipproċessar u analiżi rapidi ta’ informazzjoni mmirata dwar il-frodi transfruntiera mill-Eurofis u mill-UPPE.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). L-abbozz ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). L-abbozzi ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (UE) Nru 904/2010 Artikolu 21 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni l-arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2a, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu sabiex l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni jkun jista’ jidentifika l-uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc li jkun qed jaċċessa l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni l-arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2a, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu sabiex l-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni jkun jista’ jidentifika l-uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc li jkun qed jaċċessa l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). L-abbozzi ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
VAT: persuni taxxabbli, skema speċjali u arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u l-ħlas relatati mal-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata
120k
43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT relatati ma’ persuni taxxabbli li jiffaċilitaw il-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata u l-applikazzjoni tal-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi u arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u l-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni (COM(2023)0262 – C9-0174/2023 – 2023/0158(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2023)0262),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0174/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0320/2023),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b’mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 (COM(2022)0305 – C9-0207/2022 – 2022/0196(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0305),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0207/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta’ Marzu 2023(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, u l-Kumitat għall-Iżvilupp,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0339/2023),
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emendi(1) adottati mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (COM(2022)0677 – C9-0400/2022 – 2022/0396(COD))(2)
(1) Il-prodotti jeħtieġu li l-imballaġġ jiġi protett u jkun faċli biex jiġi ttrasportat minn fejn jiġi mmanifatturat sa fejn jintuża jew jiġi kkunsmat. Il-prevenzjoni tal-ostakli għas-suq intern għall-imballaġġ hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti. Ir-Regoli frammentati u rekwiżiti vagi jikkawżaw kost addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi.
(1) Il-prodotti jeħtieġu imballaġġ xieraq biex ikunu protetti u jkun faċli biex jiġu ttrasportati minn fejn jiġu mmanifatturati sa fejn jintużaw jew jiġu kkunsmati. Il-prevenzjoni tal-ostakli għas-suq intern għall-imballaġġ hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti. Regoli frammentati u rekwiżiti vagi jikkawżaw inċertezza u kost addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Barra minn hekk, l-imballaġġ juża ammonti kbar ta’ materjali verġni (40 % tal-plastik u 50 % tal-użu tal-karta fl-Unjoni huwa għall-imballaġġ) u jirrappreżenta 36 % tal-iskart solidu muniċipali30. Il-livelli għoljin u li qegħdin jiżdiedu b’mod kostanti tal-imballaġġ iġġenerat kif ukoll il-livelli baxxi tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ mhux effiċjenti, jippreżentaw ostakli sinifikanti biex tinkiseb l-ekonomija ċirkolari b’livell baxx tal-emissjonijiet tal-karbonju. Minħabba dawn ir-raġunijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ li jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jarmonizza l-miżuri nazzjonali, filwaqt li jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
(2) Barra minn hekk, l-imballaġġ juża ammonti kbar ta’ materjali verġni (40 % tal-plastik u 50 % tal-karta fl-Unjoni jintużaw għall-imballaġġ) u jirrappreżenta 36 % tal-iskart solidu muniċipali30. Il-livelli għoljin u li qegħdin jiżdiedu b’mod kostanti tal-imballaġġ iġġenerat kif ukoll il-livelli baxxi tal-użu mill-ġdid u tal-ġbir u r-riċiklaġġ mhux effiċjenti, jippreżentaw ostakli sinifikanti biex tinkiseb l-ekonomija ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Minħabba dawn ir-raġunijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ li jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jarmonizza l-miżuri nazzjonali, filwaqt li jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
(5) F’konformità mal-Patt Ekoloġiku33, il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (CEAP)34 jimpenja ruħu li jsaħħaħ ir-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ bl-għan li l-imballaġġ kollu jkun jista’ jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat sal-2030, u li jiġu kkunsidrati miżuri oħra biex jitnaqqas l-imballaġġ (eċċessiv) u l-iskart mill-imballaġġ, id-disinn jiġi ggwidat biex l-imballaġġ jerġa’ jintuża u jiġi rriċiklat, titnaqqas il-kumplessità tal-materjali tal-imballaġġ u jiġu introdotti rekwiżiti għall-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik. Huwa jimpenja lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tat-tikkettar madwar l-Unjoni kollha li jiffaċilita s-separazzjoni korretta tal-iskart mill-imballaġġ fis-sors.
(5) F’konformità mal-Patt Ekoloġiku33, il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (CEAP)34 jimpenja ruħu li jsaħħaħ ir-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ bl-għan li l-imballaġġ kollu jkun jista’ jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat sal-2030, u li jiġu kkunsidrati miżuri oħra biex jitnaqqas l-imballaġġ (eċċessiv) u l-iskart mill-imballaġġ, id-disinn jiġi ggwidat biex l-imballaġġ jerġa’ jintuża u jiġi rriċiklat, titnaqqas il-kumplessità tal-materjali tal-imballaġġ, jiġu introdotti rekwiżiti għall-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik, u tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ rekwiżiti tal-kontenut riċiklat għall-imballaġġ magħmul minn materjali għajr il-plastik. Huwa jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas il-ħela tal-ikel u jħeġġeġ approċċi ċirkolari għall-użu tal-ilma u jimpenja lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tat-tikkettar madwar l-Unjoni kollha li jiffaċilita s-separazzjoni korretta tal-iskart mill-imballaġġ fis-sors.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) Dan ir-Regolament huwa konformi mal-objettivi stabbiliti fi ... [id-direttiva futura dwar l-asserzjonijiet ambjentali (2023/0085(COD))], u... [id-direttiva futura dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika (2022/0092(COD))]. Għandu l-għan li jippromwovi u jappoġġa alternattivi sostanzjati għal soluzzjonijiet ta’ imballaġġ aktar sostenibbli.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Oġġett, li huwa parti integrali minn prodott u huwa meħtieġ biex iżomm, jappoġġa jew jippreżerva dak il-prodott matul il-ħajja tiegħu u meta l-elementi kollha jkunu maħsuba biex jintużaw, jiġu kkunsmati jew jintremew flimkien, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala imballaġġ minħabba li l-funzjonalità tiegħu hija intrinsikament marbuta miegħu bħala parti mill-prodott. Madankollu, fid-dawl tal-imġiba tar-rimi tal-konsumaturi fir-rigward tal-boroż tat-te u tal-kafè kif ukoll tal-unitajiet ta’ porzjon wieħed għas-sistemi tal-kafè jew tat-te, li fil-prattika jintremew flimkien mar-residwi tal-prodott li jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ flussi kompostabbli u tar-riċiklaġġ, dawk l-oġġetti speċifiċi jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ. Dan huwa f’konformità mal-objettiv li jiżdied il-ġbir separat tal-bijoskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-obbligi finanzjarji u operazzjonali ta’ tmiem tal-ħajja, anke l-unitajiet kollha ta’ porzjon wieħed tas-sistemi tal-kafè jew tat-te meħtieġa biex ikun fihom il-kafè jew it-te jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ.
(11) Oġġett, li huwa parti integrali minn prodott u huwa meħtieġ biex iżomm, jappoġġa jew jippreżerva dak il-prodott matul il-ħajja tiegħu u meta l-elementi kollha jkunu maħsuba biex jintużaw, jiġu kkunsmati jew jintremew flimkien, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala imballaġġ minħabba li l-funzjonalità tiegħu hija intrinsikament marbuta miegħu bħala parti mill-prodott. Madankollu, fid-dawl tal-imġiba tal-konsumaturi f’dak li jikkonċerna r-rimi fir-rigward tal-boroż tat-te u tal-kafè jew sistema li tirtab wara l-użu li fil-prattika jintremew flimkien mar-residwi tal-prodott li jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ flussi kompostabbli u tar-riċiklaġġ, dawk l-oġġetti speċifiċi jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ. Dan huwa f’konformità mal-objettiv li jiżdied il-ġbir separat tal-bijoskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-obbligi finanzjarji u operazzjonali ta’ tmiem tal-ħajja, anke l-unitajiet kollha ta’ porzjon wieħed tas-sistemi tal-kafè jew tat-te meħtieġa biex ikun fihom il-kafè jew it-te jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ.
__________________
__________________
41 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
41 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, u f’konformità mal-ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom l-għan li jnaqqsu l-ammont tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq f’termini tal-volum u tal-piż tiegħu, u li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, speċjalment permezz tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, jevitaw l-imballaġġ meta dan ma jkunx meħtieġ, u ż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Barra minn hekk, il-miżuri għandhom l-għan li jżidu l-użu tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ, speċjalment fl-imballaġġ tal-plastik meta l-użu tal-kontenut riċiklat huwa baxx ħafna, kif ukoll ir-ratiogħla tar-riċiklaġġ għall-imballaġġ kollu u l-kwalità għolja tal-materja prima sekondarja li tirriżulta, filwaqt li jitnaqqsu forom oħra tar-rkupru u tar-rimi finali.
(12) F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, u f’konformità mal-ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom l-għan li jnaqqsu l-ammont tal-imballaġġ introdott fis-suq f’termini tal-volum u tal-piż tiegħu, u li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, speċjalment permezz tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, jevitaw l-imballaġġ meta dan ma jkunx meħtieġ, u ż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Barra minn hekk, il-miżuri għandhom l-għan li jżidu l-użu tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ, b’mod partikolari fl-imballaġġ tal-plastik meta l-użu tal-kontenut riċiklat huwa baxx ħafna, billi jsaħħu s-sistemi ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u b’hekk iżidu r-rati tar-riċiklaġġ għall-imballaġġ kollu u jtejbu l-kwalità tal-materja prima sekondarja li tirriżulta, filwaqt li jitnaqqsu forom oħra ta’ rkupru u rimi finali.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a) F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart li tqiegħed ir-rimi tal-iskart fil-landfills bħala l-inqas għażla preferuta, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn rieżami tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE1a bl-għan li titħaffef l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi tal-iskart mill-imballaġġ fil-landfills.
___________________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat, immanifatturat u kkummerċjalizzat b’tali mod li jippermetti l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tiegħu, u li jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, li jkun ġie ddisinjat għalihom.
(13) L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat, immanifatturat u kkummerċjalizzat b’tali mod li jippermetti l-użu mill-ġdid tiegħu għall-akbar numru ta’ drabi possibbli jew ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tiegħu, u li jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, li jkun ġie ddisinjat għalihom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi għadd minimu ta’ rotazzjonijiet għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’kategoriji ta’ imballaġġ speċifiċi.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida)
(15a) Is-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFASs) huma familja kbira ta’ aktar minn 4 700 sustanza kimika magħmula mill-bniedem f’konformità mad-definizzjonijiet tal-OECD tal-20181a. Minn meta tfaċċaw lejn l-aħħar tas-snin erbgħin, il-PFASs intużaw f’firxa dejjem aktar wiesgħa ta’ prodotti għall-konsumatur u applikazzjonijiet industrijali, mill-imballaġġ tal-ikel u l-ħwejjeġ sal-elettronika, l-avjazzjoni u l-fowms għat-tifi tan-nar. Jintużaw għall-kapaċità tagħhom li jirreżistu l-grass u l-ilma, kif ukoll l-istabbiltà u r-reżistenza għolja tagħhom għal temperaturi għoljin, minħabba r-rabta karbonju-fluworu tagħhom. Din ir-rabta hija responsabbli wkoll għall-persistenza estrema tagħhom fl-ambjent. L-esponiment għall-aktar PFASs studjati ġie assoċjat ma’ firxa ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa1b, inklużi mard tat-tirojde, ħsara fil-fwied, piż mat-twelid imnaqqas, obeżità, dijabete, iperkolesterolemija u rispons imnaqqas għat-tilqim ta’ rutina, kif ukoll riskju akbar ta’ kanċer tas-sider, tal-kliewi u tat-testikoli.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 15b (ġdida)
(15b) Fis-27 ta’ Mejju 2020, id-Danimarka ppubblikat id-Digriet Nru 681 tal-25 ta’ Mejju 2020 “Ordni Eżekuttiva dwar Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel u Kodiċi Penali għal Ksur ta’ Atti tal-UE Relatati” fil-Gazzetta Uffiċjali tagħha (Lovtidende A) biex tipprojbixxi sustanzi kimiċi tal-PFASs f’karti li jiġu f’kuntatt mal-ikel u materjali u oġġetti tal-kartun. Fuq dak l-eżempju, fid-dawl tal-emerġenza tas-saħħa u ambjentali minħabba l-PFASs u sakemm tingħata l-opinjoni tal-ECHA dwar projbizzjoni usa’ tal-PFASs għall-imballaġġ kollu u għal setturi oħra, jenħtieġ li l-imballaġġ tal-ikel tal-karta u tal-kartun li fih il-PFASs miżjuda intenzjonalment ma jitqegħidx fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 15c (ġdida)
(15c) Il-Bisfenol A (BPA) huwa kompost kimiku użat fil-manifattura ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, bħal oġġetti tal-mejda li jistgħu jerġgħu jintużaw jew il-kisi għal-laned, prinċipalment bħala saff protettiv. Ir-residwi tal-BPA jistgħu jgħaddu għal ġol-ikel u x-xorb u jiġu inġestiti mill-konsumaturi. Il-BPA minn sorsi oħra għajr l-ikel, inklużi l-karta termali, il-kożmetiċi u t-trab, jistgħu jiġu assorbiti mill-ġilda u bl-inalazzjoni.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 15d (ġdida)
(15d) F’opinjoni xjentifika1a ppubblikata f’Jannar 2015, u fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ data ġdida, il-gruppi ta’ esperti tal-EFSA indikaw li l-esponiment għall-Bisfenol A x’aktarx li jkollu effetti negattivi fuq il-kliewi u l-fwied. Is-sejbiet wasslu biex l-esperti tal-EFSA jnaqqsu b’mod sinifikanti l-livell sikur tal-BPA – minn 50 mikrogramma għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem kuljum (µg/kg bw/day) għal 4 µg/kg bw/day.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 15e (ġdida)
(15e) Meta jitqies il-periklu kkawżat mill-preżenza tal-Bisfenol A u r-riskju li jgħaddi għal ġol-ikel, il-preżenza ta’ BPA miżjud intenzjonalment jenħtieġ li tiġi pprojbita f’imballaġġ li jiġi f’kuntatt mal-ikel.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi abbażi ta’ raġunijiet ta’ sikurezza kimika, jew minħabba raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti li kienu diġà stabbiliti abbażi tad-Direttiva 94/62/KE u jenħtieġ li jkomplu jiġu indirizzati skont dan ir-Regolament, minħabba li restrizzjonijiet bħal dawn huma indirizzati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jippermetti r-restrizzjoni, primarjament minħabba raġunijiet għajr is-sikurezza kimika jew tal-ikel, ta’ sustanzi preżenti fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom, li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-imballaġġ, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkolarità tiegħu, speċjalment l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ.
(19) Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjoni tal-PFASs u tal-Bisfenol A, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi abbażi ta’ raġunijiet ta’ sikurezza kimika, jew minħabba raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, sakemm ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, inklużi iżda mhux biss ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti li kienu diġà stabbiliti abbażi tad-Direttiva 94/62/KE u jenħtieġ li jkomplu jiġu indirizzati skont dan ir-Regolament, minħabba li restrizzjonijiet bħal dawn huma indirizzati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll ir-restrizzjoni ta’ sustanzi preżenti fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom, li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-imballaġġ, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkolarità tiegħu, speċjalment proċessi ta’ użu mill-ġdid jew ta’ riċiklaġġ.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fl-imballaġġ, huwa xieraq li dak l-imballaġġ, li jippreżenta karatteristiċi innovattivi li jirriżultaw f’titjib sinifikanti fil-funzjoni ewlenija tal-imballaġġ u li jkollu benefiċċji ambjentali dimostrabbli, jingħata żmien addizzjonali limitat ta’ 5 snin biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà. Il-karatteristiċi innovattivi jenħtieġ li jiġu spjegati fid-dokumentazzjoni teknika li takkumpanja l-imballaġġ.
(23) Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fl-imballaġġ, huwa xieraq li dak l-imballaġġ, li jippreżenta karatteristiċi innovattivi li jirriżultaw f’titjib sinifikanti fil-funzjoni ewlenija tal-imballaġġ u li jkollu benefiċċji ambjentali dimostrabbli, jingħata żmien addizzjonali limitat ta’ 5 snin biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà. Il-karatteristiċi innovattivi jenħtieġ li jiġu ġġustifikati, speċjalment fir-rigward tal-użu ta’ materjali ġodda jew innovattivi u jiġu spjegati fid-dokumentazzjoni teknika li takkumpanja l-imballaġġ.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-annimali, minħabba n-natura tal-prodotti fl-imballaġġ u r-rekwiżiti relatati, huwa xieraq li r-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà jenħtieġ li ma japplikawx għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u fl-Artikolu 4(25) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51, li huma f’kuntatt dirett mal-prodott mediċinali, kif ukoll l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52u tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53. Dawn l-eżenzjonijiet jenħtieġ li japplikaw sal-1 ta’ Jannar 2035.
(24) Sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-annimali, minħabba n-natura tal-prodotti fl-imballaġġ u r-rekwiżiti relatati, huwa xieraq li r-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà jenħtieġ li ma japplikawx għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u fl-Artikolu 4(25) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51, li huma f’kuntatt dirett mal-prodott mediċinali, l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52 tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53, l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv għall-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kopert mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53a kif ukoll l-imballaġġ ta’ provvisti, komponenti, u l-imballaġġ immedjat tal-komponenti għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali skont id-Direttiva 2001/83/KE u għall-prodotti mediċinali veterinarji skont ir-Regolament (UE) 2019/6 meta tali imballaġġ ikollu jikkonforma mal-istandards tal-kwalità tal-prodott mediċinali. Dawn l-eżenzjonijiet jenħtieġ li japplikaw sal-1 ta’ Jannar 2035.
__________________
__________________
50 Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
50 Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
51 Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
51 Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
52 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
52 Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
53 Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
53 Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
53a Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Xi Stati Membri qegħdin jieħdu azzjoni biex jinkoraġġixxu r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur; inizjattivi bħal dawn meħuda fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu inċertezza regolatorja għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari meta jfornu imballaġġ f’diversi Stati Membri. Fl-istess ħin, il-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur hija strument ekonomiku effettiv biex jinċentiva disinn tal-imballaġġ aktar sostenibbli li jwassal għal imballaġġ riċiklabbli aħjar filwaqt li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-kriterji għall-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà miksub permezz tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà, filwaqt li ma jiġux stabbiliti l-ammonti reali ta’ tariffi bħal dawn. Peress li l-kriterji jenħtieġ li jkunu relatati mal-kriterji dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta kriterji armonizzati bħal dawn fl-istess ħin li tistabbilixxi d-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal kull kategorija ta’ imballaġġ.
(25) Xi Stati Membri qegħdin jieħdu azzjoni biex jinkoraġġixxu r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur; inizjattivi bħal dawn meħuda fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu inċertezza regolatorja għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari meta jfornu imballaġġ f’diversi Stati Membri. Fl-istess ħin, il-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur hija strument ekonomiku effettiv biex jinċentiva disinn tal-imballaġġ aktar sostenibbli li jwassal għal imballaġġ riċiklabbli aħjar filwaqt li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-kriterji għall-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà miksub permezz tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà, filwaqt li ma jiġux stabbiliti l-ammonti reali ta’ tariffi bħal dawn, u li jiġi żgurat li tali tariffi jiġu allokati biex jiffinanzjaw il-kost nett tal-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ. Peress li l-kriterji jenħtieġ li jkunu relatati mal-kriterji dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta kriterji armonizzati bħal dawn fl-istess ħin li tistabbilixxi d-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal kull kategorija ta’ imballaġġ.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali f’konformità mar-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista u għas-sikurezza tal-mediċini u tas-sikurezza tal-apparati mediċi, huwa xieraq li tiġi prevista l-esklużjoni mill-obbligu ta’ kontenut riċiklat minimu fl-imballaġġ tal-plastik għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 23, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 25, tar-Regolament (UE) 2019/6, kif ukoll għall-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 u għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746. Din l-esklużjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għall-imballaġġ estern ta’ prodotti mediċinali għall-bniedem u veterinarji kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 24, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 26, tar-Regolament (UE) 2019/6 f’każijiet li fihom għandu jikkonforma ma’ rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali.
(28) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali f’konformità mar-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista u għas-sikurezza tal-mediċini u tas-sikurezza tal-apparati mediċi, huwa xieraq li tiġi prevista l-esklużjoni mill-obbligu ta’ kontenut riċiklat minimu fl-imballaġġ tal-plastik għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 23, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 25, tar-Regolament (UE) 2019/6, kif ukoll għall-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745, għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 u għall-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv ta’ ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali koperti mir-Regolament (UE) Nru 609/2013. Din l-esklużjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għall-imballaġġ estern ta’ prodotti mediċinali għall-bniedem u veterinarji kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 24, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 26, tar-Regolament (UE) 2019/6 f’każijiet li fihom għandu jikkonforma ma’ rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali. Fl-aħħar nett, dik l-esklużjoni jenħtieġ li tapplika għal-linek, l-adeżivi, iż-żebgħa, il-verniċ u l-lakers użati fuq l-imballaġġ u għal kwalunkwe parti tal-plastik li tirrappreżenta inqas minn 5 % tal-piż totali tal-unità sħiħa tal-imballaġġ.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 28a (ġdida)
(28a) Sabiex jintlaħqu l-miri għall-integrazzjoni tal-kontenut riċiklat imsemmija f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, rapport li jivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri għall-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ sabiex tintlaħaq il-mira sa massimu ta’ 50 %, abbażi ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Sabiex jiġu pprevenuti l-ostakli għas-suq intern u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-obbligi, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jiżguraw li l-parti tal-plastik ta’ kull unità tal-imballaġġ ikun fiha ċertu perċentwal minimu ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur.
(29) Sabiex jiġu pprevenuti l-ostakli għas-suq intern u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-obbligi, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jiżguraw li l-imballaġġ tal-plastik, bħala medja għal kull format, għal kull impjant tal-manifattura u għal kull sena jkun fih ċertu perċentwal minimu ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika, għal kull unità ta’ skart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur fl-imballaġġ, is-sehem tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur preżenti u l-istabbiliment tal-format għad-dokumentazzjoni teknika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55.
(31) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika, għal kull skart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur fil-format tal-imballaġġ, għal kull impjant tal-manifattura, u għal kull sena, is-sehem tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur preżenti, meta jitqies l-impatt ambjentali tal-proċess ta’ riċiklaġġ u l-istabbiliment tal-format għad-dokumentazzjoni teknika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55.
__________________
__________________
55 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
55 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Sabiex jitqiesu r-riskji relatati ma’ provvista insuffiċjenti possibbli ta’ skart tal-plastik speċifiku għar-riċiklaġġ li jista’ jwassal għal prezzijiet eċċessivi jew għal effetti negattivi fuq is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar temporanju tal-miri għal kontenut riċiklat obbligatorju fl-imballaġġ tal-plastik. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ att delegat bħal dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talbiet motivati sew minn persuni fiżiċi u ġuridiċi.
(33) Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-miri għal kontenut riċiklat obbligatorju fl-imballaġġ tal-plastik. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ att delegat bħal dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talbiet motivati sew minn persuni fiżiċi u ġuridiċi.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 33a (ġdida)
(33a) Jenħtieġ li s-suq tal-Unjoni għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ jissaħħaħ sabiex tittejjeb ir-rata ta’ riċiklaġġ, jiġu evitati l-landfills u tiġi mminimizzata l-esportazzjoni tal-iskart lejn pajjiżi terzi. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jseħħ f’kooperazzjoni mal-atturi u l-industriji tas-settur, u jkun ibbażat fuq katina tal-valur regolata li tippermetti kontrolli tal-kwalità, assigurazzjoni tal-kwalità, ċertifikazzjoni, loġistika u pprezzar.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Il-fluss ta’ skart tal-bijoskart spiss ikun ikkontaminat bi plastik konvenzjonali u l-flussi tar-riċiklaġġ tal-materjal spiss ikunu kkontaminati bi plastik kompostabbli. Din il-kontaminazzjoni kroċjata twassal għal ħela ta’ riżorsi, materja prima sekondarja ta’ kwalità aktar baxxa u jenħtieġ li tiġi pprevenuta fis-sors. Peress li r-rotta xierqa tar-rimi għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli qiegħda ssir dejjem aktar ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, huwa ġġustifikat u meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari u komuni dwar l-użu tal-imballaġġ tal-plastik kompostabbli, li jkun awtorizzat biss meta l-użu tiegħu jkollu benefiċċju ċar għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-użu tal-imballaġġ kompostabbli jgħin biex jinġabar jew jintrema l-bijoskart.
(35) Il-fluss ta’ skart tal-bijoskart spiss ikun ikkontaminat bi plastik konvenzjonali u l-flussi tar-riċiklaġġ tal-materjal spiss ikunu kkontaminati bi plastik kompostabbli. Din il-kontaminazzjoni kroċjata twassal għal ħela ta’ riżorsi, materja prima sekondarja ta’ kwalità aktar baxxa u jenħtieġ li tiġi pprevenuta fis-sors. Peress li r-rotta xierqa tar-rimi għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli qiegħda ssir dejjem aktar ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, huwa ġġustifikat u meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari u komuni dwar l-użu tal-imballaġġ tal-plastik kompostabbli, li jkun awtorizzat biss meta l-użu tiegħu jkollu benefiċċju ċar għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-użu tal-imballaġġ kompostabbli jgħin biex jinġabar jew jintrema l-bijoskart, pereżempju għal prodotti li għalihom is-separazzjoni bejn il-kontenut u l-imballaġġ tkun partikolarment kumplessa, bħall-boroż tat-te jew il-kapsuli tal-kafè.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 36
(36) Għall-applikazzjonijiet limitati tal-imballaġġ magħmula minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, hemm benefiċċju ambjentali li jista’ jintwera b’mod ċar tal-użu tal-imballaġġ kompostabbli, li jidħol f’impjanti tal-kompostjar, inklużi faċilitajiet tad-diġestjoni anaerobika f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Barra minn hekk, meta jkun hemm disponibbli skemi xierqa għall-ġbir tal-iskartu infrastrutturi għat-trattament tal-iskart fi Stat Membru, jenħtieġ li jkun hemm flessibbiltà limitata fid-deċiżjoni dwar jekk l-użu tal-plastik kompostabbli għall-basktijiet tal-plastik ħfief għandux jiġi awtorizzat fit-territorju tiegħu. Sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-konsumaturi dwar ir-rimi korrett u b’kunsiderazzjoni tal-benefiċċju ambjentali taċ-ċirkolarità tal-karbonju, l-imballaġġtal-plastik l-ieħor kollu jenħtieġ li jidħol fir-riċiklaġġ tal-materjal u d-disinn ta’ imballaġġbħal dan jenħtieġ li jiżgura li dan ma jaffettwax ir-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra ta’ skart.
(36) Għall-applikazzjonijiet limitati tal-imballaġġ magħmula minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, hemm benefiċċju ambjentali li jista’ jintwera b’mod ċar tal-użu tal-imballaġġ kompostabbli, li jidħol f’impjanti tal-kompostjar, inklużi faċilitajiet tad-diġestjoni anaerobika f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Barra minn hekk, l-iskart bijodegradabbli jenħtieġ li ma jwassalx għall-preżenza ta’ kontaminanti fil-kompost. Biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ imballaġġ kompostabbli li jgħin il-ġbir jew ir-rimi tal-bijoskart, ir-rekwiżiti ta’ EN 13432 “Imballaġġ - Rekwiżiti għall-imballaġġ rekuperabbli bil-kompostjar u d-degradazzjoni - Skema ta’ ttestjar u kriterji ta’ evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ” jenħtieġ li jiġu riveduti fir-rigward tal-ħinijiet tal-kompostjar, il-livelli permissibbli ta’ kontaminazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq ir-rilaxx ta’ mikroplastiks biex dawn il-materjali jkunu jistgħu jiġu pproċessati f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart b’mod xieraq. Barra minn hekk, fl-Unjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit standard simili għall-kompostjar fid-djar.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat b’tali mod li jimminimizza l-volum u l-piż tiegħu filwaqt li jżomm il-ħila tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet tal-imballaġġ. Il-manifattur tal-imballaġġ jenħtieġ li jivvaluta l-imballaġġ skont il-kriterji ta’ prestazzjoni, kif elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jitnaqqas l-imballaġġ u titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u li tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ fis-suq intern, huwa xieraq li l-kriterji eżistenti jiġu speċifikati ulterjorment u li dawn isiru aktar stretti. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-kriterji tal-prestazzjoni tal-imballaġġ, kif elenkati fl-istandard armonizzat eżistenti EN 13428:200057, tiġi mmodifikata. Filwaqt li l-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-konsumatur jibqgħu rilevanti għad-disinn tal-imballaġġ, jenħtieġ li dawn ma jkunux parti minn kriterji ta’ prestazzjoni li waħedhom jiġġustifikaw il-piż u l-volum tal-imballaġġ addizzjonali tagħhom stess. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jikkompromettix l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-prodotti tas-sengħa u industrijali u għall-prodotti tal-ikel u agrikoli li huma rreġistrati u protetti skont l-iskema ta’ protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-UE, bħala parti mill-objettiv tal-Unjoni li tipproteġi l-wirt kulturali u l-għarfien tradizzjonali. Min-naħa l-oħra, ir-riċiklabbiltà, l-użu ta’ kontenut riċiklat, u l-użu mill-ġdid jistgħu jiġġustifikaw il-piż jew il-volum addizzjonali tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiżdiedu mal-kriterji ta’ prestazzjoni. Jenħtieġ li l-imballaġġ b’saffi doppji, b’qigħan foloz u b’karatteristiċi oħra mmirati biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott ma jitqiegħedx fis-suq, peress li ma jissodisfax ir-rekwiżit għall-minimizzazzjoni tal-imballaġġ. L-istess regola jenħtieġ li tapplika għall-imballaġġ żejjed mhux meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ.
(40) L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat b’tali mod li jimminimizza l-volum u l-piż tiegħu filwaqt li jżomm il-ħila tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet tal-imballaġġ. Il-manifattur tal-imballaġġ jenħtieġ li jivvaluta l-imballaġġ skont il-kriterji ta’ prestazzjoni, kif elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jitnaqqas l-imballaġġ u titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u li tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ fis-suq intern, huwa xieraq li l-kriterji eżistenti jiġu speċifikati ulterjorment u li dawn isiru aktar stretti. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-kriterji tal-prestazzjoni tal-imballaġġ, kif elenkati fl-istandard armonizzat eżistenti EN 13428:200057, tiġi mmodifikata. Filwaqt li l-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-konsumatur jibqgħu rilevanti għad-disinn tal-imballaġġ, jenħtieġ li dawn ma jkunux parti minn kriterji ta’ prestazzjoni li waħedhom jiġġustifikaw il-piż u l-volum tal-imballaġġ addizzjonali tagħhom stess. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jikkompromettix l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-prodotti tas-sengħa u industrijali u għall-prodotti tal-ikel u agrikoli li huma rreġistrati u protetti skont l-iskema ta’ protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-UE, bħala parti mill-objettiv tal-Unjoni li tipproteġi l-wirt kulturali u l-għarfien tradizzjonali, jew id-disinn tal-imballaġġ li huwa soġġett għal protezzjoni legali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/200257a. Min-naħa l-oħra, ir-riċiklabbiltà, l-użu ta’ kontenut riċiklat, u l-użu mill-ġdid jistgħu jiġġustifikaw il-piż jew il-volum addizzjonali tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiżdiedu mal-kriterji ta’ prestazzjoni. Jenħtieġ li l-imballaġġ b’saffi doppji, b’qigħan foloz u b’karatteristiċi oħra mmirati biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott ma jiġix introdott fis-suq, peress li ma jissodisfax ir-rekwiżit għall-minimizzazzjoni tal-imballaġġ. L-istess regola jenħtieġ li tapplika għall-imballaġġ superfluwu li mhuwiex meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ.
__________________
__________________
57 Imballaġġ – Rekwiżiti speċifiċi għall-manifattura u għall-kompożizzjoni – Prevenzjoni skont it-tnaqqis fis-sors.
57 Imballaġġ – Rekwiżiti speċifiċi għall-manifattura u għall-kompożizzjoni – Prevenzjoni skont it-tnaqqis fis-sors.
57a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Huwa meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati u li dawn ikunu jistgħu jarmu kif xieraq l-iskart mill-imballaġġ, inklużi l-basktijiet tal-plastik ħfief u ħfief ħafna. L-aktar mod xieraq biex isir dan huwa li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta’ tikkettar ibbażata fuq il-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ għas-separazzjoni tal-iskart, u li din tiġi kkombinata ma’ tikketti korrispondenti dwar ir-reċipjenti tal-iskart.
(44) Huwa meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati u li dawn ikunu jistgħu jarmu kif xieraq kwalunkwe skart mill-imballaġġ. L-aktar mod xieraq biex isir dan huwa li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta’ tikkettar ibbażata fuq il-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ għas-separazzjoni tal-iskart, u li din tiġi kkombinata ma’ tikketti korrispondenti dwar ir-reċipjenti tal-iskart. Il-ħtieġa li tali sistema ta’ tikkettar armonizzata tiġi rikonoxxuta miċ-ċittadini kollha irrispettivament miċ-ċirkostanzi tagħhom, bħall-età u l-għarfien tal-lingwi, jenħtieġ li tkun fattur ta’ gwida fid-disinn tagħhom. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ pittogrammi li fihom l-ammont ta’ kliem użat ikun minimu. Dan iservi wkoll biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kostijiet għat-traduzzjoni tal-lingwa użata, li altrimenti tkun meħtieġa.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 44a (ġdida)
(44a) Is-separazzjoni hija pass essenzjali biex tiġi żgurata ċirkolarità akbar tal-imballaġġ. It-titjib tal-kapaċitajiet ta’ separazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi, jenħtieġ li jitħeġġeġ sabiex jippermetti kwalità aħjar ta’ separazzjoni, u b’hekk kwalità aħjar ta’ materja prima għar-riċiklaġġ.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti minn informazzjoni qarrieqa u li toħloq konfużjoni dwar il-karatteristiċi tal-imballaġġ u t-trattament xieraq fi tmiem tal-ħajja tiegħu, li għalihom ġew stabbiliti tikketti armonizzati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi identifikat l-imballaġġ inkluż fl-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur permezz ta’ simbolu ta’ akkreditazzjoni fit-territorju kollu ta’ dik is-sistema. Dak is-simbolu jenħtieġ li jkun ċar u mhux ambigwu għall-konsumaturi jew għall-utenti fir-rigward tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Għal dan il-għan, jista’ jitqies li s-simbolu tat-Tikka Ħadra, li jintuża f’xi Stati Membri biex ifisser li produttur ikun ta kontribuzzjoni finanzjarja lil sistema nazzjonali ta’ rkupru tal-imballaġġ58, jista’ jqarraq bil-konsumaturi b’mod li jaħsbu li l-imballaġġ li jkollu simbolu bħal dan dejjem ikun riċiklabbli.
(49) Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti minn informazzjoni qarrieqa u li toħloq konfużjoni dwar il-karatteristiċi tal-imballaġġ u t-trattament xieraq fi tmiem tal-ħajja tiegħu, li għalihom ġew stabbiliti tikketti armonizzati skont dan ir-Regolament.
__________________
58 https://www.pro-e.org/the-green-dot-trademark
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 50a (ġdida)
(50a) Jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti b’parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet kollha involuti fl-imballaġġ. Il-grupp jenħtieġ li jissejjaħ il-“Forum dwar l-Imballaġġ” u jenħtieġ li jikkontribwixxi b’mod partikolari għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-kjarifika tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, ir-rieżami tal-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti tas-sorveljanza tas-suq u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe miżura awtoregolatorja.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) Il-problema tal-ġenerazzjoni eċċessiva tal-iskart mill-imballaġġ ma tistax tiġi indirizzata bis-sħiħ billi jiġu stabbiliti obbligi fuq id-disinn tal-imballaġġ. Għal ċerti tipi ta’ imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi biex jitnaqqas l-ispazju vojt fuq l-operaturi ekonomiċi f’termini tat-tnaqqis tal-ispazju vojt meta jintuża imballaġġ bħal dan. Fil-każ tal-imballaġġ kollettiv, għat-trasport u tal-kummerċ elettroniku użat għall-provvista ta’ prodotti lid-distributuri finali jew lill-utent finali, il-porzjon tal-ispazju vojt jenħtieġ li ma jaqbiżx l-40 %. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jkunu eżentati minn dan l-obbligu.
(60) Il-problema tal-ġenerazzjoni eċċessiva tal-iskart mill-imballaġġ ma tistax tiġi indirizzata bis-sħiħ billi jiġu stabbiliti obbligi fuq id-disinn tal-imballaġġ. Għal ċerti tipi ta’ imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi biex jitnaqqas l-ispazju vojt fuq l-operaturi ekonomiċi f’termini tat-tnaqqis tal-ispazju vojt meta jintuża imballaġġ bħal dan. Fil-każ tal-imballaġġ kollettiv, għat-trasport u tal-kummerċ elettroniku użat għall-provvista ta’ prodotti lid-distributuri finali jew lill-utent finali, il-porzjon tal-ispazju vojt jenħtieġ li ma jaqbiżx l-40 %. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jkunu eżentati minn dan l-obbligu. Dak l-obbligu jenħtieġ li ma japplikax għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 65
(65) Sabiex tiġi inċentivata l-prevenzjoni tal-iskart, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ġdid ta’ “mili mill-ġdid”. Il-mili mill-ġdid għandu jitqies bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-iskart li tgħodd u li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid. Madankollu, il-kontenituri li huma proprjetà tal-konsumatur, li jwettqu funzjoni tal-imballaġġ fil-kuntest tal-mili mill-ġdid, bħall-kikkri li jistgħu jerġgħu jintużaw, maggijiet, fliexken jew kaxex ma humiex imballaġġ fis-sens ta’ dan ir-Regolament.
(65) Sabiex tiġi inċentivata l-prevenzjoni tal-iskart, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ġdid ta’ “mili mill-ġdid”. Il-mili mill-ġdid għandu jitqies bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-iskart li tgħodd u li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-prevenzjoni kif stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 66
(66) Meta l-operaturi ekonomiċi joffru l-possibbiltà li jinxtraw prodotti permezz ta’ mili mill-ġdid, jenħtieġ li dawn jiżguraw li l-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid tagħhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti biex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. F’dan il-kuntest, meta l-konsumaturi jużaw il-kontenituri tagħhom stess, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li għalhekk jinformaw dwar il-kundizzjonijiet għall-mili mill-ġdid u għall-użu sikuri ta’ dawn il-kontenituri. Sabiex jitħeġġeġ il-mili mill-ġdid, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma jipprovdux imballaġġ mingħajr ħlas jew ma jkunux parti mis-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fl-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid.
(66) Meta l-operaturi ekonomiċi joffru l-possibbiltà li jinxtraw prodotti permezz ta’ mili mill-ġdid, jenħtieġ li dawn jiżguraw li l-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid tagħhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti biex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. F’dan il-kuntest, meta l-konsumaturi jużaw il-kontenituri tagħhom stess, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li għalhekk jinformaw dwar il-kundizzjonijiet għall-mili mill-ġdid u għall-użu sikuri ta’ dawn il-kontenituri. Sabiex jitħeġġeġ il-mili mill-ġdid, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma jipprovdux imballaġġ mingħajr ħlas jew ma jkunux parti mis-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fl-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid. L-atturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu eżentati mir-responsabbiltà għal problemi ta’ sikurezza tal-ikel li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ kontenituri pprovduti mill-konsumaturi.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 67
(67) Sabiex jitnaqqas il-proporzjon dejjem akbar tal-imballaġġ li jintuża darba u l-ammonti dejjem akbar ta’ skart mill-imballaġġ iġġenerat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi għall-użu u l-mili mill-ġdid fuq l-imballaġġ fis-setturi, li ġew ivvalutati bħala li għandhom l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ, jiġifieri l-ikel u x-xorb take-away, l-apparati elettrodomestiċi kbar u l-imballaġġ għat-trasport. Dan ġie vvalutat abbażi ta’ fatturi bħas-sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid, il-ħtieġa li jintuża l-imballaġġ u l-possibbiltà li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali f’termini ta’ żamma, ta’ ndafa, ta’ saħħa, ta’ iġjene u ta’ sikurezza. Tqiesu wkoll id-differenzi tal-prodotti u tas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tagħhom. L-istabbiliment tal-miri huwa mistenni li jappoġġa l-innovazzjoni u jżid il-proporzjon ta’ soluzzjonijiet ta’ użu u ta’ mili mill-ġdid. L-użu tal-imballaġġ li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur tal-HORECA jenħtieġ li ma jkunx permess.
(67) Sabiex jitnaqqas il-proporzjon dejjem akbar tal-imballaġġ li jintuża darba u l-ammonti dejjem akbar ta’ skart mill-imballaġġ iġġenerat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi għall-użu mill-ġdid fuq l-imballaġġ fis-setturi, li ġew ivvalutati bħala li għandhom l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ, jiġifieri l-ikel u x-xorb take-away, l-apparati elettrodomestiċi kbar u l-imballaġġ għat-trasport. Dan ġie vvalutat abbażi ta’ fatturi bħas-sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid, il-ħtieġa li jintuża l-imballaġġ u l-possibbiltà li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali f’termini ta’ żamma, ta’ ndafa, ta’ saħħa, ta’ iġjene u ta’ sikurezza. Tqiesu wkoll id-differenzi tal-prodotti u tas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tagħhom. L-istabbiliment tal-miri huwa mistenni li jappoġġa l-innovazzjoni u jżid il-proporzjon ta’ soluzzjonijiet ta’ użu u ta’ mili mill-ġdid. L-imballaġġ li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur HORECA jenħtieġ li ma jkunx permess. Il-konsumaturi jenħtieġ li dejjem ikollhom l-għażla li jixtru ikel u xorb għal take-away f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw jew fil-kontenituri tagħhom stess b’kundizzjonijiet mhux inqas favorevoli mill-ikel u x-xorb offruti f’imballaġġ li jintuża darba biss. L-operaturi ekonomiċi li jbigħu ikel jew xorb għal take-away jenħtieġ li joffru lill-konsumaturi l-għażla li jixtru l-ikel jew ix-xorb fil-kontenituri tagħhom stess u l-għażla li jixtru xorb f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 68
(68) Sabiex tiżdied l-effettività tagħhom u jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid jitqiegħdu fuq l-operaturi ekonomiċi. F’każijiet ta’ miri għax-xorb, dawn jenħtieġ li jitqiegħdu wkoll fuq il-manifatturi, peress li dawn l-atturi jistgħu jikkontrollaw il-formati tal-imballaġġ użat għall-prodotti li joffru. Il-miri jenħtieġ li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-bejgħ fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu jew għall-mili mill-ġdid jew, fil-każ tal-imballaġġ għat-trasport, bħala perċentwal tal-użi. Il-miri jenħtieġ li jkunu newtrali għall-materjali. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miri għall-użu u għall-mili mill-ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.
(68) Sabiex tiżdied l-effettività tagħhom u jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-miri tal-użu mill-ġdid jitqiegħdu fuq id-distributuri finali. Il-miri jenħtieġ li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-bejgħ fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid jew, fil-każ tal-imballaġġ għat-trasport, bħala perċentwal tal-użi. Il-miri jenħtieġ li jkunu newtrali għall-materjali. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miri għall-użu u għall-mili mill-ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 71
(71) Sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid, huwa meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi rispettivi jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jirrapportaw id-data rilevanti għal kull sena kalendarja, mill-1 ta’ Jannar 2030. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu dik id-data disponibbli għall-pubbliku.
(71) Sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-miri tal-użu mill-ġdid, huwa meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi rispettivi jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jirrapportaw id-data rilevanti għal kull sena kalendarja, mill-1 ta’ Jannar 2030. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu dik id-data disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 73a (ġdida)
(73a) Peress li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, taħt il-15-il mikron, għandhom potenzjal għoli li jsiru skart u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-baħar, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiġi ristretta l-introduzzjoni tagħhom fis-suq ħlief għal użi strettament meħtieġa. Jenħtieġ li dawk il-basktijiet tal-plastik ma jiġux introdotti fis-suq bħala imballaġġ għal oġġetti tal-ikel bl-ingrossa, ħlief għal raġunijiet iġjeniċi jew għall-imballaġġ ta’ oġġetti tal-ikel imxarrba bl-ingrossa bħal laħam nej, ħut jew prodotti tal-ħalib.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 74a (ġdida)
(74a) Tnaqqis fl-użu tal-basktijiet tal-plastik jenħtieġ li ma jwassalx biex jintużaw il-basktijiet tal-karti minflok. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-użu tal-basktijiet tal-karti u tipproponi mira, u, jekk ikun xieraq, miżuri għat-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-karti.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 91
(91) Sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-ġenerazzjoni ġenerali tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ per capita li għandhom jinkisbu sal-2030. L-ilħuq ta’ mira ta’ tnaqqis ta’ 5 % fl-2030 meta mqabbel mal-2018 jenħtieġ li jinvolvi tnaqqis assolut ġenerali ta’ madwar 19 % bħala medja madwar l-Unjoni fl-2030 meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ b’10 %, meta mqabbla mal-2018, sal-2035; dan huwa stmat li jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ b’29 % meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. Sabiex jiġi żgurat li l-isforzi ta’ tnaqqis ikomplu wara l-2030, għall-2035, jenħtieġ li tiġi stabbilita mira ta’ tnaqqis ta’ 10 % mill-2018, li tkun tfisser tnaqqis ta’ 29 % meta mqabbla mal-linja bażi, u, għall-2040, mira ta’ tnaqqis ta’ 15 % mill-2018, li jfisser li jenħtieġ li jiġi stabbilit tnaqqis ta’ 37 % meta mqabbel mal-linja bażi.
(91) Sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-ġenerazzjoni ġenerali tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ per capita li għandhom jinkisbu sal-2030. L-ilħuq ta’ mira ta’ tnaqqis ta’ 5 % fl-2030 meta mqabbel mal-2018 jenħtieġ li jinvolvi tnaqqis assolut ġenerali ta’ madwar 19 % bħala medja madwar l-Unjoni fl-2030 meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ b’10 %, meta mqabbla mal-2018, sal-2035; dan huwa stmat li jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ b’29 % meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. Sabiex jiġi żgurat li l-isforzi ta’ tnaqqis ikomplu wara l-2030, għall-2035, jenħtieġ li tiġi stabbilita mira ta’ tnaqqis ta’ 10 % mill-2018, li tkun tfisser tnaqqis ta’ 29 % meta mqabbla mal-linja bażi, u, għall-2040, mira ta’ tnaqqis ta’ 15 % mill-2018, li jfisser li jenħtieġ li jiġi stabbilit tnaqqis ta’ 37 % meta mqabbel mal-linja bażi. L-Istati Membri li stabbilew sistema differenti għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ domestiku, minn naħa waħda, u tal-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jżommu l-ispeċifiċità tagħhom.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 91a (ġdida)
(91a) Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għal Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni adottat il-komunikazzjoni tas-16 ta’ Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari biex jitnaqqsu t-tniġġis tal-baħar, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u d-dipendenza Ewropea tagħna mill-fjuwils fossili. Hekk kif il-konsum tal-plastik qed jiżdied, l-istrateġija titlob ċirkolarità aħjar tal-plastik u miżuri ta’ prevenzjoni effettivi. F’konformità ma’ dik l-istrateġija, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun strument għall-ġlieda kontra l-plastik superfiċjali u mhux meħtieġ, sabiex titreġġa’ lura x-xejra tal-produzzjoni u l-konsum tal-plastik, speċjalment il-plastik li jintuża darba biss.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 92
(92) L-Istati Membri jistgħu jiksbu dawn il-miri permezz ta’ strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, inklużi miżuri li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, u billi jippromwovu l-istabbiliment u t-tħaddim effettiv tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u jħeġġu lill-operaturi ekonomiċi joffru lill-utenti finali aktar possibbiltajiet għall-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn jiġu adottati b’mod parallel u flimkien ma’ miżuri oħra skont dan ir-Regolament bl-għan li jnaqqsu t-tnaqqis tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ, bħal rekwiżiti dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, il-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid, il-limiti tal-volum u l-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(92) L-Istati Membri jistgħu jiksbu dawn il-miri permezz ta’ strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, inklużi miżuri li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, u billi jippromwovu l-istabbiliment u t-tħaddim effettiv tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u jħeġġu lill-operaturi ekonomiċi joffru lill-utenti finali aktar possibbiltajiet għall-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn jiġu adottati b’mod parallel u flimkien ma’ miżuri oħra skont dan ir-Regolament bl-għan li jnaqqsu t-tnaqqis tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ, bħal rekwiżiti dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, il-miri tal-użu mill-ġdid, l-obbligi ta’ mili mill-ġdid, il-limiti tal-volum u l-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 96
(96) F’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas espress fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat, huwa essenzjali li l-produtturi li jintroduċu l-imballaġġ u l-prodotti fl-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni jerfgħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tagħhom fi tmiem ħajjithom. Jenħtieġ li jitfakkar li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jeħtieġ li jiġu stabbiliti, kif previst fid-Direttiva 94/62/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2024, peress li huma l-aktar mezzi xierqa biex jinkiseb dan u jista’ jkollhom impatt ambjentali pożittiv billi jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jżidu l-ġbir u r-riċiklaġġ tiegħu. Hemm differenzi kbar fil-mod kif jiġu stabbiliti, fl-effiċjenza tagħhom u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi. Għalhekk, b’mod ġenerali, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE jenħtieġ li japplikaw għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet speċifiċi ulterjuri fejn dan ikun meħtieġ u xieraq.
(96) F’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas espress fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat, huwa essenzjali li l-produtturi, inklużi l-atturi tal-kummerċ elettroniku, li jintroduċu l-imballaġġ u l-prodotti fl-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni jerfgħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tagħhom fi tmiem ħajjithom. Jenħtieġ li jitfakkar li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jeħtieġ li jiġu stabbiliti, kif previst fid-Direttiva 94/62/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2024, peress li huma l-aktar mezzi xierqa biex jinkiseb dan u jista’ jkollhom impatt ambjentali pożittiv billi jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jżidu l-ġbir u r-riċiklaġġ tiegħu. Hemm differenzi kbar fil-mod kif jiġu stabbiliti, fl-effiċjenza tagħhom u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi. Għalhekk, b’mod ġenerali, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE jenħtieġ li japplikaw għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet speċifiċi ulterjuri fejn dan ikun meħtieġ u xieraq.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 98
(98) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66 jistabbilixxi r-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti, li jinkludu b’mod aktar speċifiku l-obbligi għall-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni. Sabiex jiġi pprevenut l-approfittar mill-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jenħtieġ li jiġi speċifikat kif fornituri ta’ pjattaformi online bħal dawn jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-obbligi fir-rigward tar-reġistri tal-produtturi tal-imballaġġ stabbiliti skont dan ir-Regolament. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri ta’ pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jiksbu minn dawk il-produtturi informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-regoli estiżi dwar ir-responsabbiltà tal-produttur stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti li jbigħu l-imballaġġ online huma soġġetti għar-regoli ta’ infurzar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065.
(98) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66 jistabbilixxi r-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti, li jinkludu b’mod aktar speċifiku l-obbligi għall-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni. Sabiex jiġi pprevenut l-approfittar mill-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jenħtieġ li jiġi speċifikat kif fornituri ta’ pjattaformi online bħal dawn jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-obbligi fir-rigward tar-reġistri tal-produtturi tal-imballaġġ stabbiliti skont dan ir-Regolament. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri ta’ pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jkunu marbuta b’ċerti obbligi applikabbli għall-produtturi, sakemm ma jagħtux prova li l-parti terza li għaliha jiffaċilitaw il-bejgħ jew il-konsenja mill-bogħod tkun diġà ssodisfat dawk l-obbligi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiksbu minn dawk il-produtturi informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-regoli estiżi dwar ir-responsabbiltà tal-produttur stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti li jbigħu l-imballaġġ online huma soġġetti għar-regoli ta’ infurzar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065.
__________________
__________________
66 Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
66 Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 101a (ġdida)
(101a) Il-ġbir separat tal-imballaġġ huwa pass kruċjali biex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità tiegħu, u biex jiġi żgurat suq b’saħħtu għall-materja prima sekondarja. L-istabbiliment ta’ rata ta’ ġbir obbligatorja huwa inċentiv biex jiġu żviluppati sistemi ta’ ġbir effiċjenti u mmirati fil-livell nazzjonali, u b’hekk tiżdied il-kwantità ta’ skart separat u potenzjalment riċiklat.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 103a (ġdida)
(103a) Jenħtieġ li dan ir-Regolament iqis id-diversità tas-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu li jeżistu fl-Unjoni, u jiżgura li l-iżviluppi teknoloġiċi f’dawn is-sistemi ma jiġux imfixkla meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiżdiedu r-rati tal-ġbir u jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità aħjar. Pereżempju, sistema diġitali ta’ rifużjoni tad-depożitu toffri lill-konsumaturi sistema ta’ kodiċi QR, b’rifużjoni tad-depożitu meta jiġi ddepożitat f’punt ta’ ġbir separat id-dar jew fuq il-post.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 107
(107) L-Istati Membri li jiksbu rata tal-ġbir ta’ 90 % tat-tipi tal-imballaġġ fil-mira mingħajr sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu sentejn kalendarji konsekuttivi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-obbligu, jistgħu jitolbu li ma tiġix stabbilita sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.
(107) L-Istati Membri li jiksbu rata tal-ġbir ta’ mill-inqas 85 % tat-tipi tal-imballaġġ fil-mira mingħajr sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu sentejn kalendarji konsekuttivi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-obbligu, jistgħu jitolbu li ma tiġix stabbilita sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 108
(108) Bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu b’mod attiv is-soluzzjonijiet tal-użu u tal-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li jappoġġaw l-istabbiliment tas-sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid u jimmonitorjaw il-funzjonament u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-iġjene. L-Istati Membri jitħeġġu jieħdu wkoll miżuri oħra, bħall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu li jkopru formati tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi jew l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għad-distributuri finali biex jagħmlu disponibbli ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti minn miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jew permezz tal-mili mill-ġdid dment li rekwiżiti bħal dawn ma jirriżultawx fil-frammentazzjoni tas-suq uniku u fil-ħolqien ta’ ostakli kummerċjali.
(108) Bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu b’mod attiv is-soluzzjonijiet tal-użu u tal-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li jappoġġaw l-istabbiliment tas-sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid u jimmonitorjaw il-funzjonament u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-iġjene. L-Istati Membri jitħeġġu jieħdu wkoll miżuri oħra, bħall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu li jkopru formati tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi jew l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għad-distributuri finali biex jagħmlu disponibbli ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti minn miri tal-użu mill-ġdid u obbligi ta’ mili mill-ġdid tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jew permezz tal-mili mill-ġdid dment li rekwiżiti bħal dawn ma jirriżultawx fil-frammentazzjoni tas-suq uniku u fil-ħolqien ta’ ostakli kummerċjali.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 113a (ġdida)
(113a) Filwaqt li huwa importanti li l-Kummissjoni tqis it-teknoloġiji tal-ipproċessar kollha meta tabbozza l-atti delegati li jistabbilixxu l-kriterji tar-riċiklabbiltà, kif ukoll il-kriterji għar-riċiklabbiltà fuq skala kbira, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkompli tivvaluta l-valur miżjud tar-riċiklaġġ kimiku għal dawk il-frazzjonijiet li ma jistgħux jiġu pproċessati mit-teknoloġiji tar-riċiklaġġ mekkaniku. Fil-kuntest tal-objettivi li ġew stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-konsum tal-enerġija ta’ teknoloġiji ġodda, il-konsum tal-ilma, it-telf materjali u, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-asserzjonijiet ambjentali, tevita asserzjonijiet ambjentali qarrieqa, billi tillimita dawk l-applikazzjonijiet għal approċċ verament ċirkolari, bl-esklużjoni, pereżempju, tal-approċċi għall-konverżjoni tal-materjali fi fjuwil.
_______________________
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 113b (ġdida)
(113b) Operatur ekonomiku jenħtieġ li jkun jista’ jagħmel asserzjonijiet ambjentali fuq l-imballaġġ introdott fis-suq biss jekk ikunu sostanzjati f’konformità mad-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ambjentali. Fir-rigward tar-riċiklabbiltà, il-livell tal-kontenut riċiklat u l-użu mill-ġdid, dawk l-asserzjonijiet jenħtieġ li jkunu possibbli biss għall-proprjetajiet tal-imballaġġ li jaqbżu r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 117a (ġdida)
(117a) Il-ġbir separat barra mid-dar huwa element importanti sabiex jiżdiedu r-rati tal-ġbir tal-imballaġġ, u tittejjeb iċ-ċirkolarità tiegħu. L-Istati Membri u l-atturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi għall-ġbir separat barra mid-dar, adattati għall-post u d-drawwiet tal-konsumaturi.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 123
(123) L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà huwa essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta biex jiġi żgurat li l-benefiċċji mistennija ta’ dan ir-Regolament u l-kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-klima, tal-enerġija u taċ-ċirkolarità tal-Unjoni. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill73 li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li japplika għall-imballaġġ li għalih huma stabbiliti rekwiżiti tas-sostenibbiltà skont dan ir-Regolament.
(123) L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà huwa essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta biex jiġi żgurat li l-benefiċċji mistennija ta’ dan ir-Regolament u l-kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-klima, tal-enerġija u taċ-ċirkolarità tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit għadd minimu ta’ kontrolli tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill73 li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li japplika għall-imballaġġ li għalih huma stabbiliti rekwiżiti tas-sostenibbiltà skont dan ir-Regolament.
__________________
__________________
73 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU l 169, 25.6.2019, p. 1).
73 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU l 169, 25.6.2019, p. 1).
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 130
(130) Fir-rigward tal-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-kooperazzjoni fis-suq bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, filwaqt li jistgħu jikkonċernaw kwalunkwe imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, l-interventi mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li jiffokaw primarjament fuq l-imballaġġ soġġett għall-miżuri ta’ projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. F’każ li jieħdu miżuri ta’ projbizzjoni bħal dawn, u ma jkunux ristretti għat-territorju nazzjonali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jikkomunikaw, lill-awtoritajiet deżinjati għall-kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, id-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ imballaġġ mhux konformi bħal dan fil-fruntieri, l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodotti fl-imballaġġ u dwar l-operaturi ekonomiċi biex ikun jista’ jsir approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dwana se jkollha l-għan li tidentifika u twaqqaf dan l-imballaġġ fil-fruntieri.
(130) Sabiex jitħares il-funzjonament tas-suq intern u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-imballaġġ minn pajjiżi terzi li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, kemm jekk jiġi importat bħala imballaġġ awtonomu kif ukoll fi prodott fl-imballaġġ. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat li jkunu twettqu proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta’ dak l-imballaġġ. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-kooperazzjoni fis-suq bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, filwaqt li jistgħu jikkonċernaw kwalunkwe imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, l-interventi mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li jiffokaw primarjament fuq l-imballaġġ soġġett għall-miżuri ta’ projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. F’każ li jieħdu miżuri ta’ projbizzjoni bħal dawn, u ma jkunux ristretti għat-territorju nazzjonali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jikkomunikaw, lill-awtoritajiet deżinjati għall-kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, id-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ imballaġġ mhux konformi bħal dan fil-fruntieri, l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodotti fl-imballaġġ u dwar l-operaturi ekonomiċi biex ikun jista’ jsir approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dwana se jkollha l-għan li tidentifika u twaqqaf dan l-imballaġġ fil-fruntieri.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tikkettar, biex jippermetti l-introduzzjoni tiegħu fis-suq, kif ukoll għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tikkettar, biex jippermetti l-introduzzjoni tiegħu fis-suq, kif ukoll għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-prevenzjoni, it-tnaqqis tal-imballaġġ mhux meħtieġ, l-użu mill-ġdid jew il-mili mil-ġdid tal-imballaġġ, il-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3
3. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.
3. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1119, billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, u billi jipprovdi qafas legali ta’ appoġġ li jagħti ċertezza lill-industrija Ewropea għall-investimenti tagħha biex tinkiseb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ.
Emenda 421 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament japplika għall-imballaġġ kollu, irrispettivament mill-materjal użat, u għall-iskart kollu mill-imballaġġ, kemm jekk skart bħal dan jintuża fl-industrija kif ukoll jekk joriġina minnha, minn manifattura, minn bejgħ bl-imnut jew minn distribuzzjoni oħra, minn uffiċċji, minn servizzi jew minn unitajiet domestiċi.
1. Dan ir-Regolament japplika għall-imballaġġ kollu, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ approvat għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi irrispettivament mill-materjal użat, u għall-iskart kollu mill-imballaġġ, kemm jekk skart bħal dan jintuża fl-industrija kif ukoll jekk joriġina minnha, minn manifattura, minn bejgħ bl-imnut jew minn distribuzzjoni oħra, minn uffiċċji, minn servizzi jew minn unitajiet domestiċi.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt f
(f) il-boroż tat-te jew tal-kafè meħtieġa biex iżommu prodott tat-te jew tal-kafè u maħsuba biex jintużaw u jintremew flimkien mal-prodott;
(f) il-boroż tat-te jew tal-kafè permeabbli jew sistema li tirtab wara l-użu u unitajiet ta’ porzjon wieħed li jżommu prodott tat-te jew tal-kafè u li huma maħsuba biex jintużaw u jintremew flimkien mal-prodott;
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt g
(g) l-unità ta’ porzjon wieħed tas-sistema tal-kafè jew tat-te meħtieġa biex iżomm prodott tal-kafè jew tat-te u maħsuba biex tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;
(g) l-unità ta’ porzjon wieħed tas-sistema tal-kafè jew tat-te mhux permeabbli meħtieġa biex iżomm prodott tal-kafè jew tat-te u maħsuba biex tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
(4) “imballaġġ għat-trasport” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu ffaċilitati l-immaniġġar u t-trasport ta’ għadd ta’ unitajiet tal-bejgħ jew l-imballaġġ kollettiv, inkluż l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku iżda bl-esklużjoni tal-kontenituri għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-vapur u bl-ajru, sabiex tiġi pprevenuta l-ħsara mill-immaniġġar fiżiku u waqt it-trasport;
(4) “imballaġġ għat-trasport” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu ffaċilitati l-immaniġġar u t-trasport ta’ kwalunkwe għadd ta’ unitajiet tal-bejgħ jew l-imballaġġ kollettiv, inkluż l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku iżda bl-esklużjoni tal-kontenituri għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-vapur u bl-ajru, sabiex tiġi pprevenuta l-ħsara mill-immaniġġar fiżiku u waqt it-trasport lill-prodott;
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
(16) “distributur finali” tfisser id-distributur li jwassal il-prodotti jew il-prodotti fl-imballaġġ li jistgħu jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid lill-utent finali;
(16) “distributur finali” tfisser id-distributur li jwassal il-prodotti jew il-prodotti fl-imballaġġ li jistgħu jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid jew l-użu mill-ġdid lill-utent finali;
Emenda 472 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19
(19) “imballaġġ kompost” tfisser unità tal-imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-għeluq u għall-issiġillar, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda;
(19) “imballaġġ kompost” tfisser unità tal-imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-kisi, għall-kisi minn ġewwa, għall-verniċi, għaż-żebgħa, għal-linek, għall-adeżivi, għal-lacquers, għall-għeluq u għall-issiġillar li jagħmlu parti mill-piż tal-materjal tal-imballaġġ ewlieni, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda, sakemm materjal partikolari ma jkunx jikkostitwixxi parti insinifikanti mill-unità tal-imballaġġ u fl-ebda każ ma jkun aktar minn 10 % tal-massa totali tal-unità tal-imballaġġ;
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22
(22) “użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, jintuża għal darba oħra għall-istess fini li kien maħsub għalih;
(22) “użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, jintuża għal darba oħra diversi drabi għall-istess fini li kien maħsub għalih, li jsir possibbli permezz ta’ loġistika adegwata u jiġi promoss b’sistemi ta’ inċentivi xierqa, normalment permezz ta’ skema ta’ rifużjoni tad-depożitu;
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 26
(26) “sistemi għall-użu mill-ġdid” tfisser arranġamenti organizzazzjonali, tekniċi /jew finanzjarji, li jippermettu l-użu mill-ġdid jew f’sistema b’ċirkwit magħluq jew f’sistema b’ċirkwit miftuħ. Is-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu, meta jiżguraw li l-imballaġġ jinġabar għall-użu mill-ġdid, jitqiesu bħala parti minn “sistema għall-użu mill-ġdid”;
(26) “sistemi għall-użu mill-ġdid” tfisser arranġamenti organizzazzjonali, tekniċi u/jew finanzjarji, flimkien ma’ inċentivi, li jippermettu l-użu mill-ġdid jew f’sistema b’ċirkwit magħluq jew f’sistema b’ċirkwit miftuħ. Is-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu, meta jiżguraw li l-imballaġġ jinġabar għall-użu mill-ġdid, jitqiesu bħala parti minn “sistema għall-użu mill-ġdid”;
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28
(28) “mili mill-ġdid” tfisser operazzjoni li biha l-utent finali jimla l-kontenitur tiegħu stess, li tissodisfa l-funzjoni tal-imballaġġ, bi prodott jew b’diversi prodotti offruti mid-distributur finali fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali;
(28) “mili mill-ġdid” tfisser operazzjoni li biha l-utent finali jimla l-kontenitur tiegħu stess jew kontenitur ipprovdut fil-punt tal-bejgħ mid-distributur finali, li tissodisfa l-funzjoni tal-imballaġġ, bi prodott jew b’diversi prodotti mixtrija permezz ta’ distributur finali;
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 31
(31) “disinn għar-riċiklaġġ” tfisser id-disinn tal-imballaġġ, inklużi l-komponenti individwali tal-imballaġġ, sabiex tiġi żgurata r-riċiklabbiltà tiegħu bi proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;
(31) “disinn għar-riċiklaġġ” tfisser id-disinn tal-imballaġġ, inklużi l-komponenti individwali tal-imballaġġ, sabiex tiġi żgurata r-riċiklabbiltà tiegħu bi proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, filwaqt li tingħata prijorità lill-proċessi ta’ riċiklaġġ mekkaniku;
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 31a (ġdid)
(31a) “riċiklabbiltà” tfisser il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-imballaġġ mal-immaniġġar u l-ipproċessar tal-iskart mid-disinn, abbażi ta’ ġbir separat, separazzjoni fi flussi separati, riċiklaġġ fuq skala kbira, u l-użu ta’ materjali riċiklati biex jissostitwixxu l-materja prima primarja f’imballaġġ ġdid;
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 32
(32) “riċiklat fuq skala kbira” tfisser l-iskart miġbur, isseparat u riċiklat permezz tal-infrastruttura u tal-proċessi installati tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li jkopru mill-inqas 75 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, inkluż l-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47(5);
(32) “riċiklat fuq skala kbira” tfisser l-eżistenza ta’ kapaċità suffiċjenti biex l-iskart mill-imballaġġ miġbur jiġi dirett lejn flussi ta’ skart definiti u rikonoxxuti permezz tal-proċessi industrijali stabbiliti għall-ipproċessar mill-ġdid fis-sistemi reali ppruvati f’ambjent operazzjonali, inkluż l-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47(5);
Emenda 414 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 32a (ġdid)
(32a) “riċiklaġġ ta’ kwalità għolja” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (17) tad-Direttiva 2008/98/KE, li tiżgura li l-kwalità distinta tal-iskart miġbur u separat tiġi ppreżervata jew irkuprata matul dik l-operazzjoni ta’ rkupru, sabiex il-materjali riċiklati li jirriżultaw ikunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jissostitwixxu l-materja prima primarja;
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 34
(34) “komponent integrat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li jista’ jkun distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, u jista’ jkun ta’ materjal differenti, iżda huwa integrali għall-unità tal-imballaġġ u għall-funzjonament tagħha u ma għandux għalfejn jiġi sseparat mill-unità tal-imballaġġ ewlenija sabiex jiġi kkunsmat il-prodott u tipikament jintrema fl-istess ħin bħall-unità tal-imballaġġ, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess rotta tar-rimi;
(34) “komponent integrat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li jista’ jkun distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, u jista’ jkun ta’ materjal differenti, iżda huwa integrali għall-unità tal-imballaġġ u għall-funzjonament tagħha u ma għandux għalfejn jiġi sseparat mill-unità tal-imballaġġ ewlenija u tipikament jintrema fl-istess ħin bħall-unità tal-imballaġġ, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess rotta tar-rimi;
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 35
(35) “komponent separat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ sabiex jinkiseb aċċess għall-prodott, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ;
(35) “komponent separat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ;
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 37
(37) “imballaġġ innovattiv” tfisser forma ta’ imballaġġ li jiġi mmanifatturat bl-użu ta’ materjali, ta’ proċessi ta’ disinn jew ta’ produzzjoni ġodda, li jirriżulta f’titjib sinifikanti fil-funzjonijiet tal-imballaġġ, bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, il-konsenja jew il-preżentazzjoni tal-prodotti, u f’benefiċċji ambjentali li jistgħu jintwerew, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ li huwa r-riżultat ta’ modifika tal-imballaġġ eżistenti għall-fini unika tal-preżentazzjoni mtejba tal-prodotti u tal-kummerċjalizzazzjoni;
(37) “imballaġġ innovattiv” tfisser forma ta’ imballaġġ li jiġi mmanifatturat bl-użu ta’ materjali, ta’ proċessi ta’ disinn jew ta’ produzzjoni ġodda u innovattivi, li jirriżulta f’titjib sinifikanti fil-funzjonijiet tal-imballaġġ, bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, il-konsenja tal-prodotti, u f’benefiċċji ambjentali li jistgħu jintwerew b’mod ġenerali, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ li huwa r-riżultat ta’ modifika tal-imballaġġ eżistenti għall-fini ewlieni tal-preżentazzjoni mtejba tal-prodotti u tal-kummerċjalizzazzjoni;
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 38
(38) “materja prima sekondarja” tfisser il-materjali li jkunu nkisbu permezz tal-proċessi tar-riċiklaġġ u li jistgħu jissostitwixxu materja prima primarja;
(38) “materja prima sekondarja” tfisser il-materjali li jkunu nkisbu permezz tal-proċessi tar-riċiklaġġ u jkunu għaddew mill-kontrolli u l-operazzjonijiet ta’ separazzjoni kollha meħtieġa u li jistgħu jissostitwixxu materja prima primarja;
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 40
(40) “imballaġġ għall-kuntatt sensittiv” tfisser l-imballaġġ li huwa maħsub biex jintuża fi kwalunkwe applikazzjoni għall-imballaġġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti: (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 767/2009, (KE) Nru 2009/1223, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, (UE) 2019/4, (UE) 2019/6, tad-Direttiva 2001/83/KE, jew tad-Direttiva 2008/68/KE;
(40) “imballaġġ għall-kuntatt sensittiv” tfisser l-imballaġġ li huwa maħsub biex jintuża fi kwalunkwe applikazzjoni għall-imballaġġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti: (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 767/2009, (KE) Nru 2009/1223, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, (UE) 2019/4, (UE) 2019/6, tad-Direttiva 2001/83/KE, tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jew tad-Direttiva 2008/68/KE;
______________________
1a Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41
(41) “imballaġġ kompostabbli” tfisser l-imballaġġ li tista’ ssirlu dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika b’tali mod li l-biċċa l-kbira tal-kompost lest fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, imluħa minerali, bijomassa u ilma, skont l-Artikolu 47(4), u ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li jiġi introdott fih f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali;
(41) “imballaġġ kompostabbli” tfisser l-imballaġġ li tista’ ssirlu dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika b’tali mod li l-biċċa l-kbira tal-kompost lest fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, imluħa minerali, bijomassa u ilma, skont l-Artikolu 47(8), u ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar jew id-diġestjoni anaerobika li jiġi introdott fih f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-istandards Ewropej armonizzati EN 13432;
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41a (ġdid)
(41a) “imballaġġ kompostabbli fid-dar” tfisser imballaġġ li jista’ wkoll jiddegrada bijoloġikament f’kundizzjonijiet mhux ikkontrollati meta mqabbel ma’ faċilitajiet tal-kompostjar fuq skala industrijali u li l-proċess tal-kompostjar tiegħu jitwettaq minn individwi privati bl-għan li jiġi prodott kompost għall-użu tagħhom stess.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41b (ġdid)
(41b) “plastik b’bażi bijoloġika” tfisser plastik li l-materja prima tiegħu tkun magħmula mill-bijomassa1a;
__________________
1a Komunikazzjoni għal qafas ta’ politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli, COM(2022) 682 final, 30/11/2022.
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 50
(50) “depożitu” tfisser somma fissa ta’ flus, li ma tkunx parti mill-prezz tal-prodott fl-imballaġġ jew mimli li jinġabar mill-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli bħal dan, kopert minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru partikolari u li jista’ jiġi skambjat meta l-utent finali jirritorna l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini;
(50) “depożitu” tfisser somma definita ta’ flus, li ma tkunx parti mill-prezz tal-prodott fl-imballaġġ jew mimli li jinġabar mill-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli bħal dan, kopert minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru partikolari u li jista’ jiġi skambjat meta l-utent finali, jew kwalunkwe persuna oħra, jirritornaw l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini;
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 51
(51) “sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu” tfisser sistema, li fiha jiġi impost depożitu fuq l-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli kopert minn din is-sistema, u jiġi mifdi lill-utent finali meta l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu jiġi rritornat fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini;
(51) “sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu” tfisser sistema, li fiha jiġi impost depożitu fuq l-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli kopert minn din is-sistema, u jiġi mifdi lill-utent finali meta l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu jiġi rritornat fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini jew jiġi ddepożitat kif xieraq fit-tip ta’ reċipjent tal-iskart ipprovdut għal dak l-għan, fid-dar jew fi spazji pubbliċi;
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 57
(57) “imballaġġ li jippreżenta riskju” tfisser l-imballaġġ li, billi ma jikkonformax mar-rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 56(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent jew l-interessi pubbliċi l-oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;
(57) “imballaġġ li jippreżenta riskju” tfisser l-imballaġġ li, billi ma jikkonformax mar-rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 56(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent, is-saħħa jew l-interessi pubbliċi l-oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5
5. Minnbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu rekwiżiti tat-tikkettar ulterjuri, għall-fini tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jew tas-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 44(1).
imħassar
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. L-imballaġġ għandu jiġi mmanifatturat b’tali mod li l-preżenza u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib bħala l-kostitwenti tal-materjal tal-imballaġġ jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-imballaġġ jiġu mminimizzati, inkluż fir-rigward tal-preżenza tagħhom fl-emissjonijiet u kwalunkwe eżitu tal-immaniġġar tal-iskart, bħall-materja prima sekondarja, l-irmied jew materjal ieħor għar-rimi finali.
1. L-imballaġġ għandu jiġi mmanifatturat b’tali mod li l-preżenza u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib bħala l-kostitwenti tal-materjal tal-imballaġġ jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-imballaġġ jiġu mminimizzati, inkluż fir-rigward tal-preżenza tagħhom fl-emissjonijiet u kwalunkwe eżitu tal-immaniġġar tal-iskart, bħall-materja prima sekondarja, l-irmied jew materjal ieħor għar-rimi finali, u l-impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba l-mikroplastiks.
2a. L-imballaġġ li jiġi f’kuntatt mal-ikel li fih sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFASs) miżjuda intenzjonalment ma għandux jiġi introdott fis-suq minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.]
2b. L-imballaġġ li jiġi f’kuntatt mal-ikel li fih il-Bisfenol A (BPA, CAS 80-05-7) miżjud intenzjonalment ma għandux jiġi introdott fis-suq minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.]
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika mfassla f’konformità mal-Anness VII.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 2a u 2b għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika mfassla f’konformità mal-Anness VII.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. Ir-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(5) ma għandhomx jirrestrinġu l-preżenza tas-sustanzi fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ minħabba r-raġunijiet primarjament relatati mas-sikurezza kimika. Dawn għandhom jindirizzaw, kif xieraq, is-sustanzi ta’ tħassib li jaffettwaw b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali fl-imballaġġ li jkunu preżenti fih, u għandhom, kif xieraq, jidentifikaw is-sustanzi speċifiċi kkonċernati u l-kriterji u l-limitazzjonijiet assoċjati tagħhom.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2a u 2b, ir-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(5) ma għandhomx jirrestrinġu l-preżenza tas-sustanzi fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ minħabba r-raġunijiet primarjament relatati mas-sikurezza kimika, sakemm ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżulta mill-użu ta’ sustanza fl-imballaġġ fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Dawn għandhom jindirizzaw ukoll is-sustanzi ta’ tħassib li jkollhom impatt negattiv fuq l-użu mill-ġdid, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-materjali fl-imballaġġ li jkunu preżenti fih, u jidentifikaw is-sustanzi speċifiċi kkonċernati u l-kriterji u l-limitazzjonijiet assoċjati magħhom.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
L-imballaġġ kollu għandu jkun riċiklabbli.
L-imballaġġ kollu li jiġi introdott fis-suq għandu jkun riċiklabbli f’konformità mal-paragrafu 2.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a) ikun iddisinjat għar-riċiklaġġ;
(a) ikun iddisinjat għar-riċiklaġġ, kif stabbilit fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4;
Emenda 415 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d) jista’ jiġi rriċiklat sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta’ kwalità suffiċjenti biex tissostitwixxi l-materja prima primarja;
(d) jista’ jiġi rriċiklat sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta’ kwalità suffiċjenti biex tissostitwixxi materja prima primarja;
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e) jista’ jiġi rriċiklat fuq skala kbira.
(e) huwa riċiklabbli fuq skala kbira f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6.
Il-punt (a) għandu japplikamill-1 ta’ Jannar 2030 u l-punt (e) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2035.
Il-punti (a) sa (d) għandhom japplikaw minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 u l-punt (e) għandu japplika minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-imballaġġ riċiklabbli għandu jikkonforma mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 u, mill-1 ta’ Jannar 2035, anke mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira stabbilita fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6. Meta imballaġġ bħal dan jikkonforma ma’ dawk l-atti delegati, dan għandu jitqies bħala konformi mal-paragrafu 2, il-punti (a) u (e).
3. L-imballaġġ riċiklabbli għandu:
(a) jikkonforma mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4; u
(b) jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira stabbilita fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6 mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6, minbarra l-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.
Meta imballaġġ bħal dan jikkonforma ma’ dawk l-atti delegati, dan għandu jitqies bħala konformi mal-paragrafu 2, il-punti (a) u (e).
3a. Il-kriterji u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jistabbilixxu:
(a) il-mod li bih jiġi espress ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà fil-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà minn A sa E, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness II, abbażi tal-perċentwal tal-unità tal-imballaġġ, fil-piż, li huwa riċiklabbli f’konformità mal-paragrafu 1;
(b) id-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ, inklużi rekwiżiti speċifiċi għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, meta xieraq, għal kull materjal u kategorija tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II;
(c) deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi tal-prestazzjoni rispettivi;
(d) il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi estiżi tagħhom tar-responsabbiltà tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 40, abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tal-imballaġġ;
(e) il-mod li bih tiġi vvalutata r-riċiklabbiltà fuq skala kbira għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II sabiex jiġu stabbiliti l-gradi aġġornati tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-kriterji tad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ abbażi tal-kriterji u tal-parametri elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness, kif ukoll ir-regoli dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 40(1), abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ, u għall-imballaġġ tal-plastik, il-perċentwal tal-kontenut riċiklat. Il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandhom iqisu l-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u għandhom ikopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ.
Sal-1 ta’ Jannar 2027, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Forum dwar l-Imballaġġ stabbilit skont l-Artikolu 12a u filwaqt li tqis l-istandards imfassla mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandards, għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex:
(a) tistabbilixxi l-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ abbażi tal-kriterji u tal-parametri elenkati fit-Tabelli 2 u 2a tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness;il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandhom iqisu l-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u għandhom ikopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ;
(b) tistabbilixxi r-regoli dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 40(1), abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ, u meta applikabbli, il-perċentwal tal-kontenut riċiklat.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness sabiex tadattaha għall-iżvilupp xjentifiku u tekniku fl-infrastruttura tad-disinn tal-materjali u tal-prodotti, tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness II sabiex tadattaha għall-iżvilupp xjentifiku u tekniku fl-infrastruttura tad-disinn tal-materjali u tal-prodotti, tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ.
Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk jikkorrispondi għall-grad tal-prestazzjoni E skont id-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 4 għall-kategorija tal-imballaġġ, li jappartjeni għaliha l-imballaġġ.
Minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk jikkorrispondi għall-grad tal-prestazzjoni E skont id-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 4 għall-kategorija tal-imballaġġ, li jappartjeni għaliha l-imballaġġ.
Minn 96 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk jikkorrispondi għall-grad tal-prestazzjoni D jew inqas skont id-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 4 għall-kategorija tal-imballaġġ, li l-imballaġġ jappartjeni għaliha.
Minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6, l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk ma jikkonformax mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.
Dawn il-kriterji għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq il-parametri kif elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II.
imħassar
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. Il-Kummissjoni għandha, għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, tistabbilixxi l-metodoloġija biex tivvaluta jekk l-imballaġġ huwiex riċiklabbli fuq skala. Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin:
6. Mhux aktar tard minn 60 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, sabiex tistabbilixxi l-metodoloġija biex tivvaluta jekk l-imballaġġ huwiex riċiklabbli fuq skala. Dik il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin:
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 – punt b
(b) l-ammonti tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament, għal kull materjal tal-imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, fl-Unjoni kollha kemm hi u f’kull Stat Membru;
(b) l-ammonti tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament, għal kull materjal tal-imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, fl-Unjoni kollha kemm hi u f’kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament;
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 – punt d
(d) il-kapaċitajiet tal-infrastruttura installati għas-separazzjoni u għar-riċiklaġġ fl-Unjoni kollha kemm hi għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II.
(d) il-kapaċitajiet tal-infrastruttura installati għas-separazzjoni u għar-riċiklaġġ fl-Unjoni kollha kemm hi għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.
Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) għandha tkun disponibbli u faċilment aċċessibbli mill-pubbliku.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 7
7. Il-kriterji u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jistabbilixxu:
imħassar
(a) il-mod li bih jiġi espress ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà fil-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà minn A sa E, kif deskritt fit-Tabella 3 tal-Anness II, abbażi tal-perċentwal tal-unità tal-imballaġġ, fil-piż, li huwa riċiklabbli skont il-paragrafu 1;
(b) id-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal kull materjal u kategorija tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II;
(c) deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi tal-prestazzjoni rispettivi;
(d) il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi estiżi tagħhom tar-responsabbiltà tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 40, abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tal-imballaġġ;
(e) il-mod li bih tiġi vvalutata r-riċiklabbiltà fuq skala kbira għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II sabiex jiġu stabbiliti, mill-2035, il-gradi aġġornati tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà.
7a. Meta jintwera li jkun ta’ benefiċċju għall-ambjent u teknikament fattibbli, l-Istati Membri jistgħu, speċjalment permezz tad-disinn ta’ skemi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 44, jagħtu prijorità lir-riċiklaġġ tal-imballaġġ sabiex sussegwentement ikun jista’ jiġi riċiklat u użat bl-istess mod jew għal applikazzjoni simili, b’telf minimu ta’ kwantità, kwalità jew funzjoni, biex b’hekk il-produtturi obbligati jilħqu l-miri tal-kontenut riċiklat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn aċċess ġust għall-materjal derivat mill-imballaġġ riċiklat.
Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII.
Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII u tqis l-elementi li ġejjin:
Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti integrati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha tinkludi l-komponenti integrati kollha.
(a) meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti integrati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha tinkludi l-komponenti integrati kollha;
Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti separati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għar-rekwiżiti tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha ssir b’mod separat għal kull komponent separat.
(b) meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti separati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għar-rekwiżiti tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha ssir b’mod separat għal kull komponent separat;jekk komponent integrat tal-unità tal-imballaġġ ikun faċilment separabbli bl-idejn u jkun hemm struzzjonijiet ċari għall-konsumatur, ir-riċiklabbiltà ġenerali għandha tkun kombinazzjoni tal-valutazzjonijiet għal kull komponent individwali;
Il-komponenti kollha tal-unità tal-imballaġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ l-aktar avvanzati u ma għandhomx ifixklu r-riċiklabbiltà tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ.
(c) il-komponenti kollha tal-unità tal-imballaġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ l-aktar avvanzati u ma għandhomx ifixklu r-riċiklabbiltà tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ.
Mill-1 ta’ Jannar 2030, u b’deroga mill-paragrafi 2 u 3, l-imballaġġ innovattiv jista’ jiġi introdott fis-suq għal perjodu massimu ta’ 5 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja meta jkun ġie introdott fis-suq.
Minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, u b’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-imballaġġ innovattiv jista’ jiġi introdott fis-suq għal perjodu massimu ta’ 5 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja meta jkun ġie introdott fis-suq.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kostanti l-impatt tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq l-ammont ta’ imballaġġ introdott fis-suq. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva bl-għan li temenda l-ewwel subparagrafu.
Meta jsir użu minn din id-deroga, l-imballaġġ innovattiv għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni teknika, imsemmija fl-Anness VII, li turi n-natura innovattiva tiegħu u li turi l-konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 3(34) ta’ dan ir-Regolament.
L-imballaġġ innovattiv għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni teknika, imsemmija fl-Anness VII, li turi n-natura innovattiva tiegħu, il-benefiċċju ambjentali globali tiegħu u li turi l-konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 3(37) ta’ dan ir-Regolament.
Emendi 110 u 369 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 9 – subparagrafu 3
Wara l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, imballaġġ bħal dan għandu jkun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 8.
Wara l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, imballaġġ bħal dan għandu jkun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 8 u għalhekk għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.
L-Istati Membri għandu jkollhom b’mod kontinwu l-għan li jtejbu l-infrastrutturi tal-ġbir u tas-separazzjoni għall-imballaġġ innovattiv b’benefiċċji ambjentali mistennija.
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 10 – parti introduttorja
10. Sal-31 ta’ Diċembru 2034, dan l-Artikolu ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
10. Sa 72 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6, dan l-Artikolu ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 10 – punt b
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 10 – punt ca (ġdid)
(ca) l-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv għall-formula tat-trabi u l-formula ta’ prosegwiment, l-ikel ipproċessat abbażi ta’ ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013.
10a. Sal-valutazzjoni tal-istatus tagħhom mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 10b ta’ dan l-Artikolu, dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-imballaġġ tal-injam u għall-imballaġġ tax-xema’ koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.
10b. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li testendi d-deroga stabbilita skont il-paragrafu 10. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-linji gwida xjentifiċi disponibbli tal-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-istat tal-progress xjentifiku u tekniku, u d-disponibbiltà u l-prezzijiet tal-materjali riċiklabbli. Fuq dik il-bażi u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva.
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 11
11. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 40 għandhom jiġu mmodulati abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, kif iddeterminat f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu u, fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik, anke f’konformità mal-Artikolu 7(6).
11. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 40 għandhom jiġu mmodulati abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, kif iddeterminat f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu u, fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik, anke f’konformità mal-Artikolu 7(6). Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, għandhom ikunu allokati biex jiffinanzjaw il-kost nett tal-infrastrutturi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tat-tip ta’ imballaġġ li jkun tħallas għalih, skont il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II, Tabella 1.
Emendi 117, 427 u 450 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Imballaġġ inert
Sal-1 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament meta jkun meħtieġ biex tindirizza kwalunkwe diffikultà li tinqala’ fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inert li jiġu introdotti fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (jiġifieri madwar 0,1 % skont il-piż) fl-Unjoni. L-obbligi skont l-Artikolu 6 m’għandhomx japplikaw għal dan ir-tip ta’ imballaġġ sakemm ma jiġu adottati dawk l-atti delegati.
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull unità tal-imballaġġ:
1. Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ introdott fis-suq, sakemm dan ma jirriżultax f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull format tal-imballaġġ kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II, ikkalkulat bħala medja għal kull impjant tal-manifattura, għal kull sena:
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
(a) 30 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul mill-polietilentereftalat (PET) bħala l-komponent ewlieni;
(a) 30 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv, ħlief il-fliexken tax-xorb li jintużaw darba biss, magħmul mill-polietilentereftalat (PET) bħala l-komponent ewlieni;
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1– punt b
(b) 10 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET, ħlief il-fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss;
(b) 7,5 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET, ħlief il-fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss;
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d
(d) 35 % għall-imballaġġ għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
(d) 35 % għall-imballaġġ tal-plastik għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Mill-1 ta’ Jannar 2040, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull unità tal-imballaġġ:
2. Mill-1 ta’ Jannar 2040, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull format tal-imballaġġ kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II, għal kull impjant tal-manifattura, għal kull sena:
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) 25 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET.
2a. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri fil-paragrafi 1 u 2 jekk, matul sena kalendarja, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ mikrointrapriża stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1a.
__________________
1a Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b
(b) l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi, jew apparati maħsuba esklużivament għall-użu fir-riċerka u apparati investigattivi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745;
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv għall-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, l-ikel għal skopijiet mediċinali speċjali u l-imballaġġ għax-xorb u l-ikel li tipikament jintużaw għal tfal żgħar kif definit fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)
(db) l-imballaġġ ta’ provvisti, komponenti u komponenti tal-imballaġġ immedjat għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali skont id-Direttiva 2001/83/KE u għall-prodotti mediċinali veterinarji skont ir-Regolament (UE) 2019/6 meta tali imballaġġ jeħtieġ li jkun konformi mal-istandards tal-kwalità tal-prodott mediċinali.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4
4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli.
4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:
(a) imballaġġ tal-plastik kompostabbli;
(b) linek, adeżivi, żebgħa, verniċ u lakers użati fuq l-imballaġġ;
(c) kwalunkwe parti tal-plastik li tirrappreżenta anqas minn 5 % tal-piż totali tal-unità sħiħa tal-imballaġġ.
4a. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ tal-plastik maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel f’każ li l-ammont ta’ kontenut riċiklat ikun ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem u jista’ jikkomprometti r-rekwiżiti ta’ konformità tal-prodotti.
4b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti infrastrutturi komprensivi tal-ġbir u tas-separazzjoni biex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ u biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ materja prima tal-plastik għar-riċiklaġġ.
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5
5. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 għandha tintwera fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmi fl-Anness VII.
5. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 għandha tintwera mill-operaturi ekonomiċi fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmija fl-Anness VII.
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7
7. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull unità tal-imballaġġ tal-plastik, u l-format għad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).
7. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur u l-format għad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu l-impatt ambjentali tal-proċess ta’ riċiklaġġ.
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 8
8. Mill-1 ta’ Jannar 2029, il-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat li jinsab fl-imballaġġ skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.
8. Mill-1 ta’ Jannar 2029, il-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat li jinsab fl-imballaġġ skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 7.
Sal-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta’ derogi mill-perċentwal minimu stabbilit fil-paragrafu 1, fil-punti b u d, għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku, jew għar-reviżjoni tad-deroga stabbilita skont il-paragrafu 3 għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku.
Sal-1 ta’ Jannar 2032, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni rigward l-użu ta’ materjali tal-imballaġġ riċiklat fil-plastik, filwaqt li tiffoka fuq in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ plastik riċiklat jew fuq l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew l-ambjent, meta teknoloġiji ta’ riċiklaġġ xierqa użati għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik ma jkunux disponibbli minħabba li ma jkunux awtorizzati skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni jew ma jkunux implimentati biżżejjed fil-prattika, jew ma jkunux effiċjenti biżżejjed fir-rigward tar-riżorsi u l-enerġija.
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 9 – subparagrafu 2 – punt a
(a) tipprevedi derogi mill-kamp ta’ applikazzjoni, mill-ħin jew mil-livell tal-perċentwal minimu stabbilit fil-punti b u d tal-paragrafu 1, għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku, u, kif xieraq,
(a) tipprevedi derogi mill-kamp ta’ applikazzjoni, mill-ħin jew mil-livell tal-perċentwal minimu stabbilit fil-punti b u d tal-paragrafu 2,
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 9 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) timmodifika l-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2,
meta ma jkunux disponibbli teknoloġiji xierqa ta’ riċiklaġġ għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik minħabba li ma jkunux awtorizzati skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni jew ma jkunux installati biżżejjed fil-prattika.
imħassar
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 10
10. Meta jkun iġġustifikat min-nuqqas ta’ disponibbiltà jew prezzijiet eċċessivi ta’ plastik riċiklat speċifiku li jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew l-ambjent, filwaqt li l-konformità mal-perċentwali minimi ta’ kontenut riċiklat stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tkun eċċessivament diffiċli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-paragrafi 1 u 2 billi taġġusta l-perċentwali minimi kif xieraq. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ aġġustament bħal dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom jiġu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti dwar is-sitwazzjoni tas-suq għal dan l-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur u l-aħjar evidenza disponibbli dwar ir-riskji relatati għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew tal-ambjent.
11a. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri għall-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2).
Meta jkun xieraq u abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:
(a) tistabbilixxi miri għall-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ;
(b) tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà biex il-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika ssir eliġibbli ħalli tikkontribwixxi għall-miri, filwaqt li jitqiesu l-kriterji sostenibbli eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(c) tintroduċi l-possibbiltà li jintlaħqu sa massimu ta’ 50 % tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) bl-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika.
Emenda 461 Proposta għal regolament Artikolu 7a
Artikolu 7a
Materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri għall-użu ta’ materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik. Meta jkun xieraq u abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:
(a) tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik, filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta’ sostenibbiltà eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(b) tistabbilixxi miri għall-użu ta’ materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik;
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Sa [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1)(f) u (g), it-tikketti li jwaħħlu li jitwaħħlu mal-frott u l-ħaxix u l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna għandhom ikunu kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart.
1. Sa [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (f), it-tikketti li jwaħħlu li jitwaħħlu mal-frott u l-ħaxix għandhom ikunu kompostabbli skont l-istandards ta’ kompostjar fid-dar jew f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart.
1a. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna meħtieġa għal ikel sfuż għal raġunijiet ta’ iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, għandhom ikunu kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart u għalhekk jistgħu jinġabru f’reċipjenti tal-bijoskart.
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Meta jkun hemm disponibbli skemi ta’ ġbir tal-iskart u infrastruttura tat-trattament tal-iskart xierqa biex jiġi żgurat li l-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jidħol fil-fluss tal-immaniġġar tal-iskart organiku, l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jirrikjedu li l-basktijiet tal-plastik ħfief għandhom iqiegħdu fis-suq tagħhom għall-ewwel darba biss jekk jista’ jintwera li dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ġew immanifatturati kompletament minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, li huma kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati mill-industrija.
2. Meta jkun hemm disponibbli skemi ta’ ġbir tal-iskart u infrastruttura tat-trattament tal-iskart xierqa biex jiġi żgurat li l-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jidħol fil-fluss tal-immaniġġar tal-iskart organiku, l-Istati Membri li jkunu implimentaw l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE jistgħu jirrikjedu li l-basktijiet tal-plastik ħfief għandhom iqiegħdu fis-suq tagħhom għall-ewwel darba biss jekk jista’ jintwera li dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ikunu kompostabbli.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3
3. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-imballaġġ magħmul minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, għandu jippermetti r-riċiklaġġ tal-materjali mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra tal-iskart.
3. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-imballaġġ magħmul minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli u minn materjali bijodegradabbli oħra, għandu jippermetti r-riċiklaġġ tal-materjali, f’konformità mal-Artikolu 6, u mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra tal-iskart.
3a. B’deroga mill-Artikolu 8(3), l-Istati Membri għandhom is-setgħa jirrikjedu li dak l-imballaġġ li jkun kompostabbli fit-territorju tagħhom ikun jista’ jiġi pproċessat skont il-proċess tal-fluss tal-bijoskart.
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid tipi oħra tal-imballaġġ mat-tipi tal-imballaġġ koperti minn dawk il-paragrafi meta jkun iġġustifikat u xieraq minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji li jħallu impatt fuq ir-rimi tal-imballaġġ kompostabbli u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.
5. Wara li tikkonsulta lill-gruppi ta’ esperti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-paragrafi 1, 1a u 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid tipi oħra tal-imballaġġ mat-tipi tal-imballaġġ koperti minn dawk il-paragrafi meta jkun iġġustifikat u xieraq minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji, inkluż dwar it-tikkettar tal-kompostabbiltà, li jħallu impatt fuq ir-rimi tal-imballaġġ kompostabbli u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.
5a. Sal-31 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jaġġornaw l-istandard armonizzat (EN 13432) dwar ir-“Rekwiżiti għall-imballaġġ rekuperabbli permezz tal-ikkompostjar u l-bijodegradazzjoni - skemi ta’ ttestjar u kriterji ta’ evalwazzjoni”.
Sal-31 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha titlob ukoll lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju standards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tar-rekwiżiti dwar l-imballaġġ kompostabbli fid-djar f’dan l-Artikolu.
Emenda 416 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. L-imballaġġ għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-piż u l-volum tiegħu jitnaqqsu għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tiegħu filwaqt li jitqies il-materjal li jkun magħmul minnu l-imballaġġ.
1. Sal-1 ta’ Jannar 2030, l-imballaġġ għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-piż u l-volum tiegħu jitnaqqsu għall-minimu meħtieġ biex jiġu żgurati l-funzjonijiet tiegħu, kif elenkati fl-Anness IV, il-parti 1, u l-iskop tal-prodott, filwaqt li jitqiesu l-forma u l-materjal li jkun magħmul minnu l-imballaġġ.
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. L-imballaġġ mhux meħtieġ li jikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-kriterji tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness IV u l-imballaġġ b’karatteristiċi li għandhom l-għan uniku li jżidu l-volum perċepit tal-prodott, inklużi s-saffi doppji, il-qigħan foloz, u s-saffi mhux meħtieġa, ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq, sakemm id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx soġġett għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini protetti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
2. L-imballaġġ mhux meħtieġ li jikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-kriterji tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness IV, u l-imballaġġ b’karatteristiċi li għandhom l-għan uniku li jżidu l-volum perċepit tal-prodott inklużi s-saffi doppji, il-qigħan foloz, u s-saffi mhux meħtieġa, ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq, sakemm id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx soġġett għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ikun soġġett għal protezzjoni legali skont ir-Regolament (KE) Nru 6/2002.
2a. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif xieraq, biex iħejju jew jaġġornaw l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u l-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ skont dan ir-Regolament. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi u l-formati komuni tal-imballaġġ, tali standards għandhom jispeċifikaw il-limiti massimi adegwati tal-piż u tal-volum, u, jekk xieraq, il-ħxuna tal-ħitan u l-ispazju vojt massimu.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c) kwalunkwe riżultat tat-test, studju jew sorsi rilevanti oħra użati biex jiġi vvalutat il-volum jew il-piż minimu meħtieġ tal-imballaġġ.
(c) kwalunkwe riżultat tat-test, studju jew sorsi rilevanti oħra, bħall-immudellar u s-simulazzjoni, użati biex jiġi vvalutat il-volum jew il-piż minimu meħtieġ tal-imballaġġ.
1a. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jistabbilixxi numru minimu għar-rotazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’kategoriji ta’ materjali u imballaġġ differenti u rilevanti.
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 10b (ġdid)
Artikolu 10b
Tranżizzjoni Ġusta
Kull sentejn mill-2025 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom iwettqu Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi li jevalwaw l-impatt tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq in-numru ta’ impjiegi maħluqa, trasformati, u eliminati, kif ukoll fuq l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali fis-setturi kollha koperti minn dan ir-Regolament u jissottomettuhom lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew.Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi għandhom jistabbilixxu kif l-Istat Membru biħsiebu jindirizza s-sejbiet tiegħu b’miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, inklużi investimenti pubbliċi u privati.
Qabel ma jissottomettu l-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lis-sħab soċjali nazzjonali li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament dwar il-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi.
Minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ għandu jiġi mmarkat b’tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu. Dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport. Madankollu, dan japplika għall-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.
Minn [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6], l-imballaġġ introdott fis-suq għandu jiġi mmarkat b’tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur. It-tikketta għandha tkun ibbażata esklużivament fuq pittogrammi u tkun tinftiehem faċilment, inkluż għall-persuni b’diżabbiltà. Dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport. Madankollu, dan japplika għall-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.
It-tikketta tista’ tkun akkumpanjata minn kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali mqiegħed fuq l-imballaġġ li jkun fih informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta’ kull komponent separat tal-imballaġġ sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur.
L-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu imsemmija fl-Artikolu 44(1) għandu, minbarra t-tikkettar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jiġi mmarkat b’tikketta armonizzata stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 5.
L-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu msemmija fl-Artikolu 44(1) għandu jiġi mmarkat b’tikketta armonizzata bil-kulur stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 5.
It-tikketti ta’ sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw flimkien mat-tikketta armonizzata sa 36 xahar wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 5.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ għandu jkollu tikketta dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali li jipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ inkluż id-disponibbiltà tas-sistema għall-użu mill-ġdid u tal-punti tal-ġbir, u dan jiffaċilita t-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu tal-vjaġġi u tar-rotazzjonijiet. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża għandu jiġi identifikat b’mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.
2. Minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5], l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża introdott fis-suq għandu jkollu tikketta dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Informazzjoni ulterjuri dwar l-użu mill-ġdid tista’ ssir disponibbli permezz ta’ kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali li jipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ inkluż id-disponibbiltà ta’ sistema għall-użu mill-ġdid u ta’ punti tal-ġbir, u dak jiffaċilita t-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu tal-vjaġġi u tar-rotazzjonijiet. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża għandu jiġi identifikat b’mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3
3. Meta unità tal-imballaġġ koperta mill-Artikolu 7 tkun immarkata b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5) u għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija skont l-Artikolu 7(7). Meta unità tal-imballaġġ tal-plastik tkun immarkata b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5).
3. Meta l-imballaġġ kopert mill-Artikolu 7 ikun immarkat b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tikketta u, meta jkun applikabbli, il-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5) u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija skont l-Artikolu 7(7). Meta l-imballaġġ ikun immarkat b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5).
It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jiġu introdotti, jiġu stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, li jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassarx fuq l-imballaġġ. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv.
It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jitqiegħdu, jiġu stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, jinqraw b’mod ċar u ma jinqalgħux minn fuq l-imballaġġ, sabiex ma jkunux jistgħu jitħassru faċilment. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv.
Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ jew meta jkun rilevanti li jiġi previst aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni minn gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari persuni b’vista batuta, it-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ kodiċi uniku li jinqara elettronikament jew tip ieħor ta’ mezz tad-data.
Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-paragrafi 2 sa 3, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) data personali adegwata u rilevanti tinġabar biss għall-fini limitat li l-utent jingħata aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-konformità msemmija fil-paragrafi 2 sa 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament 2016/679/UE
(b) l-informazzjoni ma tintweriex ma’ informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni.
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5
5. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u għall-formati tat-tikkettar għat-tikkettar tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u għat-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 12. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).
5. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u għall-formati tat-tikkettar, inkluż meta pprovduti permezz ta’ mezzi diġitali, għat-tikkettar tal-imballaġġ, imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u għat-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 12 Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 6
6. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 permezz tat-teknoloġiji diġitali tal-immarkar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).
6. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 18 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 permezz tat-teknoloġiji diġitali tal-immarkar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 7
7. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jikkonċernaw tikketti armonizzati oħra tal-UE, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħra fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għall-imballaġġ, karatteristiċi oħra tal-imballaġġ jew għażliet oħra ta’ mmaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, li għalihom ġie stabbilit tikkettar armonizzat f’dan ir-Regolament.
7. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jikkonċernaw tikketti armonizzati oħra tal-UE, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħra fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għall-imballaġġ, karatteristiċi oħra tal-imballaġġ jew għażliet oħra ta’ mmaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, li għalihom ġie stabbilit tikkettar armonizzat f’dan ir-Regolament.
Minn ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida sabiex tiċċara aspetti li x’aktarx jiżgwidaw jew iħawdu lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħra.
8a. L-imballaġġ kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, li huwa manifatturat jew importat qabel l-iskadenzi msemmija f’dawk il-paragrafi, jista’ jitqiegħed fis-suq sa 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
Sal-1 ta’ Jannar 2028, għandhom jitwaħħlu tikketti li jippermettu l-ġbir separat ta’ kull frazzjoni speċifika tal-materjal tal-iskart mill-imballaġġ li jkun maħsub biex jintrema f’reċipjenti separati, stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, li jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux fuq ir-reċipjenti kollha tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ.
Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u 6], għandhom jitwaħħlu tikketti li jippermettu l-ġbir separat ta’ kull frazzjoni speċifika tal-materjal tal-iskart mill-imballaġġ li jkun maħsub biex jintrema f’reċipjenti separati, stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, li jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux fuq ir-reċipjenti kollha tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ.
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Forum dwar l-imballaġġ
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, ikun hemm parteċipazzjoni bilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati kollha involuti fl-industrija tal-imballaġġ, inklużi r-rappreżentanti tal-industrija tat-trattament tal-iskart, il-manifatturi u l-fornituri tal-imballaġġ, id-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-SMEs, il-gruppi tal-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Dawk il-partijiet għandhom jiġu kkonsultati b’mod partikolari għat-tħejjija tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni previsti f’dan ir-Regolament biex jiġu żviluppati u jingħataw aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq stabbiliti. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti, li fih jiltaqgħu dawk il-partijiet, imsejjaħ “il-Forum dwar l-Imballaġġ”.
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 12b (ġdid)
Artikolu 12b
Asserzjonijiet
L-asserzjonijiet ambjentali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (o), tad-Direttiva 2005/29/KE jistgħu jsiru b’rabta mal-imballaġġ introdott fis-suq biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) ikunu sostanzjati f’konformità [mal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi]; b’mod partikolari, għandhom jispeċifikaw jekk humiex relatati mal-unità tal-imballaġġ, parti mill-unità tal-imballaġġ jew mal-imballaġġ kollu introdott fis-suq mill-produttur;
(b) ikunu magħmula għal proprjetajiet tal-imballaġġ li jaqbżu r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII.
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli dwar l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-konsumaturi.
6a. Għall-prodotti mediċinali, kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni pprovduta.
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 8
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu introduċu fis-suq ma jkunx konformi ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-imballaġġ isir konformi, jirtirawh jew isejjħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu introduċew fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma jkunx konformi ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-imballaġġ isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
8a. Bħala deroga mill-paragrafu 8, l-obbligu li jsir konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura imballaġġ li huwa maħsub li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli ma għandux japplika għal imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u li jiġi introdott fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 9
9. Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ, inkluż id-dokumentazzjoni teknika b’lingwa jew b’lingwi, li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien 10 ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 10.
9. Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ, inkluż id-dokumentazzjoni teknika b’lingwa jew b’lingwi, li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien 10 ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 10.
9a. Il-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għat-trasport magħmul apposta għal apparati mediċi konfigurabbli u sistemi mediċi li għandhom jintużaw f’ambjenti industrijali u tal-kura tas-saħħa.
10a. Sabiex jissodisfaw l-obbligi previsti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għodod biex jappoġġjaw lill-operaturi ekonomiċi li jimportaw prodotti fit-territorju tal-Unjoni.
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-produttur, li huwa soġġett għall-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 40;
(a) il-produttur, li huwa soġġett għall-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 39;
L-informazzjoni żvelata mill-produttur ma għandhiex tintuża mid-distributur għal xi skop ieħor ħlief biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. L-użu ħażin ta’ tali informazzjoni mid-distributuri għal skopijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw l, il-kundizzjonijiet waqt il-ħżin, l-immaniġġar u l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ tal-imballaġġ li jimmaniġġaw ma jipperikolawx il-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11.
Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni u pjattaformi online għandhom jiżguraw li, il-kundizzjonijiet waqt il-ħżin, l-immaniġġar u l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ tal-imballaġġ li jimmaniġġaw jew joffru fuq il-pjattaformi online tagħhom ma jipperikolawx il-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11.
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 18a (ġdid)
Artikolu 18a
L-obbligi tal-fornituri ta’ pjattaformi online
Il-fornituri ta’ pjattaformi online għandhom jikkonformaw mingħajr dewmien żejjed mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2065 u għandhom jiżguraw li jkollhom proċessi interni fis-seħħ għall-konformità.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi skont l-Artikolu 14, meta dawn ikunu introduċew imballaġġ fis-suq f’isimhom jew bit-trademark tagħhom jew jimmodifikaw l-imballaġġ li jkun diġà ġie introdott fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi skont l-Artikolu 13, meta dawn ikunu introduċew imballaġġ fis-suq f’isimhom jew bit-trademark tagħhom jew jimmodifikaw l-imballaġġ li jkun diġà ġie introdott fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 439 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
1. L-operaturi ekonomiċi li jfornu l-prodotti lil distributur finali jew lil utent finali fl-imballaġġ kollettiv, fl-imballaġġ għat-trasport jew fl-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, għandhom jiżguraw li l-proporzjon ta’ spazju vojt ikun massimu ta’ 40 %.
1. Sal-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi li jfornu l-prodotti lil distributur finali jew lil utent finali fl-imballaġġ kollettiv, fl-imballaġġ għat-trasport jew fl-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, għandhom jiżguraw li l-proporzjon tal-ispazju vojt jiġi minimizzat f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness IV, sakemm ma jkunx meħtieġ li jiġu protetti u trasportati oġġetti fraġli jew li dan iwassal għal ammont akbar ta’ materjal tal-imballaġġ minħabba l-forma speċifika tal-prodott jew tal-imballaġġ għall-bejgħ.
3a. L-operaturi ekonomiċi li jużaw imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema ta’ użu mill-ġdid għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.
Emendi 437 u 499 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1
1. L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fl-Anness V.
1. Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fl-Anness V sakemm:
(a) tali tqegħid fis-suq ma jkunx konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/KE; u
(b) l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru ġbir b’mod effettiv għar-riċiklaġġ ta’ dawn il-formati tal-imballaġġ, abbażi tal-materjal tal-imballaġġ predominanti, mill-inqas 85 % bil-piż sal-2028 u kull sena wara.
1a. Id-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3a);
Emenda 445 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fil-punt 3 tal-Anness V mill-1 ta’ Jannar 2030.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fil-punt 3 tal-Anness V mill-1 ta’ Jannar 2030 sakemm ma jkunux jistgħu juru li mill-inqas 85 %, skont il-piż, tal-iskart mill-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq għall-konsum immedjat jinġabar b’mod separat għar-riċiklaġġ fil-punt tal-bejgħ, abbażi tal-materjal tal-imballaġġ predominanti.
L-operaturi ekonomiċi soġġetti għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istati Membri l-piż tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal. Kull Stat Membru għandu jipprovdi data aggregata għal kull materjal tal-imballaġġ miġbur separatament lill-Kummissjoni.
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-punt 3 tal-Anness V jekk jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ mikrokumpanija f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 , kif applikabbli fi [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u fejn ma jkunx teknikament fattibbli li ma jintużax l-imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura li hija meħtieġa għall-funzjonament ta’ sistema ta’ użu mill-ġdid.
3. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punt 3 tal-AnnessV jekk jissodisfaw id-definizzjoni ta’ mikrokumpanija f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361, kif applikabbli fi [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħtu eżenzjoni fejn ikun intwera li mhuwiex teknikament fattibbli li ma jintużax l-imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura meħtieġa għall-funzjonament ta’ sistema ta’ użu mill-ġdid.
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-Anness V sabiex tadattah għall-progress tekniku u xjentifiku bl-objettiv li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-potenzjal tar-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati speċifiċi tal-imballaġġ biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ iġġenerat filwaqt li jiġi żgurat impatt ambjentali pożittiv ġenerali, u għandha tqis id-disponibbiltà tas-soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jipprevjenu l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-prodott fl-imballaġġ.
4. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati speċifiċi tal-imballaġġ biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ iġġenerat filwaqt li jiġi żgurat impatt ambjentali pożittiv ġenerali, u għandha tqis id-disponibbiltà tas-soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jipprevjenu l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-prodott fl-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 22a (ġdid)
Artikolu 22a
Restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċertu imballaġġ tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna
1. L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq basktijiet tal-plastik ħfief ħafna.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1a), il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal basktijiet tal-plastik ħfief ħafna meħtieġa għal raġunijiet ta’ iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin biex tiġi pprevenuta l-ħela tal-ikel.
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. L-operaturi ekonomiċi li jintroduċu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm stabbilita sistema għall-użu mill-ġdid ta’ imballaġġ bħal dan, li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Anness VI.
1. L-operaturi ekonomiċi li jintroduċu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema għall-użu mill-ġdid ta’ imballaġġ bħal dan, inkluż inċentiv biex jiġi żgurat il-ġbir, li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Anness VI. Dan il-paragrafu għandu jitqies issodisfat mis-sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid diġà fis-seħħ fl-Istati Membri.
2a. L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu mill-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jistgħu jaħtru partijiet terzi responsabbli minn sistema mutwalizzata waħda jew aktar għall-użu mill-ġdid. Il-partijiet terzi maħtura għandhom jiżguraw li s-sistemi għall-użu mill-ġdid, li l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jkun parti minnhom, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI.
Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu ħatru parti terza kif imsemmi fil-paragrafu 2a, l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati mill-partijiet terzi f’isimhom.
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 25 − paragrafu 3
3. L-operaturi ekonomiċi li jippermettu l-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li l-imballaġġ offrut lill-utenti finali fl-istazzjonijiet tal-mili mill-ġdid ma jingħatax mingħajr ħlas jew jiġi pprovdut bħala parti minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.
3. L-operaturi ekonomiċi li jippermettu l-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li jekk imballaġġ jiġi offrut lill-utenti finali fl-istazzjonijiet tal-mili mill-ġdid, dan ma jingħatax mingħajr ħlas jew jiġi pprovdut bħala parti minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4
4. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid il-kontenitur ipprovdut mill-utent finali, jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-rekwiżiti kkomunikati mill-operatur ekonomiku f’konformità mal-paragrafu 1.
4. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid il-kontenitur ipprovdut mill-utent finali, jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-rekwiżiti kkomunikati mill-operatur ekonomiku f’konformità mal-paragrafu 1, b’mod partikolari jekk iqisuh mhux iġeniku jew mhux adatt għall-ikel jew ix-xorb li jkun qed jinbiegħ.
L-operaturi ekonomiċi ma għandhom iġorru l-ebda responsabbiltà għal problemi ta’ iġjene jew sikurezza tal-ikel li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ kontenituri pprovduti mill-utent finali.
4a. Mill-1 ta’ Jannar 2030, id-distributuri finali b’żona, esklużi ż-żoni kollha tal-ħżin u tad-dispaċċ, ta’ aktar minn 400 m² għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddedikaw 10 % taż-żona tal-bejgħ tagħhom għall-istazzjonijiet tal-mili mill-ġdid kemm għall-prodotti tal-ikel kif ukoll għal dawk mhux tal-ikel.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 26 – titolu
Miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid
Miri tal-użu mill-ġdid
Emendi 197, 374 u 442 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq apparat domestiku kbir elenkat fil-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jiżguraw li 90 % ta’ dawk il-prodotti jkunu disponibbli fl-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid.
1. L-operaturi ekonomiċi, inklużi l-pjattaformi online, li jqiegħdu fis-suq apparat domestiku kbir elenkat fil-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru:
(a) għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, 50 % ta’ dawk il-prodotti jkunu disponibbli fl-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża, bl-esklużjoni tal-kartun, fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid;
(b) għandhom ikollhom l-għan li jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2040, 90 % ta’ dawk il-prodotti jkunu disponibbli f’imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża, bl-esklużjoni tal-kartun, f’sistema għall-użu mill-ġdid. L-imballaġġ protettiv li huwa ddisinjat biex jipproteġi merkanzija fraġli u/jew tqila u li huwa ddisinjat apposta biex jipproteġi apparat domestiku speċifiku għandu jkun eżentat mir-rekwiżit tal-użu mill-ġdid.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. Id-distributur finali li jqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb kiesaħ jew sħun ġo kontenitur fil-punt tal-bejgħ għal take-away għandu jiżgura li:
imħassar
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 20 % ta’ dak ix-xorb jitqiegħed għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jkun jista’ jerġa’ jimtela;
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 80 % ta’ dak ix-xorb jitqiegħed għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jkun jista’ jerġa’ jimtela.
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. Distributur finali li jkun qiegħed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur tal-HORECA u li jkun qiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ ikel take-away lest u ppreparat, maħsub għall-konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda preparazzjoni ulterjuri, u tipikament ikkonsmat mir-reċipjent, għandu jiżgura li:
imħassar
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 40 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.
3a. Meta distributur finali jagħmel disponibbli fis-suq xorb mhux alkoħoliku, bl-eċċezzjoni tal-ħalib, f’imballaġġ għall-bejgħ: (a) għandha jiżgura li, fit-territorju ta’ Stat Membru mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 20 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid; (b) għandu jkollu l-għan li jiżgura li mill-1 ta’ Jannar 2040, mill-anqas 35 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid.
3b. Meta distributur finali jagħmel ix-xorb alkoħoliku, bl-eċċezzjoni tal-inbid u l-inbejjed frizzanti, f’imballaġġ għall-bejgħ disponibbli fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru:
(a) għandu jiżgura li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
(b) għandu jkollu l-għan li mill-1 ta’ Jannar 2040, mill-anqas 25 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
(c) għandu jilħaq il-miri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu b’mod li kategorija oħra ta’ xorb alkoħoliku, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tikkontribwixxi b’mod ġust għall-mira tal-użu mill-ġdid;
(d) għandu jiżgura li d-ditti li huma proprjetà tad-distributur finali jikkontribwixxu b’mod ġust għall-mira tal-użu mill-ġdid;
(e) għandu jippermetti lill-manifatturi l-flessibbiltà li jilħqu l-miri tal-użu mill-ġdid fil-portafoll kollu tagħhom.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4
4. Il-manifattur u d-distributur finali li jqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb alkoħoliku fil-forma ta’ birer, xorb alkoħoliku bil-gass, xorb iffermentat għajr inbid, prodotti tal-inbid aromatizzat u nbejjed tal-frott, prodotti bbażati fuq xorb spirituż, inbejjed jew xarbiet oħra ffermentati mħallta ma’ xorb, soda, sidru jew meraq, għandhom jiżguraw li:
imħassar
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 25 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 5
5. Il-manifattur u d-distributur finali li jqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb alkoħoliku fil-forma ta’ nbid, bl-eċċezzjoni ta’ nbid frizzanti, għandhom jiżguraw li:
imħassar
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 5 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 15 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 6
6. Il-manifattur u d-distributur finali jqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb mhux alkoħoliku fil-forma ta’ ilma, ilma b’zokkor miżjud, ilma b’sustanzi oħra ta’ ħlewwa, ilma bit-togħma, luminati, luminati tas-soda, te mkessaħ u xorb simili li huma lesti immedjatament biex jinxtorbu, meraq pur, meraq jew most tal-frott jew tal-ħaxix u xarbiet bil-frott mingħajr ħalib u xarbiet mhux alkoħoliċi li fihom xaħam tal-ħalib, għandhom jiżguraw li:
imħassar
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 25 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.
6a. L-Istati Membri għandhom jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-obbligu skont il-paragrafi 3a, il-punt (a), u 3b, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu meta r-rata ta’ riċiklaġġ kif irrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(2), il-punt (c), tkun ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ tali materjal tal-imballaġġ introdott fis-suq ta’ dak l-Istat Membru fis-snin kalendarji 2026 u 2027.
Meta tali rapportar juri li r-rata ta’ riċiklaġġ tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv tkun inqas minn 85 %, l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien, li jiżguraw il-kisba tar-rata ta’ riċiklaġġ ta’ 85 % skont il-piż tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv fi żmien sentejn.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 7 – parti introduttorja
7. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fil-forma ta’ pallets, ċestuni tal-plastik, kaxex tal-plastik li jintwew, bramel u ċilindri għat-trasport jew għall-imballaġġ tal-prodotti f’kundizzjonijiet għajr dawk previsti fil-paragrafi 12 u 13 għandhom jiżguraw li:
7. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ għall-bejgħ li jintuża biss għat-trasport fit-territorju tal-Unjoni fil-forma ta’ pallets, ċestuni tal-plastik, kaxex tal-plastik li jintwew, bramel jew ċilindri għat-trasport jew għall-imballaġġ tal-prodotti f’kundizzjonijiet għajr dawk previsti fil-paragrafi 5 u 6:
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt a
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 30 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
(a) għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 30 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
Emenda 378 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt b
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 90 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid.
imħassar
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 8 – parti introduttorja
8. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fil-każ tat-trasport u tal-konsenja tal-oġġetti mhux tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba permezz tal-kummerċ elettroniku għandhom jiżguraw li:
8. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fit-territorju tal-Unjoni fil-każ tat-trasport u tal-konsenja tal-oġġetti mhux tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba permezz tal-kummerċ elettroniku:
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 8 – punt a
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
(a) għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
Emenda 379 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 8 – punt b
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 50 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
imħassar
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 9 – parti introduttorja
9. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fil-forma ta’ kisi tal-pallets u ta’ strixxi għall-istabbilizzazzjoni u għall-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport għandhom jiżguraw li:
9. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fit-territorju tal-Unjoni għall-istabbilizzazzjoni u għall-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport, inklużi, iżda mhux limitati għal, kisi tal-pallets jew ta’ strixxi:
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 9 – punt a
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
(a) għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
Emenda 380 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 9
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 30 % ta’ imballaġġ bħal dan użat għat-trasport ikun imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
imħassar
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 10 – parti introduttorja
10. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ kollettiv fil-forma ta’ kaxex, minbarra l-kartun, użati barra mill-imballaġġ għall-bejgħ biex jiġbru ċertu numru ta’ prodotti biex joħolqu unità għaż-żamma tal-ħażniet għandhom jiżguraw li:
10. L-operaturi ekonomiċi, inklużi l-pjattaformi online, li jużaw l-imballaġġ kollettiv fit-territorju tal-Unjoni fil-forma ta’ kaxex, minbarra l-kartun, użati barra mill-imballaġġ għall-bejgħ biex jiġbru ċertu numru ta’ prodotti biex joħolqu unità għaż-żamma tal-ħażniet u għad-distribuzzjoni:
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 10 – punt a
(a) mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
(a) għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;
Emenda 382 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 10 – punt b
(b) mill-1 ta’ Jannar 2040, 25 % ta’ imballaġġ bħal dan li jkunu użaw ikun imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid.
10a. Il-miri stabbiliti fil-paragrafi 3a u 3b jistgħu jintlaħqu wkoll billi jiġi permess il-mili mill-ġdid.
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 11
11. Il-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 10 għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu ta’ sena kalendarja.
11. Il-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu ta’ sena kalendarja.
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 12 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-imballaġġ għat-trasport użat minn operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jerġa’ jintuża meta jintuża għat-trasport tal-prodotti:
Mill-1 ta’ Jannar 2030, 95 % tal-imballaġġ għat-trasport użat minn operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jerġa’ jintuża meta jintuża għat-trasport tal-prodotti:
L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu konsenji tal-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor fl-istess Stat Membru għandhom jużaw biss l-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża għall-finijiet tat-trasport ta’ prodotti bħal dawn.
Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi, inklużi l-pjattaformi online, li jagħmlu konsenji tal-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor fl-istess Stat Membru għandhom jużaw biss l-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża għall-finijiet tat-trasport ta’ prodotti bħal dawn.
13a. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu, meta r-rata ta’ riċiklaġġ tal-materjal tal-imballaġġ predominanti kif irrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(2), il-punt (c), jew meta r-rata ta’ riċiklaġġ tal-formati tal-imballaġġ - bħal fliexken tal-PET jew laned tal-aluminju - tkun ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ tali imballaġġ imqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja 2027 jew fi kwalunkwe sena kalendarja minn hemm ’il quddiem.
13b. Il-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għall-bejgħ ta’ xorb u xarbiet li jmorru malajr kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
14a. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 dwar ir-rekwiżiti għat-tħejjija ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja biex tiġġustifika eżenzjoni skont dan l-Artikolu. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu jekk l-użu mill-ġdid ma jkunx l-għażla li twassal l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali abbażi ta’ tali valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja.
Emenda 385 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 15
15. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri fil-paragrafi 2 sa 6jekk, matul sena kalendarja, ikollhom żona tal-bejgħ ta’ mhux aktar minn 100 m2, inklużi wkoll iż-żoni kollha tal-ħżin u tad-dispaċċ.
15. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu jekk:
(a) ikollhom żona tal-bejgħ ta’ mhux aktar minn 200 m2, inklużi wkoll iż-żoni kollha tal-ħżin u tad-dispaċċ;
(b) l-użu mill-ġdid ma huwiex l-għażla li jwassal l-aħjar riżultat ambjentali ġenerali abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar is-saħħa, l-iġjene u s-sikurezza.
15a. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu skont dan l-Artikolu jekk ir-rata tal-ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 43(3), (4) u (4b) tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv kif irrapportat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1), il-punt (c), tkun ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ tali imballaġġ imqiegħed fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru li fih jopera fis-snin kalendarji 2026 u 2027.
Fejn tali rapportar juri li r-rata tal-ġbir separat tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv tkun inqas minn 85 %, l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien li tiżgura l-kisba tar-rata ta’ ġbir separat ta’ 85 % skont il-piż tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv fi żmien sentejn.
15b. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafi 7, 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu għall-imballaġġ kollu għat-trasport li jkun f’kuntatt dirett mal-ikel kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u għall-għalf.
15c. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu għall-prodotti kollha soġġetti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini protetti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 16 – parti introduttorja
16. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli li jistabbilixxu:
16. Sabiex jitqiesu l-aħħar data u żviluppi xjentifiċi u ekonomiċi, u jittejjeb l-eżitu ambjentali ġenerali, li jista’ jirrikjedi flussi tal-iskart speċifiċi li jiddevjaw mill-ġerarkija meta dan ikun iġġustifikat b’valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja indipendenti u rieżaminata bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli li jistabbilixxu:
Emenda 387 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt a
(a) l-miri għal prodotti oħra għajr dawk koperti mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u formati oħra tal-imballaġġ minbarra dawk fil-paragrafi 7 sa 10, abbażi tal-esperjenzi pożittivi bil-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 45(2),
imħassar
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt b
(b) l-eżenzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu,
(b) l-eżenzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi minbarra dawk elenkati f’dan l-Artikolu, minħabba restrizzjonijiet ekonomiċi partikolari li jiltaqgħu magħhom f’settur speċifiku relatat mal-konformità mal-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu,
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt c
(c) l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ kwistjonijiet tal-iġjene, tas-sikurezza tal-ikel jew ambjentali li jipprevjenu l-kisba ta’ dawk il-miri,
(c) l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ iġjene, sikurezza tal-ikel jew natura perikoluża tal-prodott li jipprevjeni l-użu mill-ġdid,
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt ca (ġdid)
(ca) ir-rekwiżiti għat-tħejjija ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja biex tiġi ġġustifikata eżenzjoni skont il-paragrafu 15, il-punt b.
Emenda 395 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 17
17. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni rigward l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ u, fuq din il-bażi, tivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ miżuri, tirrieżamina l-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu, u tistabbilixxi l-miri ġodda għall-użu u għall-mili mill-ġdid tal-imballaġġ, u meta meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
17. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni rigward l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Meta tivvaluta l-impatt tal-miri tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, il-Kummissjoni għandha mill-anqas tevalwa t-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ miksub mill-miri tal-użu mill-ġdid tal-2030, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, it-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, it-tnaqqis tal-volumi tal-materja prima verġni użata, l-użu tal-ilma u tal-enerġija, il-kontaminazzjoni tal-ilma u l-użu tad-deterġenti u d-diżinfettanti abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja indipendenti u rieżaminati mill-pari. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-iżvilupp tal-iskart mill-imballaġġ tal-kartun u l-impatti ambjentali tiegħu u l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-materjali li jistgħu jseħħu minħabba eżenzjonijiet materjali fl-Artikolu 22, flimkien mal-Anness V, u minħabba l-Artikolu 26(7), (10), (12) u (13). Fuq il-bażi ta’ dak ir-rieżami, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva: (a) li timmodifika jew tikkonferma l-miri 2040 stabbiliti f’dan l-Artikolu, u (b), jekk ikun meħtieġ, tistabbilixxi l-miri ġodda għall-użu mill-ġdid f’setturi oħra u għal formati u materjali oħra tal-imballaġġ.
17a. Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-formati kollha ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża maħruġa minn distributuri fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafi 3a u 3b, għandhom jittieħdu lura minn dak id-distributur finali.
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 27 – titolu
Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid
Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tal-użu mill-ġdid
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2– parti introduttorja
2. Għall-fini li jintwera l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26(2) sa (6), id-distributur finali, jew il-manifattur, kif xieraq, li jqiegħed fis-suq prodotti bħal dawn fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jikkalkula, għal kull mira separatament, dan li ġej:
2. Għall-fini li jintwera l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26(3a) u (3b), id-distributur finali, jew il-manifattur, kif xieraq, li jqiegħed fis-suq prodotti bħal dawn fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jikkalkula, għal kull mira separatament, dan li ġej:
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-għadd tal-unitajiet ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’sena kalendarja;
(a) l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’sena kalendarja;
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-għadd tal-unitajiet ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’sena kalendarja permezz tal-mili mill-ġdid;
imħassar
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-għadd tal-unitajiet ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru b’mezzi oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) f’sena kalendarja.
(c) l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru b’mezzi oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) f’sena kalendarja.
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(7) sa (10) li jikkostitwixxu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li użaw f’sena kalendarja;
(a) l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(6) u (7) li jikkostitwixxu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li użaw f’sena kalendarja;
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt b
(b) l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(7) sa (10), għajr dawk indikati fil-punt (a), li użaw f’sena kalendarja.
(b) l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(6) u (7), għajr dawk indikati fil-punt (a), li użaw f’sena kalendarja.
Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli u l-metodoloġija tal-kalkolu dettaljati fir-rigward tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26.
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli u l-metodoloġija tal-kalkolu dettaljati fir-rigward tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26.
L-obbligu li jintwera l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2030 jew [18-il xahar] wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fis-subparagrafu 1, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 28 – titolu
Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid
Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miri tal-użu mill-ġdid
6a. Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi osservatorju Ewropew dwar l-użu mill-ġdid. L-osservatorju għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-ġbir tad-data dwar il-prattiki tal-użu mill-ġdid, u l-kontribut għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-użu mill-ġdid.
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 28a (ġdid)
Artikolu 28a
Obbligu ta’ mili mill-ġdid għas-settur tat-take-away
1. Sa ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data – 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]:
(a) id-distributur finali li jkun qed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur HORECA u li jkun qed iqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’imballaġġ għall-bejgħ xorb kiesaħ jew sħun ġo kontenitur fil-punt tal-bejgħ għal take-away għandu jipprovdi sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela;
(b) id-distributur finali li jkun qed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur HORECA u li jkun qed iqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’imballaġġ għall-bejgħ ikel ippreparat tat-take-away u lest għall-konsum immedjat, maħsub għall-konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar preparazzjoni, u tipikament ikkunsmat mir-reċipjent, għandu jipprovdi sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela.
2. Id-distributuri finali msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom joffru l-prodotti mimlija fil-kontenitur miġjub mill-konsumatur bi prezz aktar baxx u f’kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli mill-unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodotti u imballaġġ li jintuża darba biss.
Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi finali fil-punt tal-bejgħ, permezz ta’ tabelli jew sinjali li jidhru b’mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f’kontenitur li jista’ jerġa’ jimtela pprovdut mill-konsumatur.
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 28b (ġdid)
Artikolu 28b
Offerta ta’ użu mill-ġdid għas-settur tax-xorb take-away
1. Sa ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] id-distributur finali li jkun qed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur HORECA u li jkun qed iqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’imballaġġ għall-bejgħ xorb kiesaħ jew sħun mimli f’kontenitur fil-punt tal-bejgħ għal take-away għandu jipprovdi lill-konsumaturi l-għażla tal-imballaġġ f’sistema għall-użu mill-ġdid.
2. Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi finali fil-punt tal-bejgħ, permezz ta’ tabelli jew sinjali li jidhru b’mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f’imballaġġi li jistgħu jerġgħu jintużaw.
3. Id-distributuri finali għandhom joffru l-prodotti mimlija f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mingħajr kostijiet ogħla, u f’kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli mill-unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodotti u imballaġġ li jintuża darba biss.
4. Id-distributuri finali għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jekk jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ mikrointrapriża stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jilħqu l-mira stabbilita fil-paragrafu 1 jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta jiġu mmanifatturati, irriċiklati jew mormija, u l-proprjetajiet tal-kompostjar tagħhom, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.
2. Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jilħqu l-mira stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta jiġu mmanifatturati, irriċiklati jew mormija, u l-proprjetajiet tal-kompostjar tagħhom, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.
4a. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-ħtieġa u l-fattibbiltà li jitnaqqas l-użu tal-basktijiet tal-karti u, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miri ta’ tnaqqis tal-basktijiet tal-karti u miżuri biex jintlaħqu dawn il-miri.
4a. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija biex tiċċertifika li l-materjal tikkettat u dokumentat bħala kontenut riċiklat imqiegħed fis-suq tal-Unjoni hu tabilħaqq prodott minn materjal rkuprat u riċiklat u mhux minn materjal verġni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-metodoloġija titqies fil-verifiki mwettqa skont dan l-Artikolu.
4b. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw l-akkuratezza ta’ mill-anqas 10 % tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità kull sena, ivvalutati fuq bażi każwali, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità, bħall-irtirar ta’ prodotti mhux konformi mis-suq.
Mingħajr preġudizzju għall-verifiki skont il-paragrafu 1 li huma ppjanati minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki meta jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni rilevanti, inkluż abbażi ta’ tħassib sostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi dwar in-nuqqas ta’ konformità potenzjali ma’ dan ir-Regolament.
Il-verifiki għandhom jitwettqu mingħajr twissija minn qabel lill-operatur ekonomiku, ħlief meta tkun meħtieġa notifika minn qabel tal-operatur jew tan-negozjant sabiex tkun żgurata l-effettività ta’ dawk il-verifiki.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-verifiki, li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Ir-rekords tal-verifiki kollha għandhom jinżammu għal mill-anqas għaxar snin.
Ir-rekords tal-verifiki mwettqa skont dan ir-Regolament u r-rapporti tar-riżultati u l-eżiti tagħhom għandhom jikkostitwixxu informazzjoni ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2003/4/KE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
_______________
1a Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
1a. Kull Stat Membru għandu jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat per capita, meta mqabbel mal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat per capita fl-2018 kif irrapportat lill-Kummissjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE, sa:
1b. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 1a, l-Istati Membri li stabbilew sistema doppja għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, sistema waħda għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-oħra għall-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, jista’ jkollhom l-opportunità li jżommu l-ispeċifiċità tagħhom.
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u li jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ.
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw u jieħdu l-miżuri addizzjonali ta’ sostenibbiltà meħtieġa biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat per capita, f’konformità mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari l-prevenzjoni tal-iskart u sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2a. Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti f’ristoranti, kantins, bars, kafetteriji u servizzi ta’ catering jistgħu jitolbu li jiġu servuti ilma tal-vit mingħajr ħlas jew bi ħlas baxx għas-servizz.
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 3
3. Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inklużi inċentivi permezz tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u r-rekwiżiti għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji u jkunu mfassla b’tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat.
3. Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-użu ta’ strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inklużi inċentivi permezz tal-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u r-rekwiżiti għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji u jkunu mfassla b’tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat u mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 4
4. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.
4. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 1a u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi miri speċifiċi għall-karta u l-kartun, il-ħġieġ, il-metall u l-materjal kompost. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.
Ir-reġistru għandu jipprovdi links għal reġistri nazzjonali oħra tas-siti web tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti maħtura għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
Ir-reġistru għandu jipprovdi links għal reġistri nazzjonali oħra tas-siti web tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli faċilment u mingħajr ħlas għall-pubbliku online.
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2
2. Il-produtturi għandhom ikunu obbligati jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. Huma għandhom, għal dak il-għan, jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn jqiegħdu fis-suq l-imballaġġ għall-ewwel darba. Meta produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 41(1), l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit ir-reġistru.
2. Il-produtturi għandhom ikunu obbligati jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. Huma għandhom, għal dak il-għan, jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn jqiegħdu fis-suq l-imballaġġ għall-ewwel darba. Meta produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 41(1), l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni. Il-mikrointrapriżi għandhom ikunu eżentati mill-obbligi ta’ dan il-paragrafu, sakemm ma jkunux ħatru organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4
4. Il-produtturi ma għandhomx jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, jekk huma jew, meta applikabbli, ir-rappreżentanti maħtura tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, ma jkunux irreġistrati fi Stat Membru bħal dan.
4. Il-produtturi ma għandhomx iqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, jekk huma jew, meta jkun applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 40, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, ma jkunux irreġistrati fi Stat Membru bħal dan.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 6
6. Meta rappreżentant maħtur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dan għandu, minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5, jipprovdi l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ kull wieħed mill-produtturi rappreżentati separatament.
6. Meta rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dan għandu, minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5, jipprovdi l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ kull wieħed mill-produtturi rappreżentati separatament.
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 10
10. Meta l-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jingħataw aċċess, mingħajr ħlas, għall-informazzjoni fir-reġistru.
10. L-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni u l-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jingħataw aċċess, inkluż aċċess online, mingħajr ħlas, għall-informazzjoni fir-reġistru, inkluż permezz ta’ siltiet mir-reġistru diġitali.Madankollu, għandha tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Il-lista tal-produtturi rreġistrati għandha tkun tista’ tinqara mill-magni, tista’ titqiegħed f’ordni u tista’ titfittex, b’rispett tal-istandards miftuħa għal użu minn parti terza.
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1
1. Il-produtturi tal-imballaġġ għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ din it-Taqsima għall-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru.
1. Il-produtturi għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ din it-Taqsima għall-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru.
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2
2. Produttur għandu jaħtar, b’mandat bil-miktub, rappreżentant maħtur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’kull Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit li fih jagħmel l-imballaġġ disponibbli għall-ewwel darba.
2. Produttur għandu jaħtar, b’mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’kull Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit li fih jagħmel l-imballaġġ disponibbli għall-ewwel darba.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Il-fornituri tal-pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi għandhom jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni:
3. Il-fornituri tal-pjattaformi online li jaqgħu taħt it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi, kif ukoll mal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni, għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm ma jkunux jistgħu jagħtu prova li l-produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti billi jiksbu:
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt b
(b) l-awtoċertifikazzjoni mill-produttur li jimpenja ruħu li joffri biss imballaġġ li fir-rigward tiegħu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-konsumatur.
(b) informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur.
Meta l-produtturi jbigħu l-prodotti tagħhom permezz tas-suq online u ma jkunux irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 39(2), is-suq online li fih il-prodotti jkunu offruti għall-bejgħ jista’ jissodisfa l-obbligi fl-Artikolu 39(7) fir-rigward ta’ tali produtturi b’mod kollettiv.
3a. Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u qabel ma jħalli lill-produttur ikkonċernat juża s-servizzi tiegħu, il-fornitur ta’ pjattaformi online u l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jivvalutaw jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) hijiex affidabbli u kompluta.
3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jkopru l-kostijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur fid-Direttivi 2008/98/KE u 94/62/KE u, sakemm ma jkunux diġà inklużi, ikopru mill-anqas il-kostijiet tal-ġbir tal-iskart għal dawk il-prodotti li jintremew f’sistemi ta’ ġbir pubbliku, inklużi l-infrastruttura u l-operat tagħha, u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak l-iskart.
Il-kostijiet li għandhom jiġu koperti għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u kosteffiċjenti. Il-kostijiet biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ għandhom ikunu limitati għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom. Il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tiġi żviluppata b’mod li tippermetti li l-kostijiet biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ jiġu stabbiliti b’mod proporzjonat abbażi tal-formati tal-imballaġġ li huma aktar suxxettibbli li jintremew bl-addoċċ jew li ma jinġabrux separatament.
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2
2. Meta, fit-territorju ta’ Stat Membru, bosta organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f’konformità mal-Artikoli 42(3), 43 u 44. L-Istati Membri għandhom jafdaw lill-awtorità kompetenti, jew jaħtru parti terza indipendenti, biex tissorvelja li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod koordinat.
2. Meta, fit-territorju ta’ Stat Membru, bosta organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-produtturi li ma jkunux fdaw organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f’konformità mal-Artikoli 42(3), 43 u 44. L-Istati Membri għandhom jafdaw lill-awtorità kompetenti, jew jaħtru parti terza indipendenti, biex tissorvelja li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod koordinat.
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3– punt b
(b) il-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma biżżejjed biex jippermettu r-ritorn jew il-ġbir f’konformità mal-Artikolu 43(1) u (2) u l-Artikolu 44, mingħajr ħlas, bi frekwenza proporzjonata għaż-żona u għall-volum koperti, tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-ammont u tat-tipi tal-imballaġġ li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru minn dak il-produttur jew il-produtturi li f’isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;
(b) il-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma biżżejjed biex jippermettu r-ritorn, il-ġbir, it-trasport u t-trattament tal-iskart kollu mill-imballaġġ f’konformità mal-Artikolu 43(1) u (2) u l-Artikolu 44, mingħajr ħlas, bi frekwenza proporzjonata għaż-żona u għall-volum koperti, tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-ammont u tat-tipi tal-imballaġġ li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru minn dak il-produttur jew il-produtturi li f’isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;
Emenda 265 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi li jipprevedu r-ritorn u l-ġbir separat tal-iskart kollu mill-imballaġġ mill-utenti finali sabiex jiġi żgurat li jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE, u biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi u infrastrutturi li jipprevedu r-ritorn u l-ġbir separat tal-iskart kollu mill-imballaġġ mill-utenti finali sabiex jiġi żgurat li jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 4, 10 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE, u biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.
1a. Sabiex jiġi ffaċilitat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm stabbilita sistema li tipprovdi aċċess sikur u ekwu għal materja prima riċiklata għall-użu f’applikazzjonijiet fejn il-kwalità distinta tal-materjal riċiklat tiġi ppreservata jew irkuprata b’tali mod li tkun tista’ tiġi riċiklata aktar u użata bl-istess mod u għal applikazzjoni simili, b’telf minimu ta’ kwantità, kwalità jew funzjoni.
Emenda 267 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafu 1 dment li l-ġbir tal-imballaġġ jew tal-frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ flimkien jew flimkien ma’ skart ieħor ma jaffettwax il-potenzjal li imballaġġ bħal dan jew frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ ikunu soġġetti għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għal operazzjonijiet oħra ta’ rkupru f’konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u jiġġenera output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz tal-ġbir separat.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-obbligu ta’ ritorn u ta’ ġbir separat tal-iskart fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart dment li l-ġbir tal-imballaġġ jew tal-frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ flimkien bħal dan jew flimkien ma’ skart ieħor ma jaffettwax il-kapaċità li imballaġġ bħal dan jew frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ ikunu soġġetti għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għal operazzjonijiet oħra ta’ rkupru f’konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u jiġġenera output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz tal-ġbir separat.
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) ikunu miftuħa għall-aċċess għad-data, fir-rigward tar-rapportar f’termini ta’ piż u kost tal-ġestjoni tal-flussi tal-iskart mill-imballaġġ, aġġornati u pprovduti permezz ta’:
(i) sit web jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika, bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
(ii) rapporti pubbliċi fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.
Il-punt (ca) għandu jkun mingħajr preġudizzju għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data.
3a. Sal-1 ta’ Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi spazji pubbliċi, jiġu stabbiliti biżżejjed sistemi ta’ ġbir separat għall-frazzjonijiet differenti tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ.
3b. Sal-1 ta’ Jannar 2029, id-distributur finali li jagħmel disponibbli fis-suq ikel u xorb ippreparat u kkonsmat fil-bini tiegħu fis-settur HORECA għandu jiżgura li jiġu stabbiliti sistemi ta’ ġbir separat għall-frazzjonijiet differenti tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ, biex jgħinu lill-konsumaturi jisseparaw l-iskart mill-imballaġġ.
L-operaturi ekonomiċi soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 3 għandhom jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istat Membru l-piż tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal. Kull Stat Membru għandu jipprovdi data aggregata għal kull materjal tal-imballaġġ miġbur separatament lill-Kummissjoni.
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 5
5. B’deroga mill-obbligu tal-ġbir separat tal-iskart fil-paragrafu 3, ċerti tipi ta’ skart mill-imballaġġ jistgħu jinġabru flimkien meta ġbir bħal dan ma jaffettwax il-potenzjal tagħhom li jsirulhom operazzjonijiet tar-riċiklaġġ u jirriżulta f’output minn dawk l-operazzjonijiet li jkun ta’ kwalità komparabbli ma’ dak miksub permezz tal-ġbir separat.
5a. Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-iskart mill-imballaġġ li ma jinġabarx separatament jiġi separat qabel l-operazzjonijiet ta’ rimi jew ta’ rkupru tal-enerġija biex jitneħħa l-imballaġġ iddisinjat għar-riċiklaġġ.
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 43a (ġdid)
Artikolu 43a
Ġbir separat obbligatorju
1. Sal-1 ta’ Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir separat ta’ 90 % tal-materjali elenkati fl-Artikolu 46 f’sena partikolari skont il-piż.
L-objettiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jintlaħaq permezz tal-miżuri kollha msemmija f’dan ir-Regolament, kif ukoll permezz ta’ miżuri separati ta’ ġbir barra d-dar.
2. Il-paragrafu 1 għandu jissupplimenta l-miri tal-ġbir separat stabbiliti għall-fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss koperti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2019/904.
Emenda 273 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt a
(a) fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ mhux aktar minn tliet litri; u;
(a) fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ 0,1 litru sa tliet litri; u;
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1– punt b
(b) kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ mhux aktar minn tliet litri.
(b) kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ 0,1 litru sa tliet litri;
Emenda 275 u 430 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru se jkun eżentat mill-obbligu skont il-paragrafu 1 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru se jkun eżentat mill-obbligu skont il-paragrafu1 dment li tiġi ssodisfata kwalunkwe mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 3 – punt a
(a) ir-rata ta’ ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 43(3) u (4) tal-format tal-imballaġġ rispettiv kif irrapportat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1)(c) hija ogħla minn 90 % skont il-piż ta’ imballaġġ bħal dan introdott fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-snin kalendarji tal-2026 u tal-2027. Meta rapportar bħal dan ikun għadu ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni motivata, ibbażata fuq data nazzjonali validata, u deskrizzjoni tal-miżuri implimentati, li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu huma ssodisfati;
(a) ir-rata ta’ ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 43(3) u (4) tal-format tal-imballaġġ rispettiv kif irrapportat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1), il-punt (c) hija ekwivalenti għal jew ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ imballaġġ bħal dan introdott fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-snin kalendarji tal-2026 u tal-2027. Meta rapportar bħal dan ikun għadu ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni motivata, ibbażata fuq data nazzjonali validata, u deskrizzjoni tal-miżuri implimentati, li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu huma ssodisfati;
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 3– punt b
(b) sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba tiegħu għall-eżenzjoni u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien li tiżgura l-kisba tar-rata tal-ġbir separat ta’ 90 % skont il-piż tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1.
(b) sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba tiegħu għall-eżenzjoni u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien li tiżgura l-kisba tar-rata tal-ġbir separat skont il-piż tal-imballaġġ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3.
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 7
7. Stat Membru jista’, filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu.
7. Stat Membru jista’, filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-possibbiltà li jinkludi l-imballaġġ għal prodotti oħra.
Emenda 279 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta’ sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 u fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u ma għandhomx jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiżguraw l-istabbiliment ta’ sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid tal-imballaġġ b’biżżejjed inċentivi għar-ritorn b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 u fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u ma għandhomx jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c
(c) ir-rekwiżiti fuq id-distributuri finali biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid jew permezz tal-mili mill-ġdid, ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 26 bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew f’ostakli kummerċjali għall-prodotti minn Stati Membri oħra.
(c) ir-rekwiżiti fuq il-manifatturi u d-distributuri finali biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid jew permezz tal-mili mill-ġdid, ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 26 bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew f’ostakli kummerċjali għall-prodotti minn Stati Membri oħra.
2a. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jiżviluppaw standards volontarji għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, bil-għan li jiġu promossi l-karatteristiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid iddisinjati tajjeb. Tali standards għandhom, fost aspetti oħrajn, jindirizzaw id-disinn, it-tikkettar, it-tindif, u t-traċċabbiltà tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid ta’ tali standards.
2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu jiddedikaw sehem minimu mill-baġit tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta’ tnaqqis u ta’ prevenzjoni u jużaw mill-ġdid infrastruttura għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-użu mill-ġdid.
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2– parti introduttorja
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-punt (a), Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (vi), sa 5 snin, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-punt (a), u filwaqt li jirrikonoxxi l-punt ta’ tluq differenti ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-mira speċifika definita għal kull materjal, Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (vi), sa 5 snin, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 5
5. L-iskart mill-imballaġġ esportat barra mill-Unjoni għandu jiġi kkalkulat bħala riċiklat mill-Istat Membru li fih ikun inġabar biss jekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista’ juri li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni seħħ f’kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk preskritti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
imħassar
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 9
9. L-ammont tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, jista’ jingħadd bħala skart riċiklat dment li materjali bħal dawn ikunu maħsuba għall-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal finijiet oħra. Madankollu, il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu bħala riċiklati.
9. L-ammont tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ rkupru li permezz tagħha materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi jew għal finijiet oriġinali jew għal finijiet oħra jistgħu jitqiesu bħala riċiklati. Madankollu, il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu bħala riċiklati.
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 12
12. L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista’ juri li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni sar f’kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.
12. L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jipprovdi evidenza dokumentata approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni sar f’kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt f
(f) il-proprjetajiet tal-kompostjar u l-għażliet xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għall-imballaġġ kompostabbli.
(f) il-proprjetajiet tal-kompostjar u l-għażliet xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għall-imballaġġ kompostabbli, inkluża informazzjoni lill-konsumaturi li l-imballaġġ kompostabbli li jkun kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali ma għandux jintrema fil-kompost domestiku jew fin-natura.
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief u tal-basktijiet tal-plastik ħoxnin għal kull persuna, separatament għal kull kategorija;
(b) il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief, tal-basktijiet tal-plastik ħoxnin, basktijiet tal-plastik ħoxnin ħafna u basktijiet tal-karti għal kull persuna, separatament għal kull kategorija;
Emenda 289 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2– parti introduttorja
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw għal kull materjal u tip tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness IX għal kull sena kalendarja d-data dwar:
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw għal kull sena kalendarja d-data dwar:
Emenda 290 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-ammonti tal-imballaġġ introdott fis-suq għal kull tip u materjal tal-imballaġġ kif elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness IX;
(a) l-ammonti tal-imballaġġ introdott fis-suq għal kull tip u materjal tal-imballaġġ kif elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II;
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-ammonti tal-iskart tal-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 1 fl-Anness IX;
(b) l-ammonti tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 3 fl-Anness XII;
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt c
(c) ir-rati tar-riċiklaġġ;
(c) ir-rati tar-riċiklaġġ ta’ skart mill-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 4 tal-Anness XII;
2a. Il-bażijiet tad-data dwar l-imballaġġ għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku usa’ f’format miftuħ li jista’ jinqara b’magna u li jiżgura l-interoperabbiltà u l-użu mill-ġdid tad-data.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li l-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għar-riskju. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li l-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, huma għandhom, mingħajr dewmien żejjed, iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għar-riskju. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Emenda 295 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. L-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, l-oriġini tal-imballaġġ, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti u, meta jkun applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(1). L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:
6. L-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 5 għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, l-oriġini tal-imballaġġ, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti u, meta jkun applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1). L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:
Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata jew le.
Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52(5) u (6), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata jew le.
Emenda 297 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1
1. Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 52, Stat Membru jsib li għalkemm l-imballaġġ ikun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11, joħloq riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, dan għandu jirrikjedi mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha xierqa f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkunu proporzjonati għan-natura tar-riskju u, meta rilevanti, il-grad tar-riskju, biex jiżgura li l-imballaġġ ikkonċernat, meta introdott fis-suq, ma jibqax joħloq riskju, biex jirtira l-imballaġġ mis-suq jew isejjħu lura.
1. Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 52, Stat Membru jsib li għalkemm l-imballaġġ ikun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11, joħloq riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, dan għandu jirrikjedi mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha xierqa f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkunu proporzjonati għan-natura tar-riskju u, meta rilevanti, il-grad tar-riskju, biex jiżgura li l-imballaġġ ikkonċernat, meta introdott fis-suq, ma jibqax joħloq riskju, biex jirtira l-imballaġġ mis-suq jew isejjħu lura.
2a. L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jużaw l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-twettiq tal-analiżi tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Emenda 299 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
(ka) ir-rekwiżiti dwar l-imballaġġ riċiklabbli ma humiex issodisfati;
Emenda 300 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid)
(kb) ir-rekwiżiti dwar il-kontenut minimu riċiklat tal-imballaġġ ma humiex issodisfati;
Emenda 301 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 7(10), fl-Artikolu 7(11), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16) u fl-Artikolu 57(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(7), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16), fl-Artikolu 27(4) u fl-Artikolu 57(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 302 Proposta għal regolament Artikolu 58 − paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 7(10), fl-Artikolu 7(11), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16) u fl-Artikolu 57(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(7), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16), fl-Artikolu 27(4) u fl-Artikolu 57(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 303 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 4
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Forum dwar l-Imballaġġ u l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 58 − paragrafu 6
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(9), l-Artikolu 7(10), l-Artikolu 7(11), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 26(16) u l-Artikolu 57(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 7(9), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 26(16), l-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 57(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 1
1. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 21 sa 26 għandu jiġi ssanzjonat minn multa amministrattiva imposta fuq l-operatur ekonomiku rilevanti.
1. Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. F’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Dawn il-penali jistgħu jinkludu:
(a) multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-valur tal-prodotti kkonċernati rilevanti, billi jiġi kkalkulat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiżguraw li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta’ tali multi għal ksur ripetut;
(c) esklużjoni temporanja għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar mill-proċessi tal-akkwist pubbliku u mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż il-proċeduri tal-offerti, l-għotjiet u l-konċessjonijiet;
(d) projbizzjoni temporanja milli jitqiegħdu jew milli jkunu disponibbli fis-suq, jew milli jiġu esportati prodotti rilevanti, fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut;
_______________
1a Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
Emenda 306 Proposta għal regolament Artikolu 62a (ġdid)
Artikolu 62a
Aċċess għall-ġustizzja
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess suffiċjenti, kif determinat f’konformità mas-sistemi nazzjonali eżistenti ta’ rimedji legali, inkluż meta tali persuni jissodisfaw il-kriterji, jekk ikun hemm, stabbiliti fid-dritt nazzjonali, inklużi persuni li jkunu ppreżentaw tħassib issostanzjat f’konformità mal-Artikolu 62a, għandu jkollha aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji li jirrieżaminaw il-legalità tad-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.
2. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirregola l-aċċess għall-ġustizzja u dawk li jirrikjedu li l-proċeduri ta’ rieżami amministrattiv jiġu eżawriti qabel ir-rikors għal proċedimenti ġudizzjarji.
Emenda 307 Proposta għal regolament Artikolu 62b (ġdid)
Artikolu 62b
Talba għal azzjoni
1. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn ksur ta’ dan ir-Regolament, jew li għandhom interess suffiċjenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali relatati mal-ksur ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu intitolati li jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ tali ksur jew theddida imminenti ta’ tali ksur.
L-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni ambjentali u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jkun meqjus suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.
2. It-talba għal azzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-data rilevanti li jsostnu dik it-talba.
3. Meta t-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data ta’ akkumpanjament juru b’mod kredibbli li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament, jew li hemm theddida imminenti ta’ tali ksur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe talba għal azzjoni u informazzjoni u data bħal din. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-opportunità lill-operatur ekonomiku kkonċernat li jagħmel l-opinjonijiet tiegħu magħrufa fir-rigward tat-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data ta’ akkumpanjament.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, jinfurmaw lill-persuni li ppreżentaw talba skont il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni tagħhom li jilqgħu jew jirrifjutaw it-talba għal azzjoni u għandhom jagħtu r-raġunijiet għal dan.
5. F’każ li l-awtorità kompetenti tilqa’ t-talba għal azzjoni, din għandha tinnotifika lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hemmx ksur tar-Regolament lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk issib li hemm ksur lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat, għandha tieħu azzjoni adegwata biex tiżgura konformità mar-Regolament.
Emenda 509 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 1
Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ. Dik l-evalwazzjoni għandu jkollha parti ddedikata, fost l-oħrajn, għall-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-sistema agroalimentari u fuq il-ħela tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Emenda 308 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt a
(a) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 94/62/KE għandu jkompli japplika sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];
(a) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 94/62/KE għandu jkompli japplika sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 11(5)];
Emenda 309 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 94/62/KE għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ħtiġijiet essenzjali skont l-Anness II, il-punt 1, l-ewwel inċiż sal-31 ta’ Diċembru 2029;
Emenda 510/rev1 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 6
Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha
Trejs għat-trasport u pakketti li jinġarru għall-qsari għall-fjuri u għall-pjanti maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni
Emenda 310 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 12
Boroż u pads tat-te jew tal-kafè, kapsuli tas-sistema tax-xorb (eż. unitajiet ta’ servizz wieħed għat-te jew għall-kafè)
Emenda 311 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 14a (ġdid)
Kaxxi użati għat-tubi tat-toothpaste
Emenda 511/rev1 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 15
Qsari għall-fjuri maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta matul ħajjitha kollha
Qsari għall-fjuri u għall-pjanti, inklużi pakketti għat-tħawwil li jistgħu jimtlew direttament, li jintużaw fl-istadji differenti tal-produzzjoni jew maħsuba biex jinbiegħu mal-pjanta
Emenda 312 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 44a (ġdid)
Stickers tat-tikkettar tat-tajers (UE 2020/740)
Emenda 313 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 – ringiela 2
Test propost mill-Kummissjoni
2
Ħġieġ
Imballaġġ kompost, li l-maġġoranza tiegħu huwa ħġieġ
Fliexken, vażetti, kunjetti, vażetti tal-kożmetiċi, kontenituri żgħar
Emenda
2
Ħġieġ
Imballaġġ kompost, li l-maġġoranza tiegħu huwa ħġieġ
Emenda 314 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 – ringiela 4
Test propost mill-Kummissjoni
4
Karta/kartun
Imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa karta/kartun
Inklużi l-kartun tax-xorb, il-platti u t-tazzi, jiġifieri karta/kartun laminat(a) metalizzat(a) jew tal-plastik, kartun likwidu, karta/kartun b’inforri/ oqfsa tal-plastik
Emenda
4
Karta/kartun
Imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa karta/kartun
Inklużi l-kartun tax-xorb u mhux tax-xorb, il-platti u t-tazzi, jiġifieri karta/kartun laminat(a) metalizzat(a) jew tal-plastik, kartun likwidu, karta/kartun b’inforri/ oqfsa tal-plastik
Emenda 315 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 – ringiela 5
Kontenituri intermedji flessibbli għal kwantitajiet kbar (FIBCs), basktijiet
Emenda 320 Proposta għal regolament Anness II – tabella 2
Test propost mill-Kummissjoni
Grad ta’ Prestazzjoni tar-Riċiklabbiltà
Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f’piż
Grad A
ogħla jew ugwali għal 95 %
Grad B
ogħla jew ugwali għal 90 %
Grad C
ogħla jew ugwali għal 80 %
Grad D
ogħla jew ugwali għal 70 %
Grad E
inqas minn 70 %
Emenda
Grad ta’ Prestazzjoni tar-Riċiklabbiltà
Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f’piż
Grad A
ogħla jew ugwali għal 95 % - kompatibbiltà għolja mad-disinn għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ għandu jkun jista’ jiġi riċiklat diversi drabi u huwa kompletament kompatibbli mad-disinn għar-riċiklaġġ tal-kriterji. Il-materja prima sekondarja ġġenerata hija ta’ kwalità komparabbli biex tikkontribwixxi għal skema ta’ ċirku ta’ materjal magħluq.
Grad B
ogħla jew ugwali għal 95 % - kompatibbiltà għolja sa medja mad-disinn għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ jista’ jkollu xi kwistjonijiet minuri ta’ riċiklabbiltà li jaffettwaw kemxejn il-kwalità tal-materja prima sekondarja ġġenerata. Madankollu, il-maġġoranza tal-materja prima sekondarja ġġenerata minn dan l-imballaġġ xorta tista’ potenzjalment tikkontribwixxi għaċ-ċirku ta’ materjal magħluq.
Grad C
ogħla jew ugwali għal 80 % - kompatibbiltà medja mad-disinn għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ jippreżenta kwistjonijiet minuri ta’ riċiklabbiltà li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-materja prima sekondarja ġġenerata u jista’ jwassal għal telf ta’ materjal matul ir-riċiklaġġ.
Grad D
ogħla jew ugwali għal 70 % - kompatibbiltà medja sa baxxa mad-disinn għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ għandu kwistjonijiet ta’ disinn sinifikanti li jaffettwaw ħafna r-riċiklabbiltà tiegħu jew jimplikaw telf kbir ta’ materjal matul ir-riċiklaġġ.
Grad E
anqas minn 70 % - kompatibbiltà baxxa mad-disinn għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ mhuwiex riċiklabbli minħabba kwistjonijiet ta’ disinn u ma għandux jiġi introdott fis-suq.
Emenda 321 Proposta għal regolament Anness II – tabella 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Parametri indikattivi li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ skont l-Artikolu 6
Emenda 322 Proposta għal regolament Anness III – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi awtorizzat l-użu ta’ format ta’ imballaġġ kompostabbli:
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi awtorizzat jew introdott l-użu ta’ format ta’ imballaġġ kompostabbli:
Emenda 323 Proposta għal regolament Anness III – paragrafu 1 – punt c
(c) huwa ta’ natura bijodegradabbli li jippermetti lill-imballaġġ jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika, inkluża d-diġestjoni anaerobika, li tirriżulta fl-aħħar mill-aħħar fil-konverżjoni f’diossidu tal-karbonju jew f’metan, fin-nuqqas ta’ ossiġenu, ta’ imluħa minerali, ta’ bijomassa u ta’ ilma,
(c) huwa ta’ natura tant bijodegradabbli li jippermetti lill-imballaġġ jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika, inkluża d-diġestjoni anaerobika, li tirriżulta fl-aħħar mill-aħħar fil-konverżjoni f’diossidu tal-karbonju u f’ilma, b’bijomassa mikrobjali ġdida, fi mluħa minerali, u, fin-nuqqas ta’ ossiġenu, fil-metan,
Emenda 324 Proposta għal regolament Anness III – paragrafu 1 – punt e
(e) l-użu tiegħu jnaqqas b’mod sinifikanti l-kontaminazzjoni tal-kompost b’imballaġġ mhux kompostabbli; u;
(e) l-użu tiegħu jnaqqas b’mod sinifikanti l-kontaminazzjoni tal-kompost b’imballaġġ mhux kompostabbli u ma jikkawża l-ebda problema fl-ipproċessar tal-bijoskart;
Emenda 325 Proposta għal regolament Anness IV – parti I – punt 1
1. Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott mill-punt tal-imballaġġ jew mill-mili sal-użu finali, bil-għan li jiġu evitati danni sinifikanti lill-prodott, telf, deterjorament jew skart. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu fi protezzjoni minn ħsara mekkanika jew kimika, vibrazzjoni, kompressjoni, umdità, dawl, ossiġenu, infezzjoni mikrobijoloġika, pesti, deterjorament tal-proprjetajiet organolettiċi eċċ. u jinkludu referenzi għal leġiżlazzjoni speċifika li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott.
1. Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott mill-punt tal-imballaġġ jew mill-mili sal-użu finali, bil-għan li jiġu evitati danni sinifikanti lill-prodott, telf, deterjorament jew skart. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu fi protezzjoni minn ħsara mekkanika jew kimika, vibrazzjoni, kompressjoni, umdità, dawl, ossiġenu, infezzjoni mikrobijoloġika, pesti, deterjorament tal-proprjetajiet organolettiċi eċċ. u jinkludu referenzi għal leġiżlazzjoni speċifika li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott. Il-miżuri ta’ protezzjoni jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet meħtieġa kontra t-tbagħbis, kontra s-serq u kontra l-falsifikazzjoni.
Emenda 419 Proposta għal regolament Anness IV – parti I – punt 3a (ġdid)
3a. Funzjonalità tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-funzjonalità tiegħu, inklużi l-kriterji għall-aċċettazzjoni tal-prodott mill-konsumaturi. L-elementi tad-disinn meħtieġa biex jindikaw ir-rikonoxximent distintiv tal-prodott, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu rrispettati.
Emenda 441 Proposta għal regolament Anness IV – parti I – punt 6
6. Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott ippakkjat jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli.
6. Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott ippakkjat jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli inkluża l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-protezzjoni legali skont id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Emenda 327 Proposta għal regolament Anness IV – parti II – paragrafu 1 – punt a
(a) għal kull kriterju ta’ prestazzjoni kif elenkat fil-Parti I, lista ta’ rekwiżiti tad-disinn li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikolaw il-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott ippakkjat, għall-imballaġġ u għall-utent. Għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ. Għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta’ tnaqqis b’materjal tal-imballaġġ partikolari. Ma għandux ikun biżżejjed li materjal tal-imballaġġ jiġi sostitwit b’ieħor;
(a) għal kull kriterju ta’ prestazzjoni kif elenkat fil-Parti I, lista ta’ rekwiżiti tad-disinn li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikolaw il-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott ippakkjat, għall-imballaġġ u għall-utent. Għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ. Għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta’ tnaqqis b’materjal tal-imballaġġ partikolari, bħat-tnaqqis ta’ kwalunkwe saff superfluwu li ma jwettaqx funzjoni tal-imballaġġ. Li materjal tal-imballaġġ jiġi sostitwit b’ieħor ma għandux jitqies suffiċjenti;
Emenda 328 Proposta għal regolament Anness V – ringiela 1
Test propost mill-Kummissjoni
1.
Imballaġġ kollettiv tal-plastik li jintuża darba biss
L-imballaġġ tal-plastik użat fil-livell tal-bejgħ bl-imnut biex jiġbor il-prodotti mibjugħin f’laned, f’vażetti u f’pakketti ddisinjati bħala imballaġġ ta’ konvenjenza biex jippermetti jew jinkoraġġixxi lill-utenti finali jixtru aktar minn prodott wieħed. Dan jeskludi l-imballaġġ kollettiv meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar fid-distribuzzjoni.
Riti ta’ kollazzjoni, tgeżwir li jiċkien fid-daqs
Emenda
1.
Imballaġġ kollettiv tal-plastik li jintuża darba biss
L-imballaġġ tal-plastik użat fil-punt tal-bejgħ biex jiġbor il-prodotti mibjugħin fi fliexken, f’laned, f’vażetti u f’pakketti ddisinjati bħala imballaġġ ta’ konvenjenza biex jippermetti jew jinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru aktar minn prodott wieħed. Dan jeskludi l-imballaġġ kollettiv meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar fid-distribuzzjoni minn negozju għal negozju.
Riti ta’ kollazzjoni, tgeżwir li jiċkien fid-daqs
Emenda 391 u 512 Proposta għal regolament Anness V – ringiela 2
Test propost mill-Kummissjoni
2.
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss, imballaġġ kompost li jintuża darba biss jew imballaġġ ieħor li jintuża darba biss għall-frott u għall-ħxejjex friski
Imballaġġ li jintuża darba biss għal inqas minn 1,5 kg ta’ frott u ħxejjex friski, sakemm ma jkunx hemm bżonn dimostrabbli li jiġi evitat telf ta’ ilma jew telf ta’ turġidità, perikli mikrobijoloġiċi jew xokkijiet fiżiċi.
Xbieki, boroż, trejs, kontenituri
Emenda
imħassar
imħassar
imħassar
Emenda 391cp2 u 513 Proposta għal regolament Anness V – ringiela 3
Test propost mill-Kummissjoni
3.
Plastik li jintuża darba biss, imballaġġ kompost li jintuża darba biss jew imballaġġ ieħor li jintuża darba biss
L-imballaġġ li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur tal-HORECA, li jinkludi ż-żona kollha tal-ikel ġewwa u barra post tan-negozju, li fiha jkun hemm imwejjed u banketti, żoni fejn wieħed joqgħod bilwieqfa, u żoni tal-ikel offruti lill-utenti finali b’mod konġunt minn diversi operaturi ekonomiċi jew parti terza għall-finijiet li jiġi kkunsmat l-ikel u x-xorb
Trejs, platti u kikkri li jintremew wara l-użu, boroż, fojl, kaxxi
Emenda
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
Emenda 391cp3 Proposta għal regolament Anness V – ringiela 4
Test propost mill-Kummissjoni
4.
Imballaġġ li jintuża darba biss għall-kondimenti, għall-preżervattivi, għaz-zlazi, għall-prodott tal-krema tal-kafè, għaz-zokkor, u għall-ħwawar fis-settur tal-HORECA
Imballaġġ li jintuża darba biss fis-settur tal-HORECA, li fih porzjonijiet jew daqsijiet individwali, li jintuża għall-kondimenti, għall-preżervattivi, għaz-zlazi, għall-prodott tal-krema tal-kafè, għaz-zokkor u għall-ħwawar, għajr imballaġġ bħal dan ipprovdut flimkien ma’ ikel ippreparat minn qabel biex jittieħed id-dar maħsub għal konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda preparazzjoni ulterjuri
Pakketti, kontenituri żgħar, trejs, kaxxi
Emenda
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
Emenda 332 Proposta għal regolament Anness V – ringiela 5
Test propost mill-Kummissjoni
5.
Imballaġġ żgħir tal-lukandi li jintuża darba biss
Għall-kożmetiċi, għall-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali ta’ inqas minn 50 ml għall-prodotti likwidi jew inqas minn 100 g għall-prodotti mhux likwidi
Fliexken tax-xampù, fliexken tal-kremi tal-idejn u tal-ġisem, boroż żgħar madwar sapun żgħir
Emenda
5.
Imballaġġ tal-plastik żgħir tal-lukandi li jintuża darba biss
Għall-kożmetiċi kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għall-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali ta’ anqas minn 100 ml għall-prodotti likwidi jew anqas minn 100 g għall-prodotti mhux likwidi
Fliexken tax-xampù, fliexken tal-kremi tal-idejn u tal-ġisem, boroż żgħar madwar sapun żgħir
Emenda 333 Proposta għal regolament Anness V – ringiela 5a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5a.
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss fl-ajruporti
Għall-bagalji u l-basktijiet
Tgeżwir li jiċkien fid-daqs
Emenda 334 Proposta għal regolament Anness VI – ringiela 5b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5b)
L-imballaġġ sekondarju mhux meħtieġ biex jikkonforma mal-kriterji tal-prestazzjoni fl-Anness IV
Għall-prodotti kożmetiċi, minbarra l-fwejjaħ, il-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali
Kaxxi għat-toothpaste u għall-kremi
Emenda 436 Proposta għal regolament Anness VI – ringiela 5c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5c.
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss użat bħala materjal tal-mili
Imballaġġ tal-plastik użat għall-protezzjoni ta’ ċertu materjal waqt l-immaniġġar.
Laqx tal-polistiren
Emenda 335 Proposta għal regolament Anness VI – parti A – paragrafu 3a (ġdid)
Sistemi ta’ ċirkwit miftuħ stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti skont il-Parti A, 1. (a), (b), (c), (d), (f) u (g).
Emenda 336 Proposta għal regolament Anness VI – parti B – punt 1
1. Il-proċess ta’ rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u għas-sikurezza ta’ dawk responsabbli biex jagħmlu dan u għandu jagħmel mill-aħjar li jista’ biex inaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dan għandu jitħaddem f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar materjali sensittivi għall-kuntatt.
1. Il-proċess ta’ rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u għas-sikurezza ta’ dawk responsabbli biex jagħmlu dan u għandu jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dan għandu jitħaddem f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar materjali sensittivi għall-kuntatt, l-iskart u l-emissjonijiet industrijali.
Emenda 337 Proposta għal regolament Anness VI – parti C – punt b
(b) ikun fihom apparat għall-użin li jippermetti li jintiżen il-kontenitur tal-utent finali;
(b) ikun fihom apparat tal-kejl li jippermetti lill-utent finali jkun jaf il-kwantità eżatta mixtrija
Emenda 338 Proposta għal regolament Anness X – paragrafu 2 – punt j
(j) mill-inqas 1 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema (esklużi d-depożiti) jintuża għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblikadwar l-informazzjoni dwar l-imballaġġ tal-iskart mill-imballaġġ;
(j) parti mill-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tintuża għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-imballaġġ tal-iskart mill-imballaġġ;
Emenda 339 Proposta għal regolament Anness V – paragrafu 2 – punt la (ġdid)
(la) L-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi msemmija fil-punt (l) (ii), (iii), (iv) u (v) meta tiġi stabbilita sistema diġitali ta’ rifużjoni tad-depożitu u ma tkunx organizzata fil-livell tad-distributuri finali;
Emenda 340 Proposta għal regolament Anness X – paragrafu 2 – punt o
(o) l-imballaġġ kollu abbinat ma’ depożitu jkun ittikkettat b’mod ċar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-ħtieġa li imballaġġ bħal dan jiġi rritornat;
(o) l-imballaġġ kollu abbinat ma’ depożitu li għandu jinġabar minn sistema DRS ikun ittikkettat b’mod ċar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-ħtieġa li imballaġġ bħal dan jiġi rritornat.
Emenda 341 Proposta għal regolament Anness X – paragrafu 3
Minbarra r-rekwiżiti minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali, kif xieraq, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex tiżdied il-purità tal-iskart mill-imballaġġ miġbur, jitnaqqas l-iskart jew jiġu promossi objettivi oħrajn tal-ekonomija ċirkolari.
Minbarra r-rekwiżiti minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali, kif xieraq, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex tiżdied il-purità tal-iskart mill-imballaġġ miġbur, jitnaqqas l-iskart jew jiġu promossi objettivi oħrajn tal-ekonomija ċirkolari bħall-iżgurar ta’ aċċess sikur u ġust għal materja prima riċiklata għall-użu f’applikazzjonijiet li jippermettu aktar riċiklabbiltà u li jistgħu jintużaw mill-ġdid bl-istess mod jew għall-istess kategorija ta’ prodotti jew għal dik simili.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2023 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Liġi Amministrattiva (2021/2161(INL))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tipprovdi li d-dritt għal amministrazzjoni tajba huwa dritt fundamentali,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali tal-15 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(2),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (2022/0084(COD)),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (2022/0085(COD)),
– wara li kkunsidra d-Direttivat (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha(3),
– wara li kkunsidra l-ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li rrikonoxxiet sett ta’ prinċipji ġenerali ta’ liġi amministrattiva bbażat fuq it-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2022 dwar l-istabbiliment ta’ Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali COM(2022)0027) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha, li jinkludi rapport dwar il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-attivitajiet ta’ involviment (SWD(2022)0014),
– wara li kkunsidra l-istrateġija diġitali tal-Kummissjoni: Kummissjoni diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss tat-30 ta’ Ġunju 2022 (C(2022)4388),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara inkjesta fuq inizjattiva proprja dwar l-eżistenza u l-aċċessibbiltà pubblika ta’ Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/633/KE, KEFA, Euratom tal-17 ta’ Ottubru 2000 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tagħha biż-żieda ta’ anness dwar Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba għal membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Pubbliku(5),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, tal-25 ta’ Ġunju 2001 dwar kodiċi ta’ imġiba amministrattiva tajba għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-impjegati u r-relazzjonijiet professjonali tagħhom mal-pubbliku(6),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa CM/Rec(2007)7 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar amministrazzjoni tajba, datata l-20 ta’ Ġunju 2007,
– wara li kkunsidra “l-Prinċipji ta’servizz pubbliku għas-servizz pubbliku tal-UE” ippubblikati mill-Ombudsman Ewropew fid-19 ta’ Ġunju 2012,
– wara li kkunsidra skedi informattivi suċċessivi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika Diġitali li jikkonċernaw l-Istati Membri, ippubblikati online mill-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-eżistenza fl-Istati Membri kemm ta’ atti ta’ proċedura amministrattiva ġenerali, li jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi tal-liġi amministrattiva, kif ukoll ta’ leġiżlazzjoni speċifika għad-dominju jew għal settur speċifiku,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-Istitut Ewropew tal-Liġi dwar Regoli Mudell dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ Sistemi Algoritmiċi ta’ Teħid ta’ Deċiżjonijiet Użati mill-Amministrazzjoni Pubblika(7),
– wara li kkunsidra n-noti informattivi ppreżentati fil-Konferenza dwar il-liġi amministrattiva tal-UE organizzata mid-Dipartiment tal-Politika tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament u l-Università ta’ León (León, 27-28 ta’ April 2011)(8),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet inklużi fid-dokument ta’ ħidma dwar is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri għal-liġi amministrattiva tal-UE ppreżentat mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Liġi Amministrattiva tal-UE lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fit-22 ta’ Novembru 2011(9),
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea, ippreżentata mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fis-6 ta’ Novembru 2012(10),
– wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-regoli ġenerali għal amministrazzjoni Ewropea miftuħa, indipendenti u effiċjenti u r-rapport ta’ sinteżi tiegħu f’Lulju 2018 ippreżentat mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew, is-Servizz ta’ Riċerka Parlamentari Ewropew lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-10 ta’ Lulju 2018(11),
– wara li kkunsidra valutazzjoni tal-impatt ta’ azzjoni possibbli fil-livell tal-UE għal amministrazzjoni tal-UE miftuħa, effiċjenti u indipendenti konkluża f’Lulju 2018 mill-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ex Ante tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew u ppreżentata lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-10 ta’ Lulju 2018(12),
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew tal-2022 dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Liġi Amministrattiva, ippreżentata mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fit-30 ta’ Mejju 2023(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2013 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea(14),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2016 għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti(15),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2017 dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (2017/2011(INI))(16),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar Regolamentazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar (2021/2166(INI))(17),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa: it-tneħħija tal-ostakli għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali u t-titjib tal-użu tal-IA għall-konsumaturi Ewropej (2020/2216(INI))(18),
– wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea, adottata mill-Kummissjoni fl-24 ta’ April 2013,
– wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti, adottata mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Ottubru 2016,
– wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Regolamentazzjoni Aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar, adottata mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Ottubru 2022,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0309/2023),
A. billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona pprovda lill-Unjoni b’bażi legali xierqa għall-adozzjoni ta’ liġi Ewropea dwar il-proċedura amministrattiva;
B. billi d-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba minqux fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li bħala konsegwenza tiegħu kull persuna hija intitolata li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali, ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, sar legalment vinkolanti bħala liġi primarja;
C. billi f’Unjoni skont l-istat tad-dritt huwa meħtieġ li jiġi żgurat li d-drittijiet u l-obbligi proċedurali jkunu dejjem definiti, aġġornati, armonizzati u mħarsa b’mod adegwat; billi ċ-ċittadini huma intitolati li jistennew livell għoli ta’ trasparenza, trattament ġust, effiċjenza, rispons u eżekuzzjoni rapida mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u huma wkoll intitolati għall-informazzjoni dwar l-opzjonijiet li jeżistu għalihom biex jieħdu azzjoni ulterjuri fil-kwistjonijiet li jirreferu lil dawk l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji;
D. billi amministrazzjoni trasparenti, effiċjenti u indipendenti tal-Unjoni hija essenzjali għall-interess pubbliku filwaqt li l-eċċess kif ukoll in-nuqqas ta’ regoli u proċeduri jistgħu jwasslu għal amministrazzjoni ħażina, nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, li jistgħu jirriżultaw ukoll mill-eżistenza ta’ regoli u proċeduri kontradittorji, żbaljati, inkonsistenti jew mhux ċari; billi dan jista’ jfixkel il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; billi proċeduri amministrattivi strutturati kif suppost u konsistenti jappoġġjaw kemm amministrazzjoni trasparenti, effiċjenti u indipendenti kif ukoll infurzar xieraq tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba u għandhom il-valur miżjud li jippromwovu t-trasparenza u r-responsabbiltà, u b’hekk itejbu l-leġittimità tal-Unjoni u jżidu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjoni tal-Unjoni;
E. billi huwa meħtieġ li jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri amministrattivi kkumplikati tal-Unjoni u li tingħata prijorità lil miżuri li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-amministrazzjoni fil-livell Ewropew sabiex tiġi żgurata l-osservanza xierqa tad-dritt tal-pubbliku għal amministrazzjoni tajba;
F. billi n-nuqqas ta’ fiduċja min-naħa taċ-ċittadini għal dawn l-aħħar snin kienet problema urġenti li tiffaċċja l-Unjoni, li tista’ taffettwa l-leġittimità tagħha; billi l-Unjoni teħtieġ li tipprovdi tweġibiet malajr, ċari u viżibbli liċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex twieġeb għat-tħassib tagħhom;
G. billi l-Unjoni jeħtiġilha tkun trasparenti u responsabbli lejn iċ-ċittadini tagħha fl-azzjonijiet tagħha; billi t-teknoloġiji diġitali jistgħu jintużaw bħala għodda biex l-informazzjoni fl-Unjoni ssir disponibbli għaċ-ċittadini b’mod aktar aċċessibbli, kif muri mill-użu tal-intelliġenza artifiċjali biex jiġu pprovduti tweġibiet għall-mistoqsijiet taċ-ċittadini;
H. billi, skont l-istatistika għall-Ewropa kollha kemm hi, iċ-ċittadini spiss jiffaċċjaw problemi ta’ inkonsistenza operattiva u spejjeż ta’ piż amministrattiv fir-rigward tal-istituzzjonijiet Ewropej(19);
I. billi l-perċezzjoni ġenerali taċ-ċittadini Ewropej dwar il-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Unjoni u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi diretti tagħhom turi li hemm lok għal titjib; billi perċentwal konsiderevoli ta’ Ewropej iqisu li proċeduri twal, id-diffikultà li tiġi identifikata u aċċessata l-informazzjoni u l-kwalità tat-tweġibiet riċevuti fl-interazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet huma kwistjonijiet problematiċi(20);
J. billi r-regoli u l-prinċipji eżistenti tal-Unjoni dwar amministrazzjoni tajba huma mifruxa fuq varjetà wiesgħa ta’ sorsi: il-liġi primarja, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni sekondarja, il-liġi mhux vinkolanti u l-impenji unilaterali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
K. billi l-kodiċi ta’ kondotta interni eżistenti tal-istituzzjonijiet differenti għandhom effett limitat, huma differenti minn xulxin u mhumiex legalment vinkolanti;
L. billi, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa, sett ta’ regoli ċari, affidabbli, aċċessibbli u vinkolanti għall-amministrazzjoni tal-Unjoni jkun sinjal pożittiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-amministrazzjonijiet pubbliċi;
M. billi mill-2001 il-Parlament talab b’mod konsistenti, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu u l-annessi tagħhom, azzjoni leġiżlattiva mill-Kummissjoni f’dak il-qasam; billi fl-2013 il-Parlament talab Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea, u fl-2016 sejjaħ b’mod partikolari għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti; billi, essenzjalment, is-sejħiet tal-Parlament ripetutament jimmiraw li jiġi adottat regolament dwar il-proċedura amministrattiva tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi regoli proċedurali ġenerali li jirregolaw l-attivitajiet amministrattivi tal-amministrazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (il-liġi Ewropea dwar il-proċedura amministrattiva);
N. billi dik is-sejħa hija bbażata fuq valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati, fost l-oħrajn, li jikkwantifikaw l-ispiża tal-proċeduri amministrattivi; billi l-valutazzjoni tal-impatt tal-2018 sabet li l-frammentazzjoni fil-proċeduri amministrattivi fost l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni għandha impatt negattiv fuq il-ftuħ, l-effiċjenza u l-indipendenza tal-Unjoni u kkonkludiet li l-impatti negattivi x’aktarx se jmorru għall-agħar bit-tranżizzjoni lejn amministrazzjoni diġitalizzata; billi meta tippreżenta l-proposta, il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll valutazzjoni tal-impatt li tqis il-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej u tan-negozji Ewropej, u b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;
O. billi l-Parlament impenja ruħu f’konsultazzjoni pubblika fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi stabbilita l-liġi Ewropea dwar il-proċedura amministrattiva, fejn 76 % ta’ dawk li wieġbu appoġġjaw it-teħid ta’ miżuri addizzjonali fil-livell tal-Unjoni biex jissaħħu u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi tal-Unjoni, innotaw it-titjib tal-effiċjenza u t-trasparenza fost ir-raġunijiet ewlenin għal intervent tal-Unjoni u identifikaw inkoerenza operattiva u l-ispejjeż tal-piż amministrattiv fost l-iktar kwistjonijiet problematiċi;
P. billi l-Parlament wettaq konsultazzjonijiet mal-akkademja, mal-prattikanti u mal-komunità legali bi tħejjija għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-2016 għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti; billi, fis-segwitu tagħha adottat fl-24 ta’ April 2013 għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni ddikjarat li se tniedi rendikont dettaljat tal-korp eżistenti tal-liġi amministrattiva tal-Unjoni u tan-nuqqasijiet possibbli fl-istituzzjonijiet kollha, li se tkun qiegħda tivvaluta l-approċċi meħuda għal dawn il-kwistjonijiet fl-Istati Membri u tikkonsulta l-akkademja, il-prattikanti u l-komunità legali sabiex twettaq analiżi fil-fond tal-aspetti kollha tal-kwistjoni; billi għaxar snin wara, il-Kummissjoni għad trid tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati tar-rendikont u l-analiżi fil-fond imsemmija;
Q. billi, fl-istess segwitu tal-2013, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kwalunkwe inizjattiva futura jkollha tqis il-qafas eżistenti tar-regoli amministrattivi u r-relazzjoni kumplessa bejn ir-regoli orizzontali u dawk speċifiċi għas-settur; il-kawżi multipli possibbli ta’ amministrazzjoni ħażina u l-ħafna modi possibbli li bihom dan tista’ tiġi indirizzata; u l-limiti għall-użu tal-Artikolu 298 tat-TFUE; billi l-ebda valutazzjoni bħal din ma ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni sal-lum;
R. billi fl-2022 il-Kummissjoni ppreżentat, waqt li taġixxi għall-ewwel darba fuq il-bażi tal-Artikolu 298 tat-TFUE, żewġ proposti dwar, minn naħa, is-sigurtà tal-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, iċ-ċibersigurtà fl-amministrazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha, biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ approċċ komuni f’dawk l-oqsma u l-fatt li kull wieħed minnhom jew għandu r-regoli tiegħu f’dawk l-oqsma, ibbażati fuq regoli ta’ proċedura jew atti fundaturi, jew ma għandu l-ebda regola;
S. billi l-eżistenza ta’ regoli orizzontali u speċifiċi għas-settur ma tistax tikkostitwixxi skuża biex ma tiġix stabbilita liġi Ewropea dwar proċedura amministrattiva, jew ostaklu biex tiġi stabbilita tali liġi, li tikkostitwixxi qafas ta’ referenza bażiku u ġenerali ta’ liġi dwar proċedura amministrattiva li għandha tiġi applikata minn kwalunkwe amministrazzjoni tal-Unjoni irrispettivament mis-settur tal-operat tagħha; billi tali termini ġenerali ta’ promulgazzjoni jeżistu f’ħafna Stati Membri tal-Unjoni irrispettivament mill-istruttura, mid-dominju jew mis-settur tagħhom u b’mod parallel mar-regoli speċifiċi għas-settur;
T. billi l-frammentazzjoni tal-oqfsa legali rilevanti bejn l-amministrazzjoni tal-Unjoni twassal għal duplikazzjoni sinifikanti tal-isforzi fir-rigward tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ regoli interni kif ukoll prattiki amministrattivi mhux interoperabbli; billi, għaċ-ċittadini tal-Unjoni, id-diversità ta’ dawn ir-regoli żżid ir-riskji ta’ nuqqas ta’ ftehim, interpretazzjoni ħażina u nuqqas ta’ konformità; filwaqt li timplika spejjeż ogħla għan-nies, għan-negozji u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-forma ta’ telf ta’ ħin u riżorsi; billi l-konsegwenzi negattivi tal-lakuni regolatorji attwali x’aktarx li jmorru għall-agħar maż-żmien minħabba żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-għadd dejjem jikber ta’ aġenziji tal-Unjoni; billi l-istabbiliment ta’ qafas ta’ referenza bażiku u ġenerali tal-liġi Ewropea dwar il-proċedura amministrattiva għall-amministrazzjoni tal-Unjoni joħloq ambjent amministrattiv bi prinċipji uniformi, regoli standardizzati u l-aħjar prattiki implimentati, billi dan ma jipprekludix l-eżistenza ta’ regoli speċifiċi għas-settur peress li huwa wkoll magħruf fil-livell nazzjonali; billi, barra minn hekk, l-istabbiliment tal-liġi Ewropea dwar il-proċedura amministrattiva huwa konsistenti mar-rekwiżit li wieħed jaġixxi bir-rispett dovut għall-awtonomija jew il-kompetenzi ta’ kull istituzzjoni u korp tal-Unjoni, li se jibqgħu fis-seħħ bis-sħiħ;
U. billi l-iżgurar ta’ amministrazzjonijiet Ewropej miftuħa u responsabbli għas-servizz taċ-ċittadini, għandu kemm spejjeż kif ukoll benefiċċji; billi l-benefiċċji huma akbar mill-ispejjeż;
V. billi bl-avvanz tat-teknoloġija u bl-isforzi ta’ diġitalizzazzjoni meħtieġa min-naħa tal-Istati Membri, inkluż fir-rigward tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi tagħhom, saru sforzi simili ta’ diġitalizzazzjoni mill-amministrazzjoni tal-Unjoni; billi l-amministrazzjoni tal-Unjoni dejjem iktar ma toperax bħala entità separata iżda tinteraġġixxi mal-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali sabiex taqdi liċ-ċittadini; billi n-nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn is-servizzi pubbliċi jista’ jżid il-burokrazija u joħloq piżijiet addizzjonali għaċ-ċittadini;
W. billi diversi Stati Membri qed jippruvaw modi ġodda biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom; billi hemm bżonn ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha ta’ dawn l-isforzi, b’mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-espansjoni fil-livell tal-Unjoni;
X. billi l-istudju Ewropew tal-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-2022 saħaq, kif għamel l-istudju tal-valutazzjoni tal-impatt tal-2018, fuq il-fatt li bid-diġitalizzazzjoni, il-ħtieġa għal ċentralizzazzjoni u armonizzazzjoni hija akbar u li d-diġitalizzazzjoni kontinwa tqajjem kwistjonijiet u sfidi ġodda;
Y. billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat prinċipji proċedurali stabbiliti sew li japplikaw għall-proċeduri tal-Istati Membri fi kwistjonijiet tal-Unjoni u li għandhom japplikaw a fortiori biex jiggwidaw l-amministrazzjoni tal-Unjoni; billi jista’ jkun mistenni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dalwaqt se tkompli tiżviluppa biex tkopri fenomeni relatati mal-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni fi proċeduri amministrattivi, u fi proċeduri ġudizzjarji li jkollhom effetti amministrattivi;
Z. billi d-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali tipproklama l-prinċipji diġitali bl-għan li taqdi lill-Ewropej kollha u billi dik id-Dikjarazzjoni twieġeb għat-talbiet mill-Parlament biex l-approċċ tal-Unjoni għat-trasformazzjoni diġitali jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u t-trattament ugwali, kif ukoll prinċipji bħan-newtralità teknoloġika u tal-internet u l-inklużività, iżda wkoll biex jissaħħu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u tiġi promossa ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja;
AA. billi, fil-Kumpass Diġitali tal-2030, il-Kummissjoni stabbiliet għall-Unjoni viżjoni għal Ewropa tal-2030 trasformata b’mod diġitali f’konformità mal-valuri Ewropej; billi l-“Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali” huwa mmirat biex ikompli jsaħħaħ it-tmexxija diġitali u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lin-negozji, biex b’hekk it-trasformazzjoni diġitali ssir il-mutur tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, u l-benesseri soċjali fl-Ewropa, li għandhom jinkisbu, fost oħrajn, billi jibnew ħiliet u kompetenzi diġitali għall-forza tax-xogħol biex tkun tista’ tipparteċipa bis-sħiħ fl-ekonomija diġitali u billi jiġu ddiġitalizzati s-servizzi pubbliċi, u billi jsiru iktar effiċjenti u faċli biex jintużaw għall-benefiċċju ta’ kulħadd fis-soċjetà tagħna; billi hemm bżonn li jsir investiment fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom il-ħiliet u l-litteriżmu diġitali meħtieġa biex jieħdu vantaġġ mis-servizzi pubbliċi diġitali disponibbli;
AB. billi s-soluzzjonijiet diġitali kollha għandhom iqisu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini kollha, b’enfasi partikolari fuq dawk li jiffaċċjaw ostakli addizzjonali biex jaċċessaw soluzzjonijiet diġitali;
AC. billi l-istrateġija diġitali tal-Kummissjoni għall-2022: “Kummissjoni diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss” tiddeskrivi l-objettivi li jippermettu l-appoġġ tal-amministrazzjoni tal-Kummissjoni għat-twettiq tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u tmexxi bl-eżempju, u tavvanza, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin: l-għoti tas-setgħa lill-persunal tagħha, li tippermetti t-tfassil ta’ politika diġitali lesta permezz ta’ linji gwida u appoġġ fiċ-ċiklu kollu tal-politika tal-Unjoni u tisfrutta l-benefiċċji tad-data u tat-teknoloġiji innovattivi biex tfassal mill-ġdid il-proċessi amministrattivi tagħha; billi l-istrateġija turi l-intenzjoni ta’ kif id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi amministrattivi u l-interazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Unjoni maċ-ċittadini se jevolvu fis-snin li ġejjin; billi din l-evoluzzjoni għandha tkun akkumpanjata minn sett ta’ regoli li jirregolaw il-proċeduri amministrattivi u għandha tiġi armonizzata fl-amministrazzjoni kollha tal-Unjoni;
AD. billi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-intelliġenza artifiċjali u s-sistemi awtomatizzati tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jista’ jkollu rwol importanti fil-modernizzazzjoni u t-titjib tal-funzjonament tal-amministrazzjoni pubblika dment li t-teknoloġiji użati jkunu ċċentrati fuq il-bniedem u jkollhom livell għoli ta’ affidabbiltà; billi l-possibbiltà ta’ rikors għal tali teknoloġiji ġodda mill-amministrazzjoni pubblika, inkluża l-amministrazzjoni tal-Unjoni, għandha, madankollu, tkun limitata mill-prinċipju tal-legalità u l-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet taċ-ċittadini; billi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-IA u s-sistemi awtomatizzati tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandu l-potenzjal li jtejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u jikkontribwixxi għal titjib f’termini tal-kwalità u l-ħeffa tas-servizzi pprovduti liċ-ċittadini, madankollu, jekk jiġi implimentat b’mod ħażin, jista’ joħloq problemi speċifiċi għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dritt għal rieżami legali u għalhekk jirrikjedi analiżi partikolari fir-rigward ta’ elementi bħat-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-konformità u n-nondiskriminazzjoni, billi jiġi indirizzat ir-riskju ta’ preġudizzju algoritmiku;
AE. billi r-riskji tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku, b’mod partikolari fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-Unjoni fejn jista’ jkun hemm distakk sinifikanti fil-poter bejn iċ-ċittadini u l-amministrazzjoni, għandhom jiġu indirizzati sabiex l-użu tat-tagħlim awtomatiku mill-amministrazzjoni tal-Unjoni jikkontribwixxi għat-titjib tal-effiċjenza tas-servizzi amministrattivi u biex jittaffa l-ammont ta’ xogħol tal-persunal tal-amministrazzjoni; billi għalhekk l-użu tas-sistemi ta’ tagħlim awtomatiku mill-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni għandu jkun soġġett għal sorveljanza mill-bniedem, u għandu jkun limitat għall-ġbir, għall-organizzazzjoni, għall-istrutturar, għall-konverżjoni, għall-kombinazzjoni u għall-adattament tad-data, bħalma huma r-rikonoxximent ottiku tal-karattri, ir-rikonoxximent ta’ oġġetti jew it-traskrizzjoni awtomatika tat-taħdit;
AF. billi fl-2022 l-Istitut Ewropew tal-Liġi ppreżenta rapport b’Regoli Mudell dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ Sistemi Algoritmiċi ta’ Teħid ta’ Deċiżjonijiet Użati mill-Amministrazzjoni Pubblika, fejn ir-regoli mudell huma proposti meta tali sistemi algoritmiċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jieħdu deċiżjoni jew jappoġġjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-bniedem – jiġifieri determinazzjoni minn awtorità pubblika (inkluż fil-livell tal-Unjoni) li tieħu jew ma tiħux azzjoni – li x’aktarx ikollha impatti sinifikanti fuq il-pubbliku(21);
AG. billi fil-passat, is-software żviluppat għall-finijiet tal-amministrazzjoni pubblika ta’ spiss kien ta’ sors magħluq, li jfisser li minkejja li ħallsu għalih, iċ-ċittadini ma jistgħux jivverifikaw jew jerġgħu jużaw il-kodiċi; billi ta’ min jirrikonoxxi li l-Kummissjoni impenjat ruħha fl-Istrateġija tagħha dwar Sors Miftuħ 2014–2017(22) li tippubblika l-kodiċi tas-sors tas-software li tiżviluppa, impenn li tkompli tirrispetta, u li l-amministrazzjoni tal-Unjoni tiżviluppa, tippubblika u tuża kodiċi b’sors miftuħ għas-software, li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-prinċipju ta’ “fondi pubbliċi – kodiċi pubbliku”; billi dan il-prinċipju jippromwovi l-użu mill-ġdid u t-titjib tal-kodiċi eżistenti biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-iżvilupp tas-software u għalhekk l-ispiża tad-diġitalizzazzjoni; billi għalhekk l-użu ta’ software ta’ sors miftuħ mill-amministrazzjoni tal-Unjoni għandu jiġi mħeġġeġ kontinwament; billi l-Unjoni għandha, abbażi tal-kompetenzi tagħha, tħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex isegwu dan il-prinċipju, pereżempju, billi tagħmilha prekundizzjoni għall-użu u l-għoti ta’ fondi tal-Unjoni biex jiżviluppaw soluzzjonijiet diġitali fl-Istati Membri, sabiex dawn is-soluzzjonijiet ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha, u b’hekk jiġi amplifikat l-impatt tal-finanzjament;
AH. billi l-aċċess għas-servizzi ta’ amministrazzjoni diġitali għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi affettwat minn fatturi bħad-diżabbiltà, is-sitwazzjoni ekonomika, il-pożizzjoni ġeografika, il-ħiliet diġitali, il-ġeneru, il-litteriżmu, l-età, il-fiduċja jew ir-rieda li jitħaddmu r-riżorsi biex jiġu aċċessati soluzzjonijiet teknoloġiċi jew is-sjieda ta’ tali riżorsi; billi għalhekk l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tqis dan meta tiżviluppa soluzzjonijiet diġitali għas-servizzi li tipprovdi sabiex ma tintilifx il-fiduċja taċ-ċittadini, ma jinħoloqx distakk diġitali, u tippermetti liċ-ċittadini jaġġustaw għall-eżistenza tas-servizz diġitali; billi għandha tkun disponibbli assistenza online u offline liċ-ċittadini fl-użu tas-servizzi pubbliċi diġitali;
AI. billi l-esperimentazzjoni permezz ta’ proġetti pilota għandha tiġi promossa bħala mod kif jiġu ttestjati l-innovazzjonijiet b’mod sikur kif ukoll biex jiġu vverifikati kwistjonijiet potenzjali qabel l-implimentazzjoni kif ukoll biex iċ-ċittadini interessati jkunu jistgħu jesperimentaw b’mod sigur b’soluzzjonijiet diġitali aktar innovattivi;
AJ. billi l-prinċipji segwenti għas-servizzi pubbliċi diġitali u l-amministrazzjoni diġà ġew identifikati: (i) servizzi pubbliċi diġitali ċċentrati fuq il-bniedem u aċċessibbli fil-livelli kollha, (ii) il-possibbiltà għal kull persuna li tkun involuta fil-ħolqien u fit-titjib ta’ servizzi pubbliċi diġitali li huma mfassla għall-bżonnijiet u l-preferenzi tagħhom, (iii) il-prinċipju ta’ “darba biss”, jiġifieri li kull persuna għandha tissottometti d-data jew l-informazzjoni tagħha darba biss meta tkun qed tinteraġixxi b’mod diġitali ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Unjoni, (iv) l-interoperabbiltà tas-servizzi diġitali offruti mis-settur pubbliku bħal soluzzjonijiet ta’ identità diġitali b’portabbiltà tad-data permessa madwar l-Unjoni, (v) involviment wiesa’ tan-nies u magħhom iffaċilitat permezz ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali u stimulazzjoni tal-iżvilupp ta’ inizjattivi parteċipattivi fil-livelli kollha, (vi) kontribut ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali għal livelli aħjar ta’ ċertezza legali, sigurtà u sikurezza pubblika;
AK. billi l-Kummissjoni Ewropea tħabbar il-prijoritajiet tagħha fil-bidu ta’ kull leġiżlatura; billi l-Parlament talab ripetutament li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-liġi amministrattiva, u għalhekk il-Parlament jistenna li din tiġi inkluża fil-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss għall-2024–2029;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta b’mod urġenti proposta leġiżlattiva, abbażi tal-Artikolu 298 tat-TFUE, għal regolament dwar amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti sabiex tkun tista’ tiġi adottata qabel it-tieni nofs tal-leġiżlatura l-ġdida, wara r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-proposta għal regolament annessa mar-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2016 bħala punt tat-tluq jew tressaq proposta ġdida li tkun vinkolanti għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-avvanz tad-diġitalizzazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-amministrazzjoni u l-proċedura amministrattiva tal-Unjoni;
2. Iqis li wara 70 sena ta’ żvilupp kostanti tal-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni u 13-il sena mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, li jistabbilixxi l-bażi legali tal-Artikolu 298 tat-TFUE, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex ma jiġux minquxa l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba fil-leġiżlazzjoni vinkolanti b’mod partikolari biex issir lesta għall-era diġitali;
3. Iqis li d-drittijiet taċ-ċittadini bħad-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti, minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mhumiex statiċi iżda qed jevolvu, u li l-avvanzi teknoloġiċi bħad-diġitalizzazzjoni għandhom iwasslu wkoll għal realizzazzjoni aħjar u aktar effettiva ta’ dawn id-drittijiet;
4. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2013 u fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2016, il-Parlament talab, skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, li jiġi adottat regolament dwar amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti skont l-Artikolu 298 tat-TFUE; ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2016, il-Parlament b’mod partikolari talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva li għandha tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena 2017; jiddispjaċih li t-talbiet tal-Parlaments’issa ma ġewx segwiti minn proposta tal-Kummissjoni;
5. Jinnota li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda argument sostanzjat jew konvinċenti għan-nuqqas ta’ azzjoni tagħha u jiddispjaċih li sal-lum il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda analiżi jew studji fil-fond dwar is-suġġett;
6. Iqis li l-proposta mitluba trid tqis il-progress li sar fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni u l-impatt tagħha fuq il-proċeduri amministrattivi tal-amministrazzjoni tal-Unjoni;
7. Iqis li l-proposta mitluba trid tkun konformi mal-approċċ tal-Unjoni għat-trasformazzjoni diġitali, tirrispetta bis-sħiħ kemm id-drittijiet fundamentali – inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u t-trattament ugwali – kif ukoll prinċipji bħan-newtralità teknoloġika u newtralità tal-internet u l-inklużività, iżda trid issaħħaħ ukoll il-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u tippromwovi ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja;
8. Iqis li filwaqt li l-proposta mitluba għandha implikazzjonijiet finanzjarji, l-ispejjeż amministrattivi limitati tal-implimentazzjoni tal-proposta jkunu ferm megħluba mill-benefiċċji tagħha bħal effiċjenza mtejba u ffrankar tal-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-Unjoni u għall-pubbliku; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-ispejjeż f’konsultazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
ANNESS GĦAR--RIŻOLUZZJONI
RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA
Rakkomandazzjoni 1 (fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni dwar regolament dwar amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-proposta tal-Kummissjoni għandha tieħu l-forma ta’ regolament li jistabbilixxi att ġenerali relatat mal-proċedura amministrattiva, kif deskritt fl-Anness tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Ġunju 2016 għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti.
Rakkomandazzjoni 2 (dwar il-prinċipji li jiggwidaw id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi tal-Unjoni)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-avvanzi fid-diġitalizzazzjoni u fl-impatt tagħha fuq il-proċeduri amministrattivi tal-amministrazzjoni tal-Unjoni għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni meta tippreżenta l-proposta mitluba taħt din ir-riżoluzzjoni. B’mod partikolari, għandu jitqies dan li ġej:
1. Fir-rigward tal-aspetti ġenerali:
(i) il-“prinċipju ta’ darba biss”, jiġifieri li kull persuna għandha tissottometti d-data jew l-informazzjoni tagħha darba biss meta tkun qed tinteraġixxi b’mod diġitali mal-amministrazzjoni tal-Unjoni, u għandha tingħata s-setgħa li tuża l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali biex tagħti dik id-data jekk tagħżel li tagħmel hekk;
(ii) l-interoperabbiltà tas-servizzi diġitali offruti mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, kemm bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha u fihom, kif ukoll mas-servizzi rilevanti tal-Istati Membri;
(iii) il-kontribut tat-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet diġitali għal livelli ogħla ta’ ċertezza legali, sigurtà u sikurezza pubbliċi u fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
(iv) l-istabbiliment ta’ proċeduri u tal-kjarifikazzjoni tal-użu tat-teknoloġiji diġitali fil-komunikazzjoni esterna tal-amministrazzjoni tal-Unjoni, bl-objettivi li jittieħdu kontromiżuri biex jiġu ttrattati l-lakuni eżistenti, tiżdied iċ-ċertezza legali, jiġi żgurat li jiżdied in-numru ta’ każijiet ta’ inġustizzja amministrattiva li huma indirizzati u jitkisser iċ-ċiklu ta’ sfiduċja;
(v) il-ħtieġa li tiġi promossa l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki mal-Istati Membri u bejniethom dwar l-użu tat-teknoloġiji diġitali f’dan il-kuntest;
(vi) il-ħtieġa li t-teknoloġiji diġitali jiġu kondiviżi b’mod attiv, inkluż il-kodiċi b’sors miftuħ użat biex jiġi żviluppat software, mal-Istati Membri u bejniethom;
(vii) il-kontribut tat-teknoloġiji diġitali biex l-azzjonijiet tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni tagħha, isiru aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u jinftiehmu minnhom;
2. Fir-rigward tas-servizzi pubbliċi diġitali aċċessibbli u inklużivi:
(i) is-servizzi pubbliċi diġitali għandhom ikunu ċċentrati fuq il-bniedem u aċċessibbli fil-livelli kollha;
(ii) iċ-ċittadini għandu jkollhom il-possibbiltà li jinvolvu ruħhom fil-ħolqien u t-titjib ta’ servizzi pubbliċi diġitali li huma mfassla għall-ħtiġijiet u l-preferenzi tagħhom, b’mod partikolari billi jkollhom toroq ċari għaċ-ċittadini biex jipprovdu feedback relatat ma’ kwalunkwe servizz pubbliku diġitali;
(iii) alternattivi analogi għas-servizzi diġitali għandhom dejjem jiġu pprovduti u offruti b’mod ċar liċ-ċittadini u l-kumpaniji, u punt ta’ kuntatt uman għandu jkun disponibbli fiżikament u b’mod remot biex jappoġġja liċ-ċittadini fl-użu ta’ dawn is-servizzi u jgħin jindirizza kwalunkwe kwistjoni li tista’ tqum fl-użu tas-servizzi diġitali miċ-ċittadini tal-Unjoni;
(iv) tutorials online għandhom ikunu disponibbli biex jgħinu liċ-ċittadini jifhmu kif jużaw is-servizzi pubbliċi diġitali;
(v) is-servizzi pubbliċi diġitali għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà, għandhom jiġu żviluppati, b’mod partikolari, f’konsultazzjoni ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà jew bl-użu ta’ gwida minn tali organizzazzjonijiet u għandhom ikunu aċċessibbli wkoll għall-persuni affettwati mid-distakk diġitali, kemm f’termini ta’ aċċess kif ukoll ta’ użu, b’mod partikolari għall-persuni anzjani jew vulnerabbli;
(vi) is-servizzi pubbliċi diġitali għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ apparati, li jappoġġjaw karatteristiċi ta’ interkonnettività;
3. Fir-rigward tas-sigurtà, ir-responsabbiltà u l-protezzjoni tad-data:
(i) il-prinċipju “fondi pubbliċi – kodiċi pubbliku”, jiġifieri li l-kodiċi tas-sors ta’ kwalunkwe software żviluppat mill-amministrazzjoni tal-Unjoni għall-fini ta’ amministrazzjoni pubblika bl-użu ta’ fondi pubbliċi għandu jkun disponibbli għall-pubbliku taħt il-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EUPL), u meta testernalizza l-iżvilupp ta’ software, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha, meta possibbli, tippubblika s-sors tal-kodiċi taħt l-EUPL u tiffavorixxi kumpaniji li jaċċettaw il-pubblikazzjoni tal-kodiċi tas-sors ta’ dak is-software;
(ii) il-privatezza u s-sigurtà tal-utenti tas-servizzi pubbliċi diġitali għandhom jiġu protetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom permezz ta’ privatezza sistemika mid-disinn;
(iii) il-maniġment għandu jkun responsabbli għaċ-ċibersigurtà fid-dipartimenti, u jiżgura li l-persunal kollu jkun irċieva taħriġ suffiċjenti;
(iv) id-dritt ta’ żball, jiġifieri d-dritt li jiġi rrettifikat żball li jkun sar mingħajr ma wieħed jeħel penali għall-iżball innifsu, u d-dritt ta’ rettifika;
(v) id-dritt għal spjegazzjoni mifhum bħala d-dritt li tingħata spjegazzjoni personali għal output tal-algoritmu u tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet wara valutazzjoni algoritmika;
(vi) is-servizzi pubbliċi diġitali tal-Unjoni għandhom ikunu aċċessibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(vii) il-prinċipju tat-trasparenza fir-rigward tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom jittieħdu deċiżjonijiet awtomatizzati, fejn tali deċiżjonijiet jaffettwaw liċ-ċittadini.
Rakkomandazzjoni 3 (dwar il-prinċipji għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali)
Għandha tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li jiġu żviluppati soluzzjonijiet diġitali ġodda sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni tal-Unjoni fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li tali soluzzjonijiet jaqdu bl-aħjar mod liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-persunal tal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin:
(i) il-persunal tal-Unjoni għandu l-aħjar fehim tal-proċeduri amministrattivi u tal-każijiet atipiċi, jiġifieri problemi jew sitwazzjonijiet li jseħħu biss fl-ogħla jew fl-aktar tarf baxx ta’ firxa ta’ valuri possibbli jew f’sitwazzjonijiet estremi, il-persunal tal-Unjoni għandu għalhekk ikun ikkonsultat meta jiġu żviluppati għodod diġitali għall-amministrazzjoni, u għandu jkun imħarreġ kif xieraq biex ikun jista’ juża dawn l-għodod b’mod effiċjenti;
(ii) għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ Ċibersigurtà b’approċċ proattiv, u għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li t-tfassil u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali jappoġġjaw ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet taċ-ċittadini bħad-dritt li wieħed ikun rappreżentat u li jinstema’, kif ukoll biex jiġi ċċarat li l-prinċipju tar-responsabbiltà huwa parti integrata ta’ Amministrazzjoni Tajba;
(iii) għandu jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali interni li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tas-servizz pubbliku kkonċernat; fil-każ ta’ esternalizzazzjoni, preferibbilment għandhom jintużaw il-kumpaniji tal-Unjoni;
(iv) meta titwettaq esternalizzazzjoni, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku għad-diġitalizzazzjoni tal-proġetti u l-proċessi għandhom jinqasmu f’sejħiet għal proposti għal proġetti iżgħar, sabiex il-kuntratti tad-diġitalizzazzjoni jsiru aktar aċċessibbli għall-SMEs tal-Unjoni; barra minn hekk, għall-finijiet tal-privatezza u s-sigurtà, preferibbilment għandhom jintużaw il-kumpaniji tal-Unjoni;
(v) id-diġitalizzazzjoni ma għandhiex titqies biss bħala proċess ta’ tnaqqis tal-ispejjeż: huwa importanti li wieħed jiftakar li d-diġitalizzazzjoni effettiva teħtieġ ukoll investiment kemm fit-teknoloġija kif ukoll fil-persunal b’mod partikolari fit-taħriġ tiegħu;
(vi) il-persunal tal-Unjoni għandu jingħata aċċess għal taħriġ dwar kif għandhom jintużaw is-soluzzjonijiet diġitali li jiġu implimentati;
(vii) id-diġitalizzazzjoni għandha titwettaq b’mod li jirriżulta li l-persunal ikollu iktar ħin biex jagħmel kompiti relatati mal-kompetenza tiegħu, billi jiġu awtomatizzati kompiti ripetittivi u tassisti lill-persunal biex jiżgura li l-amministrazzjoni tal-Unjoni tissodisfa l-prinċipji u l-għanijiet imsemmija fir-Rakkomandazzjoni 2;
(viii) id-diġitalizzazzjoni ma għandhiex twassal li kompiti speċjalizzati jiġu mgħoddija fuq persunal b’kompetenzi mhux speċjalizzati, li ma jingħatax it-taħriġ u r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq tali kompiti;
(ix) l-esperimentazzjoni permezz ta’ proġetti pilota għandha tiġi promossa bħala mod kif jiġu ttestjati l-innovazzjonijiet b’mod sikur kif ukoll biex jiġu vverifikati kwistjonijiet potenzjali qabel l-implimentazzjoni.
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Schuman tad-9 ta’ Mejju 1950(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati(3),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 46, 54 u 85(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta’ emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
– wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0337/2023),
A. billi l-verżjoni attwali tat-Trattati daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009 u, minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Unjoni Ewropea ffaċċjat sfidi bla preċedent u bosta kriżijiet, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
B. billi l-emendar tat-Trattati huwa neċessarju, mhux bħala għan fih innifsu, iżda fl-interess taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, peress li dawn l-emendi għandhom l-għan li jsawru l-Unjoni mill-ġdid b’mod li jsaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi, kif ukoll il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tagħha;
C. billi l-emendar tat-Trattati għandu jippermetti lill-Unjoni tindirizza l-isfidi ġeopolitiċi b’mod aktar effettiv;
D. billi l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-proċess deċiżjonali tagħha, speċjalment dak fil-Kunsill, bilkemm huwa adegwat għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru; billi l-prospett ta’ tkabbir futur irendi inevitabbli riforma tat-Trattati;
E. billi fid-9 ta’ Mejju 2022, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa temmet il-ħidma tagħha u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha; billi dawk il-konklużjonijiet fihom 49 proposta u 326 miżura, li ħafna minnhom jistgħu jiġu implimentati biss jekk ikun hemm bidliet fit-Trattati;
1. Itenni l-appell tiegħu għall-emenda tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); jistieden lill-Kunsill jippreżenta lill-Kunsill Ewropew, minnufih u mingħajr deliberazzjoni, il-proposti stabbiliti f’din ir-riżoluzzjoni u riflessi fl-Anness; jistieden lill-Kunsill Ewropew isejjaħ mill-aktar fis possibbli Konvenzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ reviżjoni ordinarja prevista fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-TUE;
2. Josserva li diversi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jinsabu f’diversi stadji tan-negozjati ta’ adeżjoni; jilqa’ l-għoti ta’ status ta’ kandidat lill-Ukrajna u lill-Moldova fit-23 ta’ Ġunju 2022;
Riformi Istituzzjonali
3. Jenfasizza l-importanza tar-riforma tal-proċess deċiżjonali fl-Unjoni biex tiġi riflessa b’mod aktar preċiż sistema bikamerali billi tingħata aktar setgħa lill-Parlament Ewropew;
4. Jitlob b’insistenza t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi permezz taż-żieda konsiderevoli tal-għadd ta’ oqsma fejn l-azzjonijiet jiġu deċiżi b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK) u permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (OLP);
5. Jitlob li l-Parlament jikseb id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva, b’mod partikolari d-dritt li jintroduċi, jemenda, jew jirrevoka liġi tal-Unjoni, u jsir koleġiżlatur għall-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali;
6. Jitlob li l-inverżjoni tar-rwoli tal-Kunsill u tal-Parlament fin-nomina u l-konferma tal-President tal-Kummissjoni tirrifletti b’mod aktar preċiż ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej; jipproponi li l-President tal-Kummissjoni jkun jista’ jagħżel il-membri tiegħu abbażi tal-preferenzi politiċi, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku u demografiku; jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tibda tissejjaħ l-Eżekuttiv Ewropew;
7. Jipproponi li d-daqs tal-Eżekuttiv jiġi ffissat għal mhux aktar minn 15-il membru fejn il-membri jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni strettament ugwali kif diġà previst fit-Trattati attwali filwaqt li s-sottosegretarji jinħatru minn fost iċ-ċittadini ta’ dawk l-Istati Membri li ma jkollhom ebda ċittadin rappreżentat fil-Kulleġġ;
8. Jipproponi li tiżdied it-trasparenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea billi jiġi impost fuqu r-rekwiżit li jippubblika l-pożizzjonijiet tiegħu li jiffurmaw parti mill-proċess leġiżlattiv normali, u li jorganizza dibattitu pubbliku dwar il-pożizzjonijiet tal-Kunsill; jipproponi l-ħolqien ta’ bażi ġuridika li tagħti s-setgħa lill-koleġiżlaturi biex isaħħu t-trasparenza u l-integrità tal-proċess deċiżjonali tagħhom;
9. Jitlob li l-Konvenzjoni, minbarra l-proposti stabbiliti f’din ir-riżoluzzjoni u riflessi fl-Anness tagħha, tiddiskuti t-tqassim tas-suġġetti bejn it-TUE u t-TFUE biex tiġi indirizzata d-diffikultà li tiġi emendata il-liġi tal-Unjoni; jitlob li l-Konvenzjoni teżamina f’liema oqsma ta’ politika l-istrutturi tal-Unjoni jistgħu jżidu l-effikaċja tal-Unjoni;
10. Jipproponi li l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew issir kompetenza tal-Parlament soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill;
11. Jipproponi li jissaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tħejjija ta’ kwalunkwe inizjattiva fl-oqsma tal-politika soċjali, ekonomika u tal-impjiegi;
13. Jipproponi li tiġi stabbilita kompetenza esklużiva tal-Unjoni għall-ambjent u l-bijodiversità kif ukoll għan-negozjati dwar it-tibdil fil-klima;
14. Jipproponi li jiġu stabbiliti kompetenzi kondiviżi dwar kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika u l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment it-theddid transfruntier għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili, l-industrija, u l-edukazzjoni speċjalment meta jkunu kkonċernati kwistjonijiet tranżnazzjonali bħar-rikonoxximent reċiproku ta’ lawrji, gradi, kompetenzi u kwalifiki;
15. Jipproponi li jiġu żviluppati aktar il-kompetenzi kondiviżi tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija, l-affarijiet barranin, is-sigurtà esterna u d-difiża, il-politika tal-fruntieri esterni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u l-infrastruttura transfruntiera;
Sussidjarjetà
16. Jipproponi li jissaħħaħ ir-rieżami tas-sussidjarjetà mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jitlob li l-opinjoni tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi tiġi kkunsidrata fl-opinjonijiet motivati dwar l-abbozzi leġiżlattivi tal-parlamenti nazzjonali; jipproponi li l-iskadenza għall-proċeduri tal-“karta safra” tiġi estiża għal 12-il ġimgħa;
17. Jipproponi li jiġi introdott “mekkaniżmu ta’ karta ħadra” għall-proposti leġiżlattivi minn parlamenti nazzjonali jew reġjonali b’setgħat leġiżlattivi sabiex il-liġi tal-Unjoni tkun aktar reattiva għall-ħtiġijiet lokali;
Stat tad-Dritt
18. Jipproponi li tissaħħaħ u tiġi riformata l-proċedura fl-Artikolu 7 tat-TUE fir-rigward tal-protezzjoni tal-istat tad-dritt billi tintemm l-unanimità, jiddaħħal perjodu ta’ żmien ċar, u billi l-Qorti tal-Ġustizzja ssir l-arbitru tal-ksur;
19. Jissuġġerixxi li tiġi prevista ġuriżdizzjoni għal tilwim interistituzzjonali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
20. Jissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea twettaq rieżami minn qabel tan-normi (“rieżami astratt tan-normi”), konċepit bħala dritt ta’ minoranza fil-Parlament; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-Parlament jingħata s-setgħa li jressaq każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mat-Trattati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
Politika Estera, ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
21. Itenni t-talba tiegħu għal deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet, passi interim fil-proċess ta’ tkabbir u deċiżjonijiet oħra ta’ politika estera li għandhom jittieħdu b’VMK; jissottolinja li l-proposti jipprevedu eċċezzjoni għal dan il-prinċipju għad-deċiżjonijiet li jawtorizzaw missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv;
22. Jitlob l-istabbiliment ta’ unjoni tad-difiża li tinkludi unitajiet militari u kapaċità permanenti ta’ skjerament rapidu, taħt il-kmand operattiv tal-Unjoni; jipproponi li l-akkwist konġunt u l-iżvilupp tal-armamenti jiġu ffinanzjati mill-Unjoni permezz ta’ baġit speċifiku adottat permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni u ta’ skrutinju tal-Parlament u jipproponi li l-kompetenzi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża jiġu aġġustati kif xieraq; jinnota li l-klawżoli fir-rigward tat-tradizzjonijiet nazzjonali tan-newtralità u s-sħubija fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) ma jiġux affettwati minn dawn il-bidliet;
23. Jipproponi li l-Konvenzjoni teżamina modi kif ir-rifuġji fiskali ma jitħallewx ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq uniku;
Suq Uniku, Ekonomija u Baġit
24. Jitlob miżuri li jiżguraw li l-Istati Membri jinvestu biex jintlaħqu l-objettivi Ewropej fil-qasam ekonomiku, soċjali, ambjentali u tas-sigurtà; jipproponi li l-Artikolu 122 tat-TFUE jitħassar u jiġi sostitwit bi klawżola ta’ emerġenza riformulata li tipprevedi skrutinju parlamentari sħiħ fl-Artikolu 222 tat-TFUE;
25. Jinsisti li l-erba’ libertajiet tas-suq intern iridu jiġu applikati b’mod ugwali mill-Istati Membri kollha u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
Politiki Soċjali u Suq tax-Xogħol
26. Itenni t-talba tiegħu biex mat-Trattati jiġi anness protokoll dwar il-progress soċjali;
Edukazzjoni
27. Jitlob l-Unjoni tiżviluppa objettivi u standards komuni għal edukazzjoni li tippromwovi l-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt kif ukoll il-litteriżmu diġitali u ekonomiku; barra minn hekk, jitlob lill-Unjoni tippromwovi l-kooperazzjoni u l-koerenza bejn is-sistemi tal-istabbilimenti edukattivi filwaqt li tiggarantixxi t-tradizzjonijiet kulturali u d-diversità reġjonali;
28. Jitlob lill-Unjoni tiżviluppa standards komuni dwar il-formazzjoni vokazzjonali biex iżżid il-mobbiltà tal-ħaddiema; jipproponi li l-Unjoni timmira li tipproteġi u tippromwovi l-aċċess għall-edukazzjoni universali u mingħajr ħlas, il-libertà akkademika istituzzjonali u individwali, u d-drittijiet tal-bniedem, kif definiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
Kummerċ u Investiment
29. Jissuġġerixxi li l-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbiltà kif ukoll l-investiment barrani, il-protezzjoni tal-investiment u s-sigurtà ekonomika jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni; jipproponi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jiftħu negozjati kummerċjali; jipproponi li jiġi stabbilit mekkaniżmu permanenti għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani;
Nondiskriminazzjoni
30. Jipproponi li l-protezzjonijiet tan-nondiskriminazzjoni jiġu estiżi għall-ġeneru, l-oriġini soċjali, il-lingwa, l-opinjoni politika u l-appartenenza għal minoranza nazzjonali u li tiġi introdotta OLP għal-leġiżlazzjoni dwar in-nondiskriminazzjoni; jipproponi li “l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” tiġi sostitwita b’“ugwaljanza bejn il-ġeneri” fit-Trattati kollha; jissottolinja li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi governattivi u konsultattivi tagħhom iridu jkunu komposti b’mod nondiskriminatorju u jirriflettu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità tas-soċjetà;
31. Jitlob protezzjonijiet addizzjonali għall-minoranzi nazzjonali u li l-lingwi reġjonali u minoritarji fl-Unjoni jiġu inklużi fit-Trattati;
Klima u Ambjent
32. Jipproponi li t-tnaqqis tat-tisħin globali u s-salvagwardja tal-bijodiversità jiġu inklużi bħala għanijiet tal-Unjoni; jissuġġerixxi li l-protezzjoni tal-klima u tal-bijodiversità tiżdied mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-Unjoni; jissuġġerixxi l-inklużjoni tas-sostenibbiltà fid-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar is-sajd; jitlob lill-Unjoni tipproteġi l-pedamenti naturali tal-ħajja u tal-annimali, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, kif ukoll tqis ir-riskju li jinqabżu l-limiti planetarji; jitlob li jiġu integrati fit-Trattati l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni li tkompli bl-isforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura globali;
Politika tal-Enerġija
33. Jappella għall-ħolqien ta’ unjoni Ewropea tal-enerġija integrata; jissuġġerixxi li s-sistema tal-enerġija tal-Unjoni trid tkun affordabbli u bbażata fuq l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli u tkun f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali biex jittaffa t-tibdil fil-klima;
Spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja
34. Jipproponi li l-Europol tingħata kompetenzi addizzjonali soġġetti għall-iskrutinju parlamentari; jissuġġerixxi li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-kriminalità ambjentali jiżdiedu mal-oqsma ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE (reati tal-Unjoni); jitlob li l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun irregolat mill-OLP;
Migrazzjoni
35. Jappella għal standards komuni għal viżi u permessi ta’ residenza fit-tul biex jiġu evitati l-bejgħ u l-abbuż taċ-ċittadinanza u r-residenza;
36. Jipproponi li l-politika komuni tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni tissaħħaħ billi jittieħdu miżuri xierqa u meħtieġa biex jiġu żgurati l-monitoraġġ effiċjenti, is-sigurtà u l-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u biex il-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni tqis l-istabbiltà ekonomika u soċjali tal-Istati Membri, il-kapaċità li jissodisfaw id-domandi għall-ħaddiema tas-suq uniku, kif ukoll il-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni, filwaqt li jitqies it-trattament ġust taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi;
Saħħa
37. Jissuġġerixxi li l-Unjoni tistabbilixxi indikaturi komuni għas-sistemi tal-kura tas-saħħa; jipproponi li l-Unjoni tieħu miżuri għan-notifika bikrija, il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa, b’mod partikolari fil-każ ta’ pandemiji, mingħajr ma tipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri protettivi msaħħa fejn dawn ikunu imperattivi;
38. Jitlob lill-Unjoni tieħu miżuri għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-aċċess għal dijanjostika, informazzjoni u kura komuni dwar mard li jittieħed u li ma jitteħidx, inkluż mard rari;
Xjenza u Teknoloġija
39. Jitlob lill-Unjoni tirrispetta u tippromwovi l-libertà akkademika u l-libertà li wieħed iwettaq riċerka xjentifika u jgħallem;
40. Jipproponi li l-Unjoni tfassal strateġija spazjali komuni u taħdem lejn qafas komuni għall-attivitajiet spazjali;
Dispożizzjonijiet Finali
41. Itenni li r-rappreżentanti tas-sħab soċjali tal-Unjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Bank Ċentrali Ewropew, is-soċjetà ċivili tal-Unjoni u l-pajjiżi kandidati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Konvenzjoni;
42. Jitlob li l-proposti kollha għall-emenda tat-Trattati kif annessi hawnhekk jiġu diskussi matul il-Konvenzjoni;
44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-proposti għall-emenda tat-Trattati annessi magħha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI
PROPOSTI GĦAR-REVIŻJONI TAT-TRATTATI
Emenda 1
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Preambolu
Test fis-seħħ
Emenda
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BEJĠJANI, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GRAN BRITTANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-PRESIDENT TAL-UNGERIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAN-NETHERLANDS, IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-IŻVEZJA,
Emenda 2
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 2
Test fis-seħħ
Emenda
L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 3
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontroll tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.
2. L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun żgurat flimkien ma’ politiki komuni fil-qasam tal-fruntieri esterni u ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontroll tal-fruntieri esterni, l-ażil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.
Emenda 4
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli ta’ l-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent. Hija għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.
L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, li għandha bħala għan livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali, u fuq livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent, kif ukoll fuq tnaqqis tat-tisħin globali u l-ħarsien tal-bijodiversità b’mod konformi mal-ftehimiet internazzjonali. Hija għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.
Emenda 5
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.
Hija għandha tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.
Emenda 6
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
Hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.
Hija għandha tirrispetta u tippromwovi r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tiżgura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.
Emenda 7
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. L-Unjoni għandha tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha tkun l-euro.
4. Il-munita tal-Unjoni hija l-euro.
Emenda 8
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
5a. L-Unjoni għandha tipproteġi u tippromwovi l-aċċess għall-edukazzjoni universali u mingħajr ħlas, il-libertà akkademika istituzzjonali u individwali u d-drittijiet tal-bniedem, kif definiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 9
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.
Fuq proposta motivata minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jikkonstata fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi proposta jekk hemmx riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru inkwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skont l-istess proċedura.
Emenda 10
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 7 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jistajikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal- valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.
2. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi proposta ta’ terz tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jew tal-Kummissjoni, jista’ jressaq applikazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2.
Emenda 11
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni wara li tistieden lill-Istat Membru inkwistjoni jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu.
Emenda 12
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidili jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.
Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiddeċiedifi żmien sitt xhur minn dan li jieħu miżuri xierqa. Tali miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-impenji u tal-pagamenti mill-baġit tal-Unjoni, jew is-sospensjoni tal-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati inkluż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern tal-Istat Membru u d-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni li jieħu l-Presidenza tal-Kunsill. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.
Emenda 13
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 10 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika ta’ l-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.
3. Kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tiżgura li jkun hemm strumenti li jippermettu liċ-ċittadini jeżerċitaw dan id-dritt.
Emenda 14
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
3a. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.
Emenda 15
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 10 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ l-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni.
4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-partiti politiċi Ewropej jistgħu jippromwovu, jappoġġaw u jiffinanzjaw attivitajiet għal dawk l-għanijiet.
Emenda 16
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
4a. Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati waqt it-tħejjija ta’ kwalunkwe inizjattiva fl-oqsma tal-politika soċjali, ekonomika u tal-impjiegi.
Emenda 17
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Ċittadini ta’ l-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta’ għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali ta’ l-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati.
Ċittadini tal-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta’ għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kwalunkwe proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni jew il-Parlament Ewropew jistgħu jipproponu att legali bbażat fuq kwalunkwe inizjattiva taċ-ċittadini valida.
Emenda 19
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
4a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet intiżi biex jiggarantixxu t-teħid ta’ deċiżjoni tagħhom u r-rispett tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11.
Emenda 20
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
4a. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi governattivi u konsultattivi tagħha għandhom ikunu komposti b’mod mhux diskriminatorju u jirriflettu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità tas-soċjetà.
Emenda 21
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni. Dawn m’għandhomx jaqbżu l-għadd ta’ seba’ mija u ħamsin, minbarra l-President. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b’mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru m’għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.
Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawn m’għandhomx jaqbżu l-għadd ta’ seba’ mija u ħamsin, minbarra l-President.
Emenda 22
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
2a. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b’mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru ma għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.
Emenda 23
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
2b. Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-kompożizzjoni tiegħu b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji msemmija fil-paragrafi 2 u 2a, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill, li jagixxi b’maġġoranza kwalifikata msaħħa.
Emenda 24
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 15 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsisti mill-Kapijiet ta’ l-Istat jew tal-Gvern ta’ l-Istati Membri, flimkien mal-President tiegħu u mal-President tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għolita’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jipparteċipa fil-ħidma tiegħu.
2. Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsisti mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-Istati Membri, flimkien mal-President tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jipparteċipa fil-ħidma tiegħu.
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 25
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 15 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-Kunsill Ewropew għandu jiltaqa’ darbtejn kull sitt xhur, fuq sejħa mill-President tiegħu. Meta jkun meħtieġ skond l-aġenda, il-membri tal-Kunsill Ewropew jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed ikun assistit minn ministru u, fil-każ tal-President tal-Kummissjoni, minn membru tal-Kummissjoni. Meta s-sitwazzjoni tkun teħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew.
3. Il-Kunsill Ewropew għandu jiltaqa’ darbtejn kull sitt xhur, fuq sejħa mill-President tiegħu. Meta jkun meħtieġ skont l-aġenda, il-membri tal-Kunsill Ewropew jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed ikun assistit minn ministru u, fil-każ tal-President tal-Unjoni Ewropea, minn membru tal-Kummissjoni. Meta s-sitwazzjoni tkun teħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew.
Emenda 26
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 15 – paragrafu 5
Test fis-seħħ
Emenda
5. Il-Kunsill Ewropew għandu jeleġgi l-President tiegħu b’maġġoranza kwalifikata għal perijodu ta’ sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba. F’każijiet ta’ impediment jew ta’ imġieba ħażina serja, l-Kunsill Ewropew jista’ jtemm il-mandat tiegħu skond l-istess proċedura.
5. Il-Kunsill Ewropew għandu jeleġġi l-President tiegħu b’maġġoranza kwalifikata.
Emenda 27
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 15 – paragrafu 6
Test fis-seħħ
Emenda
6. Il-President tal-Kunsill Ewropew:
imħassar
(a) għandu jippresjedi u jmexxi ’l quddiem il-ħidma tal-Kunsill Ewropew;
(b) għandu jassigura t-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew f’koperazzjoni mal-President tal-Kummissjoni, u abbażi tal-ħidma tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali;
(c) għandu jaħdem sabiex jiffaċilita l-koeżjoni u l-konsensus fi ħdan il-Kunsill Ewropew;
(d) għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew.
Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu, fil-livell tiegħu u fil-kapaċità tiegħu, jassigura r-rappreżentanza esterna ta’ l-Unjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Il-President tal-Kunsill Ewropew m’għandux ikollu kariga nazzjonali.
Emenda 28
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru fil-livell ministerjali, li jista’ jimpenja lill-gvern ta’ l-Istat Membru li hu jirrapreżenta u jivvota għalih.
2. Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru, li jistgħu jorbtu lill-gvern tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw u jeżerċitaw id-dritt tal-vot.
Emenda 29
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprovdi mod ieħor.
3. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprevedu maġġoranza sempliċi jew maġġoranza kwalifikata msaħħa.
Emenda 30
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 5
Test fis-seħħ
Emenda
5. Id-dispożizzjonijiet transitorji dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata li għandhom japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2014, kif ukoll dawk li ser ikunu applikabbli bejn l-1 ta’ Novembru 2014 u l-31 ta’ Marzu 2017, għandhom ikunu stabbiliti mill-protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji.
imħassar
Emenda 31
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill jiltaqa’ f’formazzjonijiet differenti, li l-lista tagħhom għandha tkun adottata skond l-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
imħassar
Emenda 32
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali għandu jara li jkun hemm konsistenza fil-ħidma tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill. Huwa għandu jħejji u jassigura s-segwitu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 33
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Barranin għandu jelabora l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni skond il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, u jassigura li l-azzjoni ta’ l-Unjoni tkun konsistenti.
imħassar
Emenda 34
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 7
Test fis-seħħ
Emenda
7. Kumitat ta’ Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandu jkun responsabbli sabiex iħejji l-ħidma tal-Kunsill.
imħassar
Emenda 35
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 16 – paragrafu 8
Test fis-seħħ
Emenda
8. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta’ att leġislattiv. Għal dan l-għan, kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun maqsuma f’żewġ partijiet, li jittrattaw rispettivament id-deliberazzjonijiet dwar l-atti legislattivi ta’ l-Unjoni u l-attivitajiet mhux leġislattivi ta’ l-Unjoni.
8. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta’ att leġiżlattiv.
Emenda 36
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi l-interess ġenerali ta’ l-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Hija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skond dawn it-Trattati. Hija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. Hija għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi. Għandha teżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuzzjoni u amministrazzjoni, skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u ta’ każijiet oħrajn previsti fit-Trattati, hija għandha tassigura r-rappreżentanza esterna ta’ l-Unjoni. Hija għandha tieħu l-inizjattiva għall-programmazzjoni annwali u pluriennali ta’ l-Unjoni sabiex jintlaħqu ftehim interistituzzjonali.
1. L-Eżekuttiv għandu jippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u jieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Għandu jissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet skont dawn it-Trattati. Għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għandu jeżegwixxi l-baġit u jamministra l-programmi. Għandu jeżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuzzjoni u amministrazzjoni, skont il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u ta’ każijiet oħrajn previsti fit-Trattati, għandu jiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni. Għandu jibda l-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-Unjoni sabiex jintlaħqu ftehimiet interistituzzjonali.
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 37
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. L-atti leġislattivi ta’ l-Unjoni ma jistgħux jiġu adottati ħlief fuq proposta tal-Kummissjoni, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-atti l-oħrajn għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni meta t-Trattati jipprovdu hekk.
2. L-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jistgħu jiġu adottati fuq proposta tal-Eżekuttiv, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. Atti oħrajn għandhom jiġu adottati abbażi ta’ proposta tal-Eżekuttiv meta t-Trattati jipprovdu hekk.
Emenda 38
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-mandat tal-Kummissjoni għandu jkun ta’ ħames snin.
3. Il-mandat tal-Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin.
Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u ta’ l-impenn Ewropew tagħhom u minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom.
Il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u tal-impenn Ewropew tagħhom u minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b’indipendenza totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-membri tal-Kummissjoni la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu. Huma għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-funzjonijiet tagħhom jew mat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
L-Eżekuttiv għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu b’indipendenza totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(2), il-membri tal-Eżekuttiv la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu. Huma għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-funzjonijiet tagħhom jew mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
Emenda 39
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Il-Kummissjoni maħtura bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-31 ta’ Ottubru 2014, għandha tkun magħmula minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tagħha.
imħassar
Emenda 40
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 6
Test fis-seħħ
Emenda
6. Il-President tal-Kummissjoni għandu:
6. Il-President tal-Eżekuttiv għandu:
(a) jistabbilixxi l-linji gwida li fuqhom għandha taħdem il-Kummissjoni;
(a) jistabbilixxi l-linji gwida li fuqhom għandu jaħdem l-Eżekuttiv;
(b) jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kolleġġjalità ta’ l-azzjoni tagħha;
(b) jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Eżekuttiv, sabiex jiżgura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kolleġġjalità tal-azzjoni tiegħu;
(c) jaħtar Viċi-Presidenti, barra r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, minn fost il-membri tal-Kummissjoni.
(c) jaħtar Viċi Presidenti, barra s-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika, minn fost il-membri tal-Eżekuttiv.
Membru tal-Kummissjoni għandu jirriżenja jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President. Ir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jirriżenja, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President.
Membru tal-Eżekuttiv għandu jirriżenja jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President. Is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika għandhom jirriżenjaw, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(1), jekk jiġu mitluba jagħmlu hekk mill-President.
Emenda 41
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 7
Test fis-seħħ
Emenda
7. Waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta’ President tal-Kummissjoni. Dan il-kandidat għandu jkun elett mill-Parlament Ewropew b’maġgoranza tal-membri tiegħu. Jekk dan ma jiksibx il-maġġoranza, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu fi żmien xahar jipproponi kandidat ġdid li għandu jiġi elett mill-Parlament Ewropew skond l-istess proċedura.
7. Wara l-elezzjonijiet Ewropej,il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, għandu jinnomina għall-Kunsill Ewropew kandidat għall-funzjoni ta’ President tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu. Jekk il-kandidat nominat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, għandu fi żmien xahar jinnomina kandidat. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
Il-Kunsill, bi ftehim komuni mal-President elett, għandu jadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jaħtar bħala membri tal-Kummissjoni. Huma għandhom jintgħażlu abbażi ta’ suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri, skond il-kriterji previsti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.
Il-President elett għandu jipproponi lista ta’ kandidati għall-ħatra bħala membri tal-Eżekuttiv. Huma għandhom jintgħażlu skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 3 u 5.
Il-President, ir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni għandhom ikunu suġġetti bħala grupp għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Abbażi ta’ din l-approvazzjoni l-Kummissjoni għandha tinħatar mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Il-President, is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Eżekuttiv għandhom ikunu soġġetti kollettivament għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Abbażi ta’ din l-approvazzjoni l-Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi.
Emenda 42
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 17 – paragrafu 8
Test fis-seħħ
Emenda
8. Il-Kummissjoni bħala grupp għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista’ jadotta mozzjoni ta’ ċensura tal-Kummissjoniskond l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Jekk tali mozzjoni tkun adottata, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jirriżenja mill-funzjonijiet li jeżerċita fi ħdan il-Kummissjoni.
8. L-Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista’ jadotta mozzjoni ta’ ċensura kollettiva tal-Eżekuttiv jew mozzjoni ta’ ċensura individwali ta’ membru tal-Eżekuttiv skont l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk mozzjoni ta’ ċensura kollettiva tkun adottata, il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jirriżenjaw kollettivament.Jekk mozzjoni ta’ ċensura individwali tkun adottata, il-President tal-Eżekuttiv għandu jikkunsidra li jitlob li l-membru tal-Eżekuttiv ikkonċernat jirriżenja.Jekk il-President jiddeċiedi li ma jitlobx lill-membru jirriżenja, l-Eżekuttiv ikollu jiġi kkonfermat mill-ġdid kollettivament skont il-proċedura fil-paragrafu 7(3).
Emenda 43
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
3a. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tissorvelja l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tista’ tagħti deċiżjonijiet preliminari dwar jekk l-Unjoni aġixxietx ultra vires, kif ukoll tindirizza azzjonijiet imressqa skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Emenda 44
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a
Test fis-seħħ
Emenda
(a) tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha;
Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Istati Membri, skond it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma’ l-Artikolu 40 ta’ dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta’ ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 275 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni hija soġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’maġġoranza kwalifikata, wara li jiksbu l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni għandha titwettaq mis-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Istati Membri, skont it-Trattati. Ir-rwol speċifiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huwa definit mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Emenda 46
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 29
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-atteġġament ta’ l-Unjoni lejn materja partikolari ta’ natura ġeografika jew tematika. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-linji tal-politika nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-pożizzjonijiet ta’ l-Unjoni.
Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-atteġġament tal-Unjoni lejn materja partikolari ta’ natura ġeografika jew tematika. Meta deċiżjoni tipprevedi l-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjali jew għalkollox, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni.
Emenda 47
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 31 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’mod unanimu, ħlief fil-każijiet fejn dan il-kapitolu jipprovdi mod ieħor. L-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandha tkun eskluża.
1. Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’maġġoranza kwalifikata. L-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi għandha tkun eskluża.
Meta jastjeni minn xi vot, kull membru tal-Kunsill jista’ jikkwalifika l-astensjoni tiegħu billi jagħmel dikjarazzjoni formali skond dan is-subparagrafu. F’dak il-każ, hu ma jkunx obligat li japplika dik id-deċiżjoni, imma għandu jaċċetta li dik id-deċiżjoni tikkommetti lill-Unjoni. Fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, l-Istat Membru kkonċernat għandu joqgħod lura minn xi azzjoni li aktarx toħloq kunflitt ma’, jew tostakola l-azzjoni ta’ l-Unjoni li tkun ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jirrispettaw il-pożizzjoni tiegħu. Jekk il-membri tal-Kunsill li jikkwalifikaw l-astensjoni tagħhom b’dan il-mod jirrappreżentaw mill-inqas terz ta’ l-Istati Membri li jinkludu mill-inqas terz tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni, id-deċiżjoni m’għandhiex tiġi adottata.
Emenda 48
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 31 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata:
– meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta’ l-Unjoni abbażi ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta’ l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 22(1);
— meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta’ l-Unjoni, fuq proposta preżentata mir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà wara talba speċifika lilu mill-Kunsill Ewropew fuq inizjattiva ta’ dan stess jew fuq dik tar-Rappreżentant Għoli;
– meta jadotta xi deċiżjoni li timplimenta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta’ l-Unjoni;
– meta jinħatar rappreżentant speċjali skond l-Artikolu 33.
Jekk membru tal-Kunsill jiddikjara li, minħabba raġunijiet vitali u indikati ta’ politika nazzjonali, hu jkollu l-intenzjoni li jopponi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħudha b’maġġoranza kwalifikata, il-vot m’għandux jittieħed. Ir-Rappreżentant Għoli jfittex, b’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-Istat Membru kkonċernat, soluzzjoni aċċettabbli għal dan ta’ l-aħħar. Fin-nuqqas ta’ riżultat, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni b’unanimità.
Membru tal-Kunsill jista’ jitlob li, minħabba raġunijiet vitali u ddikjarati ta’ politika nazzjonali, il-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew.
Emenda 49
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 31 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-Kunsill Ewropew jista’, b’mod unanimu, jadotta deċiżjoni li tipprevedi li l-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata f’każijiet oħra minbarra dawk previsti fil-paragrafu 2.
imħassar
Emenda 50
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 31 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.
imħassar
Emenda 51
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 42 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni għandha tkun parti integrali mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni. Din għandha tipprovdi lill-Unjoni b’kapaċità operattiva billi tagħmel użu minn riżorsi ċivili u militari. L-Unjoni tista’ tużahom f’missjonijiet barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta’ konflitti u sabiex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu permezz tal-kapaċitajiet provduti mill-Istati Membri.
1. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni għandha tkun parti integrali mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni. Din għandha tippermetti lill-Unjoni tiddefendi lill-Istati Membri kontra t-theddid. Din għandha tipprovdi lill-Unjoni b’kapaċità operattiva billi tagħmel użu minn riżorsi ċivili u militari. L-Unjoni tista’ tużahom f’missjonijiet barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta’ konflitti u sabiex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, inklużi l-akkwist u l-iżvilupp ta’ armamenti, għandha tiġi ffinanzjata mill-Unjoni permezz ta’ baġit speċifiku li fir-rigward tiegħu l-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur u jeżerċita funzjoni ta’ skrutinju.
Emenda 52
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 42 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Unjoni l-kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Kunsill. Dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu forzi multinazzjonali flimkien jistgħu wkoll jagħmluhom disponibbli għall-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni.
3. L-Unjoni għandha tistabbilixxi Unjoni tad-Difiża b’kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni. Dik l-Unjoni tad-Difiża għandha tinkludi unitajiet militari, inkluża kapaċità permanenti ta’ skjerament rapidu, taħt il-kmand operattiv tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kapaċitajiet addizzjonali. Dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu forzi multinazzjonali flimkien jistgħu wkoll jagħmluhom disponibbli għall-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni.
L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex itejbu progressivament il-kapaċitajiet militari tagħhom. L-Aġenzija fil-qasam ta’ l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża, tar-riċerka, ta’ l-akkwist u ta’ l-armamenti (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża’) tidentifika l-ħtiġijiet operattivi, tippromwovi l-miżuri li jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet, tikkontribwixxi sabiex tidentifika u, fejn ikun meħtieġ, timplimenta kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, tipparteċipa sabiex tidentifika politika Ewropea dwar kapaċitajiet u armamenti u tassisti lill-Kunsill fil-valutazzjoni tat-titjib tal-kapaċitajiet militari.
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex itejbu progressivament il-kapaċitajiet militari tagħhom. L-Aġenzija fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża, tar-riċerka, tal-akkwist u tal-armamenti (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża”) għandha tidentifika l-ħtiġijiet operattivi, għandha timplimenta l-miżuri li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet, għandha takkwista armamenti f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, għandha tipparteċipa fid-definizzjoni ta’ politika Ewropea tal-kapaċitajiet u tal-armamenti, u għandha tevalwa t-titjib tal-kapaċitajiet militari.
Emenda 53
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 42 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, inklużi dawk li jibdew missjoni kif previst f’dan l-Artikolu, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’mod unanimu, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew fuq inizjattiva minn Stat Membru. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jipproponi li juża kemm riżorsi nazzjonali kif ukoll strumenti ta’ l-Unjoni, flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq.
4. Id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tas-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew fuq inizjattiva ta’ Stat Membru, u wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jista’ jipproponi li juża kemm riżorsi nazzjonali kif ukoll strumenti tal-Unjoni, flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq.
4a. Id-deċiżjonijiet li jibdew missjonijiet għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.Il-Parlament għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu.
Emenda 55
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 42 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk Stat Membru jkun il-vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħra jkunu obbligatijtuh l-għajnuna u l-assistenza permezz tal-mezzi kollha li jista’ jkollhom, skond l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan m’għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri.
Jekk Stat Membru jkun il-vittma ta’ aggressjoni, l-Unjoni tad-Difiża u l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu li jagħtuh l-għajnuna u l-assistenza permezz tal-mezzi kollha li jista’ jkollhom, skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Attakk armat fuq Stat Membru wieħed għandu jitqies bħala attakk fuq l-Istati Membri kollha. Dan m’għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri.
Emenda 56
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 43 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-missjonijiet previsti fl-Artikolu 42, li matulhom l-Unjoni tista’ tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu operazzjonijiet konġunti ta’ diżarm, missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, missjonijiet ta’ għoti ta’ pariri u ta’ assistenza fi kwistjonijiet militari, missjonijiet ta’ prevenzjoni ta’ konflitti u taż-żamma tal-paċi, missjonijiet ta’ forzi ta’ kumbattiment fl-immaniġġar ta’ kriżijiet, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-konflitti. Dawn il-missjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.
1. Il-missjonijiet previsti fl-Artikolu 42(1), li matulhom l-Unjoni tista’ tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu l-ġlieda kontra t-theddid u l-gwerer ibridi, ir-rikatt enerġetiku, it-theddid ċibernetiku, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi, operazzjonijiet konġunti ta’ diżarm, missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, missjonijiet ta’ għoti ta’ pariri u ta’ assistenza fi kwistjonijiet militari, missjonijiet ta’ prevenzjoni ta’ konflitti u taż-żamma tal-paċi, missjonijiet ta’ forzi ta’ kumbattiment fl-immaniġġar ta’ kriżijiet, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-konflitti. Dawn il-missjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.
Emenda 57
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta’ metodi ta’ akkwist effettivi u kompatibbli;
(b) takkwista armamenti għall-Unjoni tad-Difiża u f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta’ metodi ta’ akkwist effettivi u kompatibbli;
Emenda 58
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c
Test fis-seħħ
Emenda
(c) tipproponi proġetti multilaterali sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi f’termini ta’ kapaċitajiet militari, u tassigura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ koperazzjoni;
(c) tipproponi u tmexxi proġetti multilaterali sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi f’termini ta’ kapaċitajiet militari, u tiżgura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ kooperazzjoni;
Emenda 59
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 45 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw fiha. Il-Kunsill, li jaġixxib’maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli ta’ funzjonament ta’ l-Aġenzija. Din id-deċiżjoni għandha tikkunsidra l-livell ta’ parteċipazzjoni effettiva fl-attivitajiet ta’ l-Aġenzija. Għandhom jiġu stabbiliti fl-Aġenzija gruppi speċifiċi li jiġbru flimkien Stati Membri involuti fi proġetti konġunti. L-Aġenzija għandha twettaq il-missjonijiet tagħha flimkien mal-Kummissjoni meta meħtieġ.
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli ta’ funzjonament tal-Aġenzija.
Emenda 60
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 46 – paragrafu 6
Test fis-seħħ
Emenda
6. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-koperazzjoni strutturata permanenti, minbarra dawk previsti fil-paragrafi 2 sa 5, għandhom jiġu adottati b’mod unanimu. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-unanimità għandha tkun magħmula biss mill-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri parteċipanti.
6. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti, minbarra dawk previsti fil-paragrafi 2 sa 5, għandhom jiġu adottati b’maġġoranza kwalifikata. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, dik il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun magħmula biss mill-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti, b’mod konformi mar-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Emenda 61
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 48 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.
2. Il-gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew immedjatament u mingħajr deliberazzjoni, u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.
Il-Parlament Ewropew għandu jitqies li jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għall-emendi għat-Trattati meta maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu jivvutaw biex jagħmlu dan.
Emenda 63
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 48 – paragrafu 5
Test fis-seħħ
Emenda
5. Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta’ Trattat li jemenda t-Trattati, erba’ minn ħamsa ta’ l-Istati Membri jkunu rratifikaw it-Trattat imsemmi u Stat Membru wieħed jew iktar ikun iltaqa’ ma’ diffikultajiet għar-ratifika, l-kwistjoni għandha titressaq lill-Kunsill Ewropew.
5. Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta’ trattat li jemenda t-Trattati, anqas minn erbgħa minn kull ħamsa tal-Istati Membri jkunu rratifikawh, il-kwistjoni għandha titressaq lill-Kunsill Ewropew.
Emenda 64
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 48 – paragrafu 7 – subparagrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.
Għall-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.
Emenda 65
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 49 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-tibdil li jkollu jsir fit-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, minħabba f’dan id-dħul għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Istat applikant. Dan il-ftehim għandu jiġi ppreżentat għar-ratifika mill-Istati Kontraenti kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Il-kondizzjonijiet tad-dħul u t-tibdil li jkollu jsir fit-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, minħabba f’dan id-dħul għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Istat applikant. Dan il-ftehim għandu jiġi ppreżentat għar-ratifika mill-Istati Kontraenti kollha skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikomplu jirrispettaw il-valuri msemmija fl-Artikolu 2 wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni.
Emenda 66
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 52 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, Ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renjuta’ l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
1. It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja.
Emenda 67
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Artikolu 54 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta’ ratifika kollha jkunu ġew depożitati, jew fin-nuqqas, fl-ewwel ġurnata tax-xahar li jiġi wara li jkun depożitat l-istrument ta’ ratifika mill-aħħar Stat firmatarju li jagħmel dan il-pass.
2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara li jkun depożitat l-istrument ta’ ratifika mill-gvernijiet ta’ erbgħa minn kull ħamsa tal-Istati Membri.
Emenda 68
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Preambolu
Test fis-seħħ
Emenda
IL-MAESTA’ TIEGĦU IR-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA TAGĦHA REALI L-GRAN DUKESSA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-PRESIDENT TAL-UNGERIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAN-NETHERLANDS, IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-IŻVEZJA,
Emenda 69
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. L-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f’att leġislattiv ta’ l-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista’ tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta’ l-applikazzjoni tagħhom.
2. L-Unjoni għandu jkollha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali, inkluż fil-kuntest ta’ negozjati globali dwar it-tibdil fil-klima, meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f’att leġiżlattiv tal-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista’ tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.
Emenda 70
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e
Test fis-seħħ
Emenda
(e) l-ambjent,
(e) il-kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika, b’mod partikolari l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment fir-rigward ta’ theddid transfruntier għas-saħħa, inkluż l-aċċess universali u sħiħ għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u l-approċċ “Saħħa Waħda”;
(j) l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-politika tal-fruntieri esterni;
Emenda 73
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt k
Test fis-seħħ
Emenda
(k) l-interessi komuni ta’ sigurtà f’materji ta’ saħħa pubblika, għall-aspetti definiti f’dan it-Trattat.
(k) l-affarijiet barranin, is-sigurtà esterna u d-difiża;
Emenda 74
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(ka) il-protezzjoni ċivili;
Emenda 75
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt kb (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(kb) l-industrija;
Emenda 76
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt kc (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(kc) l-edukazzjoni, speċjalment meta tikkonċerna kwistjonijiet tranżnazzjonali bħar-rikonoxximent reċiproku ta’ lawrji, gradi, ħiliet u kwalifiki.
Emenda 77
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 6 – punt a
Test fis-seħħ
Emenda
(a) il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem;
imħassar
Emenda 78
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 6 – punt e
Test fis-seħħ
Emenda
(e) l-edukazzjoni, il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;
(e) il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;
Emenda 79
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 6 – punt f
Test fis-seħħ
Emenda
(f) il-protezzjoni ċivili;
imħassar
Emenda 80
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 8
Test fis-seħħ
Emenda
Fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.
Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 81
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 9
Test fis-seħħ
Emenda
Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tiżgura li l-progress soċjali jkun ankrat fi protokoll soċjali.
L-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, kif ukoll mal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet kollettivi demokratiċi tat-trade unions.
Emenda 82
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 10
Test fis-seħħ
Emenda
Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali, etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
Emenda 83
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 11
Test fis-seħħ
Emenda
Il-ħtiġijiet għall-ħarsien ta’ l-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet ta’ l-Unjoni,partikolarment bl-għan li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli.
Il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent, il-klima u l-bijodiversità għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jippromwovu żvilupp sostenibbli.
Emenda 84
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 5
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jassiguraw il-pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar il-proċeduri leġislattiviskond il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament imsemmi fit-tieni subparagrafu.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar il-proċeduri leġiżlattivi, inklużi l-pożizzjonijiet tal-membri tagħhom kif ukoll il-proposti u l-emendi għat-testi leġiżlattivi li jiffurmaw parti mill-proċess leġiżlattiv normali, skont il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament imsemmi fit-tieni subparagrafu.
Emenda 85
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 19 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxiunanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-disabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali.
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnhom lill-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jieħdu azzjoni xierqa biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali, etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali,id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
Emenda 86
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 19 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. B’ deroga għall-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi għal miżuri ta’ inċentiva ta’ l-Unjoni, b’esklużjoni ta’ kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri, bl-għan li jappoġġja azzjoni ta’ l-Istati Membri meħuda sabiex jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
imħassar
Emenda 87
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
2a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fskont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet komuni dwar il-prevenzjoni tal-bejgħ ta’ passaporti, jew abbużi oħra rigward l-akkwist u t-telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bl-għan li jiġu approssimati l-kundizzjonijiet skont liema tista’ tinkiseb tali ċittadinanza.
Emenda 88
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 22 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Kull ċittadin ta’ l-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skond arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxiunanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew; dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun meħtieġ minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.
1. Kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skont arranġamenti dettaljati adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.Dawk l-arranġamenti jistgħu jipprevedu derogi fejn ikun meħtieġ minħabba problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.
Emenda 89
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 22 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 223 u għad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, kull ċittadin ta’ l-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza, ikollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skond arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxiunanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew; dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun meħtieġ minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 223(1) u għad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza, ikollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skont arranġamenti dettaljati adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Emenda 90
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 23 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill, li jaġixxiskond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta direttivi li jistabbilixxu l-miżuri ta’ koordinazzjoni u ta’ koperazzjoni meħtieġa sabiex jiffaċilitaw din il-protezzjoni.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw direttivi li jistabbilixxu l-miżuri ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni meħtieġa sabiex jiffaċilitaw din il-protezzjoni.
Emenda 91
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 24 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta’ Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta’ Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha.
Emenda 92
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 24a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 24a
L-Unjoni għandha tipproteġi l-persuni li jappartjenu għal minoranzi, b’mod konformi mal-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi. L-Unjoni għandha taderixxi għall-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali.
Emenda 93
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 26 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
2. Is-suq intern għandu jinkludi żona bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ persuni, merkanzija, servizzi u kapital huwa żgurat fl-Istati Membri kollha u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
Emenda 94
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 43 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.
3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet sostenibbli tas-sajd.
Emenda 95
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 64 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill biss, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’unanimità u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt ta’ l-Unjoni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill biss, li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, b’maġġoranza kwalifikata u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.
Emenda 96
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 67 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. L-Unjoni għandha tassigura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni u għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, l-immigrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri esterni ibbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta lejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għall-finijiet ta’ dan it-titolu, persuni apolidi għandhom jiġu trattati bħala ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
2. L-Unjoni għandha tiżgura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni u għandha tiżviluppa politika komuni dwar il-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni, ibbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta fil-konfront taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għall-finijiet ta’ dan it-titolu, persuni apolidi għandhom jiġu trattati bħala ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Emenda 97
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 70
Test fis-seħħ
Emenda
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 258, 259 u 260, il-Kunsilljista’, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti li permezz tagħhom l-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu valutazzjoni oġġettiva u imparzjali ta’ l-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-Unjoni prevista f’dan it-Titolu mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, b’mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu informati bil-kontenut u bir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 258, 259 u 260, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadottaw miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti li permezz tagħhom l-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu valutazzjoni oġġettiva u imparzjali tal-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni prevista f’dan it-Titolu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, b’mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu informati bil-kontenut u bir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni.
Emenda 98
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 77 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(da) kwalunkwe miżura meħtieġa u proporzjonata biex tiżgura l-monitoraġġ effiċjenti, is-sigurtà u l-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, kif ukoll ir-ritorn effettiv ta’ dawk li m’għandhomx id-dritt jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni;
Emenda 99
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 77 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Jekk jidher li tkun meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt, previst fl-Artikolu 20(2)(a) u biss jekk it-Trattati jkunu pprovdew is-setgħat meħtieġa, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista’ jadotta dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti, il-karti ta’ l-identità, il-permessi ta’ residenza jew kwalunkwe dokument ieħor relatat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
3. Jekk jidher li tkun meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt previst fl-Artikolu 20(2)(a), u jekk it-Trattati ma jkunux ipprovdew is-setgħat meħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti, il-karti tal-identità, il-permessi ta’ residenza jew kwalunkwe dokument ieħor relatat.
Emenda 100
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 78 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. F’każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza karatterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju ta’ l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
3. F’każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza karatterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju tal-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew wara li jikkonsulta miegħu.
Emenda 101
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 79 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta’ immigrazzjoni maħsuba sabiex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b’ saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.
1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta’ immigrazzjoni li tqis l-istabbiltà ekonomika u soċjali tal-Istati Membri u maħsuba sabiex tiżgura, fl-istadji kollha, il-kapaċità li jiġu ssodisfati d-domandi għall-ħaddiema tas-suq uniku b’appoġġ għas-sitwazzjoni ekonomika fl-Istati Membri, kif ukoll l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda msaħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.
Emenda 102
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt a
Test fis-seħħ
Emenda
(a) il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza, kif ukoll l-istandards dwar il-ħruġ minn Stati Membri ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal żmien twil, inklużi dawk sabiex terġa’ tingħaqad il-familja;
(a) il-kondizzjonijiet minimi għad-dħul, ir-residenza u l-istandards minimi għall-ħruġ minn Stati Membri ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal żmien twil, inklużi dawk sabiex terġa’ tingħaqad il-familja;
Emenda 103
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
B’deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri dwar il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfinali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li skond il-proċedura leġislattiva speċjali. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
B’deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri dwar il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxuskont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Emenda 104
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, jista’ jadotta deċiżjoni li tiddetermina dawk l-aspetti tal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfinali li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ atti adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, jistgħu jadottaw, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, deċiżjoni li tiddetermina dawk l-aspetti tal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Emenda 105
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Il-proposta prevista fit-tieni subparagrafu għandha tintbagħat lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk Parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta’ tali notifika, id-deċiżjoni m’għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni, il-Kunsill jista’ jadotta din id-deċiżjoni.
imħassar
Emenda 106
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 83 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Dawn l-oqsma ta’ kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, it-traffikar illeċitu ta’ droga, it-traffiku illeċitu ta’ armi, il-money laundering, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata.
Dawn l-oqsma ta’ kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-kriminalità ambjentali, it-traffikar illeċitu ta’ droga, it-traffikar illeċitu ta’ armi, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata.
Emenda 107
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 83 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Abbażi ta’ l-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista’ jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f’dan il-paragrafu. Huwa għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, u l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata msaħħa kif definita fl-Artikolu 16(4b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistgħu jidentifikaw oqsma oħra ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f’dan il-paragrafu.
Emenda 108
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 86 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Sabiex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni,il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista’ jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust. Il-Kunsill għandujaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
1. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust għandu jiġġieled ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-funzjonament tiegħu.
Fin-nuqqas ta’ unanimità, grupp magħmul minn mill-anqas disa’ Stati Membri jista’ jitlob li l-abbozz ta’ regolament jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F’dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta’ konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba’ xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.
Fl-istess perijodu ta’ żmien, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, u jekk mill-inqas disa’ Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa abbażi ta’ l-abbozz ta’ regolament konċernat, Dawn għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, l-awtorizzazzjoni sabiex jipproċedu b’koperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 20(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 329(1) ta’ dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw d-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni msaħħa.
Emenda 109
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 86 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Il-Kunsill Ewropew jista’, fl-istess ħin jew wara, jadotta deċiżjoni li temenda l-paragrafu 1 sabiex twessa’ l-kompetenzi ta’ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità serja b’dimensjoni transkonfinali u li konsegwentement temenda l-paragrafu 2 fir-rigward ta’ l-awturi u l-kompliċi ta’ reati serji li jolqtu lil aktar minn Stat Membru wieħed. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.
4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu, fl-istess ħin jew sussegwentement, jadottaw deċiżjoni li temenda l-paragrafu 1 sabiex jitwessgħu l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jinkludu l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera u konsegwentement jiġi emendat il-paragrafu 2 fir-rigward tal-awturi u l-kompliċi ta’ reati serji li jolqtu lil aktar minn Stat Membru wieħed.
Emenda 110
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 87 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill, li jaġixxiskond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista’ jistabbilixxi miżuri dwar il-koperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet imsemmija f’dan l-Artikolu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar il-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet imsemmija f’dan l-Artikolu.
Emenda 111
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 87 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Fin-nuqqas ta’ unanimità, grupp magħmul minn mill-anqas disa’ Stati Membri jista’ jitlob li l-abbozz ta’ miżuri jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F’dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta’ konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba’ xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.
Grupp magħmul minn mill-anqas disa’ Stati Membri jista’ jitlob li l-abbozz ta’ miżuri jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F’dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta’ konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba’ xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.
Emenda 112
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 108 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement ma’ l-Istati Membri is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn ta’ l-aħħar kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq intern.
1. Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina kostantement is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati, filwaqt li tirrispetta l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Hija għandha tipproponi lil dawn l-Istati Membri kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv, għat-twettiq ta’ dawn l-objettivi jew għall-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 113
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 115
Test fis-seħħ
Emenda
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq intern.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħorġu direttivi għall-approssimazzjoni ta’ tali liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment tas-suq intern.
Emenda 114
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 119 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-attivitajiet ta’ l- Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinkludu, kif provdut fit-Trattati, l-adozzjoni ta’ politika ekonomika li tkun ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib tal-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri, fuq is-suq intern kif ukoll fuq id-definizzjoni ta’għanijiet komuni, u li tkun immexxija skond il-prinċipji ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera.
1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-attivitajiet tal-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinkludu, kif provdut fit-Trattati, l-adozzjoni ta’ politika ekonomika li tkun ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, fuq is-suq intern kif ukoll fuq id-definizzjoni ta’ objettivi komuni, u mwettqa f’konformità mal-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera li għandha bħala għan il-ksib ta’ livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali.
Emenda 115
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 121 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jifformola abbozz għal-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri u ta’ l-Unjoni, u għandu jirrapporta r-riżultati lill-Kunsill Ewropew.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsultaw is-sħab soċjali, jifformolaw abbozz għal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati tiegħu lill-Kunsill Ewropew.
Emenda 116
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 121 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Fuq il-bażi ta’ din il-konklużjoni, il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjoni li tistipula dawn il-linji direttivi ġenerali. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjoni tiegħu.
Fuq il-bażi ta’ din il-konklużjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw rakkomandazzjoni li tistipula dawn il-linji direttivi ġenerali.
Emenda 117
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 121 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Sabiex jiżgura koordinazzjoni aktar stretta tal-linji ta’ politika ekonomika u l-konverġenża kontinwa fl-attività ekonomika ta’ l-Istati Membri, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta’ rapporti preżentati mill-Kummissjoni, jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f’kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konformità ta’ kull politika ekonomika mal-linji direttivi ġenerali imsemmijja fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmel stima komplessiva regolarment.
Sabiex jiżguraw koordinazzjoni aktar stretta tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza kontinwa fl-attivitajiet ekonomiċi tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq il-bażi ta’ rapporti preżentati mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, jissorveljaw l-iżviluppi ekonomiċi f’kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konsistenza tal-politiki ekonomiċi mal-linji direttivi ġenerali msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmlu valutazzjoni komplessiva regolarment.
Emenda 118
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 121 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta’ Stat Membru mhijiex konformi mal-linji direttivi ġenerali previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li tipperikola l-funzjonament xieraq ta’ l-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill jista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politiki ekonomiċi ta’ Stat Membru mhumiex konformi mal-linji direttivi ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li jipperikolaw il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jista’ jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedu li jippubblikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.
Emenda 119
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 122 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Mingħajr preġudizzju għal proċeduri oħrajn provduti fit-Trattati, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, b’mod partikolari jekk ikun hemm diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti, b’mod partikolari fil-qasam ta’ l-enerġija.
imħassar
Emenda 120
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 122 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Meta Stat Membru jsib ruħu f’diffikultajiet jew ikun mhedded b’diffikultajiet serji kkawżati min diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali li fuqhom ma jkollux kontroll, il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, jagħti għajnuna finanzjarja lill-Istat Membru konċernat. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma l-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.
imħassar
Emenda 121
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 126 – paragrafu 1a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u ta’ sigurtà Ewropej.
Emenda 122
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 126 – paragrafu 14 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, jadotta d-dispożizzjonijiet approprijati li mbagħad għandhom jieħdu post il-Protokoll imsemmi.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet xierqa li mbagħad għandhom jissostitwixxu l-Protokoll imsemmi.
Emenda 123
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 126 – paragrafu 14 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-paragrafu il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, joħroġ regoli u definizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmi Protokoll.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-paragrafu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom, fuq proposta tal-Kummissjoni jistabbilixxu regoli u definizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi.
Emenda 124
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 148 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-Kunsill Ewropew għandu kull sena jikkonsidra il-qagħda ta’ l-impjieg fl-Unjoni u jadotta konklużjonijiet dwarhom, fuq il-bażi ta’ rapport konġunt annwali mill-Kunsill u l-Kummissjoni.
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew għandhom kull sena jikkunsidraw il-qagħda tal-impjiegi fl-Unjoni u jadottaw konklużjonijiet dwarha, fuq il-bażi ta’ rapport annwali tal-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 3.
Emenda 125
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 148 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat ta’ l-Impjieg imsemmi fl-Artikolu 150, għandu kull sena jħejji linji ta’ gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu konsistenti mal-linji ta’ gwida ġenerali adottati skond l-Artikolu 121(2).
2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat tal-Impjiegi msemmi fl-Artikolu 150, għandhom kull sena jħejju linji gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politiki tagħhom tal-impjiegi. Dawn il-linji gwida għandhom jikkomplementaw il-linji gwida ġenerali adottati skont l-Artikolu 121(2) u għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet inklużi fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2017 fis-Summit ta’ Gothenburg.
Emenda 126
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 148 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħudha għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta’ linji ta’ gwida għall-impjiegi imsemmija fil-paragrafu 2.
3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħuda għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta’ linji gwida għall-impjiegi msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 127
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 148 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti imsemmija fil-paragrafu 3 u wara li jkun irċieva il-kummenti mill-Kumitat ta’ l-Impjieg, għandu kull sena iwettaq eżami dwar l-implementazzjoni tal-politika ta’ l-impjiegi ta’ l-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta’ gwida għall-impjieg. Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista, jekk jikkunsidra li jkun xieraq fid-dawl ta’ dak l-eżami, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.
4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3, għandhom kull sena jwettqu eżami dwar l-implementazzjoni tal-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri fid-dawl tal-linji gwida għall-impjiegi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jistgħu, jekk jikkunsidraw li jkun xieraq fid-dawl ta’ dak l-eżami, jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.
Emenda 128
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 148 – paragrafu 5
Test fis-seħħ
Emenda
5. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ dak l-eżami, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu rapport konġunt annwali lill-Kunsill Ewropew dwar il-qagħda ta’ l-Impjieg fl-Unjoni u dwar l-implementazzjoni tal-linji ta’ gwida għall-impjieg.
5. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar il-qagħda tal-impjiegi fl-Unjoni u dwar l-implementazzjoni tal-linji gwida għall-impjiegi.
Emenda 129
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 151 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta’Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità ta’ l-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni ta’ l-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.
L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea riveduta li kienet iffirmata fi Strażburgu fit-3 ta’Mejju 1996, fil-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ impjiegi li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.
Emenda 130
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 151 – paragrafu 1a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-progress soċjali u r-relazzjoni bejn id-drittijiet soċjali fundamentali u politiki oħra tal-Unjoni għandhom jiġu definiti fi protokoll dwar il-Progress Soċjali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati.
Emenda 131
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(ba) it-tranżizzjoni ġusta u l-antiċipazzjoni tat-tibdil;
Emenda 132
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt e
Test fis-seħħ
Emenda
(e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;
(e) l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema;
Emenda 133
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt i
Test fis-seħħ
Emenda
(i) l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;
(i) il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri rigward l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;
Emenda 134
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt j
Test fis-seħħ
Emenda
(j) il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;
(j) il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-appoġġ tal-akkomodazzjonisoċjali;
Emenda 135
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kondizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar u medji.
(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (k), permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kundizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
Emenda 136
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 c), d), f) u g), il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’ mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitati msemmija.
imħassar
Emenda 137
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jiddeċiedi li l-proċedura leġislattiva ordinarja tkun applikabbli għall-paragrafu l d), f) u g).
imħassar
Emenda 138
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 153 – paragrafu 4 – inċiż 1a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
— m’għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet validi biex jitbaxxa l-livell ta’ protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fl-Istati Membri,
Emenda 139
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 157 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, għandu jkun applikat.
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-ġeneru tagħhom, għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, jiġi applikat.
Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:
Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru tfisser:
Emenda 141
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 157 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa f’materji ta’ impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ opportunitajiet indaqs u ugwaljanza bejn il-ġeneri f’materji ta’ impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.
Emenda 142
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 157 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Bl-għan li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament indaqs m’għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat sabiex jfittex attività professjonali jew sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.
4. Bl-għan li tkun żgurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn il-ġeneri fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament indaqs m’għandux jipprevjeni lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għall-ġeneri fid-diversità kollha tagħhom li jkunu anqas rappreżentati biex ifittxu attività professjonali jew biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.
Emenda 143
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 165 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
— l-iżvilupp ta’ objettivi u standards komuni ta’ edukazzjoni li tippromwovi l-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt kif ukoll il-litteriżmu diġitali u ekonomiku;
Emenda 144
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 165 – paragrafu 2 – inċiż 3
Test fis-seħħ
Emenda
— il-promozzjoni ta’ koperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi;
— il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni u koerenza bejn is-sistemi edukattivi filwaqt li jiġu ggarantiti t-tradizzjonijiet kulturali u d-diversità reġjonali;
Emenda 145
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 166 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. L-Unjoni għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissuplimenta l-azzjonita’l-Istati Membri, filwaqt litirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-formazzjoni vokazzjonali.
1. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, jimplimentaw miżuri biex itejbu l-politiki ta’ formazzjoni vokazzjonali, li jieħdu kont tad-diversi forom ta’ prattiki nazzjonali.
Emenda 146
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 166 – paragrafu 2 – inċiż 2
Test fis-seħħ
Emenda
— ittejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tħaffef l-integrazzjoni u r-re-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;
— tiżviluppa standards komuni dwar il-formazzjoni vokazzjonali u ttejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni vokazzjonali u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, u biex iżżid il-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni;
Emenda 147
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 168 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
L-Azzjoni ta’ l-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.
L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u tevita s-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. Tali azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-trażmissjoni tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ u t-twissija bikrija ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih f’konformità ma’ approċċ integrat u unifikat sabiex tiġi bbilanċjata u ottimizzata s-saħħa tan-nies, tal-annimali u tal-ambjent.
Emenda 148
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
(b) miżuri fl-oqsma veterinarji, tat-trattament xieraq tal-annimali u fitosanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
Emenda 149
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(ca) miżuri li jistabbilixxu indikaturi komuni dwar l-aċċess universali u ugwali għal servizzi tal-kura tas-saħħa affordabbli u ta’ kwalità għolja, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;
Emenda 150
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(cb) miżuri għan-notifika bikrija, il-monitoraġġ u l-ġestjoni ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa, b’mod partikolari fil-każ ta’ pandemiji. Dawn il-miżuri m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri protettivi rinfurzati fejn dawn ikunu imperattivi;
Emenda 151
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt cc (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(cc) miżuri għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-aċċess għal dijanjostika komuni, informazzjoni u t-trattament ta’ mard komunikabbli u mard mhux komunikabbli, inkluż mard rari.
Emenda 152
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 179 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u ta’ l-industrija tagħha, kif ukoll li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta’ riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati.
1. L-Unjoni għandu jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġġixxiha tkun aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha, filwaqt li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta’ riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati u tirrispetta u tippromwovi l-libertà akkademika u l-libertà li jitwettqu r-riċerka xjentifika u t-tagħlim.
Emenda 153
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 189 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika Ewropea dwar l-ispazju. Għal dan il-għan, tista’ tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ l-ispazju.
1. Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika u strateġija Ewropea komuni dwar l-ispazju. Għal dan il-għan, tista’ tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-ispazju.
Emenda 154
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 189 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ l-objettivi previsti fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ programm Ewropew dwar l-ispazju, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta’ l-Istati Membri.
2. Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi previsti fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ programm Ewropew dwar l-ispazju, filwaqt li ssir ħidma lejn qafas komuni għall-attivitajiet fl-ispazju u jiġu rratifikati t-trattati internazzjonali eżistenti.
Emenda 155
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 191 – paragrafu -1 (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
-1. Konxja mir-responsabbiltà tagħha fil-konfront tal-ġenerazzjonijiet futuri, l-Unjoni Ewropea, filwaqt li taġixxi skont it-Trattati, għandha tipproteġi l-pedamenti naturali tal-ħajja u tal-annimali bid-dritt tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ azzjoni eżekuttiva u ġudizzjarja.
Emenda 156
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 191 – paragrafu 1 – inċiż 4
Test fis-seħħ
Emenda
— promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.
— promozzjoni ta’ miżuri fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, u l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
Emenda 157
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 191 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-politika ta’ l-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni ta’ l-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.
Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq l-approċċ “saħħa waħda” u fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif ukoll fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas.
Emenda 158
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 191 – paragrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
— ir-riskju li jinqabżu l-limiti planetarji, bl-applikazzjoni ta’ prinċipju ta’ prekawzjoni;
Emenda 159
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 191a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 191a
1. L-Unjoni, f’konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha, għandha tagħmel sforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura globali u taderixxi mal-objettiv li jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra fl-Unjoni kollha biex jinkisbu emissjonijiet negattivi.
2. Fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe abbozz ta’ miżura jew proposta leġiżlattiva, inklużi proposti baġitarji, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tallinja dawk l-abbozzi ta’ miżuri u proposti mal-objettivi msemmija fil-paragrafu 1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta’ allinjament bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta rilevanti.
Emenda 160
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 192 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. B’deroga għall-proċedura ta’ deċizjoni prevista fil-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta:
imħassar
(a) dispożizzjonijiet essenzjalment ta’ natura fiskali;
(b) miżuri li jaffettwaw:
— ippjanar ta’ l-art;
— immaniġġjar kwantitattiv tar-riżorsi ta’ l-ilma, jew dak kollu li jaffettwa, direttament jew indirettament, id-disponibbiltà ta’ dawn ir-riżorsi;
— użu ta’ l-art, bl-eċċezzjoni ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart
(c) miżuri li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-għażla ta’ Stat Membru bejn fonti differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ l-enerġija.
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jista’ jagħmel il-proċedura leġislattiva ordinarja applikabbli għall-oqsma previsti fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 161
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 192 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jadottaw programmi ta’ azzjoni ġenerali li jistabbilixxu objettivi prijoritarji li għandhom jitwettqu.
imħassar
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi għandhom jiġu adottati skond il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew 2, skond il-każ.
Emenda 162
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test fis-seħħ
Emenda
1. Fil-kuntest ta’ l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’ kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib ta’ l-ambjent, il-politika ta’ l-Unjoni fil-qasam ta’ l-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri:
1. Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika komuni tal-enerġija tal-Unjoni għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri:
Emenda 163
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) tassigura s-sigurtà tal-provvista ta’ l-energija fl-Unjoni,
(b) tiżgura s-sigurtà u l-affordabbiltà tal-provvista tal-enerġija għal kulħadd fl-Unjoni;
Emenda 164
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt c
Test fis-seħħ
Emenda
(c) tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu ta’ l-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli; u
(c) tiżgura l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli sabiex tinkiseb sistema tal-enerġija bbażata fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli; u
Emenda 165
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt d
Test fis-seħħ
Emenda
(d) tippromwovi l-interkonnessjoni ta’ netwerks ta’ l-enerġija.
(d) tiżgura l-interkonnessjoni ta’ networks tal-enerġija;
Emenda 166
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
(da) tfassal is-sistema ġenerali tal-enerġija f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 167
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Dawn m’għandhomx jolqtu d-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta’ enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ enerġija tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 192(2)(c).
imħassar
Emenda 168
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 194 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi l-miżuri li huma previsti fih meta dawn ikunu essenzjalment ta’ natura fiskali.
imħassar
Emenda 169
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 206
Test fis-seħħ
Emenda
Permezz ta’ l-istabbiliment ta’ unjoni doganali skond l-Artikoli 28 sa 32, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ l-ostakoli doganali u ta’ xort’ oħra.
Permezz tal-istabbiliment ta’ unjoni doganali skont l-Artikoli 28 sa 32, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji bbażat fuq ir-regoli u multilaterali, għall-abolizzjoni progressiva ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis tal-ostakoli doganali u ta’ xort’oħra filwaqt li tippromwovi, b’mod partikolari, il-valuri demokratiċi, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbiltà fil-politika kummerċjali komuni.
Emenda 170
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta’ bidliet fir-rati tariffarji, il-konklużjoni ta’ ftehim tariffarji u dawk kummerċjali rigward il-kummerċ ta’ merkanzija u ta’ servizzi, u l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, l-investiment barrani dirett, il-kisba ta’ l-uniformità fil-miżuri ta’ liberalizzazzjoni, il-politika dwar l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri għall-protezzjoni tal-kummerċ bħal dawk li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ dumping jew sussidji. Il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi ta’ l-azzjoni esternata’ l-Unjoni.
1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta’ bidliet fir-rati tariffarji, il-konklużjoni ta’ ftehimiet tariffarji u dawk kummerċjali rigward il-kummerċ ta’ merkanzija u ta’ servizzi, u l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, l-investiment barrani, inklużi l-protezzjoni tal-investiment, is-sigurtà ekonomika, il-kisba tal-uniformità fil-miżuri ta’ liberalizzazzjoni, il-politika dwar l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri għall-protezzjoni tal-kummerċ bħal dawk li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ dumping jew sussidji. Il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika.
Emenda 171
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kummissjoni għandha tressaq rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jawtorizzaha sabiex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli sabiex jassiguraw li l-ftehim negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni ta’ l-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li l-ftehimiet negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Unjoni.
Emenda 172
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kummissjoni għandha twettaq dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill sabiex jgħin lill-Kummissjoni f’din il-ħidma u fil-qafas ta’ direttivi li l-Kunsill jista’ jindirizza lilha. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, dwar il-progress tan-negozjati.
Il-Kummissjoni għandha twettaq dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill sabiex jgħin lill-Kummissjoni f’din il-ħidma u fil-qafas ta’ direttivi li l-Kunsill jista’ jindirizza lilha. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u lill-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati.
B’deroga mill-Artikolu 218(5), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw deċiżjoni li tawtorizza l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.
Emenda 174
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Għan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehim previst fil-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Għan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehimiet previsti fil-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi.
Emenda 175
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Għan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehim fl-oqsma tal-kummerċ fis-servizzi u ta’ l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll ta’ l-investiment barrani dirett, il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu fejn tali ftehim jinkludu dispożizzjonijiet li għalihom tkun meħtieġa l-unanimità għall-adozzjoni ta’ regoli interni.
Għan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet fl-oqsma tal-kummerċ fis-servizzi u tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll tal-investiment barrani dirett, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Il-Kunsill għandu wkoll jaġixxi b’mod unanimu għan-negozjati u għall-konklużjoni ta’ ftehim:
Il-Kunsill għandu wkoll jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata għan-negozjati u għall-konklużjoni ta’ ftehim:
Emenda 177
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207 – paragrafu 5a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
5a. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu permanenti għall-monitoraġġ u l-eżami tal-investiment dirett barrani fl-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu jista’ jintuża biex jipproteġi l-interess Ewropew.
Emenda 178
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 218 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Kunsill għandu jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, jadotta direttivi ta’ negozjati, jawtorizza l-iffirmar ta’ ftehim u jikkonkludihom.
2. Il-Kunsill, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, jadotta direttivi ta’ negozjati, jawtorizza l-iffirmar ta’ ftehimiet u jikkonkludihom.
Emenda 179
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 218 – paragrafu 2a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
2a. B’deroga mill-paragrafu 2, għal ftehimiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 207, il-ftuħ tan-negozjati għandu jkun kundizzjonali għall-awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Minbarra meta l-ftehim jikkonċerna esklużivament il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim:
Minbarra meta l-ftehim jikkonċerna esklużivament il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew:
Emenda 181
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 218 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
Test fis-seħħ
Emenda
(a) wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-każijiet li ġejjin:
imħassar
(i) ftehim ta’ assoċjazzjoni;
(ii) ftehim dwar l-adeżjoni ta’ l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;
(iii) ftehim li jistabbilixxi qafas istituzzjonali speċifiku permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ koperazzjoni;
(iv) ftehim b’implikazzjonijiet baġitarji importanti għall-Unjoni;
(v) ftehim li jkopri l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġislattiva ordinarja jew il-proċedura leġislattiva speċjali meta jkun meħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
F’każ ta’ urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien għall-approvazzjoni.
Emenda 182
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 218 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) wara l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fil-każijiet l-oħra. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f’limitu ta’ żmien li l-Kunsill jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fin-nuqqas ta’ opinjoni f’dak il-limitu ta’ żmien, il-Kunsill jista’ jaġixxi.
imħassar
Emenda 183
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 218 – paragrafu 7
Test fis-seħħ
Emenda
7. Meta jikkonkludi ftehim, il-Kunsill jista’, b’deroga mill-paragrafi 5, 6 u 9, jawtorizza lin-negozjatur sabiex japprova f’ isem l-Unjoni emendi għall-ftehim meta dan jipprovdi li dawn l-emendi għandhom jiġu adottati skond proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit mill-ftehim. Il-Kunsill jista’ jorbot kondizzjonijiet speċifiċi ma’ din l-awtorizzazzjoni.
7. Meta jikkonkludu ftehim, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, b’deroga mill-paragrafi 5, 6 u 9, jawtorizzaw lin-negozjatur sabiex japprova f’isem l-Unjoni emendi għall-ftehim meta dan jipprovdi li dawn l-emendi għandhom jiġu adottati skont proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit mill-ftehim. Il-Kunsill jista’ jorbot kundizzjonijiet speċifiċi ma’ tali awtorizzazzjoni.
Emenda 184
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 218 – paragrafu 9
Test fis-seħħ
Emenda
9. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għolita’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u ta’ Politika ta’ Sigurtà għandu jadotta deċiżjoni li tissospendi l-applikazzjoni ta’ ftehim u li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’ isem l-Unjoni f’ sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.
9. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni jew tas-Segretarjutal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament, għandu jadotta deċiżjoni li tissospendi l-applikazzjoni ta’ ftehim u li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit fi ftehim, meta dak il-korp jintalab jadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.
10. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura.
10. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura, inklużi l-ftuħ u l-proċess tan-negozjati, l-iffirmar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet, kif ukoll is-sospensjoni tal-obbligi stabbiliti f’dawk il-ftehimiet.
Emenda 186
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 222 – paragrafu -1 (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
-1. F’każ ta’ emerġenza li taffettwa l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru wieħed jew aktar, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jagħtu setgħat straordinarji lill-Kummissjoni, inklużi dawk li jippermettulha timmobilizza l-istrumenti kollha meħtieġa. Sabiex tiġi ddikjarata emerġenza, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u l-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni.
Dik id-deċiżjoni, li permezz tagħha tiġi ddikjarata emerġenza u jingħataw setgħat straordinarji lill-Kummissjoni, għandha tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat, l-arranġamenti dettaljati ta’ governanza u l-perjodu li matulu japplikaw.
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, filwaqt li jaġixxu b’maġġoranza sempliċi, jistgħu jirrevokaw id-deċiżjoni fi kwalunkwe ħin.
Il-Kunsill u l-Parlament, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jirrieżaminaw jew iġeddu d-deċiżjoni fi kwalunkwe ħin.
Emenda 187
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 223 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex il-membri tiegħu jiġu eletti b’vot dirett universali skond il-poċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skond il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha.
1. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta għal regolament bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex il-Membri tiegħu jiġu eletti b’vot dirett universali skont proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skont il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha. Il-Kunsill jista’ jirrifjuta dik il-proposta b’maġġoranza kwalifikata skont proċedura leġiżlattiva speċjali.
Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimuskond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata msaħħa, għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa.
Emenda 188
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 223 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill għandu jifformula r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eserċizzju tal-funzjonijiet tad-doveri tal-Membri tiegħu. Ir-regoli u l-kondizzzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tal-Membri jew tal-Membri ta’ qabel ikunu jeħtieġu l-unanimità fil-Kunsill.
2. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ regolament fuq inizjattiva proprja skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill, għandu jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tad-dmirijiet tal-Membri tiegħu.
Emenda 189
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 225
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Parlament Ewropew jista’, b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jitlob lill-Kummissjoni tissottemetti proposti adegwati fuq dawk il-kwistjonijiet li dwarhom ikun iqis li hu neċessarju li jsir att ta’ l-Unjoni sabiex jiġu implimentata t-Trattati. Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet.
Il-Parlament Ewropew jista’, f’konformità mal-Artikolu 294, u filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jadotta proposti dwar kwistjonijiet li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Qabel jagħmel dan, għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tiegħu.
Emenda 190
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 226 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-Parlament Ewropew jista’, fuq talba ta’ kwart tal-Membri komponenti tiegħu, jistabbilixxi Kumitat ta’ Inkjesta temporanju sabiex jinvestiga, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija fit-Trattati, allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi jew ta’ amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi ta’ l-Unjoni ħlief meta l-fatti allegati jkunu qed jiġu eżaminati minn xi Qorti u sakemm il-każ ikun għadu suġġett għall-proċeduri legali.
Fil-qadi ta’ dmirijietu, il-Parlament Ewropew għandu, fuq talba ta’ terz tal-Membri komponenti tiegħu, jistabbilixxi Kumitat ta’ Inkjesta temporanju sabiex jinvestiga, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija fit-Trattati lil istituzzjonijiet u korpi oħra, allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi jew ta’ amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, ħlief meta l-fatti allegati jkunu qed jiġu eżaminati minn xi Qorti u sakemm il-każ ikun għadu soġġett għall-proċeduri legali. Il-Kumitat ta’ Inkjesta jista’ jsejjaħ lil kwalunkwe xhud biex jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ quddiemu, jekk dan ikun meħtieġ sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.
Emenda 191
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 226 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara l-approvazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, u mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Parlament Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
Emenda 192
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 234 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk mozzjoni ta’ ċensura fuq l-operat tal-Kummissjoni tiġi ppreżentata fil-Parlament Ewropew, il-vot dwarha jista’ jittieħed biss wara terminu ta’ mhux anqas minn tlett ijiem mill-preżentata tal-mozzjoni u biss b’vot miftuħ.
Jekk mozzjoni ta’ ċensura kollettiva fuq l-operat tal-Eżekuttiv jew mozzjoni ta’ ċensura individwali fuq l-operat ta’ membru tal-Eżekuttiv tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew, il-vot dwarha jista’ jittieħed biss wara terminu ta’ mhux anqas minn tlett ijiem mill-preżentazzjoni tal-mozzjoni u biss b’vot miftuħ.
(L-emenda għall-kliem “Kummissjoni” u “membru tal-Kummissjoni” tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni ta’ din l-emenda se tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 193
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 234 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk il-mozzjoni ta’ ċensura tiġi adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament mill-kariga tagħhom u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jirreżenja mill-kariga li jaqdi fil-Kummissjoni. Huma għandhom jibqgħu fil-kariga u jkomplu jwettqu x-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu sostitwiti skond l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, il-mandat tal-membri tal-Kummissjoni maħtura sabiex jissostitwuhom għandu jiskadi fid-data li kellu jiskadi l-mandat tal-membri tal-Kummissjoni li kienu obbligati jirriżenjaw kollettivament.
Jekk il-mozzjoni ta’ ċensura kollettiva tiġi adottata b’maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jirriżenjaw kollettivament u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika għandhom jirriżenjaw mid-dmirijiet li jwettqu fl-Eżekuttiv. Huma għandhom jibqgħu fil-kariga u jkomplu jwettqu x-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu sostitwiti skont l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, il-mandat tal-membri tal-Eżekuttiv maħtura sabiex jissostitwuhom għandu jiskadi fid-data li kellu jiskadi l-mandat tal-membri tal-Eżekuttiv li kienu obbligati jirriżenjaw kollettivament.
Emenda 194
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 245 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Membri tal-Kummissjoni ma jistgħux, sakemm idumu fil-kariga, jeżerċitaw xi professjoni oħra, kemm bi jew bla qligħ. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom. F’każ ta’ xi ksur ta’ dawn l-obligazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, jiddikjara lill-membru involut bħala irtirat mill-funzjoni tiegħu skond l-Artikolu 247 jew jiddikjara revokat id-dritt tiegħu għall-pensjoni jew xi benefiċċju ieħor, skond iċ-ċirkostanzi.
Il-Membri tal-Kummissjoni ma jistgħux, sakemm idumu fil-kariga, jeżerċitaw xi professjoni oħra, kemm bi qligħ jew bla qligħ. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom. F’każ ta’ xi ksur ta’ dawn l-obbligi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, tiddikjara lill-Membru kkonċernat, skont iċ-ċirkostanzi, irtirat skont l-Artikolu 247 jew li d-dritt tiegħu għall-pensjoni jew xi benefiċċju ieħor ikun revokat.
Emenda 195
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 246 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-President tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li dan il-post battal m’hemmx bżonn li jimtela, b’mod partikolari meta ż-żmien li jkun fadal għall-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni jkun qasir.
Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-President tal-Eżekuttiv, jiddeċiedi li dan il-post battal m’hemmx bżonn li jimtela, b’mod partikolari meta ż-żmien li jkun fadal għall-mandat tal-Membru jkun qasir.
(Din l-emenda għall-kliem “President tal-Kummissjoni” tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 196
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 247
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk xi membru tal-Kummissjoni ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba għall-qadi ta’ dmirijietu jew ikun ħati ta’ mġiba serjament ħażina, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, tiddikjarah irtirat.
Jekk xi Membru tal-Kummissjoni ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba għall-qadi ta’ dmirijietu jew ikun ħati ta’ mġiba serjament ħażina, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, tiddikjarah irtirat.
Emenda 197
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 258 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skont dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja fi żmien 12-il xahar wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.
Emenda 198
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 258 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk l-Istat ikkonċernat ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fi żmien dak il-perjodu ta’ 12-il xahar, il-Kummissjoni għandha ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 199
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 259 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Kull Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond it-Trattati jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament Ewropew jew Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skont it-Trattati jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 200
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 259 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Qabel Stat Membru jibda, kontra Stat Membru ieħor, proċeduri dwar l-allegata vjolazzjoni allegata ta’ l-obbligi li jinkombu lil dak l-Istat Membru l-ieħor bis-saħħa tat-Trattati, għandu jġib il-materja quddiem il-Kummissjoni.
Qabel il-Parlament Ewropew jew Stat Membru jibdew, kontra Stat Membru, proċeduri dwar allegat ksur ta’ obbligu ta’ dan l-Istat Membru skont it-Trattati, huma għandhom iġibu l-materja quddiem il-Kummissjoni.
Emenda 201
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 259 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kummisjoni għandha toħroġ opinjoni motivita wara li l-Istati interessati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet u r-risposti għal dawn, kemm verbalment kemm bil-kitba.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni motivata wara kull Stat ikkonċernat u, jekk rilevanti, il-Parlament Ewropew, ikunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-każ tagħhom u l-osservazzjonijiet tagħhom b’risposta għall-partijiet l-oħra, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub.
Emenda 202
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 260 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti, din tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-oservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi.
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti, din għandha tressaq il-każ quddiem il-Qorti, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tingħata s-sentenza, wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi.
Emenda 203
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 262
Test fis-seħħ
Emenda
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu, skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament ewropew, jista’ jadotta dispożizzjonijiet li bihom jattribwixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-miżura li huwa stess jistabbilixxi, il-kompetenza li tiddeċiedi dwar tilwim konness ma’ l-applikazzjoni ta’ l-atti adottati taħt it-Trattati li joħolqu drittijiet Ewropej ta’ proprjetà industrijali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta dispożizzjonijiet li bihom jattribwixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-miżura li huwa stess jistabbilixxi, il-kompetenza li tiddeċiedi dwar tilwim konness mal-applikazzjoni tal-atti adottati taħt it-Trattati li joħolqu drittijiet Ewropej ta’ proprjetà industrijali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Emenda 204
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 263 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.
Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari rigward il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.
Emenda 205
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 263 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardaha direttament, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardaha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.
Emenda 206
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 275 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Madankollu, il-Qorti għandha tkun kompetenti sabiex timmonitorja r-rispett taa’ l-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, mressqa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 263 ta’ dan it-Trattat dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
imħassar
Emenda 207
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 285 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Għandha tkun komposta minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru. Il-membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f’ indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali ta’ l-Unjoni.
Għandha tkun komposta minn numru ta’ Membri, li jikkorrispondi għal żewġ terzi tan-numru ta’ Stati Membri, inkluż il-President tagħha. Il-Membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni.
Emenda 208
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 285 – paragrafu 2a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni strettament ugwali bejn l-Istati Membri, li tirrifletti l-firxa demografika u ġeografika tal-Istati Membri kollha. Din is-sistema għandha tiġi stabbilita b’maġġoranza kwalifikata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 244.
Emenda 209
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 286 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri jinħatru għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Kunsill wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jadotta l-lista tal-Membri magħmula skond il-proposti mressqa minn kull Stat Membru. Il-mandat tal-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri jista’ jiġġedded.
Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri jinħatru għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Kunsill, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-lista tal-Membri magħmula skont il-proposti mressqa minn kull Stat Membru. Il-mandat tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri jista’ jiġġedded.
Emenda 210
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 294 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn japplika l-Artikolu 225, il-Parlament Ewropew għandu jissottometti l-proposta tiegħu lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata.
Emenda 211
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 294 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
3. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Kunsill.
3. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Kunsill. Fejn japplika l-Artikolu 225, il-proposta tal-Parlament għandha titqies bħala l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.
Emenda 212
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 294 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-att in kwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.
4. Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew jew ma jkunx ħa deċiżjoni fi żmien sena, l-att inkwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.
Emenda 213
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 294 – paragrafu 7 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) jirrifjuta, b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;
(b) jirrifjuta, b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;
Emenda 214
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 294 – paragrafu 15 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġislattiv ikun suġġett għall-proċedura leġislattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 9 m’għandhomx japplikaw.
Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġiżlattiv ikun suġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri, fuq inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 9 m’għandhomx japplikaw.
Emenda 215
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Parti Sitta – Titolu I – Kapitolu 2a (ġdid) – titolu
Test fis-seħħ
Emenda
KAPITOLU 2a
L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TA’ SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
(Il-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità għandu jiddaħħal fit-TFUE, Parti Sitta, Titolu I, Kapitolu 2a (ġdid). Dan il-kapitolu l-ġdid jinkludi l-Artikoli 299a sa 299j (ġodda).)
Emenda 216
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299a (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299a
Kull istituzzjoni għandha tiżgura r-rispett kontinwu tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)
Emenda 217
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299b (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299b
Qabel ma tipproponi att leġiżlattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa. Tali konsultazzjonijiet għandhom, meta jkun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjoni maħsuba. F’każijiet ta’ urġenza eċċezzjonali, l-Kummissjoni m’għandhiex tagħmel tali konsultazzjonijiet. Għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fil-proposta tagħha.
(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)
Emenda 218
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299c (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299c
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, “abbozz ta’ att leġiżlattiv”, għandha tfisser il-proposti tal-Kummissjoni, l-inizjattivi ta’ grupp ta’ Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew jew it-talbiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv.
(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)
Emenda 219
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299d (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299d
Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tagħha ta’ atti leġiżlattivi u l-abbozzi emendati tagħha lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fl-istess ħin li tibgħathom lil-leġiżlatur tal-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew għandu jibgħat l-abbozzi tiegħu ta’ atti leġiżlattivi u l-abbozzi emendati tiegħu lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi.
Il-Kunsill għandu jibgħat l-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi li jiġu minn grupp ta’ Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-abbozzi emendati lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi.
Meta jiġu adottati, ir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u l-pożizzjonijiet tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi.
(Din l-emenda hija bbażata fuq il-formulazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u tissupplementah.)
Emenda 220
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299e (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299e
L-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom jiġu ġustifikati fir-rigward tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
Kull abbozz ta’ att leġiżlattiv għandu jinkludi fih dikjarazzjoni dettaljata li tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi elementi li jippermettu l-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju tal-proposta u, fil-każ ta’ direttiva, tal-implikazzjonijiet tagħha għar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-leġiżlazzjoni reġjonali.
Ir-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjoni li objettiv tal-Unjoni jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu ssostanzjati b’indikaturi kwalitattivi u, meta jkun possibbli, kwantitattivi. L-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, li jaqa’ fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, ikun minimizzat kemm jista’ jkun u jkun proporzjonat mal-objettiv li jrid jintlaħaq.
(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)
Emenda 221
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299f (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299f
Kwalunkwe parlament nazzjonali jew kwalunkwe kamra ta’ parlament nazzjonali jistgħu, fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data ta’ trażmissjoni ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv Ewropew, fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, jibagħtu lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni opinjoni motivata bir-raġunijiet li għalihom iqisu li l-abbozz inkwistjoni ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta’ parlament nazzjonali għandhom jinkludu l-opinjoni tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi mal-opinjoni motivata tagħhom meta l-kompetenzi reġjonali esklużivi jistgħu jiġu affettwati. Il-Kummissjoni għandha twieġeb fi żmien tnax-il ġimgħa.
Jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina minn grupp ta’ Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-gvernijiet ta’ dawk l-Istati Membri.
Jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet motivati li tirċievi mill-parlamenti nazzjonali, u mill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi, fir-rapporti annwali tagħha dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel l-informazzjoni dwar l-oġġezzjonijiet disponibbli għall-Kunsill u għall-Parlament matul il-proċedura leġiżlattiva meta l-parlamenti nazzjonali jippreżentaw għadd sinifikanti ta’ opinjonijiet motivati dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni partikolari.
(Din l-emenda hija bbażata fuq l-Artikolu 6 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u temendah u tissupplementah.)
Emenda 222
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299g (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299g
Kwalunkwe parlament nazzjonali jew kwalunkwe kamra ta’ parlament nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Parlament Ewropew jew lill-Kummissjoni jissottomettu kwalunkwe proposta xierqa li tikkonċerna kwistjonijiet li dwarhom ikunu jqisu li hu meħtieġ li jsir att tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.
Meta istituzzjoni tirċievi talba f’konformità mal-ewwel paragrafu iżda ma tissottomettix proposta fi żmien sitt xhur, dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-parlament nazzjonali, lill-Kumitat tar-Reġjuni u, jekk rilevanti, lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet għalfejn ma għamlitx dan.
(Din l-emenda ddaħħal Artikolu ġdid f’dak li kien il-Protokoll Nru 2.)
Emenda 223
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299h (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299h
1. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll, meta xieraq, il-grupp ta’ Stati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina minnhom, għandhom iqisu l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali jew ta’ kamra ta’ parlament nazzjonali.
Kull parlament nazzjonali għandu jkollu żewġ voti, imqassma fuq il-bażi tas-sistema parlamentari nazzjonali. Fil-każ ta’ sistema Parlamentari bikamerali, kull waħda miż-żewġ kmamar għandu jkollha vot wieħed.
2. Meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-abbozz irid jiġi rieżaminat. Dan il-livell limitu għandu jkun kwart fil-każ ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv sottomess skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.
Wara tali rieżami, il-Kummissjoni jew, skont il-każ, il-grupp ta’ Stati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina minnhom, jistgħu jiddeċiedu li jżommu, jemendaw jew jirtiraw l-abbozz. Iridu jingħataw ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
3. Barra minn hekk, fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġiżlattiv mal-prinċipju tas-sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti kollha allokati lill-parlamenti nazzjonali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-proposta trid tiġi rieżaminata. Wara tali rieżami, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżomm, li temenda jew li tirtira l-proposta.
Jekk tagħżel li żżommha, il-Kummissjoni jkollha, permezz ta’ opinjoni motivata, tiġġustifika għaliex tqis li l-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-opinjoni motivata kif ukoll l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali, iridu jintbagħtu lil-leġiżlatur tal-Unjoni għall-kunsiderazzjoni fil-proċedura:
(a) qabel jiġi konkluż l-ewwel qari, il-leġiżlatur (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) għandu jeżamina l-kompatibbiltà tal-proposta leġiżlattiva mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’kont partikolari meħud tar-raġunijiet espressi u kondiviżi mill-maġġoranza tal-Parlamenti nazzjonali kif ukoll tal-opinjoni motivata tal-Kummissjoni;
(b) jekk, permezz ta’ maġġoranza ta’ 55 % tal-membri tal-Kunsill jew ta’ maġġoranza tal-voti espressi fil-Parlament Ewropew, il-leġiżlatur huwa tal-opinjoni li l-proposta ma tkunx kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta leġiżlattiva m’għandhiex tiġi kkunsidrata aktar.
(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 7 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)
Emenda 224
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299i (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299i
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi fuq ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà minn att leġiżlattiv, li jitressqu skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri jew li jiġu notifikati minnhom skont l-ordinament ġuridiku tagħhom f’isem parlament nazzjonali jew kamra minnu.
Skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu msemmi, il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ wkoll jagħmel tali rikorsi kontra l-atti leġiżlattivi li għalihom t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni għall-adozzjoni tagħhom.
(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)
Emenda 225
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 299j (ġdid)
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 299j
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sena lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dak ir-rapport annwali għandu jiġi mgħoddi wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
(Din l-emenda hija bbażata fuq il-formulazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u tissupplementah.)
Emenda 226
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 311 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji ta’ l-Unjoni safejn dan ikun previst fid-Deċiżjoni adottata abbażi tat-tielet subparagrafu. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew
4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li dan tal-aħħar jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata msaħħa, skond proċedura leġiżlattiva speċjali, għandhom flimkien jistabbilixxu miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni safejn dan ikun previst fid-deċiżjoni adottata abbażi tat-tielet subparagrafu.
Emenda 227
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 312 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Dan għandu jiġi stabbilit għall-perijodu ta’ mill-inqas ħames snin.
Dan għandu jiġi stabbilit għal perjodu ta’ bejn ħames snin u seba’ snin.
Emenda 228
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 312 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jadotta regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali. Dan għandu jaġixxi b’mod unanimu wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali.
Emenda 229
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 312 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta, b’mod unanimu, deċiżjoni li tawtorizza l-Kunsill jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata meta jadotta r-regolament previst fl-ewwel subparagrafu.
imħassar
Emenda 230
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 319 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-baġit. Għal dan l-għan, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom wieħed wara l-ieħor jeżaminaw il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 318, ir-rapport annwali mill-Qorti ta’ l-Awdituri flimkien mar-risposti mill-istituzzjonijiet li tkun qiegħda ssirilhom il-verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri, l-istqarrija ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, u kull rapport speċjali relevanti mill-Qorti ta’ l-Awdituri.
1. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-baġit. Għandu wkoll jagħti kwittanza lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-baġit jew tal-baġits tagħhom, kif xieraq, u f’konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 322. Għal dan l-għan, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom wieħed wara l-ieħor jeżaminaw il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 318, ir-rapport annwali mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mar-risposti mill-istituzzjonijiet li tkun qiegħda ssirilhom il-verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, l-istqarrija ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, u kull rapport speċjali relevanti mill-Qorti tal-Awdituri.
Emenda 231
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 329 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
L-awtorizzazzjoni għal koperazzjoni msaħħa għandha tingħata b’deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu.
L-awtorizzazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa għandha tingħata b’deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar missjonijiet jew operazzjonijiet b’mandat eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 42(4a), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 232
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 330 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
L-unanimità għandha tkun kostitwita mill-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw biss.
imħassar
Emenda 233
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 330 – paragrafu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3).
imħassar
Emenda 234
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 333
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 333
imħassar
1. Fejn dispożizzjoni tat-Trattati li tista’ tiġi applikata fil-kuntest ta’ koperazzjoni msaħħa tipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu skond l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 330 jista’ jadotta deċiżjoni li tipprovdi li dan ser jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata.
2. Fejn dispożizzjoni tat-Trattati li tista’ tiġi applikata fil-kuntest ta’ koperazzjoni msaħħa tipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta atti skond il-proċedura leġislattiva speċjali, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 330 jista’ jadotta deċiżjoni li tipprovdi li dan ser jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.
3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.
Emenda 235
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 342
Test fis-seħħ
Emenda
In-normi li jirregolaw il-lingwi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’mod unanimu permezz ta’ regolament.
In-normi li jirregolaw il-lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’mod unanimu permezz ta’ regolamenti, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Emenda 236
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 346 – paragrafu 1 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurta’ tiegħu, u li jkollhom x’jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ ta’ l-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-għanijiet speċifikament militari.
(b) kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jikkunsidra li huma meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu, u li jkollhom x’jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ tal-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-għanijiet speċifikament militari.
Emenda 237
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 346 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
2. Il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel tibdiliet għal-lista, li hu kien ħejja fil-15 ta’ April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq proposta tal-Kummissjoni, jagħmlu tibdiliet għal-lista, li l-Kunsill kien ħejja fil-15 ta’ April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).
Emenda 238
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 352 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
1. Jekk tidher meħtieġa azzjoni ta’ l-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta’ wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet in kwistjoni skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b’unanimità, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
1. Jekk tidher meħtieġa azzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta’ wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Emenda 239
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 352 – paragrafu 4
Test fis-seħħ
Emenda
4. Dan l-Artikolu ma jistax iservi bħala bażi sabiex jintlaħaq objettiv tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u kull att adottat skond dan l-Artikolu għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
imħassar
Emenda 240
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 354 – paragrafu 1
Test fis-seħħ
Emenda
Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija ma’ l-Unjoni, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat m’għandux jieħu sehem fil-vot u l-Istat Membru konċernat ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tat-terz jew ta’ erba’ minn ħamsa ta’ l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu. L-astensjonijiet minn membri preżenti jew rappreżentati m’għandhomx iżommu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu2 ta’ dak l-Artikolu.
Għall-finijiet tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija mal-Unjoni, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru inkwistjoni m’għandux jieħu sehem fil-vot u l-Istat Membru inkwistjoni ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tat-terz tal-Istati Membri jew tal-maġġoranza kwalifikata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu. L-astensjonijiet minn membri preżenti jew rappreżentati m’għandhomx iżommu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.
Emenda 241
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 354 – paragrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 7 (3) u (4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(b) ta’ dan it-Trattat.
Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skont l-Artikolu 16(4a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 242
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 355 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
It-trattati ma japplikawx għal dawk il-pajjiżi u territorji extra-ewropej li jkollhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li m’ humiex inklużi fil-lista msemmija hawn fuq.
imħassar
Emenda 243
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 355 – paragrafu 5 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(b) It-Trattati m’għandhomx japplikaw għall-Arei ta’ Bażi Sovrani tar-Renju Unit f’Akrotiri u Dhekelia f’Ċipru għajr safejn hu meħtieġ sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru annessi ma’ l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Unjoni Ewropea u skond it-termini ta’ dak il-Protokoll.
imħassar
Emenda 244
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 355 – paragrafu 5 – punt c
Test fis-seħħ
Emenda
(c) It-Trattati japplikaw għaċ-Channel Islands u l-Gżira ta’ Man sal-limitu biss li hu meħtieg sabiex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunita’ Ekonomika Ewropeja u mal-Komunita’ Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika iffirmat fit-22 ta’ Jannar 1972.
imħassar
Emenda 245
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 3
Test fis-seħħ
Emenda
Artikolu 3
Artikolu 3
Id-dritt għall-integrità tal-persuna
Id-dritt għall-integrità tal-persuna u għall-awtonomija fiżika
1. Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett ta’ l-integrità fiżika u mentali tagħha.
1. Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-integrità fiżika u mentali tagħha.
2. Fl-oqsma tal-mediċina u tal-bijoloġija, dawn li ġejjin għandhom jiġu rispettati b’mod partikolari:
2. Fl-oqsma tal-mediċina u tal-bijoloġija, dawn li ġejjin għandhom jiġu rispettati b’mod partikolari:
(a) il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi;
(a) il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi;
(b) il-projbizzjoni ta’ prattiċi ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni;
(b) il-projbizzjoni ta’ prattiki ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni;
(c) il-projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta’ gwadann finanzjarju;
(c) il-projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta’ gwadann finanzjarju;
2a. Kull persuna għandha d-dritt għall-awtonomija fiżika u għal aċċess liberu, infurmat, sħiħ u universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u għas-servizzi tal-kura tas-saħħa relatati kollha mingħajr diskriminazzjoni, inkluż l-aċċess għal abort sikur u legali.
Negozjati rigward ftehim dwar l-istatus tal-attivitajiet operazzjonali mwettqa minn Frontex fil-Mauritania
166k
48k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2023 dwar negozjati fuq ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar attivitajiet operattivi mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (2023/2087(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 77(2)(b) u (d), 79(2)(c) u 218(3) u (4) tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament 33 tal-Kapitolu V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar bit-titolu, “Sitwazzjonijiet Diffiċli: Obbligi u proċeduri”;
– wara li kkunsidra l-Kapitolu 4 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi dwar proċeduri operattivi,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624(1),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2023,
– wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE għar-rotot tal-Mediterran tal-Punent u tal-Atlantiku ppreżentat mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2023;
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1168 tal-4 ta’ Lulju 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania rigward attivitajiet operattivi mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Mudell ta’ ftehim dwar l-istatus kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624” (COM(2021)0829),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika esterna tal-UE dwar il-migrazzjoni(3),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Skrutinju tal-Frontex tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar l-investigazzjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar il-Frontex rigward l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 114(4) u 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0358/2023),
A. billi, skont l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896, f’ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament ta’ timijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri mill-korpi permanenti għal pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet se jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, għandu jkun hemm ftehim dwar l-istatus konkluż mill-Unjoni ma’ dak il-pajjiż terz abbażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE;
B. billi abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1168, il-Kummissjoni rċeviet awtorizzazzjoni mill-Kunsill biex tinnegozja ftehim dwar l-istatus mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania f’Lulju 2022 u minn dak iż-żmien daħlet f’negozjati mal-Gvern tal-Mauritania, bil-ħsieb li tikkonkludi ftehim dwar l-istatus dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) li jippermetti lill-membri tat-tim skjerati mill-Frontex biex iwettqu kompiti b’setgħat eżekuttivi fit-territorju tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania abbażi ta’ pjan operazzjonali ddedikat;
C. billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2023 talbu kooperazzjoni intensifikata mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, kif ukoll il-konklużjoni rapida tan-negozjati dwar ftehimiet ta’ status ġodda u riveduti bejn l-UE u pajjiżi terzi dwar l-iskjerament tal-Frontex;
D. billi, skont l-Artikolu 73(2) tar-Regolament (UE) 2019/1896, meta tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, il-Frontex jeħtiġilha taġixxi fil-qafas tal-politika ta’ azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tad-data personali, il-prinċipju ta’ non-refoulement, il-projbizzjoni ta’ detenzjoni arbitrarja u l-projbizzjoni ta’ tortura u trattament jew pieni inumani jew degradanti;
E. billi skont ir-Regolament (UE) 2019/1896, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi hija parti importanti mill-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri; billi f’sitwazzjonijiet meta l-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jawtorizzaha biex tinnegozja ftehim dwar l-istatus, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali rilevanti għall-oqsma koperti mill-ftehim dwar l-istatus; billi tali valutazzjoni għadha ma saritx; billi fir-rapport tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2019, il-Forum Konsultattiv tal-Frontex stieden lill-Frontex twettaq valutazzjoni tal-impatt effettiva fuq id-drittijiet fundamentali qabel ma tinvolvi ruħha ma’ pajjiż terz;
F. billi l-Artikolu 218(10) tat-TFUE jobbliga lill-Kummissjoni tinforma minnufih u bis-sħiħ lill-Parlament matul l-istadji kollha tal-proċedura tal-konklużjoni ta’ ftehim dwar l-istatus;
G. billi skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, Stat Membru, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jiksbu l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) dwar jekk ftehim previst huwiex kompatibbli mat-Trattati; billi meta l-opinjoni tal-QĠUE tkun negattiva, il-ftehim maħsub ma jistax jidħol fis-seħħ sakemm ma jiġix emendat jew sakemm it-Trattati ma jiġux riveduti;
H. billi ladarba jiġi konkluż, xejn ma jipprekludi lil Stat Membru, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni milli jqisu li jkun xieraq li tinkiseb din l-opinjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim dwar l-istatus innegozjat mat-Trattati;
I. billi l-mudell ta’ ftehim dwar l-istatus imsemmi fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 għandu jservi bħala l-bażi għan-negozjati tal-Kummissjoni mal-Mauritania; billi jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni bejn il-Frontex u t-timijiet tagħha minn naħa waħda u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà kriminali u ċivili, il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-tim u l-miżuri prattiċi relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali; billi l-Frontex jeħtiġilha tiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul dawk l-operazzjonijiet u jipprevedi mekkaniżmu għall-ilmenti;
J. billi, skont il-mudell ta’ ftehim dwar l-istatus imsemmi fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896:
–
Il-membri tat-tim tal-Frontex jistgħu, b’mod ġenerali, iwettqu biss kompiti u jeżerċitaw setgħat fit-territorju tal-pajjiż terz taħt struzzjonijiet minn u fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri ta’ dak il-pajjiż, u jeħtiġilhom jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż terz kif ukoll il-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik internazzjonali; l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi jeħtiġilhom mhux biss joħorġu struzzjonijiet li huma konformi mal-pjan operazzjonali lill-membri tat-tim; dan huwa l-uniku qafas operazzjonali fejn il-persunal tal-UE jopera taħt kmand ta’ stat terz;
–
Il-membri tat-tim tal-Frontex igawdu l-immunità mill-ġuriżdizzjoni kriminali tal-pajjiż terz fiċ-ċirkostanzi kollha, u m’għandhomx ikunu soġġetti għal xi forma ta’ arrest jew detenzjoni fil-pajjiż terz jew mill-awtoritajiet tiegħu; it-tneħħija tal-immunità hija fid-diskrezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv jew tal-Istat Membru ta’ oriġini, skont l-istatus tal-membru tat-tim;
K. billi l-Mauritania hija kemm pajjiż ta’ tranżitu kif ukoll ta’ destinazzjoni għall-migrazzjoni minn pajjiżi oħra tal-Afrika tal-Punent bħas-Senegal, il-Mali, il-Guinea, u l-Guinea-Bissau; billi f’dawn l-aħħar sentejn, kien hemm żieda sostanzjali fl-għadd ta’ persuni li jivvjaġġaw tul il-kosta tal-Mauritania biex jieħdu r-rotta migratorja tal-Gżejjer Kanarji, li rriżultat f’involviment akbar mill-UE, b’mod partikolari fuq il-ġestjoni tal-fruntieri; billi skont il-Kummissjoni Spanjola għall-Għajnuna għar-Rifuġjati, ir-rotta mill-Mauritania hija waħda mill-aktar fatali fid-dinja, u fl-2021 kien hemm l-ogħla għadd ta’ mwiet u persuni neqsin minn mindu d-data bdiet tiġi rreġistrata l-ewwel darba;
L. billi sal-31 ta’ Mejju 2023, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) irrapporta l-preżenza ta’ 108 972 rifuġjat u applikant għall-ażil fil-Mauritania, inkluż 84 093 rifuġjat mill-Mali fil-kamp ta’ Mbera;
M. billi minkejja li ffirmat il-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Protokoll tagħha tal-1967 u l-Konvenzjoni tal-1969 tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana li Tirregola Aspetti Speċifiċi ta’ Problemi tar-Rifuġjati fl-Afrika, il-Mauritania m’għandha l-ebda sistema nazzjonali ta’ ażil legali fis-seħħ; billi fin-nuqqas ta’ tali sistema, l-UNHCR iwettaq reġistrazzjoni u jiddetermina l-istatus ta’ rifuġjat u attivitajiet oħra ta’ protezzjoni abbażi ta’ Memorandum ta’ Qbil mal-awtoritajiet; billi persuni meqjusa ineleġibbli għall-protezzjoni huma deportati strutturalment lejn il-fruntiera mal-Mali u mas-Senegal mill-awtoritajiet mingħajr proċedura ulterjuri; billi dan inkluda deportazzjonijiet ta’ persuni li l-każijiet tagħhom ma ġewx ivvalutati mill-UNHCR, inkluża d-deportazzjoni ta’ persuni meqjusa mill-awtoritajiet bħala “kandidati għal tluq bil-baħar”, persuni interċettati fuq il-baħar fis-Saħara tal-Punent mill-awtoritajiet Marokkini u persuni li jirrisjedu legalment fil-pajjiż; billi ċittadini tal-Afrika tal-Punent u Ċentrali ta’ spiss jiġu deportati mingħajr proċess ġust, mingħajr ebda valutazzjoni individwali tal-istatus legali jew deċiżjonijiet formali ta’ deportazzjoni;
N. billi l-qafas legali attwali tal-Mauritania ma jippermettix protezzjoni effettiva tan-nisa u t-tfal, jew tal-persuni LGBTIQ+; billi attività omosesswali hija meqjusa illegali skont il-liġi kriminali tal-Mauritania u għadha reat kriminali punibbli bil-mewt;
O. billi r-rifuġjati, l-applikanti għall-ażil u l-migranti fil-Mauritania kontinwament jiffaċċjaw ksur sistemiku u serju tad-drittijiet tal-bniedem u trattament ħażin bħal refoulement, arresti arbitrarji u detenzjoni, vjolenza (ibbażata fuq il-ġeneru), inklużi każijiet ta’ tortura, sfruttament, kundizzjonijiet ta’ detenzjoni abbużivi, estorsjoni u serq, u tkeċċijiet kollettivi abbużivi lejn is-Senegal u l-Mali; billi l-persuni mhumiex ivvalutati fir-rigward tan-nazzjonalità u l-vulnerabbiltà tagħhom; billi l-UNHCR ma jidhirx li qed iwettaq żjarat regolari f’punti ta’ kontroll tul il-fruntiera, f’postijiet ta’ żbark wara interċettazzjonijiet fuq il-baħar jew f’postijiet ta’ detenzjoni biex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa ta’ protezzjoni; billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jidhru li ma jitħallewx jagħmlu dan; billi l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra t-traffikar wasslet għall-kriminalizzazzjoni ta’ każijiet ta’ migranti;
P. billi l-Mauritania abolixxiet formalment l-iskjavitù biss fl-1981 permezz tal-adozzjoni tal-Liġi 2015-031, u kienet l-aħħar pajjiż fid-dinja li għamel dan; billi l-iskjavitù ilha kriminalizzata biss mill-2015; billi fl-2022, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU fir-rigward tal-forom kontemporanji ta’ skjavitù kkonkluda fl-2022 li l-pajjiż kien ħa passi sinifikanti iżda li l-eżistenza kontinwa ta’ skjavitù u prattiki simili għall-iskjavitù, inkluż xogħol furzat, baqgħu ta’ tħassib u għandhom impatt kemm fuq il-migranti kif ukoll fuq iċ-ċittadini tal-Mauritania;
Q. billi l-Mauritania ma abolixxietx il-piena tal-mewt, minkejja moratorju de facto mill-1987; billi d-detenuti barranin li jiffaċċjaw il-piena tal-mewt rarament ikollhom aċċess għal assistenza legali jew traduttur kompetenti;
R. billi l-awtoritajiet tal-Mauritania kienu qed jirċievu appoġġ bilaterali għall-ġestjoni tal-fruntieri mill-awtoritajiet Spanjoli sa mill-2006 f’kapaċità konsultattiva biss, inkluż permezz tal-iskjerament fiżiku tal-Guardia Civil; billi l-ftehim dwar l-istatus tal-Frontex, għall-ewwel darba, jippermetti lil attur mhux tal-Mauritania jeżerċita setgħat eżekuttivi fil-fruntiera tal-pajjiż permezz tal-membri tat-tim skjerati tiegħu;
S. billi l-Frontex, permezz tal-Operazzjoni HERA, wettqet ukoll operazzjonijiet konġunti okkażjonali bejn l-2006 u l-2018 fil-Mauritania; billi din il-kooperazzjoni ma ġietx evalwata f’termini tal-impatt tagħha fuq il-protezzjoni u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti fil-Mauritania; billi fl-20 ta’ Settembru 2022, il-Frontex fetħet ċellola tal-analiżi tar-riskju f’Nouakchott fil-kuntest tal-Komunità ta’ Intelligence bejn l-Afrika u l-Frontex; billi tmien ċelloli tal-analiżi tar-riskju bħalissa huma parti min-network tal-Komunità ta’ Intelligence bejn l-Afrika u l-Frontex, bir-rwol tal-ġbir u l-analiżi tad-data dwar il-kriminalità transfruntiera u l-appoġġ għall-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni tal-fruntieri;
1. Jirrikonoxxi li l-iskjerament tal-Frontex fil-Mauritania, f’konformità mal-acquis tal-UE, għandu l-potenzjal li jkollu effett pożittiv fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-Mauritania, speċjalment għall-migranti u r-rifuġjati, u jqis li l-konklużjoni possibbli tal-ftehim dwar l-istatus bejn l-UE u l-Mauritania li jipprevedi l-eżerċitar tas-setgħat eżekuttivi minn Frontex fil-Mauritania jkun jinvolvi riskju għoli ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali li huwa ta’ natura serja u x’aktarx jippersisti;
2. Ifakkar fl-obbligu legali tal-Frontex li tikkonforma mad-dritt tal-UE biex tiżgura li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati bis-sħiħ matul l-operazzjonijiet u jqis li ftehim possibbli dwar l-istatus li jippermetti lill-membri tat-tim skjerati mill-Frontex iwettqu kompiti b’setgħat eżekuttivi fl-ambitu ta’ pjan operazzjonali ddedikat irid ikun fih il-garanziji u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa biex jiġu rrispettati d-dritt u l-prinċipji tal-UE u internazzjonali, u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896;
3. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li r-rotta mill-Mauritania hija waħda mill-aktar fatali fid-dinja u li fl-2021 kien hemm l-ogħla għadd ta’ mwiet u persuni neqsin minn mindu d-data bdiet tiġi rreġistrata l-ewwel darba;
4. Huwa mħasseb dwar l-impatt potenzjali ta’ ftehim dwar l-istatus fuq il-libertà ta’ moviment fl-Afrika tal-Punent, b’mod partikolari fil-Mauritania, u fuq il-Protokoll tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent fir-rigward ta’ moviment liberu ta’ persuni, residenza u stabbiliment;
5. Iqis li d-dispożizzjonijiet tal-mudell ta’ ftehim dwar l-istatus iridu jittejbu sabiex jindirizzaw b’mod xieraq it-tħassib serju msemmi hawn fuq li jista’ jwassal għal lakuni severi fl-obbligu ta’ rendikont f’każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali;
6. Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Frontex jadottaw il-miżuri li ġejjin mingħajr aktar dewmien, jekk xi darba jkomplu in-negozjati għal ftehim dwar l-istatus.
6.1 Il-Kummissjoni Ewropea
a)
tinkludi salvagwardji espliċiti li jippermettu lill-uffiċjali skjerati ma jqisux ordnijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-Mauritania li jikkontradixxu l-obbligi tad-drittijiet fundamentali tal-Frontex li joħorġu mid-dritt tal-UE u dak internazzjonali;
b)
toqgħod lura milli tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu li l-ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju qabel ma l-Parlament Ewropew jivvaluta jekk jagħtix il-kunsens tiegħu għalih;
c)
tiżgura li l-persunal tal-Frontex li jingħata immunità għall-attivitajiet tiegħu fil-Mauritania jrid ikompli jinżamm responsabbli skont il-liġijiet tal-UE jew tal-Istati Membri sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, jiġu adottati linji gwida, f’kooperazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex, dwar it-tneħħija tal-immunità għall-persunal stazzjonat, inklużi speċifikazzjonijiet dwar kif se jiġu indirizzati t-talbiet mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll jiġi stabbilit rwol b’saħħtu għall-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali (FRO);
d)
tiżgura biżżejjed mekkaniżmi interni u esterni aċċessibbli għal individwi mhux mill-UE u tiżgura li l-Frontex tiżviluppa mekkaniżmi biex tirċievi ilmenti fl-ewwel istanza, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman tal-UE;
e)
tinkludi linji gwida ċari u, jekk jitqies meħtieġ, miżuri ta’ mitigazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’oqsma identifikati ta’ kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tal-Frontex u l-awtoritajiet u l-forzi tas-sigurtà tal-Mauritania, kif ukoll salvagwardji biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-appoġġ materjali tal-UE;
f)
b’mod parallel man-negozjati dwar il-ftehim dwar l-istatus, tipprovdi appoġġ u riżorsi biex tassisti lill-awtoritajiet tal-Mauritania fl-iżvilupp ta’ sistema legali komprensiva tal-ażil, ibbażata fuq id-drittijiet fundamentali u f’konformità mal-linji gwida u l-prattiki tal-UNHCR, inkluż appoġġ addizzjonali għall-bini tal-kapaċità lill-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Mauritania li jiffukaw fuq id-drittijiet tal-bniedem; tiżgura li kwalunkwe skjerament potenzjali futur tal-Frontex isir f’kuntest legali meta l-aċċess għall-proċeduri ta’ protezzjoni internazzjonali għall-persuni fil-bżonn, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, l-assistenza legali, is-servizzi ta’ interpretazzjoni u l-appoġġ meħtieġ, jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv, u meta l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji u tad-drittijiet tal-bniedem ikunu ggarantiti;
g)
tinkludi dispożizzjonijiet u garanziji dwar il-protezzjoni adegwata tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehim dwar l-istatus sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-Mauritania jirrispettaw id-drittijiet fundamentali waqt l-operazzjonijiet, inkluż waqt il-monitoraġġ tal-konformità, kif ukoll għażliet sodi li se jiżguraw ir-responsabbiltà f’każ ta’ ksur; tiżgura li l-awtoritajiet tal-Mauritania jistabbilixxu mekkaniżmu tal-ilmenti indipendenti u effettiv, f’konformità mal-mekkaniżmu tal-ilmenti stabbilit mill-Frontex f’konformità mal-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) 2019/1896;
h)
tirrispetta, f’kull ħin, l-ogħla standards tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem matul in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar l-istatus u tiżgura l-konformità mal-ftehimiet tal-konvenzjonijiet rilevanti kollha, u l-istandards relatati mad-drittijiet tal-bniedem li l-UE hija marbuta legalment magħhom;
i)
iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b’mod sħiħ u regolari dwar il-passi kollha tal-proċess tan-negozjati, f’konformità mal-Artikolu 218(10) tat-TFUE, u, b’mod ġenerali, tinforma lill-Parlament Ewropew qabel ma tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar ftehim dwar l-istatus;
j)
fil-każ li l-ftehim dwar l-istatus jiġi konkluż, tiżgura u tikkondividi evalwazzjoni perjodika tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha u tal-attivitajiet operazzjonali konġunti, b’enfasi fuq l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u tinkludi mekkaniżmu adegwat ta’ monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali għall-attivitajiet tal-Frontex;
k)
b’mod parallel mal-implimentazzjoni tal-ftehim dwar l-istatus, tipprovdi taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali lill-awtoritajiet rilevanti tal-Mauritania bħala komponent ewlieni tal-operazzjonijiet eżekuttivi fil-pajjiż, inkluż dwar l-obbligi ta’ tfittxija u salvataġġ u dwar id-drittijiet ta’ dawk ikkonċernati, inklużi appelli għall-ilmenti;
l)
tagħti kwalunkwe appoġġ materjali lill-awtoritajiet tal-fruntieri tal-Mauritania kundizzjonali fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tiżgura li l-monitoraġġ jitwettaq;
m)
f’konformità mal-approċċ tal-FRO tal-Frontex meta tniedi operazzjonijiet fit-territorju ta’ pajjiż terz u f’kooperazzjoni mal-FRO, twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex ante fuq id-drittijiet fundamentali li huma rilevanti għall-oqsma marbuta mal-iskjerament potenzjali tal-Frontex qabel ma tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar l-istatus sabiex tkun tista’ tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt tal-kooperazzjoni potenzjali u tinnegozja dwar is-salvagwardji meħtieġa, f’konformità mal-Premessa (88) tar-Regolament (UE) 2019/1896; tagħmel din il-valutazzjoni tal-impatt, liema valutazzjoni l-Parlament jiddispjaċih jgħid li għadha ma saritx, disponibbli għall-pubbliku jew tal-anqas tikkondividiha mal-koleġiżlaturi;
6.2 Il-Frontex
a)
tiżgura konsultazzjoni effettiva, proattiva u f’waqtha mal-FRO meta tiddeċiedi jekk għandhiex tniedi operazzjoni konġunta fil-Mauritania, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/1896;
b)
tinvolvi lill-Forum Konsultattiv tal-Frontex dwar l-iżviluppi relatati mal-ftehim dwar l-istatus, f’konformità mal-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) 2019/1896, u tikkonsulta miegħu, f’konformità mal-metodi ta’ ħidma u l-mandat tiegħu, inkluż dwar l-organizzazzjoni possibbli ta’ żjara fuq il-post fil-Mauritania;
c)
tiżgura li kwalunkwe pjan operattiv li jistabbilixxi operazzjonijiet fit-territorju tal-Mauritania għandu:
i)
jistabbilixxi mekkaniżmu robust u formali biex jiġu indirizzati l-ilmenti mal-Frontex jew mal-awtoritajiet tal-Mauritania rilevanti għal azzjonijiet jew għal nuqqas ta’ azzjoni ta’ persunal skjerat jew ospitanti fil-pajjiż, f’konformità mal-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) 2019/1896, jinkludi dispożizzjonijiet ċari dwar għodod ta’ segwitu u ta’ infurzar wara li jiġu ppreżentati l-ilmenti, u filwaqt li tikkomunika b’mod ċar dwar dan is-segwitu;
ii)
isegwi, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Mauritania, preżenza tal-Frontex f’żoni kritiċi fejn x’aktarx li jseħħ l-arrest tal-migranti, jew il-vjolenza jew it-trattament degradanti fil-konfront tagħhom, u jiżgura li l-FRO u l-Osservaturi tad-Drittijiet Fundamentali jkollhom aċċess sħiħ għaż-żona operazzjonali, f’konformità mal-proċedura operattiva standard tal-FRO, sabiex ikun permess mekkaniżmu indipendenti li jissorvelja u jevalwa l-attivitajiet tal-Frontex fil-Mauritania, filwaqt li jiżgura impenji ċari għat-trasparenza u għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni tal-attivitajiet tal-Frontex;
iii)
jiżgura li l-ġbir u l-analiżi ta’ kwalunkwe data personali jkunu konformi bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2018/1725(4) u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali;
iv)
jaħdem mill-qrib mal-UNHCR waqt operazzjonijiet fil-Mauritania sabiex jiġi garantit id-dritt għall-ażil;
v)
jiżgura dispożizzjonijiet dwar it-taħriġ għall-persunal tal-Frontex skjerat fil-Mauritania dwar is-sitwazzjoni reġjonali u tal-Mauritania f’dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem u l-qafas legali;
d)
tiżgura konformità mar-regoli tal-Frontex dwar it-tneħħija obbligatorja tal-immunità għall-persunal skjerat, inklużi speċifikazzjonijiet dwar kif it-talbiet mill-awtoritajiet tal-Mauritania se jiġu ttrattati, kif ukoll dawk li jinkorporaw rwol b’saħħtu għall-FRO; tagħmel l-iskjerament ta’ uffiċjali permanenti tal-korp kundizzjonali fuq dawn il-linji gwida;
e)
tesplora u, fejn possibbli, tistabbilixxi mekkaniżmi għal persuni potenzjalment affettwati mill-azzjonijiet tal-Frontex fit-territorju tal-Mauritania biex ifittxu rimedju b’mod effettiv permezz ta’ korpi esterni;
f)
tiffirma Memorandum ta’ Qbil mal-Mauritania sabiex tallinja l-mekkaniżmi tal-ilmenti;
g)
fil-każ tal-iffirmar tal-ftehim dwar l-istatus u l-istabbiliment ta’ pjan operazzjonali, tiżgura li l-FRO jiskjera b’mod permanenti Monitoraġġ tad-Drittijiet Fundamentali biex jissorvelja l-operazzjonijiet fil-Mauritania u jimmonitorja l-kooperazzjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896;
h)
tinkludi linji gwida speċjali għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-ażil minn migranti vulnerabbli, b’mod partikolari t-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, in-nisa, il-persuni LGBTQI+ u l-membri tal-komunitajiet li jiffaċċjaw vjolenza mmirata jew prosekuzzjoni diskriminatorja fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;
i)
tħeġġeġ konsultazzjoni, djalogu u involviment sinifikanti mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti matul l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tagħha fil-Mauritania, inkluż it-tixrid tal-informazzjoni;
j)
twettaq evalwazzjonijiet perjodiċi ta’ operazzjonijiet konġunti f’pajjiżi terzi, inkluż fil-Mauritania, b’enfasi fuq id-drittijiet fundamentali, tikkondividihom mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku;
7. Jenfasizza r-responsabbiltà tal-Frontex li tindirizza kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-persunal tagħha fil-Mauritania, f’konformità mal-proċeduri eżistenti, u tiżgura l-obbligu ta’ rendikont; ifakkar li ksur ta’ natura serja jew li x’aktarx jippersisti huwa kawża biex tiġi ddubitata l-preżenza tal-persunal tal-Frontex u għandu jwassal għal evalwazzjoni mill-ġdid jew sospensjoni tal-iskjerament tal-Frontex fil-Mauritania, f’konformità mal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2019/1896 u l-Artikolu 18 tal-mudell tal-ftehim dwar l-istatus; jistieden lill-Frontex tiddenunzja kwalunkwe azzjoni bħal din sabiex tiġi evitata kull kompliċità fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tas-sigurtà tal-Mauritania u tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti biex tiżgura investigazzjoni fil-pront u imparzjali ta’ kwalunkwe allegat abbuż tad-drittijiet tal-bniedem;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tagħha, lill-Gvern tal-Mauritania u lill-firmatarji tal-Ftehim ta’ Cotonou bejn l-Unjoni Ewropea u lill-grupp ta’ pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).