Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 14 ta' Diċembru 2023 - Strasburgu
Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Il-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol
 Qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON 89034 × 5307 × GA21 u tletin subkombinazzjoni
 Lift taż-żrieragħ żejtnija ġenetikament modifikat Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3
 L-istatus mhux magħruf ta' Mikalai Statkevich u l-attakki reċenti fuq il-membri tal-familja ta' politiċi u attivisti Bela
 Il-Komunitajiet Maasai fit-Tanzanija
 Is-sekwestru ta' tfal Tibetani u l-prattiki ta' assimilazzjoni furzata permezz tal-boarding schools Ċiniżi fit-Tibe
 Inżidu l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali u teknoloġika
 Il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet tal-istat ta' ġenitur u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta' Ġenitur
 Riċerkaturi żgħażagħ
 Il-Frontex, ibbażata fuq il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat LIBE ta’ Skrutinju tal-Frontex
 Bank Ewropew tal-Idroġenu
 Tentattiv ta’ kolp ta’ stat fil-Gwatemala

Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Il-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol
PDF 141kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (COM(2023)04992023/2998(RPS))
P9_TA(2023)0474B9-0494/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (COM(2023)0499),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, fil-11 ta’ Mejju 2023, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fis-7 ta’ Diċembru 2022 u ppubblikata fit-18 ta’ Jannar 2023(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(4), il-punt (e) u l-Artikolu 5a(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi matul l-votazzjoni tiegħu fil-11 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma ta l-ebda opinjoni, li jfisser li l-proposta għal regolament ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki matul il-votazzjoni tat-20 ta’ Settembru 2020 tiegħu, il-Kunsill reġa’ ma ta ebda opinjoni;

B.  billi l-proposta għal regolament tal-Kunsill għandha l-għan li żżid il-livell massimu ta’ residwi (“MRL”) għat-triċiklażol fir-ross minn 0,01 għal 0,09 mg/kg;

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u dispożizzjonijiet armonizzati tal-Unjoni dwar livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċida fi u fuq l-ikel u l-għalf li joriġinaw minn pjanti u annimali;

D.   billi l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) jipprevedi li l-għan ta’ dak ir-Regolament huwa li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll tal-annimali u tal-ambjent u li jtejjeb it-tħaddim tas-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli fuq it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jtejjeb il-produzzjoni agrikola;

E.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” tirrikonoxxi li l-“ikel Ewropew diġà huwa standard dinji għal ikel li huwa sikur, abbundanti, nutrittiv u ta’ kwalità għolja”;

F.  billi t-triċiklażol huwa fungiċida sistemika u protettiva għall-kontroll effikaċi tal-blast tar-ross (Pyricularia grisea Sacc.) li jseħħ fl-istadji kollha tal-progressjoni (blast tal-weraq, taz-zokk u tal-panikula);

G.  billi t-triċiklażol ma ġiex inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fl-2008, wara li l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali kkonkluda li “li hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jiġi mistenni li għandu effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u b’mod partikolari id-data kruċjali nieqsa ma tippermettix li jiġu stipulati id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (id-DAK), id-Doża Akuta ta’ Referenza (id-DAR) u l-Livell(i) Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni għall-Operaturi (il-LAEO) u valuri bħal dawn huma meħtieġa biex titwettaq l-istima tar-riskju”(6); billi mit-30 ta’ Marzu 2009, it-triċiklażol mhuwiex awtorizzat għall-użu fl-Unjoni ;

H.  billi fir-rieżami bejn il-pari tagħha, wara applikazzjoni għall-approvazzjoni għall-użu fl-Unjoni fl-2015, l-EFSA kkonkludiet(7) li kien hemm diversi oqsma kritiċi ta’ tħassib fir-rigward tat-tossikoloġija tat-triċiklażol; billi l-EFSA ma setgħetx tinjora l-potenzjal ta’ ġenotossiċità u karċinoġeniċità tat-triċiklażol, u għalhekk il-valuri ta’ referenza ((id-DAK, id-DAR u l-LAEO) għall-użu fil-valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem ma setgħux jiġu stabbiliti; billi, b’riżultat ta’ dan, il-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema, il-persuni fil-qrib, ir-residenti u l-konsumaturi ma setgħetx titwettaq; billi, barra minn hekk, l-EFSA lanqas ma tista’ teskludi proprjetajiet potenzjali li jfixklu s-sistema endokrinali; billi l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġiet għalhekk miċħuda(8);

I.  billi, mill-2016, l-użu tat-triċiklażol ġie pprojbit fl-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet ta’ prodotti b’residwi ogħla mil-livell ta’ kwantifikazzjoni analitika;

J.  billi, minħabba l-projbizzjoni fuq dak il-fungiċida, il-bdiewa Ewropej kellhom bil-fors jinvestu biex isibu prattiki agrikoli alternattivi;

K.  billi l-projbizzjoni ta’ dak il-fungiċida fl-Unjoni wasslet għal tnaqqis kbir fil-produzzjoni tar-ross fost il-produtturi Ewropej;

L.  billi, peress li l-MRL għat-triċiklażol fir-ross tnaqqas għal-limitu ta’ determinazzjoni u sar applikabbli fl-Unjoni kollha fl-2017, il-produtturi tar-ross mhux tal-UE rrikorrew għal tekniki agronomiċi u adattaw il-mudelli kummerċjali tagħhom biex jippermettulhom ikomplu jesportaw lejn l-Unjoni;

M.  billi l-katina Ewropea tal-produzzjoni tar-ross appoġġjat b’mod konsistenti l-ħtieġa ta’ reċiproċità tar-regoli fir-rigward tal-użu tal-pestiċidi;

N.  billi l-projbizzjoni fuq it-triċiklażol fl-Unjoni toħloq sitwazzjoni ta’ nuqqas totali ta’ reċiproċità għad-detriment tal-produtturi tar-ross li jużaw l-istandards tal-Unjoni;

O.  billi din is-sitwazzjoni tista’ fit-tul twassal għal kompetizzjoni inġusta għall-produtturi tar-ross li jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni;

P.  billi l-politiki li jippermettu l-kummerċ jibqgħu prijorità għall-Parlament Ewropew;

Q.  billi, fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2022 (01.09.2021 - 31.07.2022), l-importazzjonijiet tar-ross fl-Unjoni laħqu rekord ta’ 1,67 miljun tunnellata, fuq bażi mitħuna, u ġiet irreġistrata żieda ta’ 36 % minn sena għal sena(9);

R.  billi l-importazzjonijiet li ġejjin minn pajjiżi li jippermettu l-użu tat-triċiklażol ammontaw għal volum totali ta’ kważi 194 000 tunnellata metrika, li jikkorrispondi għal madwar 12 % tal-importazzjonijiet totali(10);

S.  billi, filwaqt li l-bdiewa tal-Unjoni jkunu soġġetti għall-ogħla rekwiżiti possibbli ta’ sikurezza tal-konsumatur, l-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Kunsill tippermetti importazzjonijiet fl-Unjoni, li ma jikkonformawx mal-istandards tal-Unjoni;

T.  billi l-proposta għal regolament tal-Kunsill, skont is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), kienet tnaqqas in-notifiki b’76 % fl-2021 u b’73 % fl-2022;

U.  billi l-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Kunsill iddgħajjef is-sigurtà tal-ikel u, fin-nuqqas ta’ mezzi xierqa ta’ traċċabbiltà u informazzjoni, tista’ tiġġenera prattiki qarrieqa għall-konsumaturi;

V.  billi l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipju ta’ prekawzjoni bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni;

W.  billi, sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jindirizzaw il-kwistjoni tal-prodotti agrikoli importati ttrattati b’sustanzi kimiċi li jew huma pprojbiti jew ristretti fl-Unjoni;

1.  Jopponi l-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Kunsill;

2.  Iqis li l-proposta għal regolament tal-Kunsill tisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005;

3.  Iqis li din il-proposta għal regolament tal-Kunsill mhijiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 396/2005;

4.  Jinnota li l-proposta għal regolament tal-Kunsill ma tikkonformax mal-impenji li saru għas-sikurezza għolja tal-konsumatur;

5.  Jinnota li, bħala standards kummerċjali bbażati fuq ir-riskju, l-MRLs jgħinu biex jiġu evitati l-ostakli u t-tfixkil fil-kummerċ, u jissottolinja li kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni differenti jistgħu jwasslu għal ostakli u tfixkil potenzjali fil-kummerċ li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-konsumaturi, il-bdiewa u s-settur tal-ikel fl-Ewropa u lil hinn minnha;

6.  Jinsisti li l-MRL għat-triċiklażol fir-ross importat fl-Unjoni għandu jibqa’ 0.01 mg/kg bħal fil-każ tal-produtturi Ewropej tar-ross;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-proposta għal regolament;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja kundizzjonijiet ekwivalenti għall-bdiewa Ewropej;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
(2) Reasoned opinion on the setting of import tolerance for tricyclazole in rice ((Opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranza tal-importazzjoni għat-triċiklażol fir-ross), EFSA Journal 2023;21(1):7757, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.7757.
(3) ĠU C 411, 27.11.2020, p. 48.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(6)2008/770/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/65/KE tat-30 ta’ Settembru 2008 dwar l-esklużjoni tad-dicofol fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5108), ĠU L 263, 2.10.2009, p. 16.
(7)Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tricyclazole, (Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva triċiklażol), Ġurnal tal-EFSA 2015;13(2):4032, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4032.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1826 tal-14 ta’ Ottubru 2016 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva triċiklażol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 279, 15.10.2016, p. 88).
(9) EUROSTAT, 2023.
(10) EUROSTAT, 2023.


Qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON 89034 × 5307 × GA21 u tletin subkombinazzjoni
PDF 251kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON 89034 × 5307 × GA21 u tletin subkombinazzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D092592/03 – 2023/2993(RSP))
P9_TA(2023)0475B9-0492/2023

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON 89034 × 5307 × GA21 u tletin subkombinazzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D092592/03),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-18 ta’ April 2023, u ppubblikata fil-5 ta’ Ġunju 2023(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi fit-13 ta’ April 2018, Syngenta Crop Protection NV/SA, ibbażata fil-Belġju, f’isem Syngenta Crop Protection AG, ibbażata fl-Iżvizzera, ressqet applikazzjoni quddiem l-awtorità kompetenti tal-Ġermanja (l-“applikazzjoni”) għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON 89034 × 5307 × GA21, jew li jikkonsistu jew huma prodotti minnu, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kkonċernat ukoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON 89034 × 5307 × GA21, jew li jikkonsistu minnu (“il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla”), għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi l-applikazzjoni kienet tikkkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew jiġu prodotti minn 30 sottokombinazzjoni, mis-56 possibbli, tal-eventi ta’ trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla;

C.  billi, fil-5 ta’ Ġunju 2023, l-EFSA ħarġet opinjoni favorevoli f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-EFSA kkonkludiet li l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur daqs il-komparatur mhux ġenetikament modifikat tiegħu u daqs il-varjetajiet ta’ referenza mhux ġenetikament modifikati magħżula f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u l-ambjent;

D.  billi l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla fih ġeni li jagħtu reżistenza għal żewġ erbiċidi u jipproduċi sitt proteini insettiċidi;

Nuqqas ta’ valutazzjoni tal-erbiċidi komplementari

E.  billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013(5) jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għall-pjanti reżistenti għall-erbiċidi;

F.  billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ĠM li jittolleraw l-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin li jittollera l-erbiċidi(6);

G.  billi l-għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwaħħlu lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti mill-erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob premium għaż-żrieragħ ġenetikament modifikati li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru tali żerriegħa jbexxu wkoll l-erbiċidi komplementari; billi dipendenza akbar fuq erbiċidi komplementari fuq azjendi agrikoli li jħawlu l-għelejjel ġenetikament modifikati se tħaffef il-ħruġ mill-ġdid u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”;

H.  billi l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi se jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ fuq u ta’ taħt l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi tal-erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;

I.  billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018;

J.  billi l-EFSA kkonkludiet f’Novembru 2015 li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f’Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi riċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat(8);

K.  billi artikolu xjentifiku rieżaminat bejn il-pari minn espert involut fl-iżvilupp ta’ pjanti ĠM iqajjem dubji dwar is-sikurezza tal-għelejjel ĠM tolleranti għat-2,4-D minħabba d-degradazzjoni tiegħu fi prodotti ta’ dekompożizzjoni ċitotossiċi(9);

L.  billi l-għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwaħħlu lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti mill-erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob premium għaż-żrieragħ ġenetikament modifikati li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru tali żerriegħa jbexxu wkoll l-erbiċida komplementari; billi d-dipendenza akbar mill-erbiċidi fl-azjendi agrikoli li jkabbru għelejjel tolleranti għall-erbiċidi taċċellera l-ħolqien u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għall-erbiċidi, u b’hekk twassal għall-ħtieġa ta’ użu saħansitra akbar ta’ erbiċidi; billi, bħala konsegwenza, l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva mill-erbiċidi se jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ taħt u ta’ fuq l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi ta’ erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;

M.  billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u tal-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati ("il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM") u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM;

Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt

N.  billi għadd ta’ studji juru li ġew osservati effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista’ jkollhom proprjetajiet aġġuvanti(10), li jfisser li jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta’ proteini oħra li jiġu f’kuntatt magħhom;

O.  billi studju xjentifiku sab li t-tossiċità tat-tossini Bt tista’ tissaħħaħ ukoll permezz ta’ interazzjoni mar-residwi mill-bexx bl-erbiċidi u li huma meħtieġa aktar studji dwar l-effetti kombinatorji ta’ events ta’ trasformazzjoni multiplu (għelejjel ĠM li ġew immodifikati biex ikunu tolleranti għall-erbiċidi u jipproduċu insettiċidi fil-forma ta’ tossini Bt)(11); billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta’ residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies, madankollu, li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju;

Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi li ma humiex fil-mira

P.  billi, għall-kuntrarju tal-użu ta’ insettiċidi, meta l-esponiment ikun fiż-żmien tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta’ għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk mhux fil-mira għat-tossini Bt;

Q.  billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta’ azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa’ titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi(12); billi ġie rrapportat li għadd dejjem akbar ta’ organiżmi mhux fil-mira jiġu affettwati b’ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f’ħarsa ġenerali reċenti(13);

Kummenti tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u tal-partijiet ikkonċernati

R.  billi l-Istati Membri ssottomettew ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet xhur(14);

S.  billi analiżi dettaljata minn organizzazzjoni ta’ riċerka indipendenti sabet, inter alia, li l-EFSA intenzjonalment warrbet kwistjonijiet kruċjali. L-organizzazzjoni indipendenti ta’ riċerka targumenta wkoll li l-inġinerija ġenetika tal-pjanti tal-ikel għandha saffi ta’ kumplessità li jmorru ferm lil hinn minn dak li jista’ jiġi vvalutat mill-istandards attwali tal-valutazzjoni tar-riskju u li d-dikjarazzjonijiet dwar is-sikurezza tal-pjanti jsiru abbażi ta’ proċessi ta’ approvazzjoni li jikkunsidraw biss riskji li huma l-aktar faċli biex jiġu vvalutati(15);

Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni

T.  billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa(16); billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (“SDG tan-NU”) għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b’mod sostanzjali l-għadd ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u t-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(17);

U.  billi l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal (“Qafas ta’ Kunming-Montreal”), miftiehem fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB tan-NU) ta’ Diċembru 2022, jinkludi mira globali biex sal-2030 ir-riskju tal-pestiċidi jitnaqqas b’mill-inqas 50 %(18);

V.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ġenetikament modifikat ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi tali fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

W.  billi l-vot fl-24 ta’ Ottubru 2023 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma ta l-ebda opinjoni(19), jiġifieri l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

X.  billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 36 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM;

Y.  billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;

Z.  billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell(20);

1.  Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;

4.  Jappella lill-Kummissjoni ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidiminħabba ż-żieda assoċjata fl-użu ta’ erbiċidi komplementari u għalhekk iż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, għas-sikurezza tal-ikel u għas-saħħa tal-ħaddiema;

5.  Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għall-użi tal-ikel jew tal-għalf ta’ kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi li huma pprojbiti fl-Unjoni, bħall-glufosinat, hija inkoerenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU, inkluż il-Qafas ta’ Kunming-Montreal adottat reċentement(22);

6.  Jistenna li l-Kummissjoni, b’urġenza, u fil-ħin għall-konklużjoni taħt din il-leġiżlatura, twettaq l-impenn tagħha li tressaq proposta(23) biex tiżgura li kimiċi perikolużi pprojbiti fl-Unjoni ma jiġux prodotti għall-esportazzjoni;

7.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra datata l-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM(24); jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”(25);

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-“Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 × Bt11 × MIR162 × MIR604 × MON89034 x 5307 x GA21 u 30 subkombinazzjoni, għall-użi fl-ikel u fl-għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2018-149)”. Il-Ġurnal tal-EFSA 2023;21(6):8011 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8011.
(4)–––––––––––––––––––––––––––––––––––– Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 × MIR162 × NK603, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 and NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mll-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mll-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 22). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 29). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 48). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 55). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 434, 15.11.2022, p. 42).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 6).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 14).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A5547-127 (ACS-GMØØ6-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 177, 17.5.2023, p. 2).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata MON 94100 (MON-941ØØ-2), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0063).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0202).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87419 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0307).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0308).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkombinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0337).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0338).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).
(6) Ara, pereżempju, Bonny, S., ‘Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (L-impatti ta’ għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe, 28 ta’ Settembru 2012, Vol 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24.
(7) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) Ara, pereżempju, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887, https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610, u https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/.
(9) Lurquin, P.F., “Production of a toxic metabolite in 2, 4-D-resistant GM crop plants” (Produzzjoni ta’ metabolit tossiku f’pjanti tar-raba’ ĠM reżistenti għal 2, 4-D), 3 Biotech 2016(6), 82, https://doi.org/10.1007/s13205-016-0387-9.
(10) Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252.
(11) https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0278691516300722?via%3Dihub.
(12) Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO environmental risk assessment”, Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071.
(13) Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops. EFSA’s risk assessment approach for GM Bt plants fails by design" (L-għelejjel Bt tal-insettiċidi. L-approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA għal pjanti Bt ĠM ifalli mid-disinn), RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_report-Insecticidal%20Bt%20plants.pdf.
(14) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/action/downloadSupplement?doi=10.2903%2Fj.efsa.2023.8011&file=efs28011-sup-0018-Annex_8.pdf.
(15) https://www.testbiotech.org/node/3142.
(16) https://www.ohchr.org/en/documents/thematic-reports/ahrc3448-report-special-rapporteur-right-food.
(17) https://indicators.report/targets/3-9/.
(18) ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834.
(19) ara: https://food.ec.europa.eu/system/files/2023-11/sc_modif-genet_20231024_sum.pdf.
(20) Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(21) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li tistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u tistabbilixxi proċeduri dwar materji ta’ sigurtà fl-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(22) F’Diċembru 2022, intlaħaq qbil dwar qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_22_7834).
(23) Kif deskritt fl-anness tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità”, COM(2020)0667, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=COM%3A2020%3A667%3AFIN#document2.
(24) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(25) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.


Lift taż-żrieragħ żejtnija ġenetikament modifikat Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3
PDF 218kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti mil-lift ġenetikament modifikat Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D092595/03 – 2023/2995(RSP))
P9_TA(2023)0476B9-0490/2023

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti mil-lift ġenetikament modifikat Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D092595/03),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-15 ta’ Marzu 2023, u ppubblikata fis-26 ta’ April 2023(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi fit-8 ta’ Frar 2021, BASF SE, ibbażata fil-Ġermanja, f’isem BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, issottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mil-lift ġenetikament modifikat Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3;

B.  billi fis-26 ta’ April 2023, l-EFSA ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli;

C.  billi l-lift ġenetikament modifikat ġie modifikat bl-inġinerija biex ikun tolleranti għall-glufosinate;

Nuqqas ta’ valutazzjoni tal-erbiċida komplementari

D.  billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013(5) jirrikjedi valutazzjoni ta’ jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti ta’ tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għall-pjanti tolleranti għall-erbiċidi;

E.  billi l-maġġoranza tal-għelejjel ġenetikament modifikati ġew modifikati ġenetikament biex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” wieħed jew iktar li jistgħu jintużaw tul il-kultivazzjoni tal-għalla ġenetikament modifikat, mingħajr ma l-għalla jmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċida; billi għadd ta’ studji juru li l-għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu ogħla ta’ erbiċidi komplementari, partikolarment minħabba l-emerġenza ta’ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(6);

F.  billi l-għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jaqflu lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li tiddependi fil-biċċa l-kbira jew kompletament mill-erbiċidi, u dan billi ż-żrieragħ ġenetikament modifikati jinbiegħu għal prezz ogħla li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru din iż-żerriegħa jbexxu wkoll bl-erbiċida komplementari; billi dipendenza akbar fuq id-dikamba fl-irziezet li jiżirgħu l-lift ġenetikament modifikat ser taċċelera l-emerġenza u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għad-dikamba, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ użu saħansitra akbar tal-erbiċidi, li huwa ċirku vizzjuż magħruf bħala “it-treadmill tal-erbiċida”; billi, b’konsegwenza ta’ dan, l-impatti negattivi li joriġinaw mid-dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi ser jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità fuq u taħt l-art, kif ukoll se jwasslu għal esponiment akbar tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment anke permezz ta’ aktar residwi tal-erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;

G.  billi l-valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti li jinsabu fuq il-pjanti ġenetikament modifikati titqies li taqa’ barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“Bord tal-EFSA dwar l-OĠM”) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM;

H.  billi l-impatti negattivi li jirriżultaw mid-dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi ser jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ fuq u taħt l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi tal-erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;

I.  billi, bħala parti mill-valutazzjoni tas-sikurezza tal-OĠM, il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM ma kkunsidrax il-kundizzjonijiet fil-ħajja reali għat-tkabbir ta’ dawn il-pjanti, inkluż l-ammonti kbar ta’ erbiċidi li jiġu applikati fil-prattika, ir-residwi mill-bexx b’erbiċidi komplementari kif ukoll l-impatt ta’ bexx iktar intensiv fuq il-kompożizzjoni ġenerali tal-pjanta;

J.  billi l-glufosinate huwa kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni 1B u għaldatstant jissodisfa “l-kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) billi l-approvazzjoni tal-glufosinate għall-użu fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018;

Kummenti mill-partijiet ikkonċernati

K.  billi analiżi dettaljata minn organizzazzjoni indipendenti tar-riċerka kkonkludiet li l-opinjoni tal-EFSA għandha tiġi rrifjutata minħabba difetti kbar u lakuni sostanzjali u evidenza ġdida li turi li l-opinjoni tal-EFSA mhijiex konklużiva;

Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni

L.  billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, partikolarment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa(8); billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-NU għandha l-għan li sal-2030 jitnaqqas sostanzjalment in-numru ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u t-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, l-ilma u l-ħamrija(9); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-lift ġenetikament modifikat iżżid id-domanda għal din l-għalla, li hija maħsuba biex tiġi ttrattata bid-dikamba, u b’hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema u tal-ambjent f’pajjiżi terzi; billi r-riskju ta’ esponiment akbar tal-ħaddiema u tal-ambjent huwa ta’ tħassib partikolari b’relazzjoni mal-għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, minħabba l-volumi akbar ta’ erbiċidi użati;

M.  billi l-Unjoni, bħala parti għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU (“KDB tan-NU”), għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-attivitajiet li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni u l-kontroll tagħha ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta’ Stati oħrajn(10);

N.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ġenetikament modifikat ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata meta tfassal id-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-SDG tan-NU, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-KDB tan-NU;

Teħid ta’ deċiżjonijiet mhux demokratiku

O.  billi l-votazzjoni tal-24 ta’ Ottubru 2023 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma ħarġet l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

P.  billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li hija verament l-eċċezzjoni għal awtorizzazzjonijiet għal prodott inġenerali iżda saret in-norma għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, huwa problematiku;

Q.  billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament b’kollox adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM għal ikel u għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 36 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni tal-ebda minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu n-nuqqas ta’ rispett għall-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju;

R.  billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni tkompli tawtorizza l-OĠM;

S.  billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tawtorizza l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell(11);

1.  Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jaqbeż is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), huwa li jipprovdi l-bażi biex, b’relazzjoni mal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;

4.  Jerġa’ jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-obbligi tal-Unjoni taħt il-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDG tan-NU; itenni l-appell tiegħu biex l-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”(13);

5.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni finalment irrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà meta tieħu deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM(14); jesprimi d-diżappunt profond tiegħu, madankollu, li minn dakinhar ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-importazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni, minkejja oġġezzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-Parlament u minkejja li l-maġġoranza tal-Istati Membri vvutaw kontra;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni ta’ għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi minħabba ż-żieda fl-użu ta’ erbiċidi komplementari, u r-riskji assoċjati għall-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-ħaddiema;

7.  Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011(15), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għan-negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni m’għandhiex tawtorizza l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta’ urġenza;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar l-“Assessment of genetically modified oilseed rape MS8, RF3 and MS8 x RF3 for renewal authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-RX-024)” (Valutazzjoni tal-lift ġenetikament modifikat MS8, RF3 u MS8 × RF3 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-024)). Il-Ġurnal tal-EFSA 2023;21(4):7934 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7934.
(4)–––––––––––––––––––––––––––––––––––– Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba’ mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12)Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18)Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 22). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 29). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 48). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 55). Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 434, 15.11.2022, p. 42).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 6).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 14).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A5547-127 (ACS-GMØØ6-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 177, 17.5.2023, p. 2).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom lift taż-żrieragħ żejtnija ġenetikament modifikat MON 94100 (MON-941ØØ-2), li jikkonsistu minnu jew magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0063).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0202).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87419 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0307).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0308).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkombinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0337).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685, (UE) 2019/1305 u (UE) 2019/2087 fir-rigward tal-materjal ta’ referenza (Testi adottati, P9_TA(2023)0338).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).
(6) Ara, pereżempju, Bonny S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016;57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years” (L-impatti ta’ għelejjel ġenetikament modifikati bl-inġinerija fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti - l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/.
(9) https://indicators.report/targets/3-9/.
(10) Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika , l-Artikolu 3: https://www.cbd.int/convention/articles/?a=cbd-03.
(11) Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali ul-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(13) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.
(14) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(15) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 257.


L-istatus mhux magħruf ta' Mikalai Statkevich u l-attakki reċenti fuq il-membri tal-familja ta' politiċi u attivisti Bela
PDF 127kWORD 44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar l-istatus mhux magħruf ta’ Mikola Statkevich u l-attakki reċenti fuq il-membri tal-familja ta’ politiċi u attivisti Belarussi (2023/3023(RSP))
P9_TA(2023)0477RC-B9-0509/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-eks kandidat presidenzjali u r-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2020 Mikola Statkevich ilu l-ħabs fuq akkużi politikament motivati għal 14-il sena; billi qiegħed jinżamm f’reklużjoni taħt sigurtà massima; billi saħħtu qed tiddeterjora u l-avukati u l-familja tiegħu ġew imċaħħda minn informazzjoni u kuntatt għal aktar minn 300 ġurnata;

B.  billi priġunieri politiċi prominenti Belarussi, inklużi Ales Bialiatski, Maria Kalesnikava, Siarhei Tsikhanouski, Viktar Babaryka, Maksim Znak, Pavel Sevyarynets, Palina Sharenda-Panasiuk, Andrzej Poczobut u Ihar Losik, ġew soġġetti għal iżolament simili;

C.  billi fir-rapport tiegħu tat-3 ta’ Frar 2023, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) iddikjara li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fil-Belarussja jikkostitwixxu trattament krudili, inuman u degradanti, kif ukoll tortura; billi l-priġunieri ma jingħatawx assistenza medika jew konsulenza legali f’waqthom;

D.  billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-politiċi tal-oppożizzjoni demokratika, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-membri tal-familja tal-attivisti huma sistematikament soġġetti għal repressjoni vjolenti mir-reġim ta’ Lukashenka u mġiegħla jaħarbu;

1.  Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Mikola Statkevich u tal-1 500 priġunier politiku kollha; jitlob l-irtirar tal-akkużi kollha kontrihom, ir-riabilitazzjoni sħiħa tagħhom u l-kumpens finanzjarju għad-dannu mġarrab bħala riżultat taċ-ċaħda tal-libertà;

2.  Jinsisti li l-priġunieri għandhom jirċievu assistenza medika xierqa u aċċess għal avukati, familja, diplomatiċi u organizzazzjonijiet internazzjonali, li jistgħu jivvalutaw il-kundizzjoni tagħhom u jipprovdulhom l-għajnuna; jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA) fil-Belarussja;

3.  Jikkundanna bil-qawwa s-sentenzi mhux ġustifikati u motivati politikament u r-repressjoni kontinwa tal-forzi demokratiċi Belarussi, is-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, it-trejdjunjonisti, il-ġurnalisti, il-kleru, l-attivisti politiċi u l-familjari tagħhom;

4.  Ikompli jappoġġa bis-sħiħ is-solidarjetà mal-poplu, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili tal-Belarussja fil-ġlieda tagħhom għal Belarussja ħielsa, sovrana u demokratika;

5.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw lill-priġunieri politiċi u lill-familji tagħhom billi jaħtfu kull opportunità biex jeżiġu l-ħelsien immedjat tagħhom, isejħu lir-rappreżentanti diplomatiċi li fadal tar-reġim biex jitolbu prova tal-kundizzjoni u l-lokalizzazzjoni tagħhom, jagħtu viżi umanitarji biex jirrispondu b’mod effettiv għall-kwistjoni tal-apolidija, jipprovdu riabilitazzjoni u appoġġ prattiku u finanzjarju, u jżidu l-pressjoni fuq ir-reġim permezz ta’ sanzjonijiet ġodda;

6.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jiddokumentaw b’mod kontinwu d-delitti internazzjonali u jitolbu l-obbligu ta’ rendikont fil-livell tan-NU, permezz tal-OHCHR li jeżamina s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u billi jippreserva l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja;

7.  Itenni t-talba tiegħu għall-prosekuzzjoni u s-sanzjoni ta’ dawk kollha responsabbli mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-delitti tal-gwerra taħt ir-reġim ta’ Lukashenka;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi, lill-awtoritajiet de facto Belarussi, lin-NU u lill-KISA.


Il-Komunitajiet Maasai fit-Tanzanija
PDF 122kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar il-komunitajiet Maasai fit-Tanzanija (2023/3024(RSP))
P9_TA(2023)0478RC-B9-0511/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-komunitajiet Maasai qed jiġu żgumbrati minn arthom fid-Distrett ta’ Ngorongoro, li jinkludi ż-Żona ta’ Konservazzjoni ta’ Ngorongoro u ż-Żona ta’ Loliondo;

B.  billi, f’Ġunju 2022, l-awtoritajiet Tanzanin bdew jikkonvertu 1 500 km² ta’ art f’Loliondo f’riżerva tal-kaċċa u dan wassal għal żgumbramenti estensivi u ċaħħad lil aktar minn 70 000 persuna mill-aċċess għal mergħat li huma fundamentali għas-saħħa tal-bhejjem tagħhom u għall-għajxien tagħhom; billi dan ma kienx l-ewwel tentattiv biex il-Maasai f’Loliondo jiġu mblukkati milli jkollhom aċċess għall-mergħat fil-villaġġi mingħajr il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom;

C.  billi, minn Ġunju 2022 ’il quddiem, fiż-Żona ta’ Konservazzjoni ta’ Ngorongoro, il-gvern irrestrinġa l-aċċess għal servizzi vitali bħall-ikel, l-edukazzjoni, l-ilma u l-kura tas-saħħa, u b’hekk ġiegħel lil ħafna komunitajiet Maasai jitilqu;

D.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali huwa prerekwiżit għall-konservazzjoni effettiva tal-bijodiversità; billi esperti indipendenti tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ħeġġew lit-Tanzanija twaqqaf l-iżgumbramenti furzati kollha fi Ngorongoro u qajmu tħassib dwar il-konsultazzjoni inadegwata tal-gvern mal-komunitajiet Maasai milquta u dwar in-nuqqas ta’ trasparenza;

1.  Iħeġġeġ lill-Gvern Tanzani jwaqqaf minnufih l-iżgumbramenti furzati tal-komunitajiet Maasai, jevita kwalunkwe miżura li jkollha impatt negattiv fuq il-ħajja, l-għajxien u l-kultura ta’ dawn il-komunitajiet, jiggarantilhom ritorn sikur u jirrispetta d-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-ġustizzja u għal rimedji effettivi għall-vittmi;

2.  Jistieden lill-Gvern Tanzani jirrikonoxxi u jipproteġi d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u jistiednu jirrikonoxxi l-artijiet u r-riżorsi li l-komunitajiet Maasai ilhom jamministraw għal ġenerazzjonijiet sħaħ u r-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi u tal-bijodiversità;

3.  Jafferma mill-ġdid li l-miżuri kollha relatati mal-komunitajiet Maasai jridu jirrispettaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali, inkluż id-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni, għall-art, għal-libertà ta’ għaqda u għall-kunsens liberu, minn qabel u infurmat;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet jaħdmu mal-komunitajiet milquta biex ifasslu soluzzjoni permanenti u aċċettabbli għall-Maasai fid-Distrett ta’ Ngorongoro li tkun tirrispetta d-drittijiet tagħhom;

5.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni biex fid-djalogu politiku tagħhom mal-Gvern Tanzani jinsistu fuq l-importanza tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

6.  Iħeġġeġ lill-Gvern Tanzani jippermetti lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jwettqu żjarat ta’ osservazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-allokazzjonijiet tagħha għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u għall-għajnuna umanitarja mmirati lejn it-Tanzanija, peress li inizjalment ma kienet ġiet ippjanata l-ebda għajnuna b’appoġġ għall-Maasai;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar il-programmi ta’ appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea u inizjattivi oħra fit-Tanzanija, b’attenzjoni partikolari għall-proġetti li jittrattaw it-telfien tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima u għas-salvagwardji inkorporati tad-drittijiet tal-bniedem;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tanzanija u lin-Nazzjonijiet Uniti.


Is-sekwestru ta' tfal Tibetani u l-prattiki ta' assimilazzjoni furzata permezz tal-boarding schools Ċiniżi fit-Tibe
PDF 136kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar is-sekwestru ta’ tfal Tibetani u l-prattiki ta’ assimilazzjoni furzata permezz tal-boarding schools Ċiniżi fit-Tibet (2023/3025(RSP))
P9_TA(2023)0479RC-B9-0510/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina u t-Tibet,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi, taħt it-tmexxija ta’ Xi Jinping, il-Gvern Ċiniż sar sistematikament u dejjem aktar oppressiv; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet għadha qed tiddegrada; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt għandhom ikunu fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina;

B.  billi l-awtoritajiet Ċiniżi stabbilew sistema espansiva ta’ boarding schools de facto obbligatorji u politiċizzati ħafna għat-tfal ta’ bejn l-4 u t-18-il sena, li tirrikjedi li dawn jgħaddu minn edukazzjoni obbligatorja bil-Mandarin mingħajr ebda opportunità għal studju sostantiv tal-lingwa, l-istorja jew il-kultura Tibetani; billi madwar 80 % tat-tfal Tibetani, li jammontaw għal madwar miljun, ġew separati mill-familji tagħhom permezz ta’ din is-sistema, bil-għan li jiġu assimilati bil-forza minn perspettiva kulturali, reliġjużi u lingwistika fil-maġġoranza Han; billi kważi ma hemm l-ebda alternattiva privata għal dawn l-iskejjel tal-gvern, li allegatament fihom isseħħ sorveljanza qawwija;

C.  billi l-esperti tan-NU huma mħassba li t-tfal Tibetani għalhekk qed ibatu minn tensjoni psikoloġika u emozzjonali severa, inklużi s-solitudni u l-iżolament, u qed jitilfu l-kapaċità li jikkomunikaw faċilment bil-lingwa nattiva tagħhom mal-familji tagħhom, u dan jikkontribwixxi għall-erożjoni tal-identità individwali u soċjali tagħhom, li tikser id-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u tista’ tammonta għal ġenoċidju;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-politiki repressivi ta’ assimilazzjoni fiċ-Ċina kollha, speċjalment is-sistema ta’ boarding schools fit-Tibet, li jfittxu li jeliminaw it-tradizzjonijiet lingwistiċi, kulturali u reliġjużi distinti fost it-Tibetani u minoranzi oħra, bħall-Ujguri;

2.  Jappella għall-abolizzjoni immedjata tas-sistema tal-boarding schools imposta fuq it-tfal fit-Tibet u l-prattika tas-separazzjonijiet tal-familji, kif enfasizzat mill-esperti tan-NU fi Frar 2023; jistieden ukoll lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettu l-istabbiliment ta’ skejjel Tibetani privati;

3.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li timponi restrizzjonijiet fuq il-viżi lill-uffiċjali Ċiniżi marbuta mas-sistema tal-boarding schools fit-Tibet; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kunsill jadottaw sanzjonijiet immirati simili;

4.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-VP/RGħ jitolbu li l-Gvern Ċiniż joħroġ viżi lid-diplomatiċi Ewropej biex iżuru l-boarding schools fit-Tibet, jippermettu lil ġurnalisti indipendenti u osservaturi internazzjonali fir-reġjun u ma jxerrdux aħbarijiet foloz;

5.  Ifakkar fl-importanza li l-UE tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari s-sitwazzjoni fit-Tibet, fid-djalogi politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem kollha mal-awtoritajiet Ċiniżi;

6.  Itenni t-talba tiegħu lill-Gvern Ċiniż biex jerġa’ jimpenja ruħu mar-rappreżentanti tal-14-il Dalai Lama biex jistabbilixxi awtonomija ġenwina għat-Tibetani fiċ-Ċina; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jeħilsu lill-Panchen Lama u ma jinterferixxux fid-deżinjazzjoni tal-mexxej spiritwali Tibetan;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE, lin-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


Inżidu l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali u teknoloġika
PDF 177kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar żieda fl-innovazzjoni u fil-kompetittività industrijali u teknoloġika permezz ta’ ambjent favorevoli għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu (2023/2110(INI))
P9_TA(2023)0480A9-0383/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 101 sa 109 u l-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2016 bit-titolu “Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu” (COM(2016)0733),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013(1) (Regolament Orizzont Ewropa),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” (COM(2021)0350),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni ġdida” (COM(2022)0332),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar l-istat tal-Unjoni tal-SMEs(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs (COM(2023)0535),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0383/2023),

A.  billi għalkemm ġew ippubblikati diversi komunikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-UE dwar negozji ġodda, għadhom ma ġew adottati l-ebda definizzjonijiet konkreti ta’ negozju ġdid jew ta’ negozju li qed jespandi;

B.  billi n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu huma kkaratterizzati minn riżorsi limitati tal-persunal u kapaċità komparattivament limitata biex jikkonformaw ma’ reġimi regolatorji kumplessi jew proċeduri ta’ finanzjament; billi l-ħtiġijiet tan-negozju tagħhom u l-isfidi speċifiċi ta’ spiss huma ta’ natura differenti minn dawk ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) stabbiliti;

C.  billi l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) ġie stabbilit taħt ir-Regolament Orizzont Ewropa;

D.  billi l-Kummissjoni għandha diversi inizjattivi fis-seħħ immirati lejn il-promozzjoni tal-intraprenditorija, l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali fl-UE, bħall-inizjattiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu, it-tabella ta’ valutazzjoni tal-ekoinnovazzjoni, il-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u l-Innovazzjoni (KICs), il-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti, id-Deċennju Diġitali u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, kif ukoll programmi ta’ finanzjament iddedikati għall-innovazzjoni f’oqsma ta’ politika oħra;

E.  billi hemm disparitajiet storiċi notevoli bejn il-kultura ta’ investiment fl-Ewropa u f’reġjuni oħra tad-dinja, notevolment għall-kapital ta’ riskju u l-investiment informali;

F.  billi l-UE hija impenjata li ttejjeb il-kompetittività industrijali u teknoloġika tagħha fis-suq globali, toħloq ktajjen tal-provvista reżiljenti u diversifikati u tmexxi fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għalhekk tirrikonoxxi l-ħtieġa li ttejjeb il-pożizzjoni tagħha permezz ta’ appoġġ sostnut għat-tkabbir ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu, peress li jistgħu jrawmu l-innovazzjoni u jippromwovu l-objettivi tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;

G.  billi l-UE tirrikonoxxi l-potenzjal ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu biex imexxu l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà, jippromwovu s-sostenibbiltà u jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-programm Ewropa diġitali, l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Innovazzjoni u l-istrateġija industrijali aġġornata tal-UE;

H.  billi t-trawwim tal-innovazzjoni transsettorjali u l-inkoraġġiment tal-kollaborazzjoni u l-iskambji tal-għarfien fost industriji varji huma imperattivi biex jitmexxew il-kreattività, l-effiċjenza u t-tkabbir trasformattiv fi ħdan ix-xenarju tan-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu;

I.  billi n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu bħalissa huma mfixkla minn nuqqas ta’ integrazzjoni tas-suq uniku, diskrepanzi regolatorji u piżijiet amministrattivi eċċessivi; billi l-kompetittività Ewropea għadha lura b’rispett ta’ ekonomiji żviluppati oħra, u qed thedded il-potenzjal tal-Ewropa li tiġġenera tkabbir u prosperità;

J.  billi l-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-kompetizzjoni mdgħajfa fl-Unjoni jistgħu jirriskjaw li jżidu l-ostakli għad-dħul fis-suq, b’mod partikolari fil-kuntest tan-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu, u jistgħu jfixklu l-allokazzjoni kompetittiva tal-kapital ibbażata fuq il-mertu;

K.  billi t-trawwim ta’ ekosistema ta’ negozji ġodda inklużiva hija ta’ importanza kbira, peress li d-diversità fit-timijiet u fit-tmexxija sservi bħala katalist għall-innovazzjoni, il-kreattività u r-reżiljenza;

L.  billi infrastruttura diġitali robusta u konnettività mifruxa huma prerekwiżiti fundamentali u faċilitaturi essenzjali ta’ innovazzjoni diġitali inklużiva għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu; billi hemm differenzi reġjonali sinifikanti fi ħdan l-UE f’dan ir-rigward; billi hemm bżonn ta’ aktar investiment u avvanzi fl-infrastruttura diġitali biex ilaħħqu mad-domanda tat-teknoloġiji li qed jevolvu u biex l-UE tkun tista’ tibqa’ minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni fix-xena globali;

M.  billi r-rapport tal-2023 dwar l-istat tad-Deċennju Diġitali(4) jissottolinja l-fatt li huwa meħtieġ aktar progress fit-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-IA, il-big data u l-cloud computing;

N.  billi aspett ċentrali ta’ attività intraprenditorjali ta’ suċċess huwa l-abbiltà li jinnovaw, jadattaw u jidentifikaw lakuni fis-suq biex jiġu pprovduti prodotti jew servizzi kompetittivi lill-klijenti fuq skala li fl-aħħar mill-aħħar tkun profittabbli; billi għal dawk li jfasslu l-politika, dan jimplika li l-aktar azzjoni effettiva għall-promozzjoni ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu fl-Unjoni hija l-appoġġ ta’ ambjent regolatorju favorevoli li jiffaċilita d-dħul fis-suq, l-espansjoni tan-negozju u l-aċċess għall-kapital, bil-għan li tistimula l-innovazzjoni, tippromwovi kompetizzjoni b’saħħitha u jiġu żgurati benefiċċji massimi għall-konsumaturi;

Definizzjonijiet

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, biex tipproponi definizzjonijiet armonizzati u wesgħin għal negozju ġdid u negozju li qed jespandi rispettivament, ibbażati fuq l-iskalabbiltà, filwaqt li tqis kif huma differenti minn xulxin u l-istatus partikolari tagħhom relattiv mal-SMEs, sabiex tiġi evitata l-esklużjoni involontarja ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu minħabba definizzjonijiet restrittivi;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu fi ħdan l-SMEs, u biex tuża din id-definizzjoni fil-kuntest tal-politika u l-istatistika;

3.  Jinsab imħasseb li n-nuqqas li jiġu adottati definizzjonijiet xierqa jista’ jimmina l-effettività tal-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti; jinnota li, għalkemm negozji ġodda u SMEs għandhom xi interessi li jikkoinċidu, huma jvarjaw sostanzjalment ladarba jidħlu fil-fażijiet ta’ ġbir ta’ fondi, tkabbir u maturità; jenfasizza, barra minn hekk, li n-negozji ġodda jiltaqgħu ma’ inċertezza u riskju għoli ta’ falliment, u jiddependu fuq ekosistemi u klassi differenti ta’ investitur; jemmen, għalhekk, li s-sempliċi klassifikazzjoni ta’ negozji ġodda bħala SMEs tillimita t-tkabbir tagħhom, l-aċċess għas-swieq u l-opportunitajiet biex jinvestu;

4.  Huwa konvint li definizzjonijiet iddedikati se jżidu l-opportunitajiet għall-appoġġ permezz ta’ miżuri li huma mfassla għall-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu billi jagħtu spinta lill-aċċess tagħhom għas-swieq kapitali Ewropej u għall-investituri privati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoordinaw aktar l-isforzi rispettivi tagħhom biex jattiraw il-kapital privat f’negozji ġodda u negozji li qed jespandu biex jaqsmu “l-widien tal-mewt” suċċessivi u jimlew il-lakuni rispettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija Ewropea komprensiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu li tippromwovi l-innovazzjoni u tindirizza l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-innovaturi individwali, il-fundaturi, in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu;

Aċċess għall-finanzjament

5.  Jenfasizza l-isfidi li jiltaqgħu magħhom in-negozji ġodda Ewropej fl-aċċess għall-finanzjament, inklużi d-diffikultajiet biex jespandu malajr in-negozji madwar l-Ewropa; iħeġġeġ lill-gvernijiet, lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-investituri privati jikkollaboraw u jiżviluppaw strateġiji biex tiġi kkultivata kultura ta’ investiment aktar tolleranti għar-riskju;

6.  Jenfasizza l-impatt sinifikanti li l-ħlasijiet tard għandhom fuq il-likwidità għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu; jinnota li s-soluzzjonijiet diġitali jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw aktar trasparenza tal-fatturi u ħlasijiet aktar mgħaġġla tal-fatturi;

7.  Jenfasizza r-rwol tal-investituri istituzzjonali, bħall-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, u jappella li dawn jitħallew jinvestu porzjon akbar tal-portafolli tagħhom f’kapital ta’ riskju u investimenti fi stadju bikri, peress li dan jipprovdi sors vitali ta’ finanzjament fuq terminu twil għal negozji ġodda; ifakkar li l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1023(5) dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv u t-tieni ċans għandha l-għan li tbiddel il-kultura avversa għar-riskju fl-Ewropa;

8.  Ifakkar fir-rwol katalitiku li għandu l-appoġġ pubbliku mmirat, fil-forma ta’ għotjiet, self u garanziji ta’ self, biex jitnaqqas id-distakk ta’ finanzjament għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu meta l-investiment privat ikun insuffiċjenti jew mhux disponibbli; huwa tal-fehma li l-użu mill-istituzzjonijiet pubbliċi tal-UE tal-investiment azzjonarju bħala għodda ta’ politika għandu jibqa’ eċċezzjoni u għandu, bħala prinċipju ta’ gwida ġenerali, jindirizza biss in-nuqqasijiet tas-suq; jistenna li l-Kummissjoni tieħu l-akbar attenzjoni tal-interessi tan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fl-aċċess kompetittiv għas-suq meta tevalwa l-eżenzjonijiet mir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, ir-regoli tal-kontroll tal-amalgamazzjonijiet u t-tnaqqis tad-dispożizzjonijiet tal-politika tal-kompetizzjoni;

9.  Jisħaq li, fl-ekonomiji tas-suq, il-mekkaniżmu primarju biex jiffinanzja l-ħtiġijiet kapitali tan-negozji, inklużi dawk ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu, huwa permezz ta’ dejn privat u swieq ta’ ekwità; iħeġġeġ it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali biex timmobilizza l-kapital privat u ttejjeb il-moviment transfruntier ta’ tali kapital fl-Unjoni; jappella għal approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali u l-ostakli li jxekklu l-aċċess għall-finanzi fi ħdan l-ekosistema Ewropea ta’ negozji ġodda, filwaqt li jiġu rikonoxxuti x-xenarji finanzjarji differenti fost l-Istati Membri u r-reġjuni;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu innovattivi fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE u tiżgura aċċess aktar faċli għal proċessi ta’ applikazzjoni li jkunu aktar sempliċi għall-programmi ta’ finanzjament tal-UE u sejħiet għall-offerti, kif ukoll ħruġ aħjar, aktar mgħaġġel u eħfef ta’ dawn il-fondi; jirrikonoxxi x-xenarju finanzjarju attwali, li fih negozji ġodda jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jaċċessaw finanzjament immirat permezz ta’ għotjiet, garanziji u self minħabba ostakli burokratiċi u perjodi ta’ stennija fit-tul wara l-approvazzjoni tal-għotja; jenfasizza l-ħtieġa li l-istruttura ta’ finanzjament eżistenti tal-UE tiġi adattata għar-rekwiżiti distintivi ta’ negozji ġodda biex jiġi żgurat li l-appoġġ finanzjarju rilevanti ma jkunx soġġett għal piżijiet amministrattivi żejda; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jitħaffef l-iżborż tal-fondi approvati, billi jiġi minimizzat il-perjodu ta’ stennija bejn l-approvazzjoni tal-għotja u l-irċevuta tal-fondi;

11.  Jirrikonoxxi li, minħabba l-ħtiġijiet uniċi tagħhom, is-setturi u l-industriji tal-kultura u kreattivi jeħtieġu mekkaniżmi finanzjarji aċċessibbli u mfassla apposta; jappella għal finanzjament immirat għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu fi ħdan is-setturi u l-industriji tal-kultura u kreattivi;

12.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprijoritizzaw l-investimenti fl-infrastruttura diġitali fiż-żoni urbani u rurali, billi jadottaw approċċ li jaħseb ’il quddiem li jappoġġja t-tkabbir u s-sostenibbiltà tan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu u jsaħħaħ it-tmexxija diġitali tal-Ewropa;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-ostakli li n-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu jiffaċċjaw fl-aċċess ta’ finanzjament u proċessi ta’ applikazzjoni ta’ finanzjament imfassla apposta b’mod li jippermetti aċċess aktar faċli għall-finanzjament; jappella li l-isforzi jkunu ffukati fuq l-armonizzazzjoni mgħaġġla tas-swieq kapitali madwar l-Unjoni;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ finanzjament għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu, inkluż l-akkwist pubbliku u l-għoti ta’ għotjiet, self, garanziji u finanzjament kollettiv, filwaqt li tieħu ħsieb li ma tkeċċix l-investiment privat; iħeġġiġha biex torjenta mill-ġdid il-fondi eżistenti biex jimmiraw lejn in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu Ewropej b’mod aktar effettiv, inkluż permezz ta’ sejħa speċjali għal proġetti għal teknoloġija profonda u teknoloġija ekoloġika; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata sistema pan-Ewropea volontarja ta’ referenza ta’ kreditu għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu li ma jingħatawx self bankarju; jisħaq fuq il-ħtieġa li jespandu inizjattivi bħal VentureEU biex jattiraw investiment privat akbar fit-tul għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex isaħħu l-inċentivi għal investiment fi stadju bikri mill-investituri informali u mill-investituri; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-aħjar prattiki rilevanti madwar l-UE u tipprovdi rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi qafas komuni;

15.  Iħeġġeġ lill-aġenziji tal-gvern u lill-investituri privati jipprovdu għotjiet aktar immirati u self b’imgħax baxx lil negozji ġodda u negozji li qed jespandu f’diversi stadji ta’ tkabbir, filwaqt li jżommu mekkaniżmi kompetittivi ta’ allokazzjoni ta’ kapital u jieħdu l-akbar attenzjoni biex ma jeskludux l-investiment privat;

16.  Huwa favur il-ħolqien ta’ inċentivi u mekkaniżmi ta’ finanzjament biex jappoġġjaw proġetti transsettorjali biex jippermettu lil negozji ġodda u negozji li qed jespandu jesploraw kollaborazzjonijiet mhux konvenzjonali u jagħmlu użu minn għarfien espert divers, partikolarment f’oqsma bħall-enerġija rinnovabbli, il-bijoteknoloġija, il-bliet intelliġenti u s-setturi u l-industriji tal-kultura u kreattivi;

Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni

17.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), li għandu l-għan li jappoġġja, permezz ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji, negozji ġodda innovattivi u negozji li qed jespandu li, minkejja li kellhom każ kummerċjali validu, ma setgħux jiżguraw finanzjament minħabba l-falliment tas-suq; jappella biex il-Fond tal-EIC jagħti attenzjoni speċjali lill-bilanċ ġeografiku; jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni ta’ twessigħ tal-EIC u l-għan ġenerali li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jitwessgħu għal sehem ta’ mill-inqas 15 % tal-finanzjament fl-istrumenti kollha tal-EIC, kif inhu rakkomandat mill-Bord tal-EIC; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ l-azzjonijiet rakkomandati mill-Bord tal-EIC sabiex tiżgura li l-Fond tal-EIC ikollu impatt tassew Ewropew;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-EIC ikun attur kredibbli tas-suq; ifakkar li l-investimenti tal-EIC għandu jkollhom l-għan li “jressqu viċin” lill-investituri privati aktar milli jkeċċuhom; jappella għal, fid-dawl tal-attività li qed tiżdied tal-EIC, strateġija ċara dwar il-ġestjoni tal-Fond tal-EIC, inkluż fir-rigward tal-metodi u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapital u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-maniġers tal-fondi; japprezza d-diliġenza dovuta ta’ kwalità għolja mwettqa mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li din il-kwalità tinżamm, f’konformità mal-istandards tas-suq; jilqa’ u jinkoraġġixxi l-isforzi tal-Bord tal-EIC biex jindirizza b’mod proattiv il-kunflitti ta’ interess permezz ta’ regoli ċari u trasparenti; jilqa’ l-kodiċi ta’ kondotta adottat għall-konsulenti li joffru servizzi lill-applikanti għal sejħiet tal-EIC;

Bank Ewropew tal-Investiment

19.  Iħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI, inkluż il-Fond Ewropew tal-Investiment, u lill-banek nazzjonali tal-iżvilupp biex iżidu b’mod ekwu l-appoġġ finanzjarju lil negozji ġodda u negozji li qed jespandu, inklużi dawk li joperaw f’setturi emerġenti u b’potenzjal għoli, b’mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija u tar-reżiljenza għall-klima tal-UE u t-trasformazzjoni diġitali; josserva li ħafna negozji ġodda mhumiex konxji biżżejjed mill-offerti tal-BEI u jenfasizza li komunikazzjoni aħjar u sforzi ta’ sensibilizzazzjoni mill-BEI huma essenzjali biex jiġi żgurat li n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-istrumenti u l-appoġġ finanzjarju tal-BEI;

20.  Jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li l-Grupp tal-BEI għandu rwol kruċjali fil-forniment ta’ strumenti finanzjarji u riżorsi biex jappoġġjaw lil negozji ġodda u negozji li qed jespandu ta’ teknoloġija nadifa madwar l-Unjoni; jappoġġja appoġġ dedikat għas-self tal-BEI għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu involuti fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali biex jindirizzaw id-differenza fil-finanzjament għall-investimenti fl-infrastruttura u l-kapaċità tal-manifattura, soġġett għal kundizzjonijiet; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-BEI fl-impenn tal-Unjoni għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta’ Pariġi;

Akkwist pubbliku

21.  Jappella għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmi effiċjenti u trasparenti biex jiffaċilitaw l-aċċess għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu li, meta mqabbla ma’ kumpaniji stabbiliti, m’għandhomx l-istess kapaċitajiet legali u amministrattivi, rekord jew esperjenza fl-interazzjoni ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi, u biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-għoti ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tas-settur pubbliku;

Piżijiet regolatorji

22.  Jilqa’ l-mira tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piżijiet assoċjati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar b’25 % mingħajr ma jiġu mdgħajfa l-objettivi tal-politika; jemmen li l-Kummissjoni għandha tqis ir-restrizzjonijiet speċifiċi u strutturali tan-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu f’dan ir-rigward sabiex tonqos il-pressjoni tal-ispejjeż u tiġi promossa l-kompetittività; jappella għal approċċ ibbilanċjat dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tat-trawwim tat-tkabbir, l-intraprenditorija u t-tranżizzjonijiet doppji; jappella għall-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” fid-deliberazzjonijiet interni u fost il-proposti leġiżlattivi rilevanti u l-inizjattivi ta’ politika;

23.  Jenfasizza l-importanza tas-simplifikazzjoni u l-avvanz tal-prinċipju ta’ “darba biss” għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-amministrazzjonijiet u l-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku” fi proċeduri amministrattivi, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; jemmen li l-istandardizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri u l-formoli, f’konformità ma’ dawn il-prinċipji, se jgħinu b’mod sinifikanti lin-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu billi jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu progress fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji;

24.  Jappella għall-istabbiliment ta’ regolamenti u oqfsa favur in-negozji ġodda li jiffaċilitaw it-tkabbir, l-iskalabbiltà u l-operazzjonijiet transkonfinali tan-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur, il-privatezza tad-data u l-kompetizzjoni ġusta; jenfasizza l-importanza li jiġu limitati l-ispejjeż ta’ konformità għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-appoġġ għall-SMEs, in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu fin-navigazzjoni tal-kumplessità regolatorja, billi tespandi l-programmi għall-promozzjoni tal-kliniċi legali, pereżempju fil-kuntest taċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali taħt il-programm Ewropa diġitali;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa u tadotta “test għal negozji ġodda”, fuq l-istess linja tat-test tal-SMEs li adottat fl-2021, sabiex tivvaluta aħjar l-impatt tal-leġiżlazzjoni li tiffoka fuq l-innovazzjoni, il-finanzjament u l-kompetittività; jieħu nota tal-proposta tal-President tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit kontroll tal-kompetittività għal-leġiżlazzjoni ġdida tal-UE li għandha titwettaq minn bord indipendenti; iqis li dan il-kontroll tal-kompetittività għandu jkollu qafas speċjali fir-rigward ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu u l-SMEs biex jiġi żgurat li r-regolamentazzjoni tinċentiva l-bidu ta’ negozji ġodda fl-Ewropa;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tevalwa l-effett fuq in-negozji l-ġodda li għandha l-leġiżlazzjoni futura ffukata fuq l-SMEs, l-industrija u l-innovazzjoni, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tan-negozji l-ġodda;

27.  Jieħu nota ta’ għodda ġodda ta’ regolamentazzjoni aħjar u l-prinċipju ta’ “one in, one out”; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġu ambizzjoni saħansitra akbar fir-rigward tas-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis tal-ispiża tal-konformità, inkluż permezz tal-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-UE fost l-Istati Membri u billi jiġu indirizzati liġijiet li jikkoinċidu fis-suq uniku, b’mod partikolari għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu; jemmen li din is-simplifikazzjoni hija essenzjali biex jitrawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività;

Akkwist ta’ talent

28.  Jenfasizza l-urġenza li jitnaqqas id-distakk li jidher li jeżisti fit-talent u li tinħoloq ekosistema li fiha t-talent mhux biss ikun abbundanti, iżda wkoll integrat bis-sħiħ fis-settur tat-teknoloġija; jinnota bi tħassib li l-UE kollha kemm hi għandha inqas programmi ta’ studju għall-ewwel grad fl-IA minn xi pajjiżi ferm iżgħar; jemmen li hemm bżonn ta’ approċċ immirat fil-livell tal-UE biex dan jiġi rratifikat; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-pjan ta’ azzjoni għall-edukazzjoni diġitali, l-inizjattiva tal-universitajiet Ewropej u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, b’mod aktar wiesa’, jistgħu jiġu estiżi biex jiffaċilitaw aktar l-istabbiliment ta’ kollaborazzjonijiet strateġiċi bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-industrija biex jiġi żgurat li l-gradwati jkunu ppreparati sew u mgħammra bil-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol dinamiku; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-investimenti fit-taħriġ u l-edukazzjoni billi joħolqu programmi ta’ studju u korsijiet iffukati fuq ħiliet intraprenditorjali u teknoloġiċi, filwaqt li jintegraw ukoll inizjattivi ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-intraprendituri diġà attivi fis-settur, b’mod partikolari għal negozji li qed jespandu;

29.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw inizjattivi li jippromwovu l-ħiliet diġitali u industrijali, il-kooperazzjoni, il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-intraprenditorija u l-mentoraġġ fil-livelli kollha tal-edukazzjoni biex jgħammru lill-individwi bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fl-era diġitali; jinnota l-importanza tal-ħiliet tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) f’dan ir-rigward;

30.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta’ għarfien biex jippromwovu l-impjiegi f’ambjenti diġitali u industrijali, b’enfasi speċifika fuq li jattiraw aktar talent femminili lejn dawn is-setturi;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi n-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fil-programmi ta’ ħiliet u talent tagħha u tenfasizza l-opportunitajiet li n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu jipprovdu għal gradwati żgħażagħ, inkluż l-impjiegi; jemmen li l-programmi u l-inizjattivi edukattivi eżistenti tal-Unjoni, b’mod speċjali l-Erasmus+, jistgħu jiġu sfruttati għal dawn l-objettivi;

32.  Jisħaq li, fi żminijiet ta’ swieq tax-xogħol stretti tal-UE għall-impjegati tas-sengħa, l-iffaċilitar tar-reklutaġġ ta’ talent internazzjonali huwa essenzjali; jisħaq fuq l-importanza tas-salvagwardja tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-promozzjoni tad-diversità u l-inklussività fi ħdan l-ekosistema ta’ negozji ġodda u li qed jespandu u l-iżgurar ta’ opportunitajiet ekwi għal kulħadd, inklużi ż-żgħażagħ, il-professjonisti stabbiliti u l-gruppi sottorappreżentati; jinnota, f’dan ir-rigward, l-inizjattiva tal-Kummissjoni li twaqqaf ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

Aċċess għas-suq u kompetizzjoni

33.  Huwa konvint li l-ħolqien tal-kundizzjonijiet għan-negozji innovattivi biex joperaw f’ambjent sempliċi, ċar u prevedibbli huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-kapaċità tagħhom li jikbru u jespandu fis-suq uniku, peress li l-opportunità li jkollhom aċċess għal suq usa’ se żżid il-kapaċità tagħhom li jattiraw l-investituri; jisħaq fuq l-importanza ta’ oqfsa ta’ politika li jiffaċilitaw u jappoġġjaw il-kollaborazzjoni, billi jneħħu l-ostakli li jirriżultaw minn reġimi regolatorji nazzjonali inkonsistenti u jipprovdu l-inċentivi meħtieġa biex jippromwovu parteċipazzjoni attiva mill-partijiet interessati kollha fi ħdan l-ekosistema tal-innovazzjoni; jappella li jkun hemm mekkaniżmi biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-espansjoni internazzjonali biex jiġi żgurat li n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu jkollhom l-appoġġ u l-gwida meħtieġa biex jinnavigaw l-inċertezzi inerenti fis-swieq globali;

34.  Jirrikonoxxi li, skont il-Deep Tech Finder tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, aktar minn 10 % tan-negozji ġodda Ewropej li applikaw għal privattivi Ewropej diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-EIC; huwa konvint mill-ħtieġa li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-proprjetà intellettwali; huwa tal-fehma li r-riforma tal-Privattiva Unitarja(6) hija eżempju tajjeb li għandha l-għan li tipprovdi protezzjoni uniformi fil-pajjiżi parteċipanti kollha, fuq bażi ta’ punt uniku ta’ servizz, billi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u tiżgura l-konsistenza fil-ġurisprudenza; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi biex jagħmlu dan għall-benefiċċju tal-ekosistema ta’ negozju ġdid;

35.  Jinnota l-objettivi tal-UE li jikkonċernaw l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti(7) u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif jistgħu jitressqu inizjattivi addizzjonali biex tiżdied il-kompetittività ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu Ewropej involuti fil-ktajjen tal-valur tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u jikkontribwixxu għal pożizzjoni tagħhom fil-kamp ta’ kompetizzjoni globali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tivvaluta kif in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu rispettivament jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE, u biex tqis ir-rwol tagħhom fil-proċessi ta’ ppjanar tagħha, bħall-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;

36.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi kkultivat xenarju teknoloġiku li jinkorpora kemm il-kompetizzjoni kif ukoll l-innovazzjoni; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmi regolatorji jridu jadattaw u jevolvu b’mod sinkronizzat mal-avvanzi teknoloġiċi u ċ-ċaqliq fis-suq biex isostnu l-kompetittività u l-innovazzjoni, speċjalment fir-rigward ta’ negozji ġodda Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet u strateġiji komprensivi dwar kif tintuża l-innovazzjoni teknoloġika permessa minn negozji ġodda u negozji li qed jespandu biex jippromwovu l-kompetittività u jiksbu miri klimatiċi;

Aċċess għad-data

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti għarfien dwar id-data pubblika f’ħin reali li jagħti s-setgħa għal teħid ta’ deċiżjonijiet aħjar u jmexxi l-innovazzjoni għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu, filwaqt li tipproteġi d-data personali u data oħra ta’ natura sensittiva, f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar id-data; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-industrija, taħt il-qafas għall-aċċess għad-data finanzjarja, biex tistabbilixxi standards konsistenti u armonizzati għal settijiet ta’ data finanzjarja, kif ukoll qafas biex tiġi żgurata kondiviżjoni ta’ data finanzjarja aktar affidabbli, effiċjenti u innovattiva bejn in-negozji, il-partijiet terzi u l-gvernijiet;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata u effettiva tar-regolamenti diġitali riċenti, b’mod partikolari l-Att dwar is-Servizzi Diġitali(8), l-Att dwar is-Swieq Diġitali(9), l-Att dwar il-Governanza tad-Data(10), l-Att dwar id-Data(11) u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali(12) li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jrawmu ekosistema mmexxija mill-Ewropa ta’ swieq għal data mhux personali; jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ oqfsa biex jarmonizzaw it-trattament ta’ settijiet ta’ data bħala assi fil-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju;

Ekosistema tal-innovazzjoni u strutturi ta’ appoġġ

39.  Jilqa’ l-avviżi dwar il-ħatra ta’ rappreżentant tal-UE għall-SMEs; jenfasizza ulterjorment il-ħtieġa li dan ir-rappreżentant jagħmel analiżi komprensiva u joħroġ rapporti perjodiċi dwar l-istatus ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu Ewropej, li jinkludu l-ostakli u l-problemi ta’ kuljum tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħtar punti ta’ kuntatt tan-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu fid-direttorati ġenerali rilevanti biex jikkoordinaw aħjar politiki ddedikati; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi network dedikat ta’ konsulenti għal negozji li qed jespandu bħala parti min-Network Enterprise Europe;

40.  Jenfasizza l-importanza fundamentali li tinħoloq ekosistema ta’ negozji ġodda inklużiva li tipprovdi impjiegi b’opportunitajiet ekwi għal kulħadd, inklużi ż-żgħażagħ, il-professjonisti stabbiliti u l-gruppi sottorappreżentati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jressqu inizjattivi u politiki proattivi li jippromwovu l-inklussività b’mod attiv, billi jindirizzaw l-ostakli sistemiċi u l-preġudizzji u billi jrawmu kundizzjonijiet ekwi għall-gruppi sottorappreżentati; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ programmi ta’ mentoraġġ rilevanti, opportunitajiet ta’ networking u inizjattivi edukattivi u oħrajn li jimmiraw speċifikament għal gruppi sottorappreżentati;

41.  Jappella għall-għarfien espert biex jinġabar permezz ta’ sħubijiet strateġiċi, kollaborazzjoni u kondiviżjoni ta’ għarfien u riżorsi fost l-akkademja, l-atturi tal-industrija u l-aġenziji tal-gvern, billi jisfruttaw is-saħħiet u l-kompetenza kollettiva tagħhom fil-kuntest tal-istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti;

42.  Jirrakkomanda li jissaħħu l-ekosistemi reġjonali ta’ negozji ġodda li jiġbru flimkien universitajiet lokali, intraprendituri, kumpaniji u entitajiet tas-settur pubbliku, inkluż permezz ta’ ċentri ta’ innovazzjoni, inkubaturi, aċċeleraturi u bennejja ta’ riskju, biex jisfruttaw is-saħħiet u r-riżorsi ta’ kull reġjun; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina aħjar bejn il-politika tal-innovazzjoni bbażata fuq il-post u l-politika tal-innovazzjoni mmexxija mill-eċċellenza fil-livell tal-Unjoni; jieħu nota tal-istejjer ta’ suċċess minn ekosistemi ta’ negozji ġodda u l-lezzjonijiet meħuda mill-esperjenzi tagħhom; jirrakkomanda li dawn l-ekosistemi reġjonali ta’ negozji ġodda jsiru forum għall-mexxejja tal-ekosistemi għall-kondiviżjoni tal-ideat u tal-aħjar prattiki;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1.
(2) ĠU C 167, 11.5.2023, p. 8.
(3) Testi adottati, P9_TA(2023)0294.
(4) Kummissjoni Ewropea, “Rapport tal-2023 dwar l-istat tad-Deċennju Diġitali”, 27 ta’ Settembru 2023.
(5) Id-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza) (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 18).
(6) S’issa, aktar minn 35 % tal-applikanti li talbu privattiva unitarja huma SMEs, meta mqabbla ma’ 20 % għal privattivi Ewropej ordinarji.
(7) Proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161).
(8) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) ( ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1).
(11) Proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (L-Att dwar id-Data) (COM(2022)0068).
(12) Proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021)0206).


Il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet tal-istat ta' ġenitur u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta' Ġenitur
PDF 266kWORD 65k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni ta’ strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ Ġenitur (COM(2022)0695 – C9-0002/2023 – 2022/0402(CNS))
P9_TA(2023)0481A9-0368/2023

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0695),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0002/2023),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2017 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet(1),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-5 ta’ April 2022 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-proċedimenti ta’ dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja(2),

—  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għal dak li jikkonċerna numru ta’ petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-ħtieġa ta’ qafas legali fuq ir-rikonoxximent transfruntieri tal-istat ta’ ġenitur bejn l-Istati Membri,

—  wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2023 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill fi kwistjonjiet tal-istat ta’ ġenitur,

—  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Franċiż u s-Senat Taljan, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0368/2023),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-Unjoni ffissat għaliha nnifisha l-objettiv li toħloq, iżżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali li fiha l-moviment liberu tal-persuni u l-aċċess għall-ġustizzja jkunu żgurati. Għall-istabbiliment gradwali ta’ tali żona, l-Unjoni għandha tadotta miżuri mmirati biex jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri ta’ sentenzi u deċiżjonijiet f’każijiet ekstraġudizzjarji f’materji ċivili u l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri dwar il-kunflitt tal-liġijiet u l-ġuriżdizzjoni f’materji ċivili.
(1)  L-Unjoni ffissat għaliha nnifisha l-objettiv li toħloq, iżżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali li fiha l-moviment liberu tal-persuni u l-aċċess għall-ġustizzja jkunu żgurati, f’konformità mat-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). Għall-istabbiliment gradwali ta’ tali żona, l-Unjoni għandha tadotta miżuri mmirati biex jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri ta’ sentenzi u deċiżjonijiet f’każijiet ekstraġudizzjarji f’materji ċivili u l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri dwar il-kunflitt tal-liġijiet u l-ġuriżdizzjoni f’materji ċivili.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Dan ir-Regolament jikkonċerna r-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur ta’ wild kif stabbilit fi Stat Membru ieħor. Huwa għandu l-għan li jipproteġi d-drittijiet fundamentali u drittijiet oħra tat-tfal fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istat ta’ ġenitur tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntieri, inkluż id-dritt tagħhom għal identità31, għal nondiskriminazzjoni32 u għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja33, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-wild bħala kunsiderazzjoni primarja34. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jipprovdi ċertezza u prevedibbiltà legali u li jnaqqas l-kostijiet u l-piż tal-litigazzjoni għall-familji, għall-qrati nazzjonali u għal awtoritajiet kompetenti oħra b’rabta mal-proċedimenti għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur fi Stat Membru ieħor. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li l-Istati Membri jirrikonoxxu għall-finijiet kollha l-istat ta’ ġenitur ta’ wild kif stabbilit fi Stat Membru ieħor.
(2)  Dan ir-Regolament jikkonċerna r-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur ta’ wild kif stabbilit fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri kollha huma marbuta li jaġixxu fl-aħjar interess tal-wild, anki billi jissalvagwardjaw id-dritt fundamentali ta’ kull wild għall-ħajja tal-familja u jipprojbixxu d-diskriminazzjoni tal-wild abbażi tal-istat ċivili jew tal-orjentazzjoni sesswali tal-ġenituri tagħhom, jew il-mod kif tnisslu t-tfal. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jipproteġi d-drittijiet fundamentali u drittijiet oħra tat-tfal fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istat ta’ ġenitur tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntieri, inkluż id-dritt tagħhom għal identità31, għal nondiskriminazzjoni32 u għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja33, filwaqt li jitqies ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-aħjar interessi tal-wild bħala kunsiderazzjoni primarja34. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jipprovdi ċertezza u prevedibbiltà legali u li jnaqqas l-kostijiet u l-piż tal-litigazzjoni għall-familji, għall-qrati nazzjonali u għal awtoritajiet kompetenti oħra b’rabta mal-proċedimenti għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur fi Stat Membru ieħor sabiex il-wild ma jitlifx id-drittijiet derivati mill-istat ta’ ġenitur stabbiliti fi Stat Membru f’sitwazzjoni transfruntiera. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li l-Istati Membri jirrikonoxxu għall-finijiet kollha l-istat ta’ ġenitur ta’ wild kif stabbilit fi Stat Membru ieħor.
__________________
__________________
31 L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
31 L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
32 L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
32 L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
33 L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
33 L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
34 L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
34 L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Skont it-Trattati, il-kompetenza li jiġu adottati regoli sostantivi dwar id-dritt tal-familja, bħar-regoli dwar id-definizzjoni tal-familja u r-regoli dwar l-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur ta’ wild, hija tal-Istati Membri. Madankollu, skont l-Artikolu 81(3) tat-TFUE, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri dwar id-dritt tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri, b’mod partikolari regoli dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, dwar id-dritt applikabbli u dwar ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur.
(5)  Skont l-Artikolu 67(1) tat-TFEU l-Unjoni għandha tikkonsisti fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri; Skont it-Trattati, il-kompetenza esklużiva li jiġu adottati regoli sostantivi dwar id-dritt tal-familja, bħar-regoli dwar id-definizzjoni tal-familja u r-regoli dwar l-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur ta’ wild, hija tal-Istati Membri. Madankollu, skont l-Artikolu 81(3) tat-TFUE, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri dwar id-dritt tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri, b’mod partikolari regoli dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, dwar id-dritt applikabbli u dwar ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Filwaqt li l-Unjoni għandha l-kompetenza li tadotta miżuri dwar id-dritt tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri bħar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, id-dritt applikabbli u r-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur bejn l-Istati Membri, sal-lum l-Unjoni ma adottat l-ebda dispożizzjoni f’dawn l-oqsma fir-rigward tal-istat ta’ ġenitur. Id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li bħalissa huma applikabbli f’dawn l-oqsma jvarjaw.
(8)  Filwaqt li l-Unjoni għandha l-kompetenza li tadotta miżuri dwar id-dritt tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri bħar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, id-dritt applikabbli u r-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur bejn l-Istati Membri, sal-lum l-Unjoni ma adottat l-ebda dispożizzjoni f’dawn l-oqsma fir-rigward tal-istat ta’ ġenitur. Id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li bħalissa huma applikabbli f’dawn l-oqsma jvarjaw, u dan qed iwassal għal lakuni legali u qed joħloq inċertezza legali dwar it-tfal li qed jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntieri, u dan jista’ mbagħad jirriżulta f’diskriminazzjoni u nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet fundamentali.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Bħala riżultat tan-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali u d-dritt applikabbli għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur f’sitwazzjonijiet transfruntieri u dwar ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur bejn l-Istati Membri, il-familji jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex ikollhom l-istat ta’ ġenitur tagħhom rikonoxxut għall-finijiet kollha fl-Unjoni, inkluż meta jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor jew jirritornaw lejn l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.
(10)  Bħala riżultat tan-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali u d-dritt applikabbli għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur f’sitwazzjonijiet transfruntieri u dwar ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur bejn l-Istati Membri, il-familji jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex ikollhom l-istat ta’ ġenitur tagħhom rikonoxxut għall-finijiet kollha fl-Unjoni, inkluż meta jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor jew jirritornaw lejn l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  In-nuqqas ta’ rikonoxximent min-naħa ta’ Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor jaffettwa b’mod partikolari l-familji qawsalla (familji LGBTIQ+) kif ukoll tipi oħra ta’ familji li ma jaqblux mal-mudell tal-familja nukleari. Dan huwa speċjalment il-każ fejn ma jkun hemm l-ebda rabta bijoloġika bejn il-ġenituri u l-wild. Dan ir-Regolament se jiżgura li t-tfal igawdu d-drittijiet tagħhom u jżommu l-istatus legali tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntieri tkun xi tkun is-sitwazzjoni familjari tagħhom u mingħajr diskriminazzjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax id-drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet li wild jgawdi skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu, inkluża d-Direttiva 2004/38/KE. Pereżempju, illum, l-Istati Membri jeħtiġilhom diġà jirrikonoxxu filjazzjoni għall-finijiet li jippermettu lit-tfal jeżerċitaw, ma’ kull wieħed miż-żewġ ġenituri tagħhom, id-dritt li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr impediment, u li jeżerċitaw d-drittijiet kollha li l-wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni. Dan ir-Regolament ma jipprevedi l-ebda kundizzjoni jew rekwiżit addizzjonali għall-eżerċizzju ta’ tali drittijiet.
(13)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax id-drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet li wild jgawdi skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu, inkluża d-Direttiva 2004/38/KE. Pereżempju, illum, l-Istati Membri jeħtiġilhom diġà jirrikonoxxu relazzjoni bejn ġenitur u wild għall-finijiet li jippermettu lit-tfal jeżerċitaw, mal-ġenituri tagħhom, id-dritt li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr impediment, u li jeżerċitaw d-drittijiet kollha li l-wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni. Dan ir-Regolament ma jipprevedi l-ebda kundizzjoni jew rekwiżit addizzjonali għall-eżerċizzju ta’ tali drittijiet.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Skont l-Artikolu 21 tat-TFUE u l-leġiżlazzjoni sekondarja relatata miegħu kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rispett tal-identità nazzjonali ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE u l-ordni pubbliku ta’ Stat Membru ma jistgħux iservu bħala ġustifikazzjoni biex jirrifjutaw li jirrikonoxxu filjazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri tal-istess sess tagħhom għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, il-prova tal-istat ta’ ġenitur tista’ tiġi ppreżentata bi kwalunkwe mezz52. Għalhekk, Stat Membru ma huwiex intitolat li jirrikjedi li persuna tippreżenta l-attestazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament li jakkumpanjaw deċiżjoni tal-qorti jew strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur, jew iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur maħluq minn dan ir-Regolament, fejn il-persuna tinvoka, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu, drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lil persuna milli tagħżel li tippreżenta f’każijiet bħal dawn ukoll l-attestazzjoni rilevanti jew iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur previst f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom ikunu infurmati li d-drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni ma humiex affettwati minn dan ir-Regolament, il-forom tal-attestazzjonijiet u taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur anness ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu dikjarazzjoni li tispeċifika li l-attestazzjoni rilevanti jew iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur ma jaffettwax id-drittijiet li wild igawdi minnhom skont d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, id-drittijiet li wild igawdi skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu, u li, għall-eżerċizzju ta’ tali drittijiet, il-prova tal-filjazzjoni tista’ tiġi ppreżentata bi kwalunkwe mezz.
(14)  Skont l-Artikolu 21 tat-TFUE u l-leġiżlazzjoni sekondarja relatata miegħu kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rispett tal-identità nazzjonali ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE u l-ordni pubbliku ta’ Stat Membru ma jistgħux iservu bħala ġustifikazzjoni biex jirrifjutaw li jirrikonoxxu r-relazzjoni bejn ġenitur u wild tal-istess sess tagħhom għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni. Għal dak l-għan, huwa kruċjali li l-Istati Membri jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi implimentat b’mod korrett, li l-ordni pubbliku ma jintużax biex jiġu evitati l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li dan ir-Regolament jiġi interpretat f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, il-prova tal-istat ta’ ġenitur tista’ tiġi ppreżentata bi kwalunkwe mezz52. Għalhekk, Stat Membru ma huwiex intitolat li jirrikjedi li persuna tippreżenta l-attestazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament li jakkumpanjaw deċiżjoni tal-qorti jew strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur, jew iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur maħluq minn dan ir-Regolament, fejn il-persuna tinvoka, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu, drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lil persuna milli tagħżel li tippreżenta f’każijiet bħal dawn ukoll l-attestazzjoni rilevanti jew iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur previst f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom ikunu infurmati li d-drittijiet li wild jikseb mid-dritt tal-Unjoni ma humiex affettwati minn dan ir-Regolament, il-forom tal-attestazzjonijiet u taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur anness ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu dikjarazzjoni li tispeċifika li l-attestazzjoni rilevanti jew iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur ma jaffettwax id-drittijiet li wild igawdi minnhom skont d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, id-drittijiet li wild igawdi skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu, u li, għall-eżerċizzju ta’ tali drittijiet, il-prova tar-relazzjoni bejn ġenitur u wild tista’ tiġi ppreżentata bi kwalunkwe mezz.
__________________
__________________
52 Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2002, C-459/99,MRAX, ECLI:EU:C:2002:461, il-punti 61 u 62, u tas-17 ta’ Frar 2005, C-215/03,Oulane, ECLI:EU:C:2005:95, il-punti 23 sa 26.
52 Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2002, C-459/99,MRAX, ECLI:EU:C:2002:461, il-punti 61 u 62, u tas-17 ta’ Frar 2005, C-215/03,Oulane, ECLI:EU:C:2005:95, il-punti 23 sa 26.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  L-Istati Membri, appoġġati mill-Kummissjoni u n-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, jenħtieġ li jorganizzaw taħriġ għall-imħallfin, l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u l-awtoritajiet statali rilevanti biex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi implimentat u applikat b’mod xieraq.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989 (“il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-tfal”) jirrikjedi li l-Istati Partijiet jirrispettaw u jiżguraw id-drittijiet tat-tfal mingħajr diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip, u li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-wild ikun protett minn kull forma ta’ diskriminazzjoni jew piena abbażi taċ-ċirkostanzi tal-ġenituri tal-wild. Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija Konvenzjoni, fl-azzjonijiet kollha minn, fost l-oħrajn, il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi, l-aħjar interessi tal-wild jkunu kunsiderazzjoni primarja.
(16)  L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989 (“il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal”) jirrikjedi li l-Istati Partijiet jirrispettaw u jiżguraw id-drittijiet tat-tfal mingħajr diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip, u li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-wild ikun protett minn kull forma ta’ diskriminazzjoni jew piena abbażi taċ-ċirkostanzi tal-ġenituri tal-wild. Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija Konvenzjoni, fl-azzjonijiet kollha minn, fost l-oħrajn, il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi, l-aħjar interessi tal-wild jkunu kunsiderazzjoni primarja u d-drittijiet tal-wild iridu jiġu rispettatati f’kull sitwazzjoni u ċirkustanza.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  L-aħjar interessi tal-wild jenħtieġ li jkunu l-kunsiderazzjoni primarja. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjarat espressament li l-aħjar interessi tal-wild inaqqsu l-marġni ta’ apprezzament tal-Istati Partijiet fir-rikonoxximent tar-relazzjoni bejn wild u ġenitur1a, u li l-aħjar interessi tal-wild jinvolvu l-identifikazzjoni legali tal-persuni responsabbli għat-trobbija tagħhom, l-issodisfar tal-ħtiġijiet tagħhom u l-iżgurar tal-benessri tagħhom, u l-possibbiltà li t-tfal jgħixu u jiżviluppaw f’ambjent stabbli2a. Skont il-Karta u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem), it-tfal għandhom id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja.
__________________
1a QEDB, is-Sentenza tat-22.11.2022 [Taqsima III], D.B. u Oħrajn vs l-Iżvizzera - 58252/15 u 58817/15
1b QEDB, 10.4.2019 [GC], Opinjoni konsultattiva mitluba mill-Qorti tal-Kassazzjoni Franċiża
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)   L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta’ Novembru 1950 (“il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem”) jistabbilixxi d-dritt ta’ rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, filwaqt li l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 12 tal-imsemmija Konvenzjoni jipprevedi li t-tgawdija ta’ kwalunkwe dritt stabbilit bid-dritt trid tkun żgurata mingħajr diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, inkluż it-twelid. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem interpretat l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni bħala li jirrikjedi li l-Istati kollha fil-ġuriżdizzjoni tagħha jirrikonoxxu l-filjazzjoni stabbilita barra mill-pajjiż bejn wild li twieled minn maternità surrogata u l-ġenitur bijoloġiku maħsub, u li jipprevedu mekkaniżmu għar-rikonoxximent fid-dritt tal-filjazzjoni mal-ġenitur maħsub mhux bijoloġiku (pereżempju permezz tal-adozzjoni tal-wild).
(18)   L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jistabbilixxi d-dritt ta’ rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, filwaqt li l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 12 tal-imsemmija Konvenzjoni jipprevedi li t-tgawdija ta’ kwalunkwe dritt stabbilit bid-dritt trid tkun żgurata mingħajr diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, inkluż it-twelid. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem interpretat l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni bħala li jirrikjedi li l-Istati kollha fil-ġuriżdizzjoni tagħha jirrikonoxxu r-relazzjoni legali bejn ġenitur u wild stabbilita barra mill-pajjiż bejn wild li twieled minn maternità surrogata u l-ġenitur bijoloġiku maħsub, u li jipprevedu mekkaniżmu għar-rikonoxximent fid-dritt tar-relazzjoni bejn ġenitur u wild mal-ġenitur maħsub mhux bijoloġiku (pereżempju permezz tal-adozzjoni tal-wild)24. Għalkemm dan ir-Regolament huwa bbażat fuq dik il-ġurisprudenza u jiżgura li l-filjazzjoni kif stabbilita fi Stat Membru wieħed jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha, dan ir-Regolament ma jistax jiġi interpretat bħala li jobbliga lil Stat Membru jibdel il-liġi sostantiva tiegħu relatata mal-familja sabiex jaċċetta l-prattika tal-maternità surrogata. Il-kompetenzi tal-Istati Membri jridu jiġu rrispettati f’dak ir-rigward.
__________________
__________________
24 Pereżempju, Mennesson vs Franza (Applikazzjoni Nru 65192/11, il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-26 ta’ Ġunju 2014) u l-Opinjoni Konsultattiva P16-2018-001 (Talba Nru P16-2018-001, Kunsill tal-Ewropa: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-10 ta’ April 2019).
24 Pereżempju, Mennesson vs Franza (Applikazzjoni Nru 65192/11, il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-26 ta’ Ġunju 2014) u l-Opinjoni Konsultattiva P16-2018-001 (Talba Nru P16-2018-001, il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-10 ta’ April 2019).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li t-tfal igawdu d-drittijiet tagħhom u jżommu l-istatus legali tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntieri mingħajr diskriminazzjoni. Għal dak il-għan, u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż dwar il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri r-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor irrispettivament minn kif il-wild tnissel jew twieled u irrispettivament mit-tip ta’ familja tal-wild, u inkluża l-adozzjoni domestika. Għalhekk, soġġett għall-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt applikabbli ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri r-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor ta’ wild b’ġenituri tal-istess sess. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri wkoll ir-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur ta’ wild adottat domestikament fi Stat Membru ieħor skont ir-regoli li jirregolaw l-adozzjoni domestika f’dak l-Istat Membru.
(21)  F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li t-tfal igawdu d-drittijiet tagħhom u jżommu l-istatus legali tagħhom f’sitwazzjonijiet transfruntieri mingħajr diskriminazzjoni. Għal dak il-għan, u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż dwar il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri r-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor irrispettivament minn kif il-wild tnissel jew twieled u irrispettivament mit-tip ta’ familja tal-wild, u inkluża l-adozzjoni domestika. Għalhekk, soġġett għall-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt applikabbli ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri r-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor ta’ wild b’ġenituri tal-istess sess jew ta’ wild f’tip ieħor ta’ familja li ma jikkorrispondix mal-mudell tal-familja nukleari. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri wkoll ir-rikonoxximent fi Stat Membru tal-istat ta’ ġenitur ta’ wild adottat domestikament fi Stat Membru ieħor skont ir-regoli li jirregolaw l-adozzjoni domestika f’dak l-Istat Membru.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal kwistjonijiet preliminari bħall-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ jew relazzjoni meqjusa mid-dritt applikabbli għalih bħala li għandha effetti komparabbli, li jenħtieġ li jkomplu jkunu rregolati mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi r-regoli tagħhom tad-dritt internazzjonali privat u, meta rilevanti, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment liberu.
(30)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal kwistjonijiet preliminari bħall-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ jew relazzjoni meqjusa mid-dritt nazzjonali applikabbli għalih bħala li għandha effetti komparabbli, bħas-sħubijiet reġistrati, li jenħtieġ li jkomplu jkunu rregolati mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi r-regoli tagħhom tad-dritt internazzjonali privat u, meta rilevanti, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment liberu.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-qorti u tal-istrumenti awtentiċi dwar kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli ta’ ġuriżdizzjoni uniformi għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur b’element transfruntier. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiċċara wkoll id-dritt tat-tfal taħt l-età ta’ 18-il sena li għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fi proċedimenti li għalihom huma soġġetti.
(36)  Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-qorti u tal-istrumenti awtentiċi dwar kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli ta’ ġuriżdizzjoni uniformi għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur b’element transfruntier. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiċċara wkoll id-dritt tat-tfal taħt l-età ta’ 18-il sena li għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fi proċedimenti li għalihom huma soġġetti, skont l-età u l-maturità tal-wild kif stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Meta l-ġuriżdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi stabbilita abbażi tar-raġunijiet ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni alternattiva, il-qrati tal-Istat Membru fejn ikun preżenti l-wild jenħtieġ li jkollhom ġuriżdizzjoni. Din ir-regola tal-preżenza jenħtieġ li, b’mod partikolari, tippermetti lill-qrati ta’ Stat Membru jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ tfal li huma ċittadini ta’ pajjiż terz, inklużi l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jew il-benefiċjarji tal-istess, bħat-tfal refuġjati u t-tfal li jkunu spostati internazzjonalment minħabba taqlib li jseħħ fl-Istat tar-residenza abitwali tagħhom.
(42)  Meta l-ġuriżdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi stabbilita abbażi tar-raġunijiet ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni alternattiva, il-qrati tal-Istat Membru fejn ikun preżenti l-wild jenħtieġ li jkollhom ġuriżdizzjoni. Din ir-regola tal-preżenza jenħtieġ li, b’mod partikolari, tippermetti lill-qrati ta’ Stat Membru jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ tfal li huma ċittadini ta’ pajjiż terz, inklużi l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jew il-benefiċjarji tal-istess, bħat-tfal refuġjati u t-tfal li jkunu spostati internazzjonalment u vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin minħabba taqlib li jseħħ fl-Istat tar-residenza abitwali tagħhom.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 44a
(44a)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ stat ta’ ġenitur bejn wild u ġenitur jew ġenituri f’sitwazzjoni transfruntiera u biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet tal-qorti u strumenti awtentiċi relatati mal-filjazzjoni, u sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Istati Membri, b’rispett sħiħ tal-istruttura tal-qorti nazzjonali tagħhom, jikkunsidraw li jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għal tali proċedimenti f’numru kemm jista’ jkun limitat ta’ qrati.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  Jenħtieġ li l-proċedimenti dwar l-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur skont dan ir-Regolament, bħala prinċipju bażiku, jipprovdu lil tfal taħt l-età ta’ 18-il sena li jkunu soġġetti għal dawk il-proċedimenti u li jkunu kapaċi jiffurmaw il-fehmiet tagħhom stess, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’opportunità ġenwina u effettiva biex jesprimu l-fehmiet tagħhom u, meta jivvalutaw l-aħjar interessi tal-wild, jenħtieġ li dawk il-fehmiet jingħataw il-piż dovut. Madankollu, jenħtieġ li r-Regolament iħalli f’idejn id-dritt u l-proċedura nazzjonali tal-Istati Membri biex jiġi ddeterminat min se jisma’ lill-wild u kif il-wild għandu jinstema’. Barra minn hekk, filwaqt li jibqa’ dritt tal-wild, is-smigħ tal-wild jenħtieġ li ma jikkostitwix obbligu assolut għalkemm jenħtieġ li jiġi vvalutat filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-wild.
(49)  Skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Artikolu 24(1) tal-Karta, it-tfal kollha għandhom id-dritt li jesprimu l-fehmiet fil-kwistjonijiet kollha li jolqtuhom, u li dawn jiġu meqjusa u meħuda bis-serjetà. Wild jenħtieġ li jingħata l-opportunità li jinstema’ fi kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv li jaffettwa lil dak il-wild. Għalhekk, waqt il-proċedimenti skont dan ir-Regolament, bħala prinċipju bażiku u fejn applikabbli, wild li huwa soġġett għal tali proċedimenti u li huwa kapaċi jiffurma l-fehmiet tiegħu stess, jenħtieġ li jiġi pprovdut b’opportunità ġenwina u effettiva biex jesprimi l-fehmiet tiegħu, li għandhom jinkludu s-sentimenti u x-xewqat tiegħu, u, meta jivvalutaw l-aħjar interessi tal-wild, jenħtieġ li dawk il-fehmiet jingħataw il-piż dovut. Madankollu, jenħtieġ li r-Regolament iħalli f’idejn id-dritt u l-proċedura nazzjonali tal-Istati Membri biex jiġi ddeterminat min se jisma’ lill-wild u kif il-wild għandu jinstema’. Barra minn hekk, filwaqt li jibqa’ dritt tal-wild, is-smigħ tal-wild jenħtieġ li ma jikkostitwix obbligu assolut, speċjalment jekk dan ikun meqjus li jmur kontra l-aħjar interessi tal-wild, għalkemm jenħtieġ li jiġi vvalutat filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-wild.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 56
(56)  F’ċirkustanzi eċċezzjonali, kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku jenħtieġ li jippermettu lill-qrati u lill-awtoritajiet kompetenti oħra li jistabbilixxu l-istat ta’ ġenitur fl-Istati Membri, jinjoraw ċerti dispożizzjonijiet ta’ liġi barranija fejn, f’każ partikolari, l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li ma jkunux jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku biex iwarrbu d-dritt ta’ Stat ieħor meta dan ikun kontra l-Karta u, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni.
(56)  F’ċirkustanzi eċċezzjonali, kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku jenħtieġ li jippermettu lill-qrati u lill-awtoritajiet kompetenti oħra li jistabbilixxu l-istat ta’ ġenitur fl-Istati Membri, jinjoraw ċerti dispożizzjonijiet ta’ liġi barranija fejn, f’każ partikolari, l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li ma jkunux jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku biex iwarrbu d-dritt ta’ Stat ieħor meta dan ikun kontra l-Karta u, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni. Meta l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku tkun tqajmet mill-qrati jew minn awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru, id-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur jenħtieġ li tibqa’ valida sakemm ir-rimedji legali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkunu ġew eżawriti u tkun ingħatat deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 66
(66)  Għalkemm l-obbligu li t-tfal taħt it-18-il sena jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal strumenti awtentiċi b’effett legali vinkolanti, id-dritt tat-tfal li jesprimu l-fehmiet tagħhom madankollu jenħtieġ li jkun ikkunsidrat skont l-Artikolu 24 tal-Karta u fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif implimentata mid-dritt u l-proċedura nazzjonali. Il-fatt li t-tfal ma ngħatawx l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom jenħtieġ li ma jkunx awtomatikament raġuni għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ strumenti awtentiċi b’effett legali vinkolanti.
(66)  Id-dritt tal-wild li jesprimi l-fehmiet tiegħu jenħtieġ li jkun ikkunsidrat skont l-Artikolu 24 tal-Karta u fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif implimentata mid-dritt u l-proċedura nazzjonali u anki fir-rigward ta’ strumenti awtentiċi b’effett legali vinkolanti. Madankollu, il-fatt li wild taħt l-età ta’ 18-il sena ma ngħatax l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tiegħu jenħtieġ li ma jkunx awtomatikament raġuni għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ strumenti awtentiċi b’effett legali vinkolanti.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 75
(75)  Il-kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku jenħtieġ li jippermettu lill-qrati tal-Istati Membri jew lil awtoritajiet kompetenti oħra jirrifjutaw, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jirrikonoxxu jew, skont il-każ, jaċċettaw deċiżjoni tal-qorti jew strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor fejn, f’każ partikolari, tali rikonoxximent jew aċċettazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li ma jkunu jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew, skont il-każ, jaċċettaw deċiżjoni tal-qorti jew strument awtentiku maħruġ fi Stat Membru ieħor meta jekk jagħmlu dan ikun kontra l-Karta u, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni.
(75)  Il-kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku jenħtieġ li jippermettu lill-qrati tal-Istati Membri jew lil awtoritajiet kompetenti oħra jirrifjutaw, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jirrikonoxxu jew, skont il-każ, jaċċettaw deċiżjoni tal-qorti jew strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru ieħor fejn, f’każ partikolari, tali rikonoxximent jew aċċettazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li ma jkunu jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew, skont il-każ, jaċċettaw deċiżjoni tal-qorti jew strument awtentiku maħruġ fi Stat Membru ieħor meta jekk jagħmlu dan ikun kontra l-Karta u, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni. Meta l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku tkun tqajmet mill-qrati jew minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, id-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur jenħtieġ li tibqa’ valida sakemm ir-rimedji legali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkunu ġew eżawriti u tkun ingħatat deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 76
(76)  Sabiex ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru jiġi solvut malajr, mingħajr xkiel u b’mod effiċjenti, jenħtieġ li t-tfal jew il-ġenitur(i) tagħhom ikunu jistgħu juru faċilment l-istatus tat-tfal fi Stat Membru ieħor. Biex huma jkunu jistgħu jagħmlu dan, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi għall-ħolqien ta’ ċertifikat uniformi, iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur, li jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor. Sabiex jitħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà, iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jenħtieġ li ma jiħux il-post ta’ dokumenti interni li jistgħu jeżistu għal finijiet simili fl-Istati Membri.
(76)  Sabiex ir-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur stabbilit fi Stat Membru jiġi solvut malajr, mingħajr xkiel u b’mod effiċjenti, jenħtieġ li t-tfal jew il-ġenitur(i) tagħhom ikunu jistgħu juru faċilment l-istatus tat-tfal fi Stat Membru ieħor. Dan huwa pass importanti biex titnaqqas il-burokrazija u jiżdied l-aċċess għall-moviment liberu fl-Unjoni bħala mezz biex tiġi promossa l-ugwaljanza. Biex huma jkunu jistgħu jagħmlu dan, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi għall-ħolqien ta’ ċertifikat uniformi, iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur, li jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor. Sabiex jitħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà, iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jenħtieġ li ma jiħux il-post ta’ dokumenti interni li jistgħu jeżistu għal finijiet simili fl-Istati Membri.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 81
(81)  Il-qorti jew awtorità kompetenti oħra jenħtieġ li toħroġ iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur meta mitluba tagħmel dan. L-oriġinal taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jenħtieġ li jibqa’ f’idejn l-awtorità emittenti, li jenħtieġ li toħroġ kopja ċċertifikata waħda jew aktar taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur lill-applikant jew lil rappreżentant legali. Minħabba l-istabbiltà tal-istatus tal-istat ta’ ġenitur fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-validità tal-kopji taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jenħtieġ li ma tkunx limitata fiż-żmien, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi rrettifikat, immodifikat, sospiż jew irtirat iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur kif meħtieġ. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi rimedju kontra deċiżjonijiet tal-awtorità emittenti, inklużi deċiżjonijiet li jirrifjutaw il-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur. Meta ċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jiġi rettifikat, modifikat jew irtirat, l-awtorità emittenti għandha tinforma lill-persuni li għalihom ikunu ħarġu kopji ċertifikati biex jiġi evitat użu żbaljat ta’ tali kopji.
(81)  Il-qorti jew awtorità kompetenti oħra jenħtieġ li toħroġ iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur fuq talba tal-wild (“l-applikant”) jew, fejn applikabbli, rappreżentat legali. L-oriġinal taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jenħtieġ li jibqa’ f’idejn l-awtorità emittenti, li jenħtieġ li toħroġ kopja ċċertifikata waħda jew aktar taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur lill-applikant jew lil rappreżentant legali. Minħabba l-istabbiltà tal-istatus tal-istat ta’ ġenitur fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-validità tal-kopji taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jenħtieġ li ma tkunx limitata fiż-żmien, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi rrettifikat, immodifikat, sospiż jew irtirat iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur kif meħtieġ. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi rimedju kontra deċiżjonijiet tal-awtorità emittenti, inklużi deċiżjonijiet li jirrifjutaw il-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur. Meta ċ-Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur jiġi rettifikat, modifikat jew irtirat, l-awtorità emittenti għandha tinforma lill-persuni li għalihom ikunu ħarġu kopji ċertifikati biex jiġi evitat użu żbaljat ta’ tali kopji.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 83
(83)  Il-punt Ewropew ta’ aċċess elettroniku jenħtieġ li jippermetti lill-persuni fiżiċi jew lir-rappreżentanti legali tagħhom li jniedu talba għal Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur u li jirċievu u jibagħtu dak iċ-Ċertifikat b’mod elettroniku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom ukoll li jikkomunikaw b’mod elettroniku mal-qrati tal-Istati Membri jew ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fi proċedimenti għal deċiżjoni li ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni tal-qorti jew ta’ strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur, jew proċedimenti għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni tal-qorti jew ta’ strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur. Il-qrati tal-Istati Membri jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jikkomunikaw maċ-ċittadini permezz tal-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew biss meta ċ-ċittadin ikun ta kunsens espliċitu minn qabel għall-użu ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni.
(83)  Il-punt Ewropew ta’ aċċess elettroniku jenħtieġ li jippermetti lill-applikanti jew lir-rappreżentanti legali tagħhom li jniedu talba għal Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur u li jirċievu u jibagħtu dak iċ-Ċertifikat b’mod elettroniku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom ukoll li jikkomunikaw b’mod elettroniku mal-qrati tal-Istati Membri jew ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fi proċedimenti regolati minn dan ir-Regolament. Il-qrati tal-Istati Membri jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jikkomunikaw maċ-ċittadini permezz tal-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew biss meta ċ-ċittadin ikun ta kunsens espliċitu minn qabel għall-użu ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 89a
(89a)  Kull meta jkun hemm dubju fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa importanti li l-imħallfin nazzjonali jużaw il-mekkaniżmu ta’ deċiżjoni preliminari previst fit-Trattati sabiex jiksbu interpretazzjoni applikabbli b’mod uniformi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġuriżdizzjoni u d-dritt applikabbli għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur fi Stat Membru f’sitwazzjonijiet transfruntieri; regoli komuni għar-rikonoxximent jew, skont il-każ, l-aċċettazzjoni fi Stat Membru ta’ deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-istat ta’ ġenitur mogħtija, u strumenti awtentiċi dwar l-istat ta’ ġenitur mfassla jew irreġistrati, fi Stat Membru ieħor; u joħloq Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġuriżdizzjoni u d-dritt applikabbli għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur fi Stat Membru f’sitwazzjonijiet transfruntieri; regoli komuni għar-rikonoxximent reċiproku jew, skont il-każ, l-aċċettazzjoni fi Stat Membru ta’ deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-istat ta’ ġenitur mogħtija, u strumenti awtentiċi dwar l-istat ta’ ġenitur mfassla jew irreġistrati, fi Stat Membru ieħor; u joħloq Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1
1.  “stat ta’ ġenitur” tfisser il-filjazzjoni stabbilita fid-dritt. Dan jinkludi l-istatus legali li wieħed ikun il-wild ta’ ġenitur jew ta’ ġenituri partikolari;
1.  “stat ta’ ġenitur” tfisser ir-relazzjoni bejn wild u ġenitur stabbilita fid-dritt. Dan jinkludi l-istatus legali li wieħed ikun il-wild ta’ ġenitur jew ta’ ġenituri partikolari;
(Din l-emenda, “bejn ġenitur u wild” għal “bejn wild u ġenitur", tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4
4.  “qorti” tfisser awtorità fi Stat Membru li teżerċita funzjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur;
4.  “qorti” tfisser kwalunkwe awtorità ġudizzjarja u l-awtoritajiet l-oħra kollha ta’ Stat Membru b’ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenituri li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu skont delega ta’ setgħa minn awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, dment li dawn l-awtoritajiet l-oħra joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn joperaw:
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a (ġdid)
(a)  jistgħu jsiru s-suġġett ta’ appell jew rieżami minn awtorità ġudizzjarja; u
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b (ġdid)
(b)  ikollhom forza u effett simili bħal deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja dwar l-istess materja;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
9a.  “vidjokonferenzi” tfisser l-użu ta’ għodod tat-teknoloġija ta’ trażmissjoni awdjoviżiva li jippermettu lill-persuni fi proċedura ġudizzjarja transfruntiera biex jipparteċipaw mill-bogħod.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jittrattaw kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur.
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jittrattaw kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur mingħajr ebda dimensjoni transfruntiera.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – titolu
Dritt tat-tfal li jesprimu l-fehmiet tagħhom
Dritt tal-wild li jesprimi l-fehmiet tiegħu u li jinstema’
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Meta jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament, il-qrati tal-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dritt u l-proċedura nazzjonali, jipprovdu lil tfal taħt l-età ta’ 18-il sena li l-istat ta’ ġenitur tagħhom għandu jiġi stabbilit u li huma kapaċi jiffurmaw il-fehmiet tagħhom stess, b’opportunità ġenwina u effettiva biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, jew direttament jew permezz ta’ rappreżentant jew korp xieraq.
1.  Meta jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament, il-qrati tal-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dritt u l-proċedura nazzjonali, jappoġġaw u jipprovdu lil wild taħt l-età ta’ 18-il sena li l-istat ta’ ġenitur tiegħu għandu jiġi stabbilit u li huwa kapaċi jiffurma l-fehmiet tiegħu stess, b’opportunità ġenwina u effettiva biex jesprimi l-fehmiet tiegħu, jew direttament jew permezz ta’ rappreżentant jew korp xieraq fi proċedimenti koperti minn din ir-Regolament.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Meta l-qorti, skont id-dritt u l-proċedura nazzjonali, tagħti lit-tfal taħt l-età ta’ 18-il sena l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont dan l-Artikolu, il-qorti għandha tagħti l-piż dovut lill-fehmiet tat-tfal skont l-età u l-maturità tagħhom.
2.  Meta l-qorti, skont id-dritt u l-proċedura nazzjonali, tagħti lil wild taħt l-età ta’ 18-il sena l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu skont dan l-Artikolu, il-qorti għandha tagħti l-piż dovut lill-fehmiet tal-wild skont l-età u l-maturità tiegħu.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-proċeduri biex jiġi stabbilit jew jew ikkontestat l-istat ta’ ġenitur;
(a)  il-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit jew ikkontestat l-istat ta’ ġenitur;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt, ta’ kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tista’ tiġi rrifjutata biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.
1.  L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt, ta’ kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tista’ tiġi rrifjutata biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum, hekk kif jitqiesu l-aħjar interessi tal-wild.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Il-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta rikors biex ma jiġix applikat l-paragrafu 1 jitressaq minn applikant li jrid jikseb ir-rikonoxximent ta’ stat ta’ ġenitur diġà stabbilit fi Stat Membru ieħor, id-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur għandha tibqa’ valida sakemm ir-rimedji legali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkunu ġew eżawriti u tkun ingħatat deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  L-attestazzjoni għandha tiġi kkompletata u tinħareġ bil-lingwa tad-deċiżjoni tal-qorti. L-attestazzjoni tista’ tinħareġ ukoll b’lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mitluba mill-parti. Dan ma joħloq ebda obbligu għall-qorti li toħroġ l-attestazzjoni li tipprovdi traduzzjoni jew transliterazzjoni tal-kontenut traduċibbli tal-partijiet b’test liberu.
2.  L-attestazzjoni għandha tiġi kkompletata u tinħareġ bil-lingwa tad-deċiżjoni tal-qorti. L-attestazzjoni għandha tinħareġ ukoll b’lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mitluba mill-parti. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk tali traduzzjoni jew transliterazzjoni għandhiex tiġi pprovduta mill-qorti u/jew minn korp tal-amministrazzjoni pubblika.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jekk tali rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent ikun invokat, wara li jiġu kkunsidrati l-interessi tal-wild;
(a)  jekk tali rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent ikun invokat, wara li jiġu kkunsidrati l-aħjar interessi tal-wild;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c
(c)  fuq rikors minn kwalunkwe persuna li tistqarr li d-deċiżjoni tal-qorti tikser id-drittijiet tal-paternità tiegħu jew tal-maternità tagħha fir-rigward tal-wild jekk tkun ingħatat mingħajr ma din il-persuna tkun ingħatat l-opportunità li tinstema’;
(c)  fuq talba u preżentazzjoni ta’ evidenza minn kwalunkwe persuna b’interess leġittimu skont il-liġi proċedurali tal-Istat Membru li fih ikunu nbdew il-proċedimenti li tallega li d-deċiżjoni tal-qorti tikser id-drittijiet tal-istat ta’ ġenitur tagħha fir-rigward tal-wild jekk tkun ingħatat mingħajr ma din il-persuna tkun ingħatat l-opportunità li tinstema’ u tippreżenta evidenza;
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
2.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri b’osservanza tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
2.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta rikors biex ma jiġix applikat l-paragrafu 1, il-punt (a) jitressaq minn applikant li jrid jikseb ir-rikonoxximent ta’ stat ta’ ġenitur diġà stabbilit fi Stat Membru ieħor, id-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur għandha tibqa’ valida sakemm ir-rimedji legali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkunu ġew eżawriti u tkun ingħatat deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  Kull waħda mill-partijiet tista’ tikkontesta jew tappella d-deċiżjoni dwar ir-rikors għal rifjut ta’ rikonoxximent.
1.  Kwalunkwe parti b’interess leġittimu stabbilit tista’ tikkontesta jew tappella d-deċiżjoni dwar it-talba għal rifjut ta’ rikonoxximent.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
3.  L-attestazzjoni għandha tiġi kkompletata bil-lingwa tal-istrument awtentiku. Tista’ tinħareġ ukoll b’lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mitluba mill-parti. Dan ma joħloq ebda obbligu għall-awtorità kompetenti li toħroġ l-attestazzjoni li tipprovdi traduzzjoni jew transliterazzjoni tal-kontenut traduċibbli tal-partijiet b’test liberu.
3.  L-attestazzjoni għandha tiġi kkompletata bil-lingwa tal-istrument awtentiku. Għandha tinħareġ ukoll b’lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mitluba mill-parti. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk tali traduzzjoni jew transliterazzjoni għandhiex tiġi pprovduta mill-qorti u/jew minn korp tal-amministrazzjoni pubblika.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jekk tali rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent ikun invokat, wara li jiġu kkunsidrati l-interessi tal-wild;
(a)  jekk tali rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent ikun invokat, wara li jiġu kkunsidrati l-aħjar interessi tal-wild;
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
(b)  fuq rikors minn kwalunkwe persuna li tistqarr li l-istrument awtentiku jikser il-paternità tiegħu jew il-maternità tagħha fuq il-wild, jekk l-istrument awtentiku jkun tfassal jew ġie rreġistrat formalment mingħajr ma dik il-persuna tkun ġiet involuta;
(b)  fuq rikors minn kwalunkwe persuna li tistqarr li l-istrument awtentiku jikser l-istat ta’ ġenitur tagħha fuq il-wild, jekk l-istrument awtentiku jkun tfassal jew ġie rreġistrat formalment mingħajr ma dik il-persuna tkun ġiet involuta;
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
2.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri b’osservanza tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
2.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta rikors biex ma jiġix applikat l-paragrafu 1, il-punt (a) jitressaq minn applikant, li jrid jikseb ir-rikonoxximent ta’ stat ta’ ġenitur diġà stabbilit fi Stat Membru ieħor, ir-rikonoxximent tal-istrument awtentiku u d-drittijiet derivati minnu għandhom jibqgħu validi sakemm ir-rimedji legali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkunu ġew eżawriti u tkun ingħatat deċiżjoni finali.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
3.  Ir-rikonoxximent ta’ strument awtentiku li jistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur b’effett legali vinkolanti jista’ jiġi rrifjutat jekk ikun tfassal jew ġie rreġistrat formalment mingħajr ma t-tfal ikunu ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Meta t-tfal ikunu taħt l-età ta’ 18-il sena, din id-dispożizzjoni għandha tapplika meta t-tfal ikunu kapaċi jiffurmaw il-fehmiet tagħhom.
3.  Ir-rikonoxximent ta’ strument awtentiku li jistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur b’effett legali vinkolanti jista’ f’ċirkustanzi eċċezzjonali jiġi rrifjutat jekk ikun tfassal jew ġie rreġistrat formalment mingħajr ma l-wild ikun ingħata l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu skont l-Artikolu 15.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 2
2.  Rikorrenti li, fl-Istat Membru ta’ oriġini, ikun ibbenefika minn proċediment bla ħlas quddiem awtorità amministrattiva kkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 71 għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċedura prevista fl-Artikoli 25(1) u 32, li jibbenefika mill-għajnuna legali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għal dak l-għan, il-parti għandha tippreżenta dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tgħid li hija tissodisfa r-rekwiżiti finanzjarji biex tikkwalifika għall-għotja ta’ għajnuna legali sħiħa jew parzjali jew eżenzjoni mill-kostijiet jew l-ispejjeż.
2.  Rikorrenti li, fl-Istat Membru ta’ oriġini, ikun ibbenefika minn proċediment bla ħlas quddiem awtorità amministrattiva kkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 71 għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċedura prevista fl-Artikoli 25(1) u 32, li jibbenefika mill-għajnuna legali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għal dak l-għan, il-parti għandha tippreżenta dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tgħid li hija tissodisfa r-rekwiżiti finanzjarji biex tikkwalifika għall-għotja ta’ għajnuna legali sħiħa jew parzjali jew eżenzjoni mill-kostijiet jew l-ispejjeż. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini għandha tipprovdi tali dikjarazzjoni mingħajr ħlas u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi talba mill-parti.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2
2.  L-ordni pubbliku imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri b’osservanza tad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
2.  L-ordni pubbliku imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri f’konformità mad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha dwar id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta rikors biex ma jiġix applikat l-paragrafu 1 jitressaq minn applikant, li jrid jikseb ir-rikonoxximent ta’ stat ta’ ġenitur diġà stabbilit fi Stat Membru ieħor, l-effett probatorju tal-istrument awtentiku u d-drittijiet derivati minnu għandhom jibqgħu validi sakemm ir-rimedji legali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkunu ġew eżawriti u tkun ingħatat deċiżjoni finali.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2
2.  Għall-finijiet tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni, l-applikant jista’ juża l-formola stabbilita fl-Anness IV.
2.  Għall-finijiet tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni, l-applikant għandu juża l-formola stabbilita fl-Anness IV.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Fejn Stat Membru jipprovdi aċċess diġitali għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-applikant għandu jingħata aċċess għal verżjoni diġitali tal-formola stabbilita fl-Anness IV, li għandha timtela awtomatikament mill-awtoritajiet kompetenti fl-intier tagħha jew parzjalment, skont l-informazzjoni disponibbli. L-applikant jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant legali tal-applikant għandu jkun jista’ jżid kwalunkwe informazzjoni nieqsa mal-formola qabel ma jissottometti l-applikazzjoni.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1
1.  Meta tirċievi l-applikazzjoni l-awtorità emittenti għandha tivverifika l-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti u evidenza oħra pprovduti mill-applikant. Hija għandha twettaq l-inkjesti meħtieġa għal dik il-verifika fuq inizjattiva proprja fejn dan ikun previst jew awtorizzat mid-dritt nazzjonali tagħha, jew għandha tistieden lill-applikant jipprovdi kwalunkwe evidenza oħra li hija tqis meħtieġa.
1.  Meta tirċievi l-applikazzjoni l-awtorità emittenti għandha tivverifika l-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti u evidenza oħra pprovduti mill-applikant. Hija għandha twettaq l-inkjesti meħtieġa għal dik il-verifika fuq inizjattiva proprja fejn dan ikun previst jew awtorizzat mid-dritt nazzjonali tagħha, jew għandha tistieden lill-applikant jipprovdi kwalunkwe informazzjoni li l-awtorità tqis li hija nieqsa sabiex toħroġ Ċertifikat.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-awtorità emittenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat mingħajr dewmien f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan il-Kapitolu meta l-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati jkunu ġew stabbiliti skont id-dritt applikabbli għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur. Għandha tuża l-formola fl-Anness V.
L-awtorità emittenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn ġimgħatejn minn meta tirċievi talba, f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan il-Kapitolu meta l-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati jkunu ġew stabbiliti skont id-dritt applikabbli għall-istabbiliment tal-istat ta’ ġenitur. Għandha tuża l-formola fl-Anness V.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 2
2.  It-tariffa miġbura għall-ħruġ ta’ Ċertifikat ma għandhiex tkun ogħla mit-tariffa miġbura għall-ħruġ ta’ ċertifikat skont id-dritt nazzjonali li jipprovdi evidenza tal-istat ta’ ġenitur tal-applikant.
2.  It-tariffa miġbura għall-ħruġ ta’ Ċertifikat ma għandhiex tkun ogħla mit-tariffa miġbura għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-twelid jew ċertifikat skont id-dritt nazzjonali li jipprovdi evidenza tal-istat ta’ ġenitur tal-applikant.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Iċ-Ċertifikat għandu jkun disponibbli kemm f’verżjoni stampata kif ukoll f’verżjoni elettronika.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
1.  L-awtorità emittenti għandha żżomm l-oriġinali taċ-Ċertifikat u għandha toħroġ kopja ċċertifikata waħda jew aktar lill-applikant u lir-rappreżentant legali.
1.  L-awtorità emittenti għandha żżomm l-oriġinali taċ-Ċertifikat u għandha toħroġ kopja ċċertifikata waħda jew aktar lill-applikant u lir-rappreżentant legali, soġġett biss għall-kundizzjoni li l-applikant jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant legali, jissottomettu dokumenti biex jipprovaw l-identità tagħhom, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li joħroġ iċ-Ċertifikat.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Kopji elettroniċi taċ-Ċertifikat għandhom ikunu disponibbli permezz tal-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew stabbilit fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) ..../... [ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] u permezz ta’ portali tal-IT nazzjonali eżistenti rilevanti.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1
1.  L-awtorità emittenti għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu jew fuq inizjattiva proprja, tirrettifika ċ-Ċertifikat fil-każ ta’ żball klerikali.
1.  L-awtorità emittenti għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu jew fuq inizjattiva proprja, tirrettifika immedjatament iċ-Ċertifikat fil-każ ta’ żball klerikali.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2
2.  L-awtorità emittenti għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu jew, fejn dan ikun possibbli skont id-dritt nazzjonali, fuq inizjattiva proprja, timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat meta jkun ġie stabbilit li ċ-Ċertifikat jew l-elementi individwali tiegħu ma humiex akkurati.
2.  L-awtorità emittenti għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu jew, fejn dan ikun possibbli skont id-dritt nazzjonali, fuq inizjattiva proprja, mingħajr ebda dewmien timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat meta jkun ġie stabbilit li ċ-Ċertifikat jew l-elementi individwali tiegħu ma humiex akkurati.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 3
3.  L-awtorità emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 54(1), bi kwalunkwe rettifika, modifika jew irtirar tiegħu.
3.  L-awtorità emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien u tal-anqas fi żmien ġimgħatejn mid-deċiżjoni tagħha lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 54(1), bi kwalunkwe rettifika, modifika jew irtirar tiegħu.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Fejn iċ-Ċertifikat jiġi rettifikat, modifikat jew irtirat, iċ-Ċertifikat oriġinali u l-kopji kollha ċertifikati preċedenti għandhom jitilfu l-effetti tagħhom.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Jekk, bħala riżultat ta’ kontestazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, jiġi stabbilit li ċ-Ċertifikat li nħareg ma huwiex preċiż, il-qorti kompetenti għandha tirrettifika, timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat jew tiżgura li jiġi rettifikat, immodifikat jew irtirat mill-awtorità emittenti.
Jekk, bħala riżultat ta’ kontestazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, jiġi stabbilit li ċ-Ċertifikat li nħareg ma huwiex preċiż, il-qorti kompetenti għandha tirrettifika, timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat jew tiżgura li jiġi rettifikat, immodifikat jew irtirat mill-awtorità mingħajr dewmien emittenti mingħajr dewmien.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Jekk, b’riżultat ta’ kontestazzjoni kif msemmi fil-paragrafu 1, jiġi stabbilit li r-rifjut li jinħareġ iċ-Ċertifikat ma kienx ġustifikat, il-qorti kompetenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat jew tiżgura li l-awtorità emittenti tivvaluta l-każ mill-ġdid u tieħu deċiżjoni ġdida.
Jekk, b’riżultat ta’ kontestazzjoni kif msemmi fil-paragrafu 1, jiġi stabbilit li r-rifjut li jinħareġ iċ-Ċertifikat ma kienx ġustifikat, il-qorti kompetenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat jew tiżgura li l-awtorità emittenti tivvaluta l-każ mill-ġdid u tieħu deċiżjoni ġdida tal-anqas fi żmien ġimgħatejn mid-deċiżjoni tagħha.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Matul is-sospensjoni tal-effetti taċ-Ċertifikat ma jistgħux jinħarġu aktar kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat.
Matul is-sospensjoni tal-effetti taċ-Ċertifikat ma jistgħux jinħarġu aktar kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat. Il-kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat diġà maħruġa ma għandu jkollhom l-ebda effett matul is-sospensjoni tal-effett taċ-Ċertifikat.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew stabbilit fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika skont l-Artikolu 4 tar-[Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] jista’ jintuża għall-komunikazzjoni elettronika bejn persuni fiżiċi jew ir-rappreżentanti legali tagħhom u l-qrati tal-Istati Membri jew awtoritajiet kompetenti oħra b’rabta ma’ dan li ġej:
1.  Għandu jkun possibbli l-użu tal-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew stabbilit fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika skont l-Artikolu 4 tar-[Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] għall-komunikazzjoni elettronika bejn l-applikanti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-qrati tal-Istati Membri jew awtoritajiet kompetenti oħra b’rabta mal-proċedimenti koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt a
(a)  proċedimenti għal deċiżjoni li ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni tal-qorti jew ta’ strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur, jew proċedimenti għar-rifjut tar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni tal-qorti jew ta’ strument awtentiku dwar l-istat ta’ ġenitur;
imħassar
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1– punt b
(b)  l-applikazzjoni għaċ--Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur, il-ħruġ, ir-rettifika, il-modifika, l-irtirar, is-sospensjoni jew il-proċedimenti għal rimedju tiegħu.
imħassar
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew stabbilit fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika skont l-Artikolu 4 tar-[Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] għandu jintuża għall-komunikazzjoni elettronika bejn awtoritajiet kompetenti oħra b’rabta ma’ dan li ġej:
(a)  il-proċedimenti u l-applikazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(b)  lis pendens.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 2
2.  L-Artikoli 4(3), 5(2) u (3), 6, 9(1) u 3, u 10 tar-[Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] għandhom japplikaw għall-komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-paragrafu 1.
2.  L-Artikoli 4(3), 5(2) u (3), 6, 9(1) u 3, u 10 tar-[Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] għandhom japplikaw għall-komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 58a (ġdid)
Artikolu 58a
L-użu ta’ vidjokonferenzi jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod
1.  Għandu jkun possibbli li jintużaw vidjokonferenzi jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal seduti ta’ smigħ relatati mal-proċedimenti koperti minn dan ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) ..../... [ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
2.  Skont l-Artikolu 15, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jippermettu, fuq bażi ta’ każ b’każ, is-smigħ ta’ wild li jkun kapaċi jiffurma l-opinjonijiet tiegħu permezz ta’ vidjokonferenzi jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Meta tiddeċiedi jekk jinstemax wild permezz ta’ vidjokonferenza jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, l-awtorità kompetenti għandha timxi skont l-aħjar interessi tal-wild.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 rigward l-emenda tal-Annessi I sa V biex taġġorna jew tagħmel bidliet tekniċi f’dawk l-Annessi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 rigward l-emenda tal-Annessi I sa V biex taġġorna jew tagħmel bidliet tekniċi f’dawk l-Annessi. It-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati għandhom ikunu ppreċeduti minn u għandhom iqisu konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti u esperti akkademiċi.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 67a (ġdid)
Artikolu 67a
Miżuri ta’ appoġġ
1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament li għandhom ikunu disponibbli ... [sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 72].
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomplementaw il-linji gwida tal-Kummissjoni fejn rilevanti b’linji gwida għall-professjonisti rilevanti kollha kif ukoll għat-tfal u l-ġenituri kkonċernati, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi amministrattivi u legali nazzjonali tagħhom. Dawn il-linji gwida għandhom isiru disponibbli sa mhux aktar tard ... [mid-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 72].
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw b’mod regolari l-linji gwida msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u jaġġornawhom kull meta jkun rilevanti.
4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent dwar il-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ sit web pubbliku.
5.  L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u tan-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, għandhom jorganizzaw taħriġ għall-professjonisti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-imħallfin, l-avukati, u l-uffiċjali tal-amministrazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1
1.  Sa [5 snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża evalwazzjoni ta’ kwalunkwe problema prattika li wieħed jiltaqa’ magħha, appoġġat minn informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposta leġiżlattiva.
1.  Sa ... [3 snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u mbagħad kull 5 snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża evalwazzjoni ta’ konverġenzi u diverġenzi bejn l-Istati Membri u kwalunkwe problema prattika li wieħed jiltaqa’ magħha, appoġġat minn informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposta leġiżlattiva.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq talba, u fejn disponibbli, l-informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni tal-operazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament dwar:
2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni tal-operazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, mill-inqas dwar:
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-għadd ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur sottomessi skont dan ir-Regolament u l-għadd ta’ applikazzjonijiet li ġew miċħuda akkumpanjati minn ħarsa ġenerali tal-motivi għar-rifjut;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
(ab)  għal każijiet ta’ rifjut li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minħabba l-inkompatibbiltà tagħhom mal-politika pubblika ta’ Stat Membru, spjegazzjoni tar-raġunament għal kull każ kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe rikors imressaq kontra l-applikazzjoni tiegħu;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  in-numru ta’ talbiet għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew ta’ strument awtentiku li jistabbilixxi l-istat ta’ ġenitur b’effett legali vinkolanti fl-Istat Membru ta’ oriġini skont l-Artikolu 32, u n-numru ta’ każijiet li fihom ikun ingħata r-rikonoxximent;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tikkontribwixxi għat-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

(1) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 14.
(2) ĠU C 434, 15.11.2022, p. 11.


Riċerkaturi żgħażagħ
PDF 181kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-riċerkaturi żgħażagħ (2023/2884(RSP))
P9_TA(2023)0482B9-0491/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2020 dwar Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020)0274),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (COM(2020)0628),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel (COM(2021)0252),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2022 dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet (COM(2022)0016),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022 bit-titolu “Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE” (COM(2022)0657),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa” (COM(2023)0032),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta’ Riċerkaturi(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar qafas Ewropew biex jiġu attirati u miżmuma t-talenti fir-riċerka, fl-innovazzjoni u intraprenditorija fl-Ewropa (COM(2023)0436), li tistabbilixxi qafas Ewropew ġdid għall-karrieri fir-riċerka,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2020 dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka l-Ġdida,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-2022-2024,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Approfondiment taż-Żona Ewropea tar-Riċerka: nagħtu lir-riċerkaturi karrieri u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u sostenibbli u nagħmlu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ realtà”,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2122 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni aġġornata tal-UNESCO tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar ix-Xjenza u r-Riċerkaturi Xjentifiċi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2009 bit-titolu “Karrieri aħjar u aktar mobilità: Sħubija Ewropea għar-riċerkaturi”(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar traineeships ta’ kwalità fl-UE(6),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-riċerkaturi żgħażagħ (O-000052/2023 – B9‑0034/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

A.  billi l-Artikolu 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jappoġġja ċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi madwar l-UE kollha bħala parti mit-tisħiħ tal-bażi xjentifika u teknoloġika tagħha;

B.  billi l-Artikolu 181 tat-TFUE jobbliga lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku biex jiżguraw li l-politiki nazzjonali u l-politika tal-UE jkunu konsistenti b’mod reċiproku, bil-possibbiltà li l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe inizjattiva utli li tippromwovi u tappoġġja tali koordinazzjoni;

C.  billi l-Artikolu 182 tat-TFUE jistabbilixxi programm qafas pluriennali għar-riċerka u l-innovazzjoni, li għandu jiġi kkomplementat mill-miżuri meħtieġa biex tinkiseb Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), inklużi azzjonijiet li jappoġġjaw it-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi;

D.  billi t-tlestija taż-ŻER se tippermetti ċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi, tal-għarfien xjentifiku u tat-teknoloġija, bħala prijorità fit-tul għall-Unjoni Ewropea;

E.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2021 jinnotaw xejra dejjem akbar lejn il-prekarjetà tal-impjiegi fl-akkademja, b’mod partikolari fl-oqsma tax-xjenzi soċjali u umanistiċi, b’telf konsegwenti ta’ talent u tnaqqis fis-sigurtà tal-impjiegi, u impatt partikolarment negattiv fuq ir-riċerkaturi żgħażagħ; billi l-attirar u ż-żamma tat-talent fl-Ewropa jirrikjedu interoperabbiltà u komparabbiltà akbar bejn il-karrieri fir-riċerka, permezz tal-iżvilupp ta’ qafas Ewropew għar-riċerkaturi u mobbiltà transsettorjali mtejba bejn in-negozju u l-akkademja; billi l-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej jistgħu jintużaw biex imexxu proċeduri konġunti ta’ reklutaġġ u jwasslu l-aħjar prattiki fit-taħriġ u fl-iżvilupp tal-karriera;

F.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tidentifika serje ta’ problemi li jżommu lura l-karrieri tar-riċerkaturi żgħażagħ, inkluża l-prekarjetà tal-impjiegi; billi jeżisti żbilanċ sinifikanti bejn l-għadd dejjem jikber ta’ gradwati b’dottorat u l-għadd żgħir ta’ pożizzjonijiet ta’ traċċar taż-żamma fil-kariga fis-sistemi tax-xjenza pubblika, li jikkostitwixxi ostaklu għaż-żamma tat-talent;

G.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza tissottolinja li r-riċerkaturi jinsabu fuq quddiem nett fix-xjenza u l-innovazzjoni, u li jeħtieġu settijiet speċifiċi ta’ ħiliet biex ikollhom karrieri ta’ suċċess kemm fid-dinja akkademika kif ukoll lil hinn minnha;

H.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa” tenfasizza n-nassa tal-iżvilupp tat-talenti fir-reġjuni tal-UE li qed ibatu minn tnaqqis demografiku, is-sehem staġnat tal-popolazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja u t-tluq sinifikanti taż-żgħażagħ minn tali reġjuni;

I.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE” tirrikonoxxi l-importanza u l-ħtieġa li l-UE ssir aktar attraenti għat-talent minn madwar id-dinja, inklużi r-riċerkaturi żgħażagħ li jkunu se jmorru fuq esperjenza ta’ mobbiltà;

J.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel u tissottolinja li l-UE għandha tħeġġeġ lir-riċerkaturi u lill-innovaturi tagħha jikkontribwixxu għall-ekosistemi globali tal-innovazzjoni u jibbenefikaw minnhom, u targumenta li l-UE għandha tippromwovi aktar il-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-kapital uman, speċjalment permezz tal-iskemi ta’ taħriġ u ta’ mobbiltà tar-riċerkaturi, b’mod partikolari l-azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie;

K.  billi r-riċerkaturi żgħażagħ huma ġeneralment mifhuma li huma fil-pussess ta’ dottorat jew kwalifika ekwivalenti fl-ewwel snin tar-riċerka ta’ wara d-dottorat, kwalunkwe definizzjoni ta’ riċerkaturi żgħażagħ għandha tkun ibbażata fuq il-livell ta’ esperjenza fir-riċerka aktar milli fuq l-età; billi d-definizzjoni ta’ riċerkaturi żgħażagħ abbażi tal-età tagħhom tista’ tikser il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u ma tirriflettix it-trajettorji tal-ħajja differenti li jistgħu jwasslu lin-nies biex jagħżlu karriera fir-riċerka; billi din tonqos ukoll milli tqis xi wħud mill-pawżi meħtieġa fil-karriera li r-riċerkaturi żgħażagħ jiffaċċjaw bħal-liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-ġenituri, is-servizz militari, ix-xogħol mhux ta’ riċerka u perjodi twal ta’ mard;

L.  billi t-tip ta’ finanzjament disponibbli spiss jiddetermina l-bilanċ bejn kuntratti temporanji u kuntratti mhux temporanji, b’mod partikolari fil-livell nazzjonali; billi jekk il-maġġoranza l-kbira tal-finanzjament li jista’ jiġi aċċessat mill-universitajiet ikun finanzjament ta’ proġetti għal żmien qasir, allura primarjament kuntratti għal żmien qasir biss ibbażati fuq proġetti jistgħu jiġu estiżi, peress li l-universitajiet se jitħabtu biex jagħmlu impenji finanzjarji fit-tul mingħajr finanzjament fit-tul biex jappoġġjawhom;

M.  billi l-kriżi tal-COVID-19 affettwat ħażin ħafna riċerkaturi żgħażagħ li esperjenzaw deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, problemi ta’ finanzjament u aċċess imnaqqas għal-laboratorji u faċilitajiet essenzjali oħra; billi b’riżultat ta’ dan, kellhom inqas opportunità biex ilestu l-proġetti tagħhom, jiżviluppaw il-pubblikazzjonijiet tagħhom u jiksbu l-kwalifiki meħtieġa għall-avvanz fil-karriera;

N.  billi n-nisa jokkupaw biss 24 % tal-ogħla pożizzjonijiet fis-settur tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni Ewropea u għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed fost l-istudenti li qed jagħmlu dottorat f’diversi suġġetti xjentifiċi, teknoloġiċi, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM), inklużi t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-inġinerija; billi ftit Stati Membri inkludew dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-progress biex il-ġeneru jiġi integrat fil-programmi nazzjonali ta’ riċerka mexa bil-mod;

O.  billi l-UE tibqa’ l-mexxejja dinjija għall-għadd totali ta’ riċerkaturi, b’sehem ta’ 23,5 % (meta mqabbel ma’ 21,1 % fiċ-Ċina u 16,2 % fl-Istati Uniti), l-Ewropa ma rat l-ebda żieda sinifikanti fl-għadd ta’ pożizzjonijiet akkademiċi permanenti; billi perċentwal żgħir biss ta’ gradwati b’dottorat se jsibu post permanenti fl-akkademja jew fir-riċerka pubblika, li jobbliga lir-riċerkaturi żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet trasferibbli u jiksbu t-taħriġ rilevanti meħtieġ biex ikollhom ċans jiżviluppaw karrieri ta’ suċċess barra mill-akkademja;

P.  billi l-inflazzjoni għolja fil-prezz tal-prodotti u s-servizzi, flimkien ma’ kirjiet u rati ta’ self ipotekarju li qed jiżdiedu, qed jikkontribwixxu għal kriżi tal-għoli tal-ħajja li tħalli impatt kbir fuq ir-riċerkaturi żgħażagħ, b’mod partikolari dawk b’salarji baxxi li qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ impjieg prekarji; billi r-riċerkaturi żgħażagħ jeħtieġ li jwettqu ammonti sinifikanti ta’ xogħol mhux imħallas biex jagħmlu progress fil-karrieri tagħhom, u dan jillimita l-opportunitajiet tagħhom biex isibu remunerazzjoni addizzjonali;

Q.  billi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2009 bit-titolu “Karrieri aħjar u aktar mobilità: Sħubija Ewropea għar-riċerkaturi” identifikat ħafna mill-problemi ewlenin li għadhom jiffaċċjaw ir-riċerkaturi żgħażagħ illum, li tindika progress limitat maż-żmien;

R.  billi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ŻER ġdida għar-riċerka u l-innovazzjoni ppreżentat sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-karriera u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE, b’mod partikolari għar-riċerkaturi żgħażagħ u għan-nisa f’suġġetti STEM;

S.  billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (EEA) saħqet fuq l-importanza ta’ aktar opportunitajiet ta’ riċerka u taħriġ għar-riċerkaturi żgħażagħ madwar l-Ewropa, kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u kwalifiki li jistgħu jaġevolaw il-mobbiltà tal-karriera;

T.  billi l-objettiv tal-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Unjoni għadu ma ntlaħaqx, primarjament minħabba nuqqas ta’ investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp, li jwassal għal sottoinvestiment sostnut fix-xjenza, fir-riċerka u fl-innovazzjoni, li jimmina l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka li jipprovdu prospetti eċċellenti għall-karriera;

U.  billi t-terminu riċerkaturi żgħażagħ għandu x’jaqsam mal-età tar-riċerkaturi iżda pjuttost għall-istadju tal-karriera tagħhom, li fiċ-ċirkostanzi attwali jfisser li ħafna mir-riċerkaturi kkonċernati ma setgħux jibqgħu jitqiesu bħala żgħażagħ;

Kundizzjonijiet tal-karriera u opportunitajiet ta’ networking

1.  Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni minn Lulju 2023 biex il-karrieri fir-riċerka tal-UE jsiru aktar attraenti, b’opportunitajiet akbar għall-mobbiltà; ifakkar li l-fatt li jittejbu l-karrieri fir-riċerka, b’mod partikolari għar-riċerkaturi żgħażagħ, huwa prijorità ewlenija tal-aġenda politika taż-ŻER għall-2022-2024, u jista’ jgħin biex jiġi ddeterminat jekk l-UE żżommx l-istatus tagħha bħala mexxejja globali fir-riċerka u l-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda;

2.  Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jiġi stabbilit qafas Ewropew ġdid għall-karrieri fir-riċerka, inkluża Karta ġdida għar-Riċerkaturi u Qafas Ewropew ta’ Kompetenzi għar-Riċerkaturi (ReserchComp) biex tiġi appoġġjata l-mobbiltà intersettorjali, li tinvolvi Pjattaforma tat-Talent taż-ŻER kif ukoll Osservatorju tal-Karrieri fir-Riċerka u l-Innovazzjoni; jissottolinja li r-riċerka reċenti turi li l-kwalità tad-data dwar il-karrieri fir-riċerka fl-Ewropa mhijiex biżżejjed biex jiġu żviluppati politiki effettivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-livell ta’ ambizzjoni tagħha dwar il-ġbir tad-data, kemm f’termini ta’ kwalità kif ukoll ta’ veloċità;

3.  Jinnota li filwaqt li l-għadd ta’ riċerkaturi fl-Ewropa żdied b’mod sinifikanti matul l-aħħar għaxar snin, il-kwalità tal-pożizzjonijiet naqset; jesprimi tħassib li n-nuqqas ta’ karigi permanenti, tendenza lejn kuntratti temporanji u prekarji, oqfsa legali u ta’ impjieg skaduti u nuqqas ta’ appoġġ fil-karriera istituzzjonali għar-riċerkaturi li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera jistgħu jipprevjenuhom milli jippjanaw il-futur tagħhom u jistgħu jwasslu lil ħafna biex jitilqu mill-Ewropa għal pajjiżi terzi li joffru kundizzjonijiet aktar attraenti u stabbli għat-talent internazzjonali; iqis li dan it-tip ta’ eżodu ta’ mħuħ joħloq riskju kbir għall-UE f’termini tal-ilħuq tal-objettiv tagħha li tibqa’ mutur globali fir-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari f’uħud mill-aktar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli nadifa, profondi u diġitali; ifakkar li dan it-telf ta’ talent huwa wkoll ħela ta’ riżorsi pubbliċi li ġew investiti fl-istadji kollha tal-formazzjoni ta’ riċerkaturi żgħażagħ;

4.  Jemmen li l-politiki tal-UE kontra l-eżodu ta’ mħuħ tar-riċerkaturi żgħażagħ għandhom ikunu aktar komprensivi, mhux biss billi jirrikonoxxu l-valur ippruvat tal-mobbiltà iżda wkoll billi jikkunsidraw modi kif jinżamm u jiġi attirat it-talent fl-Istati Membri u fir-reġjuni li l-aktar li jbatu mill-eżodu ta’ riċerkaturi, filwaqt li jobbligaw lil dawk l-istess Stati Membri jagħmlu sforzi ħafna akbar biex jappoġġjaw il-karrieri tar-riċerkaturi żgħażagħ tagħhom;

5.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-finanzjament tar-riċerka tal-UE jintuża minn xi Stati Membri biex jikkumpensa għat-tnaqqis fil-finanzjament nazzjonali minħabba restrizzjonijiet fiskali usa’, aktar milli bħala mezz biex jiġi żviluppat livell addizzjonali u ogħla ta’ eċċellenza fis-sistemi akkademiċi tagħhom;

6.  Jirrikonoxxi li ħafna mill-istess kwistjonijiet u tħassib li jaffettwaw lir-riċerkaturi żgħażagħ wara d-dottorat huma ffaċċjati wkoll minn studenti li qed jagħmlu dottorat, inklużi l-iżolament, il-kuntratti prekarji u n-nuqqas ta’ sigurtà finanzjarja, kif ukoll sfidi konsiderevoli fil-mobbiltà u fil-progressjoni tal-karriera; jemmen li qafas komprensiv biex jiġu indirizzati l-problemi tar-riċerkaturi żgħażagħ għandu jinkorpora miżuri li jappoġġjaw kemm lir-riċerkaturi li qed jagħmlu dottorat kif ukoll lil dawk ta’ wara d-dottorat; jesprimi dispjaċir għall-fatt li wisq riċerkaturi li qed jagħmlu dottorat huma koperti minn għotjiet li jipprovdu sigurtà soċjali limitata minkejja n-natura kwalifikata ħafna ta’ dmirijiethom; jisħaq li filwaqt li l-mobbiltà hija ta’ benefiċċju għall-akkademiċi fl-iżvilupp professjonali tagħhom u tikkontribwixxi għall-kwalità tax-xjenza fuq livell globali, tista’ toħloq ukoll sfidi sinifikanti għar-riċerkaturi fil-ħajja privata tagħhom;

7.  Iħeġġeġ lill-universitajiet u lill-istituti tar-riċerka fl-Ewropa joffru pożizzjonijiet aktar attraenti ta’ dottorat u ta’ wara d-dottorat, u b’mod partikolari biex jikkunsidraw li jżidu l-livelli tas-salarju fejn dawn bħalissa huma baxxi wisq għar-riċerkaturi biex jiżguraw bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jżommu livell ta’ għajxien aċċettabbli, b’mod partikolari f’kuntest ta’ inflazzjoni għolja u ta’ kirjiet dejjem jiżdiedu; jinnota li r-riċerkaturi żgħażagħ fl-Ewropa għandhom ikunu jistgħu jgħixu b’mod deċenti mis-salarju tagħhom biex jiġi żgurat li qed nippromwovu riċerka magħżula b’mod ħieles tal-ogħla kwalità; huwa mħasseb ħafna dwar suġġerimenti li xi aġenziji ta’ finanzjament tar-riċerka jistgħu jistennew li l-organizzazzjonijiet tar-riċerka jiddedikaw inqas minn ekwivalenti għall-full time għal kull xahar ta’ proġett sħiħ fi pjanijiet ta’ ħidma, li jistgħu jirriżultaw fil-fatt li r-riċerkaturi li qed jagħmlu dottorat effettivament jirċievu livelli ta’ introjtu inqas mill-paga minima;

8.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jissaħħaħ in-networking bejn l-assoċjazzjonijiet tar-riċerkaturi u l-universitajiet madwar l-UE, sabiex jiġu promossi aħjar l-interessi komuni tar-riċerkaturi żgħażagħ;

9.  Jilqa’ t-TalentOn tal-UE u inizjattivi oħra tal-UE biex jiġu promossi n-networking, il-viżibbiltà u l-kooperazzjoni fost ir-riċerkaturi żgħażagħ; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkonsolida inizjattivi bħal dawn u tiżviluppa linji ta’ finanzjament iddedikati biex tappoġġja l-objettivi ta’ networking fi grupp ferm usa’ ta’ riċerkaturi Ewropej, bil-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi żgħażagħ f’inizjattivi tal-UE bħal dawn issir in-norma aktar milli l-eċċezzjoni;

10.  Jappoġġja t-titjib ta’ programmi ta’ mentoraġġ biex jiggwidaw lir-riċerkaturi żgħażagħ fuq perkorsi professjonali differenti kif ukoll biex jippromwovu l-mobbiltà fost il-persunal tar-riċerka fis-setturi u bejniethom; jemmen li r-riċerkaturi żgħażagħ għandu jkollhom il-possibbiltà li jinvolvu ruħhom fi traineeships imħallsa ta’ kwalità għolja f’setturi rilevanti għall-karriera li jistgħu jwessgħu u jtejbu l-prospetti professjonali tagħhom;

11.  Jappella għal sforz komprensiv biex jiġu identifikati u eliminati l-ostakli li qed jimpedixxu lir-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija milli jiċċirkolaw liberament fl-Istati Membri, madwar l-Ewropa u lil hinn minnha; jappoġġja l-fatt li r-rimborż sħiħ tal-ispejjeż ta’ rilokazzjoni jsir prattika standard fl-Ewropa; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz partikolari favur kooperazzjoni aħjar u allinjament ulterjuri tal-proċeduri amministrattivi, li jagħmilha aktar faċli għar-riċerkaturi li jiċċaqilqu madwar l-Unjoni b’familja; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom ifittxu li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi marbuta mar-reklutaġġ ta’ riċerkaturi żgħażagħ u mat-tiġdid tal-kuntratti tagħhom;

12.  Jikkonstata li l-karrieri akkademiċi għar-riċerkaturi żgħażagħ fix-xjenzi soċjali u umanistiċi (SSH) huma partikolarment ta’ sfida, minħabba salarji aktar baxxi u finanzjament tar-riċerka aktar limitat b’mod ġenerali; jemmen li għandha tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li karriera fir-riċerka fil-qasam SSH toffri sett simili ta’ opportunitajiet għar-riċerka f’suġġetti STEM; jirrikonoxxi li l-ekonomija Ewropea għandha nuqqas dejjem akbar ta’ ħaddiema mħarrġa ħafna fl-STEM, ifakkar, madankollu, li l-għarfien dwar l-SSH huwa indispensabbli wkoll għall-funzjonament ta’ ekonomija u soċjetà ħielsa u miftuħa;

13.  Iqis li l-avvanz tal-għarfien xjentifiku permezz ta’ riċerka rigoruża għandu jibqa’ għan validu fih innifsu; isostni li r-riċerkaturi żgħażagħ għandhom ikunu liberi li jiżviluppaw il-karrieri tagħhom b’mod li jagħti prijorità lir-riċerka bażika u mhux neċessarjament jirrikjedi l-iżvilupp immedjat ta’ soluzzjonijiet kummerċjali u teknoloġiċi; ifakkar li t-traineeships ta’ spiss ikunu l-ewwel esperjenza professjonali ta’ persuna u jistgħu jistabbilixxu perkors tal-karriera; jinsisti, b’riżultat ta’ dan, fuq l-importanza li ċ-ċentri tar-riċerka jipprovdu remunerazzjoni kompetittiva sabiex jattiraw riċerkaturi żgħażagħ b’talent;

Finanzjament

14.  Jissottolinja li r-responsabbiltà primarja li jiġi żgurat finanzjament pubbliku suffiċjenti u sostenibbli għax-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni hija tal-Istati Membri; jinnota li kwalunkwe sforz imwettaq mill-Unjoni, inkluż permezz tal-programm qafas, huwa addizzjonali għall-isforzi nazzjonali u ma jistax isolvi l-isfidi maħluqa mill-istruttura imperfetta tas-sistemi nazzjonali; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom għal livelli aktar ambizzjużi ta’ finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), b’implimentazzjoni sħiħa tal-objettiv ta’ investiment ta’ 3 % tal-PDG stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2020; iqis li biex tintlaħaq din il-mira, mill-inqas 1,25 % tal-PDG ta’ investiment għandu jiġi mill-finanzjament pubbliku; jappella għal impenji pubbliċi u privati akbar għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll għal kooperazzjoni u mekkaniżmi ta’ finanzjament imtejba bejn is-settur pubbliku u privat, kif meħtieġ biex l-UE żżomm il-pożizzjoni fuq quddiem fix-xena internazzjonali u jiġu indirizzati l-isfidi urġenti tas-soċjetà, bil-benefiċċju ulterjuri li jiġu offruti prospetti ta’ karriera fit-tul aktar promettenti għar-riċerkaturi żgħażagħ;

15.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rata ta’ suċċess tal-iskemi ewlenin ta’ finanzjament ta’ Orizzont Ewropa, inklużi l-iskemi orjentati lejn l-iżvilupp ta’ karriera fir-riċerka (b’mod partikolari l-Fellowships Marie Skłodowska-Curie u l-Għotjiet Inizjali tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka), għadha baxxa wisq, bil-maġġoranza tal-proġetti kklassifikati bħala eċċellenti ma jiġux iffinanzjati;

16.  Isostni li sehem kbir ta’ proġetti eċċellenti u innovattivi li ma jiġux iffinanzjati se jdgħajjef il-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ewropa, u jista’ jdgħajjef bil-kbir riċerkaturi żgħażagħ b’talent, li ħafna minnhom se jieħdu l-ħiliet tagħhom xi mkien ieħor fid-dinja;

17.  Jargumenta li rata ta’ suċċess ogħla tista’ tkun partikolarment ta’ benefiċċju għall-applikanti mill-Istati Membri tal-UE b’infrastrutturi ta’ riċerka aktar dgħajfa u b’anqas kapaċità ta’ appoġġ amministrattiv, li kellhom it-tendenza li jiġġieldu l-aktar biex jiżguraw finanzjament kompetittiv tal-UE;

18.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li la l-proposta tal-baġit tal-UE għall-2024 u lanqas ir-reviżjoni proposta tal-qafas finanzjarju pluriennali ma jipprevedu żieda fil-baġit ta’ Orizzont Ewropa, li hija meħtieġa biex tittejjeb ir-rata ta’ suċċess għall-finanzjament tal-UE u tiġi evitata l-ħela tat-talent hekk kif ir-riċerkaturi żgħażagħ ikomplu l-karrieri tagħhom barra mill-Ewropa; jappella għal baġit akbar għal Orizzont Ewropa, bl-objettiv li kull sottoprogramm jitħalla jiffinanzja mill-inqas 50 % tal-proposti kollha kklassifikati bħala eċċellenti;

Mobbiltà u portabbiltà

19.  Jappoġġja l-prinċipju tal-mobbiltà bejn l-Istati Membri u bejn is-setturi bħala wieħed mill-pedamenti tal-politika u l-finanzjament tar-riċerka tal-UE, u bħala għodda ewlenija biex jittejjeb u jiġi sostnut l-iżvilupp ta’ riċerkaturi żgħażagħ fl-Ewropa, li jwassal għal riċerka aħjar u għal prospetti ta’ karriera mtejba;

20.  Jinnota li wħud mill-aktar skemi ta’ finanzjament prestiġjużi tal-UE huma orjentati lejn l-iżvilupp tal-karrieri fir-riċerka, inklużi l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-Għotjiet Inizjali tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka; jisħaq fuq l-importanza li jintużaw skemi ta’ finanzjament tal-UE biex ir-riċerkaturi jiġu inċentivati jirritornaw lejn l-Ewropa wara li jwettqu r-riċerka tagħhom għad-dottorat f’pajjiż terz, bħala mod kif jiġi miġġieled it-telf ta’ mħuħ li huwa ta’ ħsara għas-sistemi ta’ riċerka Ewropej;

21.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ma jkunx ħa passi aktar konkreti biex jimpenja lill-Istati Membri kollha biex ineħħu l-ostakli li jistgħu jagħmlu l-mobbiltà diffiċli għar-riċerkaturi żgħażagħ; jirrikonoxxi li kien hemm xi sforzi volontarji favur armonizzazzjoni akbar, iżda jikkonstata li regoli nazzjonali skaduti u inflessibbli għadhom jagħmlu diffiċli ħafna li wieħed jibdel bejn sistema akkademika u oħra, li jvarjaw minn diffikultajiet u dewmien biex il-kwalifiki akkademiċi jiġu rikonoxxuti għar-riskju ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg prekarji u telf ta’ drittijiet tas-sigurtà soċjali għar-riċerkaturi li jagħżlu li jmorru fuq esperjenza ta’ mobbiltà tranżnazzjonali;

22.  Jilqa’ l-inizjattiva ERA4YOU u l-Pjattaforma proposta tat-Talent taż-ŻER bħala mezz biex titħeġġeġ il-mobbiltà transsettorjali u jittejbu l-prospetti tar-riċerkaturi żgħażagħ;

23.  Iwissi li s-sempliċi inkoraġġiment tar-riċerkaturi żgħażagħ biex jitilqu mill-akkademja lejn setturi oħra ma jagħmel xejn biex il-karrieri fir-riċerka jkunu aktar attraenti; iqis li t-titjib tal-perkorsi tal-karriera akkademika u t-tisħiħ tal-mobbiltà transsettorjali għandhom jitqiesu bħala għanijiet komplimentari doppji, bl-għan aħħari ta’ ċirkolazzjoni fid-direzzjonijiet kollha, inkluż min-negozju u mill-gvern lura fl-universitajiet u fl-istituti tar-riċerka pubblika; jisħaq li l-appoġġ għar-riċerkaturi żgħażagħ matul il-perkors tal-karriera tagħhom jaġevola ż-żamma b’suċċess tagħhom fis-sistema ta’ riċerka tal-UE;

24.  Jissottolinja l-varjazzjonijiet ġeografiċi b’saħħithom fl-attraenza u fis-sostenibbiltà tal-karrieri fir-riċerka, li l-finanzjament tal-UE s’issa għadu ma rnexxilux jindirizza b’mod komprensiv; jikkonstata li l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-Ewropa hija fil-biċċa l-kbira proċess ta’ direzzjoni waħda (jiġifieri min-Nofsinhar u mil-Lvant lejn it-Tramuntana u l-Punent), filwaqt li l-UE għandha timmira għal moviment ċirkolari aktar ibbilanċjat tar-riċerkaturi bejn is-sistemi akkademiċi, li jippermetti ċ-ċirkolazzjoni tat-talent u li jgħin biex jiġi miġġieled it-telf tal-imħuħ;

25.  Jenfasizza d-diffikultajiet li jeżistu fil-portabbiltà tad-drittijiet bejn il-pajjiżi, kif ukoll l-ostakli għall-portabbiltà bejn setturi differenti (pubbliku jew privat) fl-istess Stat Membru; isostni li l-portabbiltà mtejba tad-drittijiet taġevola bil-kbir il-mobbiltà tal-karriera u ttejjeb iż-żamma ta’ riċerkaturi żgħażagħ fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra li tesplora soluzzjonijiet għal din il-kwistjoni fil-qafas tal-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej;

26.  Jappoġġja l-pjan tal-Kummissjoni li tibni fuq il-fond tal-pensjonijiet pan-Ewropew għar-riċerkaturi (RESAVER) u tiżviluppa qafas ta’ karrieri globali għar-riċerkaturi biex tkompli tippromwovi l-mobbiltà transfruntiera u transsettorjali, u li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-RESAVER ikun utli b’mod ġenwin għar-riċerkaturi;

27.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċeduri għall-istandardizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-lawrji u d-diplomi universitarji bejn pajjiżi differenti jistgħu jkunu wisq ikkumplikati u applikati b’mod inkonsistenti; iqis ir-rikonoxximent reċiproku bħala kundizzjoni meħtieġa għall-mobbiltà tar-riċerkaturi żgħażagħ, li ma għandhiex tinvolvi piż amministrattiv mhux raġonevoli jew tkun soġġetta għal dewmien twil li jista’ jxekkel il-mobbiltà u r-reklutaġġ;

28.  Jissottolinja li dawn l-isfidi kollha huma saħansitra akbar għar-riċerkaturi li ġejjin fl-Unjoni minn pajjiżi terzi; jinnota li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħmlu aktar biex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tal-viża u tas-saħħa meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni u rekwiżiti oħra tad-dħul ikunu aktar faċilment aċċessibbli u disponibbli għar-riċerkaturi minn pajjiżi terzi; jenfasizza li dan huwa assolutament essenzjali sabiex jiġi attirat aktar talent fl-Ewropa;

Miżuri ta’ bilanċ bejn il-ġeneri u ta’ benesseri

29.  Jirrikonoxxi li huma meħtieġa sforzi akbar biex jiġu żgurati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-karrieri tar-riċerka; jappella għat-tisħiħ tad-diversità fir-riċerka, b’mod partikolari billi tiġi żgurata u promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li wieħed jibbaża fuq il-ħidma tal-għodda għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Akkademja u fir-Riċerka (GEAR); jisħaq li huma meħtieġa sforzi partikolari biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ rappreżentanza tan-nisa fis-suġġetti STEM;

30.  Jikkonstata li n-nisa jirrappreżentaw biss terz tar-riċerkaturi u ftit aktar minn kwart tal-karigi akkademiċi ta’ livell għoli, filwaqt li jikkostitwixxu sehem sproporzjonat ta’ riċerkaturi fuq kuntratti part-time u prekarji fl-Ewropa;

31.  Jappella għal impenn ikkoordinat fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-proċessi ta’ reklutaġġ u ta’ għażla jkunu newtrali għall-ġeneru u ħielsa minn kwalunkwe preġudizzju; jinnota li Orizzont Ewropa bħalissa qed jesperimenta bil-possibbiltà ta’ anonimizzazzjoni għal xi proġetti biex jitnaqqsu l-preġudizzji fl-evalwazzjoni;

32.  Jinnota li r-riċerkaturi żgħażagħ spiss ikunu meħtieġa jwettqu ammont konsiderevoli ta’ xogħol mhux imħallas biex jiżguraw il-progressjoni tal-karriera tagħhom, li tillimita l-opportunitajiet tagħhom li jsibu sorsi alternattivi ta’ remunerazzjoni barra mill-akkademja; iqis li l-ispiża attwali tal-kriżi tal-għajxien toħloq riskju ulterjuri għall-vijabbiltà tal-karrieri fir-riċerka u tista’ tiskoraġġixxi lil xi wħud mir-riċerkaturi żgħażagħ l-aktar kapaċi fl-Ewropa milli jkomplu fit-triq tar-riċerka, b’mod partikolari dawk minn sfondi soċjali aktar foqra jew b’responsabbiltajiet ta’ kura;

33.  Jikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza u mertu f’ħafna proċeduri akkademiċi magħluqa, kif ukoll il-proliferazzjoni ta’ kuntratti ta’ riċerka b’pagi baxxi, prekarji u part-time; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ħafna universitajiet pubbliċi għadhom pjuttost magħluqa għall-applikanti minn barra; jissottolinja l-ambizzjoni tal-EURAXESS li l-pożizzjonijiet miftuħa kollha fl-Ewropa jiġu ppubblikati f’post wieħed biex jitrawmu l-opportunitajiet u l-kompetizzjoni ġusta bejn ir-riċerkaturi;

34.  Jesprimi tħassib dwar il-bilanċ batut bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-istress u l-benesseri mentali ta’ ħafna riċerkaturi żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li kellhom jiġġieldu kontra l-iżolament u t-telf ta’ finanzjament matul il-pandemija tal-COVID-19; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-pandemija kienet partikolarment diffiċli għar-riċerkaturi b’responsabbiltajiet ta’ kura, li għadhom magħmula b’mod sproporzjonat minn nisa;

35.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li jkollhom proċeduri ġusti u trasparenti biex jittrattaw tipi differenti ta’ fastidju u abbuż fis-sistemi akkademiċi, li jistgħu jaffettwaw b’mod partikolari l-karrieri ta’ riċerkaturi fi stadju bikri, li jibqgħu jibbażaw ħafna fuq ir-referenzi u r-riferimenti minn akkademiċi superjuri sabiex jirnexxu fil-karrieri akkademiċi tagħhom;

L-ostakli għall-finanzjament u għall-proċessi ta’ evalwazzjoni

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifletti dwar modi kif tiżgura li l-iskemi ta’ finanzjament tal-UE ma jimponux aspettattivi mhux realistiċi jew ostakli mhux raġonevoli għall-applikazzjonijiet minn riċerkaturi żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li japplikaw minn pajjiżi bi strutturi ta’ appoġġ amministrattiv aktar dgħajfa;

37.  Jappoġġja l-isforzi biex il-proċessi ta’ evalwazzjoni jiġu ssimplifikati b’mod li jitnaqqsu l-istress u x-xogħol żejjed għar-riċerkaturi żgħażagħ, u jiffokaw aktar fuq il-kwalità tal-applikazzjonijiet aktar milli fuq il-kwantità tagħhom;

38.  Jilqa’ s-Siġill ta’ Eċċellenza, li jippermetti lil riċerkaturi żgħażagħ b’talent ikollhom aktar minn opportunità waħda biex jiksbu finanzjament mill-UE għall-istess tip ta’ proġett; jemmen li s-Siġill ta’ Eċċellenza huwa partikolarment meħtieġ fid-dawl tar-rati baxxi ta’ suċċess għall-għotjiet individwali tal-UE fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa, bħala riżultat tad-disponibbiltà insuffiċjenti ta’ fondi għall-finanzjament tal-maġġoranza tal-proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirċievu punteġġ ta’ evalwazzjoni eċċellenti;

Il‑passi li jmiss

39.  Jinnota li l-eks Kummissarju Mariya Gabriel iddikjarat kemm-il darba il-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet ta’ impjieg għar-riċerkaturi żgħażagħ fl-Ewropa; jilqa’ l-impenn tal-Kummissarju Iliana Ivanova, espress matul is-seduta ta’ smigħ tagħha fil-Parlament, li tkompli l-ħidma tal-predeċessur tagħha f’din id-direzzjoni, tlaqqa’ flimkien il-konsorzji biex tgħin lir-riċerkaturi żgħażagħ u tappoġġja remunerazzjoni ġusta u opportunitajiet ta’ karriera;

40.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-implimentazzjoni ta’ “Osservatorju tal-Karriera” fil-forma ta’ sistema miftuħa ta’ monitoraġġ u rapportar madwar l-Ewropa dwar il-progress annwali fil-qafas u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, inklużi r-remunerazzjoni, is-sigurtà soċjali, it-tip ta’ kuntratt u l-livelli tal-pensjoni; jinnota li dan jirrikjedi aktar ħidma, flimkien ma’ proġetti pilota, li għandha tiġi żviluppata direttament mal-entitajiet li bħalissa għandhom tali data;

41.  Jitlob lill-Kunsill jadotta u jimplimenta malajr l-inizjattivi l-ġodda proposti mill-Kummissjoni biex jagħtu s-setgħa lill-karrieri fir-riċerka u biex isaħħu ż-ŻER, inkluża r-rakkomandazzjoni proposta tal-Kunsill għal Karta riveduta għar-riċerkaturi u Qafas Ewropew ta’ kompetenza għar-riċerkaturi;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif il-programm qafas jista’ jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ diversità akbar ta’ karrieri fir-riċerka; iħeġġeġ lill-Kummissjoni b’mod partikolari tiżviluppa xenarji u tivvaluta l-fattibbiltà tagħhom f’termini ta’ finanzjament ġdid u arranġamenti kuntrattwali għal proġetti ta’ programm qafas, bil-għan li trawwem il-bidla mixtieqa fil-prattiki ta’ reklutaġġ u żamma tal-benefiċjarji tal-programm; jemmen li xenarji bħal dawn jistgħu jivvalutaw ukoll il-fattibbiltà ta’ garanzija Ewropea offruta lill-organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka li jirreklutaw persunal tar-riċerka għall-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ Orizzont Ewropa dwar kuntratt li jkun ferm itwal miż-żmien li fih idum għaddej il-proġett; jemmen li, meta possibbli, il-Kummissjoni għandha tħares lejn modi kif tħeġġeġ forom ġodda ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament istituzzjonali fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa;

43.  Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ sforz aktar ikkoordinat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha biex jiġu indirizzati l-problemi sottostanti li ilhom jeżistu u li qed jiffaċċjaw ir-riċerkaturi żgħażagħ fl-Ewropa, peress li dan fl-aħħar mill-aħħar se jgħin lill-UE tilħaq l-objettiv tagħha li tibqa’ protagonist fuq livell internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni u fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fl-aktar oqsma kritiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggwida dawn il-proċessi b’tali mod li ttejjeb b’mod effettiv l-aċċess għal karrieri ta’ riċerka ta’ kwalità għolja fiż-ŻER kollha, u b’hekk tiżgura ċirkolazzjoni tal-imħuħ multidirezzjonali u bbilanċjata; jemmen li huwa kruċjali li l-partijiet ikkonċernati kollha jiġu mmobilizzati biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji ta’ finanzjament, il-fondazzjonijiet privati u s-settur privat ġenerali, bil-kooperazzjoni tal-Parlament;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi bis-sħiħ u b’mod proattiv lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tar-riċerkaturi żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ politiki li għandhom l-għan li jtejbu s-sitwazzjoni tar-riċerkaturi żgħażagħ;

o
o   o

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.
(2) ĠU L 431, 2.12.2021, p. 1.
(3) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 116.
(4) ĠU C 99, 1.3.2022, p. 167.
(5) ĠU C 205, 20.5.2022, p. 17.
(6) Testi adottati, P9_TA(2023)0239.


Il-Frontex, ibbażata fuq il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat LIBE ta’ Skrutinju tal-Frontex
PDF 198kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar il-Frontex ibbażata fuq il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat LIBE ta’ Skrutinju tal-Frontex (2023/2729(RSP))
P9_TA(2023)0483B9-0499/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 għaliha,

–  wara li kkunsidra l-Kapitolu V, Regolament Nru 33 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) dwar sitwazzjonijiet ta’ diffikultà: obbligi u proċeduri,

–  wara li kkunsidra l-Kapitoli 4 u 5 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi (il-Konvenzjoni SAR) dwar proċeduri operattivi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 6, l-Artikolu 18, l-Artikolu 19 u l-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67(1), l-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-politika strateġika pluriennali għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri (COM(2023)0146),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 08/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA),

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi tal-31 ta’ Jannar 2022 dwar imġiba ħażina serja fil-Frontex u l-konklużjonijiet tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-Każ OI/4/2021/MHZ dwar kif l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) hija konformi mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali tagħha u tiżgura akkontabbiltà b’rabta mar-responsabbiltajiet imsaħħa tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija tal-UE dwar il-migrazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025 (COM(2021)0171),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2021 intitolata “Pjan ta’ azzjoni tal-UE mġedded kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali (2021-2025)” (COM(2021)0591),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu (UE, Euratom) 2021/1613 tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019(4) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu (UE) 2022/1808 tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020(6) li tirriffjuta li tagħti kwittanza lid-direttur eżekuttiv tal-Frontex,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza relatata mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2021(7),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni Indipendenti ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU għal-Libja tas-27 ta’ Marzu 2023 (A/HRC/52/83),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-14 ta’ Lulju 2021 intitolat “Rapport dwar l-investigazzjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar il-Frontex dwar allegat ksur tad-drittijiet fundamentali” mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex (FSWG) tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE), u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-600/21 WS et vs Frontex,(8)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-2021 ġie kostitwit il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex fil-Kumitat LIBE għall-fini tal-monitoraġġ tal-aspetti kollha tal-funzjonament tal-Frontex, inklużi r-rwol u r-riżorsi msaħħa tagħha għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri, l-applikazzjoni korretta tal-acquis tal-UE u l-eżekuzzjoni tagħha tar-Regolamenti 2019/1896 u 656/2014;

B.  billi l-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex ingħata l-mandat li jwettaq missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni, sabiex jiġbor l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha rigward l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali li l-Aġenzija kienet involuta fihom, kienet konxja dwarhom u/jew ma ħaditx azzjoni fuqhom, il-ġestjoni interna tal-Aġenzija, inklużi l-proċeduri għar-rappurtar u t-trattament tal-ilmenti; u t-trasparenza u l-akkontabbiltà tal-Aġenzija fil-konfront tal-Parlament Ewropew; billi l-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex adotta r-rapport tiegħu f’Lulju 2021 li kien fih 42 rakkomandazzjoni speċifika lill-Aġenzija, lill-Bord Maniġerjali, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Kunsill;

C.  billi bħala rispons għar-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex, l-Aġenzija u l-Bord Maniġerjali tagħha għamlu sforzi biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan il-Grupp ta’ Ħidma u rrappurtaw li sa issa kienu implimentaw 36 rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex; billi għadd limitat ta’ rakkomandazzjonijiet għadhom pendenti inklużi dawk relatati mal-operazzjonijiet tal-Frontex fil-Greċja u fl-Ungerija, il-protezzjoni aħjar tal-informaturi, ir-rappurtar eċċezzjonali skont il-mekkaniżmu tar-Rapporti ta’ Inċidenti Serji, il-komunikazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali, u t-trattament adegwat ta’ allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali mill-Istati Membri;

D.  billi r-rapport tal-OLAF tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-investigazzjonijiet fil-Frontex żvela mġiba ħażina serja u irregolaritajiet oħra minn tliet individwi impjegati mill-Aġenzija, inkluż l-eks Direttur Eżekuttiv, kif ukoll tliet kwistjonijiet ewlenin oħra, b’mod partikolari l-fatt li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali ma kienx qed jitħalla jaċċessa informazzjoni operazzjonali, il-fatt li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali ma ġiex inkarigat bħala persuna li tittratta l-każ għal rapporti dwar inċidenti serji b’allegat ksur tad-drittijiet fundamentali, u l-fatt li l-membri tal-persunal li rrappurtaw inċidenti serji lill-ġerarkija ġew injorati mill-individwi investigati mill-OLAF; billi kien hemm dewmien twil biex il-Membri tal-Parlament u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jingħataw aċċess għar-rapport tal-OLAF; billi d-deċiżjoni li r-rapport tal-OLAF dwar l-attivitajiet tal-Frontex ma jsirx disponibbli fil-pront għall-Parlament affettwat is-setgħat ta’ skrutinju demokratiku fuq ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija għal ksur tad-drittijiet fundamentali; billi minkejja diversi talbiet, ibbażati fuq tħassib legali relatat mad-drittijiet proċedurali tal-persuni ta’ interess, ir-rapport dam ma ġie ppubblikat sal-31 ta’ Ottubru 2022 filwaqt li żewġ rapporti addizzjonali tal-OLAF huma mistennija li jiġu ppreżentati din is-sena fir-rigward tal-Frontex;

E.  billi problemi serji li jaffettwaw il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza interna tal-Frontex, u n-nuqqasijiet serji tal-Aġenzija rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-applikanti għall-ażil u tal-migranti, it-trasparenza, il-protezzjoni tad-data, l-allegat fastidju sesswali u l-amministrazzjoni ħażina fil-Frontex, wasslu lill-Parlament Ewropew jirrifjuta l-kwittanza tal-baġit tal-Aġenzija għall-2020;

F.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) iddeċidiet li d-deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa mill-awtoritajiet Ungeriżi huma inkompatibbli mad-Direttiva 2008/115/KE u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u li l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2013/32/UE u d-Direttiva 2013/33/UE(9); billi l-Frontex wettqet verifiki u kkonkludiet li l-Aġenzija qatt ma kienet involuta f’ritorni relatati mal-leġiżlazzjoni Ungeriża meqjusa inkompatibbli mad-dritt tal-UE mill-QĠUE (l-Att nazzjonali tal-Ungerija LXXXIX tal-2007 u l-Att LVIII tal-2020); billi l-Aġenzija tirrikjedi li l-Ungerija tassumi impenji speċifiċi dwar il-proċeduri segwiti meta titlob l-appoġġ tal-Frontex; billi l-Frontex uffiċjalment talbet ukoll lill-Ungerija taqsam b’mod sistematiku r-rapporti kollha disponibbli mħejjija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Ungerija, li huwa l-awtorità responsabbli għall-monitoraġġ tad-detenzjoni u r-ritorni furzati ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

G.  billi l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, il-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, il-UNHCR, il-media u l-NGOs ħarġu aktar rapporti dwar allegati push-backs u ksur serju ieħor tad-drittijiet fundamentali, fosthom il-vjolenza kontra l-migranti fil-fruntieri esterni tal-art u tal-baħar tal-UE, inkluż fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ sorveljanza fil-fruntieri li fihom ipparteċipat il-Frontex; billi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-UE tressqu erba’ azzjonijiet legali fir-rigward tal-allegati push-backs kontra l-Frontex, li minnhom tnejn ġew iddikjaratati inammissibbli u tnejn huma pendenti;

H.  billi, wara l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali rigward il-valutazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni fil-Greċja, inkluża l-Opinjoni tiegħu tal-1 ta’ Settembru 2022 li fiha sostna li “allegazzjonijiet fondati ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fil-Greċja laħqu l-livell li fih jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-iskattar tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament EBCG”, l-eks Direttur Eżekuttiv ad interim stabbilixxa grupp ta’ ħidma u kien involut fi proċess mal-awtoritajiet Elleniċi f’attivitajiet operazzjonali mwettqa fil-Greċja; billi wara dawn id-diskussjonijiet, l-awtoritajiet Elleniċi fasslu pjan għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali; billi, fis-36 rapport lill-Bord Maniġerjali ta’ Marzu 2023, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali rrikonoxxa l-isforzi li saru mill-awtoritajiet Griegi u l-approvazzjonijiet mill-Aġenzija tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar id-drittijiet fundamentali, iżda li minkejja l-pjan ta’ azzjoni, l-allegazzjonijiet ta’ push-backs, akkumpanjati minn trattament ħażin tal-migranti, għadhom jippersistu; billi, fil-laqgħa tal-Bord Maniġerjali f’Ġunju 2023, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tenna li l-kundizzjonijiet li jiskattaw l-Artikolu 46 huma ssodisfati bis-sħiħ u rrakkomanda sospensjoni tal-attivitajiet, li għandhom jerġgħu jinbdew biss meta tkun ġiet stabbilita mill-ġdid relazzjoni ta’ fiduċja mal-awtoritajiet Griegi, u li sadanittant, il-Frontex għandha żżomm preżenza fuq il-post fil-pajjiż;

I.  billi, fis-sentenza tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2022, il-QĠUE sabet li l-leġiżlazzjoni Litwana li tippermetti ċ-ċaħda tal-protezzjoni internazzjonali u t-tqegħid f’detenzjoni awtomatika ta’ applikanti biss fuq il-bażi li jkunu qasmu b’mod irregolari l-fruntiera hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; billi, minn Lulju 2022, il-Frontex ma għadhiex tipparteċipa jew tappoġġja lil-Litwanja bis-sorveljanza fil-fruntieri; billi, l-Aġenzija żammet l-operazzjoni konġunta tagħha Terra fil-Litwanja, b’aġenti li jaħdmu fuq kontrolli fil-fruntieri u ritorni, anke wara s-sentenza tal-QĠUE;

J.  billi, fl-Opinjoni tiegħu tal-2023 dwar il-Kwittanza tal-Aġenzija għall-2021, il-Kumitat LIBE esprima tħassib dwar rapporti li żvelaw li l-implimentazzjoni tal-Ipproċessar ta’ Data Personali għall-Programm ta’ Analiżi tar-Riskju (PEDRA) wasslet għal ġabra intrużiva ta’ data personali mill-Frontex mill-migranti u r-rifuġjati biex tiddaħħal fil-bażijiet tad-data kriminali tal-Europol; billi l-Aġenzija ddikjarat li l-proġett kien ġie implimentat bejn l-2015 u l-2017; billi mal-wasla tal-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) dwar id-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija 56/2021, 68/2021 u 69/2021, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija ħejja Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS; billi d-Deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali 56/2021 ġiet riveduta f’Marzu 2023;

K.  billi, fis-36 rapport lill-Bord Maniġerjali, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali indirizza tħassib dejjem akbar dwar il-Bulgarija, inkluż allegazzjonijiet ta’ ritorni illegali (“push-backs”), akkumpanjati minn trattament ħażin tal-migranti matul l-arresti mill-awtoritajiet nazzjonali, u ssottolinja l-ħtieġa ta’ investigazzjonijiet effettivi u imparzjali mill-awtoritajiet nazzjonali;

L.  billi l-Aġenzija kienet u għadha fi proċess ta’ tranżizzjoni: f’Ġunju 2021, beda jopera l-Uffiċċju l-ġdid għad-Drittijiet Fundamentali ta’ Frontex; fi tmiem l-2021 u fil-bidu tal-2022, tliet Viċi Diretturi Eżekuttivi ħadu l-kariga għall-ewwel darba fl-istorja tal-Aġenzija; f’April 2022, President ġdid tal-Bord Maniġerjali beda l-mandat tiegħu; f’April 2022, wara investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar il-ġestjoni ħażina tal-Aġenzija, irriżejna d-Direttur Eżekuttiv; wara dan il-Bord Maniġerjali tal-Frontex għażel wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi biex imexxi lill-Aġenzija bħala Direttur Eżekuttiv ad interim; f’Diċembru 2022 inħatar Direttur Eżekuttiv ġdid u dan beda jokkupa l-kariga tiegħu f’Marzu 2023,

M.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu(10) li tat il-Kwittanza lill-Aġenzija għall-2021, il-Parlament innota l-passi li ttieħdu mill-Aġenzija biex ittejjeb il-kultura tal-ġestjoni u tippromwovi l-benesseri tal-persunal, inkluża d-deċentralizzazzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet biex jitqassmu r-responsabbiltà u s-sjieda tad-deċiżjonijiet, l-inkoraġġiment ta’ djalogu miftuħ permezz tal-laqgħat ta’ ġestjoni tal-Aġenzija, l-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva ta’ komunikazzjoni interna, it-tisħiħ tat-tim intern tal-komunikazzjonijiet, u t-tkabbir tan-network ta’ Konsulenti Kunfidenzjali;

N.  billi r-rwol tal-Frontex f’kooperazzjoni prattika u operazzjonali ma’ pajjiżi terzi, fosthom il-Balkani tal-Punent, il-Moldova u l-Marokk, żdied b’mod sinifikanti, fost l-oħrajn, fir-rigward tar-ritorn u r-riammissjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin, il-forniment ta’ taħriġ, assistenza operazzjonali u teknika lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-kontroll fil-fruntieri, it-twettiq ta’ operazzjonijiet jew operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni tal-UE jew fit-territorji ta’ pajjiżi terzi, u l-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi;

O.  billi bħalissa l-Kummissjoni qed tinnegozja biex tespandi b’mod sinifikanti l-mandat tal-Aġenzija fil-viċinat tal-UE billi tikkonkludi Ftehimiet dwar l-Istatus ġodda jew aġġornati mal-Maċedonja ta’ Fuq, mal-Albanija, mal-Montenegro, mas-Serbja, mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Moldova;

P.  billi l-Kummissjoni tinsab f’negozjati mal-gvernijiet tas-Senegal u tal-Mauritania bil-għan li tikkonkludi ftehimiet dwar l-istatus ma’ dawk il-pajjiżi; billi ftehimiet dwar l-istatus bħal dawn ikunu l-ewwel ta’ dan it-tip ma’ pajjiżi terzi barra mill-Ewropa;

Q.  billi, fl-20 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-mandat tal-operazzjoni tal-PSDK tal-UE EUNAVFOR MED IRINI sa Marzu 2025, li hija inkarigata, fost l-oħrajn, li tappoġġja l-bini tal-kapaċitajiet u t-taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani; billi l-Frontex għandha relazzjoni ta’ ħidma ma’ dik l-operazzjoni; billi l-assi tal-Frontex kienu qed jittrażmettu informazzjoni liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu Libjan dwar persuni f’diffikultà fuq il-baħar; billi fir-rapport tagħha A/HRC/52/83, il-Missjoni Indipendenti ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU għal-Libja, qajmet tħassib serju dwar l-involviment tal-atturi Libjani f’reati kontra l-umanità u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-migranti;

R.  billi, skont il-Konvenzjoni SAR, kwalunkwe awtorità jew element tal-organizzazzjoni ta’ tfixxija u salvataġġ li jkollha raġuni biex temmen li bastiment ikun fi stat ta’ emerġenza għandha tagħti kemm jista’ jkun malajr l-informazzjoni kollha disponibbli liċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tas-salvataġġ jew lis-sottoċentru tas-salvataġġ ikkonċernat;

S.  billi l-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq evalwazzjoni tar-Regolament Ewropew dwar il-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta sal-5 ta’ Diċembru 2023, filwaqt li tivvaluta jekk ir-regoli humiex qed jaħdmu kif maħsub; billi l-Kummissjoni hija meħtieġa tirrieżamina l-korpi permanenti tal-Frontex sal-31 ta’ Diċembru 2023, filwaqt li tivvaluta l-għadd u l-kompożizzjoni ġenerali tal-korpi permanenti;

1.  Jenfasizza l-ħtieġa għal Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta effettiva u li tiffunzjona tajjeb, li tkun kapaċi tassisti lill-Istati Membri fl-immaniġġjar b’mod effiċjenti tal-fruntieri esterni komuni tal-Unjoni Ewropea u li tiżgura ġestjoni integrata tal-fruntieri f’konformità assoluta mad-drittijiet fundamentali;

2.  Jissottolinja li l-baġit tal-Aġenzija kiber b’mod esponenzjali minn madwar EUR 114-il miljin fl-2015 għal madwar EUR 750 miljun fl-2022; iżid, madankollu li l-mandati riveduti tal-Aġenzija fl-2016 u fl-2019 ikkorrispondew għal żidiet kbar fir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi tal-Aġenzija, inkluż f’termini ta’ persunal u tagħmir tekniku; jisħaq li żidiet bħal dawn fir-responsabbiltà u baġit għall-Aġenzija jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn żieda korrispondenti fl-akkontabbiltà u t-trasparenza u skrutinju akbar tar-rispett tal-Aġenzija għad-dritt tal-Unjoni;

Tibdil fit-tmexxija tal-Aġenzija

3.  Jinnota li matul l-aħħar sentejn l-Aġenzija rat bidliet maniġerjali sinifikanti, inkluż Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali (FRO) ġdid, president ġdid tal-Bord Maniġerjali tagħha, tliet viċi diretturi eżekuttivi ġodda u direttur eżekuttiv ġdid; jistenna li l-bidla fil-maniġment se ġġib il-bidla neċessarja fil-kultura rigward ir-rispett għall-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali, u fir-rigward tat-trasparenza u l-effiċjenza fi proċeduri interni u għal aktar akkontabbiltà lejn il-Parlament u l-Kunsill f’konformità mal-qafas legali applikabbli; iqis li dan jista’ jkompli jsaħħaħ il-kapaċità tal-Aġenzija li twettaq il-mandat tagħha; jilqa’ l-miżuri li huma diġà implimentati biex itejbu l-kultura tal-ġestjoni u jsaħħu l-integrità u l-akkontabbiltà fi ħdan l-Aġenzija; jistieden lit-tmexxija l-ġdida twettaq ir-riformi profondi li huma meħtieġa u jistieden lill-Bord Maniġerjali jevalwa kif jista’ jżid l-involviment u l-iskrutinju tiegħu tal-mod li bih titmexxa l-Aġenzija;

4.  Iqis li t-tieni investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-prattiki ta’ ġestjoni fl-Aġenzija, li tinsab għaddejja disa’ xhur biss wara li ngħalqet l-ewwel investigazzjoni tal-OLAF, turi l-ħtieġa ta’ bidla fil-kultura tal-Aġenzija;

Proċess għall-ħatra tad-direttur eżekuttiv

5.  Jesprimi diżappunt li, matul il-proċedura ta’ ħatra u mingħajr ma kienu jafu l-Membri tal-Parlament, wieħed mill-kandidati proposti għall-kariga ta’ direttur eżekuttiv tal-Aġenzija kien persuna ta’ interess fit-tieni investigazzjoni tal-OLAF li għaddejja bħalissa;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni, il-Bord Maniġerjali u l-OLAF naqsu milli jaqsmu din l-informazzjoni mal-Parlament minkejja li l-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex (FSWG) enfasizza kif l-argumenti relatati mal-kunfidenzjalità kienu xekklu l-kontroll demokratiku mill-Parlament u minkejja t-talba speċifika tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex li l-Kummissjoni żżommha infurmata regolarment dwar kwalunkwe attività jew inizjattiva li jista’ jkollha impatt fuq id-drittijiet fundamentali; huwa tal-fehma li dan in-nuqqas jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni reċiproka u sinċiera li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji, il-korpi u l-uffiċċji tal-Unjoni;

Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex

7.  Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex timplimenta 36 minn 42 rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex u l-progress tanġibbli li sar f’dan ir-rigward, jirrakkomanda, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex, li jittieħdu l-azzjonijiet speċifiċi ulterjuri li ġejjin:

   l-Aġenzija għandha tiżgura li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jiġi kkonsultat aktar kmieni fil-proċess tal-iżvilupp ta’ pjanijiet operazzjonali, jingħata biżżejjed żmien biex jagħti l-opinjonijiet tiegħu u jkollu metodi u mezzi stabbiliti biex jirreferi għal livelli ogħla jekk l-opinjoni tiegħu tiġi injorata;
   mekkaniżmu ta’ rappurtar trasparenti għandu jiġi integrat f’kull pjan operazzjonali li fih l-Istat Membru ospitanti jinkludi assi użati fiż-żona operazzjonali, irrispettivament mill-mod kif dawn jiġu ffinanzjati; il-pjanijiet operazzjonali għandhom jiggarantixxu wkoll li t-timijiet tal-Frontex ikollhom aċċess għall-assi kollha li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti, l-informazzjoni u l-postijiet rilevanti kollha fiż-żona operazzjonali; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ma tistax tikseb dawn ir-riżultati waħedha peress li jirrikjedu l-kunsens tal-Istati Membri inkwistjoni;
   għandhom jiġu stabbiliti garanziji formali biex jiġi żgurat li r-regoli u s-salvagwardji dwar il-protezzjoni tal-informaturi jkunu applikabbli għal esperti nazzjonali sekondati, trainees, persunal interim u aġenti lokali;
   l-Aġenzija għandha tkompli bl-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet pendenti li bħalissa mhumiex meqjusa implimentati mill-Aġenzija nnifisha;

Trasparenza u skrutinju

8.  Jieħu nota tal-isforzi riċenti tad-direttur eżekuttiv il-ġdid biex jipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill b’ħarsa ġenerali aġġornata tal-attivitajiet tal-Frontex permezz ta’ għodda ġdida ta’ rappurtar imsejħa “dashbord”;

9.  Jirrikonoxxi l-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti li jappartjenu għal investigazzjonijiet tal-OLAF li għaddejjin bħalissa;(11) itenni madankollu t-talba tiegħu biex ir-rapporti tal-OLAF dwar l-Aġenzija jsiru pubbliċi f’każijiet ta’ interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar u, fil-każijiet kollha, biex il-Membri rilevanti tal-Parlament jingħataw aċċess għal tali rapporti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli sabiex ikunu jistgħu jwettqu skrutinju demokratiku b’mod effettiv u jżommu lill-Aġenzija responsabbli għall-azzjonijiet tagħha; jemmen li r-regoli attwali jeħtieġ li jiġu riveduti biex jiġi żgurat li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ fir-rwol tiegħu ta’ deċiżur politiku u koleġiżlatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-setgħat baġitarji tiegħu;

10.  Japprova r-rakkomandazzjoni(12) tal-Ombudsman li l-Frontex għandha tieħu approċċ aktar proattiv għat-trasparenza bl-għan li tiżgura responsabbiltà akbar għall-operazzjonijiet tagħha; jappoġġja l-aktar rakkomandazzjonijiet reċenti mill-Ombudsman fir-rigward tal-prattiki tal-Aġenzija fit-trattament ta’ talbiet għal aċċess għal dokumenti fejn tqis li dawk it-talbiet ikunu impreċiżi jew li jikkonċernaw għadd kbir ta’ dokumenti jew dokumenti kbar(13);

11.  Iħeġġeġ lill-presidenti tal-Bord Maniġerjali jkomplu jistiednu lill-osservaturi tal-Parlament għal-laqgħat tiegħu u jikkunsidraw li jestendu l-istediniet għall-punti kollha tal-aġenda, inkluż għall-punti bil-magħluq, u jkomplu jipprovdu d-dokumenti ġustifikattivi kollha mingħajr eċċezzjoni u, jekk jitqies li jkun hemm bżonn, b’mod kunfidenzjali;

Tħassib kontinwu dwar id-drittijiet fundamentali

12.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija fl-aħħar għandha 46 osservatur tad-drittijiet fundamentali fil-post minkejja d-dewmien sinifikanti fil-konformità mar-rekwiżiti tal-mandat aġġornat; jinnota li 31 osservatur tad-drittijiet fundamentali nħatru fil-livell ta’ amministratur (AD); ikompli jisħaq li dawk l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali li ġew impjegati fil-grad ta’ assistent aktar baxx (AST) għandhom jiġu promossi għal-livell AD ogħla kemm jista’ jkun malajr permezz tal-proċeduri xierqa; jirrimarka li, abbażi tal-mandat aġġornat tal-Aġenzija, l-għadd ta’ osservaturi tad-drittijiet fundamentali għandu jkompli jikber hekk kif jiżdied id-daqs ġenerali tal-korp permanenti; jistenna bil-ħerqa, f’dan ir-rigward, li jirċievi dettalji tal-pjanijiet tal-Aġenzija biex iżżid l-għadd ta’ osservaturi tad-drittijiet fundamentali, flimkien ma’ valutazzjoni tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar l-istima tal-għadd meħtieġ ta’ osservaturi tad-drittijiet fundamentali;

13.  Jesprimi tħassib serju dwar l-allegazzjonijiet serji u persistenti li saru kontra l-awtoritajiet Griegi fir-rigward ta’ push-backs u vjolenza kontra l-migranti; jinsab konvint li r-rispett għall-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni jrid ikun il-kundizzjoni sine qua non għall-Frontex li timpenja ruħha għal operazzjoni konġunta ma’ Stat Membru; huwa konvint ukoll li, jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jirrispetta dawk il-prinċipji u l-valuri, imbagħad l-Aġenzija għandha tnaqqas u tadatta għal skop differenti l-operazzjonijiet tagħha lejn attivitajiet ta’ monitoraġġ fid-dawl tal-Artikolu 46 tal-mandat tagħha, filwaqt li żżomm il-preżenza tagħha fuq il-post sabiex ma tħallix vojt; jiddispjaċih li l-Aġenzija s’issa żammet lura milli tnaqqas jew tadatta għal skop differenti l-operazzjonijiet tagħha fil-Greċja;

14.  Jieħu nota tal-inkjesta fuq inizjattiva proprja mnedija mill-ombudsman tal-UE li għandha l-għan li tiċċara r-rwol tal-Frontex fl-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fil-Baħar Mediterran wara l-għarqa ta’ mijiet ta’ persuni lil hinn mill-kosta tal-Greċja fl-14 ta’ Ġunju 2023; Jieħu nota tal-fatt li, wara n-nawfraġju, l-Aġenzija ħarġet dikjarazzjoni li tipprovdi l-iskeda ta’ żmien u l-verżjoni tal-avvenimenti tagħha; jistenna li l-Aġenzija tiżgura kooperazzjoni sħiħa matul l-inkjesta, inkluż l-aċċess għall-assi tagħha jekk dan jintalab;

15.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tnaqqas l-attivitajiet tagħha fil-Litwanja f’Lulju 2022 fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fit-30 ta’ Ġunju 2022 fir-rigward tal-liġi u digrieti Litwani dwar l-ażil u l-migrazzjoni(14); jinnota li l-Aġenzija għad għandha uffiċjali fuq il-post li jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali b’kontroll fil-fruntieri f’punti magħżula ta’ qsim tal-fruntieri u li jassistu attivitajiet relatati mar-ritorn fil-Litwanja; jirrakkomanda li l-Aġenzija tieħu approċċ aktar proattiv biex tipproteġi l-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE;

16.  Ifakkar li, għalkemm l-Aġenzija rtirat mill-operazzjonijiet fl-Ungerija f’Jannar 2021 wara sentenza ċara tal-QĠUE f’Diċembru 2020(15), hija tkompi tappoġġja lill-awtoritajiet Ungeriżi fl-eżekuzzjoni tar-ritorni; itenni l-appell tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex lid-direttur eżekuttiv biex jissospendi minnufih l-appoġġ għal operazzjonijiet relatati mar-ritorn mill-Ungerija;

Tfittxija u salvataġġ

17.  Jinnota l-mandat tal-Aġenzija li tipprovdi sensibilizzazzjoni aħjar tas-sitwazzjoni fil-qasam marittimu u li tittrażmetti dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti fir-rigward tal-kompetenza għall-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ; jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Parlament li l-atturi kollha fil-Mediterran għandhom jittrażmettu b’mod proattiv l-informazzjoni u, fejn xieraq, jgħaddu l-messaġġi ta’ sejħiet ta’ emerġenza dwar persuni f’diffikultà fil-baħar lill-awtoritajiet responsabbli għall-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ u, meta xieraq, lil kwalunkwe bastiment fil-viċinanza li jista’ jinvolvi ruħu b’mod imminenti fit-tfixxija u s-salvataġġ(16); itenni l-obbligu skont id-dritt internazzjonali tal-baħar li tingħata assistenza lill-persuni f’diffikultà fuq il-baħar u li dawn jiġu ttrasportati lejn l-eqreb port sikur; jinnota li r-Regolament (UE) Nru 656/2014 li jistabbilixxi regoli għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkordinata mill-Frontex jistabbilixxi r-regoli għall-involviment tal-Aġenzija f’operazzjonijiet ta’ tfixxija u salvataġġ; jissottolinja li l-Aġenzija tista’ tagħmel aktar biex iżżid il-kapaċità tal-UE u tal-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ, b’mod partikolari billi tinvesti f’assi xierqa għal tali operazzjonijiet;

18.  Jinnota li l-Parlament preċedentement kien tal-fehma li rispons permanenti, robust u effettiv tal-Unjoni f’operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fuq il-baħar huwa kruċjali biex jiġi evitat li l-għadd ta’ mwiet ta’ migranti li jippruvaw jaqsmu l-Baħar Mediterran jeskala(17); jibqa’ konvint li l-Aġenzija jista’ jkollha rwol ewlieni x’taqdi f’rispons aktar proattiv mill-UE u mill-Istati Membri għat-tiftix u s-salvataġġ, b’mod partikolari fil-Baħar Mediterran, u għall-ġlieda kontra t-traffikanti kriminali u t-traffikanti tal-bnedmin;

19.  Iqis li n-nuqqas ta’ missjoni ta’ tfittxija u salvataġġ fil-livell tal-UE u n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ tfittxija u salvataġġ ipprovduta mill-Istati Membri wasslu biex organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u mhux governattivi jimlew il-vojt fil-forniment ta’ din il-kapaċità; jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta’ tentattivi biex jiġu kriminalizzati tali azzjonijiet, u b’hekk jiġu limitati aktar il-possibbiltajiet għal dawk f’diffikultà fuq il-baħar li jiġu salvati;

20.  Jinnota l-konklużjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li l-Libja ma tistax titqies bħala port ta’ sikurezza u l-konklużjoni tal-Missjoni Indipendenti ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU għal-Libja;

Dimensjoni esterna

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt tad-drittijiet fundamentali fl-oqsma rilevanti koperti mill-ftehim qabel ma tikkonkludi negozjati għal ftehim dwar l-istatus ma’ pajjiż terz sabiex tkun tista’ tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-kooperazzjoni ma’ dak il-pajjiż; jistieden lill-Aġenzija taqsam evalwazzjonijiet perjodiċi ta’ operazzjonijiet konġunti f’pajjiżi terzi u tivvaluta kontinwament l-impatt u l-ambitu tal-operazzjonijiet attivi, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali;

L-invażjoni Russa tal-Ukrajna u r-rwol tal-Aġenzija

22.  Jilqa’ r-rwol pożittiv li kellha l-Aġenzija biex tgħin lill-Istati Membri jittrattaw l-għadd kbir ta’ persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni matul il-fażijiet bikrija tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna mill-24 ta’ Frar 2022;

23.  Jilqa’ l-iskjerament min-naħa tal-Aġenzija ta’ madwar 500 uffiċjal permanenti tal-korp tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE mill-Finlandja għar-Rumanija, fosthom aktar minn 350 uffiċjal fil-fruntieri bejn l-UE u l-Ukrajna; jilqa’ wkoll l-iffirmar ta’ ftehim ta’ għotja b’valur ta’ EUR 12-il miljun bejn il-Frontex u s-Servizz tal-Gwardji tal-Fruntiera tal-Istat tal-Ukrajna biex jiġu appoġġjati l-uffiċjali tal-fruntiera Ukreni fit-twettiq ta’ dmirijiethom;

24.  Jenfasizza, b’mod partikolari, ir-rwol tal-Aġenzija fil-Moldova, wara l-adozzjoni ta’ ftehim dwar l-istatus kmieni fl-2022, b’aktar minn 50 uffiċjal permanenti tal-korp skjerati biex jgħinu lill-awtoritajiet Moldovani jittrattaw kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri bħat-traffikar tal-bnedmin, id-drogi, is-sejbien ta’ vetturi misruqa, il-frodi tad-dokumenti u t-terroriżmu;

o
o   o

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93.
(2) ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
(3) ĠU C 15, 12.1.2022, p. 70.
(4) ĠU L 340, 24.9.2021, p. 324.
(5) ĠU L 258, 5.10.2022, p. 416.
(6) ĠU L 45, 14.2.2023, p. 13.
(7) Testi adottati, P9_TA(2023)0165.
(8) QĠUE, sentenza tas-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-600/21, WS et vs Frontex, ECLI:EU:T:2023:492.
(9) QĠUE, każ tas-17 ta’ Diċembru 2020, C-808/18, Kummissjoni vs Ungerija.
(10) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2021 (Testi adottati, P9_TA(2023)0165).
(11) Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “aċċess iġġeneralizzat, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għad-dokumenti li jkunu inklużi fil-fajl tal-OLAF, meta l-proċedura ta’ investigazzjoni tal-OLAF tkun għadha pendenti, jippreġudika, bħala prinċipju, l-iżvolġiment tajjeb tal-investigazzjoni”; Il-Qorti Ġenerali, is-sentenza fil-Kawża T‑110/15 tas-26 ta’ Mejju 2016, IMG vs Il-Kummissjoni, par 33, ECLI:EU:T:2016:322.
(12) Kawża OI/4/2021/MHZ.
(13) Kawża OI/4/2022/PB.
(14) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2022, M.A. v Valsybès sienos apsaugos tarnyba, C-72/22PPU, ECLI:EU:C:2022:505.
(15) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija, C-808/18, ECLI:EU:C:2020:1029.
(16) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE dwar it-tiftix u s-salvataġġ fil-Mediterran (Testi adottati, P9_TA(2023)0293).
(17) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (ĠU C 58, 15.2.2018, p. 9).


Bank Ewropew tal-Idroġenu
PDF 183kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu (2023/2123(INI))
P9_TA(2023)0484A9-0379/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu (COM(2023)0156),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023 intitolata“Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” (COM(2023)0062),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 intitolata “Il-Pjan REPowerEU” (COM(2022)0230),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 intitolata “Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima” (COM(2020)0301),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 intitolata “Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija” (COM(2020)0299),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020 intitolata “Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa” (COM(2020)0102),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021)0337),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (COM(2023)0335),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/0120 (Att dwar il-Materja Prima Kritika) (COM(2023)0160),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku(1), li bħalissa qed jiġi rivedut,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE(2), li bħalissa qed tiġi riveduta,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(3) (Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE(5), li bħalissa qed tiġi riveduta,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005(6), li bħalissa qed jiġi rivedut,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(8), li bħalissa qed tiġi riveduta,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet u skambji transfruntieri tal-gass(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1185 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi livell limitu minimu għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ fjuwils tal-karbonju riċiklat u billi jispeċifika metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn fjuwils rinnovabbli likwidi u gassużi għat-trasport ta’ oriġini mhux bijoloġika u minn fjuwils tal-karbonju riċiklat(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-innovazzjoni(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar Strateġija Ewropea għall-Idroġenu(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar Strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar approċċ komprensiv Ewropew għall-ħżin tal-enerġija(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2018 dwar il-varar tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi fl-Unjoni Ewropea: wasal iż-żmien li naġixxu!(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2018 dwar l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa(21),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu(22),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-30 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0379/2023),

A.  billi l-UE hija parti għall-Ftehim ta’ Pariġi u impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050;

B.  billi l-idroġenu jista’ jintuża bħala materja prima, fjuwil jew vettur tal-enerġija, u għandu l-potenzjal sinifikanti li jiddekarbonizza industriji diffiċli biex jitrażżnu u t-trasport tqil, li għalihom l-elettrifikazzjoni mhijiex teknikament possibbli jew kompetittiva;

C.  billi l-idroġenu jista’ jintuża wkoll għall-ħżin tal-aħħar istanza tal-enerġija biex jibbilanċja s-sistema tal-enerġija, u b’hekk jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija;

D.  billi l-idroġenu fih innifsu huwa gass serra indirett u hemm sensibilizzazzjoni dejjem akbar dwar l-impatti klimatiċi tiegħu, li għandhom jiġu indirizzati kif xieraq permezz ta’ miżuri ta’ monitoraġġ, prevenzjoni u mitigazzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija;

E.  billi l-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu iffissat l-objettiv li jiġu installati mill-anqas 40 GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli u li jiġu prodotti 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli fl-UE sal-2030 u l-pjan REPowerEU ippropona li jikkumplimenta dan l-objettiv billi jiġi importat l-istess ammont ta’ idroġenu rinnovabbli;

F.  billi l-investiment totali meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv huwa stmat għal EUR 335-471 biljun, u se jkun meħtieġ investiment addizzjonali ta’ EUR 500 biljun biex tiġi żgurata l-importazzjoni tal-ammont previst ta’ idroġenu rinnovabbli;

G.  billi l-industrija Ewropea tal-manifattura tal-elettrolizzaturi stabbiliet l-objettiv li tinstalla mill-inqas 25 GW ta’ kapaċità tal-manifattura sal-2025, li tirrappreżenta madwar 120 GW ta’ kapaċità installata fl-Ewropa;

H.  billi l-kost tal-elettrolizzaturi diġà tnaqqas b’60 % f’dawn l-aħħar 10 snin u huwa mistenni, skont il-Kummissjoni, li jonqos bin-nofs fl-2030 minħabba l-ekonomiji ta’ skala;

I.  billi ċ-ċelloli tal-fjuwil u l-elettrolizzaturi jirrikjedu komponenti teknoloġikament intensivi u diversi materji prima kritiċi, b’mod partikolari metalli tal-grupp platinu, li l-produtturi ewlenin tagħhom jinsabu barra mill-UE, spiss f’pajjiżi fejn l-estrazzjoni hija marbuta ma’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, deterjorament tal-governanza, kunflitti u degradazzjoni ambjentali, filwaqt li l-produtturi li jinsabu fl-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet operattivi mhux kompetittivi;

J.  billi għad irid jinbena suq għall-idroġenu rinnovabbli u dan ser jirrikjedi protezzjoni xierqa tal-konsumatur u investimenti sinifikanti ħalli d-dekarbonizzazzjoni tinkiseb fis-setturi kollha li huma diffiċli li jitrażżnu;

K.  billi d-domanda għall-użu finali għall-idroġenu rinnovabbli jeħtieġ li tiġi inċentivata fis-setturi kollha, inklużi dawk li jistgħu jużaw l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija dekarbonizzata;

L.  billi l-identifikazzjoni tal-prezzijiet hija kruċjali għall-konsolidazzjoni tal-pedamenti tas-suq tal-idroġenu, biex jiġi indirizzat l-appoġġ finanzjarju pubbliku u jkun hemm sorveljanza regolatorja effettiva u monitoraġġ pubbliku;

M.  billi l-Kummissjoni tistma li l-prezz tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE huwa bejn EUR 2,5 u EUR 5,5 għal kull kg, li huwa xprunat mill-prezz tal-elettriku rinnovabbli u tal-elettrolizzaturi, filwaqt li l-prezz tal-idroġenu bbażat fuq il-fjuwils fossili huwa madwar EUR 1,5 għal kull kg;

N.  billi s-sħab ekonomiċi globali u l-kompetituri, inklużi l-Istati Uniti u ċ-Ċina, qed jipprovdu appoġġ finanzjarju qawwi għall-produzzjoni domestika tagħhom tal-idroġenu rinnovabbli, inkluż l-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni li jippromwovi l-idroġenu rinnovabbli bi kreditu ta’ taxxa sa USD 3 għal kull kg;

1.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Bank Ewropew tal-Idroġenu (EHB); jinnota li l-isem “Bank Ewropew tal-Idroġenu” jista’ jkun qarrieqi, peress li dan ma jikkonsistix f’bank iżda f’inizjattiva li għandha l-għan li taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku li jkun effiċjenti u simplifikat għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet u l-finanzjament insostenn tal-proġetti ta’ idroġenu rinnovabbli tul il-katina kollha ta’ provvista;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi aktar finanzjament u viżabbiltà għall-inizjattiva, peress li se tirrappreżenta pass importanti biex jingħata spinta lis-suq Ewropew tal-idroġenu; iqis li l-EHB għandu jkun responsabbli b’mod ċar għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi f’din ir-riżoluzzjoni;

3.  Ifakkar li l-unika forma sostenibbli ta’ idroġenu hija l-idroġenu rinnovabbli; jinnota li l-eletrolizzaturi jammontaw għal inqas minn 4 % tal-produzzjoni totali tal-idroġenu fl-UE; jinnota li l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ser ikollu rwol matul it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti u ż-żieda rapida tas-suq tal-idroġenu;

4.  Jirrikonoxxi li l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli tikkonsma ħafna enerġija; jinnota li l-ilħuq tal-miri għall-idroġenu rinnovabbli se jirrikjedi żieda fil-manifattura tal-elettrolizzaturi li fihom materja prima kritika; jinnota li dan ikun jeħtieġ espansjoni sinifikanti tal-kapaċità tal-elettriku rinnovabbli u titjib tal-grilja tal-enerġija;

5.  Ifakkar li l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tistma li 32 % tal-kapaċità globali tal-elettrolizzaturi ser tkun tinsab fl-Ewropa sal-2030 jekk il-proġetti ppjanati kollha jsiru realtà; jisħaq fuq il-ħtieġa li tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija globali tal-Unjoni fil-qasam tal-idroġenu billi jiġi żviluppat suq innovattiv u effiċjenti li jikkonnettja il-produtturi mal-konsumaturi bl-użu ta’ infrastrutturi adegwati;

6.  Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għal Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, Att dwar il-Materja Prima Kritika u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli li jikkontribwixxu għal ktajjen tal-valur siguri, kompetittivi u reżiljenti li jservu d-domanda aktar għal idroġenu rinnovabbli u elettrolizzaturi prodotti fl-UE; jisħaq li l-EHB għandu jaġixxi bħala komplement għall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti;

7.  Jappoġġja bil-qawwa proċeduri ta’ għoti ta’ permessi simplifikati u aktar rapidi tul il-katina tal-valur kollha sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u titrawwem l-innovazzjoni; jinsisti li jinżamm il-livell għoli attwali ta’ protezzjoni ambjentali meta jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-permessi, filwaqt li jiġu ssimplifikati ċerti aspetti relatati mal-ambjent tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi u tal-proċessi amministrattivi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli;

8.  Iqis li, biex tiġi żgurata s-sovranità industrijali tal-UE f’kuntest ta’ awtonomija strateġika miftuħa, l-ewwel fażi ta’ implimentazzjoni tal-EHB għandha tipprijoritizza bis-sħiħ iż-żieda fil-produzzjoni domestika, filwaqt li l-fażijiet sussegwenti jistgħu jiġu estiżi biex jippermettu ż-żieda ta’ importazzjonijiet kompetittivi tal-idroġenu rinnovabbli; ifakkar li l-appoġġ kemm għall-produzzjoni domestika kif ukoll għall-importazzjonijiet għandu jidħol fil-kompetenza tal-EHB;

9.  Jilqa’ r-rwol tal-EHB fiż-żieda tat-trasparenza dwar il-flussi, it-tranżazzjonijiet u l-prezzijiet fis-suq emerġenti tal-idroġenu; jissottolinja li din il-funzjoni hija kruċjali biex tiżdied il-fiduċja fis-suq, jissaħħu s-sorveljanza regolatorja u l-monitoraġġ pubbliku, u tiġi provduta informazzjoni għall-ippjanar integrat tal-infrastruttura tal-enerġija;

10.  Jenfasizza li l-finanzjament privat ser ikun strumentali fil-bini ta’ suq Ewropew għall-idroġenu rinnovabbli u li suq effiċjenti, ladarba jiġi żviluppat, m’għandux ikun dipendenti fuq is-sussidji pubbliċi;

11.  Jinnota li qafas regolatorju robust tas-suq tal-UE għall-idroġenu jista’ jgħin biex jiġi stabbilit suq li jiffunzjona kif suppost; jemmen li perkors ta’ prezzijiet prevedibbli u inqas volatili huwa meħtieġ biex tinħoloq ċertezza tal-investiment għal investimenti indispensabbli fil-produzzjoni tal-idroġenu u fl-infrastruttura tal-idroġenu;

12.  Iqis li l-atti delegati dwar il-fjuwils rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika żiedu l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza għall-investituri; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal pakkett tas-suq tal-idroġenu u tal-gass dekarbonizzat; jinsisti fuq il-provvista ta’ ambjent regolatorju koerenti u stabbli għall-industrija;

13.  Jenfasizza li, skont l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli, il-produzzjoni tal-idroġenu permezz tal-elettroliżi tirrikjedi ħafna ilma u tikkonsma bejn 18 u 24 kg ta’ ilma għal kull kg ta’ idroġenu; jissottolinja li l-konsum tal-ilma huwa saħansitra ogħla meta titqies il-katina tal-valur upstream; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċifika lill-effiċjenza fir-riżorsi u lid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma(23), b’mod partikolari għal reġjuni li jinsabu f’riskju ta’ nixfa; jappella għal aktar riċerka dwar teknoloġiji għad-desalinizzazzjoni tal-ilma li jimminimizzaw il-konsum tal-enerġija u l-impatti ambjentali, b’mod partikolari dak tat-tniġġis bis-salmura;

14.  Jenfasizza li l-Widien tal-Idroġenu u l-infrastrutturi relatati jiżvolġu rwol importanti bħala strumenti biex tiġi sostnuta d-dekarbonizzazzjoni fid-distretti industrijali, tiġi promossa l-innovazzjoni u jingħata kontribut lill-ekonomija lokali; jinnota li l-Widien tal-Idroġenu jipprovdu raggruppamenti siguri tal-provvista u d-domanda tal-idroġenu fl-Ewropa; jinnota għalhekk li l-EHB għandu r-responsabbiltà li jikkoordina u jappoġġja ċ-ċentri ta’ konsum rilevanti kollha fil-Widien tal-Idroġenu u jsaħħaħ il-proġetti ewlenin tal-idroġenu fuq skala kbira;

Appoġġ finanzjarju għall-produzzjoni domestika tal-idroġenu rinnovabbli

15.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-ewwel irkant pilota bbażat fuq il-prezzijiet biex jiġi appoġġjat l-idroġenu rinnovabbli; jieħu nota tal-baġit ta’ EUR 800 miljun fuq 10 snin insostenn tal-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli ; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha malajr fil-valutazzjoni ta’ dan l-irkant pilota fir-rigward tal-effikaċja u l-konsegwenzi makroekonomiċi u industrijali tiegħu;

16.  Jirrikonoxxi l-għażla tal-Kummissjoni li tipprovdi appoġġ fil-forma ta’ primjum fiss fl-ewwel irkant pilota, peress li d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum tal-idroġenu ser tkun għolja, tal-inqas fil-bidu; jinsisti li jiġi stabbilit primjum fiss għall-irkanti futuri ekwivalenti għal jew ogħla minn dak propost mill-Istati Uniti fl-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra mekkaniżmi kumplimentari bħal għotjiet, kuntratti għad-differenza u kuntratti għad-differenza għall-karbonju; iqis li dawn il-mekkaniżmi komplementari jistgħu jappoġġjaw mhux biss il-produzzjoni iżda wkoll id-domanda għall-idroġenu rinnovabbli;

17.  Itenni l-importanza tal-bilanċ ġeografiku u settorjali biex jippermetti l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE kollha u l-użu tiegħu minn setturi li diffiċli jitrażżnu; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi evitat aktar aggravar tad-diverġenzi reġjonali li diġà jeżistu minħabba l-firxa varjabbli tal-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa rkanti reġjonali u, għal dak l-għan, tiddefinixxi reġjuni li jkunu kbar biżżejjed biex jiżguraw kompetizzjoni adegwata filwaqt li jiżguraw bilanċ ġeografiku; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi koeffiċjent tal-allokazzjoni bl-għan li tappoġġja żvilupp reġjonali uniformi tas-suq Ewropew tal-idroġenu;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni kif previst fl-aħħar reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet(24); jisħaq li tali appoġġ għandu jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-applikanti mill-Istati Membri kollha fl-irkanti organizzati fil-qafas tal-EHB;

19.  Jenfasizza li l-EHB għandu jkollu wkoll l-għan li jattira wkoll proġetti iżgħar fil-fażi ta’ żvilupp; jissuġġerixxi lill-Kummissjoni taġġusta xi elementi tal-organizzazzjoni tal-irkanti, b’mod partikolari r-rekwiżit għall-kapaċità minima installata tal-elettrolizzaturi u r-restrizzjoni fuq l-offerta ta’ volum massimu, u li tikkunsidra l-possibbiltà tar-raggruppament tal-applikazzjonijiet, sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);

20.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid u tiċċara r-regoli dwar il-kompatibbiltà bejn l-appoġġ finanzjarju pubbliku u l-finanzjament ipprovdut fil-qafas tal-EHB, filwaqt li tqis li ma għandu jkun hemm l-ebda akkumulazzjoni għall-istess spejjeż, bl-għan li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-applikanti kollha;

21.  Jisħaq li l-organizzazzjoni ta’ irkanti futuri għandha tipprijoritizza bis-sħiħ il-bejgħ tal-idroġenu rinnovabbli lil industriji diffiċli biex jitrażżnu u lit-trasport tqil, b’mod partikolari l-avjazzjoni u t-tbaħħir; jemmen, f’dan ir-rigward, li ċerti restrizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-irkanti;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni biex mhux biss tqis il-prezz, iżda li tinkludi wkoll sistema ċara ta’ punti bonus għall-klassifikazzjoni tal-offerti; jinnota li tali sistema għandha tippremja l-offerti li jilħqu l-ogħla livell ta’ sostenibbiltà, li jwasslu għal ħolqien sinifikani ta’ impjiegi u li jippromwovu traineeships u apprendistati ta’ kwalità għolja u t-tiġdid jew it-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema;

23.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li tiżdied il-produzzjoni tal-elettrolizzaturi fl-UE; jipproponi li ssir differenza bejn nefqa operattiva u nefqa kapitali; iqis li appoġġ potenzjali għal nefqa kapitali fuq idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għandu jkun dirett biss lejn investimenti li jistgħu jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli f’fażi aktar tard, b’mod partikolari x-xiri ta’ elettrolizzaturi, u m’għandux ikopri n-nefqa operattiva fuq l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

Appoġġ mhux finanzjarju għall-ekosistema tal-idroġenu tal-UE

24.  Jilqa’ l-idea tal-Kummissjoni li tniedi l-kunċett ta’ “irkanti bħala servizz”; iqis li dan jista’ jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-Istati Membri u jippromwovi perkors ġenwinament Ewropew għat-tranżizzjoni tal-enerġija; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa dan il-kunċett u tesplora l-iżvilupp ulterjuri tiegħu għal teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-piżijiet amministrattivi fil-proċess ta’ applikazzjoni għandhom jitnaqqsu, kemm jista’ jkun, sabiex il-proċessi tal-għoti jkunu jistgħu jiġu ttrattati wkoll mill-SMEs;

25.  Jissuġġerixxi li l-EHB għandu jkun jista’ jipprovdi konsulenza speċifika għall-atturi privati dwar l-iżvilupp ta’ installazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-UE; jemmen li servizz bħal dan għandu jkun indipendenti minn jekk applikant ikunx irċieva finanzjament mill-EHB jew le; jissuġġerixxi li servizz ta’ konsulenza bħal dan jagħmel użu mill-għarfien espert tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); jipproponi li l-attivitajiet tal-Alleanza Ewropea għall-Idroġenu Nadif jiġu inklużi fl-ambitu tal-EHB biex jinħoloq forum fiżiku fejn il-produtturi u l-konsumaturi tal-idroġenu jkunu jistgħu jiltaqgħu biex jirċievu konsulenza u jiskambjaw l-aħjar prattiki;

26.  Jisħaq fuq l-importanza li tiġi limitata l-frammentazzjoni tal-entitajiet tal-UE li jittrattaw l-idroġenu; jipproponi li jiġu inklużi l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, u speċjalment l-Osservatorju tal-Idroġenu taċ-Ċelloli tal-Fjuwil, fil-qafas tal-EHB; jinsisti li tali inklużjoni m’għandhiex tnaqqas l-investiment pubbliku għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

27.  Jemmen li mekkaniżmu volontarju ta’ xiri konġunt għall-idroġenu jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq domestiku tal-idroġenu u għall-iżgurar tal-importazzjonijiet fil-qafas tal-EHB; jisħaq li x-xiri konġunt jiffaċilita wkoll l-investimenti fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-idroġenu rinnovabbli, jiżgura l-provvista tal-idroġenu rinnovabbli bi prezzijiet affordabbli, u jipprevjeni lill-konsumaturi Ewropej milli jagħmlu offerti kontra xulxin;

28.  Jinnota li AggregateEU jista’ jaħdem bħala proġett pilota għall-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu fil-qafas tal-EHB; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu għall-aggregazzjoni volontarja tad-domanda u x-xiri konġunt tal-idroġenu u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dak l-għan; jemmen li din il-valutazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq analiżi fil-fond tal-mudelli adegwati ta’ kooperazzjoni tal-kumpaniji u fuq il-possibbiltà li jinħolqu skemi ta’ garanzija li jippermettu l-involviment effettiv ta’ kumpaniji iżgħar u SMEs;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-akkwist pubbliku ekoloġiku sabiex jiffavorixxu prodotti prodotti bl-idroġenu rinnovabbli, bħall-azzar użat fil-kostruzzjoni ta’ bini u infrastruttura pubbliċi;

Importazzjonijiet ta’ idroġenu rinnovabbli

30.  Jinnota li, minkejja żieda fil-produzzjoni domestika tal-idroġenu rinnovabbli, żieda fit-talba tista’ tirrikjedi importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-EHB għandu jisfrutta s-sinerġiji dwar l-aċċellerazzjoni tal-importazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli, filwaqt li jindirizza d-domanda dejjem akbar tas-suq Ewropew;

31.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu promossi l-kurituri tal-infrastruttura identifikati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan REPowerEU, sabiex tiġi ffaċilitata l-importazzjoni ta’ sa 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli filwaqt li tiġi appoġġjata d-dekarbonizzazzjoni fil-pajjiżi sħab;

32.  Ifakkar li l-tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) ser japplika għall-idroġenu; jenfasizza r-rwol importanti tal-UE fid-definizzjoni tal-istandards fil-livell globali u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi skema ta’ ċertifikazzjoni robusta sal-31 ta’ Diċembru 2025, f’konformità mad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-importazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli, ekwivalenti għar-regoli li japplikaw għall-produzzjoni domestika, sabiex jiġu żguarti kundizzjonijiet ekwivalenti għal sħab internazzjonali affidabbli;

33.  Jinsisti li l-investiment fl-idroġenu rinnovabbli minn pajjiżi terzi għandu jkun soġġett għal prinċipji ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, inkluż, fost oħrajn, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji linji gwida bi kriterji ċari u trasparenti fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-appoġġ tal-UE għall-produtturi minn pajjiżi mhux tal-UE, abbażi tar-riskji ġeopolitiċi u t-tnaqqis potenzjali ta’ dawn permezz tal-kooperazzjoni, id-disponibbiltà tar-riżorsi għat-tranżizzjoni tal-enerġija domestika tagħhom, l-allinjament tagħhom mal-valuri tal-EU u mal-istandards amjentali u soċjali, inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet indiġeni;

35.  Jisħaq li ċerti reġjuni tad-dinja għandhom kundizzjonijiet ħafna aħjar għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli minħabba abbundanza ta’ spazju u elettriku rinnovabbli; ifakkar li jisħaq li d-diplomazija tal-UE fil-qasam tal-enerġija u l-idroġenu għandha tippromwovi l-iżvilupp ta’ swieq tal-idroġenu globali, ibbażati fuq regoli, trasparenti u bla distorsjoni u għandha tippermetti lill-pajjiżi sħab, fil-livell globalment u b’mod partikolari fil-viċinat tal-UE, jiksbu t-tranżizzjonijiet tal-enerġija tagħhom u jtejbu l-istandards ambjentali, soċjali u demokratiċi tagħhom;

36.  Jissottolinja l-importanza tad-diversifikazzjoni tal-fornituri u taż-żamma ta’ kondizzjonijiet globali ekwivalenti ġusti fl-għoti tal-appoġġ għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli f’pajjiżi mhux tal-UE; jipproponi li jintalab l-użu tal-euro għal importazzjonijiet ta’ idroġenu rinnovabbli li jirċievi appoġġ mill-UE, sabiex issir il-munita ta’ riferiment fil-livell globali għall-iskambji tal-idroġenu madwar id-dinja;

Appoġġ finanzjarju għat-trasportazzjoni tal-idroġenu rinnovabbli

37.  Jenfasizza li għal aċċellerazzjoni b’suċċess tas-suq tal-idroġenu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat investiment suffiċjenti biex tiġi żviluppata infrastruttura adegwata tal-idroġenu mhux biss biex jiġu konnessi l-provvista u d-domanda, iżda wkoll biex l-idroġenu jinħażen u jiġi ttrasportat madwar l-UE (pereżempju, is-Sinsla Ewropea tal-Idroġenu); jinsisti li l-konġestjonijiet u l-konnessjonijiet neqsin għandhom jiġu evitati ħalli l-idroġenu jkun jista’ jilħaq l-industriji li l-aktar għandhom bżonnu; jisħaq li l-iżvilupp ta’ sistema tal-idroġenu għandu jagħti prijorità, fejn possibbli, lill-kolokazzjoni tal-produzzjoni u l-użu, u jippermetti l-akbar sinerġiji possibbli mal-infrastruttura eżistenti għat-trasport tal-gass naturali;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-investiment privat, u, fejn neċessarju, jiżguraw il-finanzjament pubbliku għal installazzjonijiet ġodda għall-idroġenu u għall-għoti ta’ skop ġdid lil dawk użati bħalissa għall-gass naturali; iqis li kemm l-għotjiet kif ukoll il-kuntratti għad-differenza (għall-karbonju) b’komponent marbut mal-kost tat-trasport jistgħu ikunu strumenti xierqa biex jappoġġjaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-idroġenu; jisħaq, mill-istess perspettiva, li għandhom jiġu allokati riżorsi addizzjonali għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, sabiex jissaħħaħ il-finanzjament tal-infrastruttura rilevanti, u li għandu jiġi mobilizzat finanzjament alternattiv tal-UE fil-qafas tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkariga lill-EHB jikkoordina l-ġbir tad-data rilevanti kollha, maħruġa mill-Kummissjoni, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali jew mill-industrija, fir-rigward tal-produzzjoni, il-ħżin, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-idroġenu; jinnota li dik id-data għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, kull meta jkun possibbli, u tista’ tintuża fil-proċess deċiżjonali għall-approvazzjoni ta’ infrastruttura relatata mal-idroġenu skont ir-Regolament dwar in-Networks Trans-Ewropej tal-Enerġija rivedut(25);

Simplifikazzjoni tal-istrumenti u mekkaniżmi finanzjarji tal-UE

40.  Jesprimi tħassib li l-industriji bħalissa qed jittrattaw ma’ taħlita ta’ strumenti differenti ta’ appoġġ finanzjarju għall-produzzjoni tal-idroġenu; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-EHB punt uniku ta’ kuntatt għall-finanzjament tal-idroġenu;

41.  Jieħu nota tal-baġit totali ta’ EUR 3 biljun għall-EHB li kien imħabbar fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2022; jitlob lill-Kummissjoni tiċċara l-baġit annwali disponibbli għall-ħames snin li ġejjin taħt kull pilastru tal-EHB u tħejji pjan direzzjonali għall-irkanti ppjanati; jinsisti li l-irkanti futuri għandhom jitħabbru mill-inqas 12-il xahar minn qabel sabiex jipprovdu prevedibbiltà għall-industrija;

42.  Jesprimi tħassib qawwi dwar il-baġit ġenerali tal-EHB meta mqabbel mas-sussidji, l-inċentivi u l-qafas ta’ investiment aktar attraenti f’reġjuni oħra tad-dinja, b’mod partikolari ċ-Ċina u l-Istati Uniti; jemmen li l-pakkett attwali ta’ EUR 800 miljun għall-ewwel irkant pilota huwa limitat wisq; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi baġit xieraq għall-EHB billi żżidu b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin b’riżorsi ġodda;

43.  Jilqa’ r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) fejn il-Kummissjoni pproponiet EUR 5 biljun addizzjonali għall-Fond għall-Innovazzjoni; jitlob li parti sinifikanti minn din iż-żieda tiġi allokata għall-EHB, sabiex il-Fond għall-Innovazzjoni jkun jista’ jappoġġja aktar proġetti; jenfasizza li, minbarra l-Fond għall-Innovazzjoni, għandu jiġi esplorat finanzjament alternattiv sabiex l-EHB ikun indipendenti mill-varjazzjonijiet fil-prezz tal-karbonju;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-indiċjar tal-inflazzjoni għall-primjum fiss, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u jiġu protetti l-produtturi – speċjalment dawk żgħar u ta’ daqs medju – minn żidiet futuri potenzjali fil-prezzijiet tal-enerġija, tal-materja prima u tal-ħidma operattiva;

45.  Jinnota li l-Kummissjoni s’issa għadha ma ħarġitx bi strument finanzjarju biex tappoġġja l-importazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-EHB u l-programmi stabbiliti mill-Istati Membri fil-każ ta’ importazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel proposta leġiżlattiva għal strument finanzjarju intiż għall-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE fil-qafas tal-EHB, fejn xieraq u kompatibbli mas-CBAM;

46.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ persunal speċjalizzat biex iwettaq l-operazzjonijiet tal-EHB u jitlob finanzjament adegwat f’dan ir-rigward; jissuġġerixxi li tiġi stabbilita taskforce għall-EHB b’persunal mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni;

47.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissimplifika l-użu tal-finanzjament tal-UE għall-proġetti tal-idroġenu, kif ukoll il-proposta leġiżlattiva għal Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), fejn l-idroġenu rinnovabbli huwa identifikat bħala teknoloġija nadifa kritika li teħtieġ appoġġ ulterjuri; jitlob l-ogħla livell ta’ sinerġija bejn l-STEP u l-EHB;

48.  Jinsisti li l-EHB isir l-uniku punt ta’ kuntatt għal għoti ta’ informazzjoni dwar finanzjament disponibbli fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali biex jiġu appoġġjati proġetti ta’ idroġenu rinnovabbli; jipproponi li l-Kumpass ta’ Finanzjament Pubbliku tal-Idroġenu jingħaqad mal-EHB u li tiġi inkluża informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji rilevanti kollha, inkluż, fost oħrajn, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont Ewropa u l-Fond għall-Innovazzjoni, b’aġġornamenti regolari;

49.  Jissuġġerixxi li l-EHB jistabbilixxi għodda online li tippermetti lill-industrija u, b’mod partikolari, lill-SMEs jivvalutaw malajr l-eliġibbiltà possibbli ta’ proġett relatat mal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-finanzjament tal-UE, li għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali u m’għandhiex tirrikjedi l-għoti ta’ xi informazzjoni kunfidenzjali;

50.  Jistieden lill-BEI jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti tal-idroġenu rinnovabbli; jitlob lill-BEI jipprovdi self b’rata żero jew garantit, filwaqt li jassisti fl-iżgurar ta’ finanzjament fit-tul u jippermetti investimenti azzjonarji u investimenti ta' tip ieħor fi proġetti rilevanti;

51.  Jappoġġja l-introduzzjoni ta’ prezz massimu għall-primjum fiss kif propost mill-Kummissjoni sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed ta’ applikanti li jipparteċipaw b’suċċess fl-irkanti; jinsisti li l-appoġġ tal-UE għandu jieqaf ladarba l-prezz tas-suq tal-idroġenu rinnovabbli jsir kompetittiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament il-kost tal-produzzjoni u l-prezz tas-suq għall-idroġenu rinnovabbli u tivvaluta mill-ġdid il-primjum fiss mogħti lill-proġetti rebbieħa fi tmiem kull arranġament kuntrattwali bejn il-produtturi u l-konsumaturi, jew mill-inqas kull ħames snin;

It-trasparenza, ir-responsabbiltà u r-rapportar

52.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rapport annwali mill-Kummissjoni li jivvaluta l-progress fl-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li jivvaluta l-attivitajiet tal-EHB; jitlob li dan ir-rapport jivvaluta wkoll it-tqassim ġeografiku tal-finanzjament, l-għadd ta’ impjiegi maħluqa, it-tibdil fil-provvista u fid-domanda, il-kost tal-idroġenu rinnovabbli meta mqabbel ma’ forom oħrajn tal-idroġenu u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi speċifiċi tal-idroġenu;

53.  Jitlob li l-Kummissjoni tressaq valutazzjoni komprensiva tal-EHB qabel il-proposta tagħha għal QFP ġdid;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54.
(2) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.
(3) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(4) ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1.
(5) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(6) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(7) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(8) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(9) ĠU L 335, 29.12.2022, p. 1.
(10) ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.
(11) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(12) ĠU L 157, 20.6.2023, p. 11.
(13) ĠU L 157, 20.6.2023, p. 20.
(14) ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6.
(15) ĠU C 15, 12.1.2022, p. 56.
(16) ĠU C 15, 12.1.2022, p. 45.
(17) ĠU C 371, 15.9.2021, p. 58.
(18) ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.
(19) ĠU C 23, 21.1.2021, p. 116.
(20) ĠU C 345, 16.10.2020, p. 80.
(21) ĠU C 463, 21.12.2018, p. 10.
(22) ĠU C 293, 18.08.2023, p. 127.
(23) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(24) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(25) Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).


Tentattiv ta’ kolp ta’ stat fil-Gwatemala
PDF 133kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2023 dwar it-tentattiv ta’ kolp ta’ stat fil-Gwatemala (2023/3031(RSP))
P9_TA(2023)0485RC-B9-0526/2023

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu u b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2023 bit-titolu “il-Gwatemala: is-sitwazzjoni wara l-elezzjonijiet, l-istat tad-dritt u l-indipendenza ġudizzjarja”(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-elezzjoni presidenzjali fil-Gwatemala tal-21 u t-28 ta’ Awwissu 2023, u d-dikjarazzjoni tiegħu dwar l-aħħar żviluppi fil-Gwatemala tat-8 ta’ Diċembru 2023,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preliminari tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE tas-27 ta’ Ġunju u t-22 ta’ Awwissu 2023, u r-rapport finali tagħha ppreżentat fil-Belt tal-Gwatemala fit-13 ta’ Novembru 2023,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-8 ta’ Diċembru 2023 attribwibbli għall-Kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-aħħar żviluppi fit-tranżizzjoni demokratika tal-Gwatemala,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-9 ta’ Diċembru 2023 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Volker Türk, li tiddeplora t-tentattivi persistenti kontra l-eżitu tal-elezzjonijiet,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani tat-8 ta’ Diċembru 2023 li tikkundanna t-tentattiv ta’ kolp ta’ stat fil-Gwatemala,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-8 ta’ Diċembru 2023 tal-Alleanza għall-Iżvilupp fid-Demokrazija li tiċċensura l-azzjonijiet li jfittxu li jannullaw l-elezzjonijiet ġenerali, jindaħlu fil-proċess elettorali demokratiku u jinjorawh,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-8 ta’ Diċembru 2023 tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Finanzi tal-Gwatemala (Comité Coordinador de Cámaras Comerciales, Industriales y Financieras, CACIF) li tappoġġja d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-President elett, il-Viċi President elett u l-uffiċjali kollha eletti fl-elezzjonijiet tal-25 ta’ Ġunju 2023,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-28 ta’ Awwissu 2023, it-Tribunal Elettorali Suprem ħabbar ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjonijiet paċifiċi u organizzati tajjeb u ddikjara lil Bernardo Arévalo u Karin Herrera mill-Movimiento Semilla bħala President u Viċi President eletti tal-Gwatemala wara l-elezzjonijiet presidenzjali finali tal-20 ta’ Awwissu 2023;

B.  billi fit-2 ta’ Novembru 2023, ir-reġistrazzjoni legali tal-Movimiento Semilla reġgħet ġiet sospiża mit-Tribunal Elettorali Suprem; billi l-Movimiento Semilla ġie soġġett għal azzjonijiet legali u proċedurali selettivi u arbitrarji mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku mindu Bernardo Arévalo ġie ċċertifikat bħala wieħed miż-żewġ kandidati presidenzjali bl-akbar għadd ta’ voti fl-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet presidenzjali, fil-25 ta’ Ġunju 2023; billi fl-24 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ħadet miżuri ta’ prekawzjoni biex tipproteġi lil Bernardo Arévalo u Karin Herrera;

C.  billi fit-8 ta’ Diċembru 2023, il-Prosekutur Pubbliku tal-Gwatemala, b’mod partikolari l-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali kontra l-Impunità (FECI), José Rafael Curruchiche, u l-prosekutur Leonor Morales Lazo, iddikjaraw li kienu se jfittxu li jannullaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-25 ta’ Ġunju 2023, filwaqt li kkwotaw l-allegati irregolaritajiet fil-karti tat-talja tal-postijiet tal-votazzjoni (acta 4) tal-ħames tlielaq elettorali kollha u fis-sistema għat-trażmissjoni u t-tħabbir tar-riżultati preliminari tal-elezzjonijiet;

D.  billi l-prosekuturi ħabbru li talbu li titneħħa l-immunità tal-President elett tal-Gwatemala Bernardo Arévalo; billi l-Qorti Suprema għad trid tiddeċiedi dwar dan u l-Qorti Kostituzzjonali għadha ma ddeċidietx dwar kawżi pendenti biex jiġi protett id-dritt tal-vot;

E.  billi fil-15 ta’ Novembru 2023, il-Membri tal-Kungress ħatru Maġistrati tal-Qorti Suprema ġodda minn lista qasira ta’ kandidati li allegatament kienet il-prodott ta’ traffiku ta’ influwenza, skont investigazzjonijiet mill-prosekuturi tal-Gwatemala;

F.  billi l-President elett Bernardo Arévalo ċaħad dawn l-allegazzjonijiet foloz u qishom bħala tentattiv mill-prosekuturi biex jinvalidaw ir-rebħa elettorali tiegħu;

G.  billi Blanca Alfaro, il-President tat-Tribunal Elettorali Suprem, li r-rwol tagħha huwa li ssolvi sitwazzjonijiet bħal dawn, wieġbet minnufih lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku li r-riżultati tal-elezzjoni ma setgħux jiġu mibdula, li dawn huma “validi u ċċertifikati” u ddikjarat li “l-persuni (li rebħu t-tlielaq elettorali ) huma akkreditati kif suppost u jeħtieġ li jibdew il-mandat tagħhom fl-14 ta’ Jannar 2024”;

H.  billi l-President tat-Tribunal Elettorali Suprem irrimarkat li kwalunkwe tentattiv biex uffiċjali eletti jinżammu milli jibdew il-mandat tagħhom “ikun ksur tal-ordni kostituzzjonali”;

I.  billi fl-1 ta’ Diċembru 2023, erba’ maġistrati tat-Tribunal Elettorali Suprem telqu mill-pajjiż sigħat wara li l-Kungress ivvota biex ineħħilhom l-immunità tagħhom, f’tentattiv ċar mill-maġġoranza tal-Membri tal-Kungress biex ikomplu jinterferixxu mar-riżultati, filwaqt li injoraw kompletament ir-rieda tal-votanti kif espressa fl-elezzjonijiet;

J.  billi l-prosekuturi qegħdin b’mod kontinwu jippruvaw jeskalaw din il-kriżi billi jieħdu azzjonijiet minn jeddhom, sikwit bi sfida għar-rieda tal-poplu tal-Gwatemala u għad-dikjarazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

K.  billi l-Parlament, l-UE u sħab internazzjonali oħra ddenunzjaw il-projbizzjoni tal-kandidaturi, it-tentattivi li għaddejjin biex jiġi annullat l-eżitu tal-elezzjonijiet, il-passi kontinwi għall-kriminalizzazzjoni ta’ operaturi ġudizzjarji indipendenti u l-istrumentalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji u tal-prosekuzzjoni;

L.  billi f’Novembru, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ħabbar investigazzjoni dwar dimostrazzjoni li kienet saret fl-2022 u li b’mod ġenerali kienet paċifika, fl-Università ta’ San Carlos; billi l-prosekuturi talbu 27 mandat ta’ arrest għal attivisti, studenti, akkademiċi u membru ta’ Movimiento Semilla;

M.  billi l-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE u missjonijiet ta’ osservazzjoni nazzjonali osservaw il-proċess elettorali kollu fuq stedina tal-awtoritajiet tal-Gwatemala u kkonkludew li l-elezzjonijiet kienu trasparenti u organizzati tajjeb, filwaqt li ma sabu l-ebda raġuni biex tiġi allegata frodi; billi l-VP/RGħ Josep Borrell u s-Segretarju Ġenerali tal-OAS iddeskrivew id-deċiżjonijiet reċenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku bħala “tentattiv ta’ kolp ta’ stat”;

N.  billi t-tentattivi biex ir-riżultati tal-elezzjoni ma jitqisux wasslu għal protesti massivi; billi l-kandidati, l-atturi politiċi, l-istituzzjonijiet tal-istat u s-sistema ġudizzjarja kollha jeħtiġilhom jaċċettaw u jirrispettaw ir-rieda tal-votanti;

O.  billi l-Prosekutur Ġenerali Consuelo Porras, il-Prosekutur Speċjali kontra l-Impunità José Rafael Curruchiche, l-imħallef Fredy Raúl Orellana Letona u l-prosekutur Cinthia Edelmira Monterroso Gómez jinsabu fil-lista tal-Istati Uniti ta’ Atturi mhux Demokratiċi u Korrotti;

P.  billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali, li għad irid jidħol fis-seħħ, jinkludi r-“rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali” bħala “klawżola essenzjali”;

1.  Jikkundanna t-tentattiv ta’ kolp ta’ stat u l-isforzi kontinwi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku li jannulla r-riżultati tal-elezzjonijiet ġenerali u presidenzjali fil-Gwatemala, abbażi ta’ allegazzjonijiet mhux sostanzjati ta’ frodi, u jitlob li dawn l-azzjonijiet jintemmu minnufih;

2.  Jiċħad kull azzjoni b’motivazzjoni politika meħuda minn xi awtoritajiet, li tikser b’mod ċar il-Kostituzzjoni tal-Gwatemala, l-istat tad-dritt, l-integrità tal-proċess elettorali u l-prinċipji l-aktar bażiċi tad-demokrazija, inkluż il-prinċipju fundamentali tas-separazzjoni tas-setgħat;

3.  Jappoġġja lill-President elett Bernardo Arévalo u jappella għal tranżizzjoni ordnata li twassal għall-inawgurazzjoni tiegħu bħala t-52 President tal-Gwatemala fl-14 ta’ Jannar 2024;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari l-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja, it-Tribunal Elettorali Suprem, il-Kungress u l-President Alejandro Giammattei, jieħdu azzjoni biex jippreżervaw l-ordni kostituzzjonali u l-istat tad-dritt, jiċħdu t-tentattivi inaċċettabbli ta’ annullament tar-riżultati elettorali, jiżguraw ir-rispett tar-rieda espressa miċ-ċittadini tal-Gwatemala permezz tal-voti tagħhom u jiggarantixxu d-drittijiet ċivili u politiċi, l-integrità u s-sikurezza tagħhom, inkluż id-dritt tal-uffiċjali eletti li jieħdu l-kariga tagħhom kif xieraq, f’konformità mal-istandards internazzjonali u mal-liġijiet tal-Gwatemala;

5.  Jisħaq fuq kemm hu importanti li dawk li jostakolaw id-demokrazija jinżammu responsabbli; jistieden lill-Kunsill, f’dan ir-rigward, jadotta minnufih miżuri restrittivi mmirati, inkluż l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, kontra (iżda mhux biss) il-Prosekutur Ġenerali María Consuelo Porras Argueta, il-kap tal-FECI José Rafael Curruchiche Cacul, l-imħallef Fredy Raúl Orellana Letona, il-Prosekutur tal-FECI Leonor Eugenia Morales Lazo u s-Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Angel Arnoldo Pineda Avila, li qed idgħajfu l-proċess elettorali tal-2023 fil-Gwatemala u qed jistrumentalizzaw il-ġudikatura b’mod sistematiku sabiex idgħajfu l-istat tad-dritt u jikkriminalizzaw membri tal-oppożizzjoni;

6.  Ifakkar li r-rispett għall-indipendenza tal-ġudikatura, il-pluraliżmu politiku u l-libertà tal-espressjoni għall-poplu kollu tal-Gwatemala huma drittijiet fundamentali u pilastri essenzjali tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jinsab estremament imħasseb dwar id-deterjorament kontinwu tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala;

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-detenzjoni arbitrarja ta’ prosekuturi, imħallfin, ex-uffiċjali tal-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG) u ġurnalisti indipendenti, fost l-oħrajn José Rubén Zamora; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni kollha detenuti b’mod arbitrarju, kif ukoll li titwaqqa’ kull akkuża kriminali bla bażi kontrihom; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Gwatemala, b’mod partikolari l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe tentattiv li jostakolaw il-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-operaturi ġudizzjarji u tal-ġurnalisti li investigaw u kixfu l-korruzzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi ta’ poter;

8.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Istati Membri u lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Gwatemala jkomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż, inkluż id-deċiżjonijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti Suprema sakemm ikun hemm garanziji ċari u kredibbli li se tiġi rispettatata r-rieda tal-votanti, kif espressa fl-elezzjonijiet ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2023 u l-elezzjonijiet presidenzjali finali tal-20 ta’ Awwissu 2023; jestendi l-appoġġ tiegħu għall-ħidma li għaddejja mill-Missjoni Speċjali tal-OAS biex tassisti fit-tranżizzjoni presidenzjali, f’konformità mal-mandat tal-Kunsill Permanenti tal-OAS;

9.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw in-nuqqasijiet ivvalutati fl-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet politiċi;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-OAS, lin-NU, lill-awtoritajiet tal-Gwatemala u lill-PARLACEN.

(1) Testi adottati, P9_TA(2023)0322.

Avviż legali - Politika tal-privatezza