Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0220(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0428/2023

Testi mressqa :

A9-0428/2023

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2024 - 8.3

Testi adottati :

P9_TA(2024)0017

Testi adottati
PDF 123kWORD 42k
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2024 - Strasburgu
Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni KE-Indoneżja: adeżjoni tal-Kroazja mal-UE
P9_TA(2024)0017A9-0428/2023

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12975/2014 – C9-0314/2023 – 2014/0220(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12975/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0314/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0428/2023),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indoneżja.

(1) ĠU L 218, 5.9.2023, p. 3.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Ġunju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza