Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2022/0092(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0099/2023

Testi mressqa :

A9-0099/2023

Dibattiti :

PV 09/05/2023 - 21
CRE 09/05/2023 - 21
PV 16/01/2024 - 8
CRE 16/01/2024 - 8

Votazzjonijiet :

PV 11/05/2023 - 7.4
CRE 11/05/2023 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/01/2024 - 8.4

Testi adottati :

P9_TA(2023)0201
P9_TA(2024)0018

Testi adottati
PDF 132kWORD 51k
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2024 - Strasburgu
L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika
P9_TA(2024)0018A9-0099/2023
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar (COM(2022)0143 – C9-0128/2022 – 2022/0092(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0143),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0128/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2022(1),

—  wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-25 ta' Ottubru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tal-Parlament, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0099/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 75.
(2) Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fil-11 ta' Mejju 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0201).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-17 ta' Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar
P9_TC1-COD(2022)0092

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/825.)

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Ġunju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza