Il-merkurju: l-amalgama dentali u prodotti oħra miżjudin bil-merkurju soġġetti għal restrizzjonijiet fuq ilmanifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju fir-rigward tal-amalgama dentali u prodotti oħra miżjudin bil-merkurju soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni (COM(2023)0395 – C9-0309/2023 – 2023/0272(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Il-merkurju huwa sustanza kimika ta’ tħassib globali għall-ambjent, minħabba t-trasport atmosferiku fuq distanza twila tiegħu, il-persistenza tiegħu wara l-introduzzjoni antropoġenika tiegħu fl-ambjent u l-ħila tiegħu li jakkumula fl-ekosistemi. Il-merkurju għandu wkoll effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u jgħaddi mill-ommijiet lit-tfal permezz tal-plaċenta jew permezz tat-treddigħ. It-tniġġis tal-ambjent bil-merkurju jista’ jirriżulta minn attivitajiet antropoġeniċi, inkluż ġestjoni insuffiċjenti tal-iskart tal-merkurju, il-kremazzjoni jew implimentazzjoni mhux korretta tas-separaturi obbligatorji fil-kliniċi dentali.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Meta titqies id-disponibbiltà ta’ alternattivi ħielsa mill-merkurju, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu tal-amalgama dentali għat-trattament dentali tal-membri kollha tal-popolazzjoni, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li tintuża l-amalgama dentali għal pazjenti bi bżonnijiet mediċi speċifiċi. Sabiex jiġi evitat li l-amalgama dentali, li hija pprojbita fis-suq tal-Unjoni, tiġi manifatturata għall-esportazzjoni mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-manifattura u l-esportazzjoni tal-amalgama dentali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/852 jiġi emendat skont dan.
(4) Meta titqies id-disponibbiltà ta’ alternattivi ħielsa mill-merkurju, l-affordabbiltà ta’ materjali alternattivi u t-tranżizzjoni attwali għal mili dentali ħielsa mill-merkurju f’ħafna Stati Membri, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu tal-amalgama dentali għat-trattament dentali tal-membri kollha tal-popolazzjoni, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li tintuża l-amalgama dentali għal pazjenti bi bżonnijiet mediċi speċifiċi. It-tranżizzjoni għal alternattivi ħielsa mill-merkurju għall-mili dentali diġà avvanzat f’ħafna Stati Membri, u b’hekk enfasizzat il-fattibbiltà u l-ħtieġa ta’ dik il-projbizzjoni bħala mod kosteffettiv kif jiġi prevenut aktar tniġġis tal-merkurju. Sabiex jiġi evitat li l-amalgama dentali, li hija pprojbita fis-suq tal-Unjoni, tiġi manifatturata għall-esportazzjoni mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-manifattura u l-esportazzjoni tal-amalgama dentali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/852 jiġi emendat skont dan.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Il-krematorji huma sors sinifikanti ta’ rilaxx ta’ merkurju fl-atmosfera u anke bi tneħħija gradwali tal-amalgama dentali, il-krematorji se jkomplu jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija. Jeħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar il-miżuri implimentati fl-Istati Membri, u li jiġu żviluppati linji gwida għall-krematorji, sabiex tinkiseb prevenzjoni xierqa tat-tniġġis u jittaffa l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida)
(4b) Biex jiġi limitat l-impatt soċjoekonomiku ta’ qlib għal mili ħieles mill-merkurju fuq il-kostijiet tal-kura dentali għall-pazjenti u għad-dentisti, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jiżguraw li jsir disponibbli rimborż xieraq għal alternattivi ħielsa mill-merkurju. It-tneħħija gradwali tal-amalgama dentali jenħtieġ li, meta jkun xieraq, tkun akkumpanjata minn taħriġ professjonali għad-dentisti bil-għan li jaġġustaw għal tekniki ġodda.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu tagħmir elettriku u elettroniku li fih il-merkurju. L-Anness III ta’ dik id-Direttiva jelenka, fost affarijiet oħrajn, ċerti lampi miżjudin bil-merkurju eżentati mill-projbizzjoni msemmija sad-dati speċifikati fih. Dik l-eżenzjoni diġà skadiet fit-13 ta’ April 2016 għal lampi mhux lineari tal-alofosfati, u se tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023 jew fl-24 ta’ Frar 2027 għal ċerti lampi fluworexxenti kompatti, lampi fluworexxenti lineari u lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali, kif ukoll għal lampi fluworexxenti mhux lineari trifosforiċi. Barra minn hekk, ċerti lampi fluworexxenti lineari għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali huma elenkati għal projbizzjoni futura fid-Deċiżjoni MC-4/3 adottata fir-raba’ laqgħa, li saret mill-21 sal-25 ta’ Marzu 2022, tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju45. Dik id-Deċiżjoni kienet appoġġata mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/54946. Peress li xi wħud minn dawk il-lampi bħalissa ma humiex koperti mill-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/852, jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ koerenza, jiġu inklużi fih biex tiġi pprojbita l-manifattura u l-esportazzjoni tagħhom mid-dati f’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE u l-aktar dati ambizzjużi inklużi fid-Deċiżjoni MC-4/3.
(5) L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu tagħmir elettriku u elettroniku li fih il-merkurju. L-Anness III ta’ dik id-Direttiva jelenka, fost affarijiet oħrajn, ċerti lampi miżjudin bil-merkurju eżentati mill-projbizzjoni msemmija sad-dati speċifikati fih. Dik l-eżenzjoni diġà skadiet fit-13 ta’ April 2016 għal lampi mhux lineari tal-alofosfati, fl-24 ta’ Frar 2023 għal ċerti lampi fluworexxenti kompatti, ufl-24 ta’ Awwissu 2023 għal lampi fluworexxenti lineari għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali. Għal lampi fluworexxenti trifosforiċi mhux lineari, l-eżenzjoni tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025. L-eżenzjoni għall-biċċa l-kbira tal-lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali b’indiċi tal-kulur imtejjeb skadiet fl-24 ta’ Frar 2023, filwaqt li għal dawk li jifdal kif ukoll għal lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali oħra, l-eżenzjoni se tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025. Barra minn hekk, ċerti lampi fluworexxenti lineari għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali huma elenkati għal projbizzjoni futura fid-Deċiżjoni MC-4/3 adottata fir-raba’ laqgħa, li saret mill-21 sal-25 ta’ Marzu 2022, tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju45. Dik id-Deċiżjoni kienet appoġġata mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/54946. Peress li huwa xieraq li tkun projbita mill-aktar fis possibbli l-esportazzjoni mill-Unjoni tal-lampi miżjudin bil-merkurju li fadal, u li xi wħud minn dawk il-lampi bħalissa ma humiex koperti mill-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/852, jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ koerenza, jiġu inklużi fih biex tiġi pprojbita l-manifattura u l-esportazzjoni tagħhom mid-dati speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE u l-aktar dati ambizzjużi inklużi fid-Deċiżjoni MC-4/3. Barra minn hekk, jistgħu jinkisbu kobenefiċċji sinifikanti bit-tneħħija gradwali tal-esportazzjoni ta’ lampi miżjudin bil-merkurju mill-aktar fis possibbli, peress li l-alternattivi mingħajr merkurju huma aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u għalhekk jipprevjenu r-rilaxx ta’ tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2.
__________________
__________________
44 Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011).
44 Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011).
45 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 78).
45 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 78).
46 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata
46 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 78).
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Fid-dawl tal-effetti detrimentali tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-esponiment u l-emissjonijiet jenħtieġ li jkomplu jiġu minimizzati kemm jista’ jkun. Rapporti reċenti juru li kumpaniji Ewropej qed jimmanifatturaw u jesportaw komposti tal-merkurju li jintużaw għal użi mhux permessi, b’mod partikolari fil-kożmetiċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Minamata, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fil-kożmetiċi u fir-rigward tal-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju għal użi mhux permessi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta aktar l-użi li jifdal tal-merkurju, pereżempju fil-porosimetrija, il-fanali tal-portijiet u l-vaċċini, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi emendata l-lista ta’ sorsi kbar ta’ skart, u, meta jkun xieraq, tissuġġerixxi miżuri biex dawn l-użi jitneħħew gradwalment u jiġu rregolati l-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni għal tali finijiet.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida)
(5b) Meta jitqies in-nuqqas ta’ sistemi xierqa għall-ġbir ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju fi skart mhux elettroniku u elettroniku, qed ikompli jkun hemm emissjonijiet sekondarji tal-merkurju minn landfills u inċineraturi tal-iskart, li jindika l-ħtieġa li tali prodotti jinġabru separatament u b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a Regolament (UE) 2017/852 Artikolu 10 – paragrafu 2a
2a. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-amalgama dentali ma għandhiex tintuża għat-trattament dentali ta’ kwalunkwe membru tal-popolazzjoni, ħlief meta titqies strettament meħtieġa mill-prattikant dentali abbażi tal-ħtiġijiet mediċi speċifiċi tal-pazjent.;
2a. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-amalgama dentali ma għandhiex tintuża għat-trattament dentali ta’ kwalunkwe membru tal-popolazzjoni, ħlief meta titqies strettament meħtieġa mill-prattikant dentali abbażi tal-ħtiġijiet mediċi speċifiċi tal-pazjent debitament iġġustifikati.;
“Il-prodotti miżjudin bil-merkurju li jkunu għadhom fiċ-ċirkolazzjoni u li ma jkunux jistgħu jibqgħu jintużaw għandhom jitqiesu bħala skart u għandhom jinġabru separatament u b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.”
“3a. Sat-30 ta’ Ġunju 2024, u kull sentejn wara dan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar miżuri ppjanati u implimentati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u r-rilaxxi tal-merkurju mill-krematorji.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data dwar il-miżuri rappurtati mill-Istati Membri f’konformità mal-ewwel subparagrafu disponibbli pubblikament.”
(1c) Fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet u r-rilaxxi tal-merkurju mill-krematorji abbażi tar-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 18(3a) u, meta jkun xieraq, tabbozza linji gwida dwar it-teknoloġiji ta’ tnaqqis għall-kontroll u t-tnaqqis tal-emissjonijiet u r-rilaxxi tal-merkurju mill-krematorji, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida eżistenti.”
(1d) Fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2a. Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-fattibbiltà tal-irtirar tal-eżenzjonijiet għall-użu tal-amalgama dentali, imsemmija fl-Artikolu 10, sal-2030. Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll l-impatt fuq is-saħħa tal-pazjenti b’mod ġenerali u tal-pazjenti dipendenti fuq il-mili tas-snien b’amalgami.
Il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tipproponi miżuri, flimkien mar-rapport tagħha msemmi fl-ewwel subparagrafu.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
(a) l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni inkluż fir-rigward tat-tneħħija gradwali tal-merkurju fil-kożmetiċi sal-2025 mill-Partijiet tal-Konvenzjoni u l-kontroll u l-eliminazzjoni tal-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ komposti tal-merkurju għal prattiki illegali fl-Unjoni u globalment;
(b) il-ħtieġa li jiġu eliminati gradwalment l-użi li jifdal tal-merkurju, bħal fil-fanali u l-porosimetrija;
(c) il-ħtieġa li tiġi estiża l-lista tas-sorsi ta’ skart tal-merkurju msemmija fl-Artikolu 11.
Flimkien mar-rapport tagħha msemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tipproponi miżuri, bħal rieżami tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-klorur ażanur tal-merkurju(HgNH2Cl).
__________________________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).”
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid) Regolament (UE) 2017/852 Artikolu 19 – paragrafu 3
(1e) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
3. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva flimkien mar-rapporti tagħha msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
"3. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva flimkien mar-rapporti tagħha msemmija f’dan l-Artikolu.”
Emenda 13 Proposta għal regolament Anness – paragrafu 1 – punt 2 Regolament (UE) 2017/852 Anness II – parti A – entrata 4a
Test propost mill-Kummissjoni
“4a. Lampi trifosforiċi għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (a).
31.12.2027
Emenda
“4a. Lampi trifosforiċi għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (a).
31.12.2025
Emenda 14 Proposta għal regolament Anness – paragrafu 1 – punt 2 Regolament (UE) 2017/852 Anness II – parti A – entrata 4c
Test propost mill-Kummissjoni
4c. Lampi mhux lineari trifosforiċi.
31.12.2027
Emenda
4c. Lampi mhux lineari trifosforiċi.
31.12.2025
Emenda 15 Proposta għal regolament Anness – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (UE) 2017/852 Anness II – parti A – entrata 5a
Test propost mill-Kummissjoni
5a. Lampi tal-merkurju u tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja (HPS) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali
31.12.2025
Emenda
5a. Lampi tal-merkurju u tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja (HPS) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li għandhom: