Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0376(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0020/2023

Testi mressqa :

A9-0020/2023

Dibattiti :

PV 06/02/2024 - 18
CRE 06/02/2024 - 18

Votazzjonijiet :

PV 07/02/2024 - 8.4

Testi adottati :

P9_TA(2024)0064

Testi adottati
PDF 131kWORD 55k
L-Erbgħa, 7 ta' Frar 2024 - Strasburgu
Emendi tad-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFMD) u tad-Direttiva fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITSD)
P9_TA(2024)0064A9-0020/2023
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta' delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta' servizzi depożitarji u ta' kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta' investiment alternattivi (COM(2021)0721 – C9-0439/2021 – 2021/0376(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0721),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0439/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Novembru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0020/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-7 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta’ investiment alternattivi
P9_TC1-COD(2021)0376

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/927).

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Ġunju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza