Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 (COM(2022)0151 – C9-0143/2022 – 2022/0100(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0151),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0143/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2022(1),
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tat-18 ta' Ottubru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0050/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (COM(2022)0150 – C9-0142/2022 – 2022/0099(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0150),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0142/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2022(1),
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-18 ta' Ottubru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9‑0048/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2021)0726 – C9-0438/2021 – 2021/0384(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0726),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0438/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tat-18 ta' Ottubru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0039/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data tas-suq, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tape konsolidat, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għat-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti (COM(2021)0727 – C9-0440/2021 – 2021/0385(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0727),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0440/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2022(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2022(2),
– wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tat-18 ta' Ottubru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0040/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tapes konsolidati, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għall-fluss tal-ordnijiet
Miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew li huma marbutin miegħu (kodifikazzjoni)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew li huma marbutin miegħu (kodifikazzjoni) (COM(2022)0503 – C9-0323/2022 – 2022/0304(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0503),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0323/2022),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 109 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0001/2024),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari stabbilita minn hawn 'il quddiem;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew li huma marbutin miegħu (kodifikazzjoni)
Remissjoni li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn u l-limitazzjoni tad-deduċibbiltà tal-imgħax għal finijiet ta’ taxxa korporattiva
200k
51k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli dwar remissjoni li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn, u dwar il-limitazzjoni tad-deduċibbiltà tal-imgħax għal finijiet ta’ taxxa korporattiva (COM(2022)0216 – C9-0197/2022 – 2022/0154(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0216),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0197/2022),
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0387/2023),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Il-promozzjoni ta’ ambjent tan-negozju ġust u sostenibbli, inkluż permezz ta’ miżuri tat-taxxa mmirati li jinċentivaw l-investiment u t-tkabbir, hija prijorità politika għolja tal-Unjoni. Sabiex jiġi appoġġat il-finanzjament korporattiv sostenibbli u fit-tul, is-sistema tat-taxxa jenħtieġ li timminimizza d-distorsjonijiet mhux intenzjonati tad-deċiżjonijiet tan-negozju, pereżempju favur id-dejn minflok il-finanzjament mill-ekwità. Filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni għall-202014 tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni jinkludi azzjonijiet importanti biex jiġi appoġġat dan il-finanzjament, pereżempju l-Azzjoni 4 - L-inkoraġġiment ta’ finanzjament aktar fit-tul u mill-ekwità minn investituri istituzzjonali, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri tat-taxxa mmirati sabiex jittejbu dawn l-azzjonijiet. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà fiskali.
(1) Il-promozzjoni ta’ ambjent tan-negozju ġust u sostenibbli u t-titjib tas-sistema tat-taxxa korporattiva, inkluż permezz ta’ miżuri tat-taxxa mmirati li jinċentivaw l-investiment u t-tkabbir, hija prijorità politika għolja tal-Unjoni. Sabiex jiġi appoġġat il-finanzjament korporattiv sostenibbli, robust u fit-tul, b’mod partikolari wara t-tliet kriżijiet ekonomiċi mill-2008 ’l hawn, fejn ħafna kumpaniji jkollhom jiddependu fuq il-finanzjament b’dejn biex ikopru t-telf ekonomiku, is-sistema tat-taxxa jenħtieġ li timminimizza d-distorsjonijiet mhux intenzjonati tad-deċiżjonijiet tan-negozju, pereżempju favur id-dejn minflok il-finanzjament mill-ekwità. Filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni għall-202014 tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni jinkludi azzjonijiet importanti biex jiġi appoġġat dan il-finanzjament, pereżempju l-Azzjoni 4 - L-inkoraġġiment ta’ finanzjament aktar fit-tul u mill-ekwità minn investituri istituzzjonali, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri tat-taxxa mmirati sabiex jittejbu dawn l-azzjonijiet. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà fiskali.
__________________
__________________
14 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kum0itat tar-Reġjuni “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji - pjan ta’ azzjoni ġdid”, COM(2020) 590 final (https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:61042990-fe46-11ea-b44f-01aa75ed71a1.0007.02/DOC_1&format=PDF)
14 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji - pjan ta’ azzjoni ġdid”, COM(2020) 590 final (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A590%3AFIN)
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida)
(1a) Il-promozzjoni ta’ unjoni tas-swieq kapitali kompetittiva u reżiljenti, b’suq tal-ekwità b’saħħtu bħala wieħed mill-pilastri tagħha, hija essenzjali għall-promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-investiment. Jinħtieġ iktar investiment privat permezz tal-ekwità sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi li għandna quddiemna. Għalhekk, huwa rrakkomandat ħafna li jinħoloq strument legali biex jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti biex titnaqqas il-predispożizzjoni tal-kontribwenti favur id-dejn meta jagħmlu għażliet ta’ investiment, mingħajr preġudizzju għall-użu leġittimu u effettiv tal-istrumenti ta’ dejn.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Is-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri jippermettu lill-kontribwenti jnaqqsu l-pagamenti tal-imgħax fuq il-finanzjament b’dejn, u b’hekk inaqqsu l-obbligazzjoni tat-taxxa korporattiva, filwaqt li l-kostijiet relatati mal-finanzjament mill-ekwità ma humiex taxxabbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. It-trattament asimetriku tat-taxxa tal-finanzjament b’dejn u finanzjament mill-ekwità madwar l-Unjoni jwassal għal predispożizzjoni favur id-dejn f’deċiżjonijiet ta’ investiment. Barra minn hekk, meta l-Istati Membri jipprevedu remissjoni tat-taxxa fuq il-finanzjament mill-ekwità fid-dritt domestika tagħhom, dawn il-miżuri nazzjonali jvarjaw konsiderevolment f’termini ta’ tfassil ta’ politika.
(2) Is-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri jippermettu lill-kontribwenti jnaqqsu l-pagamenti tal-imgħax fuq il-finanzjament b’dejn, u b’hekk inaqqsu l-obbligazzjoni tat-taxxa korporattiva, filwaqt li l-kostijiet relatati mal-finanzjament mill-ekwità ma humiex taxxabbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. It-trattament asimetriku tat-taxxa tal-finanzjament b’dejn u finanzjament mill-ekwità madwar l-Unjoni jwassal għal predispożizzjoni favur id-dejn f’deċiżjonijiet ta’ investiment. Il-kriżijiet reċenti assoċjati mal-problemi tad-dejn tal-kumpaniji fis-suq intern urew li hemm ħtieġa ta’ riforma li tpoġġi l-ekwità u d-dejn fuq l-istess livell u ġġib fi tmiemu l-vantaġġ tal-finanzjament b’dejn. Din id-Direttiva hija risposta għat-talbiet tal-Parlament biex jindirizza l-predispożizzjoni favur id-dejn relatata mat-taxxa1a, Barra minn hekk, meta l-Istati Membri jipprevedu remissjoni tat-taxxa fuq il-finanzjament mill-ekwità fid-dritt domestika tagħhom, dawn il-miżuri nazzjonali jvarjaw konsiderevolment f’termini ta’ tfassil ta’ politika. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu salvagwardjati kundizzjonijiet ekwi għas-soluzzjonijiet ta’ ekwità u l-istrumenti tad-dejn, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġu ggarantiti livelli minimi ta’ koerenza sistematika bejn l-oqfsa tat-taxxa nazzjonali, jiġifieri fil-livell tal-benefiċċji tat-taxxa.
__________________
1a Ara:
– Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b’mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur (2020/2036(INI)) (ĠU C 395, 29.9.2021, p. 89);
– ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi komuni għat-taxxa korporattiva (2016/0337(CNS)) (ĠU C 162, 10.5.2019, p. 181);
– ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2022 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-istrateġija ta’ rkupru (segwitu tal-PE għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju u l-25 inizjattiva tiegħu fil-qasam tal-VAT, it-tassazzjoni tal-intrapriżi u tal-individwi) (2020/2254(INL)) (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 211);
– ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-impatt tar-riformi fiskali nazzjonali fuq l-ekonomija tal-UE (2021/2074(INI)) (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 14).
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Sabiex jitneħħew distorsjonijiet possibbli relatati mat-taxxa fost l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni ta’ regoli biex tiġi indirizzata l-predispożizzjoni favur id-dejn relatata mat-taxxa madwar l-Unjoni b’mod koordinat. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jiżguraw li l-finanzjament mill-ekwità u l-finanzjament b’dejn jiġu trattati b’mod simili għall-finijiet ta’ taxxa fis-suq uniku kollu. Fl-istess ħin, qafas leġiżlattiv komuni tal-Unjoni jenħtieġ li jkun sostenibbli wkoll fuq terminu qasir għall-baġits tal-Istati Membri. Dan il-qafas jenħtieġ li, għalhekk, jinkludi regoli, minn naħa waħda, għad-deduċibbiltà tat-taxxa għall-kostijiet tal-finanzjament mill-ekwità u, min-naħa l-oħra, biex tiġi llimitata d-deduċibbiltà tat-taxxa għall-kostijiet tal-finanzjament b’dejn.
(3) Sabiex jitneħħew distorsjonijiet possibbli relatati mat-taxxa fost l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni ta’ regoli biex tiġi indirizzata l-predispożizzjoni favur id-dejn relatata mat-taxxa madwar l-Unjoni b’mod koordinat, b’rispett sħiħ tal-qafas istituzzjonali tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, kif stabbilit mit-Trattati. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jiżguraw li l-finanzjament mill-ekwità u l-finanzjament b’dejn jiġu trattati b’mod simili għall-finijiet ta’ taxxa fis-suq uniku kollu. Fl-istess ħin, minħabba d-deduċibbiltà tat-taxxa estensiva li għandu d-dejn u l-fatt li l-ħolqien ta’ remissjoni fuq iż-żidiet fl-ekwità jista’ jkollu impatt dirett fuq id-dħul pubbliku, qafas leġiżlattiv komuni tal-Unjoni jenħtieġ li jkun sostenibbli wkoll fuq terminu qasir għall-baġits tal-Istati Membri. Dan il-qafas jenħtieġ li, għalhekk, jinkludi regoli, minn naħa waħda, għad-deduċibbiltà tat-taxxa għall-kostijiet tal-finanzjament mill-ekwità u, min-naħa l-oħra, biex tiġi llimitata d-deduċibbiltà tat-taxxa għall-kostijiet tal-finanzjament b’dejn. Din id-Direttiva għandha l-għan li ssib bilanċ aħjar bejn l-isfidi differenti relatati mas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri fuq terminu qasir u, meta tagħmel dan, jenħtieġ li tevita li l-Istati Membri jġarrbu telf sostanzjali fid-dħul u timmira li ttejjeb l-istabbiltà finanzjarja tal-kumpaniji.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida)
(3a) Sabiex tkompli tiġi żviluppata l-unjoni tas-swieq kapitali, din id-Direttiva għandha l-għan li tiddiversifika s-sorsi ta’ finanzjament għall-kumpaniji tal-Unjoni, speċjalment għall-SMEs. Għalhekk, jenħtieġ li tevita li toħloq kostijiet u ostakli ġodda rigward l-aċċess għall-finanzjament għal dawk il-kumpaniji li għad m’għandhomx aċċess faċli għas-swieq kapitali. Il-limitazzjoni tad-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-imgħax ta’ dawk il-kumpaniji tista’ tfixkel l-investiment madwar l-Unjoni, u għalhekk it-tnaqqis tal-imgħax jenħtieġ li ma jkunx limitat għall-SMEs u l-gruppi ta’ daqs medju.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Sabiex tiġi newtralizzata l-predispożizzjoni kontra l-finanzjament mill-ekwità, jenħtieġ li tiġi prevista remissjoni sabiex iż-żidiet fl-ekwità ta’ kontribwent minn perjodu ta’ taxxa għal dak sussegwenti jkunu deduċibbli mill-bażi taxxabbli tiegħu, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Jenħtieġ li r-remissjoni tiġi kalkolata billi ż-żieda fl-ekwità tiġi mmultiplikata b’rata tal-imgħax nozzjonali bbażata fuq rata tal-imgħax mingħajr riskju, kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 77e(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. Dawn ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju diġà huma prattikament u effettivament applikati, bħala parti mid-dritt tal-UE. Kwalunkwe parti mir-remissjoni li ma tistax titnaqqas f’perjodu ta’ taxxa minħabba profitti taxxabbli insuffiċjenti tista’ tiġi riportata. Filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) biex jaċċessaw is-swieq kapitali, jenħtieġ li tiġi prevista żieda fir-remissjoni fuq l-ekwità għall-kontribwenti li huma SMEs. Sabiex it-tnaqqis ta’ remissjoni fuq l-ekwità jkun sostenibbli għall-finanzi pubbliċi fuq terminu qasir, jenħtieġ li dan ikun għal żmien limitat. Sabiex is-sistema tiġi salvagwardjata mill-abbużi, huwa meħtieġ li jiġi eskluż il-valur għal finijiet tat-taxxa tal-azzjonijiet proprji ta’ kontribwent, kif ukoll dak tal-parteċipazzjoni tiegħu f’intrapriżi assoċjati mill-kalkolu tal-bidliet fl-ekwità. Bl-istess mod, huwa meħtieġ li tiġi prevista t-tassazzjoni ta’ tnaqqis fl-ekwità ta’ kontribwent minn perjodu ta’ taxxa partikolari għal dak sussegwenti, sabiex żieda fl-ekwità ma tiġix affettwata b’mod abbużiv. Din ir-regola tħeġġeġ ukoll iż-żamma ta’ livell ta’ ekwità. Hija tapplika sabiex fejn ikun hemm tnaqqis fl-ekwità ta’ kontribwent li jkun ibbenefika minn remissjoni fuq żieda fl-ekwità, ammont kalkolat bl-istess mod bħar-remissjoni jsir taxxabbli għal 10 perjodi ta’ taxxa; sakemm il-kontribwent ma jipprovdix evidenza li dan it-tnaqqis ikun esklużivament dovut għal telf imġarrab matul il-perjodu ta’ taxxa jew minħabba obbligu legali.
(5) Sabiex tiġi newtralizzata l-predispożizzjoni kontra l-finanzjament mill-ekwità, jenħtieġ li tiġi prevista remissjoni sabiex iż-żidiet fl-ekwità ta’ kontribwent minn perjodu ta’ taxxa għal dak sussegwenti jkunu deduċibbli mill-bażi taxxabbli tiegħu, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Jenħtieġ li r-remissjoni tiġi kalkolata billi ż-żieda fl-ekwità tiġi mmultiplikata b’rata tal-imgħax nozzjonali bbażata fuq rata tal-imgħax mingħajr riskju, kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 77e(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. Dawn ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju diġà huma prattikament u effettivament applikati, bħala parti mid-dritt tal-UE. Kwalunkwe parti mir-remissjoni li ma tistax titnaqqas f’perjodu ta’ taxxa minħabba profitti taxxabbli insuffiċjenti tista’ tiġi riportata. Filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-gruppi ta’ daqs medju biex jaċċessaw is-swieq kapitali, il-kostijiet ogħla tal-finanzjament tagħhom, id-disponibbiltà iżgħar tal-kapital u l-probabbiltà ogħla li jesperjenzaw perjodi itwal ta’ telf, jenħtieġ li tiġi prevista remissjoni akbar fuq l-ekwità kif ukoll perjodu itwal għad-deduċibbiltà tat-taxxa għall-kontribwenti li huma SMEs jew gruppi ta’ daqs medju. Sabiex it-tnaqqis ta’ remissjoni fuq l-ekwità jkun sostenibbli għall-finanzi pubbliċi fuq terminu qasir, jenħtieġ li dan ikun għal żmien limitat b’mod xieraq u proporzjonat. Sabiex is-sistema tiġi salvagwardjata mill-abbużi, huwa meħtieġ li jiġi eskluż il-valur għal finijiet tat-taxxa tal-azzjonijiet proprji ta’ kontribwent, kif ukoll dak tal-parteċipazzjoni tiegħu f’intrapriżi assoċjati mill-kalkolu tal-bidliet fl-ekwità. Bl-istess mod, huwa meħtieġ li tiġi prevista t-tassazzjoni ta’ tnaqqis fl-ekwità ta’ kontribwent minn perjodu ta’ taxxa partikolari għal dak sussegwenti, sabiex żieda fl-ekwità ma tiġix affettwata b’mod abbużiv. Din ir-regola tħeġġeġ ukoll iż-żamma ta’ livell ta’ ekwità. Hija tapplika sabiex fejn ikun hemm tnaqqis fl-ekwità ta’ kontribwent li jkun ibbenefika minn remissjoni fuq żieda fl-ekwità, ammont kalkolat bl-istess mod bħar-remissjoni jsir taxxabbli għal 10 perjodi ta’ taxxa għall-SMEs u għall-gruppi ta’ daqs medju u għal 7 perjodi tat-taxxa konsekuttivi għal kwalunkwe kontribwent li ma jkunx SME jew grupp ta’ daqs medju, sakemm il-kontribwent ma jipprovdix evidenza li dan it-tnaqqis ikun esklużivament dovut għal telf imġarrab matul il-perjodu ta’ taxxa jew minħabba obbligu legali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ din id-Direttiva, speċjalment fir-rigward tal-possibbiltajiet u l-benefiċċji tagħhom għall-SMEs.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Sabiex jiġi evitat użu ħażin tat-tnaqqis tar-remissjoni fuq l-ekwità, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jimmiraw, partikolarment, skemi stabbiliti biex jiġu evitati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom żieda fl-ekwità tikkwalifika għal remissjoni skont din id-Direttiva, pereżempju, permezz tat-trasferiment intragrupp ta’ parteċipazzjonijiet f’intrapriżi assoċjati. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jimmiraw ukoll skemi stabbiliti biex tintalab remissjoni fin-nuqqas ta’ kwalunkwe żieda fl-ekwità fil-livell tal-grupp. Pereżempju, il-finanzjament b’dejn intragrupp jew il-kontribuzzjonijiet fi flus jistgħu jintużaw għal dawn il-finijiet. Jenħtieġ li r-regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa jipprevjenu wkoll li jiġu stabbiliti skemi biex jiġi affermat li żieda fl-ekwità, u r-remissjoni korrispondenti, tkun ogħla milli fil-fatt tkun, pereżempju, permezz ta’ żieda fir-riċevibbli ta’ finanzjament b’self jew sovravalwazzjoni tal-assi. Barra minn hekk, ir-regola ġenerali kontra l-abbuż tat-taxxa fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/116415 tapplika kontra atti abbużivi li ma humiex koperti mill-qafas speċifiku kontra l-evitar tat-taxxa ta’ din id-Direttiva.
(6) Sabiex jiġi evitat użu ħażin tat-tnaqqis tar-remissjoni fuq l-ekwità, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jkollhom fil-mira tagħhom, partikolarment, skemi stabbiliti biex jiġu evitati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom żieda fl-ekwità tikkwalifika għal remissjoni skont din id-Direttiva, pereżempju, permezz tat-trasferiment intragrupp ta’ parteċipazzjonijiet f’intrapriżi assoċjati. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jimmiraw ukoll skemi stabbiliti biex tintalab remissjoni fin-nuqqas ta’ kwalunkwe żieda fl-ekwità fil-livell tal-grupp. Pereżempju, il-finanzjament b’dejn intragrupp jew il-kontribuzzjonijiet fi flus jistgħu jintużaw għal dawn il-finijiet. Jenħtieġ li r-regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa jipprevjenu wkoll li jiġu stabbiliti skemi biex jiġi affermat li żieda fl-ekwità, u r-remissjoni korrispondenti, tkun ogħla milli fil-fatt tkun, pereżempju, permezz ta’ żieda fir-riċevibbli ta’ finanzjament b’self jew sovravalwazzjoni tal-assi. Barra minn hekk, ir-regola ġenerali kontra l-abbuż tat-taxxa fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/116415 tapplika kontra atti abbużivi li ma humiex koperti mill-qafas speċifiku kontra l-evitar tat-taxxa ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-miżuri li jadottaw biex jittrasponu din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jikkonformaw mal-gwida pprovduta mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi).
_________________
_________________
15 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).
15 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida)
(6a) Il-kostijiet fiskali possibbli li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu vvalutati flimkien mal-benefiċċji li tiġi żgurata bażi ta’ finanzjament aktar robusta għall-kumpaniji tal-Unjoni, li tkun tal-akbar importanza f’każijiet ta’ stress finanzjarju.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Sabiex tiġi indirizzata effettivament il-predispożizzjoni favur id-dejn relatata mat-taxxa b’mod sostenibbli għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni, jenħtieġ li remissjoni għall-finanzjament mill-ekwità tkun akkumpanjata minn limitazzjoni fuq id-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-finanzjament b’dejn. Regola dwar il-limitazzjoni tal-imgħax jenħtieġ għalhekk li tillimita d-deduċibbiltà tal-kostijiet tas-self eċċessivi u tapplika indipendentement mir-remissjoni. Minħabba l-objettivi differenti bejn din ir-regola u r-regola eżistenti kontra l-evitar tat-taxxa dwar il-limitazzjoni tal-imgħax tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1164, jenħtieġ li jinżammu ż-żewġ regoli. Il-kontribwenti l-ewwel jenħtieġ li jikkalkolaw id-deduċibbiltà tal-kostijiet tas-self eċċessivi skont din id-Direttiva u mbagħad skont l-ATAD. Fil-każ li l-ATAD tirriżulta f’ammont aktar baxx ta’ kostijiet tas-self eċċessivi deduċibbli, il-kontribwent jenħtieġ li jnaqqas dan l-ammont aktar baxx u jirriporta jew jittrasferixxi lura kwalunkwe differenza bejn iż-żewġ ammonti f’konformità mal-Artikolu 4 tal-ATAD.
(7) Sabiex tiġi indirizzata effettivament il-predispożizzjoni favur id-dejn relatata mat-taxxa b’mod sostenibbli għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni, jenħtieġ li remissjoni għall-finanzjament mill-ekwità tkun akkumpanjata minn regola li tillimita d-deduċibbiltà tal-kostijiet tas-self eċċessivi għall-gruppi li mhumiex gruppi ta’ daqs medju u għall-intrapriżi li mhumiex SMEs. Madankollu, minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi li jirriżultaw mill-kriżi tal-COVID-19 u mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li dik ir-regola ta’ limitazzjoni tiġi introdotta biss mill-2027. Minħabba l-objettivi differenti bejn din ir-regola u r-regola eżistenti kontra l-evitar tat-taxxa dwar il-limitazzjoni tal-imgħax tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1164, jenħtieġ li jinżammu ż-żewġ regoli. Il-kontribwenti l-ewwel jenħtieġ li jikkalkolaw id-deduċibbiltà tal-kostijiet tas-self eċċessivi skont din id-Direttiva u mbagħad skont l-ATAD. Fil-każ li l-ATAD tirriżulta f’ammont aktar baxx ta’ kostijiet tas-self eċċessivi deduċibbli, il-kontribwent jenħtieġ li jnaqqas dan l-ammont aktar baxx u jirriporta jew jittrasferixxi lura kwalunkwe differenza bejn iż-żewġ ammonti f’konformità mal-Artikolu 4 tal-ATAD.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) Sabiex tiġi evalwata l-effettività ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji u tippubblika rapport ta’ evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri u ta’ data oħra disponibbli.
(9) Sabiex tiġi evalwata l-effettività ta’ din id-Direttiva, kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-SMEs u fuq id-dħul mit-taxxa fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji u tippubblika rapport ta’ evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri u ta’ data oħra disponibbli. Dak ir-rapport jenħtieġ li jagħti attenzjoni speċjali lill-SMEs, u jenħtieġ li jivvaluta b’mod partikolari jekk il-kundizzjonijiet speċjali magħmula disponibbli lill-SMEs urewx li kienu biżżejjed biex iżidu l-attraenza tal-finanzjament mill-ekwità fosthom. Fil-każ ta’ evalwazzjoni negattiva f’dak ir-rapport, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mingħajr dewmien mhux dovut, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tindirizza dik il-kwistjoni. Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiġi ppubblikat.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a) “intrapriża kbira” tfisser intrapriża kbira fis-sens tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2013/34/UE;
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
(5b) “grupp ta’ daqs medju” tfisser grupp ta’ daqs medju fis-sens tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2013/34/UE;
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
(5c) “grupp kbir” tfisser grupp skont kbir fis-sens tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
Remissjoni fuq l-ekwità għandha tkun deduċibbli, għal 10 perjodi ta’ taxxa konsekuttivi, mill-bażi taxxabbli ta’ kontribwent għal finijiet tat-taxxa korporattiva sa 30 % tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (“EBITDA”).
Remissjoni fuq l-ekwità għandha tkun deduċibbli, għal:
– 10 perjodi ta’ taxxa konsekuttivi, mill-bażi taxxabbli ta’ SME jew grupp ta’ daqs medju għal finijiet tat-taxxa korporattiva sa 30 % tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (“EBITDA”).
– 7 perjodi ta’ taxxa konsekuttivi, mill-bażi taxxabbli ta’ kwalunkwe intrapriża kbira jew grupp kbir għal finijiet tat-taxxa korporattiva sa 30 % tal-EBITDA tal-kontribwent.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwenti jkunu jistgħu jirriportaw, għal massimu ta’ 3 perjodi ta’ taxxa, il-parti tar-remissjoni fuq l-ekwità li taqbeż il-perċentwali tal-EBITDA f’perjodu ta’ taxxa stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
Jekk ir-remissjoni deduċibbli fuq l-ekwità, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, tkun ogħla mill-introjtu taxxabbli nett tal-kontribwent f’perjodu ta’ taxxa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwent ikun jista’ jirriporta, mingħajr limitazzjoni taż-żmien, l-eċċess tar-remissjoni fuq l-ekwità għall-perjodi sussegwenti.
Jekk ir-remissjoni deduċibbli fuq l-ekwità, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, tkun ogħla mill-introjtu taxxabbli nett tal-kontribwent f’perjodu ta’ taxxa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwent ikun jista’ jirriporta l-eċċess tar-remissjoni fuq l-ekwità kif ġej.
– għal massimu ta’ 3 perjodi tat-taxxa, meta l-kontribwent ikun intrapriża kbira jew grupp kbir;
– mingħajr limitu ta’ żmien, meta l-kontribwent ikun SME jew grupp ta’ daqs medju.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwenti jkunu jistgħu jirriportaw, għal massimu ta’ 5 perjodi ta’ taxxa, il-parti tar-remissjoni fuq l-ekwità li taqbeż 30 % tal-EBITDA f’perjodu ta’ taxxa partikolari.
Soġġett għall-Artikolu 5, il-bażi tar-remissjoni fuq l-ekwità għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn il-livell ta’ ekwità netta fi tmiem il-perjodu ta’ taxxa, u l-livell ta’ ekwità netta fi tmiem il-perjodu ta’ taxxa preċedenti.
Soġġett għall-Artikolu 5, il-bażi tar-remissjoni fuq l-ekwità għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn il-livell ta’ ekwità netta fi tmiem il-perjodu ta’ taxxa, u l-livell ta’ ekwità netta fi tmiem il-perjodu ta’ taxxa preċedenti, fi kliem ieħor, iż-żieda sena wara sena fil-fondi proprji.
Ir-remissjoni fuq l-ekwità għandha tkun ugwali għall-bażi tar-remissjoni immultiplikata bir-rata tal-imgħax mingħajr riskju ta’ 10 snin għall-munita rilevanti u miżjuda bi premium tar-riskju ta’ 1 % jew, fejn il-kontribwent ikun SME, premium tar-riskju ta’ 1,5 %.
Ir-remissjoni fuq l-ekwità għandha tkun ugwali għall-bażi tar-remissjoni mmultiplikata bir-rata tal-imgħax mingħajr riskju ta’ 10 snin għall-munita rilevanti, miżjuda bi premium tar-riskju ta’ 1 % għall-SMEs.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3
3. Jekk, wara li tkun inkisbet remissjoni fuq l-ekwità, il-bażi tar-remissjoni fuq l-ekwità tkun negattiva f’perjodu ta’ taxxa partikolari, ammont ugwali għar-remissjoni negattiva fuq l-ekwità għandu jsir taxxabbli għal 10 perjodi ta’ taxxa konsekuttivi, saż-żieda kumplessiva tal-ekwità netta li għaliha tkun inkisbet tali remissjoni skont din id-Direttiva, sakemm il-kontribwent ma jipprovdix biżżejjed evidenza li dan ikun dovut għat-telf kontabilistiku mġarrab matul il-perjodu ta’ taxxa jew minħabba obbligu legali li jitnaqqas il-kapital.
3. Jekk, wara li tkun inkisbet remissjoni fuq l-ekwità, il-bażi tar-remissjoni fuq l-ekwità tkun negattiva f’perjodu ta’ taxxa partikolari, ammont ugwali għar-remissjoni negattiva fuq l-ekwità għandu jsir taxxabbli għal 10 perjodi ta’ taxxa konsekuttivi għall-SMEs jew għall-gruppi ta’ daqs medju jew għal 7 perjodi ta’ taxxa konsekuttivi għal kwalunkwe kontribwent ieħor li ma jkunx SME jew grupp ta’ daqs medju, saż-żieda kumplessiva tal-ekwità netta li għaliha tkun inkisbet tali remissjoni skont din id-Direttiva, sakemm il-kontribwent ma jipprovdix biżżejjed evidenza li dan ikun dovut għat-telf kontabilistiku mġarrab matul il-perjodu ta’ taxxa jew minħabba obbligu legali li jitnaqqas il-kapital.
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li jadottaw biex jittrasponu dan l-Artikolu fil-liġi nazzjonali jkunu jikkonformaw mal-gwida pprovduta mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) dwar reġimi għat-tnaqqis tal-imgħax nozzjonali.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwent ikun jista’ jnaqqas mill-bażi taxxabbli tiegħu, għal finijiet ta’ taxxa korporattiva, kostijiet tas-self eċċessivi kif definit fl-Artikolu 1(2), tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/116435 sa ammont (a) li jikkorrispondi għal 85 % ta’ dawn il-kostijiet imġarrba matul il-perjodu ta’ taxxa. Jekk dan l-ammont ikun ogħla mill-ammont (b) iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1164, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwent ikun intitolat li jnaqqas biss l-inqas miż-żewġ ammonti fil-perjodu ta’ taxxa. Id-differenza bejn iż-żewġ ammonti (a) u (b) għandha tiġi riportata jew trasferita lura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1164.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontribwent li ma jkunx SME jew grupp ta’ daqs medju jkun jista’ jnaqqas mill-bażi taxxabbli tiegħu, għal finijiet ta’ taxxa korporattiva, kostijiet tas-self eċċessivi kif definit fl-Artikolu 1(2), tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/116435 sa ammont (a) li jikkorrispondi għal 85 % ta’ dawn il-kostijiet imġarrba matul il-perjodu ta’ taxxa. Jekk dan l-ammont ikun ogħla mill-ammont (b) iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1164, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribwent ikun intitolat li jnaqqas biss l-inqas miż-żewġ ammonti fil-perjodu ta’ taxxa. Id-differenza bejn iż-żewġ ammonti (a) u (b) għandha tiġi riportata jew trasferita lura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1164.
_______________
_______________
35 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).
35 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-kostijiet tas-self eċċessivi mġarrba minn [OP daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-kostijiet tas-self eċċessivi mġarrba mill-1 ta’ Jannar 2027.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1– punt b
(b) l-għadd ta’ SMEs li bbenefikaw mir-remissjoni fil-perjodu ta’ taxxa, inkluż bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ SMEs li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u l-għadd ta’ SMEs li bbenefikaw mir-remissjoni, li huma parti minn gruppi kbar skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
(b) l-għadd ta’ SMEs u gruppi ta’ daqs medju li bbenefikaw mir-remissjoni fil-perjodu ta’ taxxa, inkluż bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ SMEs u gruppi ta’ daqs medju li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u l-għadd ta’ SMEs li bbenefikaw mir-remissjoni, li huma parti minn gruppi kbar skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – titolu
Rapporti
Rapporti u rieżami
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex temenda din id-Direttiva.
Dak ir-rapport għandu jivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali:
(a) lill-SMEs, u jivvaluta b’mod partikolari jekk il-kundizzjonijiet speċjali disponibbli lill-SMEs kinux biżżejjed biex iżidu l-attraenza tal-finanzjament mill-ekwità fosthom;
(c) lir-rabta ma’ atti leġiżlattivi fil-qasam tat-taxxa korporattiva, jiġifieri Direttiva li tiżgura rata tat-taxxa effettiva minima għall-attivitajiet globali ta’ gruppi multinazzjonali kbar u Direttiva dwar Qafas għat-Tassazzjoni fuq l-Introjtu fl-Ewropa (BEFIT).
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu jiddifferixxu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għall-kontribwenti li fl-[1 ta’ Jannar 2024] ikunu qed jibbenefikaw minn remissjoni fuq l-ekwità skont id-dritt nazzjonali għal perjodu sa 10 snin, u fl-ebda każ għal perjodu itwal mid-durata tal-benefiċċju skont id-dritt nazzjonali.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddifferixxu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għall-kontribwenti li fl-[1 ta’ Jannar 2024] ikunu qed jibbenefikaw minn remissjoni fuq l-ekwità skont id-dritt nazzjonali għal perjodu sa ħames snin, u fl-ebda każ għal perjodu itwal mid-durata tal-benefiċċju skont id-dritt nazzjonali.
3a. Kull Stat Membru għandu, qabel jittrasponi din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali, jippubblika valutazzjoni tal-kostijiet fiskali stmati tal-miżuri li għandhom jiġu adottati u t-tnaqqis li jirriżulta fir-rata tat-taxxa effettiva għall-kumpaniji, u jieħu miżuri xierqa biex jipproteġi d-dħul mit-taxxa, jekk ikun meħtieġ.
Implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ 2021-2027
180k
59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ 2021-2027 (2023/2002(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsiru aktar “ħodor”(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Il-politika tal-UE dwar l-isport: valutazzjoni u toroq possibbli ’l quddiem”(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar l-istabbiliment taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 – mikrokredenzjali, kontijiet ta’ apprendiment individwali u apprendiment għal ambjent sostenibbli(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ inklużjoni fil-qafas ta’ Erasmus+ 2014-2020(6),
– wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “EU funding programmes 2021-2027 in culture, media, education, youth and sports: first lessons, challenges and future perspectives – Erasmus+” (Programmi ta’ finanzjament tal-UE 2021-2027 fil-kultura, il-media, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport: l-ewwel tagħlimiet, sfidi u perspettivi futuri – Erasmus+) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni fil-11 ta’ Settembru 2023(7),
– wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Early implementation of four 2021-2027 EU programmes: Erasmus+, Creative Europe, European Solidarity Corps and Citizens, Equality, Rights and Values (Strand 3)” (Implimentazzjoni bikrija ta’ erba’ programmi tal-UE 2021-2027: Erasmus+, Ewropa Kreattiva, Korpi u Ċittadini Ewropej ta’ Solidarjetà, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri (Fergħa 3)”, ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni fl-20 ta’ Lulju 2023(8),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 u l-Anness 3 tagħha dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapport fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0413/2023),
A. billi Erasmus+ (“il-programm”) huwa programm ewlieni tal-UE li jappoġġja l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa u lil hinn;
B. billi Erasmus+ huwa kruċjali fit-trawwim ta’ sens Ewropew ta’ appartenenza u ta’ fehim bejn kulturi differenti, li jippermetti t-tisħiħ ta’ identità Ewropea li teżisti flimkien mal-identitajiet nazzjonali;
C. billi l-programm 2021-2027 għandu baġit ġenerali stmat ta’ EUR 26,2 biljun u jpoġġi enfasi qawwija fuq l-inklużjoni, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika;
D. billi l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej kienet ħafna aktar ta’ suċċess u estensiva milli kien previst fil-bidu; billi l-ambizzjoni hija li sa nofs l-2024 ikun hemm 60 Alleanza tal-Universitajiet Ewropej li jinvolvu aktar minn 500 istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja;
E. billi d-domanda għall-programm teċċedi sew ir-riżorsi finanzjarji disponibbli, u taffettwa b’mod negattiv il-parteċipazzjoni u l-għadd ta’ proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati;
F. billi l-programm jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u għat-titjib tal-koeżjoni soċjali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli Ewropej u tal-Istati Membri billi jiffoka dejjem aktar fuq il-mobbiltà tat-tagħlim li hija aċċessibbli għal kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni b’anqas opportunitajiet u organizzazzjonijiet fuq skala żgħira;
G. billi l-uffiċjali tal-inklużjoni għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tad-diversità u l-inklużjoni f’Erasmus+;
H. billi l-parteċipazzjoni ta’ individwi b’anqas opportunitajiet, studenti adulti, żgħażagħ, ċittadini ta’ pajjiżi terzi u sħubijiet u organizzazzjonijiet fuq skala żgħira għadha mxekkla minn rekwiżiti amministrattivi kbar;
I. billi l-objettivi tal-programm qed jiġu segwiti permezz ta’ tliet azzjonijiet ewlenin (KAs), jiġifieri “Mobbiltà ta’ tagħlim tal-individwi” (KA1), “Kooperazzjoni fost organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet” (KA2) u “Appoġġ għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-politika” (KA3);
J. billi ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, ir-rati għolja ta’ inflazzjoni u sfidi oħra qed ipoġġu pressjoni addizzjonali fuq il-baġit tal-programm;
K. billi l-istudenti b’anqas riżorsi jiffaċċjaw ostakli akbar biex igawdu l-mobbiltà tal-istudenti ta’ Erasmus+; billi ż-żieda fil-prezzijiet tal-kiri tad-djar u l-iskarsezza tal-akkomodazzjoni tal-istudenti jagħmluha diffiċli għall-istudenti biex isibu akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli u l-problema marret għall-agħar f’dawn l-aħħar snin;
L. billi l-inċertezzi jew id-dewmien fiż-żmien tal-ikkuntrattar u tal-pagamenti lill-benefiċjarji jżidu mal-piż amministrattiv tagħhom u jikkumplikaw l-ippjanar finanzjarju, li huwa partikolarment detrimentali għall-organizzazzjonijiet żgħar u għal dawk ġodda, u b’hekk jimminaw l-ambizzjonijiet biex jinkisbu l-inklużjoni u d-diversità;
M. billi l-programm kien forza mexxejja għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u għandu jkompli jwieġeb għax-xejriet futuri fl-edukazzjoni biex ilaħħaq mal-bidla fis-soċjetà u fit-teknoloġija;
N. billi l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema żgħażagħ għandu impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-proġetti f’Erasmus+ u d-disparitajiet fl-istatus tal-ħaddiema żgħażagħ fi Stati Membri differenti jxekklu l-iżvilupp ta’ proġetti fis-settur taż-żgħażagħ tal-programm;
Is-sitwazzjoni attwali u s-suċċessi
1. Jenfasizza li l-programm jiffoka fuq varjetà dejjem akbar ta’ miżuri, fosthom it-tagħlim tul il-ħajja, l-inklużjoni aħjar ta’ nies b’anqas opportunitajiet(9), u t-tneħħija tal-ostakli għall-mobbiltà, b’mod partikolari r-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki u l-ostakli finanzjarji;
2. Jirrikonoxxi li l-istruttura eżistenti taħdem tajjeb, billi tgħaqqad b’suċċess programmi li qabel kienu separati, u b’hekk tipprovdi ekosistema tajba ta’ finanzjament;
3. Jirrikonoxxi l-importanza ta’ varjetà suffiċjenti ta’ azzjonijiet aktar milli approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd;
4. Jagħti valur lill-“komunità ta’ tagħlim” li Erasmus+ irnexxielu joħloq, magħmul minn parteċipanti, benefiċjarji, partijiet ikkonċernati, Aġenziji Nazzjonali u istituzzjonijiet tal-UE;
5. Jilqa’ l-iffirmar ta’ memorandum ta’ ftehim bejn l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u l-Aġenziji Nazzjonali; jenfasizza l-importanza li tittejjeb u tinżamm komunikazzjoni kostruttiva u kooperattiva bejn dawn iż-żewġ partijiet;
6. Jistenna li l-memorandum ta’ ftehim bejn l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u l-Aġenziji Nazzjonali jipproduċi titjib tanġibbli, li jwassal għall-iskambju ta’ prattiki tajba u l-kjarifika tar-rwoli u r-responsabbiltajiet biex tinkiseb konsistenza, koerenza u komunikazzjoni effettiva mill-Aġenziji Nazzjonali;
7. Jirrimarka li l-mobbiltà tat-tagħlim u s-sħubijiet fuq skala żgħira wrew li huma attivitajiet effettivi ħafna biex jilħqu lill-pubbliku usa’ madwar l-Ewropa, filwaqt li jipprovdu valur eċċellenti għall-flus meta jitqies l-għadd ta’ parteċipanti individwali;
8. Jirrikonoxxi li l-mobbiltà tat-tagħlim u t-taħriġ tal-persunal huma multiplikatur b’saħħtu għall-mobbiltà fost l-istudenti;
9. Huwa konxju li l-prijoritajiet orizzontali tal-programm intlaqgħu tajjeb ħafna mis-setturi u l-partijiet ikkonċernati differenti;
10. Jilqa’ l-ambizzjoni li titwettaq trasformazzjoni diġitali tal-programm, u l-opportunitajiet ta’ tagħlim diġitali;
11. Jenfasizza li dawn il-formati jistgħu jintużaw biex jikkomplimentaw b’mod siewi l-mobbiltà fiżika f’sitwazzjonijiet speċifiċi, iżda ma jipprovdux l-istess kwalità ta’ esperjenza u benefiċċji, u lanqas ma jaġixxu bħala sostitut għal interazzjoni sinifikattiva fil-prattika;
12. Japprezza l-passi li qed jittieħdu biex jiżdied l-ammont tal-ivvjaġġar ekoloġiku u r-rati ta’ finanzjament ogħla li qed jitħallsu għal modi ta’ vvjaġġar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; jinkoraġġixxi saħansitra aktar sforzi biex jintlaħaq dan l-għan, għalkemm dan ma għandux isir ostaklu għall-aċċess għall-programm f’oqsma fejn l-għażliet ekoloġiċi għadhom mhumiex aċċessibbli;
13. Jirrikonoxxi li l-azzjonijiet ewlenin il-ġodda urew il-valur miżjud tagħhom;
14. Jirrikonoxxi l-merħba kbira tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u ċ-ċentralità tagħha fl-iffaċilitar tal-isforzi biex jitneħħew l-ostakli għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja; jenfasizza li l-proġetti ta’ mobbiltà, il-ħolqien ta’ kurrikuli komuni u l-kooperazzjoni fir-riċerka bejn l-universitajiet fl-Ewropa huma strumentali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet f’oqsma strateġiċi; jisħaq fuq l-importanza tal-inizjattiva għall-istrateġija Ewropea għall-universitajiet;
15. Jilqa’ l-passi meħuda lejn tikketta Ewropea konġunta tal-lawrji u diplomi Ewropej komuni;
17. Jilqa’ ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali li għadhom kif ġew stabbiliti u jinnota li t-tnedija b’suċċess tagħhom għandha rwol ewlieni fl-immodernizzar tal-provvista tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) fl-Ewropa;
18. Jinnota li DiscoverEU, li tnediet mill-Parlament, saret attività ta’ tagħlim informali stabbilita sew, popolari u faċli biex tiġi aċċessata li tressaq liż-żgħażagħ, inklużi dawk b’anqas opportunitajiet, eqreb lejn l-UE, u tħeġġeġ l-involviment futur tagħhom fi proġetti oħra tal-UE;
19. Jenfasizza li l-azzjonijiet ċentralizzati fl-isport ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura (EACEA) kienu utli biex tiġi promossa d-dimensjoni Ewropea fl-isport; jirrikonoxxi li l-introduzzjoni tal-mobbiltà fl-2023 bħala azzjoni deċentralizzata tagħti spinta lill-iskambju ta’ persunal u ta’ kowċis fil-qasam tal-isport;
20. Ifakkar li l-assorbiment tal-baġit 2021-2022 kien ta’ kważi 100 % minkejja dewmien fil-bidu tal-programm;
21. Jinnota l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-pandemija, bi tnaqqis temporanju fil-finanzjament għall-mobbiltà tat-tagħlim u żieda fil-finanzjament għas-sħubijiet ta’ kooperazzjoni u innovazzjoni;
22. Japprezza r-reazzjoni mgħaġġla u l-flessibbiltà msaħħa tal-programm biex jiġu appoġġjati studenti, għalliema u edukaturi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni;
23. Jinnota li xi proċessi għall-applikazzjoni tjiebu, billi dawn saru aktar sempliċi u aktar effiċjenti;
24. Jenfasizza r-rati ta’ żball baxxi ħafna meta mqabbla ma’ programmi oħra ta’ finanzjament tal-UE, speċjalment meta wieħed iqis il-kumplessità tal-programm;
25. Jenfasizza li l-pajjiżi interessati kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-programm, inklużi l-Iżvizzera u r-Renju Unit, huma mistiedna jissieħbu fil-programm u b’hekk jikkontribwixxu għall-mobbiltà Ewropea tat-tagħlim; jappoġġja l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi assoċjati;
Sfidi u problemi
26. Jirrimarka li għotjiet insuffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż tal-mobbiltà tat-tagħlim u d-dewmien fil-pagamenti huma fost l-akbar deterrenti għall-parteċipanti fi proġetti ta’ mobbiltà;
27. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ħafna żgħażagħ b’anqas opportunitajiet jinżammu milli jqattgħu perjodi itwal ta’ żmien barra mill-pajjiż minħabba ostakli finanzjarji jew ostakli oħra;
28. Jirrikonoxxi li l-proċess tal-Aġenziji Nazzjonali li jfasslu pjanijiet nazzjonali għall-inklużjoni u d-diversità kien diffiċli;
29. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċessi amministrattivi kkumplikati fl-istadji kollha jfixklu b’mod konsiderevoli l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ġodda u fuq skala żgħira, b’mod partikolari fis-setturi tal-iskola, taż-żgħażagħ, tal-VET u tal-isport, kif ukoll fl-edukazzjoni għall-adulti;
30. Jesprimi dispjaċir li għadu jieħu ħafna żmien biex wieħed japplika għall-finanzjament minn Erasmus+ u li l-applikanti spiss ma jistgħux japplikaw mingħajr appoġġ estern, u dan jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar u huwa ta’ vantaġġ għall-kumpaniji ta’ konsulenza li jfasslu l-proġetti;
31. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li kważi terz tal-istudenti fil-mobbiltà tal-edukazzjoni għolja rrapportaw li ma rċevewx rikonoxximent sħiħ tal-kreditu, u jappella għal azzjoni biex ikun hemm allinjament mal-objettivi stabbiliti fil-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja; jissottolinja li dan ifixkel il-ħolqien ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ġenwina u jifforma ostaklu sinifikanti għall-istudenti li jiddependu mit-tlestija tal-lawrja tagħhom fil-ħin;
32. Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ inkoraġġiment ta’ sħubijiet bejn l-iskejjel u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li għandhom l-għarfien biex jgħinu lill-għalliema jaċċessaw mobbiltà tat-tagħlim ta’ kwalità;
33. Iqis li r-rikonoxximent tal-VET bħala triq ta’ valur ugwali għall-istudji akkademiċi suppost ilu li sar; jinsab imħasseb ukoll bl-ostakli li fadal għall-mobbiltà bla xkiel tal-VET, bħal politiki frammentati bejn il-livell nazzjonali u dak tal-UE;
34. Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ finanzjament għaċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali fid-dawl tad-domanda għalihom;
35. Huwa diżappuntat bl-użu limitat ta’ attivitajiet ta’ tagħlim u edukazzjoni għall-adulti, meta wieħed iqis l-importanza tiegħu;
36. Jilqa’ l-approċċ ta’ somma f’daqqa li qed jiġi applikat fi proġetti ta’ kooperazzjoni, peress li ħafna benefiċjarji jirrikonoxxuh bħala miżura ta’ simplifikazzjoni effettiva; jinnota, madankollu, li r-rekwiżit ta’ “rappurtar kontinwu” jista’ jkun ta’ piż, speċjalment għal organizzazzjonijiet iżgħar;
37. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2022, l-għadd ta’ benefiċjarji ta’ għotjiet operattivi ċentralizzati għaż-żgħażagħ tnaqqas drastikament, u dan kellu impatt serju fuq settur tas-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ diġà mdgħajjef mill-COVID u mmexxi mill-voluntiera;
38. Jesprimi wkoll dispjaċir għall-għadd sinifikattivament iżgħar ta’ applikazzjonijiet b’suċċess miż-żgħażagħ u mill-organizzazzjonijiet immexxija mill-voluntiera għal għotjiet ċentralizzati, b’mod partikolari fiż-Żgħażagħ Ewropej Flimkien u fl-Azzjoni Ewlenija 2, Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni fil-qasam taż-Żgħażagħ, u t-tnaqqis sussegwenti fil-baġit ta’ dawn tal-aħħar fl-2023;
39. Jinnota li s-settur tal-isport Erasmus+ għandu fondi limitati ħafna f’xi oqsma, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni ta’ avveniment, u b’hekk jillimita l-ambitu tiegħu;
40. Jesprimi dispjaċir kbir għall-iżvilupp bil-mod u mhux komplut tal-infrastruttura tal-IT u l-funzjonament ħażin tal-għodod tal-IT bħall-moduli tal-Ġestjoni tal-Benefiċjarji u tal-Proġetti u l-Appoġġ Lingwistiku Online (OLS), li jżidu l-ammont ta’ xogħol ta’ dawk kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-programm, jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta’ dawk ġodda u jimminaw l-ambizzjoni tal-programm li titwessa’ l-parteċipazzjoni; jinnota li dan jimpedixxi l-implimentazzjoni ottimali, iwassal għal riskju ta’ dokumentazzjoni u monitoraġġ tal-programm difettużi u mhux kompluti, u jipperikola l-iżvilupp ibbażat fuq l-evidenza fil-futur u jinnota wkoll li jeżistu kwistjonijiet simili mal-għodod tal-IT fi programmi oħra ffinanzjati mill-UE, inkluż il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà;
41. Jiddeplora l-fatt li kwistjonijiet tal-IT jaffettwaw ukoll b’mod sever id-disponibbiltà tad-data, li hija essenzjali għar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għaddejja, u b’hekk teħtieġ metodoloġija ta’ evalwazzjoni ħafna aktar oneruża u taggrava l-piż amministrattiv;
42. Jirrimarka l-ħtieġa li l-impatt tal-IA jittieħed bis-serjetà, peress li din diġà aġevolat atturi frawdolenti, iżda tista’ wkoll itaffi l-ammont ta’ xogħol tal-Aġenziji Nazzjonali u ttejjeb il-ġbir tad-data;
43. Jissottolinja l-inkonsistenzi eżistenti fir-rigward tal-aspettattivi tar-rappurtar, tar-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-kondiviżjoni ġenerali tal-informazzjoni fl-Aġenziji Nazzjonali differenti, li joħolqu standards ta’ implimentazzjoni differenti għall-benefiċjarji u jaffettwaw l-ekwità fil-funzjonament tal-programm;
44. Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ professjonisti u voluntiera biex jimplimentaw il-programm u jeżiġi kjarifika dwar jekk dan għandux impatt fuq l-assorbiment tal-fondi;
It-titjib tal-programm attwali u t-tfassil tal-programm Erasmus+ futur
45. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Aġenziji Nazzjonali jżommu Erasmus+ qrib in-nies u jiżguraw li jibqa’ “programm taċ-ċittadini” minn isfel għal fuq u joffri edukazzjoni ta’ kwalità u opportunitajiet ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ u għall-istudenti ta’ kull età;
46. Jenfasizza li l-għan ġenerali ta’ Erasmus+ huwa wiesa’ u jmur lil hinn mill-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;
47. Jitlob li l-programm jiġi ssimplifikat fil-livelli kollha, inkluż billi jiġi vvalutat jekk (sotto)azzjonijiet eżistenti jistgħux jingħaqdu, u li dan il-programm ewlieni tal-UE ma jiġix mgħobbi żżejjed b’kompiti u inizjattivi ġodda li jnaqqsu l-objettiv ewlieni tiegħu;
48. Jistieden lill-Kummissjoni tneħħi l-ostakli kollha, inklużi l-ostakli finanzjarji, lingwistiċi u amministrattivi, bħal dawk maħluqa mill-għodod il-ġodda tal-ICT, sabiex jinkiseb programm verament inklużiv li jkopri d-diversità, filwaqt li ma jitnaqqasx l-għadd ta’ għotjiet disponibbli għall-benefiċjarji;
49. Jinsisti li l-għodod diġitali għandhom jiġu ottimizzati sa mhux aktar tard mill-2025 biex jinħoloq ambjent faċli għall-utent, aċċessibbli, affidabbli, veloċi u effiċjenti li jirrispetta l-protezzjoni tad-data;
50. Jenfasizza li l-kwistjonijiet bl-infrastruttura tal-IT simili għal dawk esperjenzati fil-perjodu tal-programm attwali mhumiex aċċettabbli; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilizza l-għodod tal-IT eżistenti u ma tbiddilx dawn ma’ kull perjodu ta’ programmazzjoni ġdid, u jistenna li l-infrastruttura tal-IT tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ Erasmus+ tkun kompletament operattiva mill-ewwel jum, b’mod partikolari fir-rigward tal-Modulu tal-Benefiċjarju;
51. Jitlob li jsiru provi bir-reqqa u konsultazzjonijiet mal-Aġenziji Nazzjonali ta’ ġestjoni u mal-utenti finali qabel ma jiġu introdotti karatteristiċi addizzjonali jew għodod ġodda tal-IT, u li tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva tal-UE dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web;
52. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoreġi t-trasparenza u l-użabbiltà limitati tat-taqsima tar-riżultati “Proġetti ffinanzjati taħt dan is-suġġett” fil-portal għall-opportunitajiet ta’ finanzjament u offerti, sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jniżżlu d-data ħalli janalizzaw il-karatteristiċi ta’ proġetti ta’ suċċess u rrifjutati f’termini ta’ organizzazzjoni, ammonti tal-baġit, pajjiż ewlieni tal-proġett jew tip ta’ proġett;
53. Jitlob lill-Gvern Ungeriż biex jikkonforma immedjatament mal-istat tad-dritt u l-vauri tal-UE u jwettaq ir-riformi neċessarji ħalli li l-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi Ungeriżi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-programm Erasmus+ u jikkontribwixxu għall-għanijiet usa’ tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u r-riċerka;
54. Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra li titlob ħlas għall-għodod diġitali u għall-attivitajiet online biex tappoġġja t-tagħlim separatament, b’mod partikolari meta jintużaw biex titħejja attività, sabiex jiġu evitati pagamenti bil-quddiem għoljin iżżejjed;
55. Jinsisti li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u tar-rekwiżiti tal-applikazzjoni u t-titjib tal-linji gwida, b’mod partikolari għall-individwi, iridu jibqgħu prijorità għolja, peress li huma ostakli għall-programm; jirrimarka li n-nuqqasijiet spiss jaffettwaw l-aktar lill-parteċipanti żgħażagħ u li jieħdu sehem għall-ewwel darba;
56. Jitlob proċessi proporzjonati ta’ reġistrazzjoni, applikazzjoni u rappurtar f’termini tat-tul tad-dokumenti u tnaqqis fir-rekwiżiti amministrattivi u burokratiċi, b’mod partikolari għal għotjiet iżgħar;
57. Jirrimarka li l-formoli tal-proposta jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn regoli u gwida ċari b’lingwaġġ li jinftiehem; jistieden lill-Aġenziji Nazzjonali biex ikomplu jtejbu l-feedback li jingħata lill-applikanti;
58. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi taħriġ kontinwu lill-uffiċjali tal-proġetti u lill-persunal tal-Aġenziji Nazzjonali tal-EACEA u komunikazzjoni ċara dwar l-interpretazzjoni tal-inizjattivi ta’ Erasmus+;
59. Ifakkar li l-komunikazzjoni bikrija, trasparenti u affidabbli tal-iskadenzi u tal-passi hija l-bażi għal aċċess ġust u ugwali għall-programm;
60. Jistieden lill-Aġenziji Nazzjonali jorganizzaw sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar fil-bidu tal-proġetti; jissuġġerixxi reviżjoni komprensiva tar-rappurtar u tal-kontabbiltà sabiex l-istess informazzjoni ma tintalabx ripetutament;
61. Jistieden lill-Aġenziji Nazzjonali jagħtu s-setgħa lill-uffiċjali tal-inklużjoni tagħhom biex jimplimentaw il-pjanijiet għall-inklużjoni u d-diversità;
62. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-ħidma tagħha mal-partijiet ikkonċernati dwar “miri ta’ inklużjoni” Ewropej għall-programm u tagħmel disponibbli data dwar proġetti li jinkludu parteċipanti b’anqas opportunitajiet;
63. Jappella għal bilanċ aħjar bejn objettivi kwantitattivi (l-għadd ta’ benefiċjarji u proġetti appoġġjati) u kwalitattivi fil-programm, u jenfasizza li t-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni għandu jkompli jkun punt fokali ta’ Erasmus+;
64. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-isforzi dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-programm, b’mod partikolari dwar il-ksib ta’ “Erasmus Mingħajr Karti” għas-setturi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-“Kard Ewropea tal-Istudenti” wara l-ippjanar inizjali, u tgħin lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jadottaw nomini u traskrizzjonijiet tar-rekords tal-mobbiltà tat-tagħlim diġitali sal-2025;
66. Jitlob rieżami u aġġustamenti aktar frekwenti u regolari għall-indiċi tar-rata tal-inflazzjoni tal-għotjiet u tal-kostijiet unitarji sabiex jiġu allinjati mal-għoli tal-ħajja, mal-inflazzjoni u mal-ħtiġijiet tal-benefiċjarji;
67. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jgħinu fl-indirizzar tal-problemi ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti tal-mobbiltà ta’ Erasmus+;
68. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-prontezza tal-alleanzi għall-awtonomija flimkien magħhom qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ finanzjament tagħhom, sabiex tiddetermina jekk għandhomx bżonn xi forma ta’ appoġġ immirat biex tinkiseb l-awtonomija fi żmien raġonevoli, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni u l-approfondiment tal-alleanzi permezz ta’ finanzjament futur relatat mal-proġetti;
69. Jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-koleġiżlaturi, kemm jista’ jkun malajr, il-kontinwazzjoni sostenibbli tal-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej bħala inizjattiva ewlenija; jisħaq li tali viżjoni orjentata lejn il-futur trid tagħmel lil dawn l-alleanzi l-ixprunatur tal-edukazzjoni għolja Ewropea; ifakkar li l-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej għandhom iservu bħala mudelli u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom joħolqu kundizzjonijiet qafas li huma kompletament interkonnessi maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni kif ukoll status legali għall-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej;
70. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod tal-programm biex tħeġġeġ akkomodazzjoni li tiftaħ setturi fejn in-nisa mhumiex irrappreżentati biżżejjed bħall-IT, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika, l-intraprenditorija u l-VET, u sussegwentement taġevola l-integrazzjoni tan-nisa f’dawn is-segmenti tas-suq tax-xogħol; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni trawwem bilanċ bejn il-ġeneri fil-programm;
71. Jisħaq li bit-titjib tal-kokreazzjoni, Erasmus+ jista’ jappoġġja l-edukazzjoni biex tirrispondi għal ħtiġijiet soċjetali ġodda b’metodoloġiji li jrawmu l-iżvilupp ta’ sett adattat ta’ għarfien, ħiliet, attitudnijiet u valuri, u jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-kontribut tal-programm għat-tranżizzjoni lejn l-edukazzjoni diġitali;
72. Jappella għall-użu usa’ tagħlim virtwali u mħallat u l-bini ta’ infrastruttura għal opportunitajiet ta’ tagħlim diġitalizzat u remoti, u regoli għalihom, filwaqt li jiġu estiżi għal setturi edukattivi oħra sabiex jiġu aġevolati tranżizzjonijiet b’anqas xkiel u aktar flessibbli u tiġi aġevolata l-inklużjoni;
73. Jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn il-programmi Erasmus+ u programmi oħra tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) biex jiġi ffinanzjat titjib fl-aċċess għal għodod edukattivi għal oqsma u komunitajiet fejn il-konnettività jew l-aċċess għat-teknoloġiji huma baxxi, b’mod simili għal dak li qed jiġi ttestjat f’azzjoni preparatorja;
74. Jitlob li l-eTwinning u l-gateway għall-Iskejjel Ewropej jiġu integrati bis-sħiħ u bla xkiel f’Erasmus+ u li jiġu promossi aħjar fost l-għalliema u l-persunal tal-iskejjel;
75. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-dimensjoni Ewropea fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema u jħeġġu l-mobbiltà bejniethom; jitlob li jsiru dispożizzjonijiet biex jiġu sostitwiti l-għalliema jew biex dawn jiġu kkumpensati għaż-żmien li jqattgħu fuq proġetti ta’ Erasmus+;
76. Jissuġġerixxi li l-azzjoni “Jean Monnet għall-Iskejjel” ssir deċentralizzata sabiex tiġi ġestita mill-Aġenziji Nazzjonali ħalli jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-iskejjel;
77. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi allokat aktar finanzjament għal opportunitajiet immirati lejn l-iskejjel primarji u l-istudenti, minħabba l-livell għoli ħafna ta’ domanda fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-programm;
78. Jistieden lill-Kummissjoni ssolvi l-kwistjonijiet ikkawżati mil-limitazzjoni kwantitattiva impliċita fl-akkreditazzjoni istituzzjonali, minħabba l-ambizzjoni tal-programm li jkun inklużiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskejjel, minħabba l-għadd kbir tagħhom madwar l-UE;
79. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif jistgħu jiġu stabbiliti u promossi sinerġiji bejn Erasmus+, programmi oħra tal-QFP u l-Istrateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u s-sostenn tal-ħajja Lhudija (2021-2030) sabiex l-iskejjel sekondarji jkollhom aċċess aħjar għan-network ta’ siti ta’ Tifkira tal-Olokawstu u l-istudenti tagħhom jingħataw l-opportunità li jżuru mill-anqas wieħed minn dawn is-siti fl-Ewropa matul il-karrieri tagħhom fl-iskejjel;
80. Jitlob li l-Kummissjoni toħroġ sejħa għal proġetti li jippermettu lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji jżuru sit konness mal-attrofiji mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa;
81. Jitlob lill-Kummissjoni toħroġ sejħiet għal proposti f’Erasmus+ biex tappoġġja lill-iskejjel fil-ġlieda kontra kull forma ta’ bullying u diskriminazzjoni, u biex ittejjeb il-konsulenza psikoloġika fl-iskejjel;
82. Jistieden lill-Kummissjoni trawwem ir-rwol ta’ Erasmus+ fiż-żieda ta’ sens ta’ appartenenza, impenn ċiviku u fehim aħjar tal-Unjoni u tal-appoġġ għall-valuri Ewropej, u tibdel il-programm fi promotur veru tad-demokrazija Ewropea;
83. Jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi l-komponent tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE b’attivitajiet kurrikulari u ekstrakurrikulari, konnessi mal-mobbiltà tat-tagħlim, li huma ċċertifikati mill-mikrokredenzjali, tiżviluppa ċittadinanza attiva u tħaddan in-nondiskriminazzjoni;
84. Jilqa’ l-komponent ta’ tagħlim tal-azzjoni u jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-eżiti tiegħu bil-għan li ssaħħaħ id-dimensjoni edukattiva billi tistabbilixxi sinerġiji aktar b’saħħithom bejn il-mobbiltà tat-tagħlim u DiscoverEU;
85. Jappella għall-iżvilupp ta’ DiscoverEU sabiex tiġi promossa azzjoni aktar inklużiva;
86. Jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati l-kwoti tal-biljetti għal vjaġġi fi grupp, peress li l-fatt li l-pari kollha fi grupp jeħtiġilhom ikollhom eżattament 18-il sena biex jikkwalifikaw bħala grupp ta’ DiscoverEU jista’ jkun kontroproduttiv;
87. Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-għażliet għal approċċ aktar integrat lejn l-attivitajiet taż-żgħażagħ fil-programmi kollha tal-UE, billi titgħallem mill-esperjenza tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 u f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati taż-żgħażagħ dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ għotjiet u strumenti fil-qasam taż-żgħażagħ;
88. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-allinjament tal-programm mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, il-11-il għan għaż-żgħażagħ u l-eżiti tad-Djalogu Ewropew maż-Żgħażagħ; jappella għal definizzjoni aħjar tal-objettivi u tar-rwoli għal proġetti fl-Azzjoni Ewlenija 2 fil-qasam taż-żgħażagħ b’mod li jsaħħaħ ix-xogħol taż-żgħażagħ, l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema żgħażagħ u l-edukazzjoni mhux formali;
89. Jistieden lill-EACEA u lill-Aġenziji Nazzjonali joħolqu strateġija ta’ komunikazzjoni li tilħaq lil organizzazzjonijiet ġodda taż-żgħażagħ, b’mod partikolari lil dawk immexxija minn żgħażagħ b’anqas opportunitajiet jew li jaħdmu magħhom, u li dawn jiġu pprovduti b’appoġġ addizzjonali bil-miktub ta’ proposti ta’ proġetti u bini tal-kapaċitajiet bl-użu ta’ Appoġġ, Tagħlim Avvanzat u Opportunitajiet ta’ Taħriġ għaż-Żgħażagħ (SALTO);
90. Ifakkar fil-ħtieġa ta’ biżżejjed fondi għal sħubijiet żgħar fis-setturi kollha tal-programm biex jiġi aġevolat id-dħul minn organizzazzjonijiet żgħar u persuni mingħajr esperjenza, u biex jiġu offruti prospetti reali għall-iżvilupp;
91. Jinsisti li l-programm huwa kruċjali biex tiġi stabbilita ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u jitlob sinerġiji akbar mal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kompetenzi miksuba matul perjodi ta’ mobbiltà Ewropea jew impenn ċiviku;
92. Jissuġġerixxi li l-programm joffri appoġġ akbar għal miżuri bħal kontijiet ta’ tagħlim individwali u mikrokredenzjali li jtejbu l-permeabbiltà tas-sistemi edukattivi;
93. Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-mobbiltà fost l-istudenti tal-VET, fost raġunijiet oħra sabiex jintlaħqu ż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw sinerġiji bejn Erasmus+ u programmi oħra ta’ finanzjament biex jaġevolaw il-mobbiltà tat-tagħlim fost l-istudenti tal-VET u l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u jtejbu l-kooperazzjoni territorjali u reġjonali;
94. Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ għodda online dedikata mfassla għall-ħtiġijiet tal-għalliema, tal-istrutturi u tal-istudenti fil-VET inizjali u kontinwu, peress li l-għodod attwali wrew li mhumiex biżżejjed;
95. Jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-koleġiżlaturi, kemm jista’ jkun malajr, il-viżjoni tagħha dwar il-kontinwazzjoni sostenibbli taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali bħala inizjattiva ewlenija;
96. Jappella għal approċċ edukattiv olistiku fiċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu dawn iċ-ċentri l-forza mexxejja wara l-iżvilupp ta’ kwalifiki, kurrikuli u diplomi Ewropej konġunti tal-VET;
97. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-istatus tal-istudenti tal-VET li jkunu fuq esperjenza ta’ mobbiltà; jinsisti li l-organizzazzjonijiet li jospitaw l-apprendistati huma meħtieġa jiffirmaw karta ta’ kwalità f’konformità mal-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja u jappella għal monitoraġġ aħjar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u għal remunerazzjoni adegwata għall-individwi li jipparteċipaw fl-apprendistati ta’ Erasmus+;
98. Jissuġġerixxi li l-programm ikompli jappoġġja proġetti li jippromwovu varjetà wiesgħa ta’ ħiliet, inklużi s-snajja’ artiġjanali, sabiex jiġu ppreżervati;
99. Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tikkunsidra l-istrateġija tagħha ta’ tagħlim għall-adulti f’kollaborazzjoni mal-Aġenziji Nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, minħabba l-mira li 60 % tal-adulti jipparteċipaw fit-tagħlim u l-edukazzjoni tal-adulti sal-2030;
100. Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-viżibbiltà tal-appoġġ disponibbli għall-attivitajiet ta’ tagħlim u edukazzjoni għall-adulti; jissuġġerixxi li l-fondi mhux minfuqa ma jiġux allokati minnufih għal azzjonijiet oħra iżda jintużaw għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għall-adulti u biex jaġevolaw l-użu tal-mobbiltà fost l-istudenti adulti b’anqas opportunitajiet permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, applikazzjonijiet faċli biex jimtlew u sinerġiji akbar mal-Fond Soċjali Ewropew Plus fl-Istati Membri kollha;
101. Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-komunikazzjoni dwar il-finanzjament fil-qasam tal-isport f’Erasmus+ u l-promozzjoni tiegħu; jappella għal rappreżentanza aħjar tal-assoċjazzjonijiet sportivi fil-proġetti mogħtija, peress li l-kumpaniji ta’ konsulenza mhux sportivi bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-konsulenzi spiss ikunu rrappreżentati żżejjed bħala benefiċjarji;
102. Jisħaq li l-kapaċità tal-programm li jipprovdi appoġġ f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi hija neċessarjament limitata ħafna u l-Kummissjoni għandha taġevola wkoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw sfidi komuni b’mod komprensiv, filwaqt li tissalvagwardja l-programm milli jitgħabba żżejjed;
103. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenziji Nazzjonali jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-parteċipanti prospettivi, li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jirrisjedu legalment fl-UE, ma jiffaċċjawx diffikultajiet matul il-proċess tal-applikazzjoni, u b’hekk il-programm isir verament inklużiv;
104. Jirrimarka li l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi mhux assoċjati tista’ tkun diffiċli ħafna, u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja, ittejjeb u ssaħħaħ b’mod sistematiku d-dimensjoni internazzjonali tal-programm;
105. Jitlob li tingħata attenzjoni aktar mill-qrib lill-kwistjonijiet li jikkonċernaw id-dimensjoni internazzjonali tal-programm bħar-regoli tal-protezzjoni tad-data għal pajjiżi terzi, l-impatt ta’ kwistjonijiet ġeopolitiċi u kwistjonijiet relatati mal-viża;
106. Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-flessibbiltà meħtieġa tal-programm fit-tfassil tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ Erasmus+, filwaqt li tiżgura uniformità u skrutinju xieraq tal-programm, inkluż mill-Parlament;
107. Jinsisti li l-Aġenziji Nazzjonali, il-benefiċjarji u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi ż-żgħażagħ, u l-Parlament huma involuti b’mod attiv fi proċess kontinwu u bbażat fuq id-djalogu biex jottimizzaw il-ġenerazzjoni attwali u li jmiss ta’ Erasmus+; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tesplora kif l-għodod tal-IA jistgħu jintużaw biex jgħinu fl-evalwazzjoni tal-programm u jipprovdu għarfien aktar ċar dwar il-ħtiġijiet u l-iżviluppi possibbli mingħajr ma jissostitwixxu t-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-bniedem;
108. Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid il-ħtieġa ta’ aktar viżibbiltà tar-rabta diretta bejn l-UE u Erasmus+ bħala l-programm ewlieni tagħha sabiex tiżdied l-għarfien dwar dik ir-rabta fost il-benefiċjarji attwali u futuri;
109. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-sinerġiji bejn Erasmus+ u programmi oħra bħall-Orizzont Ewropa jew il-Fond Soċjali Ewropew Plus jiġu sfruttati bis-sħiħ, u li l-programm ikun konness aħjar ma’ politiki oħra tal-UE bħall-pjan ta’ azzjoni kontra r-razziżmu 2020-2025; u l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għall-2021-2030;
110. Jeżiġi aġġornamenti f’waqthom mill-grupp il-ġdid tal-interprogrammi bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura u d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tiegħu dwar ir-riżultati tiegħu f’termini ta’ sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u Erasmus+;
111. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħaffu s-sinerġiji bejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa fit-tfassil ta’ politika dwar l-edukazzjoni diġitali;
112. Jitlob lill-Kummissjoni, lill-EACEA u lill-Aġenziji Nazzjonali janalizzaw u jimplimentaw b’mod sistematiku miżuri konkreti li jeqirdu l-ostakli eżistenti fl-istruttura tal-programm sabiex iżidu s-sinerġiji bejn oqsma u atturi edukattivi differenti sabiex itejbu l-permeabbiltà u jerġgħu jibbilanċjaw il-programm, filwaqt li jinżammu d-differenzi li huma meħtieġa għal skrutinju politiku effettiv;
113. Jitlob li l-azzjonijiet ċentralizzati u deċentralizzati jkunu konnessi aħjar u li jissaħħaħ l-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament flessibbli bħal mikro-għotjiet; jissuġġerixxi li minħabba l-esperjenzi pożittivi miksuba bil-mikro-għotjiet matul il-pandemija, dawn għandhom jinżammu b’mod immirat;
114. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq pilotaġġ u ttestjar xierqa meta tintroduċi miżuri amministrattivi ġodda bħal żidiet u somom f’daqqa biex tevita l-ħolqien ta’ ostakli amministrattivi addizzjonali għall-benefiċjarji;
115. Jappella għal għotjiet operattivi biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ setturi strateġiċi li spiss jibbażaw fuq voluntiera u għal kooperazzjoni strutturata u regolari bejn il-partijiet ikkonċernati u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi benefiċjarji;
116. Jappella għal titjib fil-kwalità tal-evalwazzjonijiet tal-għotjiet operattivi;
117. Jinkoraġġixxi inċentivi aktar b’saħħithom u gwida aħjar sabiex it-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza jibda jkollha impatt pożittiv tanġibbli fuq Erasmus+;
118. Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b’mod konsistenti kwalunkwe indikazzjoni li benefiċjarju akkreditat ma jikkonformax mal-valuri Ewropej, bl-għan li tiġi żgurata l-fiduċja fil-mekkaniżmu ta’ akkreditazzjoni stabbilit u tieħu azzjoni xierqa b’riżultat ta’ dan, li jridu jwasslu għal tkeċċija jekk l-allegazzjonijiet jiġu ssostanzjati u ma jistgħux jiġu rrimedjat b’mod immedjatat u permanenti; jindika l-ħtieġa ta’ monitoraġġ aktar strett fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;
119. Jistieden lill-Kummissjoni tqis aħjar il-frodi, bħall-kumpaniji tal-isem jew żidiet ta’ inklużjoni li effettivament ma jaslux għand gruppi b’anqas opportunitajiet, u tagħmel aktar trasparenti l-azzjonijiet meħuda biex jiġu miġġielda abbużi bħal dawn;
120. Jappella għal żidiet baġitarji aktar gradwali u prevedibbli fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, u jinsisti li, mill-bidu nett fl-2028, il-livelli ta’ finanzjament ma għandhomx ikunu anqas minn dawk tal-aħħar sena tal-programm attwali (2027) sabiex jiżguraw il-kontinwità bla xkiel u l-istabbiltà tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-programm;
121. Jiddikjara d-determinazzjoni tiegħu li jiżgura żieda sostanzjali fil-baġit ta’ Erasmus+ fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034 u jimpenja ruħu li jittrippla l-pakkett attwali, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti tal-programm;
o o o
122. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+.
Studju – “EU funding programmes 2021-2027 in culture, media, education, youth and sports: first lessons, challenges and future perspectives: Erasmus+” (Programmi ta’ finanzjament tal-UE 2021-2027 fil-kultura, il-media, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport: l-ewwel tagħlimiet, sfidi u perspettivi futuri – Erasmus+), il-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku B – Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, 11 ta’ Settembru 2023.
Studju – “Early implementation of four 2021-2027 EU programmes: Erasmus+, Creative Europe, European Solidarity Corps and Citizens, Equality, Rights and Values (Strand 3)” (Implimentazzjoni bikrija ta’ erba’ programmi tal-UE 2021-2027: Erasmus+, Ewropa Kreattiva, Korpi u Ċittadini Ewropej ta’ Solidarjetà, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri (Fergħa 3), il-Parlament Ewropew, Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, 20 ta’ Lulju 2023.
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, l-Artikoli 167, 173(3) u 294(7) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 sa 2027)(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)(2),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-ewwel qari tat-28 ta’ Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013(3),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013”(4),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tas-6 ta’ Frar 2019 dwar “Ewropa Kreattiva u Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura”(5),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2018 bit-titolu “Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Ewropa Kreattiva (2014-2020)” (COM(2018)0248),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023)3227 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021)3563 dwar il-finanzjament tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-2021-2025 u l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-2021, l-2022 u l-2023,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022)6138 tal-31 ta’ Awwissu 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021)3563 dwar il-finanzjament tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-2021-2023 u l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-2021 u l-2022,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021)3563 tas-26 ta’ Mejju 2021 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-2021,
– wara li kkunsidra l-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2022 għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva,
– wara li kkunsidra l-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2021 għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Inizjattiva tal-UE dwar il-Web 4.0 u d-dinjiet virtwali: vantaġġ inizjali fit-tranżizzjoni teknoloġika li jmiss” (COM(2023)0442),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġja l-Irkupru u t-Trasformazzjoni” (COM(2020)0784),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 bit-titolu “Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura” (COM(2018)0267),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2022 dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Kultura 2023-2026(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-futur tas-settur Ewropew tal-kotba(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura u l-Istrateġija tal-UE għar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-Media tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni b’Appoġġ għall-Irkupru u t-Trasformazzjoni(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsiru aktar “ħodor”(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa(12),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0425/2023),
A. billi d-data miġbura tikkonferma l-interess konsiderevoli tas-setturi kulturali u kreattivi fil-programm; billi rati ogħla ta’ kofinanzjament għal azzjonijiet differenti taħt il-fergħat Kultura u Media wrew li huma ta’ benefiċċju fl-appoġġ tal-ekosistemi kulturali u kreattivi u pprovdew opportunitajiet aħjar għal proġetti fuq skala żgħira wkoll, speċjalment wara l-pandemija;
B. billi l-Programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 jinkludi żieda ġenerali fil-baġit ta’ madwar 68 % meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu; billi din iż-żieda qed tiddeprezza b’mod sinifikanti minħabba ż-żieda kostanti fir-rata tal-inflazzjoni(13) assoċjata mal-ispejjeż tal-enerġija; billi l-baġit ġenerali ġie fornut minn qabel b’terz tal-allokazzjoni finanzjarja impenjata fis-snin 2021 u 2022 biex jindirizza, fost l-oħrajn, il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19;
C. billi Ewropa Kreattiva huwa l-uniku programm li jipprovdi biss appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u artistiċi, speċjalment billi jappoġġja lill-ħallieqa u lill-artisti, bħall-atturi u l-artisti tal-ispettaklu, flimkien ma’ proġetti ta’ daqs żgħir;
D. billi l-programm jirrikonoxxi l-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura, li għandu jibqa’ fil-qalba tal-programm, filwaqt li jsib bilanċ ugwali mal-kontribut usa’ tiegħu għall-innovazzjoni u t-tkabbir; billi Ewropa Kreattiva, bħala programm iffinanzjat mill-UE, għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jippromwovi prattiki u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-setturi kulturali u kreattivi;
E. billi waħda min-novitajiet ewlenin tal-programm hija li jintegra l-prijoritajiet trasversali tal-inklużjoni, id-diversità, b’mod partikolari l-bilanċ bejn il-ġeneri u l-ekoloġizzazzjoni; billi l-programmi ta’ ħidma annwali tal-2021 u l-2022 jagħtu attenzjoni partikolari lit-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiżgura l-aktar parteċipazzjoni kulturali wiesgħa bl-għan li jiġu inklużi, fost l-oħrajn, persuni b’diżabbiltà u dawk minn sfondi żvantaġġati;
F. billi l-programm għandu l-għan li jappoġġja t-tranżizzjoni diġitali tas-setturi kulturali u kreattivi peress li t-teknoloġija ttrasformat kif dawn is-setturi joħolqu, jipproduċu u jxerrdu l-kontenut; billi filwaqt li d-diġitalizzazzjoni tista’ tipprovdi opportunitajiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni kulturali, tista’ twassal ukoll għal sfidi differenti minn dawk tal-era analoga;
G. billi l-proċeduri ta’ ġestjoni amministrattiva tal-programm Ewropa Kreattiva (applikazzjoni, evalwazzjoni u rappurtar) għadhom meqjusa minn għadd sinifikanti ta’ benefiċjarji u benefiċjarji potenzjali bħala li jieħdu ħafna ħin u huma ta’ piż, minkejja xi progress f’termini ta’ simplifikazzjoni;
H. billi l-proċeduri amministrattivi onerużi ta’ ġestjoni spiss jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta’ applikanti b’inqas esperjenza, inklużi ħallieqa żgħażagħ, flimkien ma’ organizzazzjonijiet żgħar, speċjalment dawk minn żoni żvantaġġati; billi l-proċedura ta’ applikazzjoni jeħtieġ li tiġi ssimplifikata u mtejba, primarjament minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ passi proċedurali u l-interfaċċa mhux faċli għall-utent tagħha, li tista’ ma tkunx kompatibbli ma’ applikazzjonijiet użati b’mod wiesa’;
I. billi l-pjattaforma għall-programm tinkludi proċedura ta’ rappurtar kumplessa li diffiċli tinnaviga u li oriġinarjament ma kinitx imfassla għat-tip ta’ proġetti ffinanzjati mill-programm;
J. billi l-fergħa Kultura tippromovi n-networking ta’ komunitajiet kreattivi u trawwem kollaborazzjoni transfruntiera, b’enfasi partikolari fuq proġetti ta’ kooperazzjoni; billi, fl-ewwel sentejn ta’ implimentazzjoni, l-iskema tal-proġetti ta’ kooperazzjoni ħarġet bħala l-aktar popolari taħt il-fergħa Kultura, billi pprovdiet appoġġ għal 291 proġett; billi l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tespandi l-attività ta’ sensibilizzazzjoni tal-fergħa Kultura sabiex iżżid il-parteċipazzjoni fil-komunitajiet kulturali u kreattivi kollha, inklużi dawk miż-żoni periferiċi u rurali;
K. billi l-fergħa Media għandha rwol sinifikanti fit-trawwim tat-tkabbir u r-reżiljenza fi ħdan is-settur awdjoviżiv; billi attirat 2 124 applikant fil-perjodu ta’ sentejn bejn l-2021 u l-2022, b’rata medja ta’ suċċess ta’ 66 %;
L. billi l-azzjoni preparatorja “Kitba Ewropea”, appoġġjata mill-2021, ġiet żviluppata bl-għan li tappoġġja lill-ħallieqa, b’mod partikolari l-awturi, fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ serje ta’ finzjoni ta’ kwalità għolja li kapaċi jivvjaġġaw bejn il-fruntieri u jilħqu udjenzi ġodda;
M. billi l-fergħa Transettorjali fiha numru akbar ta’ novitajiet li jirriflettu objettivi ġodda; billi l-azzjonijiet trasversali li jappoġġjaw is-settur tal-media tal-aħbarijiet jikkostitwixxu enfasi ġdida fjamanta tal-programm Ewropa Kreattiva;
N. billi t-titjib tal-mobbiltà fis-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa huwa objettiv speċifiku tal-programm segwit permezz ta’ skema ġdida ddedikata taħt il-fergħa Kultura;
O. billi l-Culture Moves Europe hija l-akbar skema ta’ mobbiltà tal-UE għas-setturi kulturali u kreattivi u kienet attirat madwar 4 660 applikazzjoni sa nofs l-2023; billi madwar 85 % tal-applikazzjonijiet huma minn setturi bħall-arti viżiva, l-arti tal-ispettaklu u l-mużika;
P. billi l-programm jirrikonoxxi l-importanza tas-settur tal-mużika bħala komponent essenzjali tad-diversità kulturali tal-Ewropa, li tista’ tibbenefika mill-approċċ orizzontali taħt il-fergħa Kultura; billi matul il-perjodu 2021-2022 l-Inizjattiva Music Moves Europe allokat EUR 5 miljun għat-tisħiħ tal-kompetittività, l-innovazzjoni u d-diversità tas-settur tal-mużika tal-Ewropa;
Q. billi l-Azzjoni ta’ Traduzzjoni Letterarja għandha rwol uniku fil-promozzjoni tal-awturi bejn il-fruntieri, billi tilħaq udjenzi ġodda u tikkontribwixxi għal Ewropa aktar kulturalment u lingwistikament diversa;
R. billi s-sors ta’ appoġġ pubbliku għall-ekosistema awdjoviżiva fl-Ewropa joriġina prinċipalment mil-livell nazzjonali bil-fergħa Media tikkomplementa s-sistemi nazzjonali billi tappoġġja proġetti b’impatt fit-tul;
S. billi d-desks tal-Ewropa Kreattiva għandhom rwol ewlieni bħala intermedjarji bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA), l-applikanti u l-benefiċjarji; billi aktar minn 60 % tal-applikanti kollha fl-2021-2022 ikkuntattjaw id-desk lokali tagħhom qabel issottomettu applikazzjoni;
T. billi, fid-dawl tar-rwol kruċjali tad-desks tal-Ewropa Kreattiva fil-promozzjoni u l-informazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi dwar l-aspetti kollha tal-programm, il-kooperazzjoni u l-iskambji bejn il-Kummissjoni – inkluża l-EACEA – u d-desks tal-Ewropa Kreattiva jridu jissaħħu u jinkludu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti dwar sejħiet għal proposti li ġejjin;
U. billi l-programm Ewropa Kreattiva għandu rwol strateġiku fit-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tar-relazzjonijiet kulturali tal-Unjoni Ewropea billi jrawwem sħubijiet bejn atturi differenti mis-setturi kulturali u kreattivi, bl-użu ta’ approċċ bejn il-persuni, flimkien mal-promozzjoni tad-diversità kulturali fl-Ewropa u lil hinn minnha;
V. billi l-programm jirrikonoxxi l-importanza tas-salvagwardja u l-promozzjoni tas-setturi artiġjanali u tat-talenti artistiċi, speċjalment fil-qasam tal-wirt kulturali, minbarra li jirrikonoxxi r-rwol vitali tagħhom fl-appoġġ kemm tal-ekonomiji urbani kif ukoll rurali madwar l-Ewropa kif ukoll ir-rwol tagħhom fit-tisħiħ tad-diversità kulturali;
W. billi s-Siġill ta’ Eċċellenza huwa novità tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027, li ġie introdott bl-għan li jissaħħu s-sinerġiji u tiġi ssimplifikata t-tfittxija għal finanzjament alternattiv f’każ ta’ restrizzjonijiet baġitarji;
X. billi l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, bħala azzjoni speċjali, hija inizjattiva prestiġjuża li tgawdi minn post stabbilit sew fl-aġendi kulturali globali u li enfasizzat ir-rikkezza u l-uniċità tad-diversità tal-kulturi u l-bliet sa mill-ħolqien tagħha fl-1985;
1. Jenfasizza li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programm Ewropa Kreattiva tkompli tiġġenera interess sinifikanti fis-setturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi, kif ukoll il-mezzi tax-xandir, b’numru dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet riċevuti taħt it-tliet fergħat, li jirriżulta fi tnaqqis proporzjonat fir-rata ta’ suċċess tal-applikazzjonijiet, li jista’ joħloq sens ta’ diżillużjoni bil-programm f’dawn is-setturi;
2. Jilqa’ r-rispons tal-programm fil-mitigazzjoni tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, li sfrattat ħafna s-setturi kulturali u kreattivi anki qabel il-bidu tal-programm attwali; itenni, madankollu, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi biex jindirizzaw l-effetti fit-tul tal-pandemija fuq il-ħallieqa u l-professjonisti kulturali, b’mod partikolari dawk relatati mat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tagħhom biex jindirizzaw il-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-iżviluppi u l-isfidi li jaffettwaw lis-setturi;
3. Jiddispjaċih li mhux l-Istati Membri kollha allokaw mill-inqas 2 % tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jiżguraw ir-reżiljenza ta’ dawn is-setturi, kif mitlub mill-Parlament; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri kollha jsaħħu s-sinerġiji u jiżguraw investimenti mmirati suffiċjenti għal dawn is-setturi permezz ta’ programmi oħra tal-UE;
4. Jirrikonoxxi l-flessibbiltà tal-Kummissjoni u tal-EACEA fl-implimentazzjoni tal-programm, li ġie adattat biex iqis il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn is-sistemi ta’ ġestjoni amministrattiva armonizzati għall-programmi kollha tal-UE, minn naħa, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ benefiċjarji differenti, min-naħa l-oħra; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-EACEA biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni amministrattiva tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027; jenfasizza, madankollu, li r-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni m’għandhomx jirriżultaw fit-tnaqqis tar-riżorsi finanzjarji u umani ddedikati għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti;
5. Jirrikonoxxi li l-proċess ta’ applikazzjoni spiss ikun kumpless, speċjalment għall-individwi, l-organizzazzjonijiet mikro u żgħar b’riżorsi finanzjarji u umani limitati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EACEA, għalhekk, jippermettu li l-ispejjeż assoċjati mal-proċess ta’ applikazzjoni jiġu inklużi fl-ispejjeż ġenerali tal-baġit stmati; jistieden, barra minn hekk, lid-desks tal-Ewropa Kreattiva jkomplu jsaħħu l-appoġġ għall-applikanti kollha;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tiskeda skambji regolari ta’ bini ta’ kapaċità mal-benefiċjarji biex tiddeskrivi novitajiet bħal rekwiżiti ġodda taħt is-sistema ta’ rappurtar, inklużi riżultati konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(14); jenfasizza, bħala parti mill-għan tal-programm li jsaħħaħ id-diversità, l-inklużjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ħtieġa urġenti għal titjib fis-sistema ta’ rapportar sabiex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-faċilità tal-użu għall-benefiċjarji kollha, inklużi l-persuni b’diżabbiltà;
7. Jirrikonoxxi l-introduzzjoni progressiva ta’ inċentivi għall-inklużjoni fil-fergħat kollha fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-programm; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta’ data komprensiva dwar kif l-objettivi tal-programm qed jiġu segwiti b’mod li jinkoraġġixxi l-inklużjoni, l-ugwaljanza, id-diversità u l-parteċipazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi, f’dan ir-rigward, rapport dettaljat dwar dan fl-evalwazzjoni interim tagħha;
8. Jirrikonoxxi li l-programm jikkontribwixxi għall-objettiv tas-sostenibbiltà klimatika u ambjentali permezz tal-azzjonijiet tiegħu; jinnota, madankollu, li l-prijoritajiet ta’ ekoloġizzazzjoni ġew introdotti b’mod differenti fit-tliet fergħat tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-ekoloġizzazzjoni u l-impatt tagħhom fuq is-setturi u tirrapporta regolarment dwar il-valutazzjoni tagħha; jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati attivitajiet ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni bl-għan li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ prattiki aktar sostenibbli mis-setturi kulturali u kreattivi;
9. Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati l-atturi kulturali u kreattivi fin-navigazzjoni tal-opportunitajiet offruti fil-livell tal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-inizjattiva CulturEU, gwida interattiva multilingwi li timmappja l-opportunitajiet kollha ta’ finanzjament disponibbli; jenfasizza l-importanza kruċjali li jinżammu skambji regolari u, meta rilevanti, skambji mmirati mas-setturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi, kif ukoll il-mezzi tax-xandir, bil-għan li tinkiseb kooperazzjoni ta’ benefiċċju; ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-importanza li jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija ta’ programmi ta’ ħidma annwali futuri; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tevalwa jekk il-programm Ewropa Kreattiva 2028-2034 jistax jiġi implimentat aħjar permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali jew biennali;
10. Jappella għat-tisħiħ tal-komunikazzjoni u l-iskambji bejn il-Kummissjoni, l-EACEA u d-desks tal-Ewropa Kreattiva biex jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha biex jippermettu appoġġ ta’ kwalità u gwida għall-applikanti u l-benefiċjarji; ifakkar ukoll, f’dan ir-rigward, fl-importanza tat-trasparenza fit-tixrid tar-riżultati tas-sejħiet; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tkompli tippubblika l-lista tal-benefiċjarji kollha tal-għotjiet flimkien mal-ammonti mogħtija fil-ħin;
11. Jissottolinja l-importanza li jiġi identifikat il-programm u li tiżdied il-viżibbiltà tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-programm, inkluż l-użu ta’ logos uffiċjali;
12. Jissottolinja r-rieda ta’ numru sinifikanti ta’ benefiċjarji li jaqsmu l-kisbiet u r-riżultati tagħhom mas-setturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi kif ukoll maċ-ċittadini Ewropej; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li l-pjattaforma disponibbli għal dan il-għan hija meqjusa mhux sodisfaċenti, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-benefiċjarji fl-iżvilupp ta’ pjattaforma aktar xierqa;
13. Jinnota li xi Stati Membri ma jipprovdux skemi nazzjonali ta’ indennizz jew kopertura tal-assigurazzjoni biex jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-beni kulturali; jirrikonoxxi li l-ispejjeż tal-assigurazzjoni kummerċjali jistgħu jkunu sinifikanti għal bosta atturi kulturali; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tippubblika studju ta’ fattibbiltà dwar skema ta’ garanzija pan-Ewropea biex tkopri l-ispejjeż ta’ indennizz bħala l-ewwel pass biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;
14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ċċentrat fuq il-bniedem u trasparenti tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-proċess artistiku u kreattiv billi tiżviluppa standards etiċi xierqa relatati mal-użu tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tiżgura li kemm l-applikanti kif ukoll il-benefiċjarji jipprovdu informazzjoni relatata mal-użu tal-IA fil-proġetti, inkluż fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet kreattivi, sabiex tiġi vvalutata din ix-xejra emerġenti fis-setturi kulturali u kreattivi u l-impatt tagħha fuq il-programm;
15. Jenfasizza l-potenzjal sinifikanti tal-programm Ewropa Kreattiva fl-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sħubijiet transnazzjonali, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE permezz tal-kultura;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tinvesti riżorsi xierqa fid-dimensjoni esterna tal-programm u tinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni bejn l-istituti u l-organizzazzjonijiet kulturali fl-Istati Membri, kif ukoll ir-Raggruppamenti tal-Istituti Nazzjonali tal-UE għall-Kultura (EUNIC) f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tappoġġja u tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programm, fejn possibbli;
Baġit
17. Jenfasizza li l-programm Ewropa Kreattiva attwali, minkejja l-baġit miżjud b’mod sinifikanti għall-perjodu 2021-2027, għadu sottoskritt iżżejjed; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu sostanzjalment l-allokazzjoni finanzjarja tal-programm Ewropa Kreattiva 2028-2034;
18. Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti fil-perjodu tas-sentejn 2021-2022 li n-nefqa tkun fornuta minn qabel sabiex jittaffew l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u dawk tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jissottolinja, madankollu, l-impatt detrimentali li din il-miżura se jkollha fit-tieni nofs taċ-ċiklu finanzjarju;
19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, minħabba l-isfidi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll minn rati għolja ta’ abbonament, inflazzjoni rampanti u l-ispejjeż għolja tal-enerġija assoċjati, li lkoll qed jaffettwaw b’mod sever il-kapaċità operattiva tal-benefiċjarji, biex jiżguraw li ma jkunx hemm tnaqqis fil-baġit tal-alokazzjoni tal-programm fis-snin baġitarji li ġejjin;
20. Jiddispjaċih li t-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza għadha ma ġietx implimentata; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi din it-tikketta minnufih, sabiex il-proġetti jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-opportunitajiet offruti minn finanzjament kumulattiv u alternattiv matul dan iċ-ċiklu ta’ programmazzjoni;
21. Jiddeplora l-fatt li skont il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 ma hemm l-ebda flessibbiltà biex jiżdied il-programm Ewropa Kreattiva u jissottolinja li dan jipprekludi l-finanzjament ta’ inizjattivi ġodda, proġetti pilota siewja u azzjonijiet preparatorji; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji huma għodod importanti għall-ittestjar ta’ inizjattivi ġodda li jistgħu jiżviluppaw fi programmi ta’ finanzjament permanenti tal-UE jew jiġu integrati f’dawk eżistenti;
22. Jiddeplora d-diskrepanza fil-finanzjament bejn iż-żewġ ċikli tal-QFP, li affettwaw b’mod partikolari l-iskema tan-network u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan ma jerġax iseħħ fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-rwol ewlieni ta’ din l-iskema fl-appoġġ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi li joperaw b’mod transnazzjonali u internazzjonali, tipprovdi finanzjament adegwat u, barra minn hekk, tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ għotjiet operattivi għal din l-azzjoni;
Il-fergħa Kultura
23. Jilqa’ l-introduzzjoni tal-approċċ settorjali bħala karatteristika ġdida tal-fergħa Kultura, li tikkomplementa l-azzjonijiet orizzontali; jitlob li dan jissaħħaħ permezz ta’ allokazzjoni baġitarja adegwata li tiżgura li l-ebda settur ma jitħalla lura u li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fl-allokazzjoni għal azzjonijiet orizzontali;
24. Ifakkar fl-importanza li tiġi salvagwardjata u promossa aktar il-libertà tal-espressjoni artistika, b’mod partikolari fl-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-programm taħt l-azzjoni tal-proġetti ta’ kooperazzjoni kulturali u l-iskema tan-networks Ewropej;
25. Jirrikonoxxi li r-rati ta’ kofinanzjament miżjuda, speċjalment għal proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala żgħira, huma ta’ benefiċċju u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EACEA, f’dan ir-rigward, jippermettu lill-konsorzji tal-proġetti jiddeterminaw b’mod indipendenti kif jitqassam il-finanzjament fost is-sħab tagħhom dment li r-rata ta’ kofinanzjament tapplika fil-livell tal-proġett;
26. Jissottolinja l-importanza tal-mobbiltà transfruntiera għall-ħallieqa kollha, peress li trawwem il-proċess kreattiv billi ttejjeb l-opportunitajiet professjonali barra mill-pajjiż; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-Culture Moves Europe bħala azzjoni ġdida ta’ mobbiltà taħt il-programm Ewropa Kreattiva;
27. Jirrikonoxxi l-kwalità għolja tal-applikazzjonijiet riċevuti taħt l-iskema ta’ mobbiltà; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tippromwovi lill-Culture Moves Europe għal udjenza usa’ bl-għajnuna u l-appoġġ tad-desks kollha tal-Ewropa Kreattiva, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni; jemmen li dawn l-attivitajiet għandhom jimmiraw speċifikament lejn setturi individwali, inklużi kreaturi mill-gruppi emarġinati kollha kif ukoll pajjiżi u reġjuni inqas rappreżentati, sabiex jiġi żgurat bilanċ ġeografiku;
28. Jirrimarka, filwaqt li jirrikonoxxi s-suċċess kbir tal-azzjoni l-ġdida dwar il-mobbiltà, li huwa essenzjali li titwettaq analiżi tat-tendenzi emerġenti ewlenin sa tmiem l-2024 bl-għan li tiġi esplorata l-possibbiltà li din l-azzjoni tiġi estiża aktar biex tinkludi atturi ġodda, bħal rappreżentanti mis-settur tal-kotba; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, iżżid il-baġit allokat għal din l-azzjoni mill-2025 ’il quddiem;
29. Jenfasizza l-impatt pożittiv tas-supplimenti ekoloġiċi u tal-familja implimentati għall-iskema ta’ mobbiltà, li jirrappreżentaw eżempju konkret ta’ kif il-programm jista’ jkun aktar inklużiv; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li timplimenta dan l-approċċ f’azzjonijiet oħra tal-programm Ewropa Kreattiva;
30. Jilqa’ ż-żieda fil-finanzjament għall-Pjattaformi Ewropej għall-promozzjoni ta’ artisti emerġenti taħt il-fergħa Kultura u jenfasizza l-impatt pożittiv li kellha fuq id-diversità billi żiedet il-viżibbiltà tal-artisti u x-xogħlijiet tagħhom fuq skala internazzjonali; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa din l-azzjoni billi tiżgura finanzjament u promozzjoni adegwati;
31. Jissottolinja l-importanza tal-iskema tan-network fl-għoti ta’ opportunitajiet ta’ networking u ta’ bini tal-kapaċità, li jsaħħu d-diversità u l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tipprovdi finanzjament adegwat għal din l-azzjoni bl-għan li tappoġġja l-benefiċjarji attwali u networks ġodda;
32. Jissottolinja li l-approċċ settorjali huwa għodda eċċellenti li ssaħħaħ is-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni, li jippermetti azzjonijiet miftiehma li jappoġġjaw u jistimulaw l-aċċess għas-suq u ċ-ċirkolazzjoni usa’ tax-xogħlijiet Ewropej;
33. Ifakkar li t-traduzzjoni letterarja hija l-iskema ewlenija ta’ appoġġ għas-settur tal-kotba; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li din l-iskema tiġi estiża biex tinkludi t-traduzzjoni ta’ kotba Ewropej mhux fittizji; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programm, tiżviluppa għanijiet li jistgħu jitkejlu dwar kif il-finanzjament huwa allokat sabiex itejjeb l-aċċessibbiltà tal-kotba għall-persuni b’diżabbiltà;
34. Jilqa’ ż-żieda fl-azzjonijiet li jipprovdu appoġġ lis-settur tal-mużika taħt il-fergħa Kultura, li rriżultat f’għadd akbar ta’ proġetti relatati mal-mużika li qed jiġu ppreżentati taħt il-programm attwali; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tiżviluppa approċċ aktar strateġiku u orjentat lejn is-settur tal-mużika, bl-għan li jiġu indirizzati sfidi ġodda u li jmiss, li jibni fuq ir-riżultati tal-azzjoni preparatorja tal-programm Music Moves Europe; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza ta’ djalogu strutturat regolari bejn l-ekosistema tal-mużika u l-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiġbor data f’kooperazzjoni mas-settur dwar is-swieq tal-mużika tal-Istati Membri u tirrapporta dwar l-isfidi emerġenti kollha li jaffettwaw l-ekosistema kollha;
35. Jenfasizza l-importanza tal-azzjoni speċjali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura bħala katalist għar-riġenerazzjoni kulturali u ekonomika tal-bliet u tar-reġjuni; jenfasizza l-ħtieġa tant mistennija għal aktar finanzjament għal din l-azzjoni speċjali biex jintlaħqu l-ispejjeż addizzjonali mġarrba bħala riżultat tal-effetti fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 u l-inflazzjoni rampanti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament għall-Premju Melina Mercouri, li ġie mogħni b’EUR 1,5 miljun biss għal diversi snin; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżguraw wirt dejjiemi għall-inizjattiva u jappoġġjaw is-sensibilizzazzjoni tagħha bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kulturali żviluppati fl-ambitu tagħha;
36. Jirrikonoxxi li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew huwa inizjattiva siewja li tippromwovi r-rwol sinifikanti li dawn is-siti għandhom fl-istorja u l-kultura tal-Ewropa u jinnota li, matul il-perjodu mill-2013 sal-2021, 60 sit ingħataw iċ-ċertifikat; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, ittejjeb il-viżibbiltà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew billi tiżviluppa sinerġiji ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħra tal-UE;
37. Jissottolinja l-importanza tal-premjijiet appoġġjati mill-programm Ewropa Kreattiva fl-arti tal-letteratura, l-arkitettura u l-patrimonju, il-mużika (kontemporanja, rock u pop) u l-arti awdjoviżiva; jenfasizza li dawn l-inizjattivi li ilhom jeżistu huma magħrufa sew f’dawn is-setturi u li jżidu l-viżibbiltà tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej billi jippremjaw il-kisbiet f’oqsma differenti;
Il-fergħa Media
38. Jirrikonoxxi li l-fergħa Media tibqa’ l-istrument Ewropew ewlieni li jipprovdi appoġġ strateġiku lis-settur awdjoviżiv indipendenti, li jikkonsisti primarjament minn kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju; jenfasizza l-kompetizzjoni internazzjonali sinifikanti li qed jiffaċċjaw is-setturi Ewropej awdjoviżivi, taċ-ċinema u tal-logħob vidjo u l-appoġġ kruċjali li din il-linja toffri għall-irkupru u t-trasformazzjoni ta’ dawn is-setturi u għaż-żieda tal-awtonomija strateġika tal-UE; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li tiġi żgurata allokazzjoni baġitarja adegwata għall-fergħa Media u jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ data komprensiva għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ jekk u kif il-programm jirnexxielu effettivament iżid il-potenzjal ekonomiku u kulturali ta’ dawn is-setturi;
39. Jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tal-miżuri mmirati introdotti taħt il-fergħa Media biex titwessa’ l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi b’kapaċitajiet awdjoviżivi differenti u biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni transfruntiera;
40. Jenfasizza li għadd kbir ta’ proġetti ta’ kwalità għolja taħt l-iskemi ta’ kożvilupp u mini-slate ġew irrifjutati fl-2021-2022 minħabba restrizzjonijiet baġitarji; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, talloka baġit akbar għall-implimentazzjoni futura ta’ dawn l-iskemi;
41. Jissottolinja r-rwoli vitali tal-iskemi ta’ appoġġ għad-Distribuzzjoni Ewropea tal-Films u l-Bejgħ Ewropew tal-Films biex jikkontribwixxu għad-diversità kulturali tas-settur awdjoviżiv Ewropew billi tiżdied iċ-ċirkolazzjoni transfruntiera tal-films Ewropej u jikkumpensaw uħud mir-riskji li d-distributuri jieħdu meta jinvestu fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films Ewropej mhux nazzjonali; jenfasizza, għalhekk, li huwa essenzjali li jiżdied il-finanzjament għaż-żewġ skemi u li jsiru aktar sforzi biex jiġu żgurati ċ-ċirkolazzjoni usa’ u d-disponibbiltà online tax-xogħlijiet Ewropej;
42. Jissottolinja li f’ħafna pajjiżi Ewropej, ma hemm l-ebda skema ta’ appoġġ iddedikata għall-iskrinjar ta’ xogħlijiet ċinematiċi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jinżamm finanzjament adegwat għan-network Europa Cinemas, inizjattiva ewlenija taħt il-fergħa Media, li tikkontribwixxi għaċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej fis-swali taċ-ċinema;
43. Jenfasizza li r-Regolament Ewropa Kreattiva 2021-2027 jestendi l-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ networking għall-professjonisti awdjoviżivi, inklużi l-kreaturi; jirrimarka li din l-azzjoni għadha ma ġietx implimentata; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, timplimenta azzjoni speċifika bl-objettiv li tappoġġja attivitajiet iddedikati għan-networking u l-kooperazzjoni mill-organizzazzjonijiet professjonali u kulturali Ewropej fil-katina tal-valur awdjoviżiva fil-ħin;
44. Ifakkar fis-suċċess tal-azzjoni preparatorja Ewropea tal-Kitba u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tinkludi l-objettivi segwiti minn din l-azzjoni fil-programm Ewropa Kreattiva;
45. Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ azzjoni ddedikata biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ logħob tal-vidjo u kontenut immersiv, li ġġenerat interess konsiderevoli fis-settur; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja d-dimensjoni kulturali u kreattiva ta’ dan is-settur billi tqis il-karatteristiċi speċifiċi u l-ħtiġijiet relatati tiegħu meta tfassal is-sejħiet rilevanti għal proposti, inkluża l-ħtieġa li jiġu ttestjati mudelli ġodda ta’ negozju fid-dinja virtwali biex ikun jista’ jsir l-iżvilupp tal-ħiliet f’dan il-qasam, b’enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa; jinnota, madankollu, li l-baġit attwali jista’ ma jkunx biżżejjed għal dan u jitlob finanzjament addizzjonali biex jappoġġja t-tkabbir tal-ekosistema Ewropea tal-logħob vidjo u jħeġġeġ l-iżvilupp u ż-żamma tat-talent Ewropew;
46. Jenfasizza li l-inflazzjoni li qed tiżdied, f’suq awdjoviżiv kompetittiv ħafna, għandha impatt fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tadatta limiti ogħla ta’ finanzjament bil-għan li tiżgura li l-fergħa Media tagħti l-appoġġ tagħha lill-industrija awdjoviżiva;
47. Jirrikonoxxi s-suċċess tas-sejħa tan-Networks tal-Festival Ewropew, li appoġġjat 71 festival fi 12-il network, li kkooperaw biex irawmu l-involviment tal-udjenza, fost affarijiet oħra; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tkompli tiffinanzja ż-żewġ azzjonijiet komplementari, il-Festivals Ewropej u n-Network tal-Festivals Ewropej, fi snin alternattivi;
48. Jinnota li, peress li l-faċilità MediaInvest ġibdet għadd kbir ta’ applikazzjonijiet, iridu jiġu żgurati sinerġiji baġitarji akbar mal-programm InvestEU għall-implimentazzjoni futura tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-promozzjoni ta’ din il-faċilità fis-settur awdjoviżiv;
49. Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għal Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media ta’ Settembru 2022 tistabbilixxi Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja biex jissostitwixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE(15); jenfasizza, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji limitati disponibbli għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-programm, li l-baġit allokat għall-Fergħa Media u linji baġitarji oħra tal-programm ma jridx jiġi allokat għall-finanzjament tal-Bord;
Il-fergħa Transettorjali
50. Jiddispjaċih li l-azzjonijiet ipprogrammati taħt il-fergħa Transettorjali sofrew l-akbar dewmien fl-implimentazzjoni, speċjalment fl-2021, minħabba n-novitajiet introdotti fil-fergħa;
51. Jinnota li s-Sħubiji għall-Ġurnaliżmu u s-sejħiet għal-Litteriżmu tal-Media attiraw l-akbar numru ta’ applikazzjonijiet fl-2021-2022, u ssottolinjaw il-ħtieġa urġenti għal żieda fl-appoġġ finanzjarju għas-settur tal-media Ewropew;
52. Jinnota li r-rata baxxa ta’ suċċess tal-applikazzjonijiet taħt il-fergħa Transettorjali, minkejja l-kwalità għolja ġenerali tas-sottomissjonijiet, tindika domanda għolja għal appoġġ finanzjarju li sfortunatament ma tistax tiġi indirizzata permezz tal-allokazzjoni finanzjarja attwali;
53. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jifdal mhux inqas minn 9 %(16) tal-baġit globali 2021-2027 jiġi allokat għall-appoġġ tal-objettivi tal-fergħa Transsettorjali;
o o o
54. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lid-desks nazzjonali tal-programm Ewropa Kreattiva.
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/818 li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (2021 sa 2027).
Implimentazzjoni tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri 2021-2027 – l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini
169k
52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri 2021-2027 - l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini (2023/2004(INI))
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014(1),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2018 bit-titolu “Impact assessment accompanying the document: Proposal for a Regulation establishing the Rights and Values programme, Proposal for a Regulation establishing the Justice programme, Proposal for a Regulation establishing the Creative Europe programme” (Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument: Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja, proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva) (SWD(2018)0290),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-2020 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ edukazzjoni taċ-ċittadinanza (2021/2008(INI)),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-Demokrazija (COM(2020)0790),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE” (COM(2020)0711),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-18 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025” (COM(2020)0565),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u s-Sostenn tal-Ħajja Lhudija (2021-2030)” (COM(2021)0615),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-7 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (COM(2020)0620),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (COM(2021)0142),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja u l-Anness 3 tagħha,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0392/2023),
A. billi l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja politika u kulturali hija dritt fundamentali li għandu jkun aċċessibbli b’mod ugwali għal kulħadd; billi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tipprevedi d-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-gvern u fl-elezzjonijiet liberi, id-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali tal-komunità u d-dritt ta’ assemblea paċifika u ta’ assoċjazzjoni, li jippermettu parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;
B. billi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħti lin-nies diversi drittijiet, b’mod partikolari d-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament dwar kwalunkwe kwistjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-UE, id-dritt li jirrappurtaw każijiet perċepiti ta’ amministrazzjoni ħażina minn kwalunkwe istituzzjoni tal-UE mal-Ombudsman Ewropew, id-dritt li jiktbu lil kwalunkwe istituzzjoni tal-UE b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u li jirċievu tweġiba bl-istess lingwa u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE;
C. billi l-isfidi sistemiċi attwali u emerġenti, bħall-kriżi klimatika, il-pandemiji globali, il-bidla diġitali u l-inugwaljanzi soċjali jirrikjedu l-adattament ta’ strutturi u approċċi li jiżguraw parteċipazzjoni attiva liċ-ċittadini fis-soċjetà; billi l-involviment diġitali attiv taċ-ċittadini għandu jqis u jindirizza d-distakk diġitali bejn il-ġenerazzjonijiet u l-gruppi soċjali kif ukoll bejn iż-żoni urbani konnessi tajjeb u ż-żoni rurali u remoti, filwaqt li jtejjeb il-litteriżmu diġitali ġenerali;
D. billi programmi tal-UE li jippromwovu involviment ċiviku, drittijiet u valuri, sens ta’ appartenenza u żieda fil-kompetenzi soċjoċiviċi u ħsieb kritiku huma importanti aktar minn qatt qabel;
E. billi l-involviment taċ-ċittadini jrid jinftiehem bħala li għandu diversi livelli, li jinvolvu proċessi lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropej u globali li permezz tagħhom in-nies jiksbu sensibilizzazzjoni u għarfien u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom li jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom u jinfluwenzawhom; billi l-parteċipanti minn żoni rurali u remoti jridu jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-programm; billi l-proċessi kontinwi tal-globalizzazzjoni u tal-integrazzjoni Ewropea se jirrikjedu li l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Ewropej tinvolvi dejjem aktar ruħha fil-ħajja politika fuq diversi livelli, sabiex tkun tista’ tgħix u taħdem internazzjonalment u tamministra d-differenzi fil-ħajja ta’ kuljum tagħha; billi s-soċjetajiet qegħdin isiru aktar diversifikati u b’hekk qed isir dejjem aktar importanti li fl-Ewropa jkun hemm rispett għad-dinjità umana, d-diversità tal-kulturi u tal-oriġini u r-rifjut ta’ kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa, il-persuni LGTBIQ+ jew minoranzi u gruppi marġinalizzati oħra;
F. billi l-bidliet soċjopolitiċi osservati fl-Istati Membri, li jvarjaw mill-polarizzazzjoni soċjali u minn livell baxx ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet sa rigress demokratiku, l-erożjoni tal-istat tad-dritt, l-ispazju għas-soċjetà ċivili li qed jiċkien, in-nazzjonaliżmu esklużiv u l-istrumentalizzazzjoni tal-Ewroxettiċiżmu għal skopijiet politiċi, flimkien maż-żieda ta’ movimenti estremisti u ta’ awtoritarjaniżmu, l-infiltrazzjoni tal-fundamentaliżmi reliġjużi, kif ukoll kampanji ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni, jistgħu jkunu ta’ theddida serja għad-demokraziji Ewropej u jiddestabbilizzaw lill-Unjoni kollha kemm hi; billi t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni attiva u l-involviment taċ-ċittadini permezz ta’ tagħlim u edukazzjoni formali, mhux formali, informali u tul il-ħajja għandu rwol fundamentali fil-ġlieda kontra din ix-xejra;
G. billi l-ħolqien ta’ ċittadinanza Ewropea ġie mfixkel minn vojt f’dak li huwa għarfien u minn vojt emozzjonali, li ta’ sikwit huwa relatat ma’ perċezzjonijiet żbaljati tal-UE u għalhekk għandu jkun akkumpanjat u msaħħaħ minn sett ta’ mekkaniżmi li jippermettu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-djalogu interkulturali; billi fehim aħjar tal-istorja Ewropea komuni tagħna u involviment akbar taċ-ċittadini fil-ħajja soċjali u politika jista’ jkollhom impatt ta’ benefiċċju fuq identità Ewropea emerġenti li tikkomplementa l-identitajiet lokali, reġjonali nazzjonali, ġeografiċi, kulturali jew identitajiet oħra multipli taċ-ċittadini; billi l-parteċipazzjoni attiva u d-djalogu taċ-ċittadini huma interkonnessi mad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni ċivika u jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ħolqien ta’ ċittadinanza Ewropea bi drittijiet u obbligi ċari;
H. billi n-nuqqas ta’ involviment taċ-ċittadini, l-għarfien limitat dwar l-UE u n-nuqqas ta’ fehim tal-valur miżjud tagħha jistgħu jikkontribwixxu għall-perċezzjoni ta’ defiċit demokratiku u jwasslu għall-Ewroxettiċiżmu fl-Istati Membri;
I. billi l-ispazju ċiviku li qed jiċkien fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi oħra li jipparteċipaw fil-programm qed jaffettwa l-parteċipazzjoni demokratika u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaġixxu bħala sistema ta’ kontrokontrolli fir-rigward tal-istat tad-dritt; billi l-azzjonijiet li jappoġġjaw u jippermettu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, inklużi l-minoranzi u l-organizzazzjonijiet fil-livell lokali li għandhom rekords fit-tul u esperjenza konsiderevoli, huma ta’ importanza kbira għad-difiża tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri;
J. billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-minoranzi huma kruċjali għall-awtorappreżentanza u l-involviment ċiviku ta’ persuni minoritizzati, speċjalment għal dawk il-gruppi li ma għandhomx perkorsi formali oħra għar-rappreżentanza politika;
K. billi fl-2020 kien hemm aktar minn 22 miljun ċittadin ta’ pajjiżi terzi residenti fl-UE; billi dawn il-gruppi m’għandhomx aċċess għal attivitajiet politiċi formali, bir-riżultat li l-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni tiġi affettwata minn deċiżjonijiet li jittieħdu mingħajr l-involviment jew il-kontribut tagħhom; billi dan jirrappreżenta defiċit demokratiku fundamentali madwar l-UE fil-livelli kollha u sfida għall-produzzjoni ta’ politiki u programmi sostenibbli, ekwi u effettivi, billi t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-parteċipazzjoni politika u pubblika ta’ dawk li mhumiex ċittadini għandu rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-governanza demokratika, l-istat tad-dritt, l-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp ekonomiku, u l-eliminazzjoni tal-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni fl-UE;
L-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (2021-2027): Linja 3 – L-involviment taċ-ċittadini
1. Jemmen bis-sħiħ li l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) jagħti kontribut uniku għat-tisħiħ tal-involviment u l-parteċipazzjoni ċivika minn perspettiva tad-drittijiet fundamentali billi jgħaqqad b’mod effettiv il-valuri, id-djalogu ċivili u ċ-ċittadinanza, filwaqt li jippromwovi wkoll l-ugwaljanza soċjali u bejn il-ġeneri, id-diversità permezz tal-assistenza għall-preservazzjoni tal-wirt reġjonali, kuxjenza storika u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza; huwa tal-fehma li l-programm CERV huwa strument essenzjali għall-futur tal-UE u biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjopolitiċi, bħad-distakk fl-għarfien, l-Ewroxettiċiżmu, l-ispazju ċiviku li qed jiċkien, u l-erożjoni tal-istat tad-dritt u l-isfidi għalih madwar l-Ewropa; iħeġġeġ lill-programm jappoġġja azzjonijiet immirati lejn il-bini tar-reżiljenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk iffukati fuq l-istat tad-dritt u l-valuri tal-UE;
2. Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-programm CERV għadha fl-istadji bikrija tagħha, peress li r-regolament li jistabbilixxi l-programm ġie adottat biss fl-2021; jirrimarka li minħabba din ir-raġuni, tlestew biss ftit proġetti fil-Linja 3 u hemm ftit informazzjoni disponibbli mill-benefiċjarji biex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu evalwati b’mod preċiż;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-ġbir tad-data dwar il-programm CERV, b’mod partikolari dwar il-gruppi żvantaġġati, inklużi l-komunitajiet emarġinati, il-minoranzi, u l-popolazzjonijiet vulnerabbli biex jiġu indirizzati l-isfidi uniċi tagħhom u tiġi promossa r-riċerka dwar l-esperjenzi tagħhom; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi b’saħħithom ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni; jissottolinja li dan l-approċċ se jkun utli biex jinforma l-iżvilupp tal-politika, jiżgura l-parteċipazzjoni sinifikanti ta’ gruppi żvantaġġati f’inizjattivi ta’ involviment ċiviku u jgħolli vuċijiethom, u joħloq programm aktar inklużiv u ekwu filwaqt li jiżgura evalwazzjonijiet futuri aħjar b’mod ġenerali;
4. Jissottolinja li l-programm iffaċċja diversi sfidi li fixklu l-istadji inizjali tal-implimentazzjoni tiegħu, li ħafna minnhom kienu fatturi esterni, bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna, u li dawn fixklu u kkompromettew id-drittijiet u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-demokrazija; jinnota, madankollu, li wara bidu kajman, l-implimentazzjoni tiegħu qabdet ir-ritmu u issa l-programm qed jiffunzjona tajjeb; jenfasizza, barra minn hekk, li jridu jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni sabiex tintlaħaq popolazzjoni usa’, speċjalment minn żoni rurali;
5. Huwa mħasseb li l-użu u l-introduzzjoni ta’ għodod diġitali ġodda għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE (eż. l-għodda eGrants) jidhru li huma kwistjoni ewlenija għall-benefiċjarji fir-rigward tal-iżvilupp tal-programm; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċeduri kumplessi xekklu wkoll il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet iżgħar li ma għandhomx iż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex jgħaddu mill-proċess ta’ applikazzjoni fi ħdan il-kronoloġiji stabbiliti; iqis li t-tfassil ta’ dawn l-għodod jillimita l-kapaċità tal-programm li jadatta għal żviluppi ġodda u għal ħtiġijiet li qed jinbidlu; jappella għall-eliminazzjoni tal-piż amministrattiv u s-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-applikazzjoni, tal-ikkuntrattar u tar-rapportar; jissottolinja li s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi tinkludi wkoll proċess ta’ applikazzjoni aktar effiċjenti u flessibbli għall-organizzazzjonijiet li ffirmaw ftehimiet qafas ta’ sħubija pluriennali, anke sabiex jiġu antiċipati l-iżviluppi tal-politika; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-portal tal-applikazzjoni jsir aktar faċli għall-utent, speċjalment għall-organizzazzjonijiet fuq skala żgħira, u li jiġi żgurat li d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura jiġu tradotti fil-lingwi kollha tal-UE sabiex titwessa’ l-parteċipazzjoni mill-Istati Membri kollha u tiġi żgurata d-diversità kulturali;
6. Jiddeplora l-fatt li mhuwiex obbligatorju għall-Istati Membri li jistabbilixxu punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-programm CERV li joffri pariri newtrali, informazzjoni utli u appoġġ lill-applikanti, lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji, inkluża assistenza fil-proċess tal-applikazzjoni, filwaqt li jaqsmu informazzjoni faċli biex tinftiehem dwar l-eżiti tal-programm; jinnota b’dispjaċir li sa Ġunju 2023 20 Stat Membru biss kellhom punti ta’ kuntatt nazzjonali;
7. Huwa mħasseb ħafna li r-rati attwali tal-inflazzjoni qed jaffettwaw il-kostijiet operatorji għall-benefiċjarji ta’ CERV; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-benefiċjarji jiffaċċjaw sfidi fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet unitarji għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-allowances ta’ kuljum, u jista’ jkollhom ireġġgħu lura xi wħud mill-attivitajiet li inizjalment ippjanaw sabiex ma jaqbżux il-baġit;
Rakkomandazzjonijiet ta’ politika għall-futur tal-programm CERV
8. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-Grupp tad-Djalogu Ċivili biex tiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti ħalli jissaħħaħ id-djalogu ċivili tul il-programm b’tali mod li jappoġġja proċess bidirezzjonali‑bejn l-istituzzjonijiet fil-livelli kollha u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, speċjalment l-OSĊ, u bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/692, kif ukoll bl-użu tad-djalogu ċivili bħala għodda għall-governanza u biex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet għall-programm ta’ ħidma ta’ sentejn u tiġi promossa aktar id-dimensjoni kollettiva tal-involviment ċiviku bħala dimensjoni kritika tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; ifakkar, f’dan ir-rigward, li għandhom jiġu promossi azzjonijiet innovattivi biex jappoġġjaw id-djalogu mas-soċjetà ċivili, inkluż bil-għan li titrawwem kultura ta’ sħubija bbażata fuq il-fiduċja mal-benefiċjarji; jappella, b’mod partikolari, għal azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċitajiet biex jappoġġjaw il-parteċipazzjoni wiesgħa tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari permezz ta’ rabtiet ma’ skemi oħra ta’ finanzjament ipprovduti permezz ta’ ġestjoni kondiviża, bħall-istrument ta’ appoġġ tekniku;
9. Ifakkar fil-ħtieġa li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini billi tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni ċivika, kemm f’attivitajiet kurrikulari kif ukoll ekstrakurrikulari; jenfasizza li edukazzjoni ċivika verament Ewropea tista’ tinforma u tifforma liċ-ċittadini fl-ispirtu ta’ involviment u parteċipazzjoni ċivika u li linji gwida xierqa tal-UE jistgħu jkunu għodda utli f’dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi dawk li mhumiex ċittadini li jgħixu fl-UE, u l-organizzazzjonijiet immexxija minnhom infushom, fil-grupp fil-mira tal-programm CERV, li se jrawwem il-governanza demokratika, l-istat tad-dritt u l-inklużjoni soċjali;
10. Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ħatrux punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCP) biex jagħmlu dan malajr kemm jista’ jkun u jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem man-network tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali permezz ta’ laqgħat, miżuri ta’ taħriġ u skambji apposta, peress li s’issa dawn ġew organizzati b’suċċess kbir; f’dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-NCPs jistabbilixxu network Ewropew ta’ NCPs biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju tal-għarfien; barra minn hekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi network ta’ benefiċjarji ta’ CERV biex jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar prattiki għal fehim aktar profond tar-realtajiet lokali u nazzjonali madwar l-UE u lil hinn minnha;
11. Jieħu nota tar-riżultati tal-introduzzjoni ta’ tipi differenti ta’ mekkaniżmi ta’ għoti mill-ġdid fl-ambitu tal-programm CERV, li s’issa kienu inkoraġġanti ħafna; jappella għal analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tas-sejħiet differenti ta’ għoti mill-ġdid bil-għan li possibbilment jiġi estiż l-użu tagħhom għall-oqsma l-oħra tal-programm CERV, meta rilevanti, u b’mod partikolari għal-Linja 3, sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE jilħaq l-OSĊ fil-livell lokali li għandhom rekords fit-tul u esperjenza konsiderevoli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika aktar il-proċeduri u r-rekwiżiti amministrattivi għall-għoti mill-ġdid biex l-organizzazzjonijiet li japplikaw għall-għoti mill-ġdid jingħataw aktar flessibbiltà vis-à-vis is-sottobenefiċjarji, filwaqt li tiżgura standards xierqa ta’ xogħol, kura tas-saħħa u protezzjoni soċjali; jemmen li r-rekwiżiti ta’ kofinanzjament jistgħu jiġu riveduti bil-għan li r-regoli jiġu adattati għas-sitwazzjoni tal-benefiċjarju sabiex tiġi appoġġjata varjetà akbar ta’ benefiċjarji, inklużi individwi u strutturi mikro, u oqsma tematiċi; jinsisti fuq l-importanza li jiġi promoss l-użu tal-programm fis-settur edukattiv inġenerali, inklużi l-istudenti, l-għalliema, il-persunal edukattiv u l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ; jissottolinja li l-finanzjament ipprovdut mill-programm CERV fil-qasam tad-drittijiet, l-ugwaljanza, il-valuri u l-involviment ċiviku, li għalih sorsi oħra ta’ finanzjament huma skarsi ħafna jew assenti, għandu jkopri perċentwal akbar ta’ ammonti ta’ għotjiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament imur għal strutturi li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, pereżempju billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ kontroll li jiggarantixxu standards xierqa tax-xogħol, tal-kura tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali; jappella għal valutazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ għoti mill-ġdid biex jiġu evalwati l-effettività u l-flessibbiltà tagħhom biex jintlaħqu l-gruppi fil-livell lokali u biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet f’pajjiżi bi spazju ċiviku li qed jiċkien;
12. Jitlob li l-baġit tal-programm jiżdied għal EUR 2,6 biljun fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss biex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber għal inizjattivi ta’ involviment ċiviku u parteċipazzjoni demokratika, u għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ad hoc għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, simili għall-mekkaniżmi fis-seħħ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem barra mill-UE jew il-protezzjoni tal-ġurnalisti, u, b’mod ġenerali, biex jiġi indirizzat l-impatt tal-inflazzjoni fuq l-ispejjeż tal-programm, filwaqt li jitqiesu wkoll il-Konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa b’rabta maċ-ċittadinanza Ewropea u l-edukazzjoni, kif ukoll l-importanza strateġika tal-programm CERV għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE;
13. Jenfasizza li attivitajiet effettivi ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni huma essenzjali għas-suċċess tal-programm u għalhekk jeħtieġ li jingħataw prijorità sabiex jiġu involuti benefiċjarji potenzjali, speċjalment fil-livell lokali;
14. Jirrikonoxxi li l-iskambji u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet li jaqgħu taħt l-ambitu tal-programm CERV huma kruċjali għall-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-involviment ċiviku u għall-promozzjoni tal-valuri tal-UE f’pajjiżi terzi; jissottolinja li l-involviment u l-impenn attiv għall-valuri Ewropej ma jibdewx bi ftehimiet ta’ adeżjoni u huma l-eżitu tal-ħidma li ilha għaddejja tal-attivisti u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jippromwovu dawn l-ideat u jappoġġjaw lill-attivisti lokali f’pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE permezz tal-involviment ta’ OSĊ mhux tal-UE fl-attivitajiet ta’ CERV; jitlob, għalhekk, li l-programm CERV ikopri l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tal-anqas għal dawk minn pajjiżi kandidati u assoċjati, irrispettivament minn jekk il-pajjiż tagħhom huwiex involut fil-programm CERV; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi assoċjati mal-gwerra fl-Ukrajna billi jiġu mħeġġa proġetti mas-sħab tal-Ukrajna permezz ta’ attivitajiet ta’ tifkira u ta’ parteċipazzjoni demokratika u ta’ rkupru tal-wirt kulturali tal-Ukrajna;
15. Itenni t-talba tiegħu biex il-programm CERV isir lieva għal azzjoni fil-qasam tal-kuxjenza storika Ewropea billi jiġu appoġġjati b’mod attiv strutturi li għandhom l-għan li jrawmu memorja storika kritika, pereżempju dwar ir-riċerka transnazzjonali u żjajjar ta’ postijiet ta’ memorja, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha; b’mod partikolari biex jiddenunzjaw ir-reviżjoniżmu storiku u kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil kwistjonijiet soċjetali sensittivi li jistgħu jkunu soġġetti għal strumentalizzazzjoni possibbli;
16. Jitlob li l-programm CERV jappoġġja d-dinamika emerġenti li tgħaqqad il-ġemellaġġ tal-bliet u n-networks tal-bliet mal-ġemellaġġ tal-istabbilimenti edukattivi, li tista’ ssaħħaħ id-dimensjoni Ewropea, l-iskambju ta’ prattiki tajba u s-sens ta’ appartenenza;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika aktar il-proċeduri amministrattivi għal sħubijiet qafas ta’ erba’ snin għal għotjiet operattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-għodda tal-IT użata, li tidher aktar adatta għan-natura tal-għotjiet għal azzjoni;
o o o
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Implimentazzjoni tal-iżvilupp territorjali (CPR, Titolu III, Kapitolu II) u l-applikazzjoni tiegħu fl-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2030
169k
64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-iżvilupp territorjali (CPR, Titolu III, Kapitolu II) u l-applikazzjoni tiegħu fl-Aġenda Territorjali Ewropea 2030 (2023/2048(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-Titolu XVIII tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi(1) (“ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni” – CPR),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta(4)
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(7),
– wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 11 dwar bliet u komunitajiet sostenibbli,
– wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali 2030 – Futur għall-postijiet kollha, adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar spazjali, l-iżvilupp territorjali u/jew il-koeżjoni territorjali fl-1 ta’ Diċembru 2020,
– wara li kkunsidra l-Patt ta’ Amsterdam li jistabbilixxi l-Aġenda Urbana tal-UE, miftiehem fil-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-UE Responsabbli għal Kwistjonijiet Urbani fit-30 ta’ Mejju 2016,
– wara li kkunsidra n-“New Leipzig Charter – The transformative power of cities for the common good” (Il-Karta Ġdida ta’ Leipzig – Il-qawwa trasformattiva tal-bliet għall-ġid komuni), adottata fil-Laqgħa Ministerjali Informali dwar Kwistjonijiet Urbani fit-30 ta’ Novembru 2020,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Ljubljana, adottat fil-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli għall-Kwistjonijiet Urbani fis-26 ta’ Novembru 2021,
– wara li kkunsidra l-Aġenda Urbana Ġdida adottata min-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta’ Ottubru 2016,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa” (COM(2023)0032),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2022 dwar “It-tmiem Rapport dwar il-Koeżjoni: il-Koeżjoni fl-Ewropa sal-2050” (COM(2022)0034),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna” (COM(2020)0562),
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-Kummissjoni mnedija fis-16 ta’ Settembru 2020,
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-17 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Strument finanzjarju tal-mudell Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-iżvilupp territorjali (NEB TDM)” (SWD(2022)0172),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE – Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-isfidi għaż-żoni urbani fl-era ta’ wara l-COVID-19(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar it-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar ir-rwol tar-reġjuni u tal-bliet tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi tas-COP 21 dwar it-tibdil fil-klima(14),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Reviżjoni tal-Aġenda Territorjali tal-UE, il-Karta ta’ Leipzig u l-Aġenda Urbana tal-UE”(15),
– wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond bit-titolu “Aġenda Territorjali 2030 – Rieżami tal-Implimentazzjoni”, ippubblikata mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2023(16),
– wara li kkunsidra l-istudju li sar għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) bit-titolu “Integrated territorial and urban strategies: how are ESIF adding value in 2014-2020” (Strateġiji territorjali u urbani integrati: kif l-FSIE qed iżidu l-valur fl-2014-2020), ippubblikat f’Diċembru 2017(17),
– wara li kkunsidra l-iSTRAT-Board, l-għodda interattiva żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea u d-DĠ REGIO li turi kif il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) jappoġġjaw l-approċċ integrat għall-iżvilupp urban u territorjali(18),
– wara li kkunsidra l-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali(19) u l-Manwal tal-Istrateġiji tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli(20), ippubblikati mill-JRC,
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma prodott mid-DĠ REGIO bit-titolu “The geography of EU discontent and the regional development trap” (Il-ġeografija tal-iskuntentizza tal-UE u n-nassa tal-iżvilupp reġjonali) ippubblikat f’Marzu 2023,
– wara li kkunsidra l-istudju prodott mill-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej bit-titolu “ITI and CLLD - The use of integrate territorial tools in cohesion policy” (L-ITI u s-CLLD - L-użu ta’ għodod territorjali integrati fil-politika ta’ koeżjoni) ippubblikat f’Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra l-Karta ta’ Leipzig dwar il-bliet Ewropej sostenibbli tal-2007 u l-Karta l-ġdida ta’ Leipzig – is-setgħa trasformattiva tal-bliet għall-ġid komuni tat-30 ta’ Novembru 2020,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja u l-Anness 3 tagħha,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0420/2023),
A. billi l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ u għandha tibqa’ l-politika ewlenija ta’ investiment għar-reġjuni u l-bliet tal-UE, u mhijiex maħsuba biex isservi b’mod konsistenti bħala l-ewwel għażla għall-assistenza finanzjarja biex jiġu ffaċċjati avvenimenti mhux previsti li jheżżu s-soċjoekonomija tagħna; billi l-Aġenda Territorjali hija l-istrument ta’ gwida għall-politika territorjali tal-UE, kif rifless fil-programmi u l-proġetti nazzjonali tagħha, u tipprovdi orjentazzjoni għall-ippjanar spazjali u l-iżvilupp reġjonali strateġiku, tappella għat-tisħiħ tad-dimensjoni territorjali tal-politiki settorjali fil-livelli kollha ta’ governanza u tfittex li tippromwovi futur inklużiv u sostenibbli għall-postijiet kollha u tgħin biex jintlaħqu l-SDGs fl-Ewropa;
B. billi l-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-UE huma identifikati u ġestiti fil-livell territorjali;
C. billi r-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Komuni preċedenti u attwali ma jagħmlu l-ebda referenza speċifika għall-Aġenda Territorjali 2020 jew 2030 rispettivament; billi t-Titolu III, il-Kapitolu II tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni attwali jipprovdi l-bażi għat-teħid ta’ fondi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ strateġiji tal-iżvilupp territorjali; billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013(21) jirreferi għal żvilupp urban sostenibbli bbażat fuq strateġiji urbani sostenibbli integrati bħala l-qafas għall-għażla ta’ operazzjonijiet uniċi;
D. billi l-approċċ ibbażat fuq il-post għat-tfassil tal-politika mibni fuq l-iżvilupp territorjali integrat għandu l-għan li jisfrutta potenzjal uniku relatat mar-riżorsi territorjali, l-għarfien u l-assi, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta f’tipi differenti ta’ territorji;
E. billi jidher li d-diffikultajiet ewlenin li ltaqgħu magħhom l-atturi istituzzjonali lokali u reġjonali u dawk tas-soċjetà ċivili għall-perjodu 2014-2020 kienu appoġġ tekniku u amministrattiv insuffiċjenti, ostakli burokratiċi sproporzjonati, nuqqas ta’ ħiliet u taħriġ, bini ta’ għarfien u tal-kapaċitajiet u kooperazzjoni batuta bejn livelli differenti ta’ governanza, minbarra l-assorbiment bil-mod ta’ fondi;
F. billi jidher li fir-reġjuni u l-unitajiet amministrattivi fejn jiġi implimentat LEADER, maniġer obbligatorju tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali jikkontribwixxi għat-titjib tal-prestazzjoni u l-assorbiment tal-finanzjament reġjonali;
G. billi r-rikkezza tad-diversità territorjali tal-EU għandha titqies bħala sistema dinamika u kumplessa li fiha kull reġjun jiffaċċja sfidi ta’ żvilupp skont il-karatteristiċi partikolari tiegħu; billi l-inugwaljanzi dejjem akbar bejn il-postijiet u bejn in-nies laħqu livell kritiku u hija meħtieġa azzjoni miftiehma fil-livelli ġeografiċi u ta’ governanza kollha sabiex jiġu żgurati perspettivi futuri pożittivi għan-nies u għall-postijiet kollha madwar l-UE;
H. billi l-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali joffri appoġġ metodoloġiku fil-livelli kollha;
I. billi l-mikrokoeżjoni hija forma ta’ bilanċ għal żoni sottożviluppati f’reġjuni aktar żviluppati; billi, filwaqt li tiffoka b’mod espliċitu fuq “postijiet u persuni”, l-Aġenda Territorjali (TA2030) tniedi l-“idea ta’ koeżjoni interpersonali” flimkien mal-koeżjoni territorjali, filwaqt li tqis li dawn id-disparitajiet jistgħu jiġu indirizzati biss billi tingħata aktar attenzjoni lid-diversità u l-potenzjal tat-territorji, kif ukoll billi jitfasslu politiki u strateġiji bbażati fuq il-post, bil-għan li tiġi inkorporata aħjar dimensjoni territorjali fil-fondi kollha tal-UE;
J. billi l-Artikolu 28 tas-CPR jindika investimenti territorjali integrati (ITIs) u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) bħala l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u jitlob koerenza u koordinazzjoni fost il-fondi meta diversi jiġu applikati għall-istess strateġija għall-iżvilupp reġjonali jew lokali; billi dawn l-istrumenti huma mmirati lejn żvilupp territorjali minn isfel għal fuq u jsaħħu l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati lokali;
K. billi fil-perjodu 2014-2020, ġew ipprogrammati 1 975 strateġija fost li dawk qabel kienu 28 Stat Membru, iffinanzjati b’EUR 19-il biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li minnhom EUR 13,8-il biljun ġew allokati lill-ITIs f’disa’ Stati Membri;
L. billi s-CLLD kien it-tieni għodda l-aktar użata mill-Istati Membri għall-iżvilupp tal-istrateġiji territorjali jew lokali fl-2014-2020 u jiggarantixxi li l-gvernijiet lokali u reġjonali u l-partijiet ikkonċernati se jkunu involuti mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-fondi tal-UE li jirċievu; billi ma hemm l-ebda allokazzjoni għall-użu tas-CLLD fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027;
M. billi l-implimentazzjoni tal-ITIs u s-CLLDs għadha irregolari madwar l-UE u diversi Stati Membri u l-awtoritajiet maniġerjali ma jidhrux li ħadu impenn kbir biex jimplimentawhom; billi l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-objettiv ta’ politika 5 “Ewropa eqreb taċ-ċittadini” (PO5) ivarjaw fost l-Istati Membri, u dan jirriżulta f’implimentazzjoni baxxa tal-ITIs u tas-CLLDs; billi, fil-futur, il-koleġiżlaturi għandhom jikkunsidraw implimentazzjoni aktar flessibbli tal-PO5 mingħajr rekwiżiti stretti dwar l-istrateġiji u l-governanza, li tgħin biex din tinfetaħ għal kull tip ta’ inizjattivi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali u lokali;
N. billi l-ITIs u s-CLLDs huma strumenti li għandhom ikunu mmirati mhux biss lejn l-iffaċilitar tal-approċċ minn isfel għal fuq għall-iżvilupp territorjali billi jinvolvu gvernijiet lokali u reġjonali sa mill-bidu, iżda wkoll lejn l-iffaċilitar tad-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati differenti u billi jżidu l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat, kif ukoll billi jrawmu l-kooperazzjoni u t-trasferiment ta’ informazzjoni fost il-libell kollha ta’ governanza;
O. billi t-TA2030 tistieden lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu bħala l-kumitat responsabbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, iqisu l-objettivi tiegħu billi jippromovu l-prijoritajiet tiegħu fil-proċessi leġiżlattivi tal-UE;
P. billi l-ITI u l-politiki bbażati fuq il-post huma kundizzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; billi l-politiki bbażati fuq il-post jistgħu jgħinu lit-territorji jaħarbu minn deterjorament ekonomiku fit-tul u n-“nassa tal-iżvilupp reġjonali”, li fiha reġjun ma jkunx jista’ jżomm id-dinamiżmu ekonomiku tiegħu f’termini ta’ introjtu, produttività u impjiegi;
Q. billi t-TA2030 tiddefinixxi żewġ objettivi ġenerali, Ewropa Ġusta u Ewropa Ekoloġika, li għandhom sitt prijoritajiet (Ewropa Bbilanċjata, Reġjuni Funzjonali, Integrazzjoni lil hinn mill-fruntieri, Ambjent f’Saħħtu, Ekonomija Ċirkolari u Konnessjonijiet Sostenibbli) għall-iżvilupp tat-territorju Ewropew kollu flimkien mal-postijiet kollha tiegħu; billi t-TA2030 tkompli tallinja l-objettivi tal-iżvilupp territorjali tal-UE mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; billi l-Aġenzija Urbana Ewropea, permezz tal-Karta ta’ Leipzig, tappoġġja l-objettivi tat-TA2030;
R. billi l-iżvilupp territorjali komuni b’saħħtu permezz tas-CPR u l-implimentazzjoni tat-TA2030 jistgħu jservu bħala mezz għat-tisħiħ tas-solidarjetà u tal-proċessi demokratiċi u għal UE ġusta u ekoloġika; billi l-approċċi territorjali jżidu l-valur billi japplikaw lenti strateġika u spazjali li tkopri l-kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ sfidi u opportunitajiet soċjali, istituzzjonali, ekonomiċi u ambjentali li jinfluwenzaw l-iżvilupp tat-tipi kollha ta’ territorji;
S. billi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-TA2030 għadha irregolari madwar l-UE, b’mod partikolari meta jitqiesu d-disparitajiet spazjali bħall-insularità; billi l-konklużjonijiet tat-TA2030 juru żieda fl-inugwaljanzi fi ħdan l-UE, li jenfasizzaw il-lakuni bejn iċ-ċittadini u bejn it-territorji;
T. billi t-TA2030 titlob li tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tal-politiki settorjali fil-livelli kollha ta’ governanza; billi l-prinċipji ewlenin tat-TA2030 huma inklużi fiż-żewġ prijoritajiet “In-nies u l-postijiet qed jitbiegħdu minn xulxin” u “Żvilupp sostenibbli u tibdil fil-klima”;
U. billi tnedew seba’ azzjonijiet pilota bl-adozzjoni tat-TA2030, li jservu bħala eżempju tal-applikazzjoni tal-objettivi tagħha fil-prattika, fil-livell lokali u reġjonali, u li jispiraw azzjonijiet konġunti madwar l-UE, jiġifieri: “Futur għal reġjuni li għadhom lura”, “Nifhmu kif il-politiki settorjali jsawru l-(iż)bilanċi spazjali”, “Il-postijiet żgħar jgħoddu wkoll”, “Ippjanar spazjali transfruntier”, “Azzjoni klimatika fi rħula Alpini”, “Adattament għat-tibdil fil-klima u reżiljenza permezz ta’ tranżizzjoni tal-pajsaġġ”, u “Tnaqqis tal-artifiċjalizzazzjoni tal-art, it-tifrix urban u l-issiġillar tal-ħamrija fi bliet ta’ daqsijiet differenti u żoni urbani funzjonali”;
V. billi, filwaqt li jitqies il-bilanċ ġeografiku limitat fl-iżvilupp ta’ dawn l-azzjonijiet pilota u d-diffikultajiet amministrattivi li wieħed jiltaqa’ magħhom meta l-azzjonijiet pilota kienu ffinanzjati minn diversi programmi, hemm bżonn ta’ ġbir aħjar tad-data, kif ukoll reviżjoni koerenti tat-TA2030;
1. Jisħaq li, fil-perjodu 2014-2020, 28 % biss tal-istrateġiji tal-iżvilupp urban sostenibbli ġew implimentati permezz tal-ITIs; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ tali għodod biex tiżviluppa t-TA2030, b’mod partikolari permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni msaħħa;
2. Jisħaq fuq il-kontribut siewi għall-iżvilupp territorjali mwassal minn azzjonijiet implimentati permezz tas-CLLD bħal dawk fl-ambitu tal-programm LEADER; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-LEADER billi jżidu l-pakkett baġitarju tiegħu, billi jiggarantixxu livell għoli ta’ awtonomija tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali fir-rigward tal-kostituzzjoni tagħhom u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom u jnaqqsu l-piż amministrattiv;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tuża r-riżultati tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2024 li ġej għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, kif ukoll ir-riżultati tal-azzjonijiet imwettqa permezz tas-CLLD bħal dawk fl-ambitu tal-programm LEADER, biex tappoġġja programmi għall-perjodu 2021-2027; jinnota l-importanza ta’ analiżi kwalitattiva tal-għodod tal-iżvilupp territorjali; jesprimi dispjaċir, f’dan ir-rigward, għall-konklużjoni tar-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-LEADER u s-CLLD li l-benefiċċji tagħhom mhumiex murija biżżejjed;
4. Jilqa’ l-Manwal tal-istrateġiji territorjali u tal-iżvilupp u l-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp urban sostenibbli bħala gwidi għal-livelli amministrattivi kollha għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali, inkluż urbani; jemmen li jrid jitrawwem it-tixrid ta’ prattiki tajbin bil-għan li jiġi żgurat li l-proġetti jkunu effettivi u sostenibbli; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-pubblikazzjoni tardiva ta’ dawn il-manwali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproduċi linji gwida f’waqthom biex tissimplifika l-proċess għall-iżvilupp tal-programmi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu offruti aktar gwida u flessibbiltà akbar lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-PO5 “Ewropa eqreb taċ-ċittadini”, u l-azzjonijiet biex dan jinkiseb, u biex jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fit-TA2030 u li jinħolqu inċentivi biex jiġi allokat aktar finanzjament għall-PO5;
5. Jistieden lill-Istati Membri jippromovu ppjanar strateġiku spazjali li jqis it-territorji kollha lil hinn miż-żoni metropolitani, urbani u urbani funzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jsaħħu r-rabtiet rurali-urbani bħala mod kif jinkiseb żvilupp territorjali bbilanċjat aħjar madwar l-UE u jikkunsidraw l-ippjanar u l-implimentazzjoni transfruntiera permezz ta’ approċċi minn isfel għal fuq bħas-CLLD/ITI;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jallokaw fondi għaż-żoni u r-reġjuni rurali li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bl-istess mod li 8 % tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni huma allokati għall-iżvilupp ta’ programmi fl-ambitu tal-Aġenda Urbana; jinnota li dawn il-fondi għandhom jintużaw b’mod predominanti permezz ta’ għodod integrati għall-iżvilupp territorjali;
7. Iqis il-kapaċitajiet murija mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-għodod territorjali, u jqis li hija meħtieġa bidla fil-paradigma fl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-għodod territorjali; jappella għal implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija u konsultazzjoni fil-fond mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn qabel id-definizzjoni tal-azzjonijiet tal-ITI u tas-CLLD; jenfasizza l-importanza tal-approċċ minn isfel għal fuq għall-iżvilupp territorjali, filwaqt li tingħata s-setgħa liċ-ċittadini biex jieħdu s-sjieda tal-iżvilupp tat-territorji tagħhom;
8. Jitlob li l-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali jew lokali ffinanzjati minn aktar minn programm wieħed jingħaqdu f’binarju wieħed, f’konformità mal-Artikolu 28 tas-CPR u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, meta meħtieġ, sabiex jiġu pprevenuti dewmien u ostakli amministrattivi; jilqa’ l-possibbiltà, introdotta fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, li jinħatar fond ewlieni għal strateġiji ffinanzjati minn aktar minn fond wieħed;
9. Jinnota li strumenti territorjali, bħas-CLLDs u l-ITIs, huma miżuri li wrew li jistgħu jqarrbu lill-UE lejn iċ-ċittadini; jinnota d-data murija fil-Bord STRAT għall-perjodu 2014-2020 u jinnota li s-CLLDs kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ strateġiji territorjali, filwaqt li enfasizza l-interess qawwi tal-livell lokali li jipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ dawn l-istrateġiji; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jissimplifikaw il-ġestjoni amministrattiva tal-fondi, speċjalment il-każijiet li fihom is-CLLDs jieħdu minn aktar minn fond wieħed; jisħaq li l-ITIs huma l-għodda ewlenija użata mill-Istati Membri b’allokazzjoni akbar ta’ fondi tal-FEŻR, peress li jassorbu malajr l-ammonti u huma kapaċi jkopru diversi assi ewlenin preżenti fi programm wieħed jew aktar;
10. Jissottolinja d-distinzjoni ċara bejn l-Istati Membri li huma impenjati li jiżviluppaw l-ITIs jew is-CLLDs u dawk li mhumiex; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara din id-differenzjazzjoni sabiex tevita disparitajiet ġeografiċi u tipprevedi appoġġ tekniku mfassal apposta għall-Istati Membri li ma għamlux użu minn dawn l-għodod territorjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu akbar mill-għodod tal-iżvilupp territorjali integrat kif definiti fl-Artikolu 28 tas-CPR u jiżguraw ir-rispett għas-sħubija kif definit fl-Artikolu 8 tas-CPR; huwa tal-fehma li l-għodod tal-iżvilupp territorjali integrat għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri;
11. Jilqa’ s-simplifikazzjonijiet tekniċi fl-iżvilupp territorjali introdotti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu r-regolamenti amministrattivi addizzjonali meħtieġa għal livell minimu kemm jista’ jkun u jiffukaw aktar fuq il-proporzjonalità, peress li proġetti finanzjarji żgħar bħalissa għandhom piż amministrattiv (għall-benefiċjarji) u spejjeż amministrattivi (għall-awtoritajiet tal-programm) proporzjonalment ogħla minn proġetti akbar;
12. Iqis li t-TA2030 hija strument reali u xieraq li għandu l-għan li jnaqqas id-dimensjoni spazjali tal-inugwaljanzi u li jiżgura l-koeżjoni tal-UE permezz tal-ġestjoni ta’ kull wieħed mir-reġjuni tagħha bil-partikolaritajiet tagħhom; jemmen, għalhekk, li s-soċjetajiet u t-territorji għandhom ikunu aktar involuti fir-rikonoxximent tal-importanza ta’ din l-Aġenda; jistieden lill-Kummissjoni timmodifika r-rwol tat-TA2023 lil hinn minn dak ta’ gwida ta’ ġestjoni territorjali;
13. Josserva li t-TA2030 mhux biss tiffavorixxi risponsi ta’ politika bbażati fuq il-post għall-isfidi territorjali, iżda tipprovdi wkoll viżjoni u ambizzjoni għall-objettiv ta’ koeżjoni territorjali permezz ta’ involviment aħjar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u taċ-ċittadini;
14. Jenfasizza li għalkemm il-finanzjament multiplu huwa wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-għodod integrati territorjali, is-sejbiet attwali juru li l-użu ta’ finanzjament multiplu xorta jista’ jidher diffiċli f’xi pajjiżi, speċjalment peress li fil-perjodu attwali l-FAEŻR (żvilupp rurali) ma għadux inkluż fis-CPR u għalhekk ikunu meħtieġa miżuri addizzjonali u speċifiċi biex jiġu allinjati r-regoli tal-FAEŻR u ta’ fondi oħra tal-politika ta’ koeżjoni (jiġifieri l-użu ta’ fondi differenti tal-UE għal proġetti integrati fil-livell lokali li jindirizzaw diversi objettivi ta’ politika);
15. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu b’mod attiv l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-proġetti pilota tat-TA2030 fil-prattika;
16. Jisħaq li introjtu u kwalità tal-ħajja ġusti u dinjitużi għaċ-ċittadini u l-familji tagħhom fiż-żoni rurali huma essenzjali biex jiġu żgurati l-progress soċjali u l-iżvilupp territorjali u lokali ta’ suċċess; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti u protezzjoni soċjali għal kulħadd;
17. Jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb il-koerenza tal-politiki u li tiġi implimentata verifika rurali tal-iżvilupp territorjali integrat futur tal-UE u inizjattivi rilevanti oħra biex jiġu vvalutati l-koerenza u l-komplementarjetà tal-politiki tal-UE u l-impatt potenzjali tagħhom fuq iż-żoni rurali, biex b’hekk, b’mod effettiv, tiġi pprevenuta d-depopolazzjoni rurali u jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali, l-aċċess ugwali għal servizzi essenzjali ta’ kwalità għolja u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali; jisħaq fuq l-importanza tal-mekkaniżmu ta’ verifika rurali anke meta l-Istati Membri jivvalutaw l-impatti tal-leġiżlazzjoni proposta fiż-żoni rurali; jissottolinja l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ verifika rurali, kif ukoll fil-governanza tagħhom kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, biex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali relatata mat-trasport u tittejjeb l-aċċessibbiltà territorjali taż-żoni kkonċernati sabiex jittejbu l-kooperazzjoni transfruntiera u rurali-urbana, l-aċċess għal internet broadband u għal servizzi adegwati, b’mod partikolari tal-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali u r-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali, filwaqt li tiżdied l-attrazzjoni ta’ dawn iż-żoni, kif ukoll jiġi żgurat futur sostenibbli għal dawn il-komunitajiet;
18. Jisħaq li l-azzjonijiet tat-TA2030 għandu jkollhom rwol ċentrali fil-ftehimiet u fil-programmi ta’ sħubija; jindika li dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu aktar deċiżivi fl-allokazzjoni tal-fondi u l-ħtieġa li tiġi promossa l-integrazzjoni tat-TA2030 fil-politiki tal-UE, b’enfasi fuq livelli ta’ governanza eqreb lejn il-post; jemmen li t-TA2030 għandha tiġi pprovduta b’finanzjament adegwat u b’metodoloġija ta’ allokazzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali futur;
19. Jissottolinja bħala essenzjali l-inklużjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi tat-TA2030 fl-istrumenti leġiżlattivi u l-programmi leġiżlattivi tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, li għandhom ikunu mfassla apposta għal kull territorju; jilqa’ l-azzjonijiet pilota tat-TA2030 li ġew żviluppati u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jinvestu f’dawn l-azzjonijiet, itejbu l-bilanċ ġeografiku tagħhom u jikkoordinawhom aħjar mal-prinċipji tat-TA2030;
20. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Parlament, b’mod partikolari l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kompetenti tiegħu, jiġi involut fl-azzjonijiet pilota, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-prijoritajiet attwali tal-UE, u biex jiġu promossi r-riżultati tal-azzjonijiet pilota u jiġu kkomunikati fil-livell tal-UE, filwaqt li jiġu integrati u kkoordinati ma’ inizjattivi bħall-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-FEŻR u l-Interreg;
21. Jitlob strateġija li tiffaċilita s-sinerġiji bejn il-fondi differenti tal-UE għal proġetti implimentati permezz ta’ għodod territorjali u għas-simplifikazzjoni amministrattiva ta’ azzjonijiet pilota ffinanzjati minn aktar minn fond wieħed sabiex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi u jiġu ffaċilitati l-applikazzjonijiet għal dawn il-proġetti;
22. Jemmen li l-kumpaniji jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-istrateġiji ta’ żvilupp territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja sistemi ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li jiġu żviluppati proġetti ta’ żvilupp territorjali li jippromovu l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku;
23. Jindika l-potenzjal enormi tat-TA2030 u l-proġetti pilota attwali u futuri tagħha biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet differenti ħafna taż-żoni mhux urbani, inkluż żoni rurali, żoni muntanjużi, gżejjer u żoni kostali, żoni remoti u skarsament popolati u ħafna tipi oħra ta’ territorji fejn teżisti taħlita ta’ karatteristiċi urbani u rurali; jenfasizza, b’mod partikolari, il-fatt li ż-żoni rurali spiss jiffaċċjaw sfidi demografiċi, densità baxxa tal-popolazzjoni u aċċess u kwalità limitati għas-servizzi ta’ interess ġenerali, filwaqt li mhux dejjem ikollhom il-kapaċità li jfasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi u għalhekk ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ kbir mill-iskambju tal-aħjar prattiki;
24. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tixrid akbar tal-azzjonijiet u l-kisbiet tal-proġetti pilota bħala eżempji tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE; huwa favur l-idea ta’ konferenza biennali biex turi l-azzjonijiet pilota lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-atturi rilevanti fil-livell nazzjonali u tal-UE, filwaqt li torbotha ma’ avvenimenti oħra bħal dawk fl-ambitu tal-Patt Rurali jew il-Forum tal-Ibliet;
25. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw l-aġendi territorjali tagħhom f’konformità mat-TA2030 bħala bażi għall-ipprogrammar tal-istrateġiji territorjali tagħhom, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet u tal-ħtiġijiet li tassew ivarjaw ta’ kull wieħed mir-reġjuni tagħhom, u li jservu ta’ inċentiv, kif ukoll sabiex jistimulaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politiki territorjali u urbani; jistieden ukoll lill-Istati Membri jippermettu strateġiji territorjali differenti għar-reġjuni kollha tal-UE inkluż żoni rurali, żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali u demografiċi severi u permanenti, bħar-reġjuni li jinsabu fil-partijiet l-aktar imbiegħda tat-Tramuntana u reġjuni b’densitajiet tal-popolazzjoni baxxa ħafna, gżejjer, reġjuni trasnfruntiera u reġjuni muntanjużi;
26. Jenfasizza li l-prestazzjoni tajba tal-istrutturi ta’ governanza tista’ tiddetermina l-aħjar taħlita ta’ prijoritajiet ta’ investiment sabiex tinkiseb il-koordinazzjoni vertikali u orizzontali f’diversi livelli meħtieġa biex jitfasslu u jitwettqu strateġiji ta’ żvilupp integrati;
27. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromovu l-implimentazzjoni tat-TA2030 lil hinn mill-azzjonijiet pilota, u jagħmlu dan l-istrument qafas ta’ referenza għal azzjoni li jipprovdi linji gwida konkreti u adattati għat-territorji tal-UE biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom; jenfasizza l-opportunità li l-finanzjament reġjonali jkun marbut mal-ksib tal-prijoritajiet tat-TA2030 u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi ta’ monitoraġġ li jorbtu t-TA2030 u l-użu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-FEŻR;
28. Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ b’mod urġenti l-politika tal-UE dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, anke fid-dawl tax-xejriet dejjem aktar spissi ta’ avvenimenti estremi tat-temp f’dawn l-aħħar snin u xhur fl-UE; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet pubbliċi jkomplu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ambizzjoni u l-kwalità tal-proġetti pilota fl-objettiv “Ewropa Ekoloġika” u l-ewwel prijorità tiegħu “Ambjent aktar san”; jisħaq li l-iżvilupp territorjali huwa essenzjali biex jinbnew reġjuni reżiljenti u tiġi żgurata l-implimentazzjoni sostenibbli tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni;
29. Jilqa’ l-proposta tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-promozzjoni ta’ karta tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet rurali/urbani madwar l-Ewropa kollha; huwa konvint ukoll li hemm bżonn ta’ aktar kooperazzjoni maż-żoni urbani biex jiġi żgurat li l-ebda żona jew ċittadin ma “jitħalla jibqa’ lura” fit-tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni Ewropea newtrali għall-klima, sostenibbli u prospera, fil-ħidma għal impenn rurali u urban għal approċċ ġust u li juri l-valur miżjud tal-organizzazzjonijiet rurali u urbani li jaħdmu flimkien;
30. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat żvilupp aktar ibbilanċjat tar-reġjuni tal-UE billi tkun żgurata distribuzzjoni aħjar tal-fondi tal-UE, inkluż l-appoġġ tal-politka agrikola komuni fl-Istati Membri u bejniethom; jenfasizza li huwa impossibbli li jinkiseb żvilupp territorjali sostenibbli u fit-tul jekk l-appoġġ jiġi allokat lil reġjuni differenti abbażi tad-data storika;
31. Jinnota li aktar u aktar nies qed jagħżlu li jgħixu fl-ibliet u jaħdmu f’żoni rurali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal programmi li jqisu t-territorji kollha, inklużi ż-żoni metropolitani, urbani u funzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal il-LEADER b’tali mod li jkun jista’ jintuża minn bliet żgħar;
32. Jistieden lill-Kummissjoni tgħaqqad l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tat-TA2030 mal-politika ta’ koeżjoni futura u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni sabiex jingħelbu l-iżbilanċi territorjali u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ funzjonali b’mod aktar effettiv; jirrimarka l-opportunità ppreżentata mit-TA2030 bħala għodda għall-valutazzjoni tal-impatt tal-politika ta’ koeżjoni fir-rigward tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali;
33. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu rieżami koerenti tat-TA2030 sa tmiem l-2024, inkluż rieżami bir-reqqa tas-sistema ta’ governanza tagħha, il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħha u r-rilevanza tal-prijoritajiet tagħha, kif deskritt fit-TA2030;
34. Jilqa’ l-karattru vinkolanti tal-metodoloġija deskritta fil-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali li jagħti lill-politiki territorjali l-istess prominenza bħall-politiki urbani;
35. Jitlob qafas uniku għal strateġiji mmirati kemm lejn żvilupp urban kif ukoll lejn żvilupp territorjali usa’, li jittratta r-rekwiżiti territorjali kollha kemm huma; jisħaq li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-ostakli burokratiċi fl-akkwist ta’ fondi;
36. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-fondi u l-implimentazzjoni ta’ strumenti territorjali, li jiffavorixxu ġestjoni effiċjenti mingħajr burokrazija sproporzjonata; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-fondi billi jiġu identifikati “punti uniċi ta’ servizz” għall-benefiċjarji potenzjali ta’ proġetti ITI jew CLLD bil-fondi ta’ koeżjoni tal-UE, b’mod partikolari biex tiġi aċċessata informazzjoni dwar it-tip ta’ finanzjament, ir-rekwiżiti amministrattivi u l-eliġibbiltà;
37. Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kunsill Ewropew fl-iżvilupp tal-attivitajiet territorjali tal-Istati Membri; jitlob lill-Istati Membri jipprevedu biżżejjed riżorsi umani kemm fl-awtoritajiet maniġerjali kif ukoll fil-korpi ta’ implimentazzjoni inkarigati mill-ITIs jew mis-CLLDs, sabiex jiżguraw appoġġ tekniku u servizzi ta’ konsulenza speċifikament għall-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali u għas-sħab tal-ITI biex jippermettu l-konformità mar-regolamenti;
38. Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-involviment tagħha fil-politika territorjali permezz tal-politika ta’ koeżjoni u ssaħħaħ il-governanza tar-reġjuni sabiex tippromwovi l-koeżjoni u l-mikrokoeżjoni billi tkopri l-partikolaritajiet ta’ kull reġjun, ittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali u tapplika għodod eżistenti sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-istrumenti leġiżlattivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni sabiex tiżdied ir-reżiljenza tal-iżvilupp territorjali, b’mod partikolari biex ikunu jistgħu jtaffu l-effetti ta’ avvenimenti mhux mistennija, biex ir-reġjuni jiġu protetti milli jbatu l-konsegwenzi u jiġi rrispettat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”;
39. Huwa konxju tal-influwenza tad-deċiżjonijiet tas-Semestru tal-UE fuq il-koeżjoni territorjali u, konsegwentement, fuq il-kapaċità li jiġu żviluppati programmi territorjali; itenni l-ħtieġa, għaldaqstant, li tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tas-Semestru Ewropew u li tittejjeb il-korrelazzjoni bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-governanza ekonomika Ewropea, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istadji kollha tal-proċeduri marbuta mas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
40. Jistieden lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ikollhom rwol aktar attiv fis-segwitu u l-iżvilupp ulterjuri tat-TA2030; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju tal-kapaċità ta’ kull reġjun li jtaffi l-isfidi globali futuri li jaffettwaw il-koeżjoni territorjali; jinnota li dan jipprovdi għodda ta’ rispons malajr li tippermetti flessibbiltà fl-allokazzjoni jew it-tisħiħ ta’ dawn ir-riżorsi, skont is-sitwazzjoni f’ħin reali tar-reġjuni tal-UE;
41. Jenfasizza r-rilevanza tal-għodod territorjali f’termini ta’ parteċipazzjoni akbar u inklużiva mis-soċjetà ċivili u mill-gvernijiet lokali u reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi ġodda biex tissensibilizza aktar dwar ir-raġunament warajhom u żżid b’mod sostanzjali l-użu tal-ITIs u s-CLLDs, anke billi potenzjalment talloka perċentwal li għandu jintuża fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2027;
42. Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment iżid l-allokazzjoni finanzjarja prevista għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni iddedikati għas-salvagwardja tal-bilanċ u l-funzjonament xieraq tar-reġjuni;
43. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
Analiżi fil-fond – “Aġenda Territorjali 2030 – Rieżami tal-Implimentazzjoni”, il-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment tal-Politika B – Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, 7 ta’ Ġunju 2023.
Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
Il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2023
192k
62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2023 (2023/2077(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 101 sa 109 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, ir-riżoluzzjonijiet, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2023 intitolat “Ir-Rapport tal-2022 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni” (COM(2023)0184) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2023)0076),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2023 dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2022(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra l-linji gwida riveduti tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju, ippubblikati fis-6 ta’ Diċembru 2021,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tat-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-227/21(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 intitolata “Qafas Temporanju ta’ Kriżi għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja”(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)(5),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat(7),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE(8),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2022 intitolata “Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022”(9),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2023 intitolata “Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għan-networks tal-broadband”(10),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni,
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2022 intitolat “Evalwazzjoni tar-regoli dwar is-sussidji mill-Istat għas-servizzi tas-saħħa u soċjali ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u tar-Regolament de minimis dwar is-SIEĠ” (SWD(2022)0388),
– wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Settembru 2023, tal-pakkett ta’ miżuri adottat fl-20 ta’ April 2023, imfassal biex jissimplifika u jirrazzjonalizza l-proċeduri għar-rieżami ta’ ċerti fużjonijiet li ma jqajmux tħassib dwar il-kompetizzjoni (C(2023)2400, C(2023)2401, C(2023)2402),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern(11),
– wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2023 tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen(12),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar id-deżinjazzjoni ta’ gwardjani skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA),
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 tal-20 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004(13),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ewropea konġunta dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali tat-23 ta’ Jannar 2023 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea(14),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-QĠUE tal-4 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża C-252/21(15),
– wara li kkunsidra d-dokument intitolat “DG COMP Code of good practices for a transparent, inclusive, fast design and assessment of IPCEIs” (Kodiċi ta’ prattiki tajba tad-DĠ COMP għal disinn u valutazzjoni trasparenti, inklużivi u aktar rapidi tal-IPCEIs) tas-17 ta’ Mejju 2023(16),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) intitolat “Report on CRA Market Share Calculation” (Rapport dwar il-Kalkolu tas-Sehem tas-Suq tas-CRAs) tal-15 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2004 dwar gwida informali relatata ma’ kwistjonijiet ġodda li jikkonċernaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE li jinqalgħu f’każijiet individwali (ittri ta’ gwida)(17),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Lulju 2023 intitolata “Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali”(18),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2023 li tipprojbixxi l-akkwist propost ta’ Flugo Group Holdings AB (“eTraveli”) minn Booking Holdings (“Booking”),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(19),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0427/2023),
A. billi l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tiżvolġi rwol importanti fl-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ġusti għan-negozju fis-suq uniku sabiex tipproteġi s-swieq kontra l-konċentrazzjonijiet u l-akkumulazzjoni bla bżonn ta’ saħħa fis-suq u biex tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u t-tkabbir għall-kumpaniji – speċjalment l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) – fis-suq uniku u, konsegwentement, ittejjeb il-benessri tal-konsumatur u tipprovdi għażla akbar għall-konsumaturi u n-negozji;
B. billi hija meħtieġa interazzjoni produttiva bejn il-politika tal-kompetizzjoni u politiki settorjali oħra; billi l-politika tal-kompetizzjoni tista’ tikkontribwixxi biex jissaħħu r-reżiljenza, l-integrità u l-kompetittività tas-suq intern, kif ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Kumpass Diġitali u l-objettivi tal-UE kif minquxa fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);
C. billi l-iskambju u l-kooperazzjoni internazzjonali huma essenzjali biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwivalenti globali u ta’ kompetizzjoni u biex l-isfidi tat-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika jiġu indirizzati b’mod koordinat;
D. billi ċ-ċirkostanzi ġeopolitiċi globali jirrikjedu wkoll soluzzjonijiet responsabbli u kompetittivi fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni; billi l-UE għandha tuża l-għodod politiċi u leġiżlattivi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiddefendi l-integrità, ir-reżiljenza u l-kompetittività tas-suq intern tagħha fid-dawl tal-isfidi minħabba l-għadd jiżdied ta’ kunflitti madwar id-dinja, it-tensjonijiet kummerċjali bejn il-pajjiżi kompetituri, il-kriżi tat-tibdil fil-klima u l-pressjoni tal-inflazzjoni u l-livelli baxxi ta’ tkabbir ekonomiku; billi hemm bżonn li jitnaqqsu d-dipendenzi ta’ ħsara tal-UE minn pajjiżi mhux tal-UE u minn setgħat globali f’oqsma bħall-enerġija, il-mediċini, it-teknoloġija jew il-materja prima;
E. billi l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jeħtieġ li jaġixxu b’mod imparzjali u oġġettiv sabiex iħarsu l-kredibbiltà tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE;
F. billi s-saħħa u l-importanza globali tas-suq uniku tal-UE joriġinaw mill-kompetittività interna tiegħu u minn kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni;
Ir-rwol tal-kompetizzjoni u r-rispons ta’ politika għall-gwerra fl-Ukrajna, l-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni u l-isfidi kontinwi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19
1. Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja l-integrità tas-suq uniku; ifakkar li r-rispons għall-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni ma jridx ikun ibbażat biss fuq l-użu tal-għajnuna mill-Istat, iżda jrid ikun ibbażat ukoll fuq il-ħolqien ta’ ambjent aktar favorevoli għan-negozju u qafas ta’ kompetizzjoni mġedded, li jipprovdi ħeffa u flessibbiltà għall-kumpaniji li jinvestu u jikkompetu b’mod ġust fl-Ewropa, filwaqt li jikkonforma mal-miri klimatiċi tal-UE;
2. Jieħu nota tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni (TCTF), kif ukoll tal-aġġornament tal-ġabra ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li tippermetti investimenti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jieħu nota tal-adozzjoni u l-inklużjoni fl-2023 tal-“klawżola ta’ tqabbil”; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta li ma toħloqx il-kundizzjonijiet għal tellieqa għas-sussidji u tuża l-għodod għad-dispożizzjoni tagħha biex tipprevjeni u tikkontrobatti l-kompetizzjoni inġusta tas-sussidji; jisħaq li kwalunkwe appoġġ addizzjonali mill-Istat għandu jkun immirat u temporanju fin-natura tiegħu; isostni li l-għajnuna mill-Istat għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal-politika tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rkupru fl-Istati Membri;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrumenti temporanji kollha ta’ għajnuna mill-Istat ikunu mmirati biżżejjed biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku;
4. Jisħaq li se jkun meħtieġ investiment pubbliku u privat addizzjonali biex jiġu indirizzati sfidi ġodda; jissottolinja li l-baġit tal-UE jeħtieġ li jkun mgħammar kif xieraq biex jindirizza l-isfidi tal-ġejjieni, inkluża l-frammentazzjoni tas-suq intern, filwaqt li jappoġġa l-istrateġija industrijali tal-UE, inaqqas id-dipendenzi kritiċi tagħna u jiżgura l-awtonomija strateġika miftuħa tagħna; jenfasizza li dawn l-isfidi ma jistgħux jiġu indirizzati bl-infiq pubbliku biss;
5. Ifakkar li approċċ frammentat għall-għajnuna mill-Istat għandu l-potenzjal li joħloq kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE, peress li mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istess spazju fiskali biex jipprovdu appoġġ; jitlob, għaldaqstant, il-monitoraġġ tal-effetti distorsivi potenzjali u li kwalunkwe flessibbiltà tal-appoġġ pubbliku tiġi applikata biss għall-appoġġ ipprovdut fil-livell tal-UE;
6. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif l-inflazzjoni tħalli impatt fuq il-kompetizzjoni billi toħloq inċentivi għall-kumpaniji biex jikkooperaw mal-kompetituri ħalli jikkoordinaw il-prezzijiet(20), kif ukoll il-konsegwenzi tagħha għas-swieq u l-benessri tal-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb id-data dwar il-profitti sabiex jiġu indirizzati b’mod effiċjenti l-konsegwenzi potenzjali, peress li r-riċerka mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali tissuġġerixxi li l-profitti korporattivi kienu xpruni temporanji importanti tal-inflazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-konsegwenzi tal-imġiba antikompetittiva u r-rwol tagħha fl-iżviluppi tal-inflazzjoni; itenni li l-Kummissjoni jeħtiġilha tuża l-għodod kollha disponibbli skont il-liġi tal-kompetizzjoni biex tindirizza l-kriżi tal-għoli tal-ħajja;
7. Jilqa’ l-inizjattivi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni f’diversi Stati Membri(21) biex jintroduċu setgħat ġodda ta’ investigazzjoni tas-suq sakemm dawn ma jwasslux għall-frammentazzjoni tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi għodda simili ta’ investigazzjoni tas-suq biex tevita lakuni fl-infurzar meta l-prattiki jseħħu bejn il-fruntieri nazzjonali fi ħdan l-UE, u tadotta rimedji għas-setturi kollha meta jkun meħtieġ biex tindirizza l-imġiba antikompetittiva b’mod effettiv; ifakkar fl-inizjattiva tal-Kummissjoni għal “Għodda Ġdida tal-Kompetizzjoni” li kellha l-għan li tindirizza l-lakuni bejn ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u l-għodod ta’ intervent kontra l-problemi strutturali ta’ kompetizzjoni fis-swieq kollha; jinnota li, bl-għodda ġdida tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tkun tista’ tinvestiga kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni f’setturi sħaħ; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-“Għodda Ġdida tal-Kompetizzjoni”;
8. Jissottolinja l-importanza tal-Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEIs) għall-finanzjament ta’ proġetti tranżnazzjonali kbar u għall-kisba tal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE; jieħu nota tal-kriterji speċifiċi għall-IPCEIs għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern; jiddeplora l-fatt li l-proċeduri twal u kumplessi meħtieġa spiss ikunu ta’ piż żejjed għall-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe notifika titlesta f’mhux aktar minn sitt xhur; jisħaq li l-IPCEIs għandu jkollhom valur miżjud Ewropew ġenwin;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif il-prinċipji tal-kompetizzjoni tal-UE affettwaw il-provvista ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ), anke fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19 u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-pożizzjoni tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali u eżenzjoni b’rabta mal-SIEĠ għall-akkomodazzjoni affordabbli;
10. Jilqa’ l-“Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE għal ftehimiet kollettivi”, li jiċċaraw li l-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE ma twaqqafx lill-ħaddiema li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati milli jidħlu f’negozjar kollettiv; ifakkar li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom spiss ikollhom aċċess limitat jew ebda aċċess għan-negozjar kollettiv, li jista’ jwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji;
11. Ifakkar fir-rabta integrali bejn il-politika tal-kompetizzjoni u s-suq intern, li hija ċara mit-test innifsu tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE li jirregolaw il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, kemm fil-ħidma leġiżlattiva kif ukoll f’dik politika tagħha, irrikonoxxiet il-ħtieġa li l-politika tal-kompetizzjoni tiġi integrata mal-objettivi tas-suq intern li jinkwadrawha;
12. Jindika l-ħtieġa li jiġu indirizzati b’mod effettiv id-distorsjonijiet tas-suq u l-fallimenti tas-suq, u li l-kompetizzjoni tissaħħaħ billi jitneħħew l-ostakli regolatorji mhux ġustifikati eżistenti u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn biex jiġi ffaċilitat id-dħul għal kompetituri ġodda;
13. Jisħaq fuq ir-rilevanza tas-sentenzi tal-QĠUE fil-kawżi C-555/21 (UniCredit Bank Austria) u C-383/18 (Lexitor sp. z o.o.) biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-kreditu għall-konsumatur u tiġi evitata d-distorsjoni kompetittiva tiegħu;
Infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni u xejriet globali
14. Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tvara investigazzjoni kontra s-sussidji rigward il-vetturi elettriċi Ċiniżi skont ir-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea(22); jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tal-istrumenti tal-UE dwar is-sussidji barranin, inkluż ir-Regolament (UE) 2022/2560 dwar is-sussidji barranin sabiex tiġi żgurata l-mitigazzjoni ta’ effetti potenzjalment distorsivi fuq is-suq uniku; jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ riżorsi billi hemm biss ħames ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (FTEs) fi ħdan il-Kummissjoni;
15. Jistieden lill-Kummissjoni timmodernizza r-regoli tal-akkwist pubbliku sabiex tindirizza l-prijoritajiet il-ġodda u l-isfidi operattivi, bl-għan li tgħin fit-trawwim ta’ industrija u standards Ewropej aktar ekoloġiċi;
16. Jisħaq li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv tal-UE kif definit fl-Artikolu 3 tat-TUE; jisħaq li l-“prezz ġust” tal-prodotti mhuwiex l-aktar prezz baxx possibbli għall-konsumatur, iżda prezz li jippermetti r-remunerazzjoni ġusta tal-partijiet kollha tul il-katina tal-provvista, filwaqt li ma jirriżultax f’esternalitajiet negattivi; jissottolinja li l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi ma għandux jinkludi biss kunsiderazzjonijiet dwar il-livelli tal-prezzijiet, iżda għandu jinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà u l-impatti fuq il-privatezza taċ-ċittadini;
17. Jissottolinja r-rwol ewlieni tan-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) bħala forum biex jitrawmu l-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet Ewropej tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni taħdem qatigħ għal djalogu u kooperazzjoni kostruttivi kontinwi fil-livell internazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied il-kollaborazzjoni bejn l-antitrust u regolaturi settorjali oħra, bħal dawk li jittrattaw il-privatezza tad-data, kemm biex jiġi ssorveljat l-użu ħażin tad-data korporattiva kif ukoll biex il-kumpaniji ma jitħallewx jużaw id-data tal-konsumatur biex jiksbu vantaġġ kompetittiv inġust; jilqa’ r-rwol rilevanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) fl-infurzar tar-regoli tad-DMA u l-inizjattivi leġiżlattivi nazzjonali li qed jiġu stabbiliti biex jindirizzaw l-imġiba antikompetittiva tal-pjattaformi online kbar fis-setturi diġitali; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza ta’ azzjoni koordinata u omoġenja li ma timminax l-applikazzjoni tad-DMA, minn naħa waħda, u r-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni fis-settur diġitali, min-naħa l-oħra, kif previst fl-Artikolu 1(6) tad-DMA;
18. Jindika li f’dinja globalizzata, il-kooperazzjoni internazzjonali hija kruċjali biex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-kompetizzjoni; jisħaq li ftehimiet ta’ kooperazzjoni ddedikati ma’ pajjiżi mhux tal-UE fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-effikaċja tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa l-influwenza tal-politika tal-kompetizzjoni fid-dinja, b’mod partikolari billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux tal-UE permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni li jippermettu li jsir skambju aktar effettiv tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar minn għodod evidenzjali addizzjonali bħall-għarfien dwar l-imġiba u l-analitika finanzjarja, kif ukoll użu akbar mix-xjenzati fl-oqsma tad-data, tal-kompjuter u tal-IA, u mill-ekonomisti komportamentali fl-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni;
20. Jinnota l-livell għoli kontinwu ta’ konċentrazzjoni tas-suq għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minħabba li l-akbar tliet aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom sehem mis-suq ta’ aktar minn 90 %(23); itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetizzjoni f’dan is-suq sabiex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-fiduċja;
21. Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni ta’ Ernst &Young li twaqqaf il-proċess ta’ separazzjoni tan-negozji tal-awditjar u tal-konsulenza tagħha; jinnota li l-kombinazzjoni tan-negozji tal-awditjar u tal-konsulenza tista’ twassal għal kunflitti ta’ interess u tista’ ssaħħaħ il-pożizzjoni dominanti fis-suq ta’ kull waħda mill-Erba’ Ditti l-Kbar; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-kombinazzjoni tan-negozji tal-awditjar u tal-konsulenza u possibbilment tippreżenta miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess u pożizzjoni dominanti fis-suq;
Kontroll tal-mergers
22. Jinnota li l-akkwist ta’ negozji ġodda minn atturi dominanti jista’ jnixxef l-innovazzjoni u, eventwalment, il-kompetizzjoni; jissottolinja l-importanza li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib lill-fenomenu ta’ “akkwiżizzjonijiet predatorji” fis-settur diġitali li jridu jiġu rrappurtati skont id-DMA, u tieħu azzjoni deċiżiva skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-KE dwar il-Mergers meta jkun xieraq;
23. Jilqa’ d-deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni dwar każijiet ta’ mergers(24); jissottolinja l-importanza ta’ rimedji strutturali fid-deċiżjonijiet dwar il-mergers; jinnota li l-akbar pjattaformi online u dawk l-aktar influwenti jaffettwaw l-operazzjonijiet ta’ kuljum ta’ għexieren ta’ eluf ta’ SMEs; jisħaq li akkwiżizzjoni ma tistax twassal għat-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ kumpanija fis-suq tal-lukandi billi tippermettilha tuża l-prattika ta’ cross-selling tad-diversi servizzi tagħha;
24. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid l-avviż tagħha dwar id-definizzjoni ta’ “suq rilevanti” u jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi adottat approċċ aktar dinamiku li jmur lil hinn mill-approċċ tradizzjonali, speċjalment għal swieq emerġenti ġodda bħal fis-settur diġitali, u jqis viżjoni aktar fit-tul li tinkludi d-dimensjoni globali u l-kompetizzjoni futura potenzjali; jiddeplora l-fatt li, fil-passat, il-Kummissjoni xi drabi ħadet perspettiva ristretta wisq rigward is-suq rilevanti, u b’hekk ċaħdet lill-kumpaniji Ewropej mill-opportunità li jikkompetu b’mod effettiv f’arena globalizzata; jappoġġa lill-Kummissjoni biex tqis aktar il-ħsara potenzjali lill-kompetizzjoni meta tivvaluta mergers li fihom l-espansjoni fi swieq kontigwi jkollha l-effett li tkompli ssaħħaħ aktar il-pożizzjoni ta’ dominanza fis-suq ewlieni tal-kumpanija akkwirenti;
25. Huwa mħasseb dwar il-konċentrazzjoni estensiva f’ċerti partijiet tal-katina tal-provvista tal-ikel, għad-detriment tal-konsumaturi, il-bdiewa, l-ambjent u l-bijodiversità;
26. Ifakkar li, skont ir-Regolament tal-KE dwar il-Mergers, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu kwistjonijiet ta’ interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-klima, is-sostenibbiltà u l-istat tad-dritt u jitlob li l-Kummissjoni tingħata l-istess possibbiltà meta teżamina l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq is-suq intern;
Antitrust u kartelli
27. Jistieden lill-Kummissjoni tuża aħjar l-istrument ta’ miżuri interim biex twaqqaf kwalunkwe prattika li tagħmel ħsara serja lill-kompetizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ swieq dinamiċi u li jiżviluppaw b’rata mgħaġġla bħas-swieq diġitali;
28. Jilqa’ l-approċċ il-ġdid fl-aħħar każijiet ta’ antitrust fejn il-Kummissjoni, għall-ewwel darba, u, taħt ċerti kundizzjonijiet, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ rimedji strutturali biex titwaqqaf l-imġiba antikompetittiva, speċjalment meta l-prattika antikompetittiva inkwistjoni tkun ġiet imtennija f’segmenti oħra tas-suq mill-istess kumpanija matul is-snin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tkompli f’din id-direzzjoni għal infurzar ex post effettiv tal-antitrust;
29. Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċeduri tal-antitrust, tistabbilixxi limiti ta’ żmien xierqa għall-proċeduri u tiżgura segwitu effettiv tad-deċiżjonijiet sabiex tevita proċeduri twal, bħal fil-każ ta’ Spotify, li ressqet ilment kontra Apple fl-2019, u fejn, minkejja li l-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ma ttieħdet ebda azzjoni konkreta biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet ta’ Apple, li jipprevjenu lill-iżviluppaturi tal-apps milli jikkomunikaw liberament mal-utenti tagħhom stess;
30. Jilqa’ l-varar tal-inizjattiva dwar il-linji gwida rigward l-abbużi esklużjonarji ta’ dominanza, li se tiġi abbozzata fl-2024 u tiġi adottata fl-2025, u l-impenn tal-Kummissjoni favur applikazzjoni vigoruża, effettiva u fil-pront tal-Artikolu 102 tat-TFUE fil-qasam tal-abbużi esklużjonarji; jistieden lill-Kummissjoni tikkonferma b’mod konkret l-infurzar ibbażat fuq l-effetti tar-regoli tal-antitrust u, b’mod partikolari, ir-rilevanza tal-evidenza ekonomika fil-każijiet xierqa; jitlob li l-vulnerabbiltà tal-konsumatur titqies meta jiġu vvalutati abbużi ta’ sfruttament bħal prezzijiet eċċessivi u termini inġusti;
31. Jinnota l-ftuħ ta’ investigazzjoni formali dwar prattiki antikompetittivi possibbli minn gwardjan billi jorbot jew jgħaqqad pjattaforma ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni mas-software dominanti u popolari tiegħu stess;(25) jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-konċessjonijiet, offruti unilateralment mill-gwardjan, mal-impriżi involuti, sabiex tiżgura li dawn jindirizzaw it-tħassib tal-atturi tas-suq fir-rigward tal-utenti ġodda u eżistenti, kif ukoll kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà u pprezzar;
32. Jinsisti fuq rimedji effettivi, li jistgħu jirrikjedu koordinazzjoni akbar bejn l-infurzaturi u djalogu ulterjuri ma’ partijiet terzi, kif ukoll infurzar xieraq; ifakkar li impriżi ddeżinjati bħala gwardjani kienu soġġetti għal deċiżjonijiet preċedenti dwar l-antitrust, li ma wasslux għal bidliet effettivi fl-imġiba, speċjalment rigward l-awtopreferenzjar fis-swieq diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tuża aħjar ir-rimedji strutturali bħala kwistjoni tal-aħħar istanza; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex ittemm il-primazija tar-rimedji komportamentali fid-dritt tal-UE;
33. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tindirizza l-effett antikompetittiv tar-restrizzjonijiet territorjali tal-provvista bl-għan li jiġi żgurat suq uniku li jiffunzjona bis-sħiħ u jiġi sfruttat il-benefiċċju potenzjali tiegħu għall-konsumaturi;
34. Itenni, barra minn hekk, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja u tneħħi b’mod attiv l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u restrizzjonijiet oħra fuq il-bejgħ online transfruntier, filwaqt li tħaddan approċċ favur il-konsumaturi sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu aċċess għal għażla akbar ta’ prodotti u servizzi madwar l-UE;
Il-politika tal-kompetizzjoni fl-era diġitali
35. Jilqa’ d-deżinjazzjoni ta’ sitt gwardjani – Alphabet, Amazon, Apple, ByteDance, Meta, Microsoft(26) – għal 22 servizz ewlieni tal-pjattaforma fl-ambitu tad-DMA, l-erba’ investigazzjonijiet tas-suq għall-konfutazzjoni kif ukoll l-ewwel investigazzjoni tas-suq fl-ambitu tal-Artikolu 3(8) tad-DMA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta minnufih atti delegati sabiex tespandi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni jew tispeċifika l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 12 tad-DMA; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod rigoruż jekk il-gwardjani humiex jikkonformaw mal-obbligi tad-DMA qabel is-6 ta’ Marzu 2024 u titlob feedback minn partijiet terzi dwar jekk is-soluzzjonijiet ta’ konformità offruti mill-gwardjani jwasslux għal swieq diġitali aktar ġusti u aktar kontestabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri tal-gwardjani dwar is-sigurtà u l-integrità tal-pjattaformi tagħhom, li jista’ jkollhom impatt fuq il-konformità mad-DMA, jiġu skrutinizzati minn partijiet terzi indipendenti u ma jkunux ibbażati biss fuq il-valutazzjoni tal-gwardjani stess;
36. Jindika li l-istudju tal-Kummissjoni dwar “l-impatt tal-iżviluppi reċenti fir-reklamar diġitali fuq il-privatezza, il-pubblikaturi u r-reklamaturi” jikkonkludi li l-ġbir u l-ipproċessar fuq skala kbira ta’ data personali għal skopijiet ta’ reklamar u l-opaċità tas-suq tar-reklamar diġitali jistgħu jkunu qed jalimentaw il-frodi fir-rigward tar-reklami(27); jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju, tanalizza aktar l-għażliet leġiżlattivi għal interventi ta’ politika futuri, inkluża l-impożizzjoni ta’ rimedji strutturali, biex tindirizza l-imġiba antikompetittiva, billi tikkomplementa d-DMA u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA)(28) f’dan ir-rigward;
37. Jilqa’ l-investigazzjoni tas-suq dwar Edge u Bing ta’ Microsoft(29) u iOS u iMessage ta’ Apple(30) sabiex jiġi vvalutat ir-rwol tagħhom bħala portali u l-pożizzjonijiet stabbiliti tagħhom fis-suq, skont id-deċiżjoni biex Apple u Microsoft jiġu ddeżinjati bħala gwardjani fl-ambitu tad-DMA; jenfasizza l-inklużjoni prestabbilita ta’ iMessage fuq l-apparati iOS kollha għal aktar minn 144 miljun utent; jisħaq fuq l-importanza tal-ismartphones bħala għodda personali u professjonali essenzjali; jenfasizza li s-suq tal-lum huwa ddominat minn żewġ sistemi operattivi, bis-servizzi ta’ messaġġi mhux interoperabbli tagħhom stess, u li dan jillimita l-possibbiltà għall-utenti u n-negozji li jiċċaqalqu liberament minn ekosistema għal oħra u li jikkomunikaw mingħajr xkiel ma’ xulxin irrispettivament mis-sistema operattiva, li fundamentalment imur kontra l-ispirtu u l-ittra tad-DMA; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipproċedi malajr fl-investigazzjoni tagħha u l-implimentazzjoni effettiva tagħha biex il-benefiċċji tal-interoperabbiltà tal-messaġġi jaslu f’waqthom għand kulħadd;
38. Jinnota d-deċiżjoni tal-QĠUE fil-kawża Meta vs Bundeskartellamt li tafferma l-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex jinfurzaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data skont il-liġijiet tal-antitrust; jindika li l-QĠUE tafferma li l-protezzjoni tad-data personali hija kunsiderazzjoni importanti meta jiġi eżaminat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti u li timponi rekwiżiti fuq l-użu tad-data personali tal-individwi għal reklamar immirat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jinvestigaw ksur tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(31) u lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data biex jissanzjonaw tali ksur;
39. Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-proċedimenti ta’ Bundeskartellamt u Alphabet Inc. li jagħtu lill-utenti ta’ Google għażliet aħjar dwar kif Google tipproċessa d-data tagħhom; jafferma li l-konsumaturi tal-UE jeħtieġ li jkollhom l-għażla dwar jekk jippermettux l-agglomerazzjoni u l-ipproċessar tad-data tal-iskambju tas-servizzi tad-data personali tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ infurzar u tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tiffaċilita interazzjoni effettiva bejn il-liġi tal-kompetizzjoni u d-DMA, speċjalment fil-kuntest tal-“obbligi ulterjuri” tad-DMA;
40. Jindika l-Internet tal-Oġġetti huwa suq li qed jikber; jindika wkoll li apparati tad-dar intelliġenti, bħal vacuum cleaners robot, huma sors ewlieni ta’ data tal-konsumatur; jinnota li l-mergers u l-akkwiżizzjonijiet f’dan is-settur jistgħu jwasslu għal ħsara kbira għall-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi data bħala sors ta’ saħħa fis-suq fl-evalwazzjoni ta’ każijiet ta’ mergers u akkwiżizzjonijiet f’dan is-settur, speċifikament meta dawn il-każijiet jinvolvu kumpaniji stabbiliti tat-teknoloġija kbira; jitlob, barra minn hekk, li jiġu imposti kundizzjonijiet fuq l-użu tad-data, jekk ikun meħtieġ;
41. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ cloud mil-lista tal-gwardjani; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ftuħ ta’ investigazzjonijiet tas-suq skont l-Artikolu 3(8) tad-DMA (valutazzjoni kwalitattiva) f’dan is-settur, b’mod partikolari minħabba l-istruttura tas-suq ikkonċentrat u l-prattiki antikompetittivi ta’ ħsara ssottolinjati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni; jenfasizza li s-suq Ewropew tal-cloud huwa ddominat minn ftit atturi kbar ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-servizzi eliġibbli kollha jiġu ddeżinjati sabiex terġa’ tinkiseb kompetizzjoni ġusta u ugwali fis-suq Ewropew tal-cloud;
42. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tvara investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 19 tad-DMA, li żżid kategoriji ġodda ta’ servizzi ewlenin tal-pjattaforma skont l-Artikolu 2(2) tad-DMA fid-dawl tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi li jistgħu jwasslu għal tipi ġodda ta’ servizzi li ma jaqgħux fil-kategoriji eżistenti bħall-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva; jirrikonoxxi li karatteristiċi ġodda mħaddma mill-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva jistgħu jiġu inkorporati fis-servizzi diġitali eżistenti, bħall-magni tat-tiftix online, u jistgħu jinqabdu mil-lista eżistenti ta’ servizzi ewlenin tal-pjattaforma li jistgħu jwasslu għat-tisħiħ tal-gwardjani eżistenti;
43. Jinnota d-dikjarazzjoni konġunta tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-G7 dwar il-kompetizzjoni u l-intelliġenza artifiċjali, li tissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni biex tiġi promossa l-kompetizzjoni fis-swieq diġitali(32); jistieden lill-Kummissjoni tkun viġilanti fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni fil-kuntest tal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali sabiex tiżgura li tali ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma jkunux potenzjalment mergers moħbija jew akkwiżizzjonijiet predatorji;
44. Itenni li d-DMA għandu bażi legali differenti b’kuntrast mal-qafas tal-kompetizzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koeżistenza effettiva tal-infurzar ex post tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-infurzar ex ante tad-DMA, minħabba n-natura komplementari tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi u sinerġiji tal-persunal għal implimentazzjoni effettiva tar-regoli, u li jiġu evitati trikkib jew duplikazzjonijiet ta’ strutturi u miżuri eżistenti;
45. Jenfasizza l-ħtiġijiet futuri ta’ konnettività tal-UE f’termini ta’ infrastruttura u investimenti; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra reviżjoni tal-prattika tal-kompetizzjoni attwali għas-suq tat-telekomunikazzjoni sabiex tiffaċilita l-ħolqien ta’ suq uniku integrat bis-sħiħ għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni; jinnota li l-konsolidazzjoni tas-suq tista’ tkun l-uniku mod biex jiġi evitat il-bejgħ ta’ partijiet separati tal-infrastruttura lil kumpaniji barranin mhux tal-UE u biex wieħed jikkompeti b’mod effettiv f’xenarju globali; jindika li t-tkabbir ta’ dan is-settur fl-Ewropa kien limitat ħafna matul l-aħħar deċennju u li l-frammentazzjoni hija r-raġuni ewlenija għal dan; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tħabbira tal-Kummissarju Breton tal-ħidma tal-Kummissjoni fuq proposta ġdida għal Att dwar in-Networks Diġitali biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq, jiġi attirat l-investiment u jiġu żgurati l-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni u l-innovazzjoni mingħajr kostijiet żejda għall-konsumaturi u mingħajr ma jiġu pperikolati n-newtralità tal-internet u l-kompetizzjoni ġusta fis-suq bejn l-atturi kollha;
46. Jinnota, bi tħassib, li l-gwardjani li jiżviluppaw vantaġġ fir-rigward tad-data fuq ir-rivali tagħhom jistgħu jiksbu ekonomiji ta’ skala kritiċi, li jikkontribwixxu għax-xaqlib ulterjuri tal-bilanċi kompetittivi fis-swieq diġitali u joħonqu l-innovazzjoni;
47. Jisħaq li l-assi tad-data personali għandhom jiġu kkunsidrati u vvalutati bl-istess mod bħal assi tradizzjonali oħra meta tittieħed deċiżjoni dwar il-mergers u l-akkwiżizzjonijiet diġitali; jisħaq ukoll li l-konsolidazzjoni tad-data permezz ta’ mergers u akkwiżizzjonijiet tista’ ssaħħaħ pożizzjoni dominanti;
Tassazzjoni
48. Jiddeplora l-effetti distorsivi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa u tas-sistemi tat-taxxa ta’ ċerti Stati Membri fuq il-kompetizzjoni ġusta, peress li jistgħu joħonqu l-innovazzjoni u jipperikolaw il-kontestabbiltà tas-swieq, speċjalment għall-SMEs; jitlob li l-kumpaniji li jevitaw it-taxxa billi jużaw rifuġji fiskali f’pajjiżi mhux tal-UE jiġu esklużi mill-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u pprojbiti milli jirċievu għajnuna mill-Istat, peress li dawn il-kumpaniji qed jikkompetu taħt kundizzjonijiet inġusti ma’ kumpaniji stabbiliti f’postijiet li mhumiex rifuġji fiskali; jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2020 biex ma jingħatax appoġġ finanzjarju lill-kumpaniji b’rabtiet ma’ rifuġji fiskali, filwaqt li jiġu protetti l-kontribwenti onesti;
49. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li timmulta lill-pajjiżi li jinsabu li jkunu kisru r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-prattiki tad-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri;
50. Jinnota l-impenn tal-Viċi President Šefčovič u tal-Kummissarju Hoekstra li jvaraw diskussjoni dwar l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili; ifakkar fit-talba tiegħu li jiġu implimentati politiki, skedi ta’ żmien u miżuri konkreti biex is-sussidji għall-fjuwils fossili jitneħħew gradwalment permezz ta’ miżuri tat-taxxa mill-aktar fis possibbli;
51. Jilqa’ l-viġilanza tal-Kummissjoni fl-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tat-tassazzjoni;
52. Jiddeplora, fl-istess ħin, il-fatt li diversi deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni f’każijiet ta’ kompetizzjoni ta’ profil għoli fil-qasam tat-tassazzjoni ġew annullati mill-QĠUE; jistieden lill-Kummissjoni tħejji l-kawżi tagħha dwar il-politika tal-kompetizzjoni b’aktar reqqa sabiex ikunu jistgħu jreġu f’qorti; jinnota, bi tħassib, li l-annullament tal-multi u l-ħlas retroattiv tal-imgħax ta’ inadempjenza f’każijiet annullati joħolqu wkoll riskju baġitarju għall-UE;
Involviment parlamentari
53. Jisħaq li l-Parlament għandu jiżvolġi rwol attiv fit-tiswir tal-politika tal-kompetizzjoni u għandu jkun aktar involut fl-attività tal-gruppi ta’ ħidma u tal-gruppi ta’ esperti; iqis li għandu jsir użu aktar frekwenti mid-dritt tal-Parlament li jintervjeni fi proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw il-liġi tal-kompetizzjoni;
54. Jistieden lill-Kummissarju responsabbli inkarigat mill-politika tal-kompetizzjoni biex jibqa’ f’kuntatt mill-qrib mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament u mal-grupp ta’ ħidma tiegħu dwar kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni;
o o o
55. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti u lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri.
Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
Il-Kummissjoni Ewropea, “Antitrust: Commission opens investigation into possible anticompetitive practices by Microsoft regarding Teams’, 27 ta’ Lulju 2023.
Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1.
Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2022”(1),
– wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2022”,
– wara li kkunsidra d-dokument “Feedback on the input provided by the European Parliament as part of its resolution on Banking Union 2022” (Feedback dwar il-kontribut ipprovdut mill-Parlament Ewropew bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Unjoni Bankarja 2022”) tal-Bank Ċentrali Ewropew, li ġie ppubblikat fl-20 ta’ Ottubru 2023,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2022 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-attivitajiet superviżorji tal-21 ta’ Marzu 2023,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2022 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tat-30 ta’ Ġunju 2023,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (COM(2015)0586),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2018 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral (AECE) (COM(2018)0135),
– wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar ġabra ta’ regoli msaħħa”,
– wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Is-settur bankarju: intlaħaq qbil proviżorju dwar l-implimentazzjoni tar-riformi ta’ Basel III”,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0226),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0227),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tad-depożiti, l-użu tal-fondi tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti, il-kooperazzjoni transfruntiera, u t-trasparenza (COM(2023)0228),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015 bit-titolu “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja,
– wara li kkunsidra l-istandards tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja dwar it-trattament prudenzjali tal-esponimenti tal-kriptoassi, ippubblikati fis-16 ta’ Diċembru 2022,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-indirizzar tas-self li improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0822);
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19,
– wara li kkunsidra l-Occasional Paper Series tal-BĊE “The Road to Paris: stress testing the transition towards a net-zero economy” (It-triq lejn Pariġi: stress testing tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima),
– wara li kkunsidra l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ trasparenza tal-2023 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fl-UE kollha, ippubblikat fit-28 ta’ Lulju 2023,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-EBA dwar ir-rwol tar-riskji ambjentali u soċjali fil-qafas prudenzjali,
– wara li kkunsidra d-dokument tal-BĊE ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-BĊE tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar il-prijoritajiet superviżorji tiegħu għall-perjodu 2023-2025,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-12 ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Rapport Speċjali 12/2023: Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq”,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Andrea Enria, il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, fis-seduti ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fil-21 ta’ Marzu 2023 u fit-28 ta’ Ġunju 2023,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet fis-seduta ta’ smigħ pubbliku tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mal-kandidat propost għall-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE fl-20 ta’ Settembru 2023,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Dominique Laboureix, President tal-SRB, fis-seduti ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fl-1 ta’ Marzu 2023 u fit-18 ta’ Lulju 2023,
– wara li kkunsidra n-nota ta’ rapportar biannwali tal-SRB lill-Grupp tal-Euro tal-15 ta’ Mejju 2023,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, l-EBA u l-SRB tal-20 ta’ Marzu 2023 dwar it-tħabbira fid-19 ta’ Marzu 2023 mill-awtoritajiet Żvizzeri,
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni regolatorja tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 ffirmata mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament u li ntlaħaq qbil dwarha mill-koordinaturi għal sitt gruppi politiċi tal-Parlament (Il-Partit Popolari Ewropew, l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, Renew Europe, Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea, Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej u The Left) dwar l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0431/2023),
A. billi l-Unjoni Bankarja (UB), li bħalissa tinkludi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u ġabra unika tar-regoli bħala l-pedament tagħha, hija parti integrali mill-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, u tiggarantixxi standard minimu għoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-depożiti fin-nuqqas ta’ skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS);
B. billi l-indirizzar tar-riskji li jirriżultaw mill-problema tar-rabta bejn il-banek sovrani kkonċentrati żżejjed joffri stabbiltà u sigurtà addizzjonali kruċjali għas-sistema bankarja Ewropea u għall-klijenti li jużawha;
C. billi UB żviluppata bis-sħiħ tkun żvilupp pożittiv għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tal-UE, li tipprovdi l-bażi għal sistema bankarja aktar stabbli, tnaqqis tar-riskju sistemiku, kompetizzjoni msaħħa, għażla u protezzjoni mtejba tal-konsumatur, aktar opportunitajiet għal servizzi bankarji transfruntiera u aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, investiment ekonomiku akbar, aċċess aħjar għall-finanzjament għall-unitajiet domestiċi u n-negozji, u spejjeż aktar baxxi għall-klijenti tal-banek, filwaqt li tiżgura li l-fondi pubbliċi ma jintużawx biex isalvaw is-settur bankarju;
D. billi l-banek tal-UE rreżistew l-impatt tal-aggressjoni Russa; billi huma għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar tal-implimentazzjoni li għaddejja tas-sanzjonijiet kontra r-Russja imposti mill-UE b’reazzjoni għall-invażjoni, u tal-konformità magħhom; billi hija meħtieġa aktar koordinazzjoni biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
E. billi t-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju huma fatturi li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-karti bilanċjali tal-banek, bħala sors ta’ riskji li potenzjalment jistgħu jaffettwaw l-investimenti madwar ir-reġjuni u s-setturi;
F. billi għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar EDIS; billi, b’segwitu għal talbiet mill-Parlament, il-Kummissjoni pproponiet riforma tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu (CMDI), filwaqt li rrikonoxxiet li dan il-qafas m’għandux jiġi kkunsidrat bħala sostitut għal EDIS;
G. billi għalkemm fl-2020 intlaħaq ftehim politiku dwar il-ħolqien ta’ garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), dik il-garanzija ta’ kontinġenza għadha nieqsa; billi, skont l-aħħar data disponibbli, 16 minn 36 Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti fl-UE kienu taħt il-livell ta’ finanzjament (minimu) meħtieġ tagħhom;
H. billi n-nuqqas ta’ konsolidazzjoni transfruntiera tas-settur bankarju tal-UE qed jaffettwa l-kompetittività globali tiegħu u s-servizzi bankarji għall-konsumatur f’xi Stati Membri għadhom iddominati minn għadd żgħir ta’ banek; billi d-diskrepanza fil-profittabbiltà bejn il-banek tal-UE u dawk tal-Istati Uniti kibret matul dawn l-aħħar għaxar snin u r-redditu fuq l-ekwità tal-banek tal-UE huwa 5 punti anqas minn dak tal-banek tal-Istati Uniti(4);
I. billi s-settur bankarju tal-UE wera żieda fil-profittabbiltà, parzjalment minħabba rati tal-imgħax ogħla u b’riżultat ta’ żieda fid-depożiti tal-BĊE; billi ż-żieda fir-rati tal-imgħax wasslet ukoll għal deterjorament tal-karta bilanċjali ta’ ċerti banek minħabba telf kapitali mhux realizzat;
J. billi settur bankarju b’saħħtu, stabbli, reżiljenti, dinamiku u kompetittiv huwa vitali għat-twassil tat-tkabbir ekonomiku, għall-finanzjament ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u negozji ġodda, għaż-żieda tal-possibbiltà ta’ sjieda tad-djar, u għat-tranżizzjoni urġenti lejn ekonomija ekoloġika u diġitali;
K. billi s-settur bankarju qed jiffaċċja riskji b’segwitu għall-pandemija u l-invażjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-deterjorament tal-kwalità tal-assi; billi minkejja li l-proporzjon tas-self li ma jrendix (NPL) naqas għal 2,24 % fl-ewwel kwart tal-2023, u naqas b’mod kostanti minn tmiem ir-Reċessjoni l-Kbira, huwa meħtieġ tnaqqis ulterjuri;
L. billi l-leġiżlaturi tal-UE nnegozjaw regoli biex jimplimentaw l-istandards ta’ Basel III b’mod li jippreżerva l-kompetittività tal-banek u jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju tal-UE;
M. billi d-diġitalizzazzjoni tal-finanzi tipprovdi opportunitajiet importanti għas-settur bankarju u ġabet magħha avvanzi teknoloġiċi importanti fis-settur bankarju tal-UE permezz ta’ effiċjenza akbar fil-forniment tas-servizzi bankarji u interess akbar fl-innovazzjoni; billi dan joħloq ukoll sfidi, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, ir-riskji għar-reputazzjoni, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML), u t-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;
N. billi l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jiddependu dejjem aktar mill-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT); billi s-settur bankarju tal-UE jrid iżid ir-reżiljenza ċibernetika tiegħu biex jiżgura li s-sistemi tal-ICT jkunu jifilħu għal diversi tipi ta’ theddid għaċ-ċibersigurtà;
O. billi l-livell ta’ esponiment sovran ilu jikber f’għadd ta’ banek; billi jeħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw mill-problema tar-rabta bejn il-banek sovrani kkonċentrati żżejjed;
P. billi l-Unjoni Bankarja għandha tgħin biex tiġi indirizzata r-rabta jew iċ-ċirku vizzjuż li għadhom jeżistu bejn il-banek u s-sovrani; billi l-livell ta’ esponiment sovran ilu jikber f’għadd ta’ banek; billi t-trattament prudenzjali tad-dejn sovran għandu jkun konsistenti mal-istandards internazzjonali;
Q. billi ż-żidiet fir-rati tal-imgħax kellhom impatt negattiv fuq il-kapaċità ta’ self tal-unitajiet domestiċi u l-kapaċità tal-mutwatarji li jħallsu lura d-dejn u jagħmlu l-banek tal-UE vulnerabbli għal telf potenzjali fil-futur; billi r-riskji li jirriżultaw minn żidiet fir-rati tal-imgħax s’issa ġew indirizzati kif xieraq;
R. billi l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) jirrikjedi l-istabbiliment ta’ regoli komuni u għodod effettivi biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal finanzjament alternattiv;
S. billi l-UE u r-Renju Unit iffirmaw Memorandum ta’ Qbil dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja tas-Servizzi Finanzjarji, u dan l-approċċ kooperattiv għandu jirfed ir-relazzjonijiet fit-tul bejn l-UE u r-Renju Unit b’mod partikolari fil-qasam bankarju; billi l-Kummissjoni estendiet għal darb’oħra l-permess temporanju tagħha li jippermetti lill-banek u lill-maniġers tal-fondi tal-UE jużaw il-kmamar tal-ikklirjar tar-Renju Unit;
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jikkundanna l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-impatt tagħha fuq il-poplu Ukren, fuq l-UE u bnadi oħra; jistieden lill-banek ikomplu jadattaw id-deċiżjonijiet strateġiċi tagħhom għall-kuntest Ewropew u internazzjonali l-ġdid li jirriżulta minn din iċ-ċirkostanza, jindirizzaw ir-riskju sistemiku, u jkomplu jimplimentaw u jikkonformaw mas-sanzjonijiet finanzjarji adottati b’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja;
2. Ifakkar li, filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli għall-identifikazzjoni ta’ ksur tas-sanzjonijiet tal-UE, is-settur bankarju għandu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u fil-monitoraġġ tal-konformità; jistieden lill-Kummissjoni toħloq bażi tad-data fil-livell tal-UE biex trawwem il-koordinazzjoni fost il-banek, tagħlaq il-lakuni fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet mill-Istati Membri u tivvaluta kif il-banek tal-UE jimplimentaw is-sanzjonijiet; jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proposta għal regolament dwar l-awtorità kontra l-ħasil tal-flus (AMLA), li tagħti lill-Awtorità l-ġdida l-kompitu li tappoġġja applikazzjoni konsistenti tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati tal-UE;
3. Jinnota li l-esponimenti diretti totali tas-settur bankarju għar-Russja u l-Ukrajna huma limitati peress li l-banek bħalissa qed inaqqsu l-esponimenti tagħhom, u jistieden lill-istituzzjonijiet superviżorji u lis-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE jgħinu lill-banek tal-UE li fadal li joperaw fir-Russja biex joħorġu b’mod ordnat mis-suq Russu;
4. Jenfasizza li l-Unjoni Bankarja għadha komplement essenzjali għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u għalhekk għas-suq intern; ifakkar li l-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huma s-sigurtà tas-sistema bankarja, il-protezzjoni tad-depożitanti u l-prevenzjoni tas-salvataġġi tal-banek mill-kontribwenti; jirrikonoxxi l-progress li sar matul dawn l-aħħar 15-il sena permezz tal-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), u li l-banek tal-UE issa jinsabu f’pożizzjoni aħjar biex jifilħu għax-xokkijiet finanzjarji; jappella għall-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, u jinnota li t-tielet pilastru tagħha, EDIS, għadu pendenti;
5. Jitlob lill-Kummissjoni żżomm l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali bħala prijoritajiet ewlenin għall-bqija tal-mandat attwali tagħha u għall-mandat li jmiss tagħha; jenfasizza li ż-żewġ proġetti:
–
joffru lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs, li għadhom jiddependu ħafna minn kreditu bankarju, aċċess usa’ għal finanzjament,
–
irawmu l-investimenti u l-ħolqien tal-impjiegi,
–
jappoġġjaw l-ekonomija Ewropea,
–
iżidu l-istabbiltà finanzjarja,
–
inaqqsu l-impatt tar-reċessjonijiet ekonomiċi,
–
jiffinanzjaw it-tranżizzjoni diġitali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, u
–
jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE;
6. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-EBA tat-13 ta’ Lulju 2023 li tiddikjara li s-settur bankarju tal-UE/taż-ŻEE qed juri żieda fil-profittabbiltà, iżda r-riskji relatati mal-profittabbiltà u l-kwalità tal-assi qed jiżdiedu; jieħu nota taż-żidiet reċenti fuq terminu qasir fil-profittabbiltà tal-banek tal-UE (ir-redditu annwalizzat fuq l-ekwità żdied għal 10,04 % fit-tieni trimestru tal-2023, filwaqt li fl-istess perjodu tal-2022 kien ta’ 7,59 %, u laħaq l-ogħla livell tiegħu f’14-il sena(5)), iżda jwissi li dawn jeħtieġ li jkunu sostenibbli biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul;
7. Iħeġġeġ l-użu tal-profitti biex jinbnew buffers, biex b’hekk tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u biex tiġi ffinanzjata l-ekonomija Ewropea; jinnota li s-sospensjoni temporanja tad-distribuzzjoni tad-dividendi u tax-xiri lura tal-ishma kienet effettiva biex tissalvagwardja r-reżiljenza tal-banek matul il-kriżi tal-COVID-19;
8. Jinnota li l-Istħarriġ dwar is-Self Bankarju taż-Żona tal-Euro għat-tieni kwart tal-2023 wera li l-banek komplew jissikkaw l-istandards ta’ kreditu tagħhom għal self lil ditti u unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar minħabba perċezzjonijiet ogħla tar-riskju, tolleranza tar-riskju aktar baxxa u żieda fil-kostijiet ta’ finanzjament u li l-banek issikkaw ukoll il-kundizzjonijiet ta’ self fost livelli ogħla ta’ tħassib dwar is-self li ma jrendix(6); ifakkar fir-rwol ewlieni tas-settur bankarju tal-UE li jiffinanzja l-irkupru tal-ekonomija tal-UE u jqis li l-irkupru se jiddependi wkoll mill-fatt li l-banek ikollhom biżżejjed kapital biex jipprovdu kreditu, b’mod partikolari waqt li l-miżuri ta’ appoġġ pubbliku fl-Istati Membri jkunu qed jitneħħew gradwalment;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impedimenti għall-fużjonijiet transkonfinali kif ukoll l-inċentivi potenzjali għad-delimitazzjoni; jieħu nota li, skont dikjarazzjoni pubblika ta’ Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, is-settur bankarju għadu, b’mod ġenerali, ġabra ta’ setturi bankarji nazzjonali; jinnota li settur bankarju tal-UE aktar integrat jista’ jsaħħaħ il-kapaċità tal-banek li jwettqu investimenti strateġiċi u jrawmu l-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE, filwaqt li jirrikonoxxi li d-diversità tal-mudelli ta’ negozju bankarju fiż-żona tal-euro ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema finanzjarja; jinnota r-riskji li istituzzjonijiet “kbar wisq biex ifallu” jistgħu jinvolvu, u jinnota li l-istabbiltà finanzjarja tista’ tiżdied permezz ta’ riforma tal-G-SIBs tal-UE li tindirizza r-riskji ta’ periklu morali u jenfasizza li l-konsolidazzjoni transfruntiera mingħajr konċentrazzjoni eċċessiva tista’ żżid il-profittabbiltà tas-settur bankarju tal-UE, u potenzjalment ittejjeb is-sitwazzjoni attwali ta’ servizzi mnaqqsa offruti u żieda fl-ispejjeż għaċ-ċittadini f’ħafna Stati Membri;
10. Jinnota li s-servizzi bankarji għall-konsumatur f’ċerti Stati Membri għadhom iddominati minn għadd żgħir ta’ banek u t-tnaqqis konsegwenzjali tal-għażla tal-konsumatur għall-klijenti tas-servizzi bankarji għall-konsumatur; iqis li Unjoni Bankarja integrata trid tkun kontinġenti fuq suq uniku li jiffunzjona tajjeb għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jiddispjaċih dwar l-ostakli li fadal għas-servizzi bankarji transkonfinali għall-konsumatur u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ostakli u x-xkiel li jinħolqu għall-konsumaturi meta jagħmlu użu minn prodotti bankarji għall-konsumatur; jenfasizza l-potenzjal ta’ Unjoni Bankarja integrata biex ittejjeb il-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur fil-qasam tas-servizzi bankarji għall-konsumatur, inkluż permezz ta’ opportunitajiet imtejba għall-forniment ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur transfruntiera; jisħaq fuq il-benefiċċji ta’ settur bankarju diversifikat u kompetittiv fl-UE;
11. Jenfasizza li r-rati tal-imgħax offruti lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs fl-Istati Membri jvarjaw ħafna; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jikkunsidraw miżuri li jtejbu l-għażla tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u jtaffu l-piż fuq l-SMEs u fuq min għandu dejn ipotekarju fl-Istati Membri li għandhom rati ta’ self ogħla biex jiżguraw li ċ-ċittadini u l-impriżi kollha jkunu jistgħu jaċċessaw il-kapital tant meħtieġ b’rati ġusti u kompetittivi;
12. Jenfasizza r-rwol tas-settur bankarju fl-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitalizzata u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fid-direzzjonar tal-fondi lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u fl-appoġġ għall-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima(7); jieħu nota tal-fatt li l-banek tal-UE qed ikomplu jnaqqsu l-esponiment tagħhom għal korporazzjonijiet intensivi fl-enerġija u tal-fjuwils fossili, u jieħu nota tad-diversi fatturi li għandhom impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja, inklużi l-valuri tal-assi tal-fjuwils fossili; jistenna l-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-EBA dwar il-kwistjonijiet kruċjali tar-riskju tal-esponimenti tal-istituzzjonijiet għall-assi ESG u l-effetti potenzjali ta’ trattament prudenzjali aġġustat ta’ dawn l-esponimenti, li għandhom jiġu ppubblikati sa tmiem l-2024 u l-2025;
13. Jiddispjaċih li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma rnexxilhomx jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri, speċjalment fil-korpi maniġerjali tagħhom; jisħaq li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet u fil-forza tax-xogħol huwa pożittiv kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija; jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji jaġġornaw regolarment il-politiki tagħhom dwar id-diversità u l-inklużjoni u jgħinu fit-trawwim ta’ kulturi tax-xogħol sani li jagħtu prijorità lill-inklużività; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji jagħmlu użu mis-setgħat superviżorji tagħhom biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ diversità u bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji;
14. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE, fil-Bord Superviżorju tiegħu u fil-Bord tal-SRB; jistieden lill-atturi jiżguraw li l-ħatriet futuri jeliminaw id-distakk; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Marzu 2019 li għandha l-għan li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fil-lista li jmiss ta’ kandidati għan-nomini tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE u jtenni l-impenn tiegħu li ma jqisx il-listi ta’ kandidati meta l-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri ma jkunx ġie rispettat;
15. Jiddispjaċih li, bħala parti mill-proċedura tal-għażla għall-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, il-BĊE injora l-feedback mill-Parlament; iħeġġeġ lill-BĊE jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Parlament fil-proċeduri tal-għażla li jmiss;
16. Jinnota li l-esponimenti tal-banek għad-dejn sovran domestiku għadhom għoljin fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji; jenfasizza li l-kwistjoni tat-trattament regolatorju tal-esponimenti sovrani teħtieġ eżami fil-fond fi ħdan fora internazzjonali u għandha tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tindirizza din il-kwistjoni fi kwalunkwe proposta futura; jikkondividi t-tħassib tal-EBA li l-esponimenti sovrani huma materjali għall-banek tal-UE u jistgħu jsiru sors ta’ vulnerabbiltà potenzjali(8);
17. Jisħaq li l-ħolqien ta’ assi sikur tal-UE jista’ jgħin biex jittaffew iċ-ċrieki vizzjużi bejn is-setturi sovrani u s-setturi bankarji domestiċi; iqis li NextGenerationEU jipprovdi assi Ewropej ta’ kwalità għolja u b’riskju baxx, li jippermettu riekwilibriju tal-bonds sovrani fuq il-karti bilanċjali tal-banek;
Superviżjoni
18. Jinnota li l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni żdied fit-tieni kwart tal-2023 għal 15,72 % (minn 14,96 % fit-tieni kwart tal-2022); jiddispjaċih li l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità naqas għal 158,00 % fit-tieni kwart tal-2023 (minn 164,36 % fit-tieni kwart tal-2022)(9);
19. Jinnota li l-proporzjon tal-NPL kompla jonqos, u jitlob tnaqqis ulterjuri; ifakkar li t-tnaqqis tar-riskju fis-settur bankarju jikkontribwixxi għal Unjoni Bankarja aktar stabbli, aktar b’saħħitha u orjentata lejn it-tkabbir ekonomiku; jistieden lis-superviżuri jimmonitorjaw ukoll l-iżvilupp tas-self tal-istadju 2; jinnota n-nuqqas ta’ progress dwar il-proposta għal Direttiva AECE, li għandha l-għan li tipprovdi lill-banek, taħt ċerti kundizzjonijiet, mekkaniżmu li jaċċellera l-irkupru tal-valur minn self garantit permezz ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja ta’ proċeduri, sabiex jiġu żviluppati aktar is-swieq sekondarji għall-NPLs; jenfasizza li d-Direttiva dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu(10) għamlet is-suq sekondarju għall-NPLs aktar effiċjenti, filwaqt li stabbiliet salvagwardji ta’ livell għoli għad-debituri; jissottolinja li l-bejgħ ta’ NPL jirrappreżenta t-tieni l-aħjar soluzzjoni meta mqabbel mar-ritorn tal-kreditu għal status ta’ prestazzjoni;
20. Jieħu nota ta’ sitwazzjoni makroekonomika li qed tiddeterjora; jirrimarka li l-banek tal-UE għandhom iħejju għal deterjorament potenzjali fil-kwalità tal-assi; għalhekk jenfasizza l-importanza ta’ ġestjoni tar-riskju prudenti u proviżjonament xieraq; jistieden lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-UE jħejju għal deterjorament potenzjali fil-kwalità tal-assi;
21. Jinnota li l-aħħar ċiklu ta’ fallimenti tal-banek fl-Istati Uniti u fl-Iżvizzera wera l-vulnerabbiltajiet tas-sistema finanzjarja, b’mod partikolari f’dawk il-pajjiżi; jenfasizza li, f’dan l-isfond, is-sitwazzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-banek tal-UE baqgħet soda u b’hekk uriet ir-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE; jissottolinja li s-superviżuri tal-UE u dawk nazzjonali indirizzaw dawk ir-riskji u jilqa’ r-riżultati tal-istress test tal-2023 fl-UE kollha u l-fatt li l-banek tal-UE jistgħu jifilħu għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
22. Jistieden lis-superviżuri jkomplu jivvalutaw l-esponimenti tal-banek għar-riskji tar-rati tal-imgħax li jirriżultaw minn bidliet ulterjuri fil-livelli tar-rati tal-imgħax; jinnota li l-esponiment tal-banek għar-riskju tar-rata tal-imgħax tiddependi fuq l-istruttura tal-assi u l-mudell kummerċjali tagħhom, u jistenna l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas regolatorju għall-banek; jinsab imħasseb dwar il-livell sinifikanti ta’ dejn sovran fuq il-karti bilanċjali tal-banek fl-Unjoni Bankarja; jenfasizza li l-kwistjoni tat-trattament regolatorju tal-esponimenti sovrani teħtieġ eżami fil-fond fi ħdan fora internazzjonali u għandha tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali; ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji;
23. Ifakkar li r-“Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja 2023” tal-BĊE jenfasizza l-importanza li jitqies id-deterjorament tal-karti bilanċjali tal-banek assoċjati ma’ rati tal-imgħax li qed jogħlew u jenfasizza li l-awtoritajiet makroprudenzjali se jkollhom bżonn isaħħu gradwalment il-miżuri relatati mal-mutwatarju u/jew il-kapital;
24. Jitlob l-armonizzazzjoni ulterjuri tal-qafas regolatorju tal-UE, meta dan ikun xieraq, filwaqt li tiġi promossa l-konverġenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali u filwaqt li jintuża d-djalogu superviżorju biex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tat-theddid għas-settur bankarju;
25. Jilqa’ l-ftehim milħuq fil-livell interistituzzjonali biex jiġu implimentati l-istandards ta’ Basel III fl-UE; jissottolinja li l-qafas se jwassal għal livelli differenti ta’ żieda fir-rekwiżiti prudenzjali skont id-dipendenza tal-banek fuq l-użu ta’ mudelli interni biex jikkalkulaw il-piżijiet tar-riskju tagħhom; jenfasizza li r-regoli l-ġodda saħħew u speċifikaw aħjar il-proporzjonalità fis-superviżjoni bankarja u se jkomplu jżidu l-istabbiltà finanzjarja fl-UE; jissottolinja l-importanza ta’ kundizzjonijiet ekwi fost il-ġuriżdizzjonijiet;
26. Jieħu nota tal-fehmiet espressi mill-EBA u l-BĊE rigward id-devjazzjonijiet mill-ftehim internazzjonali introdotti fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital(11);
27. Jisħaq li l-kriptoassi joħolqu opportunitajiet u sfidi ġodda għall-banek; jinnota li l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel għall-kriptoassi għadha pendenti; jilqa’ r-reġim tranżitorju diġà inkluż fir-rieżami attwali tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital(12) u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital; jistenna l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2025 biex jiġi introdott trattament prudenzjali ddedikat għall-esponimenti għall-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu l-istandards ta’ Basel;
28. Jinnota li s-settur tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji qed ikompli jikber; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji u li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi mas-settur bankarju, inkluż billi jitfasslu għodod regolatorji u superviżorji speċifiċi biex tiġi evitata kriżi ta’ likwidità; jilqa’ r-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja Dinjija tal-FMI, ippubblikat f’April 2023, li jidentifika sorsi possibbli ta’ riskju għas-settur finanzjarju; iwissi li l-interkonnessjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji (NBFI) mal-banek iżżid ir-riskju ta’ trasferiment ta’ diffikultajiet minn wieħed għall-ieħor;
29. Jenfasizza l-importanza li l-integrazzjoni ulterjuri tiġi kkombinata ma’ salvagwardji xierqa li jindirizzaw il-kwistjoni tal-pajjiż ta’ oriġini u ospitanti b’mod proporzjonat u kredibbli;
30. Jieħu nota tal-inklużjoni tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima u man-natura fil-prijoritajiet superviżorji tal-BĊE għas-snin li ġejjin; jilqa’, fost affarijiet oħra, it-tieni stress test klimatiku għall-ekonomija kollha tal-BĊE f’Settembru 2023; jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Occasional Paper Series tal-BĊE Nru 328 dwar “The Road to Paris: stress testing the transition towards a net-zero economy” (It-triq lejn Pariġi: stress testing tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima), peress li skontu l-aħjar mod biex tinkiseb ekonomija b’emissjonijiet żero netti għad-ditti, l-unitajiet domestiċi u l-banek fiż-żona tal-euro huwa li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika għal rata li tkun aktar rapida milli taħt il-politiki attwali; jinnota li l-BĊE jqis ir-riskji finanzjarji relatati mal-klima u man-natura fil-prattiki superviżorji tiegħu u jimmonitorja mill-qrib ir-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni li qed jikbru;
31. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza, il-komparabbiltà u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ESG; jinnota li l-EBA tirrakkomanda li l-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni jintegraw fatturi ambjentali u/jew soċjali bħala xprunaturi tar-riskju ta’ kreditu kull meta jkun rilevanti;
Riżoluzzjoni
32. Jilqa’ l-approċċi tal-SRB għall-approfondiment tal-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà billi jiżviluppa miżuri ta’ kontroll tal-kwalità għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u billi jivvaluta jekk dawn il-pjanijiet jistgħux jiġu implimentati fi żmien qasir; jirrimarka li, biex il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu kompletament konformi mar-rekwiżiti legali, dawn iridu jinkludu valutazzjoni komprensiva tar-riżolvibbiltà ta’ kull bank, inkluż dwar jekk jeżistux impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u kif dawk l-impedimenti jistgħu jitneħħew, inklużi bidliet fl-istruttura u l-organizzazzjoni ta’ bank meta dan ikun meħtieġ;
33. Jilqa’ l-fatt li, b’mod ġenerali, il-banek taħt il-mandat tal-SRB għamlu progress tajjeb lejn ir-riżolvibbiltà u fil-bini tal-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf; jistenna li din ix-xejra pożittiva tkompli tfakkar li l-kisba tar-riżolvibbiltà għall-istituzzjonijiet kollha m’għandhiex tkun “mira li tiċċaqlaq” u li l-banek kollha għandhom ikunu riżolvibbli bis-sħiħ sa tmiem l-2023; jinnota li hu meħtieġ aktar progress għall-banek kollha;
34. Jilqa’ d-deċiżjoni tal-President il-ġdid tal-SRB li jwettaq rieżami strateġiku komprensiv u jwettaq pjan ta’ azzjoni ġdid; jitlob lill-SRB ikompli jtejjeb it-trasparenza tad-deċiżjonijiet tiegħu;
35. Jissottolinja l-importanza tal-protezzjoni tal-ġerarkija tal-kredituri fil-proċeduri ta’ insolvenza u riżoluzzjoni bankarja; jilqa’ d-dikjarazzjoni tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE, l-SRB u l-EBA li tenfasizza li fl-UE, l-istrumenti ta’ ekwità komuni għandhom jassorbu t-telf u l-Grad 1 Addizzjonali jista’ jitniżżel fil-valur biss jekk dawn tal-ewwel ikunu ntużaw bis-sħiħ; ifakkar fil-ħtieġa, kif espressa mill-President tal-SRB, li tiġi rispettata bis-sħiħ u kompletament il-ġerarkija tat-tniżżil fil-valur fil-każ ta’ falliment ta’ bank;
36. Jinnota li l-fjuwils fossili huma l-kontributur ewlieni għall-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, u li ħafna assi tal-fjuwils fossili se jkollhom jiġu abbandunati qabel it-tmiem tal-ħajja ekonomika tagħhom, filwaqt li jitilfu l-valur kollu tagħhom u jsiru assi mhux rekuperabbli;
37. Jinnota l-proposta għal riforma tal-qafas tas-CMDI wara talbiet mill-Parlament; jitlob li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni jiġi estiż, li tiġi ċċarata l-valutazzjoni tal-interess pubbliku, li l-kontribwenti jiġu iżolati mill-ispiża tal-fallimenti bankarji, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat jiġi limitat, kif ukoll li tiġi mmitigata kwalunkwe miżura li tista’ toħloq periklu morali eċċessiv; jitlob adozzjoni malajr u effettiva tar-rieżami tas-CMDI;
38. Jinnota li bank li qed ifalli jintbagħat biss f’riżoluzzjoni meta ma jkunx jista’ jgħaddi minn proċedimenti normali ta’ insolvenza mingħajr ma jagħmel ħsara lill-interess pubbliku jew jikkawża instabbiltà finanzjarja; jinnota wkoll li l-proposti għal riforma futura jinkludu li l-banek iż-żgħar u ta’ daqs medju b’valutazzjoni pożittiva ta’ interess pubbliku jingħataw aċċess għall-qafas ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-UE dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
39. Jenfasizza r-rwol tal-SRB u tax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija fil-protezzjoni tal-kontribwenti milli jħallsu għas-salvataġġi finanzjarji; jemmen li l-kontribuzzjonijiet għax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija jridu dejjem jiġu kkalkulati b’mod proporzjonat għar-riskju li tirrappreżenta l-istituzzjoni; jiddispjaċih li minkejja l-ftehim politiku f’Novembru 2020 dwar introduzzjoni bikrija, il-garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), li tikkonsisti f’linja ta’ kreditu mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), għadha ma daħlitx fis-seħħ minħabba d-dewmien fil-proċess ta’ ratifika tal-Ftehim Emendatorju għat-Trattat dwar il-MES; jisħaq fuq l-importanza tal-SRF biex jiġi żgurat qafas robust u kredibbli għall-ġestjoni tal-kriżijiet; jappella għar-ratifika sħiħa tal-Ftehim Emendatorju għat-Trattat dwar il-MES mill-Istati Membri kollha inkluż l-istabbiliment ta’ garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-SRF;
40. Ifakkar li l-banek jeħtieġ ikomplu jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet ewlenin tagħhom wara li tiġi implimentata deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni; jinsab imħasseb li l-banek jistgħu jiffaċċjaw stress ta’ likwidità f’riżoluzzjoni immedjatament wara li jerġgħu jiksbu aċċess għas-suq; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaqblu dwar soluzzjoni li tipprovdi fiduċja u ttejjeb il-prevedibbiltà;
Assigurazzjoni ta’ depożitu
41. Jappoġġja t-talbiet mit-tim tan-negozjati dwar EDIS tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-koordinaturi u l-President tal-Kumitat ECON fid-dikjarazzjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 għal rieżami ambizzjuż tal-qafas tas-CMDI li jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS u biex jitkomplew in-negozjati dwar EDIS; jaqbel mat-talba tal-BĊE biex titkompla l-ħidma ħalli tiġi stabbilita EDIS;
42. Jilqa’ l-ħidma leġiżlattiva fil-livell parlamentari dwar il-proposta tal-EDIS li twettqet mid-dikjarazzjoni ta’ Diċembru 2022 tat-tim tan-negozjati dwar EDIS tal-Parlament; itenni l-impenn tal-Parlament li jaħdem favur ftehim dwar EDIS; jitlob lill-koleġiżlaturi jaħdmu favur l-istabbiliment ta’ EDIS li tkun realistika, kredibbli u solida;
43. Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-ambitu tal-protezzjoni tad-depożitanti u żżid il-konverġenza permezz ta’ riforma tad-Direttiva 2014/49/UE dwar l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti bħala parti mir-rieżami tas-CMDI(13); jissottolinja li għalkemm ir-rieżami tas-CMDI ma jistax jitqies bħala sostitut għal EDIS, qafas aktar armonizzat jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS; jisħaq fuq l-importanza tal-proporzjonalità tar-riskju tal-kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti;
44. Jissottolinja l-ħtieġa ta’ EDIS kompluta b’kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju li tippermetti l-kondiviżjoni tat-telf; jitlob valutazzjoni mmirata tal-kwalità tal-assi bankarji; jirrakkomanda li dan jinbeda bl-akkomunament tal-likwidità u gradwalment jinbena fond tal-UE;
45. Jitlob li l-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali jitqiesu fl-ambitu ta’ kwalunkwe EDIS, b’mod partikolari l-effett tagħhom ta’ mitigazzjoni tar-riskju, filwaqt li jiġu ppreżervati l-kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku;
46. Ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji; jinnota li l-esponimenti tal-banek għad-dejn sovran domestiku għadhom għoljin fl-Unjoni Bankarja; jikkondividi t-tħassib tal-EBA li l-esponimenti sovrani huma materjali għall-banek tal-UE u jistgħu jsiru sors ta’ vulnerabbiltà potenzjali; jenfasizza li l-kwistjoni tat-trattament regolatorju tal-esponimenti sovrani trid tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tindirizza kwalunkwe proposta futura dwar din il-kwistjoni;
47. Jilqa’ l-progress sinifikanti fit-tnaqqis tar-riskju li sar mill-2015 ’l hawn; jinnota, min-naħa l-oħra, il-progress limitat dwar il-kondiviżjoni tar-riskju; jinnota, madankollu, li huwa meħtieġ tnaqqis xieraq u effettiv tar-riskju għas-suċċess tal-Unjoni Bankarja;
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Awtorità Bankarja Ewropea.
De Vito, L. et al., Understanding the profitability gap between euro area and US global systemically important banks (Fehim tad-diskrepanza fil-profittabbiltà bejn iż-żona tal-euro u l-banek globali sistemikament importanti tal-Istati Uniti, Occasional Paper Series tal-BĊE Nru 327, 2023.
BĊE, Supervisory Banking Statistics for significant institutions. Second quarter 2023 (Statistika Bankarja Superviżorja għal istituzzjonijiet sinifikanti. It-tieni kwart tal-2023). Ottubru 2023
Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
BĊE, Supervisory Banking Statistics for significant institutions. Second quarter 2023, (Statistika Bankarja Superviżorja għal istituzzjonijiet sinifikanti. It-tieni kwart tal-2023), Ottubru 2023.
Id-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
Id-Direttiva 2013/36/UE tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tad-diplomazija parlamentari tiegħu fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE
175k
56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tad-diplomazija parlamentari tiegħu fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE (2023/2105(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 14(1), 21 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-20 ta’ Lulju 2010 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-Responsabbiltà Politika,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2016 li jadottaw ir-rapport intitolat “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b’Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea”,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Marzu 2020 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024” (JOIN(2020)0005),
– wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża - Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, adottata fil-21 ta’ Marzu 2022,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – Aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(1),
– wara li kkunsidra l-paragrafu 34 tad-Dikjarazzjoni tas-Summit tal-2023 bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew tat-18 ta’ Lulju 2023 li tirrikonoxxi d-diplomazija parlamentari bħala dimensjoni importanti tar-relazzjoni,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Marzu 2023 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2022(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2022(4),
– wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti(5),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament bl-għan li jissaħħu l-integrità, l-indipendenza u r-responsabbiltà(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0405/2023),
A. billi r-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur u awtorità kobaġitarja jkopri mhux biss il-politiki interni tal-UE, iżda wkoll, fil-biċċa l-kbira, l-azzjoni esterna tal-UE;
B. billi l-Artikolu 36 tat-TUE jirrikjedi li l-VP/RGħ jikkonsulta regolarment dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet li jsiru fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u jinforma lill-Parlament bl-evoluzzjoni ta’ din il-politika;
C. billi l-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-parti l-kbira tal-ftehimiet internazzjonali; billi l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Parlament Ewropew “għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċeduri” għan-negozjati ta’ tali ftehimiet;
D. billi l-Parlament jagħmel skrutinju u jiddiskuti t-tmexxija tal-affarijiet esterni tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-ħidma tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu u taż-żewġ sottokumitati tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem u għas-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll permezz tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu; billi dan ir-rwol ta’ skrutinju jinkludi kwistjonijiet li jappartjenu għall-adozzjoni, l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-istrateġiji tematiċi, reġjonali u tal-pajjiżi tal-UE u dokumenti oħra ta’ politika, bħall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll assistenza finanzjarja u ħatriet għal pożizzjonijiet għolja fi ħdan ir-rappreżentanza esterna tal-UE;
E. billi l-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament miċ-ċittadini tal-UE, jorganizza dibattiti pubbliċi fil-plenarja u fil-kumitati u jadotta rapporti u riżoluzzjonijiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE u mas-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jixpruna d-diskussjoni kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati; billi dawn ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet jikkontribwixxu għall-iżviluppi normattivi madwar id-dinja u huma skrutinizzati mill-qrib minn atturi minn pajjiżi terzi, inklużi gvernijiet, parlamenti, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-media u jistgħu jwasslu għal reazzjonijiet u riperkussjonijiet f’dawn il-pajjiżi;
F. billi l-Parlament għandu network uniku ta’ 45 delegazzjoni permanenti li jibnu u japprofondixxu r-relazzjonijiet ma’ parlamenti oħra minn pajjiżi, reġjuni u organizzazzjonijiet terzi; billi korpi bħal dawn spiss jikkostitwixxu d-dimensjoni parlamentari tal-ftehimiet bilaterali tal-UE ma’ pajjiżi bħal dawn;
G. billi r-rwol tal-Parlament fl-istabbiliment tal-baġit annwali tal-Unjoni huwa kruċjali fl-appoġġ għall-pajjiżi l-aktar fil-bżonn biex jegħlbu l-isfidi tal-iżvilupp fit-tul permezz tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, kif ukoll fl-indirizzar ta’ diżastri u emerġenzi umanitarji kbar, b’mod partikolari billi tiżdied l-għajnuna umanitarja;
H. billi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija objettiv tal-politika esterna tal-UE; billi l-Istati Membri kollha tal-UE u l-Parlament Ewropew impenjaw ruħhom li jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa u l-paċi u s-sigurtà;
I. billi l-Parlament Ewropew sar wieħed mill-aktar parlamenti attivi f’termini tal-attività diplomatika parlamentari tiegħu u r-riżorsi ddedikati għal dan il-għan; billi d-diplomazija parlamentari tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi tal-UE u biex jiġu promossi l-valuri, l-interessi u l-politiki tal-UE, inkluż fil-livell multilaterali, u b’hekk iġġib magħha valur miżjud permezz tal-promozzjoni ta’ azzjoni esterna tal-UE b’aktar koerenza u koeżjoni; billi d-diplomazija parlamentari tista’ ssaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u l-viżibbiltà u l-effikaċja tad-deċiżjonijiet u tal-miżuri ta’ implimentazzjoni kemm taħt il-PESK tal-UE kif ukoll taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK);
J. billi, permezz tad-diplomazija parlamentari, il-Parlament iżomm djalogu ma’ mexxejja globali, uffiċjali eletti, rappreżentanti tal-gvernijiet u membri tal-korp diplomatiku, istituzzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż minn popolazzjonijiet vulnerabbli u dawk f’riskju, u ma’ partijiet ikkonċernati oħra minn pajjiżi terzi u istituzzjonijiet multilaterali fuq bażi kontinwa, b’mod partikolari permezz tal-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-kumitati tiegħu, inkluż billi jorganizza seduti ta’ smigħ, jadotta rapporti u riżoluzzjonijiet u jwettaq żjarat fil-pajjiżi;
K. billi l-Artikolu 36 tat-TUE jagħti l-mandat lill-VP/RGħ biex jidher quddiem il-Parlament tal-inqas darbtejn fis-sena biex jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali relatata mal-PESK/PSDK u jwieġeb mistoqsijiet; billi l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża(7) irid jiġi aġġornat,
L. billi l-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Parlament, li huwa mmexxi mill-presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp u jinkludi l-Membri tal-PE mill-ispettru politiku kollu, jissorvelja l-isforzi tal-Parlament biex jappoġġja d-demokrazija lil hinn mill-UE, inkluż fir-rigward tal-osservazzjoni elettorali, il-medjazzjoni u d-djalogu; billi permezz tad-Djalogu Jean-Monnet għall-Paċi u d-Demokrazija, il-Parlament ilaqqa’ flimkien il-mexxejja politiċi mhux tal-UE sabiex tiġi promossa l-komunikazzjoni bejn il-partiti u l-bini ta’ kunsens; billi l-Membri tal-PE jistgħu jaġixxu bħala mibgħuta u medjaturi speċjali għall-prevenzjoni tal-kunflitti f’ċerti sitwazzjonijiet ta’ tensjoni għolja madwar id-dinja;
M. billi l-Parlament Ewropew jassisti lill-parlamenti nazzjonali u lill-assemblej reġjonali internazzjonali lil hinn mill-fruntieri tal-UE sabiex itejjeb il-kapaċità istituzzjonali tagħhom; billi hu stabbilixxa djalogu kontinwu ma’ dawn il-leġiżlaturi u regolarment jiskambja l-aħjar prattiki;
N. billi l-Parlament huwa osservatur elettorali rikonoxxut internazzjonalment; billi d-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-Parlament huma involuti jew f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE jew f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali internazzjonali;
O. billi l-gruppi politiċi u l-membri individwali tal-Parlament igawdu minn network dens u wiesa’ ta’ kuntatti ma’ partiti politiċi, deputati parlamentari, uffiċjali tal-gvern u partijiet ikkonċernati mis-settur privat u s-soċjetà ċivili f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi ta’ adeżjoni mal-UE u l-viċinat tal-UE;
P. billi, minbarra l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew barra mill-UE f’Londra u f’Washington, il-Parlament għandu uffiċċji antenna għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, għall-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa u għall-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja f’Jakarta, li għandhom l-objettiv li jsaħħu l-kooperazzjoni parlamentari ma’ dawn l-organizzazzjonijiet multilaterali;
Q. billi l-Artikolu 5(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE jiddikjara li “d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom huma akkreditati d-delegazzjonijiet”;
It-tisħiħ tad-diplomazija parlamentari
1. Jilqa’ r-rwol dejjem akbar tal-Parlament fl-azzjoni esterna tal-UE, li qiegħed bil-mod il-mod jevolvi għal wieħed sostanzjali, billi jgħaqqad is-setgħat leġiżlattivi, baġitarji u ta’ skrutinju tiegħu ma’ bosta forom ta’ impenn pubbliku u bir-reqqa mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-pajjiżi, is-soċjetajiet u l-individwi minn barra l-UE;
2. Jenfasizza r-rwol distint u l-valur tad-diplomazija parlamentari tal-UE biex jiġu komplementati u msaħħa l-viżibbiltà u l-impatt tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Kummissjoni u s-servizzi diplomatiċi u l-parlamenti tal-Istati Membri, filwaqt li tippreserva l-awtonomija tal-Parlament stess;
3. Jissottolinja l-importanza tad-diplomazija parlamentari bħala mezz biex jintlaħqu partijiet ikkonċernati aktar diversi f’pajjiżi sħab u terzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-UE, biex jinftiehmu aħjar il-perċezzjonijiet, l-impatti u l-konsegwenzi ta’ tali leġiżlazzjoni u pożizzjonijiet f’dawn il-pajjiżi u biex jinħolqu alleanzi bejn il-pari u sħubijiet solidi f’kuntest internazzjonali dejjem aktar kumpless u multipolari;
4. Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-kontribut distint li jagħti biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, kif ukoll il-valur miżjud u l-komplementarità tad-diplomazija parlamentari, il-Kummissjoni, il-Kunsill u s-SEAE għadhom ma rrikonoxxewx bis-sħiħ il-Parlament bħala attur integrali fi ħdan l-approċċ “Tim Ewropa”;
5. Jemmen li l-Parlament għandu potenzjal kbir mhux sfruttat biex ikompli jiżviluppa r-rwol diplomatiku u l-kontribut tiegħu biex jinkisbu l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE;
Għodod, mezzi u valuri tad-diplomazija parlamentari
6. Jenfasizza l-kontribut speċifiku, dinamiku u pubbliku tal-Parlament għall-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE u għall-indirizzar tal-isfidi globali permezz tal-ħidma tal-kumitati tiegħu impenjati fl-affarijiet esterni, inklużi s-sottokumitati dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u għas-Sigurtà u d-Difiża, li jikkontribwixxu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili madwar id-dinja;
7. Jisħaq li d-delegazzjonijiet permanenti jagħmlu ħidma importanti u komplementarja ma’ dik tal-kumitati billi jistabbilixxu forum regolari u sostnut għad-djalogu politiku mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż permezz ta’ korpi parlamentari konġunti u assemblej multilaterali;
8. Jenfasizza l-fatt li d-delegazzjonijiet permanenti jiżvolġu rwol ewlieni bħala ħolqa bejn il-Parlament u sħabu madwar id-dinja, jiffaċilitaw l-interazzjoni, jipprovdu informazzjoni b’mod konsistenti lill-kumitati u lil korpi oħra tal-Parlamenti, jiddibattu l-pożizzjonijiet u l-politiki ta’ interess komuni kif ukoll jisimgħu lis-sħab differenti u lill-partijiet ikkonċernati u jwasslulhom fehmiethom lill-korpi kompetenti fi ħdan il-Parlament;
9. Iqis li l-missjonijiet uffiċjali tal-Parlament barra mill-UE jiffurmaw parti integrali tal-politika esterna tal-UE u jridu għalhekk igawdu mill-appoġġ sħiħ tad-delegazzjonijiet tal-UE, kif ukoll mill-ogħla livell ta’ informazzjoni u sigurtà mis-SEAE f’dan ir-rigward; jappella biex iċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE jingħata r-riżorsi kollha meħtieġa; iqis li koordinazzjoni, ippjanar u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet aħjar għall-missjonijiet bejn il-korpi differenti tal-Parlament iżidu l-konsistenza, il-kredibbiltà u l-impatt tar-rwol diplomatiku tal-Parlament;
10. Jissuġġerixxi li l-korpi rilevanti tal-Parlament jistabbilixxu koordinazzjoni interna billi, fost azzjonijiet oħra, jabbozzaw perjodikament lista ta’ pajjiżi prijoritarji li magħhom għandhom jinvolvu ruħhom, abbażi ta’ fajls leġiżlattivi u prijoritajiet ġeopolitiċi jew strateġiċi li ġejjin, billi jorganizzaw skambji konġunti ta’ fehmiet ma’ dawn il-pajjiżi prijoritarji dwar ir-relazzjonijiet tal-UE jew dwar kwistjonijiet orizzontali ġeopolitiċi jew ta’ kunflitt, u billi jrawmu sinerġiji bejn il-missjonijiet tal-Parlament barra mill-pajjiż biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn, jiġu ssimplifikati r-riżorsi u tittejjeb il-konsistenza fil-messaġġi tal-Parlament;
11. Jissottolinja li l-parlamentari għandhom ikunu ppreparati bis-sħiħ dwar id-dimensjonijiet tar-relazzjonijiet kulturali u internazzjonali ta’ pajjiż terz meta jkunu qed iwettqu missjoni uffiċjali, sabiex ikunu jistgħu jrawmu kultura ta’ djalogu fil-kuntest ta’ djalogu ta’ kulturi; jappella, f’dan ir-rigward, biex is-SEAE, u b’mod partikolari d-diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tiegħu, jappoġġja bis-sħiħ il-missjonijiet uffiċjali tal-Parlament lejn pajjiżi terzi;
12. Jemmen li d-djalogu politiku li l-Parlament u l-Membri tal-PE jagħmlu mal-atturi governattivi, parlamentari u tas-soċjetà ċivili fid-dinja kollha jikkontribwixxi biex jippromwovi l-prijoritajiet, il-fehmiet u l-valuri tal-UE rigward standards globali f’oqsma bħad-drittijiet universali tal-bniedem u d-demokrazija, id-drittijiet tal-LGBTI, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diplomazija dwar il-klima u l-enerġija, il-konnettività, l-intelliġenza artifiċjali u l-politiki diġitali u teknoloġiċi;
13. Jisħaq fuq id-dedikazzjoni konsistenti tal-Parlament biex iqiegħed lid-drittijiet tal-bniedem u lid-demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE u jipprovdi forum kruċjali li fih tinstema’ u tinxtered il-vuċi tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet ikkonċernati demokratiċi mid-dinja kollha; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-azzjonijiet tiegħu b’appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB), id-deputati parlamentari f’riskju u l-mexxejja politiċi żgħażagħ, kif ukoll b’appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni; jappella biex l-azzjonijiet tal-Parlament jiġu żviluppati aktar u li tingħata vuċi lil dawk li d-drittijiet tagħhom huma f’riskju fil-leġiżlatura li jmiss;
14. Jenfasizza r-rilevanza ewlenija tad-dibattiti u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt bħala waħda mill-għodod tiegħu bl-akbar impatt barra mill-UE meta jindirizza s-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi; jappella, għalhekk, għal viżibbiltà aħjar għal dawn id-dibattiti u r-riżoluzzjonijiet, inkluż fir-rigward tal-aġendi tas-sessjonijiet plenarji u f’konformità mal-ħidma tal-kumitati u ta’ korpi parlamentari permanenti oħra;
15. Jissottolinja l-importanza u n-natura unika tar-rwol tal-Parlament fil-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali u b’mod aktar wiesa’ fil-programmi ta’ appoġġ għad-demokrazija, bħat-tisħiħ tad-demokrazija parlamentari tiegħu f’pajjiżi terzi u f’inizjattivi li jinvolvu l-medjazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-bini tal-kapaċità, il-prevenzjoni tal-kunflitti, it-trawwim ta’ kultura parlamentari kunsenswali u demokratika u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jappella biex is-sejbiet mill-attivitajiet tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet dwar pajjiżi speċifiċi, kif ukoll dawk derivati minn missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE, jiġu integrati aħjar fil-ħidma rilevanti tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet, kif ukoll fis-sessjonijiet plenarji meta ssir enfasi fuq dawk l-istess pajjiżi;
16. Jappella għal koordinazzjoni msaħħa mal-Kummissjoni, inkluż mad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir u d-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali, fl-appoġġ tad-demokrazija parlamentari madwar id-dinja u fit-tisħiħ tal-appoġġ istituzzjonali għall-parlamenti; jissuġġerixxi li n-network mal-parlamenti nazzjonali dwar l-appoġġ għad-demokrazija, stabbilit mill-Parlament, jista’ jsir post istituzzjonali regolari biex jikkoordina l-attivitajiet u jisfrutta l-għarfien espert;
17. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fl-attivitajiet u l-missjonijiet kollha, inkluż fir-rappreżentanzi tal-Parlament, meta jivvjaġġaw barra mill-UE, u li jiġi estiż l-għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri billi jiġu mibgħuta esperti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala parti minn azzjonijiet u programmi ta’ assistenza parlamentari;
Il-kontribut tal-Parlament għall-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE
18. Jemmen li l-leġiżlatura li jmiss u t-twaqqif tal-Kummissjoni li ġejja għandhom ikunu opportunità biex jissaħħaħ il-qafas tar-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn il-Parlament, is-SEAE u l-Kummissjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-UE, bil-għan li titqawwa d-diplomazija parlamentari u jissaħħaħ is-sett ta’ għodod tal-UE għall-azzjoni esterna;
19. Jitlob, b’mod partikolari, li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-Parlament fuq il-ħidma li ssir fl-ambitu tal-attivitajiet tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE billi jiżdiedu l-livell ta’ responsabbiltà u trasparenza tas-SEAE u tas-servizzi esterni tal-Kummissjoni; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi aġġornata d-Dikjarazzjoni tal-2010 dwar ir-Responsabbiltà Politika biex jiġu definiti mill-ġdid ir-relazzjonijiet bejn is-SEAE u l-Parlament;
20. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jinvolvu verament lill-Parlament fl-implimentazzjoni u fl-iskrutinju ta’ materji ta’ rilevanza strateġika fl-affarijiet barranin tal-UE inkluż fl-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi, kif ukoll fl-iskrutinju tal-istrumenti ta’ finanzjament estern;
21. Jinsisti fuq id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-PESK skont l-Artikolu 36 tat-TUE, inkluż l-aċċess f’waqtu għar-rapporti, l-istrateġiji tal-pajjiżi u informazzjoni kunfidenzjali oħra li jiggwidaw l-imġiba tal-PESK tal-UE; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jiġi finalizzat, mill-aktar fis possibbli, l-aġġornament tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess min-naħa tal-Parlament Ewropew għall-informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża;
22. Jisħaq fuq il-fatt li l-funzjoni ta’ skrutinju tal-Parlament u s-setgħa li jissorvelja n-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali għandhom jagħtuh rwol kruċjali fit-tiswir tal-impenn tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u fl-azzjoni ġenerali tiegħu fl-arena internazzjonali, li jippermetti lill-UE tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u d-diplomazija dwar il-klima fir-relazzjonijiet internazzjonali; jiddeplora, f’dan ir-rigward, l-hekk imsejħa arranġamenti informali jew ad hoc li ma jirrikjedux l-approvazzjoni tal-Parlament u li għalhekk jimminaw l-awtorità tal-Parlament bħala koleġiżlatur u r-rwol ta’ sorveljanza tiegħu;
23. Huwa tal-fehma li l-ambaxxaturi għall-UE f’pajjiżi strateġiċi u r-rappreżentanti speċjali tal-UE għandhom jiġu kkonfermati biss wara evalwazzjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament;
24. Jappella għal parteċipazzjoni aktar sistematika tal-presidenti tal-kumitati esterni tal-Parlament f’laqgħat u avvenimenti ta’ livell għoli tal-PESK, inkluż il-Kunsill Affarijiet Barranin; jappella biex ikun hemm delegazzjonijiet konġunti tas-SEAE, tal-Kummissjoni u tal-Parlament għal laqgħat multilaterali u reġjonali ewlenin;
25. Jinsisti fuq il-fatt li d-dokumenti strateġiċi kruċjali kollha dwar il-politiki adottati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fir-rigward tat-tmexxija tal-politika esterna tal-UE għandhom jiġu abbozzati b’konsultazzjoni mal-Parlament u jintegraw fihom ir-rwol tal-Parlament u l-kontribut tiegħu;
26. Jappella għat-tisħiħ fir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, peress li dawn tal-aħħar jinsabu f’qagħda tajba biex jagħmluha ta’ ħolqa mal-fergħat eżekuttivi tal-Istati Membri; jissottolinja għalhekk li l-Konferenza Interparlamentari dwar il-PESK/PSDK u l-konferenzi interparlamentari li jsiru kull sena mis-sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jipprovdu forum importanti għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew fl-oqsma kkonċernati u għandhom jissaħħu;
27. Iqis li l-Parlament jista’ jkollu rwol uniku biex iqarreb il-politika barranija tal-UE lejn iċ-ċittadini Ewropej u biex isaħħaħ il-leġittimità demokratika tiegħu, inkluż billi jinvolvi ruħu ma’ entitajiet sottostatali, bħall-gvernijiet u l-parlamenti reġjonali, u b’hekk jippermetti li d-diplomazija f’diversi livelli taħt l-oqfsa legali u istituzzjonali rispettivi għall-politika barranija tal-UE u tal-Istati Membri tikkontribwixxi u tibni fuq azzjoni esterna fil-livell tal-UE;
28. Itenni t-talba tiegħu biex tiġi żviluppata diplomazija awtonoma tal-UE ddeterminata minn kultura diplomatika komuni minn perspettiva tal-UE u jissottolinja r-rwol tal-Parlament f’dan ir-rigward; iqis li l-implimentazzjoni tal-proġett pilota tal-Parlament dwar il-ħolqien ta’ Akkademja Diplomatika Ewropea, u speċjalment l-istruttura futura u permanenti tagħha, hija pass konkret ’il quddiem f’dan ir-rigward; jappella għal garanziji dwar il-parteċipazzjoni permanenti u l-involviment attiv tal-Parlament fil-korpi maniġerjali jew governattivi futuri tal-Akkademja Diplomatika Ewropea, kif ukoll fil-programmi u l-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu;
29. Huwa tal-fehma li, fil-kuntest tar-rigress fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja, il-Parlament għandu rwol speċifiku fid-difiża tal-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-pluraliżmu politiku, fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani f’pajjiżi terzi u fl-għajnuna lill-parlamenti eletti demokratikament globalment biex jikkonsolidaw ir-rwoli istituzzjonali u l-metodi ta’ ħidma interni tagħhom permezz ta’ programmi mmirati; jinnota li l-Membri tal-PE jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet aktar sensittivi, bħal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jagħmlu dikjarazzjonijiet pubbliċi, isegwu għażliet pubbliċi jew privati għall-komunikazzjoni jew jinvolvu ruħhom ma’ sħab lokali meta l-ispazju għad-diplomazija tradizzjonali jkun aktar ristrett;
30. Jenfasizza r-rwol speċifiku tal-korpi parlamentari biex jgħinu lill-pajjiżi sħab u, b’mod partikolari, lill-pajjiżi tat-tkabbir u lill-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent u fil-viċinat tal-Lvant; jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tagħhom fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, minħabba r-rwol speċifiku u ewlieni li għandhom il-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta’ riforma meħtieġ permezz, fost affarijiet oħra, tal-approssimazzjoni leġiżlattiva, is-sorveljanza u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini; ifakkar fil-ħtieġa li d-delegazzjonijiet tal-UE jappoġġjaw tali kooperazzjoni interparlamentari fil-pajjiżi kandidati u dawk li huma kandidati potenzjali;
31. Jilqa’ approċċi innovattivi bħall-kooperazzjoni bejn il-kumitati mnedija reċentement bejn il-Parlament Ewropew u l-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ aktar inizjattivi f’dan il-qasam, minħabba l-importanza politika tal-proċess ta’ tkabbir;
32. Itenni l-appell tiegħu biex jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-UE għad-demokrazija preventiva, għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-medjazzjoni, u jemmen li l-Parlament jista’ joffri għarfien espert u jagħti kontribut sostanzjali permezz tal-korpi u tal-azzjonijiet tiegħu f’dan il-qasam, inkluż billi jagħmel użu minn mekkaniżmi ta’ twissija bikrija u żjarat fuq il-post;
33. Jisħaq li n-network interparlamentari wiesa’ li l-Parlament żviluppa permezz tad-delegazzjonijiet permanenti u l-assemblej multilaterali tiegħu joffri mezz mill-iprem biex jiġu diskussi u koordinati l-pożizzjonijiet mas-sħab internazzjonali fil-fora multilaterali, pereżempju fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet tan-NU, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, id-diplomazija dwar il-klima jew il-pożizzjonijiet tal-G20, kif ukoll biex jiġu ċċarati l-intenzjonijiet tal-UE lis-sħab u jiġu promossi l-azzjonijiet tagħha; jenfasizza l-kontribut sinifikanti tal-Parlament għall-ħidma tal-fora multilaterali permezz tal-involviment tiegħu, fost l-oħrajn, fis-summits parlamentari tal-G7 u tal-G20, u fil-laqgħat tal-Unjoni Interparlamentari;
34. Jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew fl-avvanz globali tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluża l-ġlieda kontra l-femminiċidju u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u d-drittijiet tal-persuni LGBTI fl-azzjoni esterna tal-UE; jirrimarka l-importanza tal-membri parlamentari fil-promozzjoni tas-sensittività tal-ġeneru fir-relazzjonijiet esterni tal-UE permezz tas-sensibilizzazzjoni, il-bini tal-kapaċità u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba, inkluż, iżda mhux limitat għall-valur miżjud li jiġu żgurati parlamenti bbilanċjati fir-rigward tal-ġeneru u perspettiva tal-ġeneru fil-funzjonament tal-korpi parlamentari; jappella lill-Parlament ikompli jsaħħaħ din id-dimensjoni rilevanti tad-diplomazija parlamentari tiegħu fl-interazzjonijiet tiegħu mal-pajjiżi sħab;
35. Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 5 (li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tingħata s-setgħa lin-nisa u l-bniet kollha), il-Parlament irid ikollu rwol sinifikanti fil-kisba ta’ parametri referenzjarji strateġiċi ewlenin għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
36. Jissottolinja l-ħidma ta’ promozzjoni tal-Parlament għar-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ konvenzjonijiet u protokolli fakultattivi rilevanti tan-NU u internazzjonali oħra, bħall-Ftehim ta’ Pariġi u l-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika;
Tim Ewropa: il-Parlament bħala sieħeb fil-politika estera
37. Iqis li, filwaqt li l-Parlament għandu jżomm l-awtonomija sħiħa tiegħu fit-twettiq tal-aġenda tiegħu fil-qasam tal-politika esterna, iż-żjarat u d-dikjazzjonijiet konġunti u ad hoc tal-Parlament flimkien mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fir-rigward tal-iżviluppi ewlenin fil-pajjiżi terzi joffru qasam promettenti biex jiġi attwat l-approċċ “Tim Ewropa”; jappella, f’dan ir-rigward, li jitnieda programm pilota interistituzzjonali ta’ Tim Ewropa f’għadd magħżul ta’ pajjiżi terzi; jappella biex dan il-programm pilota jiżgura li l-għodod tal-Parlament ikunu integrati bis-sħiħ fi ħdan approċċ interistituzzjonali konġunt lejn il-pajjiżi kkonċernati;
38. Jiddenunzja d-deċiżjoni ta’ xi pajjiżi, inklużi xi wħud li għandhom ftehimiet mal-UE, li jipprojbixxu lid-delegazzjonijiet tal-Parlament u lill-Membri tal-PE individwali milli jidħlu f’xi wħud mit-territorji tagħhom jew mit-territorji kollha tagħhom; jiddenunzja t-theddid u s-sanzjonijiet kontra l-Membri tal-PE minn pajjiżi terzi; jinsisti li l-Kunsill u l-Istati Membri jieħdu azzjoni immedjata u robusta, inklużi sanzjonijiet jekk jitqiesu meħtieġa, meta l-korpi tal-Parlament jew il-Membri tal-PE individwali jkunu fil-mira ta’ miżuri restrittivi minn pajjiżi terzi;
39. Jenfasizza l-osservazzjoni elettorali bħala qasam li fih il-kooperazzjoni bejn il-Parlament u s-SEAE huwa l-aktar strutturat, biż-żewġ istituzzjonijiet iwettqu attivitajiet ta’ osservazzjoni elettorali li huma integrati sewwa ma’ ta’ xulxin f’diversi modi;
40. Itenni t-talba tiegħu għal koordinament aktar strateġiku bejn l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-każijiet urġenti li jinvolvu d-DDB, il-ġurnalisti jew membri ta’ gruppi partikolarment vulnerabbli; huwa konvint li d-diplomazija parlamentari tista’ tkun mekkaniżmu effikaċi u komplementari fid-djalogu mal-pajjiżi terzi rigward dawn il-każijiet; jappella għal task force interistituzzjonali dwar id-DDB biex tikkoordina l-isforzi Ewropej dwar każijiet prijoritarji tad-DDB;
41. Itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-Parlament, biex jadotta lista annwali ta’ pajjiżi li fuqhom ikun hemm enfasi minħabba tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni mwiegħra tad-DDB u l-attivisti tad-demokrazija, li, fost l-oħrajn, tippermetti rispons prattiku kkoordinat bis-sħiħ ta’ Tim Ewropa fuq il-post; jemmen li l-Parlament jista’ jkollu rwol deċiżiv billi juża l-mezzi istituzzjonali u mezzi oħra tiegħu b’appoġġ għal dan l-approċċ immirat u konġunt;
42. Iħeġġeġ lil kull delegazzjoni tal-UE tippubbliċizza l-ħidma rilevanti tal-Parlament fil-pajjiż ospitanti tiegħu, inkluż fis-sit web tiegħu bil-lingwa tal-post, u ssegwi dan mal-awtoritajiet lokali u mal-gruppi tas-soċjetà ċivili;
o o o
43. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
L-avjazzjoni elettrika – soluzzjoni għal titjiriet fuq meded qosra u medji
189k
60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-avjazzjoni elettrika – soluzzjoni għal titjiriet fuq meded qosra u medji (2023/2060(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0559),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013 (COM(2021)0812), b’mod partikolari t-Taqsima 5 tiegħu dwar l-infrastruttura tat-trasport bl-ajru,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (COM(2018)0435),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (COM(2013)0410),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Strateġija 2.0 tad-Droni għal Ekosistema Intelliġenti u Sostenibbli tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord fl-Ewropa” (COM(2022)0652),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)(1), li tittrasforma l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’liġi,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE(3), u b’mod partikulari l-istabbiliment tal-Fond għall-Innovazzjoni,
– wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li jpoġġi lill-UE fit-triq għal tranżizzjoni ekoloġika, bil-għan aħħari li tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050,
– wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-proposti inklużi fih, b’mod partikolari l-proposta biex tiżdied il-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), magħrufa wkoll bħala l-inizjattiva ReFuelEU Aviation, u l-proposta biex jiġu riveduti s-sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar il-qafas il-ġdid tal-UE għall-mobilità urbana(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2015 dwar l-avjazzjoni(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-futur tal-ajruporti reġjonali u s-servizzi tal-ajru fl-UE(6), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa(7),
– wara li kkunsidra l-kundizzjonijiet speċjali taċ-ċertifikazzjoni SC E-19 tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sistemi ta’ propulsjoni elettriċi/ibridi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0438/2023),
A. billi sal-2019, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali kienu żdiedu b’146 % meta mqabbla mal-1990(8); billi dan is-sehem huwa mistenni li jikber hekk kif id-domanda għall-ivvjaġġar bl-ajru tiżdied;
B. billi 50-55 % tal-emissjonijiet jistgħu jitnaqqsu billi jaqilbu għal SAF, 30-35 % billi jintużaw teknoloġiji ġodda, 5-10 % billi jiġu ottimizzati l-operazzjoni u l-infrastruttura tal-inġenji tal-ajru, u 5 % billi jintgħażlu miżuri ġodda bbażati fuq is-suq(9);
C. billi sabiex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet sal-2050, 75 % tal-flotta ċivili globali se jkollha tiġi sostitwita mill-2035 ’il quddiem;
D. billi l-każ għal avjazzjoni tassew nadifa jirrikjedi kollaborazzjonijiet aktar profondi fir-riċerka, il-manifatturi, il-linji tal-ajru, il-gvernijiet u partijiet ikkonċernati oħra; billi subsett tal-industrija tal-avjazzjoni diġà huwa attiv fl-iżvilupp ta’ kunċetti avvanzati ta’ inġenji tal-ajru(10) bħall-inġenji tal-ajru elettriċi bit-tlugħ u l-inżul vertikali (eVTOL);
E. billi l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (CAJU) hija l-programm ewlieni ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE għat-trasformazzjoni tal-avjazzjoni lejn futur sostenibbli; billi s-CAJU u l-EASA qed jikkooperaw fl-adattament ta’ reġim ta’ ċertifikazzjoni standard għal ġenerazzjoni ġdida ta’ inġenji tal-ajru;
F. billi inġenji tal-ajru żgħar tat-test elettriċi ta’ sa disa’ postijiet diġà qed itiru f’diversi reġjuni tal-UE; billi inġenji tal-ajru elettriċi sa 30 post huma ppjanati għall-aħħar tas-snin 2020, u inġenji tal-ajru reġjonali għas-snin 2030(11); billi l-ewwel flotta ta’ inġenji tal-ajru elettriċi ċċertifikati mill-EASA(12) diġà hija involuta f’attivitajiet ta’ taħriġ tal-bdoti f’ambjent sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; billi diversi mudelli eVTOL diġà applikaw għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip mal-EASA;
G. billi l-EASA pproponiet regoli għat-tħaddim sikur ta’ inġenji tal-ajru VTOL, li jinkludu t-taxis tal-ajru, u sett komprensiv ta’ rekwiżiti operazzjonali għat-taxis tal-ajru elettriċi ppilotati, li jkopru l-oqsma tal-operazzjonijiet, il-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira u r-regoli dwar l-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;
H. billi l-avjazzjoni elettrika u ibrida elettrika tista’ ssaħħaħ il-mobbiltà tal-ajru u l-konnettività urbani u reġjonali, billi toffri firxa sħiħa ta’ soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport pubbliku; billi sadanittant qed jissawru wkoll pjanijiet għall-bini ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu sabiex dawn jintużaw fuq skala kbira sal-2035;
I. billi l-avjazzjoni elettrika u ibrida elettrika se ttejjeb il-kompetittività tal-ħinijiet tal-ivvjaġġar fuq distanzi iqsar permezz ta’ trasferiment aktar veloċi; billi l-inġenji tal-ajru elettriċi se jġorru inqas passiġġieri f’ajruplani żgħar, li jfisser inqas ħin imqatta’ għall-imbarkazzjoni u s-servizzi fuq l-art;
J. billi l-UE qed tara żvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija tal-batteriji kemm f’termini ta’ volumi ta’ produzzjoni kif ukoll ta’ nefqa għall-iżvilupp;
K. billi s-suċċess ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp kumplessi ħafna fil-qasam tal-avjazzjoni nadifa jiddependi direttament fuq appoġġ finanzjarju u politiku, inkluż dak tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri; billi ġew iffurmati diversi alleanzi dwar avjazzjoni nadifa, bħall-Alleanza dwar l-Avjazzjoni b’Emissjonijiet Żero (AZEA), li bħalissa qed jaħdmu fuq riżerva ta’ proġetti iżda jeħtieġu appoġġ effettiv mill-UE; billi l-inċentiv pubbliku għal dawk il-proġetti huwa kruċjali biex jiġi attirat l-investiment privat;
L. billi fis-snin li ġejjin se jkunu meħtieġa investimenti tal-Istati Membri fil-provvista tal-elettriku ta’ inġenji tal-ajru wieqfa sabiex jikkonformaw mal-miri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi(13), li jista’ jkun pass ’il quddiem lejn il-varar futur ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar għall-inġenji tal-ajru elettriċi;
M. billi l-kalkolu tal-impronta tal-karbonju tal-avjazzjoni elettrika u li taħdem bl-idroġenu jeħtieġ li jkun ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħha, inkluż is-sors tal-produzzjoni tal-enerġija u l-manifattura tal-batteriji;
N. billi għalkemm is-settur tal-avjazzjoni ġie mfakkar bil-qawwi bil-vulnerabbiltà tiegħu għall-pandemiji, il-ġeopolitika u x-xokkijiet ekonomiċi, wera r-rwol ewlieni tiegħu biex iżomm il-katina tal-provvista mingħajr interruzzjoni, speċjalment għall-oġġetti essenzjali;
O. billi l-ħiliet ekoloġiċi u diġitali fl-edukazzjoni teknika u l-għarfien espert, bħat-teknoloġija tal-avjazzjoni u l-inġinerija, ix-xjenza u l-matematika, huma vitali għall-iżvilupp sostenibbli tal-avjazzjoni, u joħolqu impjiegi attraenti għaż-żgħażagħ;
P. billi s-sikurezza trid tibqa’ l-ewwel prijorità fl-avjazzjoni;
1. Josserva l-importanza tal-ajruporti reġjonali fl-Unjoni għal operazzjonijiet ta’ titjiriet elettriċi fuq meded qosra u medji; jenfasizza l-potenzjal tal-ajruporti reġjonali bħala ċentri multimodali ta’ innovazzjoni u ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) tul il-katina kollha tal-provvista, li jibbenefikaw mir-riċerka u l-kompetizzjoni mhux biss fis-settur tal-avjazzjoni, iżda wkoll f’setturi oħra tat-trasport bħal tat-triq, dawk marittimi u ferrovjarji; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tafferma l-appoġġ finanzjarju tagħha għall-ajruporti reġjonali, speċjalment dawk li huma attivi fil-qasam tal-avjazzjoni elettrika;
2. Jinsab konvint li għażliet ta’ trasport bl-ajru aktar nodfa, aktar veloċi u aktar konvenjenti jżidu l-konnettività u l-aċċessibbiltà f’żoni iżgħar, aktar iżolati u skarsament popolati, inklużi reġjuni insulari u r-reġjuni ultraperiferiċi, u partikolarment f’termini ta’ aċċess għas-servizzi pubbliċi, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u turiżmu aktar sostenibbli;
3. Jinnota li r-reġjuni ultraperiferiċi se jkunu diffiċli biex jiġu konnessi mal-kontinent tal-Ewropa permezz tal-avjazzjoni elettrika minħabba d-distanza tagħhom u l-kapaċità limitata tal-batteriji tal-inġenju tal-ajru; jenfasizza, madankollu, il-potenzjal tal-avjazzjoni elettrika fl-iżgurar tal-konnettività bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tagħhom u ttaffi parzjalment il-konsegwenzi negattivi għall-ekonomija tagħhom li jirriżultaw mit-topografija diffiċli tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju, sostantiv u tekniku għar-reġjuni periferiċi sabiex jiġi żgurat li l-infrastruttura meħtieġa għall-iċċarġjar rapidu u affidabbli tal-batteriji, il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru eVTOL u t-taħriġ ta’ tekniċi u operaturi bi kwalifiki għoljin jiġu żviluppati kif xieraq;
4. Jisħaq li meta wieħed iħabbat wiċċu ma’ ostakli ġeografiċi, il-ħin iffrankat bl-użu ta’ titjiriet elettriċi bħala mezz ġdid ta’ trasport pubbliku li ma jiddependix fuq toroq jew linji ferrovjarji eżistenti jista’ jkun konsiderevoli; jirreferi għall-esperjenza tal-pajjiżi Nordiċi, li jgħaqqdu ġeografiji kkaratterizzati minn fjords, lagi u muntanji, densità baxxa ta’ popolazzjoni u fokus qawwi fuq l-enerġija sostenibbli(14), u r-reġjuni ultraperiferiċi, li huma kkaratterizzati mill-insularità, id-distanza, id-daqs żgħir u t-topografija u l-klima diffiċli tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tesplora dan il-potenzjal f’kooperazzjoni mill-qrib mar-reġjuni u l-Istati Membri rilevanti;
5. Iqis li l-elettrifikazzjoni tal-avjazzjoni reġjonali tista’ tagħmel dawk ir-rotot li kienu ġew abbandunati ekonomikament vijabbli, ittejjeb il-konnettività, tagħti spinta lill-iżvilupp reġjonali u tattira investiment reġjonali ġdid; jissottolinja l-prospetti kredibbli ta’ ibridizzazzjoni fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-avjazzjoni reġjonali relatati mal-awtonomija u l-għadd ta’ passiġġieri;
6. Itenni l-viżjoni tal-Kummissjoni li l-eVTOLs, kif espressa permezz tal-Istrateġija 2.0 tal-Kummissjoni tad-Droni, huma mistennija li jsiru element bażiku tat-trasport tal-passiġġieri sal-2030, jiġu integrati fis-sistemi tat-trasport eżistenti u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-UE, filwaqt li jimminimizzaw kwalunkwe impatt ambjentali negattiv(15); jenfasizza l-fatt li, minkejja l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi fl-eVTOLs, bħalissa dawn għadhom limitati għal sitt postijiet, filwaqt li l-inġenji tal-ajru elettriċi bi ġwienaħ fissi diġà jistgħu jġorru aktar passiġġieri kemm fuq rotot tal-ajru urbani eżistenti kif ukoll ġodda; jitlob lill-Kummissjoni tiddistingwi bejn iż-żewġ possibbiltajiet peress li dawn jużaw teknoloġiji differenti u jservu swieq differenti; huwa konvint li kemm l-eVTOLs kif ukoll l-inġenji tal-ajru elettriċi bi ġwienaħ fissi jridu jitqiesu bħala forom komplementari ta’ mobbiltà tal-ajru urbana ġdida;
7. Jenfasizza li l-inġenji tal-ajru b’magni elettriċi jikkawżaw kważi żero tniġġis operattiv, u dan ifisser tnaqqis fl-emissjonijiet lokali li jistgħu jaffettwaw ħażin is-saħħa taċ-ċittadini li jgħixu qrib l-ajruporti; iqis, għalhekk, li l-ajruplani b’deċibel baxx, b’mod partikolari, għandhom jibbenefikaw minn proċeduri simplifikati biex jiksbu permessi relatati mal-istorbju jew derogi mir-restrizzjonijiet tat-titjiriet; jisħaq li t-tnaqqis tal-istorbju miksub permezz tal-avjazzjoni elettrika b’deċibel baxx jista’ jtejjeb is-sitwazzjoni ta’ xi ajruporti u żoni residenzjali fil-qrib;
8. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-livelli ta’ storbju ferm aktar baxxi tal-inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi elettriċi; iħeġġeġ lill-industrija tagħmel użu mill-ħidma tal-EASA fid-definizzjoni tal-ewwel Speċifikazzjoni Teknika għall-Protezzjoni Ambjentali(16) għall-valutazzjoni tal-istorbju ta’ ċerti inġenji tal-ajru eVTOL, li għandha l-għan li tipprovdi livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni ambjentali għaċ-ċittadini Ewropej u tiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistema tal-avjazzjoni u fl-ambjent urban;
9. Jemmen bis-sħiħ li l-inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi elettriċi se joffru potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-avjazzjoni u possibbiltajiet ġodda għall-mobbiltà urbana; jilqa’ l-ħidma li saret s’issa mill-EASA fuq inġenji tal-ajru eVTOL maħsuba biex jintużaw bħala taxis tal-ajru, dwar id-disinn tal-infrastruttura meħtieġa tal-art għal operazzjonijiet sikuri ta’ mobbiltà tal-ajru urbana(17) u dwar l-adattament tal-qafas regolatorju tal-avjazzjoni biex jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ inġenji tal-ajru li jużaw propulsjoni elettrika u li taħdem bl-idroġenu; jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tal-EASA biex tiċċertifika dawn it-tipi ta’ inġenji tal-ajru peress li tista’ tħaffef l-iżvilupp tagħhom; jappoġġja l-kummerċjalizzazzjoni ta’ inġenji tal-ajru li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ propulsjoni alternattivi biex jikkomplementaw il-miżuri mnedija taħt l-inizjattivi tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fil-futur biex tiżgura li t-titjiriet elettriċi jaqdu rotot reġjonali qosra għall-finijiet tal-obbligi tas-servizz pubbliku fl-ambitu tar-regoli applikabbli tal-UE;
Ninvestu għall-futur
10. Iqis li filwaqt li titjiriet fuq distanzi qosra u medji jammontaw għal frazzjoni tal-emissjonijiet, kull rotta elettrifikata tirrappreżenta tnaqqis fl-impronta klimatika u ambjentali tal-avjazzjoni u hija investiment siewi; jinsisti li l-ġbir flimkien tal-investiment meħtieġ irid jibda issa;
11. Iqis li l-miri ta’ emissjonijiet baxxi u żero se jintlaħqu wkoll bl-użu ta’ teknoloġiji ibridi elettriċi żviluppati għal titjiriet reġjonali u internazzjonali fuq distanzi qosra u medji operati għall-finijiet kemm tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju, u jappella għal investimenti meħtieġa fir-riċerka u l-iżvilupp għad-disinn tal-inġenji tal-ajru u tas-sistemi ta’ propulsjoni, batteriji u soluzzjonijiet ibridi oħra; jinnota li bil-kummerċjalizzazzjoni tal-avjazzjoni elettrika, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni tagħhom li tipprojbixxi t-titjiriet fuq distanzi qosra u medji;
12. Jinnota li l-ħtiġijiet sostanzjali relatati mas-sostituzzjoni tal-flotta ċivili jirrappreżentaw sfida u jirrikjedu strument finanzjarju sostanzjali, filwaqt li huma wkoll opportunità ewlenija tas-suq li tista’ twassal għall-ħolqien ta’ impjiegi u ħiliet ġodda għas-settur kollu tat-trasport fl-Ewropa;
13. Jinsisti li l-iżvilupp tal-avjazzjoni elettrika għall-użu kummerċjali jirrikjedi appoġġ finanzjarju u regolatorju effettiv kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE; jisħaq fuq ir-riżultati pożittivi ħafna miksuba bl-għajnuna tal-akkwist pubbliku u jqis li huwa għodda effettiva għall-elettrifikazzjoni tal-industrija mingħajr ma tfixkel is-suq;
14. Jistieden lill-Istati Membri jesploraw l-inċentivi u l-benefiċċji tas-suq għall-manifatturi tal-inġenji tal-ajru elettriċi, l-operaturi u l-SMEs ikkonċernati sabiex jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ din it-teknoloġija ekoloġika; jemmen li dawn l-inċentivi u l-benefiċċji għall-komponenti tal-avjazzjoni elettrika, l-elettriku u l-krediti tal-emissjonijiet jistgħu jixprunaw it-tkabbir tas-suq;
15. Jinnota li hemm ħafna titjiriet fuq distanzi qosra u medji li qed jiġu operati madwar l-Ewropa; jitlob lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol u l-EASA, tidentifika r-rotot tat-titjiriet li huma l-aktar xierqa għall-elettrifikazzjoni sħiħa u li jirriżultaw fi tnaqqis aktar sinifikanti tas-CO2, peress li dan se jgħin lill-ajruporti kkonċernati jibdew l-adattamenti meħtieġa; jisħaq li r-rwol tal-idroġenu jista’ jkun sinifikanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet; jirrimarka li l-kumpaniji jqisu l-ajruplani elettriċi bħala soluzzjonijiet ta’ dimensjonijiet żgħar filwaqt li dawk li jaħdmu bl-idroġenu bħala dawk ta’ dimensjonijiet akbar;
16. Iqis li huwa meħtieġ li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġu modifikati r-regoli eżistenti tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat biex ikun jista’ jinħoloq qafas ta’ investiment immirat li jibni fuq il-finanzjament pubbliku u privat biex jappoġġja s-settur eVTOL emerġenti u intensiv fir-riżorsi sabiex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Ewropa f’dan il-qasam, peress li l-eVTOLs huma mistennija li jsiru parti strateġika mis-settur tat-trasport;
17. Iqis li l-kumpaniji tal-UE attivi fil-qasam tal-elettrifikazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni għandhom jaħdmu f’kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE biex jiżviluppaw pjan direzzjonali tekniku integrat u programmi konġunti ta’ riċerka; jilqa’ l-ħidma mwettqa fl-ambitu tal-AZEA; jisħaq li din il-kooperazzjoni hija essenzjali biex l-UE żżomm it-tmexxija industrijali u l-kompetittività tagħha fix-xena internazzjonali;
18. Jinnota li inġenji tal-ajru elettriċi iżgħar jistgħu joperaw minn runways iqsar u aktar sempliċi eżistenti, li jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa ta’infrastruttura kbira u għalja fil-futur;
19. Jisħaq li l-ippjanar u t-tħejjija tal-infrastruttura tal-enerġija huma fattur ewlieni biex tiġi ddeterminata l-adozzjoni tal-avjazzjoni elettrika u dik ibbażata fuq l-idroġenu, peress li huwa biss ladarba l-infrastruttura tkun tħejjiet u ttestjata li jkun possibbli l-varar tal-avjazzjoni elettrika; jinnota li, wara l-bidla għal sistemi ta’ propulsjoni alternattivi, l-ajruporti kbar eżistenti jistgħu jikkunsmaw 5-10 darbiet aktar elettriku sal-2050 milli jagħmlu llum(18), u josserva li l-infrastruttura għall-inġenji tal-ajru elettriċi u l-elettrifikazzjoni ta’ siti bħall-ajruporti għadha ma ġietx żviluppata biżżejjed; jirrimarka li, biex tintlaħaq id-domanda mistennija għall-enerġija, l-ewwel elementi tal-infrastruttura fl-ajruporti jridu jkunu fis-seħħ sal-2025, u jappella li jiġi żgurat l-investiment meħtieġ; jisħaq, barra minn hekk, f’dan ir-rigward, li sabiex tiġi żgurata introduzzjoni xierqa tal-inġenji tal-ajru elettriċi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jimplimentaw kif xieraq ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR)(19) biex jippromwovu aktar l-elettrifikazzjoni tas-siti; jenfasizza l-utilità ta’ proġetti ta’ finanzjament infrastrutturali ddedikati, f’dan ir-rigward, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għat-trasport u l-enerġija; ifakkar li, fl-ambitu tal-AFIR, il-Kummissjoni jeħtiġilha tevalwa fi tmiem l-2026, u kull 5 snin wara dan, l-istat attwali u l-iżvilupp futur tas-suq għall-avjazzjoni bil-propulsjoni tal-idroġenu u elettrika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li din l-evalwazzjoni sseħħ, inkluż studju tal-fattibbiltà dwar il-varar tal-infrastruttura rilevanti biex jitħaddmu l-inġenji tal-ajru, segwit minn pjan ta’ varar għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fl-ajruporti, b’mod partikolari għall-punti tal-irriċarġjar elettriku u tar-riforniment tal-idroġenu; iħeġġeġ lill-industriji fuq livell globali jaqblu dwar standards globali għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar fuq l-art għall-inġenji tal-ajru wieqfa mill-aktar fis possibbli;
Sfidi u soluzzjonijiet teknoloġiċi
20. Minħabba li x-xejriet teknoloġiċi f’diversi setturi tat-trasport qed jimxu fl-istess direzzjoni, jilqa’ s-sħubijiet eżistenti ta’ riċerka u żvilupp transindustrijali(20) bejn l-industriji tal-ajru u tal-karozzi (dwar l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ batteriji u ċelloli tal-fjuwil), l-ajru u t-tbaħħir (dwar l-użu ta’ fjuwils alternattivi) u l-ajru u l-ferroviji (fuq sistemi ta’ distribuzzjoni elettrika);
21. Jirrimarka li filwaqt li l-inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi elettriċi huma ferm promettenti għal futur ta’ avjazzjoni aktar sostenibbli, il-ġenerazzjoni attwali ta’ batteriji tagħhom tiffaċċja sfidi sinifikanti, primarjament relatati mal-piż u d-densità tal-enerġija; jinnota li dawn il-limitazzjonijiet għandhom impatt fuq il-medda, il-kapaċità tat-tagħbija, u l-effiċjenza ġenerali tal-inġenji tal-ajru elettriċi;
22. Ifakkar li l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru elettriċi jinvolvu rekwiżiti stretti għall-batteriji, filwaqt li jagħtu prijorità lis-sikurezza, iżda jirrikjedu wkoll li jkunu ħfief, kompatti, rikarikabbli malajr u jipprovdu l-potenza għolja meħtieġa għas-setturi tat-tluq u tat-tlugħ; jissottolinja li tali batteriji ta’ prestazzjoni għolja jirrikjedu materja prima kritika, li spiss ma tkunx disponibbli fl-Ewropa; jitlob lill-industrija tal-avjazzjoni tkun parti mill-isforzi tal-industriji biex tipprovdi katina tal-provvista sostenibbli;
23. Ifakkar li l-kundizzjonijiet ta’ altitudni speċifiċi għat-trasport bl-ajru jimponu restrizzjonijiet tekniċi partikolari fuq il-batteriji, meta mqabbla ma’ modi oħra ta’ trasport;
24. Jenfasizza l-potenzjal tal-avjazzjoni li taħdem bl-idroġenu bbażata fuq iċ-ċelloli tal-fjuwil, li hija forma alternattiva ta’ avjazzjoni elettrika, b’mod partikolari f’termini ta’ awtonomija; jisħaq li t-titjib kontinwu fit-teknoloġiji tal-batteriji u taċ-ċelloli tal-fjuwil, flimkien ma’ disinji ta’ inġenji tal-ajru aktar effiċjenti fl-enerġija, jistgħu jippermettu prestazzjoni ambjentali aħjar; itenni li wħud mill-akbar sfidi teknoloġiċi li qed tiffaċċja l-industrija bħalissa jinkludu il-piż u d-dimensjonijiet tal-batteriji, il-potenza massima tal-output taċ-ċelloli tal-fjuwil, id-distribuzzjoni elettrika u s-sistemi termali, l-integrazzjoni tal-qafas tal-ajru u t-titjib tal-ajrudinamika;
25. Jisħaq li ż-żieda fl-użu tal-batteriji fl-ajrunawtika se tirrikjedi l-istabbiliment immedjat ta’ industrija tar-riċiklaġġ tal-UE kompatibbli mal-ħtiġijiet tas-settur sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ dipendenzi ġodda fuq il-pajjiżi mhux tal-UE;
Azzjoni fil-qafas tal-UE
26. Ifakkar li l-industrija tal-ajrunawtika mhijiex biss faċilitatur importanti tal-attività ekonomika, iżda wkoll waħda mis-setturi ta’ teknoloġija għolja bl-aktar suċċess fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni għal politiki proattivi biex tappoġġja u tiżviluppa l-industrija f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ fora eżistenti bħall-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Avjazzjoni (ACARE) u l-AZEA; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-regolamenti eżistenti tal-UE fil-qasam ma jikkontrobattux lil xulxin jew ma jħallux lill-industrija tal-ajrunawtika milli tiżviluppa l-proġetti tagħha ta’ dekarbonizzazzjoni u elettrifikazzjoni;
27. Jemmen li huwa meħtieġ aktar allinjament bejn l-Ekosistema Ajruspazjali u tad-Difiża u l-Ekosistema tal-Enerġija biex jissaħħaħ it-titjir elettriku; jinnota li l-Kummissjoni qed taħdem fuq perkorsi ta’ tranżizzjoni separati għaż-żewġ ekosistemi; jirrikonoxxi l-importanza kbira tal-perkorsi ta’ tranżizzjoni biex l-industrija tkun tista’ tikkonkrettiza b’mod effettiv l-aspirazzjonijiet klimatiċi f’azzjonijiet klimatiċi tanġibbli, u b’hekk jiġi ppreservat u jinħoloq valur għas-soċjetà tagħna, għall-pjaneta tagħna u għan-negozji bl-istess mod; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-perkorsi ta’ tranżizzjoni diverġenti taż-żewġ ekosistemi, b’mod partikolari fid-dawl tal-imperattiv kondiviż li jiġu stabbiliti grilji tal-elettriku stabbli biżżejjed u li tiġi żgurata l-affordabbiltà tal-elettriku nadif, inkluż għall-elettrifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru; jissottolinja, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importanza ta’ strateġija komuni għall-inġenji tal-ajru elettriċi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi proattivi biex tifformula strateġija bħal din; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tibda djalogu strutturali konġunt bejn id-Direttorati Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport u għall-Enerġija, f’dan ir-rigward, u tlesti l-perkors qabel l-elezzjonijiet Ewropej fl-2024 sabiex ikun jista’ jintuża bħala referenza għal regolamenti futuri mill-Kummissjoni l-ġdida li jmiss fl-2024;
28. Ifakkar li l-AZEA inħolqot fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiġbor is-sħab privati u pubbliċi kollha fl-ekosistema tal-avjazzjoni biex jitħejja d-dħul fis-servizz kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu u elettriċi; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-AŻEA u tappoġġjaha fl-iżvilupp tal-għarfien dwar l-avjazzjoni elettrika; jinnota li l-akkademji tal-ħiliet tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jistgħu jintużaw f’dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovuhom;
29. Jissottolinja n-nuqqas attwali ta’ ħiliet fl-inġinerija elettrika u tas-sistemi; ifakkar li l-Konkors tal-UE għal Xjenzjati Żgħażagħ jista’ jintuża bħala punt ta’ referenza biex jiġi żviluppat konkors tematiku tal-UE għal talenti żgħażagħ għall-ekosistemi industrijali kollha, inkluż għat-titjiriet elettriċi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet f’karrieri ekoloġiċi fl-avjazzjoni u jħeġġu proġetti nazzjonali u tal-UE f’dan ir-rigward;
30. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq servizzi kkoordinati ta’ sejħiet fl-ambitu tal-istrumenti eżistenti tal-UE u s-self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex tappoġġja l-proġett ewlieni l-ġdid dwar it-teknoloġiji tad-droni; iħeġġeġ lill-BEI jintroduċi u juża strumenti ta’ finanzjament immirati mfassla biex isaħħu s-settur emerġenti Ewropew tal-avjazzjoni elettrika u jappoġġja l-ħtiġijiet tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi n-natura intensiva fil-kapital u r-rekwiżiti uniċi tiegħu, u jirrikonoxxi li l-introduzzjoni tal-eVTOLs se tirrikjedi wkoll investimenti fl-infrastruttura tal-art, inklużi l-vertiports u l-infrastruttura tal-iċċarġjar;
31. Jinsab imħasseb li l-baġit previst għas-CAJU fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa huwa ferm inqas mill-iskala tal-ambizzjoni tiegħu; ifakkar li l-livell ta’ innovazzjoni assoċjat ma’ kull proġett huwa għoli ħafna u li l-appoġġ irid ikun proporzjonat u kontinwu fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid mill-2027 ’il quddiem; iqis li l-CAJU għandha tiġi mħeġġa wkoll timmaniġġja l-avjazzjoni elettrika u tipprijoritizza l-finanzjament ta’ proġetti innovattivi dwar l-avjazzjoni b’emissjonijiet żero bħal inġenji tal-ajru elettriċi u li jaħdmu bl-idroġenu; jirrimarka li huwa meħtieġ finanzjament ġdid biex wieħed imur lil hinn mil-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika 6 sabiex it-teknoloġiji jitqiegħdu fis-suq; jilqa’ t-tħabbira reċenti tar-Renju Unit bħala pajjiż assoċjat ma’ Orizzont Ewropa, li se tagħti spinta lill-isforzi komuni tagħna lejn avjazzjoni nadifa;
32. Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-isforz u l-impenn sostanzjali mitluba mis-settur tal-avjazzjoni fl-insegwiment tiegħu tad-dekarbonizzazzjoni, ma hemm l-ebda fond tal-avjazzjoni speċifiku tal-UE ddeżinjat b’mod espliċitu biex jappoġġja l-avjazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tniedi sejħiet speċifiċi għall-finanzjament ta’ proġetti li jappoġġjaw l-elettrifikazzjoni u azzjonijiet biex jitnaqqsu l-impatti ġenerali tal-avjazzjoni; ifakkar, madankollu, li l-Fond għall-Innovazzjoni fl-ambitu tal-ETS u l-użu ta’ Kuntratti għad-Differenza għall-Karbonju, huma strumenti importanti biex jiġu varati u introdotti fuq skala industrijali t-teknoloġiji li jistgħu jwittu t-triq għall-avjazzjoni elettrika u li taħdem bl-idroġenu; ifakkar fid-Direttiva (UE) 2023/959(21), li emendat id-Direttiva 2003/87/KE u wessgħet il-firxa ta’ proġetti eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Fond għall-Innovazzjoni biex tinkludi firxa usa’ ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji b’emissjonijiet żero tal-karbonju;
33. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-ġestjoni termali tal-batteriji u l-iċċarġjar u l-ġestjoni tas-sostituzzjoni tal-batteriji kif ukoll li jitħaffef l-iżvilupp tas-settur tar-riċiklaġġ tal-batteriji; jitlob lill-Kummissjoni tinvesti fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ batteriji fi stat solidu tal-ġenerazzjoni li jmiss li għandhom enerġija darbtejn aktar minn batteriji tal-joni tal-litju u potenzjal ta’ ħżin madwar tliet darbiet ogħla; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tħeġġeġ, permezz ta’ strumenti bħall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u l-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, it-tnaqqis tad-dipendenzi fil-katina tal-provvista tal-batteriji u l-iżgurar ta’ provvista suffiċjenti ta’ materja prima kritika, u b’hekk jitnaqqsu d-dipendenzi esterni tagħna fuq il-batteriji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw, b’mod parallel, sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi mhux tal-UE tal-istess fehma fil-qasam tal-materja prima għall-ajrunawtika;
34. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura konsistenza bejn l-iżvilupp tat-trasport u l-mobbiltà elettriċi, l-infrastruttura meħtieġa u l-politiki tal-UE mmirati biex iżidu l-kapaċità Ewropea tal-produzzjoni tal-batteriji, inkluża l-provvista tal-materja prima u avvanzata meħtieġa għall-produzzjoni tal-batteriji; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tirrevedi l-Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku dwar il-Batteriji, li jgħaqqad l-aspetti msemmija hawn fuq u jinkludi speċifikament l-introduzzjoni ta’ miri kwantifikati u marbuta biż-żmien għall-produzzjoni tal-batteriji tal-UE; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, f’kooperazzjoni mal-industrija, jidentifikaw sinerġiji potenzjali mas-settur tat-trasport bit-triq sabiex jimmassimizzaw l-investiment pubbliku u privat, speċjalment fil-produzzjoni u r-riċiklaġġ tal-batteriji u ċ-ċelloli tal-fjuwil;
35. Jitlob lill-Kummissjoni toħloq qafas ta’ politika li jappoġġja l-użu ta’ teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru elettriċi, bħall-allokazzjoni ta’ parti mid-dħul mill-avjazzjoni tal-ETS jew kwalunkwe tassazzjoni fuq l-avjazzjoni lill-CAJU, f’konformità mal-proposta dwar id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija(22);
36. Jitlob lill-Kummissjoni toħloq strateġija biex tiżgura li l-infrastruttura meħtieġa għall-avjazzjoni elettrika, inklużi l-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-konnessjoni mal-grilja u l-infrastruttura tal-iċċarġjar, tiġi varata b’mod proporzjonat mal-użu ta’ inġenji tal-ajru elettriċi; ifakkar li n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-idroġenu ekoloġiku u n-nuqqas ta’ infrastruttura jista’ jdewwem id-dħul fis-servizz ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija mmirata għall-produzzjoni u l-ħżin tal-idroġenu;
37. Jistieden lill-EASA tkompli taħdem lejn l-istabbiliment ta’ standards u perkorsi ta’ ċertifikazzjoni biex l-ajruplani elettriċi u ibridi elettriċi jsiru vijabbli u kapaċi jqassru b’mod sinifikanti ż-żmien għat-tqegħid fis-suq ta’ tali ajruplani; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi meħtieġa, speċjalment il-persunal, f’dan ir-rigward;
38. Jitlob lill-Kummissjoni toħroġ bi strateġija Ewropea għal approċċ koordinat għall-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni u l-varar tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ inġenji tal-ajru, inklużi inġenji tal-ajru eVTOL, sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini Ewropej dwar il-benefiċċji tagħha u biex tingħata spinta lill-investiment privat u pubbliku, filwaqt li jinżammu l-bażi u t-tmexxija teknoloġiċi fl-Ewropa; jemmen li l-avjazzjoni elettrika hija promettenti għal futur aktar sostenibbli għall-ivvjaġġar bl-ajru u li kampanja ta’ informazzjoni ffukata hija vitali biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-benefiċċji u l-impatt potenzjali tagħha;
o o o
39. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ATR, Avinor, Deutsche Aircraft (f’kooperazzjoni ma’ Private Wings), Heart Aerospace (f’kooperazzjoni ma’ Finnair u Icelandair), Pipistrel, SAS (f’kooperazzjoni ma’ Airbus), Tecnam, eċċ.
Accessibility study for electric aviation. Part of the project Electric Aviation and the Effect on Nordic Regions (Studju dwar l-aċċessibbiltà għall-avjazzjoni elettrika. Parti mill-proġett Avjazzjoni Elettrika u l-Effett fuq ir-Reġjuni Nordiċi).
EASA, “Vertiports. Prototype Technical Specifications for the Design of VFR Vertiports for Operation of with Manned VTOL-Capable Aircraft Certified in the Enhanced Category (PTS-VPT-DSN)” (Vertiports. Speċifikazzjonijiet tekniċi prototipi għad-disinn ta’ vertiports VFR għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru VTOL bl-ekwipaġġ iċċertifikati fil-kategorija estiża (PTS-VPT-DSN)), Marzu 2022.
Target True Zero: Delivering the Infrastructure for Battery and Hydrogen-Powered Flight (Mira ta’ Verament Żero Emissjonijiet: il-Provvista tal-Infrastruttura għal Titjiriet Imħaddma bil-Batterija u bl-Idroġenu), Forum Ekonomiku Dinji, April 2023, pp. 10-15.
Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1).
Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
L-isfidi attwali u futuri rigward il-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi tal-viċinat
195k
58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2024 dwar l-isfidi attwali u futuri rigward il-koooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi tal-viċinat (2023/2076(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT)(5),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier (COM(2018)0373),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2017 bit-titolu “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2020 bit-titolu “Linji gwida dwar l-Assistenza ta’ Emerġenza tal-UE fil-Kooperazzjoni Transkonfinali fil-Kura tas-Saħħa relatata mal-kriżi tal-COVID-19”(6),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali multidimensjonali fil-baċir tal-Mediterran(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE(9),
– wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “EU lagging regions: state of play and future challenges” (Reġjuni Ewropej li għadhom lura: l-istat attwali u l-isfidi futuri)”, ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari fis-26 ta’ Ottubru 2020(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE(11),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima bit-titolu “Climate Change 2022: Mitigation of Climate Change. Contribution of Working Group III to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change” (It-Tibdil fil-Klima 2022: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima)(12),
– wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2021 dwar Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar – aġenda ġdida għall-Mediterran,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-1 ta’ Lulju 2021 dwar viżjoni għall-Ewropa: il-futur tal-kooperazzjoni transfruntiera(13),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2017 bit-titolu “Il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal- fruntiera”(14),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0415/2023),
A. billi l-kooperazzjoni transfruntiera tal-UE mal-pajjiżi ġirien, kemm jekk fil-fruntieri tal-art kif ukoll tal-baħar, li tkopri 184 reġjun, 33 pajjiż u 260 miljun abitant, hija kruċjali għall-politiki tal-UE;
B. billi l-Artikolu 8 tat-TUE jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżviluppa relazzjoni privileġġjata mal-pajjiżi ġirien tagħha, bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u karatterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-koperazzjoni;
C. billi l-kooperazzjoni transfruntiera hija pass importanti fil-proċess ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE tal-pajjiżi kandidati;
D. billi l-kooperazzjoni transfruntiera tikkontribwixxi għall-paċi u l-iżvilupp sostenibbli tul il-fruntieri esterni tal-UE, tappoġġja r-riformi demokratiċi, ir-rispett għall-valuri Ewropej, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żoni tal-fruntiera, inklużi l-protezzjoni tal-ambjent, is-servizzi tas-saħħa pubblika u l-miżuri ta’ sikurezza u sigurtà, tikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE għal UE u Viċinat aktar intelliġenti, aktar ekoloġiċi u aktar konnessi, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet reġjonali rigward il-kooperazzjoni tajba, il-governanza u l-isfidi komuni, tgħin fil-promozzjoni tal-fehim reċiproku u l-fiduċja u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ kunflitti u gwerer futuri permezz ta’ strumenti bħall-programm PEACE+;
E. billi s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali tafferma mill-ġdid l-importanza tal-istabbiltà u l-iżvilupp demokratiku fil-pajjiżi u r-reġjuni fil-fruntieri esterni tal-UE;
F. billi l-pandemija tal-COVID-19 u, b’mod partikolari, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellhom effett profond fuq il-programmi kollha ta’ kooperazzjoni transfruntiera appoġġjati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI-CBC) li jinkludu r-Russja u l-Belarussja, b’impatt kbir fuq nofs il-programmi proposti għall-perjodu 2021-2027; billi l-politika ta’ koeżjoni tista’ taġevola l-kooperazzjoni transfruntiera dment li jinżamm l-approċċ strateġiku tagħha u jintlaħaq qbil dwar baġit robust;
G. billi l-eżodu ta’ mħuħ jaffettwa b’mod sproporzjonat xi reġjuni tal-fruntiera inqas żviluppati u, jekk ma jiġix indirizzat, se jkollu effetti negattivi fit-tul fuq il-futur tal-UE;
H. billi t-tluq tal-massa minn xi reġjuni tal-fruntiera, b’mod partikolari miż-żgħażagħ u l-ħaddiema tas-sengħa, juri n-nuqqas ta’ żvilupp ekonomiku f’reġjuni bħal dawn; billi l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u żvilupp ekonomiku sostenibbli;
I. billi s-sitwazzjoni politika, ekonomika u ta’ sigurtà fraġli fl-Afrika ta’ Fuq u l-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni fil-baċir tal-Mediterran;
J. billi r-reġjuni tal-fruntiera spiss huma sensittivi għat-tensjonijiet u l-kunflitti, u l-kooperazzjoni transfruntiera u d-diplomazija reġjonali għandhom impatt pożittiv fuq il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim u l-kriżijiet potenzjali.
Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-programmi Interreg NEXT
1. Jilqa’ l-allinjament tal-programmi Interreg NEXT mal-programmi Interreg peress li dan għandu l-potenzjal li jissimplifika l-proċeduri, itejjeb is-sinerġiji bejn il-programmi u jżid l-effettività tal-investimenti Ewropej; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta’ proċeduri aktar simplifikati kemm fil-fażi ta’ evalwazzjoni kif ukoll fil-fażi ta’ implimentazzjoni tal-proġetti, b’enfasi akbar fuq ir-riżultati kwantifikabbli, meta xieraq, u l-impatt ġenerali fuq l-iżvilupp tar-reġjuni u l-ħajja taċ-ċittadini;
2. Jissottolinja li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fil-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi ġirien permezz tal-għarfien tagħhom tas-sitwazzjoni ġeografika, kulturali, lingwistika u soċjali, l-opportunitajiet, ir-restrizzjonijiet u l-isfidi kondiviżi;
3. Jenfasizza l-importanza ta’ proġetti transfruntiera, inklużi proġetti bejn il-persuni, biex ilaqqgħu lin-nies flimkien u, b’dak il-mod, jiftħu potenzjal ġdid għal żvilupp lokali sostenibbli u kooperazzjoni transfruntiera; jisħaq fuq l-importanza ta’ investimenti transfruntiera fit-tisħiħ tal-innovazzjonijiet, it-trasferiment tat-teknoloġija, is-soluzzjonijiet komuni u s-sinerġiji bejn il-programmi differenti u, b’dak il-mod, fiż-żieda tal-koeżjoni territorjali lil hinn mill-fruntieri amministrattivi u fit-tisħiħ tas-solidarjetà;
4. Jisħaq li l-allokazzjoni għall-perjodu 2021-2027 għadha ’l bogħod milli tkun ottimali u konsegwentement jissottolinja l-importanza li jissaħħaħ il-finanzjament ta’ dawn il-programmi; jilqa’ l-obbligu ta’ rendikont akbar tal-pajjiżi terzi għall-irkupri minn benefiċjarji tas-settur privat; jenfasizza l-importanza tal-istat tad-dritt u kundizzjonijiet ekwi għall-benefiċjarji kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u jissottolinja l-ħtieġa li jitħeġġeġ l-involviment ta’ investituri privati, flimkien mal-investiment pubbliku, fl-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni tal-fruntiera u tal-pajjiżi terzi, billi jsiru disponibbli aktar fondi;
5. Jilqa’ l-possibbiltà li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jittrażmettu d-data lill-Kummissjoni b’mod elettroniku, iżda fl-istess ħin jirrimarka li trażmissjoni tad-data aktar frekwenti ma għandhiex twassal għal burokrazija akbar; jisħaq għalhekk fuq l-importanza ta’ sistemi interoperabbli li jistgħu awtomatikament jissottomettu data lil bażi tad-data komuni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’dan ir-rigward;
6. Jesprimi t-tħassib tiegħu li proġetti infrastrutturali kbar mhux se jibqgħu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;
7. Jilqa’ t-tneħħija tal-limitu fuq il-finanzjament tal-UE għal proġetti infrastrutturali kbar u jemmen li l-iżvilupp tal-infrastruttura sostenibbli jikkontribwixxi għat-tkabbir soċjoekonomiku fir-reġjuni transfruntiera; jissottolinja, fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu involuti s-setturi pubbliċi u privati, li jista’ jwassal għal aktar innovazzjoni u żvilupp ta’ infrastruttura relatata mas-settur tal-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;
8. Iqajjem il-punt li l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-UE jistgħu jiġu indirizzati wkoll billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-reġjuni ġirien (eż. ġejjieni sostenibbli għall-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, il-Baħar Baltiku u baċiri marittimi oħra; futur sostenibbli għall-Alpi, il-Pirinej, il-Karpazji u firxiet oħra ta’ muntanji; futur sostenibbli għall-baċiri tax-xmajjar il-kbar tar-Renu, id-Danubju, il-Meuse, u postijiet simili).
9. Jenfasizza li l-kooperazzjoni transfruntiera hija pass importanti fil-proċessi ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE u tħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati jaqsmu l-esperjenzi u jitgħallmu dwar kif tiffunzjona internament l-UE; jenfasizza li dan jgħin biex l-inizjattivi u l-objettivi tal-UE jitqarrbu lejn il-pajjiżi kandidati, biex jiġu kondiviżi l-esperjenzi u biex jinbeda l-proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali; jisħaq li l-pajjiżi kandidati li pparteċipaw fil-kooperazzjoni transfruntiera, fil-mument tal-adeżjoni mal-UE, diġà se jkunu familjari mal-programmi u l-proġetti tal-UE;
10. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-isfidi tat-tibdil fil-klima, inklużi d-diżastri naturali, l-ambjent, il-bijodiversità u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll l-ekosistemi fiż-żoni tal-fruntiera; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-prevenzjoni u tal-iżvilupp ta’ pjanijiet lokali u reġjonali għal miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima bejn il-fruntieri; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u tissaħħaħ il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’dawn ir-reġjuni b’mod partikolari sabiex ikun hemm allinjament mal-miri klimatiċi tal-UE;
11. Jissottolinja l-potenzjal tal-kooperazzjoni transfruntiera, b’mod partikolari f’żoni transfruntiera aktar skarsament popolati, f’oqsma bħall-enerġija rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari, u jappella għal użu aħjar mill-opportunitajiet eżistenti biex jiġu żviluppati l-ekonomija sostenibbli u l-impjiegi ta’ kwalità;
Kooperazzjoni transfruntiera mal-Viċinat tal-Lvant
12. Jilqa’ s-sospensjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera mar-Russja u l-Belarussja bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll ir-ridirezzjonar tal-fondi lejn l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova, li biddlet b’mod fundamentali l-arkitettura tas-sigurtà Ewropea; jenfasizza, konsegwentement, il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni dwar il-politika ta’ sigurtà sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni ta’ deterrenza u ta’ difiża kollettiva affidabbli fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera;
13. Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli tar-reġjuni li jaqsmu fruntiera mar-Russja u l-Belarussja wara s-sospensjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera ma’ dawn il-pajjiżi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri affettwati biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli ħalli jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ekonomiċi f’dawn ir-reġjuni;
14. Jitlob li jintużaw fondi minn programmi transfruntiera għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport sostenibbli, inkluż il-bini ta’ konnessjonijiet ferrovjarji u faċilitajiet ta’ ħżin qrib il-fruntieri tal-UE mal-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova, sabiex jiġi ssimplifikat il-fluss tal-merkanzija u l-qamħ biex tiġi żgurata s-sigurtà globali tal-ikel, jingħata kontribut għat-trawwim tal-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli għaż-żewġ pajjiżi u jiġu megħjuna l-Istati Membri l-aktar esposti, kif ukoll il-Moldova u l-Ukrajna, biex jindirizzaw dawn l-isfidi;
15. Jirrikonoxxi l-importanza tal-promozzjoni tal-kultura lokali u reġjonali u l-konservazzjoni tal-patrimonju u l-iskambji edukattivi u ekonomiċi bejn ir-reġjuni tal-fruntiera sabiex jissaħħaħ il-fehim reċiproku tad-dwana tal-ġirien u jinħolqu inċentivi kbar għall-edukazzjoni multilingwi; jissottolinja l-importanza ta’ edukazzjoni inklużiva fir-rigward tal-valuri demokratiċi u l-ħtieġa li tiġi appoġġjata kwalità akbar f’dan il-qasam;
16. Jappella għal appoġġ għal proġetti ta’ infrastruttura aktar sostenibbli li jikkontribwixxu għat-titjib tal-konnettività tar-reġjuni transfruntiera, jagħtu spinta lill-mobbiltà f’dawn ir-reġjuni, u bejniethom, u jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-opportunitajiet għar-residenti tar-reġjuni, flimkien ma’ proġetti li jindirizzaw il-ħtieġa ta’ infrastruttura;
17. Jirrikonoxxi l-isforzi enormi li saru mill-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili fl-Istati Membri tal-UE li jinsabu madwar l-Ukrajna, kif ukoll l-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova, biex tospita lill-Ukreni spostati u tindirizza l-isfidi kollha li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, inkluża l-kwistjoni tal-qamħ mill-Ukrajna u n-nuqqas ta’ infrastruttura tat-trasport; jitlob, f’dan ir-rigward, li jingħata appoġġ xieraq, inkluż permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet emerġenti;
18. Jissottolinja li għalkemm mhijiex fi gwerra miftuħa mar-Russja, ir-Repubblika tal-Moldova għandha wkoll żoni ta’ kunflitt appoġġjati mir-Russja u laqgħet għadd kbir ta’ rifuġjati Ukreni, u li s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Moldova kienet affettwata ħafna mill-waqfien tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha mar-Russja; jisħaq, għalhekk, li investimenti solidi u suq miftuħ huma meħtieġa ħafna u li proġetti komuni huma milqugħa tajjeb fl-oqsma ekonomiċi u soċjali kollha;
19. Jinsab irrabjat ħafna bit-telf ta’ ħajja umana u l-qerda tad-djar u l-infrastruttura fl-Ukrajna; jisħaq fuq ir-rwol attiv li l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera u l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandu jkollhom fir-rikostruzzjoni sostenibbli ta’ wara l-gwerra u jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ukrajna filwaqt li jkomplu jiġu megħjuna r-reġjuni ġirien u tiġi mħeġġa aktar kooperazzjoni;
20. Jilqa’ l-inizjattiva għall-inklużjoni tal-Ukrajna fil-programm ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea URBACT u l-adeżjoni tal-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova bħala membri osservaturi tan-Network Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Iżvilupp u l-Koeżjoni Territorjali (ESPON);
21. Jiddeplora l-użu min-naħa tar-Russja tas-sorsi tal-enerġija bħala mezz ta’ pressjoni politika u ekonomika; jitlob li jsiru inkjesti malajr dwar il-kooperazzjoni ekonomika mar-Russja fis-setturi tal-enerġija ta’ xi Stati Membri, flimkien ma’ aktar azzjoni biex jissaħħu s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tissaħħaħ l-effiċjenza enerġetika sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq ir-Russja f’dawk l-Istati Membri li naqqsu drastikament il-kooperazzjoni tagħhom mal-aggressur u ġew affettwati mis-sanzjonijiet, inklużi l-pajjiżi ġirien;
22. Jiddeplora ż-żieda fl-influwenza tar-Russja fil-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ manipulazzjoni u diżinformazzjoni kemm fuq il-media tradizzjonali kif ukoll fuq il-media soċjali online, u jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi, b’mod partikolari fis-settur tal-edukazzjoni u s-settur kulturali, sabiex iċ-ċittadini tagħhom jinżammu infurmati u edukati dwar il-valuri demokratiċi;
Kooperazzjoni relatata mal-baċiri tal-baħar
Baċir tal-Baħar l-Iswed
23. Jisħaq fuq l-importanza li jingħata aktar appoġġ finanzjarju lill-programm, minħabba l-isfidi marbuta mas-sigurtà fil-Baħar l-Iswed li jirriżultaw mill-attakki Russi u mill-imblokk fuq il-portijiet tal-baħar u tad-Danubju, li għandhom l-għan li jipprevjenu kunsinni ta’ qamħ li huma essenzjali għall-ekonomija tal-Ukrajna; jenfasizza r-riskju għas-sigurtà li dawn l-attakki joħolqu għall-Istati Membri li għandhom fruntieri mal-Ukrajna;
24. Jenfasizza l-potenzjal tas-sorsi tal-enerġija tal-Baħar l-Iswed, li huma kapaċi jikkontribwixxu għal futur tal-enerġija sostenibbli fl-UE wkoll; jisħaq li, minkejja l-potenzjal tagħhom, ir-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli għadhom fil-biċċa l-kbira mhux sfruttati;
25. Iqis li l-programm Interreg NEXT tal-baċir tal-Baħar l-Iswed għandu jaġevola l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi kondiviżi;
26. Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat turiżmu sostenibbli fir-reġjuni kostali tal-Baħar l-Iswed u jirrakkomanda li l-atturi kollha involuti jieħdu approċċ responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent;
27. Jappella għal enfasi qawwija fuq il-Baħar l-Iswed, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sigurtà, inklużi dawk relatati mal-kunflitti reġjonali u s-sigurtà tal-enerġija, u l-inkoraġġiment ta’ proġetti biex itejbu l-portijiet u l-infrastruttura relatata u jżidu l-konnessjonijiet tagħhom maċ-ċentri tat-trasport eżistenti; jappella b’mod partikolari, għalhekk, għall-konnessjoni tagħhom mal-kurituri tat-TEN-T;
28. Jinsisti li għandha tiġi adottata strateġija koeżiva għaż-żona tal-Baħar l-Iswed u li għandhom jiġu żviluppati sinerġiji mal-Programm tad-Danubju 2021-2027;
Il-baċir tal-Mediterran
29. Jissottolinja l-importanza ta’ sħubijiet ekonomiċi u soċjali b’saħħithom ma’ pajjiżi terzi mill-baċir tal-Mediterran; jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ pajjiżi parteċipanti fil-programmi Interreg Euro-MED 2021-2027 qed jiżdied;
30. Jitlob użu aktar koordinat u effiċjenti tal-fondi eżistenti, fil-qafas tar-regoli soċjali, klimatiċi u ambjentali attwali, biex tiżdied il-kompetittività tal-baċir tal-Mediterran filwaqt li jitrawwem il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fuq l-art u lil hinn mill-kosta;
31. Iqis li l-programmi transfruntiera jrid ikollhom rwol attiv fl-indirizzar tal-isfidi komuni tas-sigurtà u jimmiraw għall-istabbiltà reġjonali;
32. Jitlob li l-flussi migratorji jiġu ġestiti u li jiġu miġġielda l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin, inkluż billi jiġu ffinanzjati proġetti li għandhom l-għan li jirċievu, jieħdu ħsieb u jipprovdu taħriġ għall-migranti biex jgħinuhom jiffaċċjaw l-isfidi ta’ ambjent ekonomiku kompetittiv u jifhmu u jirrispettaw aħjar il-valuri Ewropej, filwaqt li titrawwem l-inklużività fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran;
33. Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-prevenzjoni tar-riskju ta’ diżastri naturali, il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u t-tnaqqis tas-CO2 u jissottolinja l-ħtieġa li tingħata prijorità lil proġetti li għandhom objettivi kwantifikabbli f’termini ta’ impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali;
34. Jisħaq li, minkejja l-potenzjal tagħhom, ir-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli għadhom fil-biċċa l-kbira mhux sfruttati u li dan il-potenzjal għandu jiġi stimulat, inkluż billi jiġu involuti l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;
35. Jilqa’ l-istrateġija tal-baċir tal-baħar WestMed fil-Mediterran tal-Punent u l-programmi Interreg bħall-MARITTIMO bħala eżempji tajbin ta’ kooperazzjoni diretta u diversifikata, inkluż fil-livell reġjonali, b’objettivi kondiviżi;
36. Jilqa’ l-progress tal-istrateġija makroreġjonali għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (EUSAIR), li mmobilizzat il-pajjiżi membri u r-reġjuni tagħhom, il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet lokali tagħhom; jikkunsidra l-EUSAIR bħala eżempju ta’ suċċess li fih l-Unjoni tat prova li kienet kapaċi tmexxi u ħaddnet sens ta’ ftuħ; jistqarr li dawn l-istess prinċipji u approċċ simili komuni jridu jiġu applikati fiż-żoni l-oħra tal-Mediterran;
37. Jistieden lill-Kunsill Ewropew jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija makroreġjonali dettaljata għall-Mediterran, filwaqt li titqies l-Aġenda l-Ġdida tagħha għall-Mediterran, b’mod partikolari t-taqsima 5 tagħha (“Tranżizzjoni ekoloġika: ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-ambjent”), u biex jadottawha; jiddeplora d-degradazzjoni kontinwa tal-ambjent fil-baċir tal-baħar Mediterran kollu, it-telf tal-bijodiversità u ż-żieda fit-tniġġis tal-arja u tal-baħar, b’mod partikolari l-iskart tal-plastik u dak domestiku, u jitlob li dawn jiġu evitati, limitati u ġestiti billi tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari;
Sfidi fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera
38. Jinnota li l-eżistenza ta’ oqfsa legali u istituzzjonali differenti toħloq ostakli addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-proġetti u għalhekk huwa kkumplikat li jiġu implimentati l-proġetti; ifakkar li l-proċeduri amministrattivi jistgħu jkunu kumplessi u jieħdu ħafna żmien, li jista’ jiskoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali milli jipparteċipaw fil-kooperazzjoni territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex tissimplifika dawn il-proċeduri billi tagħmilhom aktar aċċessibbli u trasparenti;
39. Jinnota li l-ostakli lingwistiċi u d-differenzi kulturali jagħmlu l-komunikazzjoni aktar diffiċli u jistgħu jwasslu għal piżijiet amministrattivi, li għandhom jingħelbu permezz ta’ miżuri xierqa;
40. Jisħaq li jeżistu differenzi bejn l-Istati fir-rigward tal-kompetenzi tal-awtoritajiet, kif ukoll bidliet fl-awtoritajiet reġjonali, li jistgħu jikkawżaw dewmien; jemmen li għandu jitħeġġeġ id-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u għandha titrawwem il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, intrapriżi soċjali u partijiet ikkonċernati oħra;
41. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati skambju fit-tul u programmi ta’ kollaborazzjoni intraprenditorjali bejn l-istituzzjonijiet u n-negozji f’reġjuni transfruntiera biex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u tissaħħaħ il-koordinazzjoni amministrattiva bejn l-istati parteċipanti billi jiġu żviluppati, riorganizzati jew, meta xieraq, stabbiliti strutturi funzjonali sostenibbli għall-kooperazzjoni u n-networks transfruntiera;
42. Jissottolinja l-importanza li tiġi stabbilita sistema ta’ skambju interkulturali fuq terminu qasir u medju biex jiġi promoss it-tagħlim ta’ lingwi komuni, jitrawwem fehim aktar profond tal-kulturi reġjonali, u li tiġi aġevolata l-kollaborazzjoni bejn il-komunitajiet transfruntiera, filwaqt li jenfasizza li din is-sistema għandha tinkludi wkoll aspetti intraprenditorjali u amministrattivi biex jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku u amministrattiv;
43. Jiddikjara l-ħtieġa li l-programmi jiġu adattati għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet individwali ta’ kull pajjiż/reġjun parteċipanti; jitlob li jsiru aktar sforzi f’dan ir-rigward;
44. Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq ir-reġjuni tal-fruntiera u affettwat l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti attwali;
45. Jirrimarka li n-nuqqas ta’ infrastruttura u networks tat-trasport adegwati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima u tal-gżejjer, ixekkel il-kummerċ u l-mobbiltà u jikkomplika l-kooperazzjoni;
46. Jirrimarka l-isfidi speċifiċi tal-fruntieri marittimi u l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti bħala fruntieri speċifiċi bil-ħtiġijiet tagħhom stess, b’mod partikolari fid-dawl tad-differenzi lingwistiċi u kulturali, piżijiet amministrattivi u legali, disparitajiet soċjoekonomiċi u kwistjonijiet ambjentali;
Opportunitajiet ta’ kooperazzjoni transfruntiera
47. Jisħaq li fid-dawl ta’ kriżijiet u kunflitti multipli, il-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi ġirien tirrikjedi investiment fir-reżiljenza tal-pajjiżi u s-soċjetajiet u li l-prijoritajiet tas-sħubija għandhom jikkontribwixxu għat-titjib sostanzjali tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, inkluż billi jiġu żgurati żvilupp sostenibbli inklużiv, ġustizzja soċjali, opportunitajiet ta’ impjieg u prosperità ekonomika;
48. Iqis li l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tisħiħ tad-demokrazija lokali u reġjonali u l-kapaċitajiet amministrattivi tal-pajjiżi sħab; jenfasizza l-importanza tar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) fl-aġevolar u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali, b’mod partikolari dwar il-ġestjoni tas-servizzi tat-trasport transfruntiera jew l-isptarijiet, l-implimentazzjoni jew il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ żvilupp transfruntiera u l-iskambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki;
49. Jenfasizza l-importanza tal-programmi transfruntiera tal-UE biex jinkludu l-kultura bħala indikatur importanti tal-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari f’żoni tal-fruntiera fejn in-nies li jgħixu fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera jaqsmu l-istess sfond kulturali u lingwistiku, sabiex jiġu żgurati reġjuni vivaċi u tiżdied l-attraenza tar-reġjuni, jiżdied l-iskambju kulturali u jiġu promossi d-diversità u s-solidarjetà lil hinn mill-fruntieri tal-UE;
50. Jenfasizza l-fatt li l-programmi joffru opportunitajiet għal djalogu dettaljat ma’ firxa ta’ partijiet ikkonċernati inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet lokali u reġjonali, akkademiċi, ċittadini, NGOs u s-settur privat; jisħaq b’mod partikolari fuq l-importanza ta’ programmi transfruntiera għall-pajjiżi kandidati tal-UE, peress li dawn jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u nazzjonali bl-opportunità li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-UE;
51. Jinnota li l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tikkontribwixxi aktar għat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali, il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, l-impjiegi, il-kummerċ u l-koeżjoni territorjali, u t-titjib tal-mobbiltà tan-nies u l-konnettività tar-reġjuni;
52. Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera dwar id-diġitalizzazzjoni, u jissottolinja l-ħtieġa ta’ proġetti komuni dwar l-infrastruttura diġitali, b’mod partikolari fis-servizzi pubbliċi, sabiex jiġi pprovdut settur pubbliku koerenti u effiċjenti ffukat fuq il-ħtiġijiet ta’ kulħadd;
53. Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw aktar mill-qrib mal-pajjiżi ġirien fil-qasam tal-kura tas-saħħa u s-servizzi ta’ emerġenza u għandhom isaħħu l-kapaċità tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja li joperaw bejn il-fruntieri;
54. Jisħaq fuq l-importanza tan-networking u l-valutazzjoni komparattiva fl-eliminazzjoni tal-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera u jinnota li dan għandu jippermetti l-użu aħjar ta’ għodod, bħar-REKT, l-għodda ta’ Investiment Territorjali Integrat u l-Istrateġija għall-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità;
55. Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li għandhom l-investimenti f’servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja biex jibnu r-reżiljenza soċjali u jindirizzaw il-kriżijiet ekonomiċi, tas-saħħa u soċjali;
56. Jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Gvern tar-Renju Unit favur il-programm PEACE, li għandu rwol ewlieni rigward il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera tal-Irlanda u tal-Irlanda ta’ Fuq;
57. Jissottolinja r-rwol vitali tal-programm PEACE PLUS fiż-żamma ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat fir-reġjuni u jiżgura l-iżvilupp soċjoekonomiku tagħhom;
Rakkomandazzjonijiet ta’ politika
58. Jirrakkomanda komplementarjetà akbar bejn il-proġetti u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sinerġiji ma’ għodod ta’ finanzjament oħra tal-UE li għandhom l-istess kopertura ġeografika u tematika sabiex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju; jenfasizza l-ħtieġa, matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, li l-programmi mmirati jidentifikaw b’mod ċar ir-rekwiżiti u l-prijoritajiet li huma komuni għar-reġjuni tul il-fruntieri esterni tal-UE u, minflok jirduppjaw inizjattivi oħra ffinanzjati mill-UE, u mhux jikkoinċidu magħhom;
59. Iqis li r-rwol tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-reġjuni tal-fruntiera, għandu jissaħħaħ aktar;
60. Jirrakkomanda, fil-qasam tal-governanza transfruntiera, l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ infrastruttura integrata bis-sħiħ (toroq, ferroviji, ilma), filwaqt li jitqies ir-reġjun transfruntier kollu kemm hu; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta’ mobbiltà aktar sostenibbli fiż-żoni transfruntiera kollha, inkluż permezz tal-politika tat-TEN-T; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-mobbiltà intelliġenti;
61. Jirrakkomanda l-promozzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-UE b’valur soċjali u ekonomiku miżjud sabiex jiżdied il-livell ta’ għarfien dwar il-benefiċċji tal-UE;
62. Jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-piż burokratiku, tissimplifika b’mod konsiderevoli l-proċeduri u tnaqqas l-ostakli relatati ma’ leġiżlazzjoni differenti; jinsisti li dan għandu jagħmilha possibbli li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet reali taż-żoni transfruntiera; jisħaq li l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv jirrikjedi azzjoni fil-livelli kollha; jirrikonoxxi b’mod espliċitu l-importanza li tingħata attenzjoni liż-żoni rurali fir-reġjuni transfruntiera, peress li huma partikolarment affettwati mill-isfidi demografiċi;
63. Jappella għal koordinazzjoni aħjar, djalogu u skambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni u l-istati, pereżempju permezz ta’ pjattaforma bħal INTERREG Europe; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni f’dan ir-rigward u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-għodod u r-riżorsi li jeħtieġu biex irawmu kooperazzjoni transfruntiera ambizzjuża; jiddikjara li s-servizzi edukattivi u kulturali pubbliċi għandhom ikunu miftuħa, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għaċ-ċittadini miż-żewġ naħat tal-fruntieri;
64. Jisħaq li, f’konformità mal-prinċipju tas-sħubija, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat għandhom ikunu involuti, kemm jista’ jkun, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti mill-bidu nett; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi ġirien biex tgħinhom jiżviluppaw u jimplimentaw proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali; jitlob ukoll li jitfasslu linji gwida f’dan ir-rigward;
65. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-pjanijiet ta’ azzjoni futuri għall-kooperazzjoni transfruntiera sabiex l-ebda post u ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
66. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera aktar mal-istati sħab biex tippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera, billi tipprovdi, meta meħtieġ, għarfien espert sabiex tgħin lill-awtoritajiet kontroparti fil-pajjiżi sħab u ttejjeb l-informazzjoni pprovduta lilhom fir-rigward tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-finanzjament tal-UE;
67. Jitlob li jiżdied il-baġit globali għall-kooperazzjoni territorjali transfruntiera;
68. Iqis li l-ħolqien ta’ kunsilli konġunti tal-gvern lokali transfruntiera, bħal dak stabbilit bejn ir-Rumanija u l-Moldova biex jgħin fl-iżvilupp ta’ proġetti konġunti ta’ interess reċiproku, jista’ jkun eżempju li għandu jiġi segwit;
69. Iħeġġeġ l-isforzi biex il-pajjiżi sħab jitressqu eqreb tal-UE, jiġu stimulati r-riforma interna u l-bini tal-kapaċitajiet fil-livell lokali u reġjonali u jiġu promossi d-demokrazija lokali, il-governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni deċentralizzata, inkluż permezz tal-kooperazzjoni fil-EuroNest u l-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) għall-Viċinat tal-Lvant u l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (PA-UgħM) għall-Viċinat tan-Nofsinhar;
70. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi u jiġu allokati aktar riżorsi fir-rigward ta’ proġetti transfruntiera li għandhom l-għan li jiżviluppaw l-infrastruttura tal-IT u jespandu l-aċċess għan-networks tal-broadband sabiex tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni ekonomika u soċjali bejn ir-reġjuni transfruntiera; jenfasizza r-rwol ewlieni li t-teknoloġija u l-innovazzjonijiet miġjuba mill-intelliġenza artifiċjali jista’ jkollhom biex isaħħu r-rabtiet, jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u jtejbu u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi;
71. Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati u evitati d-duplikazzjonijiet tal-proġetti u l-infiq bla bżonn bejn programmi u inizjattivi Ewropej differenti;
72. Jirrakkomanda t-twettiq ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji tal-UE;
o o o
73. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
Studju – “European lagging regions: state of play and future challenges” (Reġjuni Ewropej li għadhom lura: l-istat attwali u l-isfidi futuri), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, Settembru 2020.
Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), “Climate Change 2022: Mitigation of Climate Change. Contribution of Working Group III to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change” (It-Tibdil fil-Klima 2022: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima) (Shukla, P.R. et al., eds), Cambridge University Press, Cambridge, UK and New York, NY, USA, 2022.