Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/0259(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0011/2024

Testi mressqa :

A9-0011/2024

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/02/2024 - 7.4

Testi adottati :

P9_TA(2024)0113

Testi adottati
PDF 120kWORD 43k
Il-Ħamis, 29 ta' Frar 2024 - Strasburgu
Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
P9_TA(2024)0113A9-0011/2024

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (11667/2023 – C9-0466/2023 – 2023/0259(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11667/2023),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (11668/2023),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li tinsab fil-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li hija mehmuża mal-Ftehim.

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0466/2023),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu ta’ 29 ta’ Frar 2024(1) dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0011/2024),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika taċ-Ċilì.

(1) Testi adottati, P9_TA(2024)0115.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Ġunju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza