Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2023/0042(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0313/2023

Testi mressqa :

A9-0313/2023

Dibattiti :

PV 21/11/2023 - 3
CRE 21/11/2023 - 3

Votazzjonijiet :

PV 21/11/2023 - 7.6
CRE 21/11/2023 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 10/04/2024 - 21.17
CRE 10/04/2024 - 21.17

Testi adottati :

P9_TA(2023)0403
P9_TA(2024)0192

Testi adottati
PDF 143kWORD 54k
L-Erbgħa, 10 ta' April 2024 - Brussell
Tisħiħ tal-objettivi ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda
P9_TA(2024)0192A9-0313/2023
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956 (COM(2023)0088) – C9-0025/2023 – 2023/0042(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0088),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0025/2023),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Kamra tad-Deputati Taljani u s-Senat Taljan, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0313/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 349, 29.9.2023, p. 134.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-21 ta’ Novembru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0403).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956
P9_TC1-COD(2023)0042

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1610.)

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Ottubru 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza