Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027 (12125/2023 – C9-0004/2024 – 2023/0231(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12125/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b’rabta mal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri għall-perjodu 2021 sa 2027 (12124/2023),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0004/2024),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0146/2024),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda.