Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 24 ta' April 2024 - Strasburgu
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li ma jkunx hemm oppożizzjoni għal att iddelegat: tal-inklużjoni tal-prekursur tad-droga Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) u ta’ sustanzi oħra fil-lista ta’ sustanzi skedati
 Emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew rigward it-taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol u dwar il-ġestjoni tajba ta' uffiċċju
 Oġġezzjoni għal att delegat: Ikel ġdid - id-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin”
 In-network trans-Ewropew tat-trasport
 L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
 Il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa
 Strument għas-Suq Uniku f’emerġenza
 Emenda ta' ċerti regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza
 Emenda ta' ċerti direttivi fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f'emerġenza
 Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen
 L-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq
 Pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom
 Miżuri ta' intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (SRMR3)
 Miżuri ta' intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (BRRD3)
 Ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza (DGSD2)
 Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva
 It-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi
 Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - Applikazzjoni EGF/2023/004 DK/Danish Crown - Danimarka
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - Applikazzjoni EGF/2023/003 DE/Vallourec - Ġermanja
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2024/000TA 2024 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
 Il-ħruġ tal-Unjoni mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija
 Miżuri biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi
 Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali
 Il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika
 Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità
 Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
 Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti
 Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti
 L-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent
 Simplifikazzjoni ta’ ċerti regoli tal-PAK
 Approvazzjoni u sorveljanza tas-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li jiċċirkola fit-toroq pubbliċi
 Emenda tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti
 It-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG)
 Miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni
 Trattament tar-riskju ta' konċentrazzjoni li jiġi minn kontropartijiet ċentrali u r-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta' derivattivi kklerjati ċentralment
 Iż-żieda fl-attrazzjoni tas-swieq kapitali pubbliċi u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kapital għall-SMEs - emenda ta' ċerti regolamenti
 Iż-żieda fl-attrazzjoni tas-swieq kapitali pubbliċi u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kapital għall-SMEs - emenda ta' direttiva
 Strutturi ta' ishma b'vot multiplu f'kumpaniji li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom f'suq tat-tkabbir tal-SMEs
 Standards ta’ kwalità u ta’ sikurezza għas-sustanzi ta’ oriġini umana maħsubin għall-applikazzjoni umana
 Is-servizzi tas-sigurtà ġestiti
 L-Att dwar is-Solidarjetà Ċibernetika
 Statistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji
 Emenda tar-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-ambitu tar-regoli għall-parametri referenzjarji, l-użu fl-Unjoni ta' parametri referenzjarji pprovduti minn amministratur li jinsab f'pajjiż terz, u ċerti rekwiżiti ta' rapportar
 Sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art
 Inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli
 Il-liġi tal-kumpaniji: Aktar espansjoni u titjib tal-użu ta' għodod u proċessi diġitali
 L-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni
 Emenda tad-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, tas-sanzjonijiet, tal-fergħat ta' pajjiżi terzi, u tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza
 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta' kreditu, għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output
 Is-sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus
 Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus
 L-istabbiliment tal-Awtorità għall-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu
 Is-seduti ta' smigħ li għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li ma jkunx hemm oppożizzjoni għal att iddelegat: tal-inklużjoni tal-prekursur tad-droga Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) u ta’ sustanzi oħra fil-lista ta’ sustanzi skedati
PDF 126kWORD 44k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni tal-prekursur tad-droga Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) u ta’ sustanzi oħra fil-lista ta’ sustanzi skedati (C(2024)01219 - 2024/2606(DEA))
P9_TA(2024)0314B9-0213/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2024)01219),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004(1) dwar prekursuri tad-droga, u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 15a(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004(2) li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikoli 30a u 30b(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-fatt li ma saret l-ebda oġġezzjoni fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 111(6), it-tielet u r-raba’ inċiż, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fit-23 ta’ April 2024,

A.  billi l-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar miżuri għall-kontroll tal-aċċess għal sustanzi użati fil-manifattura ta’ drogi illeċiti jrid jiġi aġġornat kontinwament biex tiġi miġġielda l-proliferazzjoni tal-hekk imsejħa “designer precursors”, li kimikament huma qraba tal-prekursuri tad-droga tradizzjonali maħluqa biex jiġu evitati r-regoli eżistenti;

B.  billi l-melħ tas-sodju tal-Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) ġie identifikat bħala prekursur tad-droga żviluppat reċentement li jintuża fil-produzzjoni tal-MDMA (3,4-metilendiossimetamfetamina), magħrufa komunement bħala “ecstasy”;

C.  billi seba’ esteri tat-2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku BMK) u sitt esteri tat-3-(1,3-benżodiossol-5-il)-2-metil-ossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku PMK)) ġew identifikati bħala sostituti possibbli tal-aċidu gliċidiku BMK u tal-aċidu gliċidiku PMK, li huma prekursuri kontrollati skont id-dritt tal-UE, fil-produzzjoni ta’ drogi illeċiti bħall-MDMA, il-metamfetamina u l-amfetamina;

D.  billi huwa meħtieġ li tiġi emendata l-lista ta’ sustanzi skedati inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 biex l-IMDPAM u l-esteri identifikati tal-aċidu gliċidiku BMK u l-aċidu gliċidiku PMK jiġu soġġetti għall-miżuri armonizzati ta’ kontroll u monitoraġġ previsti f’dawk ir-regolamenti;

E.  billi l-miżuri għall-kontroll tal-aċċess għal sustanzi li jkun għadhom kemm ġew skedati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 għandhom jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun biex jipprevjenu l-użu ta’ dawk il-prekursuri tad-droga għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ drogi illeċiti;

F.  billi fil-pjan direzzjonali tal-UE biex jiġi miġġieled it-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata (COM(2023)0641) il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tagħmel kull sforz, f’kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill, biex tħaffef il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti delegati futuri li jiskedaw sustanzi addizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 47, 18.2.2004, p.1.
(2) ĠU L 22, 26.1.2005, p.1.


Emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew rigward it-taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol u dwar il-ġestjoni tajba ta' uffiċċju
PDF 145kWORD 44k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar emendi għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament rigward it-taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-fastidju fil-post tax-xogħol u dwar ġestjoni tajba tal-uffiċċju (2024/2006(REG))
P9_TA(2024)0315A9-0163/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0163/2024),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2024;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f’wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f’delegazzjonijiet uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma’ dak il-Kodiċi.
Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f’wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f’delegazzjoni uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali:
(a)  jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni li tikkonferma l-impenn tagħhom li jikkonformaw ma’ dak il-Kodiċi, inkluża t-tlestija tat-taħriġ speċjalizzat organizzat għalihom mill-Parlament dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-fastidju fil-post tax-xogħol u dwar ġestjoni tajba tal-uffiċċju; jew
(b)  jekk ma jkunux lestew it-taħriġ speċjalizzat imsemmi fil-punt (a) bi ksur tal-iskadenza u tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-Kodiċi.
Emendi 4 u 10
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 176 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Fir-rigward tal-Artikolu 10 (6), il-President jista’ jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.
Fir-rigward tal-Artikolu 10(6), fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ fastidju psikoloġiku jew sesswali stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, il-President jista’ jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.
Emenda 6
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness II – punt 5
5.   Fejn meħtieġ, il-Membri jikkooperaw minnufih u bis-sħiħ mal-proċeduri stabbiliti sabiex jiġġestixxu s-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt jew ta’ fastidju (psikoloġiku jew sesswali), inkluż billi jirrispondu malajr għal kwalunkwe allegazzjoni ta’ fastidju. Il-Membri għandhom jieħdu sehem f’taħriġ speċjalizzat organizzat għalihom dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-fastidju fil-post tax-xogħol u dwar ġestjoni tajba tal-uffiċċju.
5.   Fejn meħtieġ, il-Membri jikkooperaw bis-sħiħ, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Bureau, bil-għan li jiġġestixxu s-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt jew ta’ fastidju (psikoloġiku jew sesswali), inkluż billi jirrispondu malajr għal kwalunkwe allegazzjoni ta’ fastidju.
Il-Membri li jkunu għadhom ma ħadux sehem f’taħriġ speċjalizzat organizzat għalihom mill-Parlament dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-fastidju fil-post tax-xogħol u dwar ġestjoni tajba tal-uffiċċju għandhom jagħmlu dak it-taħriġ. Dak it-taħriġ għandu jitlesta fi żmien l-ewwel sitt xhur tal-mandat tal-Membru ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament sostanzjati. Iċ-ċertifikati ta’ tlestija ta’ dak it-taħriġ tal-Membri se jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament.

Oġġezzjoni għal att delegat: Ikel ġdid - id-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin”
PDF 153kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” (C(2024)01612 – 2024/2691(DEA))
P9_TA(2024)0316B9-0225/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” (C(2024)01612),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel(3),

–  wara li kkunsidra l-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel(4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel, l-aromatizzanti u n-nutrijenti tal-ikel(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jipprovdi li kull ingredjent preżenti fil-forma ta’ nanomaterjali maħdumin għandu jkun indikat ċar fil-lista tal-ingredjenti tal-ikel biex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumaturi; billi, għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiddefinixxi “nanomaterjali maħdumin” kif stabbilit mill-Artikolu 3(2), punt (f), tar-Regolament (UE) 2015/2283;

B.  billi l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li taġġusta u tadatta, permezz ta’ atti delegati, id-definizzjoni msemmija fih ta’ “nanomaterjali maħdumin” għall-progress tekniku jew xjentifiku jew għal definizzjonijiet miftiehma f’livell internazzjonali, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta’ dak ir-Regolament;

C.  billi, permezz tar-Regolamenti (UE) Nru 1129/2011 u (UE) Nru 1130/2011, ġew stabbiliti listi komprensivi tal-Unjoni li jelenkaw l-addittivi tal-ikel li kienu permessi għall-użu qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008, wara rieżami tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar;

Il-konsegwenzi tad-definizzjonijiet

D.  billi d-definizzjoni tar-regolament delegat tal-Kummissjoni ta’ “nanomaterjal maħdum” se tiddetermina jekk ikel għandux jiġi ttikkettat bħala “[nano]” fil-lista tal-ingredjenti, kif imsemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

E.  billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni għandu l-għan li jindirizza kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-definizzjoni attwali billi jintroduċi elementi oġġettivi biex jiddeterminaw jekk nanomaterjal huwiex “maħdum” jew le, bħal permezz tas-sostituzzjoni ta’ “[materjal] prodott intenzjonalment” ma’ “manifatturat”;

F.  billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprekludi partiċelli li mhumiex fi stat solidu, bħal miċelli, liposomi, jew qtar nanoskala f’emulsjoni, u ingredjenti li fihom inqas minn 50 % ta’ partiċelli ta’ daqs inqas minn 100 nm milli jitqiesu bħala nanomaterjali fl-ikel;

G.  billi l-valur ta’ limitu predefinit propost ta’ 50 % jew aktar partiċelli fuq skala nano huwa arbitrarju u inqas protettiv mill-interpretazzjoni li ngħatat minn xi Stati Membri, pereżempju minn Franza, tad-definizzjoni fir-Regolament (UE) 2015/2283; billi dak ir-Regolament ma jikkunsidrax valur ta’ limitu ta’ distribuzzjoni tad-daqs għal partiċelli taħt il-100 nm;

H.  billi d-definizzjoni proposta potenzjalment teskludi ħafna nanosustanzi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li għalhekk ma jkunux soġġetti għall-obbligu tat-tikkettar “[nano]”; billi l-Kummissjoni tindika fil-punt 3 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha li “n-numru ta’ materjali użati fl-ikel li jista’ jkun fihom ċerta frazzjoni ta’ nanopartiċelli huwa limitat u l-biċċa l-kbira ta’ dawn, jekk mhux kollha, huma materjali mhumiex ġodda” u li “l-potenzjal l-impatti tal-att delegat għalhekk se jikkonċernaw biss numru limitat ħafna ta’ materjali”;

I.  billi, attwalment, huma preċiżament l-addittivi tal-ikel li jistgħu jkunu preżenti bħala nanomaterjali fl-ikel; billi l-Aġenzija Nazzjonali Franċiża għas-Saħħa u s-Sigurtà (ANSES) kienet elenkat 37 nanosustanza użati f’aktar minn 900 prodott tal-ikel(7); billi t-testijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur u organizzazzjonijiet mhux governattivi (Agir pour l’Environnement(8), Que Choisir(9), 60 Millions de consommateurs(10), AVICENN(11) fi Franza, Foodwatch(12) u Bund(13) fil-Ġermanja, Testachats(14) fil-Belġju u Altroconsumo(15) fl-Italja u OCU fi Spanja(16)) ripetutament urew il-preżenza ta’ addittivi tal-ikel b’perċentwal sinifikanti ta’ nanopartiċelli, pereżempju, l-ossidu tal-ħadid tal-kulur tal-ikel (E172) użat fi prodotti tal-ħalib, prodotti moħmija, u xi ċereali tal-kolazzjon, jista’ jkun fih nanopartiċelli taħt il-limitu ta’ 50 %; billi dan juri li n-nuqqas ta’ tikkettjar adegwat ta’ ċerti ingredjenti tal-ikel bħala “[nano]” huwa primarjament dovut għan-nuqqas ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali, u wisq inqas għal problemi ta’ interpretazzjoni;

J.  billi studju kkummissjonat fl-2020 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wera li ċ-ċittadini jitolbu tikkettar aħjar tal-prodotti ta’ kuljum li fihom in-nanomaterjali(17);

Kontradizzjonijiet ma’ rakkomandazzjonijiet u avvanzi xjentifiċi ġodda

K.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin”(18), il-Parlament Ewropew oġġezzjona għal definizzjoni simili ħafna, bl-istess limitu ta’ 50 %, li eskludiet l-addittivi tal-ikel kollha, billi qies li d-definizzjoni kienet “kuntrarja għall-għan bażiku tad-direttiva li jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u l-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati”; billi l-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq att delegat ġdid li jqis il-pożizzjoni tagħha;

L.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għad-diossidu tat-titanju (E 171)(19), il-Parlament Ewropew oġġezzjona għal abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li awtorizza lottijiet ta’ diossidu tat-titanju ta’ grad tal-ikel (E171) li fihom inqas minn 50 % ta’ partiċelli iżgħar minn 100 nm;

M.  billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel irrakkomandat(20) li “[fid-]dawl tal-inċertezzi attwali dwar is-sikurezza, limitu aktar baxx tan-numru ta’ nanopartiċelli, pereżempju 10 %, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għal applikazzjonijiet relatati mal-ikel minflok dak propost bħalissa (50 %) fir-Rakkomandazzjoni”;

N.  billi organizzazzjonijiet akkademiċi, awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumatur u ambjentali u trade unions appoġġjaw, fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni, definizzjoni li tinkludi l-materjali kollha, kemm jekk ikunu manifatturati, inċidentali jew naturali, u limitu predefinit ta’ 10 % jew aktar ta’ partiċelli fid-distribuzzjoni tad-daqs ibbażata fuq in-numru;

O.  billi mill-2014, avvanzi ġodda u għarfien xjentifiċi jikkonfermaw li n-nanomaterjali jistgħu jaqsmu l-ostakli fiżjoloġiċi u ħafna drabi huma aktar perikolużi minn sustanzi fi stati mikro jew makro(21);

P.  billi l-ANSES ippubblikat rapport dettaljat f’April 2023(22) li fih tiddikjara li d-definizzjoni ta’ nanomaterjali stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2022(23), li serviet bħala l-bażi għar-reviżjoni tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” stabbilita fir-Regolament (UE) 2015/2283, f’regolamenti speċifiċi għas-settur, speċjalment fl-ikel, ikun ta’ detriment għall-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent; billi l-ANSES saħqet li l-limitu tan-numru ta’ nanopartiċelli ta’ 50 % inkluż fid-definizzjoni orizzontali “[nano]” “mhuwiex ibbażat fuq argumenti xjentifiċi sodi”, u rrakkomandat li jiġi stabbilit valur aktar baxx għal dak il-limitu;

Q.  billi l-iskoperta ta’ nano ingredjenti tal-ikel ibbażati fuq limitu ta’ numru ta’ nanopartiċelli ta’ 10 % huwa fattibbli, peress li dak huwa l-valur ta’ limitu applikat bħalissa mid-Direttorat Ġenerali Franċiż għall-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kompetizzjoni u l-Kontroll tal-Frodi fl-attivitajiet tal-kontroll tiegħu(24);

Il-Prinċipju ta’ prekawzjoni

R.  billi l-Artikolu 191(2) tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju ta’ prekawzjoni bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni;

S.  billi l-Artikolu 168(1) tat-TFUE jiddisponi li "livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni";

1.  Joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u tinnotifikaha li r-Regolament Delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.  Iqis li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (UE) 2015/2283 u li jeċċedi s-setgħat delegati konferiti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament;

4.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-limitu propost ta’ 50 % ma jqisx il-progress tekniku u xjentifiku;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta’ prekawzjoni, tiżgura s-sikurezza u l-informazzjoni tal-konsumaturi u tqis l-approċċ “Saħħa Waħda”;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(3) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(4) ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.
(5) ĠU L 295, 12.11.2011, p. 178.
(6) ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19.
(7) https://www.anses.fr/fr/nanomateriaux-alimentation-premiere-application-methodologie.
(8) https://www.agirpourlenvironnement.org/communiques-presse/enquete-exclusive-des-analyses-revelent-la-presence-de-nanoparticules-dans-3980/.
(9) https://www.quechoisir.org/enquete-nanoparticules-taille-mini-doutes-maxi-n50748/.
(10) https://bibliotheque.60millions-mag.com/detail/publication/detail-top-right/561?issue_id=113421&switch_toc=archive.
(11) https://veillenanos.fr/wp-content/uploads/2023/01/Rapport-test-EN-20230113.pdf.
(12) https://www.foodwatch.org/de/potenziell-krebserregender-farbstoff-in-backzutaten-von-dr-oetker.
(13) https://www.bund.net/fileadmin/user_upload_bund/publikationen/chemie/‌nanotechnologie_in_lebensmitteln_hintergrund.pdf.
(14) https://www.test-achats.be/sante/sante-au-quotidien/produits-testes/news/nanoparticules-affichage.
(15) https://www.altroconsumo.it/alimentazione/sicurezza-alimentare/news/nanoparticelle.
(16) https://www.ocu.org/toda-la-informacion?type=magazine-articles&magazine=ocu%20compra%20maestra&year=2019.
(17) https://echa.europa.eu/mt/-/what-do-eu-citizens-think-about-nanomaterials-.
(18) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 92.
(19) ĠU C 395, 29.3.2021, p. 28.
(20) https://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/corporatenanotechnology121003.pdf.
(21) https://veillenanos.fr/en/dossier/nanos-and-health/nanos-health-risks/.
(22) Opinjoni tal-Anses (2023): Definizzjoni ta’ nanomaterjali: analiżi, sfidi u kontroversji, https://www.anses.fr/en/system/files/AP2018SA0168RaEN.pdf.
(23) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2022 dwar id-definizzjoni ta’ nanomaterjal (ĠU C 229, 14.6.2022, p. 1).
(24) Anses (2020) : Nanomatériaux dans les produits destinés à l’alimentation. Rapport d’expertise collective, https://www.anses.fr/fr/system/files/ERCA2016SA0226Ra.pdf (p. 86).


In-network trans-Ewropew tat-trasport
PDF 133kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013 (COM(2021)0812 – C9-0472/2021 – 2021/0420(COD))
P9_TA(2024)0317A9-0147/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0812) u l-proposta emendata (COM(2022)0384),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0472/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2021(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta’ Ottubru 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0147/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013

P9_TC1-COD(2021)0420


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1679.)

(1) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 120.
(2) ĠU C 498, 30.12.2022, p. 68.


L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
PDF 133kWORD 71k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (COM(2022)0677 – C9-0400/2022 – 2022/0396(COD))
P9_TA(2024)0318A9-0319/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0677),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0400/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ April 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati Taljana, u s-Senat Taljan fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Agrikoltura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0319/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE

P9_TC1-COD(2022)0396


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/40.)

(1) ĠU C 228, 29.6.2023, p. 114.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-22 ta' Novembru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0425).


Il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa
PDF 134kWORD 58k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (riformulazzjoni) (COM(2022)0542 – C9-0364/2022 – 2022/0347(COD))
P9_TA(2024)0319A9-0233/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0542),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0364/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Frar 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Lulju 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta’ Ġunju 2023 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel askont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0233/2023),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(4), filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (tfassil mill-ġdid)

P9_TC1-COD(2022)0347


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2881.)

(1) ĠU C 146, 27.4.2023, p. 46.
(2) ĠU C, C/2023/251, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/251/oj.
(3) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
(4) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Settembru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0318).


Strument għas-Suq Uniku f’emerġenza
PDF 135kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument għas-Suq Uniku f’emerġenza u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (COM(2022)0459 – C9-0315/2022 – 2022/0278(COD))
P9_TA(2024)0320A9-0246/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0459),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114, 21 u 46 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0315/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0246/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenzi tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern)

P9_TC1-COD(2022)0278


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/2747.)

(1) ĠU C 100, 16.3.2023, p. 95.
(2) ĠU C 157, 3.5.2023, p. 82.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta’ Settembru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0317).


Emenda ta' ċerti regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza
PDF 133kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2019/1009 u (UE) Nru 305/2011 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-Suq Uniku (COM(2022)0461 – C9-0314/2022 – 2022/0279(COD))
P9_TA(2024)0321A9-0244/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0461),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0314/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0244/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2023/988 u (UE) 2023/1230 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-preżunzjoni ta’ konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-suq intern

P9_TC1-COD(2022)0279


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/2748.)

(1) ĠU C 100, 16.3.2023, p. 95.
(2) ĠU C 157, 3.5.2023, p. 82.


Emenda ta' ċerti direttivi fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f'emerġenza
PDF 133kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-Suq Uniku (COM(2022)0462 – C9-0313/2022 – 2022/0280(COD))
P9_TA(2024)0322A9-0245/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0462),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0313/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0245/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-preżunzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-suq intern

P9_TC1-COD(2022)0280


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2749.)

(1) ĠU C 100, 16.3.2023, p. 95.
(2) ĠU C 157, 3.5.2023, p. 82.


Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen
PDF 132kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (COM(2021)0891 – C9-0473/2021 – 2021/0428(COD))
P9_TA(2024)0323A9-0280/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0891),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (e) u l-Artikolu 79(2), il-punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0473/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 20222(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta’ Ottubru 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0280/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera

P9_TC1-COD(2021)0428


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1717.)

(1) ĠU C 323, 26.8.2022, p. 69.
(2) ĠU C 498, 30.12.2022, p. 114.


L-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq
PDF 131kWORD 58k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (COM(2023)0126 – C9-0034/2023 – 2023/0052(COD))
P9_TA(2024)0324A9-0396/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0126),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0034/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2023(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0396/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

P9_TC1-COD(2023)0052


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/3237.)

(1) ĠU C 228, 29.6.2023, p. 154.


Pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom
PDF 356kWORD 101k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 (COM(2023)0411 – C9-0238/2023 – 2023/0226(COD))
P9_TA(2024)0325A9-0014/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0411),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0238/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Ċiprijott u l-Parlament Ungeriż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ April 2024(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0014/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 u d-Direttiva 98/44/KE [Em. 292]

P9_TC1-COD(2023)0226


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43, 114 u 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Mill-2001, meta ġiet adottata d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ((4)) dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (OĠM) ’l hawn il-progress sinifikanti fil-bijoteknoloġija wassal għall-iżvilupp ta’ tekniki ġenomiċi ġodda (NGTs), l-aktar prominenti fosthom tekniki ta’ editjar tal-ġenoma li jippermettu li jsiru bidliet fil-ġenoma f’postijiet preċiżi. L-avvanzi kbar fl-inġinerija ġenetika diġà kkontribwew għall-użu mifrux ta’ selezzjoni assistita mill-markaturi, u dan jagħmilha possibbli li jiġu identifikati u mobilizzati ġeni interessanti li huma preżenti fil-bijodiversità. [Em. 1]

(1a)   Il-possibbiltà ta’ privattivi għal tekniki ġenomiċi ġodda u r-riżultati tal-użu tagħhom jafu jwasslu għar-riskju li tiżdied id-dominanza tal-kumpaniji multinazzjonali taż-żrieragħ fuq l-aċċess tal-bdiewa għaż-żrieragħ. F’kuntest fejn il-kumpaniji l-kbar diġà għandhom monopolju fuq iż-żrieragħ u jikkontrollaw dejjem aktar ir-riżorsi naturali, sitwazzjoni bħal din iċċaħħad lill-bdiewa minn kull libertà ta’ azzjoni billi tagħmilhom dipendenti fuq kumpaniji privati. Għal din ir-raġuni, huwa imperattiv li jiġu pprojbiti l-privattivi fuq dawn il-prodotti. [Em. 167]

(2)  L-NGTs jikkostitwixxu grupp varjat ta’ tekniki ġenomiċi, u kull waħda minnhom tista’ tintuża b’diversi modi biex jinkisbu riżultati u prodotti differenti. Dawn jistgħu jirriżultaw f’organiżmi b’modifikazzjonijiet ekwivalenti għal dak li jista’ jinkiseb permezz ta’ metodi ta’ tnissil konvenzjonali jew f’organiżmi b’modifikazzjonijiet aktar kumplessi. Fost l-NGTs, il-mutaġenesi mmirata u ċ-ċisġenesi (inkluża l-intraġenesi) jintroduċu modifikazzjonijiet ġenetiċi mingħajr ma jiddaħħal materjal ġenetiku minn speċijiet li ma jistgħux jinkroċjaw (transġenesi). Dawn jiddependu biss fuq il-ġabra tal-ġeni tan-nissiela, jiġifieri l-informazzjoni ġenetika totali li hija disponibbli għat-tnissil konvenzjonali inkluż minn speċijiet ta’ pjanti relatati mill-bogħod li jistgħu jinkroċjaw b’tekniki ta’ tnissil avvanzati. It-tekniki ta’ mutaġenesi mmirata jirriżultaw f’modifikazzjoni(jiet) tas-sekwenza tad-DNA f’postijiet preċiżiimmirati fil-ġenoma ta’ organiżmu. It-tekniki taċ-ċisġenesi jirriżultaw fl-inserzjoni, fil-ġenoma ta’ organiżmu, ta’ materjal ġenetiku diġà preżenti fil-ġabra tal-ġeni tan-nissiela. L-intraġeneżiL-intraġenesi hija subsett taċ-ċisġenesi li jirriżulta fl-inserzjoni fil-ġenoma ta’ kopja riformulata ta’ materjal ġenetiku magħmula minn żewġ sekwenzi tad-DNA jew aktar li diġà huma preżenti fil-ġabra tal-ġeni tan-nissiela. [Em. 2]

(3)  Hemm riċerka pubblika u privata għaddejja li qiegħda tuża l-NGTs fuq varjetà usa’ ta’ għelejjel u karatteristiċi meta mqabbla ma’ dawk miksuba permezz ta’ tekniki transġeniċi awtorizzati fl-Unjoni jew globalment((5)). Dan jinkludi pjanti b’tolleranza jew reżistenza mtejba għall-mard tal-pjanti u l-pesti, pjanti b’tolleranza għall-erbiċidi, pjanti b’tolleranza jew reżistenza mtejba għall-effetti tat-tibdil fil-klima u l-istress ambjentali, effiċjenza mtejba fl-użu tan-nutrijenti u tal-ilma, pjanti b’rendimenti u reżiljenza akbar u karatteristiċi ta’ kwalità mtejba. Dawn it-tipi ta’ pjanti ġodda, flimkien mal-applikabbiltà pjuttost faċli u rapida ta’ dawk it-tekniki l-ġodda, jistgħu jwasslu benefiċċji għall-bdiewa, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Għalhekk, l-NGTs għandhomjista’ jkollhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-innovazzjoni u s-sostenibbiltà tal-Patt Ekoloġiku Ewropew((6)) u tal-Istrateġiji “Mill-Għalqa sal-Platt” ((7)), dwar il-Bijodiversità (), għall-Bijodiversità((8)) u dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima((9)), għas-sigurtà tal-ikel globali((10)), għall-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija((11)) u għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni((12)). [Em. 3]

(4)  Ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi miksuba mill-NGTs, inklużi prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn organiżmi bħal dawn, kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf prodotti minn dawn l-organiżmi, huma soġġetti għad-Direttiva 2001/18/KE u għar-Regolament (KE) Nru 1830/2003((13)) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, fil-każ tal-ikel u l-għalf, għar-Regolament (KE) Nru 1829/2003((14)) ukoll, filwaqt li l-użu konfinat taċ-ċelluli tal-pjanti huwa soġġett għad-Direttiva 2009/1/KE, u l-movimenti transfruntiera tal-pjanti tal-NGT lejn pajjiżi terzi huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 (il-“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM”).

(5)  Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-528/16 Confédération paysanne et(15), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li l-OĠM miksuba permezz ta’ tekniki/metodi ġodda ta’ mutaġenesi li kienu dehru jew li kienu ġew introdotti jew primarjament żviluppati wara li ġiet adottata d-Direttiva 2001/18/KE ma setgħux jitqiesu li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(6)  Il-Kunsill, fid-Deċiżjoni (UE) 2019/1904(16), talab lill-Kummissjoni tippreżenta, sat-30 ta’ April 2021, studju fid-dawl ta’ dik is-sentenza dwar l-istatus tat-tekniki ġenomiċi ġodda skont id-dritt tal-Unjoni, u proposta (akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt), jekk ikun xieraq, skont il-konklużjonijiet tal-istudju.

(7)  L-istudju tal-Kummissjoni dwar tekniki ġenomiċi ġodda((17)) ikkonkluda li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM ma hijiex adattata għall-fini tar-regolamentazzjoni tar-rilaxx intenzjonat ta’ pjanti miksuba minn ċerti NGTs u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti relatati inklużi l-ikel u l-għalf. B’mod partikolari, l-istudju kkonkluda li l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni tar-riskju għall-OĠM skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM ma humiex adattati għall-varjetà ta’ organiżmi u prodotti potenzjali li jistgħu jinkisbu b’xi NGTs, jiġifieri mutaġenesi mmirata u ċisġenesi (inkluża intraġenesi), u dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu sproporzjonati jew inadegwati. L-istudju wera li dan huwa partikolarment il-każ għall-pjanti miksuba minn dawn it-tekniki, minħabba l-ammont ta’ evidenza xjentifika li diġà hija disponibbli, b’mod partikolari dwar is-sikurezza tagħhom. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM hija diffiċli biex tiġi implimentata u infurzata għall-pjanti miksuba minn mutaġenesi mmirata u ċisġenesi u l-prodotti relatati. F’ċerti każijiet, il-modifikazzjonijiet ġenetiċi introdotti b’dawn it-tekniki ma jkunux jintgħarfu mill-metodi analitiċi minn mutazzjonijiet naturali jew minn modifikazzjonijiet ġenetiċi introdotti b’tekniki ta’ tnissil konvenzjonali, filwaqt li d-distinzjoni ġeneralment tkun possibbli għal modifikazzjonjiet ġenetiċi introdotti bit-transġenesi. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM lanqas ma tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi u ta’ benefiċċju li jistgħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà, għas-sigurtà tal-ikel u għar-reżiljenza tal-katina agroalimentari.

(8)  Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi adottat qafas legali speċifiku għall-OĠM miksuba bil-mutaġenesi mmirata u ċ-ċisġenesi u prodotti relatati meta jiġu rilaxxati intenzjonalment fl-ambjent jew jitqiegħdu fis-suq.

(9)  Abbażi tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali b’mod partikolari dwar l-aspetti tas-sikurezza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun limitat għall-OĠM li huma pjanti, jiġifieri organiżmi fil-gruppi tassonomiċi Archaeplastida jew Phaeophyceae, esklużi l-mikroorganiżmi, il-fungi u l-annimali li għalihom. L-għarfien disponibbli huwa aktar limitatdwar organiżmi oħra, bħall-mikroorganiżmi, il-fungi u l-annimali, jenħtieġ li jiġi rieżaminat bil-ħsieb ta’ inizjattivi leġiżlattivi futuri dwarhom. Għall-istess raġuni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri biss pjanti miksuba b’ċerti NGTs: il-mutaġenesi mmirata u ċ-ċisġenesi (inkluża l-intraġenesi) (minn hawn ’il quddiem il-“pjanti tal-NGT”), iżda mhux permezz ta’ tekniki ġenomiċi ġodda oħrajn. Dawn il-pjanti tal-NGT ma jġorrux materjal ġenetiku minn speċijiet li ma jistgħux jinkroċjaw. Jenħtieġ li l-OĠM prodotti minn tekniki ġenomiċi ġodda oħra li jintroduċu f’organiżmu materjal ġenetiku ta’ speċijiet li ma jistgħux jinkroċjaw (transġenesi) jibqgħu soġġetti biss għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM, minħabba li l-pjanti li jirriżultaw jista’ jkollhom riskji speċifiċi assoċjati mat-transġene. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rekwiżiti attwali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM għall-OĠM miksuba mit-transġenesi jeħtieġ li jiġu adattati f’dan il-mument. [Em. 5]

(10)  B’kunsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-qafas legali għall-pjanti tal-NGT jenħtieġ li jkollu l-istess objettivi bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM biex jiġu żgurati livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-pjanti u l-prodotti kkonċernati, filwaqt li tiġi indirizzata l-ispeċifiċità tal-pjanti tal-NGT. Dan il-qafas legali jenħtieġ li jippermetti l-iżvilupp u t-tqegħid fis-suq ta’ pjanti, ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew huma prodotti minn pjanti tal-NGT u prodotti oħra li fihom jew li jikkonsistu minn pjanti tal-NGT (“prodotti tal-NGT”) sabiex jikkontribwixxi għall-objettivi tal-innovazzjoni u s-sostenibbiltàta’ innovazzjoni u sostenibbiltà tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġiji “Mill-Għalqa sal-Platt”, għall-Bijodiversitàdwar il-Bijodiversità u dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima u biex ittejjebitejjeb il-kompetittività tas-settur agroalimentari tal-Unjoni fil-livell tal-Unjoni u dak dinji. [Em. 6]

(11)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM. Jintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-pjanti tal-NGT u għall-prodotti tal-NGT. Madankollu, fejnmeta ma jkun hemm l-ebda regola speċifika f’dan ir-Regolament, il-pjanti tal-NGT u l-prodotti (inklużi l-ikel u l-għalf) miksuba minnhom jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM u r-regoli dwar l-OĠM fil-leġiżlazzjoni settorjali, bħar-Regolament (UE) 2017/625 dwar il-kontrolli uffiċjali jew il-leġiżlazzjoni dwar ċerti prodotti bħall-materjal riproduttiv tal-pjanti u tal-foresti. [Em. 7]

(12)  Ir-riskji potenzjali tal-pjanti tal-NGT ivarjaw, minn profili tar-riskju simili għal pjanti mnisslin b’mod konvenzjonali sa diversi tipi u gradi ta’ perikli u riskji li jistgħu jkunu simili għal dawk tal-pjanti miksuba mit-transġenesi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċjali biex jiġu aġġustati r-rekwiżiti tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-ġestjoni tar-riskju skont ir-riskji potenzjali jew in-nuqqas tagħhom ikkawżati mill-pjanti tal-NGT u mill-prodotti tal-NGT.

(13)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiddistingwi bejn żewġ kategoriji ta’ pjanti tal-NGT.

(13a)   Il-pjanti tal-NGT bil-potenzjal li jippersistu, jirriproduċu jew jinfirxu fl-ambjent, fl-għelieqi jew lil hinn minnhom, jenħtieġ li jiġu evalwati bl-ogħla livell ta’ skrutinju fir-rigward tal-impatt ta’ tali tal-pjanti fuq in-natura u l-ambjent. [Em. 8]

(14)  Il-pjanti tal-NGT li jistgħu jseħħu wkoll b’mod naturali jew jiġu prodotti b’tekniki ta’ tnissil konvenzjonali u n-nisel tagħhom miksub b’tekniki ta’ tnissil konvenzjonali (“pjanti tal-NGT tal-kategorija 1”) jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala pjanti li seħħew b’mod naturali jew li ġew prodotti b’tekniki ta’ tnissil konvenzjonali, minħabba li huma ekwivalenti u li r-riskji tagħhom huma komparabbli, u b’hekk jidderogawissir deroga bis-sħiħ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM u mir-rekwiżiti relatati mal-OĠM fil-leġiżlazzjoni settorjali. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi aċċertat jekk pjanta tal-NGT hijiex ekwivalenti għal pjanti li jseħħu b’mod naturali jew imnisslin b’mod konvenzjonali u jistabbilixxi proċedura li biha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw u jieħdu deċiżjoni dwar l-issodisfar ta’ dawk il-kriterji, qabel ir-rilaxx jew it-tqegħid fis-suq ta’ pjanti tal-NGT jew ta’ prodotti tal-NGT. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu oġġettivi u bbażati fuq ix-xjenza. Jenħtieġ li jkopru t-tip u l-firxa ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi li jistgħu jiġu osservati fin-natura jew f’organiżmi miksuba b’tekniki ta’ tnissil konvenzjonali u jenħtieġ li jinkludu limiti kemm għad-daqs kif ukoll għan-numru ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi fil-ġenoma tal-pjanti tal-NGT. Peress li l-għarfien xjentifiku u tekniku jevolvi malajr f’dan il-qasam, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna dawn il-kriterji fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku fir-rigward tat-tip u l-firxa ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi li jistgħu jseħħu fin-natura jew permezz tat-tnissil konvenzjonali. [Em. 9]

(14a)   Meta titqies il-kumplessità kbira tal-ġenomi tal-pjanti, il-kriterji biex jitqies li pjanta tal-NGT hija ekwivalenti għal pjanta li tinsab fin-natura jew imnissla b’mod konvenzjonali jenħtieġ li jirriflettu d-diversità tad-daqs ġenomiku tal-pjanti u l-karatteristiċi tagħhom. Il-pjanti poliplojdi fihom aktar minn żewġ kromożomi omologi. F’dik il-kategoriji ta’ pjanti poliplojdi, il-pjanti tetraplojdi, eżaplojdi u ottoplojdi jkollhom erbgħa, sitta u tmien settijiet ta’ kromożomi rispettivament. Il-pjanti poliplojdi għandhom it-tendenza li juru numri akbar ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi meta mqabbla mal-pjanti monoplojdi. Għal dawk ir-raġunijiet, kwalunkwe limitu għan-numru totali ta’ modifikazzjonijiet individwali għal kull pjanta jenħtieġ li jirrifletti n-numru ta’ kromożomi stabbiliti fi pjanta (“plojdija”). [Em. 10]

(15)  Il-pjanti kollha tal-NGT li ma jaqgħux fil-kategorija 1 (“pjanti tal-NGT tal-kategorija 2”) jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM minħabba li għandhom settijiet ta’ modifikazzjonijiet fil-ġenoma aktar kumplessi.

(16)  Il-pjanti u l-prodotti tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għar-regoli u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM u għad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li japplikaw għall-OĠM. Għaċ-ċertezza legali għall-operaturi u għat-trasparenza, jenħtieġ li tinkiseb dikjarazzjoni tal-istatus tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 qabel ir-rilaxx intenzjonat, inkluż it-tqegħid fis-suq.

(17)  Din id-dikjarazzjoni jenħtieġ li tinkiseb qabel kwalunkwe rilaxx intenzjonat ta’ kwalunkwe pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq, bħal fil-każ tal-provi fuq il-post li għandhom isiru fit-territorju tal-Unjoni, peress li l-kriterji huma bbażati fuq data li hija disponibbli qabel il-provi fuq il-post u li ma tiddependix fuq dawk il-provi fuq il-post. Meta ma tkun se ssir l-ebda prova fuq il-post fit-territorju tal-Unjoni, l-operaturi jenħtieġ li jiksbu dik id-dikjarazzjoni qabel ma jqiegħdu l-prodott tal-NGT tal-kategorija 1 fis-suq.

(18)  Peress li l-kriterji biex jiġi kkunsidrat li pjanta tal-NGT hija ekwivalenti għal pjanti li jseħħu b’mod naturali jew imnisslin b’mod konvenzjonali ma humiex relatati mat-tip ta’ attività li teħtieġ ir-rilaxx intenzjonat tal-pjanttal-pjanta tal-NGT, dikjarazzjoni tal-istatus tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 magħmula qabel ir-rilaxx intenzjonat tagħha għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq fit-territorju tal-Unjoni jenħtieġ li tkun valida wkoll għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-NGT relatati. Fid-dawl tal-inċertezza kbira li jkun hemm fl-istadju tal-prova fuq il-post dwar jekk il-prodott hux se jasal sas-suq u l-involviment probabbli ta’ operaturi iżgħar f’tali rilaxxi, il-proċedura ta’ verifika tal-istatus tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 qabel il-provi fuq il-post jenħtieġ li titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali peress li dan ikun ta’ inqas piż amministrattiv għall-operaturi, u jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni fil-livell tal-Unjoni biss f’każ li jkun hemm kummenti dwar ir-rapport ta’ verifika minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra. Meta t-talba għal verifika tiġi sottomessa qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-NGT, u jekk ikun hemm oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra, il-proċedura jenħtieġ li titwettaq fil-livell tal-Unjonif’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) sabiex tiġi żguratajiġu żgurati l-effettività tal-proċedura ta’ verifika u l-konsistenza tad-dikjarazzjonijiet tal-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1. [Em. 11]

(18a)   Sabiex jintgħażlu b’mod effettiv varjetajiet ġodda li jgħinu lis-settur agrikolu jżid is-sigurtà tal-ikel, kif ukoll is-sostenibbiltà, l-adattament u r-reżiljenza b’rabta mal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, huwa meħtieġ li tiġi kkunsidrata l-ispeċifiċità tal-pjanti poliplojdi, li huma pjanti li fihom aktar minn żewġ ġenomi. Għal tali pjanti, in-numru massimu ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi permess għall-inklużjoni fil-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li jkun proporzjonat man-numru ta’ ġenomi li jkun fihom. [Em. 12]

(19)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skadenzi strettixierqa biex jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet tal-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 isiru fi żmien raġonevoli. [Em. 13]

(20)  Il-verifika tal-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 hija ta’ natura teknika u ma tinvolvi l-ebda valutazzjoni tar-riskju jew kunsiderazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju u d-deċiżjoni dwar l-istatus hija biss dikjaratorja. Għalhekk, meta l-proċedura titwettaq fil-livell tal-Unjoni, tali deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu adottati permezz tal-proċedura konsultattiva, sostnuti minn assistenza xjentifika u teknika mill-Awtorità.

(21)  Id-deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li jassenjaw numru ta’ identifikazzjoni lill-pjanta tal-NGT ikkonċernata sabiex jiżguraw it-trasparenza u t-traċċabbiltà ta’ tali pjanti meta jiġu elenkati fil-bażi tad-data u għall-fini tat-tikkettar tal-materjal riproduttiv tal-pjanti derivat minnhom. L-informazzjoni elenkata jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar it-teknika jew it-tekniki użati biex tinkiseb il-karatteristika jew biex jinkisbu l-karatteristiċi. [Em. 14]

(22)  Il-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għal kwalunkwe qafas regolatorju li japplika għall-pjanti mnisslin b’mod konvenzjonali. Kif inhu l-każ għall-pjanti u l-prodotti konvenzjonali, dawk il-pjanti tal-NGT u l-prodotti tagħhom se jkunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli dwar iż-żerriegħa u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor, l-ikel, l-għalf u prodotti oħra, u oqfsa orizzontali, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-konservazzjoni tan-natura u r-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali. F’dan ir-rigward, ikel tal-NGT tal-kategorija 1 li juri kompożizzjoni jew struttura mibdula b’mod sinifikanti li jaffettwa l-valur nutrittiv, il-metaboliżmu jew il-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa tal-ikel se jitqies bħala ikel ġdid u b’hekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill((18)) u jiġi vvalutat ir-riskju tiegħu f’dak il-kuntest.

(23)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 834/2007((19)) jipprojbixxi l-użu ta’ OĠM u prodotti li ġejjin mill-OĠM u permezz tagħhom fil-produzzjoni organika. Dan jiddefinixxi l-OĠM għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament b’referenza għad-Direttiva 2001/18/KE, filwaqt li jeskludi mill-projbizzjoni l-OĠM li jkunu nkisbu permezz tat-tekniki ta’ modifikazzjoni ġenetika elenkati fl-Anness 1.B tad-Direttiva 2001/18/KE. B’riżultat ta’ dan, il-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 se jkunu pprojbiti fil-produzzjoni organika. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 għall-finijiet tal-produzzjoni organika. L-użuBħalissa, il-kompatibbiltà tal-użu ta’ tekniki ġenomiċi ġodda attwalment huwa inkompatibbli mal-kunċettmal-prinċipji tal-produzzjoni organika fir-Regolament (KE) 2018/848 u l-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti organiċiteħtieġ kunsiderazzjoni ulterjuri. Għalhekk, l-użu ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li jiġi pprojbit ukoll fil-produzzjoni organika, sakemm issir tali kunsiderazzjoni ulterjuri. [Em. 15]

(24)  Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-użu tal-varjetajiet tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1, biex jiġi żgurat li l-ktajjen tal-produzzjoni li jixtiequ jibqgħu ħielsa mill-NGTs ikunu jistgħu jagħmlu dan u b’hekk tiġi ssalvagwardjata l-fiduċja tal-konsumatur. Il-pjanti tal-NGT li jkunu kisbu dikjarazzjoni tal-istatus ta’ pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li jiġu elenkati f’bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku u jinkludu informazzjoni dwar it-teknika jew tekniki użati biex tinkiseb il-karatteristika jew biex jinkisbu l-karatteristiċi. Sabiex jiġu żgurati t-traċċabbiltà, it-trasparenza u l-għażla għall-operaturi, matul ir-riċerka u t-tnissil tal-pjanti, meta tinbiegħ iż-żerriegħa lill-bdiewa jew meta l-materjal riproduttiv tal-pjanti jsir disponibbli għal partijiet terzi bi kwalunkwe mod ieħor, il-materjal riproduttiv tal-pjanti għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 jenħtieġ li jiġi ttikkettat bħala NGT tal-kategorija 1. [Em. 16]

(25)  Il-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM minħabba li abbażi tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu vvalutati r-riskji tagħhom. Jenħtieġ li jiġu previsti regoli speċjali sabiex il-proċeduri u ċerti regoli oħra stabbiliti fid-Direttiva 2001/18/KE u fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiġu adattati għan-natura speċifika tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u l-livelli differenti ta’ riskju li jistgħu joħolqu.

(26)  Il-pjanti u l-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2, sabiex jiġu rilaxxati fl-ambjent jew jitqiegħdu fis-suq, jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għal kunsens jew għal awtorizzazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Madankollu, minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ dawk il-pjanti tal-NGT, l-ammont ta’ informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju se jvarja fuq bażi ta’ każ b’każ. L-Awtorità, fl-opinjonijiet xjentifiċi tagħha dwar il-pjanti żviluppati permezz ta’ ċisġenesi u intraġenesi(20) u dwar il-pjanti żviluppati permezz ta’ mutaġenesi mmirata(21), irrakkomandat il-flessibbiltà fir-rekwiżiti tad-data għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dawn il-pjanti. Abbażi tal-“Kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti prodotti minn mutaġenesi mmirata, ċisġenesi u intraġenesi” tal-Awtorità((22)), jenħtieġ li kunsiderazzjonijiet dwar l-istorja ta’ użu sikur, il-familjarità għall-ambjent u l-funzjoni u l-istruttura tas-sekwenza/i modifikata/imdaħħla jgħinu fid-determinazzjoni tat-tip u tal-ammont ta’ data meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju ta’ dawk il-pjanti tal-NGT. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji u kriterji ġenerali għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ dawn il-pjanti, filwaqt li jiġu previsti l-flessibbiltà u l-possibbiltà li l-metodoloġiji tal-valutazzjoni tar-riskju jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku.

(27)  Ir-rekwiżiti dwar il-kontenut tan-notifiki għall-kunsens għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM għajr l-ikel jew l-għalf u dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikati huma stabbiliti fi strumenti differenti ta’ leġiżlazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn in-notifiki għall-kunsens u l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2, il-kontenut ta’ tali notifiki u applikazzjonijiet jenħtieġ li jkun l-istess, ħlief għal dawk li jikkonċernaw il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf peress li dawn huma rilevanti biss għall-ikel u l-għalf tal-NGT tal-kategorija 2.

(28)  Il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Ikel u l-Għalf Ġenetikament Modifikati (EURL), f’kollaborazzjoni man-Network Ewropew tal-Laboratorji OĠM (ENGL), ikkonkluda li l-ittestjar analitiku ma huwiex meqjus bħala fattibbli għall-prodotti kollha miksuba minn mutaġenesi mmirata u ċisġenesi((23)). Meta l-modifikazzjonijiet introdotti tal-materjal ġenetiku ma jkunux speċifiċi għall-pjanta tal-NGT inkwistjoni, dawn ma jippermettux li l-pjanta tal-NGT tingħaraf minn pjanti konvenzjonali. F’każijiet fejn ma jkunx fattibbli li jiġi pprovdut metodu analitiku li jsib, jidentifika u jikkwantifika, jekk ikun debitament iġġustifikat min-notifikatur jew mill-applikant, il-modalitajiet għall-konformità mar-rekwiżiti tal-metodu analitiku jenħtieġ li jiġu adattati. Dan jenħtieġ li jsir fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġi previst ukoll li l-EURL, assistit mill-ENGL, jadotta gwida għall-applikanti dwar ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni għall-metodi analitiċi. Il-modalitajiet għat-twettiq tal-validazzjoni tal-metodu jistgħu jiġu adattati wkoll.

(29)  Id-Direttiva 2001/18/KE tirrikjedi pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali tal-OĠM wara r-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid tagħhom fis-suq iżda tipprevedi flessibbiltà fir-rigward tat-tfassil tal-pjan filwaqt li tqis il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, il-karatteristiċi tal-OĠM, l-użu mistenni tiegħu u tal-ambjent li jirċevih. Il-modifikazzjonijiet ġenetiċi fil-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 jistgħu jvarjaw minn bidliet li jeħtieġu biss valutazzjoni tar-riskju limitata għal alterazzjonijiet kumplessi li jeħtieġu analiżi aktar bir-reqqa tar-riskji potenzjali. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-effetti ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 jenħtieġ li jiġu adattati fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u l-esperjenza fil-provi fuq il-post, il-karatteristiċi tal-pjanta tal-NGT ikkonċernata, il-karatteristiċi u l-iskala tal-użu mistenni tagħha, b’mod partikolari kwalunkwe storja ta’ użu sikur tal-pjanta u l-karatteristiċi tal-ambjent li jirċievi. GħalhekkFid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jenħtieġ li ma jkunxdejjem ikun meħtieġ pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali jekk il-pjantameta jingħata l-kunsens għall-ewwel darba. jenħtieġ li r-rekwiżit għall-monitoraġġ ikun jista’ jitneħħa biss mat-tiġdid tal-kunsens, dment li jkun intwera li l-pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 x’aktarx li ma toħloqx riskji li jeħtieġu monitoraġġ, bħal effetti indiretti, ittardjati jew mhux previsti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. [Em. 17]

(30)  Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, wara l-ewwel tiġdid tal-awtorizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tkun valida għal perjodu mingħajr limitu, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor fiż-żmien ta’ dak it-tiġdid abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju u l-informazzjoni disponibbli fuq il-pjanta tal-NGT ikkonċernata, soġġett għal valutazzjoni mill-ġdid meta tkun saret disponibbli informazzjoni ġdida.

(31)  Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba, l-iskeda ta’ żmien biex l-Awtorità tagħti l-opinjoni tagħha dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi estiża biss meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex titwettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjoni, u l-estensjoni jenħtieġ li ma tkunx itwal mit-terminu previst oriġinarjament sakemm ma tkunx iġġustifikata min-natura tad-data jew minn ċirkostanzi eċċezzjonali.

(32)  Sabiex tiżdied it-trasparenza u l-informazzjoni għall-konsumaturi, l-operaturi jenħtieġ li jitħallew jissupplimentaw it-tikkettar tal-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 bħala OĠM b’informazzjoni dwar il-karatteristika mogħtija mill-modifikazzjoni ġenetika. Sabiex jiġu evitati indikazzjonijiet qarrieqa jew li joħolqu konfużjoni, fin-notifika għall-kunsens jew fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta proposta għal tali tikkettar u jenħtieġ li tiġi speċifikata fil-kunsens jew fid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

(33)  Jenħtieġ li jiġu offruti inċentivi regolatorji lil notifikaturi jew applikanti potenzjali għal pjanti u prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 li fihom karatteristiċi li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għal sistema agroalimentari sostenibbli, sabiex l-iżvilupp ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 jitmexxa lejn tali karatteristiċi. Il-kriterji biex jiġu skattati dawn l-inċentivi jenħtieġ li jiffukaw fuq kategoriji ta’ karatteristiċi wesgħin bil-potenzjal li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà (bħal dawk marbuta mat-tolleranza jew mar-reżistenza għall-istress bijotiku u abijotiku, karatteristiċi nutrizzjonali mtejba jew rendiment akbar) u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kontribut għall-valur għall-kultivazzjoni u l-użu sostenibbli kif definiti fl-[Artikolu 52(1) tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti fl-Unjoni(24)]. L-applikabbiltà tal-kriterji madwar l-UE ma tippermettix definizzjoni aktar ristretta tal-karatteristiċi biex ikun hemm enfasi fuq kwistjonijiet speċifiċi jew biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali.

(34)  L-inċentivi jenħtieġ li jikkonsistu minn proċedura mħaffa għall-valutazzjoni tar-riskju fir-rigward ta’ applikazzjonijiet immaniġġati minn proċedura għalkollox ċentralizzata (prodotti tal-ikel u tal-għalf) u pariri aħjar qabel is-sottomissjoni biex jgħinu lill-iżviluppaturi jħejju d-dossier għall-finijiet tal-valutazzjonijiet ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, mingħajr ma jiġu affettwati d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-parir ita’ qabel is-sottomissjoni, in-notifika ta’ studji u l-konsultazzjoni ta’ partijiet terzi skont l-Artikoli 32a, 32b u 32c tar-Regolament (KE) Nru 178/2002((25)).

(35)  Jenħtieġ li jingħataw inċentivi addizzjonali meta n-notifikatur jew l-applikant ikun intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju (SME), biex jiġi promoss l-aċċess għall-proċeduri regolatorji minn dawn l-intrapriżi, tiġi appoġġata d-diversifikazzjoni tal-iżviluppaturi tal-pjanti tal-NGT u jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp minn nissiela żgħar ta’ speċijiet ta’ għelejjel u karatteristiċi permezz tal-NGTs, billi jingħataw eżenzjonijiet mit-tariffi għall-validazzjoni tal-metodi tad-detezzjoni lill-SMEs u pariri aktar estensivi qabel is-sottomissjoni li jkopru wkoll it-tfassil tal-istudji li għandhom jitwettqu għall-fini tal-valutazzjoni tar-riskju.

(36)  Il-pjanti li jittolleraw l-erbiċidi jiġu mnissla biex intenzjonalment jittolleraw l-erbiċidi, sabiex jiġu kkultivati flimkien mal-użu ta’ dawk l-erbiċidi. Jekk tali kultivazzjoni ma ssirx taħt kundizzjonijiet xierqa, tista’ twassal għall-iżvilupp ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi jew għall-ħtieġa li jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ erbiċidi applikati, irrispettivament mit-teknika tat-tnissil. Għal din ir-raġuni, il-pjanti tal-NGT li juru karatteristiċi tolleranti għall-erbiċidi jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għall-inċentivi skont dan il-qafas. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiħux miżuri speċifiċi oħra dwar il-pjanti tal-NGT li jittolleraw l-erbiċidi, minħabba li tali miżuri jittieħdu b’mod orizzontali fil-[Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjonijaqgħux fil-kamp ta’ materjal riproduttivapplikazzjoni tal-pjanti fl-Unjoni]tal-NGT tal-kategorija 1. [Em. 18]

(37)   Sabiex il-pjanti tal-NGT ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tas-sostenibbiltà tal-Patt Ekoloġiku u tal-istrateġiji “Mill-Għalqa sal-Platt” u għall-Bijodiversità, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata l-kultivazzjoni tal-pjanti tal-NGT fl-Unjoni. Dan jeħtieġ prevedibbiltà għan-nissiela u għall-bdiewa fir-rigward tal-possibbiltà li jikkultivaw tali pjanti fl-Unjoni. Għalhekk, il-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, stabbilita fl-Artikolu 26b tad-Direttiva 2001/18/KE timmina dawk l-għanijiet. [Em. 239]

(38)  Ir-regoli speċjali stabbiliti f’dan ir-Regolament dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 huma mistennija li jirriżultaw f’aktar kultivazzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 meta mqabbla mas-sitwazzjoni sa issa taħt il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar l-OĠM. Dak jagħmel neċessarju għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri li jiddefinixxu miżuri ta’ koeżistenza biex jibbilanċjaw l-interessi tal-produtturi ta’ pjanti konvenzjonali, dawk organiċi u dawk ġenetikament modifikati u b’hekk jippermettu lill-produtturi jkollhom għażla bejn tipi differenti ta’ produzzjoni, f’konformità mal-mira tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” ta’ 25 % tal-art agrikola taħt biedja organika sal-2030.

(39)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonamentjiġu żgurati l-funzjonament effettiv tas-suq intern, il-pjanti u l-moviment liberu tal-pjanti tal-NGT u l-prodotti relatatital-NGT madwar l-Unjoni, ir-rilaxx intenzjonat ta’ pjanti tal-NGT u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-NGT jenħtieġ li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjonijkunu bbażati fuq ir-rekwiżiti u l-proċeduri armonizzati stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’tali mod li dan iwassal għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni applikabbli b’mod uniformi għall-Istati Membri kollha. [Em. 20]

(40)  Minħabba n-novità tal-NGTs, se jkun importanti li jiġu mmonitorjati mill-qrib l-iżvilupp u l-preżenza fis-suq tal-pjanti u tal-prodotti tal-NGT u li jiġi evalwat kwalunkwe impatt akkumpanjanti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimalikontinwu ta’ tekniki ġenomiċi ġodda, fuq l-ambjent u fuq is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali. L-informazzjoni jenħtieġ li tinġabar regolarment ul-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni fi żmien 5ħames snin wara l-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni li tippermetti r-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ pjanti tal-NGT jew ta’ prodotti tal-NGT fl-Unjoni,. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex tkejjel il-progress li jkun sar lejn id-disponibbiltà ta’ pjanti tal-NGT jew prodotti tal-NGT li fihom tali karatteristiċi jew proprjetajiet fis-suq tal-UE, bl-għan li tkompli ttejjeb dan ir-Regolament. [Em. 21]

(41)  Sabiex jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent fir-rigward tal-pjanti tal-NGT u tal-prodotti tal-NGT, ir-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw b’mod mhux diskriminatorju għall-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni u għal dawk importati minn pajjiżi terzi.

(42)  Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, sabiex il-pjanti tal-NGT u l-prodotti tal-NGT ikunu jistgħu jiċċirkolaw b’mod aktar liberu fis-suq intern, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(43)  It-tipi ta’ pjanti tal-NGT żviluppati u l-impatt ta’ ċerti karatteristiċi fuq is-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika jevolvu kontinwament. Għalhekk, abbażi tal-evidenza disponibbli ta’ tali żviluppi u impatti, u filwaqt li tqis bis-sħiħ il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tadatta l-lista ta’ karatteristiċi li jenħtieġ li jiġu inċentivati jew skoraġġuti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku u tal-istrateġiji “Mill-Għalqa sal-Platt”, għall-Bijodiversitàdwar il-Bijodiversità u dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima. [Em. 22]

(44)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet((26)). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(45)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li pjanta tal-NGT hija pjanta tal-NGT tal-kategorija 1, fir-rigward tat-tħejjija u l-preżentazzjoni tan-notifika għal dik id-determinazzjoni, u fir-rigward tar-rekwiżiti tal-metodoloġija u tal-informazzjoni għall-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u tal-ikel tal-NGT u tal-għalf tal-NGT, f’konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill((27)).

(45a)   Il-Parlament Ewropew appella lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex ma jagħtux privattivi dwar materjal bijoloġiku u biex jissalvagwardjaw il-libertà li joperaw u l-eżenzjoni tan-nissiela għall-varjetajiet. Jenħtieġ li jiġi żgurat li n-nissiela jkollhom aċċess sħiħ għall-materjal ġenetiku tal-pjanti tal-NGT, li skont id-definizzjoni ma humiex pjanti transġeniċi. L-aċċess għall-materjal ġenetiku jista’ jiġi żgurat bl-aħjar mod meta d-dritt tad-detenturi tal-privattivi jiġi eżawrit f’idejn in-nissiel (eżenzjoni tan-nissiel). Peress li d-dispożizzjonijiet attwali fil-liġi dwar il-privattivi ma jipprevedux eżenzjoni sħiħa tan-nissiel, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-privattivi ma jirrestrinġux l-użu tal-pjanti tal-NGT min-nissiela u l-bdiewa. Għalhekk, il-pjanti tal-NGT jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal leġiżlazzjoni dwar il-privattivi, iżda jenħtieġ li għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali jkunu soġġetti biss għas-sistema ta’ Drittijiet ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità (CPVR), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, li jippermetti l-użu tal-eżenzjoni tan-nissiel. Għalhekk, il-pjanti tal-NGT, iż-żerriegħa dderivata minnhom, il-materjal tal-pjanti tagħhom, il-materjal ġenetiku assoċjat bħall-ġeni u s-sekwenzi tal-ġeni, u l-karatteristiċi tal-pjanti jenħtieġ li jiġu esklużi mill-jedd għall-privattiva. L-esklużjoni mill-jedd għall-privattiva jenħtieġ li tiġi applikata b’mod konsistenti fil-leġiżlazzjoni kollha. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li jingħataw privattivi jew jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal privattivi bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-materjal tal-pjanti jiġi eskluż mill-jedd għall-privattiva mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għal privattivi diġà mogħtija jew applikazzjonijiet pendenti għal privattivi li jkopru materjal tal-pjanti, l-effetti tal-privattivi jenħtieġ li jiġu limitati aktar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tindirizza, fl-istudju li jmiss, kif jenħtieġ li tiġi indirizzata aktar il-problema usa’ tal-privattivi li qed jingħataw, direttament jew indirettament, dwar il-materjal tal-pjanti minkejja l-isforzi preċedenti biex jingħalqu l-lakuni. Il-valutazzjoni jenħtieġ li tindirizza b’mod partikolari r-rwol u l-impatt tal-privattivi fuq l-aċċess tan-nissiela u l-bdiewa għall-materjal riproduttiv tal-pjanti, id-diversità taż-żrieragħ u l-prezzijiet affordabbli, kif ukoll fuq l-innovazzjoni u b’mod partikolari fuq l-opportunitajiet għall-SMEs. Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-proposti leġiżlattivi xierqa sabiex jiġi żgurat li jsiru l-aġġustamenti ulterjuri meħtieġa fil-qafas tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. [Em. 23]

(46)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġbor regolarment informazzjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-kisba tal-iżvilupp u d-disponibbiltà tal-pjanti tal-NGT u tal-prodotti tal-NGT fis-suq li jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u tal-istratreġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, għall-Bijodiversità u dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima sabiex issir evalwazzjoni infurmata tal-leġiżlazzjoni. Ġie identifikat sett wiesa’ ta’ indikaturi(28) u dan jenħtieġ li jiġi rieżaminat perjodikament mill-Kummissjoni. L-indikaturi jenħtieġ li jappoġġaw il-monitoraġġ tar-riskji potenzjali għas-saħħa jew għall-ambjent tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u tal-prodotti tal-NGT relatati, l-impatt tal-pjanti tal-NGT fuq is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali kif ukoll l-impatt fuq il-biedja organika u fuq l-aċċettazzjoni mill-konsumaturi tal-prodotti tal-NGT. L-ewwel rapport ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jiġi ppreżentat 3 snin wara li l-ewwel prodotti jkunu ġew innotifikati/awtorizzati, biex jiġi żgurat li tkun disponibbli biżżejjed data wara l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, u minn hemm ’il quddiem f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament sentejn wara li jkun ġie ppubblikat l-ewwel rapport ta’ monitoraġġ, sabiex tippermetti li l-impatt tal-ewwel prodotti li jgħaddu mill-verifika jew mill-awtorizzazzjoni jimmaterjalizza bis-sħiħ.

(47)  Ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-OĠM fir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill((29)) jeħtieġ li jiġu emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’din il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-pjanti tal-NGT.

(47a)   Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġiji tal-UE “Mill-Għalqa sal-Platt”, u għall-Bijodiversità poġġew il-biedja organika fil-qalba ta’ tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel sostenibbli, b’mira li sal-2030 l-art agrikola Ewropea taħt produzzjoni organika tiġi estiża għal 25 %. Dan huwa rikonoxximent ċar tal-benefiċċji ambjentali tal-biedja organika, għal inqas dipendenza fuq l-inputs għall-bdiewa, u provvista tal-ikel reżiljenti u sovranità tal-ikel. Dan ir-Regolament ma jridx jimmina b’mod negattiv it-triq lejn tranżizzjoni tas-sistemi tal-ikel Ewropej għall-biedja organika biex sal-2030 jintlaħaq il-perċentwal ta’ 25 %. [Em. 241]

(47b)   Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għal ikel u għalf prodotti minn NGTs biex jiġi ffaċilitat l-ittikkettar preċiż ta’ dawn il-prodotti, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, biex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni preċiża disponibbli għal operaturi u konsumaturi biex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw il-libertà tal-għażla tagħhom b’mod effettiv, kif ukoll biex jippermetti l-kontroll u l-verifika ta’ asserzjonijiet tat-tikkettar. Ir-rekwiżiti dwar ikel u għalf prodotti minn NGTs jenħtieġ li jkunu l-istess biex tiġi evitata t-terminazzjoni ta’ informazzjoni fil-każijiet ta’ bidla fl-użu aħħari. [Em. 243]

(48)  Peress li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tirrikjedi l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li din tkun differita fiż-żmien sabiex jilħqu jiġu adottati tali miżuri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament, f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jistabbilixxi regoli speċifiċi għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq ta’ pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda (“pjanti tal-NGT”) u għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn tali pjanti, u ta’ prodotti, għajr ikel jew għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn tali pjanti, li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u tal-ambjent. [Em. 24]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(1)  il-pjanti tal-NGT;

(2)  ikel li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott minn pjanti tal-NGT, jew li jkun fih ingredjenti prodotti minn pjanti tal-NGT;

(3)  għalf li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott minn pjanti tal-NGT;

(4)  prodotti, għajr ikel u għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn pjanti tal-NGT.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  id-definizzjonijiet ta’ “organiżmu”, “rilaxx intenzjonat” u “tpoġġija fis-suq” stabbiliti fid-Direttiva 2001/18/KE, dawk ta’ “ikel” u “għalf” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, dik ta’ “traċċabbiltà” stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1830/2003, dik ta’ “pjanta” stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill((30)) u dik ta’ “materjal riproduttiv tal-pjanti” stabbilita fil-[Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti fl-Unjoni(31)];

(2)  “pjanta tal-NGT” tfisser pjanta ġenetikament modifikata miksuba permezz ta’ mutaġenesi mmirata jew ċisġenesi, jew kombinament tagħha, bil-kundizzjoni li ma jkun fiha l-ebda materjal ġenetiku li joriġina minn barra l-ġabra tal-ġeni tan-nissielagħal finijiet ta’ tnissil konvenzjonali li seta’ ddaħħal temporanjament matul l-iżvilupp tal-pjanta tal-NGT; [Em. 25]

(3)  “organiżmu modifikat ġenetikament” jew “OMĠ” tfisser organiżmu modifikat ġenetikament kif imfisser fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, esklużi dawk l-organiżmi miksuba permezz tat-teknika ta’ modifikazzjoni ġenetika elenkati fl-Anness I B tad-Direttiva 2001/18/KE;

(4)  “mutaġenesi mmirata” tfisser tekniki ta’ mutaġenesi li jirriżultaw f’modifikazzjoni(jiet) tas-sekwenza tad-DNA f’postijiet preċiżiimmirati fil-ġenoma ta’ organiżmu; [Em. 26]

(5)  “cisġenesi” tfisser tekniki ta’ modifikazzjoni ġenetika li jirriżultaw fl-inserzjoni, fil-ġenoma ta’ organiżmu, ta’ materjal ġenetiku diġà preżenti fil-ġabra tal-ġeni tan-nissiela;

(6)  “ġabra tal-ġeni tan-nissielagħal finijiet ta’ tnissil konvenzjonali” tfisser l-informazzjoni ġenetika totali disponibbli fi speċi waħda u fi speċijiet tassonomiċi oħra li magħhom tista’ tkun ikkollata b’mod trasversali, inkluż bl-użu ta’ tekniki avvanzati bħas-salvataġġ tal-embrijuni, il-poliplojdija indotta u l-inkroċjar li jgħaqqad; [Em. 27]

(7)  “pjanta tal-NGT tal-kategorija 1” tfisser pjanta tal-NGT li:

(a)  tissodisfa l-kriterji ta’ ekwivalenza għall-pjanti konvenzjonali, stabbiliti fl-Anness I, jew

(b)  hija n-nisel tal-pjanta/i tal-NGT imsemmija fil-punt (a), inkluż in-nisel derivat mill-inkroċjar ta’ tali pjanti, bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda modifikazzjoni ulterjuri li tagħmilha soġġetta għad-Direttiva 2001/18/KE jew għar-Regolament 1829/2003;

(8)  “pjanta tal-NGT tal-kategorija 2” tfisser pjanta tal-NGT għajr pjanta tal-NGT tal-kategorija 1;

(9)  “pjanta tal-NGT għall-użu fl-ikel” tfisser pjanta tal-NGT li tista’ tintuża bħala ikel jew bħala materja prima għall-produzzjoni tal-ikel;

(10)  “pjanta tal-NGT għall-użu fl-għalf” tfisser pjanta tal-NGT li tista’ tintuża bħala għalf jew bħala materja prima għall-produzzjoni tal-għalf;

(11)  “prodott minn pjanta tal-NGT” tfisser derivat, kompletament jew parzjalment, minn pjanta tal-NGT, iżda li ma fihx jew li ma jikkonsistux minn pjanta tal-NGT;

(12)  “prodott tal-NGT” tfisser prodott, għajr ikel u għalf, li fih jew li jikkonsisti minn pjanta tal-NGT, u ikel u għalf li fih, jikkonsisti minn jew huwa prodott minn tali pjanta;

(13)  “prodott tal-NGT tal-kategorija 1” tfisser prodott tal-NGT fejn il-pjanta tal-NGT li jkun fih, li jikkonsisti minnha, fil-każijiet ta’ ikel jew għalf, li jiġi prodott minnha, tkun pjanta tal-NGT tal-kategorija 1;

(14)  “prodott tal-NGT tal-kategorija 2” tfisser prodott tal-NGT fejn il-pjanta tal-NGT li jkun fih, li jikkonsisti minnha, fil-każijiet ta’ ikel jew għalf, li jiġi prodott minnha, tkun pjanta tal-NGT tal-kategorija 2;

(15)  “intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju (SME)” tfisser SME skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE2.

(15a)   “Approċċ Saħħa Waħda” tfisser approċċ integrat, li jgħaqqad li għandu l-għan li jibbilanċja b’mod sostenibbli u jottimizza s-saħħa tan-nies, tal-annimali, tal-pjanti u tal-ekosistemi filwaqt li jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali domestiċi u selvaġġi, tal-pjanti u tal-ambjent usa’, inklużi l-ekosistemi, huma interkonnessi mill-qrib u interdipendenti; [Em. 28]

(15b)   “Proteina kimerika” tfisser proteini maħluqa permezz tat-tgħaqqid ta’ żewġ ġeni jew aktar jew partijiet ta’ ġeni li oriġinarjament jkunu kkodifikaw għal proteini separati. [Em. 29]

Artikolu 4

Rilaxx intenzjonat ta’ pjanti tal-NGT għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-NGT

Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni, pjanta tal-NGT tista’ tiġi rilaxxata intenzjonalment fl-ambjent biss għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq, u prodott tal-NGT jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk:

(1)  il-pjanta tkun pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 u

(a)  tkun kisbet deċiżjoni li tiddikjara dak l-istatus f’konformità mal-Artikolu 6 jew 7; jew

(b)  hija n-nisel ta’ tal-pjanta/i msemmija fil-punt (a) bil-kundizzjoni li l-kriterji ta’ ekwivalenza stabbiliti fl-Anness 1 ikunu għadhom issodisfati; jew [Em. 30]

(2)  il-pjanta hija pjanta tal-NGT tal-kategorija 2, u ngħatat il-kunsens jew u ġiet awtorizzata f’konformità mal-Kapitolu III. [Em. 31]

L-implimentazzjoni, l-infurzar u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikollhom l-oġġettiv jew l-effett li jipprevjenu jew jimpedixxu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ pjanti u prodotti tal-NGT li jissodisfaw l-istess standards bħal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. [Em. 32]

Artikolu 4a

Esklużjoni mill-jedd għall-privattiva

Il-pjanti tal-NGT, il-materjal tal-pjanti, partijiet minnhom, l-informazzjoni ġenetika u l-karatteristiċi tal-proċess li jkun fihom ma għandhomx ikunu jistgħu jingħataw privattiva. [Em. 33]

KAPITOLU II

Pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 u prodotti tal-NGT tal-kategorija 1

Artikolu 5

Status tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1

1.  Ir-regoli li japplikaw għall-OĠM fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma għandhomx japplikaw għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1.

2.  Għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/848, ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 5(f)fl-Artikolu 5(f), il-punt (iii) u l-Artikolu 11 tiegħu għandhom japplikaw għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 u għall-prodotti prodotti minn jew permezz ta’ tali pjanti. [7 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evoluzzjoni tal-perċezzjoni tal-konsumaturi u tal-produtturi, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. [Em. 34]

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 li jemendaw il-kriterji ta’ ekwivalenza tal-pjanti tal-NGT għall-pjanti konvenzjonali stabbiliti fl-Anness I, filwaqt li tqis ir-riskji potenzjali assoċjati u l-konsegwenzi funzjonali tal-proċedura ta’ verifika sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u teknoloġikugħall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi l-aktar riċenti fir-rigward tat-tipi u l-firxa ta’ modifikazzjonijiet li jistgħu jseħħu tnissil naturali jew permezz ta’ tnissil konvenzjonali. [Em. 35]

3a.   Il-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 1, materjal riproduttiv jew partijiet minnhom fil-produzzjoni organika, jew fi prodotti mhux organiċi awtorizzati fil-produzzjoni organika f’konformità mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2018/848, ma għandhiex tikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità ma’ dak ir-Regolament. [Em. 36]

Artikolu 6

Proċedura ta’ verifika tal-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 qabel ir-rilaxx intenzjonat għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq

1.  Sabiex tikseb id-dikjarazzjoni tal-istatus ta’ pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), qabel ma twettaq rilaxx intenzjonat ta’ pjanta tal-NGT għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq, il-persuna li jkollha l-ħsieb li twettaq ir-rilaxx intenzjonat għandha tippreżenta talba biex tivverifika jekk il-kriterji stabbiliti fl-Anness I, mill-inqas waħda mill-karatteristiċi msemmija fl-Anness III, il-Parti I, u l-kriterji ta’ esklużjoni fl-Anness III, il-Parti 2, humiex issodisfati (“talba għall-verifika”). Dik it-talba għall-verifika għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu jsir ir-rilaxx f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 u mal-att ta’ implimentazzjonidelegat adottat f’konformità mal-Artikolu 276(11a), il-punt (b). [Em. 37]

2.  Meta persuna jkollha l-ħsieb li twettaq tali rilaxx intenzjonat simultanjament f’aktar minn Stat Membru wieħed, dik il-persuna għandha tippreżenta t-talba għall-verifika lill-awtorità kompetenti ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri.

3.  It-talba għall-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa f’konformità mal-formati standard tad-data, fejn dawn ikunu jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u għandha tinkludi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002:

(a)  l-isem u l-indirizz ta’ min qed jagħmel it-talba;

(b)  id-deżinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT;

(c)  deskrizzjoni tal-karattersitiċital-karatteristiċi li ġew introdotti jew modifikati, inkluża informazzjoni dwar it-teknika użata jew it-tekniki użati biex tinkiseb il-karatteristika jew jinkisbu l-karatteristiċi u inkluż żvelar tas-sekwenza tal-modifikazzjoni ġenetika; [Em. 38]

(ca)   kwalunkwe privattiva jew applikazzjoni pendenti għal privattiva li tkopri l-pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 kollha jew parti minnha; [Em. 253]

(d)  kopja tal-istudji li jkunu twettqu u kwalunkwe materjal ieħor disponibbli biex jintwera li:

(i)  il-pjanta hija pjanta tal-NGT, inkluż li ma fiha l-ebda materjal ġenetiku li joriġina minn barra l-ġabra tal-ġeni tan-nissielagħal finijiet ta’ tnissil konvenzjonali fejn tali materjal ġenetiku jkun iddaħħal temporanjament matul l-iżvilupp tal-pjanta, f’konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni speċifikati fl-att ta’ implimentazzjonidelegat adottat f’konformità mal-Artikolu 276(11a), il-punt (a); [Em. 39]

(ii)  il-pjanta tal-NGT tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness I, mill-inqas waħda mill-karatteristiċi fl-Anness III, il-Parti 1 u l-kriterji ta’ esklużjoni tal-Anness III, il-Parti 2; [Em. 40]

(da)   id-denominazzjoni tal-varjetà; [Em. 41]

(e)  fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, indikazzjoni tal-Istati Membri li fihom min jagħmel it-talba jkollu l-ħsieb li jwettaq ir-rilaxx intenzjonat;

(f)  identifikazzjoni tal-partijiet tat-talba għall-verifika u ta’ kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li min jagħmel it-talba jitlob li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli, skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għall-verifika ma’ min jagħmel it-talba mingħajr dewmien żejjed, u tiddikjara d-data li fiha waslet. Għandha tagħmel it-talba disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

5.  Jekk it-talba għall-verifika ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa, din għandha tiġi ddikjarata inammissibbli mill-awtorità kompetenti fi żmien 30 jum tax-xogħol sad-data tal-wasla ta’ talba għall-verifika. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lil min jagħmel it-talba, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed dwar l-inammissibbiltà tat-talba għall-verifika u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

6.  Jekk it-talba għall-verifika ma titqiesx inammissibbli f’konformità mal-paragrafu 5, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk il-pjanta tal-NGT tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Anness I u tħejji rapport ta’ verifika fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-verifika. L-awtorità kompetenti tista’, meta jkun xieraq, tikkonsulta mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) waqt it-tħejjija tar-rapport ta’ verifika. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel ir-rapport ta’ verifika disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. [Em. 42]

7.  L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni jistgħu jikkummentawjressqu oġġezzjonijiet motivati dwar ir-rapport ta’ verifika, fir-rigward tal-ilħuq tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, fi żmien 20 jum mid-data tal-wasla ta’ dak ir-rapport. Tali oġġezzjonijiet motivati għandhom jirreferu biss għall-kriterji stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness II u għandhom jinkludu ġustifikazzjoni xjentifika. [Em. 43]

8.  Fin-nuqqas ta’ kummentioġġezzjonijiet xjentifiċi motivati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, fi żmien 10 jiem tax-xogħol mill-iskadenzal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 7, l-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun ħejjiet ir-rapport ta’ verifika għandha tadotta deċiżjoni li tiddikjara jekk l-pjanta tal-NGT hijiex pjanta tal-NGT tal-kategorija 1. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tibgħat id-deċiżjoni mingħajr dewmien żejjedfi żmien 10 ijiem tax-xogħol lil min jagħmel it-talba, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. [Em. 311]

9.  F’każijiet fejn isir kummentissir oġġezzjoni motivata minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti li tkun ħejjiet ir-rapport ta’ verifika għandha tibgħat il-kumment(i) lill-Kummissjonitagħmel l-oġġezzjonijiet motivati pubblikament disponibbli mingħajr dewmien żejjed. [Em. 45]

10.  Il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”), għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li tiddikjara jekk il-pjanta tal-NGT hijiex pjanta tal-kategorija 1 tal-NGT fi żmien 45 jum tax-xogħol mid-data li fiha tirċievi l-kumment(i)l-oġġezzjonijiet motivati, filwaqt li tqis dawn tal-aħħar. Id-deċiżjoni għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2). [Em. 46]

11.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 8 u 10 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Proċedura ta’ verifika tal-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 qabel it-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-NGT

1.  Meta ma tkunx diġà saret dikjarazzjoni tal-istatus tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’konformità mal-Artikolu 6, biex tinkiseb tali dikjarazzjoni qabel ma jitqiegħed fis-suq prodott tal-NGT, il-persuna li jkollha l-ħsieb li tqiegħed il-prodott fis-suq għandha tissottometti talba għall-verifika lill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 2 u mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (b).

2.  It-talba għall-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità f’konformità mal-formati standard tad-data, fejn dawn ikunu jeżistu, skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u għandha tinkludi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002:

(a)  l-isem u l-indirizz ta’ min qed jagħmel it-talba;

(b)  id-deżinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT;

(ba)   id-denominazzjoni tal-varjetà; [Em. 48]

(c)  deskrizzjoni tal-karattersitiċital-karatteristiċi li ġew introdotti jew modifikati, inkluża informazzjoni dwar it-teknika użata jew it-tekniki użati biex tinkiseb il-karatteristika jew jinkisbu l-karatteristiċi u inkluż żvelar tas-sekwenza tal-modifikazzjoni ġenetika; [Em. 49]

(d)  kopja tal-istudji li jkunu twettqu u kwalunkwe materjal ieħor disponibbli biex jintwera li:

(i)  il-pjanta hija pjanta tal-NGT, inkluż li ma fiha l-ebda materjal ġenetiku li joriġina minn barra l-ġabra tal-ġeni tan-nissiela fejn tali materjal ġenetiku jkun iddaħħal temporanjament matul l-iżvilupp tal-pjanta, f’konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (a);

(ii)  il-pjanta tal-NGT tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

(da)   pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali; [Em. 260]

(e)  identifikazzjoni tal-partijiet tat-talba għall-verifika u ta’ kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li min jagħmel it-talba jitlob li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli, skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

3.  L-Awtorità għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għall-verifika ma’ min jagħmel it-talba mingħajr dewmien, u tiddikjara d-data li fiha waslet. Għandha tagħmel it-talba għall-verifika disponibbli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed u tippubblika t-talba għall-verifika, l-informazzjoni ta’ sostenn rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari pprovduta minn min jagħmel it-talba, f’konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, wara li titħalla barra kwalunkwe informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali f’konfrmità mal-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

4.  Jekk it-talba għall-verifika ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa, din għandha tiġi ddikjarata inammissibbli mill-Awtorità fi żmien 30 jum tax-xogħol sad-data tal-wasla ta’ talba għall-verifika. L-Awtorità għandha tinforma lil min jagħmel it-talba, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed dwar l-inammissibbiltà tat-talba għall-verifika u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

5.  Jekk it-talba għall-verifika ma titqiesx inammissibbli f’konformità mal-paragrafu 4, l-Awtorità toħroġ stqarrija dwar jekk il-pjanta tal-NGT tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Anness I fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-verifika. L-Awtorità għandha tagħmel disponibbli d-dikjarazzjoni għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. L-Awtorità, f’konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika d-dikjarazzjoni tagħha, wara li tħalli barra kwalunkwe informazzjoni li tkun ġiet identifikata bħala kunfidenzali f’konformità mal-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

6.  Il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li tiddikjara jekk il-pjanta tal-NGT hijiex pjanta tal-kategorija 1 tal-NGT fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data li fiha l-Awtorità tirċievi d-dikjarazzjoni, filwaqt li tqis din tal-aħħar. Id-deċiżjoni għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2).

7.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tad-deċiżjonid-deċiżjoni finali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tippubblika, f’paġna web iddedikata u disponibbli għall-pubbliku, l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u l-oġġezzjonijiet motivati msemmija fl-Artikolu 6. [Em. 50]

Artikolu 8

Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmantni sistema elettronika għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-verifika f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 u għall-iskambju tal-informazzjoni taħt dan it-Titolu.

Artikolu 9

Bażi tad-data tad-deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmantni bażi tad-data li telenka d-deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-istatus tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1 adottati f’konformità mal-Artikolu 6(8) u (10) u l-Artikolu 7(6).

Il-bażi tad-data għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-isem u l-indirizz ta’ min qed jagħmel it-talba;

(b)  id-deżinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 1; [Em. 51]

(ba)   id-denominazzjoni tal-varjetà; [Em. 52]

(c)  deskrizzjoni fil-qosor tat-teknika/i użata/i biex tinkiseb il-modifikazzjoni ġenetika;

(d)  deskrizzjoni tal-karattersitiċi li ġew introdotti jew modifikati;

(e)  numru ta’ identifikazzjoni, u

(ea)   jekk tkun ġiet mogħtija, l-opinjoni jew id-dikjarazzjoni tal-EFSA, kif imsemmija fl-Artikolu 6(10) u l-Artikolu 7(5); kif ukoll [Em. 53]

(f)  id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(8) jew (10), u fl-Artikolu 7(6), kif xieraq.

2.  Il-bażi tad-data għandha tkun disponibbli pubblikament, u f’format online. [Em. 54]

Artikolu 10

Tikkettar tal-materjal riproduttiv tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 1, inkluż il-materjal tat-tnissil

Il-materjalIl-pjanti tal-NGT tal-Kategorija 1, il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn pjanta/i tal-NGT tal-kategorija 1 u materjal riproduttiv tal-pjanti, inkluż għal finijiet ta’ tnissil u għal finijiet xjentifiċi, li fih jew jikkonsisti minn pjanta/i tal-NGT tal-kategorija 1 u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ partijiet terzi, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas, għandu jkollu tikketta li tindika l-kliem “NGT kat 1”Tekniki Ġenomiċi Ġodda”. Fil-każ tal-materjal riproduttiv tal-pjanti, dan għandu jkun segwit min-numru ta’ identifikazzjoni tal-pjanta/i tal-NGT li minnha/minnhom ikun ġie derivat. [Em. 264]

It-traċċabbiltà bbażata fuq dokumenti xierqa għall-NGTs għandha tiġi pprovduta bit-trażmissjoni u ż-żamma ta’ informazzjoni li prodotti jkun fihom jew jikkonsistu minn pjanti u prodotti tal-NGT, u l-kodiċijiet uniċi għal dawk l-NGTs, f’kull stadju tat-tqegħid fis-suq tagħhom. [Em. 265]

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

1.  Dak li jagħmel it-talba msemmi fl-Artikoli 6 u 7 jista’ jissottometti talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew lill-Awtorità, kif xieraq, biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa taħt dan it-Titolu jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli, f’konformità mal-paragrafi 3 u 6.

2.  L-awtorità kompetenti jew l-Awtorità, kif xieraq, għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-awtorità kompetenti jew l-Awtorità, kif xieraq, tista’ tagħti trattament kunfidenzjali biss fir-rigward tal-punti ta’ informazzjoni li ġejjin, wara ġustifikazzjoni verifikabbli, fejn min jagħmel it-talba juri li d-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

(a)  l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b)  l-informazzjoni dwar is-sekwenza tad-DNA; u

(c)  ix-xejriet ta’ tnissil u l-istrateġiji.

4.  L-awtorità kompetenti jew l-Awtorità, kif xieraq, għandha, wara konsultazzjoni ma’ min jagħmel it-talba, tiddeċiedi liema informazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u għandha tinforma lil min jagħmel it-talba bid-deċiżjoni tagħha.

5.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni kunfidenzjali nnotifikata jew skambjata skont dan il-Kapitolu ma ssirx disponibbli għall-pubbliku.

6.  Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 39e u 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis.

7.  F’każ ta’ rtirar tat-talba għall-verifika minn min jagħmel it-talba, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kif mogħtija mill-awtorità kompetenti jew l-Awtorità f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Meta l-irtirar tat-talba għall-verifika jseħħ qabel ma l-awtorità kompetenti jew l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar it-talba rilevanti għall-kunfidenzjalità, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.

Artikolu 11a

Irtirar tad-deċiżjoni

Jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ juru li jkun hemm riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew jekk data xjentifika ġdida tappoġġa din l-ipoteżi, l-awtorità kompetenti tista’ tirtira d-deċiżjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 6(8) jew id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(5). Id-deċiżjoni ta’ rtirar trid tintbagħat bil-posta rreġistrata lill-benefiċjarju tad-deċiżjoni, li għandu 15-il ġurnata li fihom jista’ jagħmel osservazzjonijiet. F’dak il-każ, il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanta jew tal-prodott tal-NGT għandha tkun ipprojbita mill-jum ta’ wara d-data li tasal l-ittra rreġistrata. [Em. 266]

KAPITOLU III

Pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u prodotti tal-NGT tal-kategorija 2

Artikolu 12

Status tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u tal-prodotti tal-kategorija 2 tal-NGT

Ir-regoli li japplikaw għall-OĠM fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sa fejn ma hemmx deroga għalihom f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u għall-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2.

TAQSIMA 1

Rilaxx intenzjonat ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 għal kwalunkwe fini ieħor għajr għat-tqegħid fis-suq

Artikolu 13

Kontenut tan-notifika msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/18/KE

Fir-rigward tar-rilaxx intenzjonat ta’ pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 għal kwalunkwe fini ieħor għajr it-tqegħid fis-suq, in-notifika msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/18/KE għandha tinkludi:

(a)  l-isem u l-indirizz tan-notifikatur;

(b)  kopja tal-istudji li jkunu twettqu u kwalunkwe materjal ieħor disponibbli biex jintwera li l-pjanta hija pjanta tal-NGT, inkluż li ma fiha l-ebda materjal ġenetiku li joriġina minn barra l-ġabra tal-ġeni tan-nissiela fejn tali materjal ġenetiku jkun iddaħħal temporanjament matul l-iżvilupp tal-pjanta, f’konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (a);

(c)  dossier tekniku li jagħti l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II neċessarja biex titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali ta’ rilaxx intenzjonat ta’ pjanta tal-NGT jew kombinament ta’ pjanti tal-NGT:

(i)  informazzjoni ġenerali inkluża informazzjoni dwar il-persunal u t-taħriġ;

(ii)  l-informazzjoni relatata mal-pjanta/i tal-NGT tal-kategorija 2;

(iii)  l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tar-rilaxx u l-ambjent potenzjali li jirċievi;

(iv)  l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet bejn il-pjanta/i tal-NGT tal-kategorija 2 u l-ambjent;

(v)  pjan għall-monitoraġġ sabiex jiġu identifikati l-effetti tal-pjanta/i tal-NGT tal-kategorija 2 fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent;

(vi)  fejn rilevanti, l-informazzjoni fuq il-kontroll, il-metodi ta’ rimedji, it-trattament tal-iskart u l-pjanijiet ta’ rispons għal emerġenza;

(vii)  identifikazzjoni tal-partijiet tan-notifika u ta’ kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li n-notifikatur jitlob li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli, skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18;

(viii)  sommarju tad-dossier;

(d)  il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali mwettqa f’konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II u mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (c).

TAQSIMA 2

Tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 għajr l-ikel jew l-għalf

Artikolu 14

Kontenut tan-notifika msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/18/KE

1.  Fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 għajr l-ikel u l-għalf, in-notifika msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandu jkun fiha:

(a)  l-isem u l-indirizz tan-notifikatur u tar-rappreżentant tiegħu stabbilit fl-Unjoni (jekk in-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni);

(b)  id-deżinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 2;

(c)  il-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika:

(i)  il-kultivazzjoni;

(ii)  użi oħra (li għandhom jiġu speċifikati fin-notifika);

(d)  kopja tal-istudji li jkunu twettqu u kwalunkwe materjal ieħor disponibbli biex jintwera li l-pjanta hija pjanta tal-NGT, inkluż li ma fiha l-ebda materjal ġenetiku li joriġina minn barra l-ġabra tal-ġeni tan-nissiela fejn tali materjal ġenetiku jkun iddaħħal temporanjament matul l-iżvilupp tal-pjanta, f’konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27(a);

(e)  il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali mwettqa f’konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II u mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (c);

(f)  il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodott, inklużi kundizzjonijiet speċifiċi ta’ użu u mmaniġġar;

(g)  b’referenza għall-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2001/18/KE, perjodu propost għall-kunsens, li jenħtieġ li ma jeċċedix l-10 snin;

(h)  fejn xieraq, pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti fuq l-ambjent f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE, inkluża proposta dwar kemm se jdum il-pjan ta’ monitoraġġ; dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jkun differenti mill-perjodu propost għall-kunsens. Jekk, abbażi tar-riżultati ta’ kwalunkwe rilaxx notifikat f’konformità mat-Taqsima 1, is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, il-karatteristiċi tal-pjanta tal-NGT, il-karatteristiċi u l-iskala tal-użu mistenni tagħha u l-karatteristiċi tal-ambjent li jirċievi, f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (d), in-notifikatur iqis li l-pjanta tal-NGT ma teħtieġx pjan ta’ monitoraġġ, in-notifikatur jista’ jipproponi li ma jissottomettix pjan ta’ monitoraġġ;

(i)  proposta għat-tikkettar li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt A.8. tal-Anness IV tad-Direttiva 2001/18/KE, l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 u l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament;

(j)  l-ismijiet kummerċjali proposti tal-prodotti u l-ismijiet tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 li jinsabu fihom, u proposta għal identifikatur uniku għall-pjanta tal-NGT tal-kategorija 2, żviluppata f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004((32)). Wara l-kunsens, kwalunkwe isem kummerċjali ġdid jenħtieġ li jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti;

(k)  deskrizzjoni ta’ kif il-prodott huwa maħsub li jintuża. Għandhom jiġu enfasizzati differenzi fl-użu jew fil-ġestjoni ta’ dak il-prodott meta mqabbel ma’ prodotti simili mhux ġenetikament modifikati,

(l)  il-metodi għat-teħid tal-kampjuni (inklużi r-referenzi għall-metodi ta’ teħid tal-kampjuni uffiċjali jew standardizzati eżistenti), is-sejba, l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT. F’każijiet fejn ma jkunx fattibbli li jiġi pprovdut metodu analitiku li jsib, jidentifika u jikkwantifika, jekk debitament iġġustifikat min-notifikatur, il-modalitajiet għall-konformità mar-rekwiżiti tal-metodu analitiku għandhom jiġu adattati kif speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (e), u l-gwida msemmija fl-Artikolu 29(2);

(m)  il-kampjuni tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 u l-kampjuni ta’ kontroll tagħhom, u l-informazzjoni dwar il-post fejn jista’ jinkiseb aċċess għall-materjal ta’ referenza;

(n)  fejn applikabbli, l-informazzjoni li għandha tingħata għall-fini tal-konformità mal-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

(o)  identifikazzjoni tal-partijiet tan-notifika u ta’ kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li n-notifikatur jitlob li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli, skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(p)  sommarju tad-dossier f’forma standardizzata.

2.  In-notifikant jinkludi f’din in-notifika informazzjoni dwar data jew rizultati minn rilaxxi tal-istesss pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 jew l-istess kombinament ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 notifikati qabel jew issa u/jew li saru min-notifikatur jew ġewwa jew barra l-Unjoni.

3.  L-awtorità kompetenti li tħejji r-rapport ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/18/KE għandha teżamina n-notifika għall-konformità mal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-monitoraġġ

Il-kunsens bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE għandu jew jispeċifika r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ, kif deskritt fl-Artikolu 19(3), il-punt (f) jew jiddikjara li l-monitoraġġ ma huwiex meħtieġ. L-Artikolu 17(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2001/18/KE ma għandux japplika jekk il-monitoraġġ ma jkunx meħtieġ b’kunsens.

Artikolu 16

Tikkettar f’konformità mal-Artikolu 23

Minbarra l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-kunsens bil-miktub għandu jispeċifika t-tikkettar f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament. [Em. 56]

Artikolu 17

Durata tal-validità tal-kunsens wara t-tiġdid

1.  Il-kunsens mogħti skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE għandu, wara l-ewwel tiġdid f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2001/18/KE, ikun validu għal perjodu mingħajr limitu, sakemm id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(6) jew (8) ma tipprevedix li t-tiġdid huwa għal perjodu limitat, għal raġunijiet ġustifikati bbażati fuq is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont dan ir-Regolament u fuq l-esperjenza bl-użu, inklużi r-riżultati tal-monitoraġġ, jekk dan ikun speċifikat fil-kunsens.

2.  L-aħħar sentenza fl-Artikolu 17(6) u (8) tad-Direttiva 2001/18/KE ma għandhiex tapplika.

2a.   Jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ juru li hemm riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew jekk data xjentifika ġdida tappoġġa din l-ipoteżi, l-awtorità kompetenti tista’ tirtira d-deċiżjoni tagħha. Id-deċiżjoni ta’ rtirar trid tintbagħat bil-posta rreġistrata lill-benefiċjarju tad-deċiżjoni, li għandu 15-il ġurnata li matulhom jista’ jagħmel osservazzjonijiet. F’dak il-każ, il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanta jew tal-prodott tal-NGT għandha tkun ipprojbita mill-jum ta’ wara d-data li tasal l-ittra rreġistrata. [Em. 268]

TAQSIMA 3

Tqegħid fis-suq ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 għall-użu fl-ikel jew fl-għalf u ta’ ikel u għalf tal-NGT tal-kategorija 2

Artikolu 18

Ambitu

Din it-Taqsima għandha tapplika għal:

(a)  pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 għall-użu fl-ikel jew għall-użu fl-għalf;

(b)  ikel li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott minn pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 jew li fih ingredjenti prodotti minn pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 (“ikel tal-NGT tal-kategorija 2”);

(c)  għalf li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott minn pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 (“għalf tal-NGT tal-kategorija 2”).

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

1.  B’deroga mill-Artikoli 5(3), il-punt (e), u 17(3), il-punt (e), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 għall-użu fl-ikel jew fl-għalf, jew ta’ ikel jew għalf tal-NGT tal-kategorija 2, għandha tkun akkumpanjata minn kopja tal-istudji, inklużi, fejn disponibbli, studji indipendenti u rieżaminati bejn il-pari, li jkunu twettqu u kwalunkwe materjal ieħor disponibbli biex jintwera li:

(a)  il-pjanta hija pjanta tal-NGT, inkluż li ma fiha l-ebda materjal ġenetiku li joriġina minn barra l-ġabra tal-ġeni tan-nissiela fejn tali materjal ġenetiku jkun iddaħħal temporanjament matul l-iżvilupp tal-pjanta, f’konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (a);

(b)  l-ikel jew l-għalf jikkonforma mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 4(1) jew fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rispettivament, abbażi ta’ valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel jew tal-għalf imwettqa f’konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (c).

2.  B’deroga mill-Artikoli 5(3), il-punt (i), u 17(3), il-punt (i), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metodi għat-teħid ta’ kampjuni (inklużi referenzi għal metodi ta’ teħid tal-kampjuni uffiċjali jew standardizzati eżistenti), sejba, identifikazzjoni u kwantifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT u, fejn applikabbli, sejba u identifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT fl-ikel jew fl-għalf tal-NGT.

F’każijiet fejn ma jkunx fattibbli li jiġi pprovdut metodu analitiku li jsib, jidentifika u jikkwantifika, jekk debitament iġġustifikat mill-applikant jew konkluż mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 matul il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(4), il-modalitajiet għall-konformità mar-rekwiżiti tal-metodu analitiku għandhom jiġu adattati kif speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (e) u l-gwida msemmija fl-Artikolu 29(2);

3.  B’deroga mill-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fil-każ ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 jew ikel jew għalf li fihom jew li jikkonsistu minn pjanti tal-NGT tal-kategorija 2, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll minn:

(a)  il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali mwettqa f’konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II u mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (c);

(b)  fejn xieraq, pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti fuq l-ambjent f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE, inkluża proposta dwar kemm se jdum il-pjan ta’ monitoraġġ. Dan il-perjodu jista’ jkun differenti mill-perjodu tal-awtorizzazzjoni. Jekk, abbażi tar-riżultati ta’ kwalunkwe rilaxx notifikat f’konformità mat-Taqsima 1, is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, il-karatteristiċi tal-pjanta tal-NGT, il-karatteristiċi u l-iskala tal-użu mistenni tagħha u l-karatteristiċi tal-ambjent li jirċievi, f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 27, il-punt (d), l-applikant iqis li l-pjanta tal-NGT ma teħtieġx pjan ta’ monitoraġġ, l-applikant jista’ jipproponi li ma jissottomettix pjan ta’ monitoraġġ.

4.  L-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll proposta għat-tikkettar f’konformità mal-Artikolu 23.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-opinjoni tal-Awtorità

1.  B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2) u mill-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida.

Meta l-Awtorità jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali jew il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel jew tal-għalf skont l-Artikolu 6(3), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 18(3), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tqis li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali, l-Awtorità, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali permezz tal-Awtorità, għandha titlob lill-applikant jissottometti dik l-informazzjoni f’limitu ta’ żmien speċifikat. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 6 xhur għandu jiġi estiż b’dak il-perjodu addizzjonali. L-estensjoni ma għandhiex taqbeż 6 xhur sakemm ma tkunx iġġustifikata min-natura tad-data mitluba jew minn ċirkostanzi eċċezzjonali.

2.  Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-Awtorità għandha tivverifika jekk id-dettalji u d-dokumenti kollha ppreżentati mill-applikant humiex konformi mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament.

3.  B’deroga mill-Artikolu 6(3), il-punt (d) u l-Artikolu 18(3), il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-Awtorità għandha tibgħat lil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 id-dettalji msemmija fl-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 5(3), il-punt (j), u l-Artikolu 17(3), il-punt (j), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

4.  Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni għandu jittestja u jivvalida l-metodu ta’ sejba, identifikazzjoni u kwantifikazzjoni propost mill-applikant f’konformità mal-Artikolu 19(2) jew jivvaluta jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant tiġġustifikax. Jekk l-applikant jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ modalitajiet adattati għall-konformità mar-rekwiżiti tal-metodu ta’ detezzjoni, il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni għandu jwettaq ir-riċerka u l-analiżijiet tiegħu stess ħalli jikkonferma n-nuqqas ta’ fattibbiltà ddikkjarata. msemmi F’dak il-paragrafuil-każ, id-deċiżjoni tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni għandha tkun immotivata u ssir disponibbli għall-pubbliku. [Em. 228]

5.  B’deroga mill-Artikolu 6(5), il-punt (f), u l-Artikolu 18(5), il-punt (f), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fil-każ ta’ opinjoni favur l-awtorizzazzjoni tal-ikel jew tal-għalf, l-opinjoni għandha tinkludi wkoll:

(a)  il-metodu, ivvalidat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni, għas-sejba, inkluż it-teħid ta’ kampjuni, u, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT u s-sejba u l-identifikazzjoni tal-pjanta tal-NGT fl-ikel jew fl-għalf tal-NGT, u ġustifikazzjoni ta’ kwalunkwe adattament tal-metodu fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(2), is-subparagrafu 2;

(b)  indikazzjoni ta’ fejn jista’ jiġi aċċessat materjal ta’ referenza xieraq.

6.  Minbarra d-dettalji msemmija fl-Artikolu 6(5)(d) u fl-Artikolu 18(5), il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-opinjoni għandha tinkludi wkoll proposta għat-tikkettar f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Durata tal-validità tal-awtorizzazzjoni wara t-tiġdid

B’deroga mill-Artikolu 11(1) u mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, wara l-ewwel tiġdid, l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal perjodu mingħajr limitu, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix li ġġedded l-awtorizzazzjoni għal perjodu limitat, għal raġunijiet ġustifikati bbażati fuq is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont dan ir-Regolament u fuq l-esperjenza bl-użu, inklużi r-riżultati tal-monitoraġġ, jekk dan ikun speċifikat fl-awtorizzazzjoni.

Jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ juru li jkun hemm riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew jekk data xjentifika ġdida tappoġġa din l-ipoteżi jew jekk l-awtorità kompetenti tista’ tirtira d-deċiżjoni tagħha. Id-deċiżjoni ta’ rtirar trid tintbagħat bil-posta rreġistrata lill-benefiċjarju tad-deċiżjoni, li għandu 15-il ġurnata li fihom jista’ jagħmel osservazzjonijiet. F’dak il-każ, il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanta jew tal-prodott tal-NGT għandha tkun ipprojbita mill-jum ta’ wara d-data li tasal l-ittra rreġistrata. [Em. 270]

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u għall-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2

Artikolu 22

Inċentivi għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u għall-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 li fihom karatteristiċi rilevanti għas-sostenibbiltà

1.  L-inċentivi f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u għall-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2, fejn mill-inqas waħda mill-karatteristiċi maħsubaintenzjonati tal-pjanta tal-NGT ipprovduti mill-modifikazzjoni ġenetika tkun tinsab fil-Parti 1 tal-Anness IIIfl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE/...)(33) u ma jkollha l-ebda karatteristika msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. [Em. 57]

2.  L-inċentivi li ġejjin għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi f’konformità mal-Artikoli 5 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 flimkien mal-Artikolu 19:

(a)  b’deroga mis-subtaqsima (1) tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni fi żmien 4 xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida, sakemm il-kumplessità tal-prodott ma tkunx teħtieġ l-applikazzjoni tat-terminu msemmi fl-Artikolu 20(1). Il-limitu ta’ żmien għandu jkun jista’ jiġi estiż skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1), is-subtaqsima (2);

(b)  Meta l-applikant ikun SME, dan għandu jkun eżentat mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni u lin-Network Ewropew tal-Laboratorji OĠM imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

3.  Il-parir ta’ qabel is-sottomissjoni li ġej għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Anness II għandu, flimkien mal-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, japplika qabel in-notifiki sottomessi f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/18/KE flimkien mal-Artikolu 14 u għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi f’konformità mal-Artikoli 5 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 flimkien mal-Artikolu 19:

(a)  il-persunal tal-Awtorità għandu, fuq talba ta’ applikant jew notifikatur potenzjali, jagħti parir dwar ipoteżijiet tar-riskju plawżibbli li l-applikant jew in-notifikatur potenzjali jkun identifika abbażi tal-proprjetajiet ta’ pjanta, prodott jew pjanta jew prodott ipotetiċi, li jeħtieġ li jiġu indirizzati billi tiġi pprovduta l-informazzjoni taħt il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II. Madankollu, il-parir ma għandux ikopri t-tfassil tal-istudji biex jiġu indirizzati l-ipoteżijiet tar-riskji;

(b)  fejn l-applikant jew in-notifikatur potenzjali jkun SME, dan jista’ jinnotifika lill-Awtorità dwar kif ikun biħsiebu jindirizza l-ipoteżijiet tar-riskji plawżibbli msemmija fil-punt (a) li jkun identifika abbażi tal-proprjetajiet ta’ pjanta, prodott jew pjanta jew prodott ipotetiċi, inkluż it-tfassil tal-istudji li jkun biħsiebu jwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II. L-Awtorità għandha tipprovdi pariri dwar l-informazzjoni notifikata, inkluż dwar it-tfassil tal-istudji.

4.  Il-parir ta’ qabel is-sottomissjoni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  għandu jkun mingħajr preġudizzju u mingħajr impenn fir-rigward ta’ kwalunkwe valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet jew tan-notifiki mill-Bord dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati tal-Awtorità. Il-persunal tal-Awtorità li jipprovdi l-parir ma għandu jkun involut fl-ebda ħidma xjentifika jew teknika preparatorja li tkun direttament jew indirettament rilevanti għall-applikazzjoni jew in-notifika li hija s-suġġett tal-parir;

(b)  għal notifiki potenzjali f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/18/KE flimkien mal-Artikolu 14 u għal applikazzjonijiet potenzjali skont l-Artikoli 5 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 flimkien mal-Artikolu 19 dwar pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 li għandha tintuża bħala żrieragħ jew materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor, il-parir ta’ qabel is-sottomissjoni għandu jiġi pprovdut mill-Awtorità flimkien, jew f’kollaborazzjoni mill-qrib, mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li lilu se tiġi ppreżentata n-notifika jew l-applikazzjoni;

(c)  l-Awtorità għandha tippubblika mingħajr dewmien sommarju tal-parir ta’ qabel is-sottomissjoni ladarba applikazzjoni jew notifika tkun tqieset valida. L-Artikolu 38(1a) għandu japplika mutatis mutandis;

(d)  applikanti jew notifikaturi potenzjali li juru li huma SME jistgħu jitolbu l-parir ta’ qabel is-sottomissjoni msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a), f’punti ta’ żmien differenti.

5.  Kwalunkwe talba għall-inċentivi għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità fiż-żmien tat-talba għall-parir imsemmi fil-paragrafu 3 jew l-applikazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 flimkien mal-Artikolu 19, u għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-karatteristika/ċi maħsuba li jingħataw mill-modifikazzjoni ġenetika tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)  fejn applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-applikant jew in-notifikatur (potenzjali) huwa SME;

(c)  għall-fini tal-paragrafu 3, informazzjoni dwar l-aspetti elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II sa fejn tkun diġà tista’ tiġi pprovduta u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

6.  L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandhom japplikaw għall-informazzjoni sottomessa skont dan l-artikolu lill-Awtorità, kif xieraq.

7.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafi (3) sa (6).

8.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 li jemendaw il-lista ta’ karatteristiċi tal-pjanti tal-NGT stabbilita fl-Anness III sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u teknoloġiku u għal evidenza ġdida relatata mal-impatt fuq is-sostenibbiltà ta’ dawk il-karatteristiċi, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-Kummissjoni għandha tqis il-monitoraġġ tal-impatti ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 30(3);

(b)  il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami aġġornat tal-letteratura xjentifika dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika tal-karatteristika/ċi li jkollha l-ħsieb li żżid jew tħassar mil-lista fl-Anness III;

(c)  fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ li jkun twettaq f’konformità mal-Artikolu 14, il-punt (h), jew l-Artikolu 19(3) ta’ pjanti tal-NGT li jkunu qed iżommu l-karatteristika/ċi mogħtija mill-modifikazzjoni ġenetika tagħhom.

Artikolu 23

Tikkettar tal-prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 awtorizzati

Minbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/18/KE, l-Artikoli 12, 13, 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u l-Artikolu 4(6) sa (7) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, it-tikkettar ta’ prodotti tal-NGT tal-kategorija 2 awtorizzati jista’ jsemmi wkoll il-karatteristika/ċi mogħtija mill-modifikazzjoni ġenetika, kif speċifikat fil-kunsens jew fl-awtorizzazzjoni skont it-Taqsimiet 2 jew 3 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Miżuri biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ pjanti tal-NGT tal-kategorija 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 fi prodotti mhux soġġetti għad-Direttiva 2001/18 jew għar-Regolament 1829/2003.

Artikolu 25

Kultivazzjoni

L-Artikolu 26b tad-Direttiva 2001/18/KE ma għandux japplika għall-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(11a) u l-Artikolu 22(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 59]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(3), l-Artikolu 6(11a) u l-Artikolu 22(8) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 60]

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet((34)).

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 6(11a) u l-Artikolu 22(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 61]

Artikolu 27

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:

(a)   l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li pjanta hija pjanta tal-NGT; [Em. 62]

(b)   it-tħejjija u l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-verifika msemmija fl-Artikoli 6 u 7; [Em. 63]

(c)  il-metodoloġija u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u l-valutazzjonijiet tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf tal-NGT tal-kategorija 2, f’konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;

(d)  l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 19, inklużi regoli dwar it-tħejjija u l-preżentazzjoni tan-notifika jew tal-applikazzjoni;

(e)  modalitajiet adattati għall-konformità mar-rekwiżiti tal-metodu analitiku msemmija fl-Artikolu 14(1), il-punt (l), u l-Artikolu 19(2).

Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3).

Artikolu 28

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 182/2011.

Artikolu 29

Gwida

1.  Qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tippubblika gwida dettaljata biex tgħin lin-notifikatur jew lill-applikant fit-tħejjija u fil-preżentazzjoni tan-notifiki u tal-applikazzjoni msemmija fil-Kapitoli II u III u għall-implimentazzjoni tal-Anness II.

2.  Qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Ikel u l-Għalf Ġenetikament Modifikati stabbilit skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, assistit min-Network Ewropew tal-Laboratorji OĠM, għandu jippubblika gwida dettaljata biex jgħin lin-notifikatur jew lill-applikant għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1), il-punt (l) u l-Artikolu 19(2).

Artikolu 30

Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni

1.  Mhux aktar kmieni minn 3 snin wara li tiġi adottata l-ewwel deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 6(8) jew (10) jew l-Artikolu 7(6) jew f’konformità mat-Taqsimiet 2 jew 3 tal-Kapitolu III, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, imbagħad kull 5 snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  Ir-rapport għandu jidentifika u jindirizza wkoll kwalunkwe kwistjoni etika li tkun irriżultatfir-rigward tal-bijodiversità u s-saħħa tal-ambjent, tal-bniedem u tal-annimali, bidliet fil-prattiki agronomiċi kif ukoll kwistjonijiet etiċi li jistgħu jkunu irriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 64]

3.  Għall-fini tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandha tistabbilixxi, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva 2001/18/KE u mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, programm dettaljat għall-monitoraġġ, ibbażat fuq indikaturi, tal-impatt ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-effetti intenzjonati u mhux intenzjonati u l-effetti sistematiċi fuq l-ambjent, il-bijodiversità u l-ekosistemi. Dan għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ evidenza oħra. [Em. 65]

4.  Sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tal-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, fuq l-ambjent, fuq l-informazzjoni tal-konsumatur, fuq il-funzjonament tas-suq intern, u s-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5a.   Sa Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-rwol u l-impatt tal-privattivi fuq l-aċċess tan-nissiela u l-bdiewa għal materjal riproduttiv tal-pjanti varjat, kif ukoll dwar l-innovazzjoni u b’mod partikolari dwar l-opportunitajiet għall-SMEs. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet legali ulterjuri minbarra dawk previsti fl-Artikolu 4a u l-Artikolu 33a ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun xieraq biex jiġi żgurat l-aċċess tan-nissiela u l-bdiewa għal materjal riproduttiv tal-pjanti, id-diversità taż-żrieragħ u prezzijiet raġenevoli, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jindirizza aġġustamenti meħtieġa ulterjuri fil-qafas tal-proprjetà intellettwali. [Em. 66]

5b.   Sal-2024, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, li jevalwa l-ispeċifitajiet u l-ħtiġijiet għal setturi oħrajn mhux koperti f’din il-leġiżlazzjoni, bħall-mikroorganiżmi, inkluża proposta għal azzjoni politika ulterjuri. [Em. 67]

5c.   Kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kriterji ta’ ekwivalenza stabbiliti fl-Anness I u, jekk ikun meħtieġ, taġġornahom permezz ta’ att delegat kif imsemmi fl-Artikolu 5(3). [Em. 68]

Artikolu 31

Referenzi f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni

Fir-rigward tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2, ir-referenzi f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għall-Anness II jew għall-Anness III tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Rieżami amministrattiv

Kull deċiżjoni meħuda skont is-setgħat vestiti fl-Awtorità b’dan ir-Regolament, jew nuqqas ta’ eżerċizzju tagħhom, jistgħu jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew b’risposta għal talba minn Stat Membru jew minn persuna interessata direttament u individwalment.

Għalhekk għandha tiġi ppreżentata talba lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-jum li fih il-parti konċernata ssir taf bl-att jew ommissjoni inkwestjoni.

Il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni fi żmien xahrejn billi teħtieġ, jekk ikun xieraq, lill-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni tagħha jew tirrimedja n-nuqqas tagħha li taġixxi.

Artikolu 33

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/625

L-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/625 huwa emendat kif ġej:

(1)  fil-paragrafu 2, il-punt (a)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(ii) il-kultivazzjoni ta’ OĠM għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u l-applikazzjoni korretta tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13(2), il-punt (e), tad-Direttiva 2001/18/KE, fl-Artikolu 5(5), il-punt (b), u fl-Artikolu 17(5), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 14(1), il-punt (h), u fl-Artikolu 19(3), il-punt (b), tar-Regolament [referenza għal dan ir-Regolament];”

"

(2)  fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) il-kultivazzjoni ta’ OĠM għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u l-applikazzjoni korretta tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13(2), il-punt (e), tad-Direttiva 2001/18/KE u fl-Artikolu 5(5), il-punt (b), u fl-Artikolu 17(5), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 14(1), il-punt (h), u fl-Artikolu 19(3), il-punt (b), tar-Regolament [referenza għal dan ir-Regolament];.”

"

Artikolu 33a

Emendi għad-Direttiva 98/44/KE(35)

1.   L-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi huwa emendat kif ġej:

(a)   Fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

(c) Il-pjanti tal-NGT, il-materjal tal-pjanti, partijiet minnhom, l-informazzjoni ġenetika u l-karatteristiċi tal-proċess li jkun fihom, kif definit fir-Regolament (UE) .../... [ĠU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan ir-Regolament];

   (d) il-pjanti tal-NGT, il-materjal tal-pjanti, partijiet minnhom, l-informazzjoni ġenetika u l-karatteristiċi tal-proċess li jistgħu jinkisbu b’tekniki esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE kif elenkat fl-Anness 1B ta’ dik id-Direttiva.

"

(b)   jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:"

4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-esklużjonijiet mill-jedd għall-privattiva koperti mill-paragrafu 1.

"

2.   Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-protezzjoni kkonferita minn privattiva fuq materjal bijoloġiku li jippossjedi karatteristiċi speċifiċi b’riżultat tal-invenzjoni ma għandhiex testendi għal materjal bijoloġiku li jippossjedi l-istess karatteristiċi li jinkiseb b’mod indipendenti mill-materjal bijoloġiku bi privattiva u minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, jew għal materjal bijoloġiku miksub minn tali materjal permezz ta’ propagazzjoni jew moltiplikazzjoni.

"

3.   Fl-Artikolu 9, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

2. B’deroga mill-paragrafu 1, prodott mill-pjanti li jkun fih jew li jikkonsisti minn informazzjoni ġenetika miksuba permezz ta’ proċess tekniku bil-jedd għall-privattiva ma għandux ikun jista’ jingħata privattiva jekk ma jintgħarafx mill-prodotti tal-pjanti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn l-istess informazzjoni ġenetika miksuba minn proċess essenzjalment bijoloġiku.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-protezzjoni mogħtija minn privattiva fuq prodott li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn informazzjoni ġenetika ma għandhiex testendi għall-materjal tal-pjanti li fih il-prodott ikun inkorporat u li fih l-informazzjoni ġenetika tkun miżmuma u twettaq il-funzjoni tagħha, iżda li ma jkunx jista’ jintgħaraf minn materjal tal-pjanti miksub jew li jista’ jinkiseb permezz ta’ proċess essenzjalment bijoloġiku.

4.   Il-protezzjoni mogħtija minn privattiva fuq proċess tekniku li jippermetti l-produzzjoni ta’ prodott li jkun fih jew li jikkonsisti minn informazzjoni ġenetika ma għandhiex testendi għall-materjal tal-pjanti li fih il-prodott ikun inkorporat u li fih l-informazzjoni ġenetika tkun miżmuma u twettaq il-funzjoni tagħha iżda li ma jkunx distingwibbli mill-materjal tal-pjanti miksub jew li jista’ jinkiseb permezz ta’ proċess essenzjalment bijoloġiku. [Em. 69, 291cp1, 230/rev1 and 291cp3]

"

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu japplika minn [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-Artikolu 4a u l-Artikolu 33a għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ. [Em. 70]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Kriterji ta’ ekwivalenza tal-pjanti tal-NGT għall-pjanti konvenzjonali

Pjanta tal-NGT titqies ekwivalenti għal pjanti konvenzjonali meta tkun differenti mill-pjanta riċevitriċi/ġenitur b’mhux aktar minn 20 modifika ġenetika tat-tipi msemmijajekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin imsemmija fil-punti 1 sa 5, fi kwalunkwe similarità tas-sekwenza tal-kondiviżjoni tas-sekwenza tad-DNA mas-sit fil-mira li tista’ tiġi mbassra minn għodod bijoinformatiċi.u 1a: [Em. 71]

(1)  In-numru tal-modifikazzjonijiet ġenetiċi li ġejjin, li jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin, ma jaqbiżx tlieta għal kwalunkwe sekwenza ta’ mhux aktar minn 20 nukleotid;kodifikazzjoni tal-proteina filwaqt li jitqies li l-mutazzjonijiet fl-introni u s-sekwenzi regolatorji huma esklużi minn dan il-limitu:

(a)   is-sostituzzjoni jew l-inserzjoni ta’ mhux aktar minn 20 nukleotid;

(b)   it-tħassir ta’ kwalunkwe numru ta’ nukleotidi; [Em. 72]

(1a)  Il-modifikazzjonijiet ġenetiċi li ġejjin, li jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin, ma joħolqux proteina kimerika li ma tkunx preżenti fl-ispeċijiet mill-ġabra tal-ġeni għal finijiet ta’ tnissil jew ma tinterrompix ġene endoġenu;

(a)   inserzjoni mmirata ta’ sekwenzi kontinwi tad-DNA li jeżistu fil-ġabra tal-ġeni għal finijiet ta’ tnissil;

(b)   sostituzzjoni ta’ sekwenzi endoġeni ta’ DNA b’sekwenzi kontinwi tad-DNA li jeżistu fil-ġabra tal-ġeni għal finijiet ta’ tnissil;

(c)   inverżjoni jew trażlokazzjoni ta’ sekwenzi endoġeni kontinwi ta’ DNA li jeżistu fil-ġabra tal-ġeni għal finijiet ta’ tnissil. [Em. 73]

(2)   it-tħassir ta’ kwalunkwe numru ta’ nukleotidi; [Em. 74]

(3)   bil-kundizzjoni li l-modifika ġenetika ma tinterrompix ġene endoġenu:

(a)   inserzjoni mmirata ta’ sekwenza kontigwa tad-DNA li teżisti fl-aggregazzjoni tal-ġeni tan-nissiel;

(b)   sostituzzjoni mmirata ta’ sekwenza endoġena ta’ DNA b’sekwenza kontigwa tad-DNA li teżisti fl-aggregazzjoni tal-ġeni tan-nissiel; [Em. 75]

(4)   inverżjoni mmirata ta’ sekwenza ta’ kwalunkwe numru ta’ nukleotidi; [Em. 76]

(5)   kwalunkwe modifika mmirata oħra ta’ kwalunkwe daqs, bil-kundizzjoni li s-sekwenzi tad-DNA li jirriżultaw diġà jseħħu (possibbilment b’modifiki kif aċċettati skont il-punti (1) u/jew (2)) fi speċi mill-aggregazzjoni tal-ġeni tan-nissiela. [Em. 77]

ANNESS II

Valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u tal-ikel u tal-għalf tal-NGT tal-kategorija 2

Il-Parti 1 ta’ dan l-Anness tiddeskrivi l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti biex titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 imsemmija fl-Artikolu 13, il-punti (c) u (d), l-Artikolu 14(1), il-punt (e), u l-Artikolu 19(3), il-punt (a), u l-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf tal-NGT tal-kategorija 2 imsemmija fl-Artikolu 19(1), il-punt (b). Il-Parti 2 tiddeskrivi informazzjoni speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u l-Parti 3 tiddeskrivi informazzjoni speċifika għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf tal-NGT tal-kategorija 2.

Parti 1 – Prinċipji ġenerali u informazzjoni

Il-valutazzjoni ta’ riskju ambjentali għandha ssir f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

It-tip u l-ammont ta’ informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2001/18/KE u għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf tal-ikel u tal-għalf tal-NGT tal-kategorija 2 għandhom jiġu adattati għall-profil tar-riskju tagħhom. Fatturi li għandhom jitqiesu jinkludu:

(a)  il-karatteristiċi tal-pjanta tal-NGT, b’mod partikolari l-karatteristika/ċi introdotta/i, il-funzjoni tas-sekwenza/i tal-ġenoma modifikata jew imdaħħla u l-funzjoni ta’ kwalunkwe ġene mċaqlaq bl-inserzjoni ta’ ċisġene jew partijiet minnu;

(aa)   karatteristiċi tal-pjanta riċevitriċi bħall-allerġeniċità, il-potenzjal għall-fluss tal-ġeni, il-potenzjal tal-ħaxix ħażin, il-funzjoni ekoloġika; [Em. 78]

(b)  l-esperjenza minn qabel dwar il-konsum ta’ pjanti simili jew tal-prodotti tagħhom;

(c)  l-esperjenza minn qabel bil-kultivazzjoni tal-istess speċi ta’ pjanti jew speċi ta’ pjanti li juru karatteristiċi simili jew li fihom ikunu ġew immodifikati, imdaħħla jew imfixkla sekwenzi ġenomiċi simili;

(d)  l-iskala u l-kundizzjonijiet tar-rilaxx;

(e)  il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu tal-pjanta tal-NGT.

Il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 u l-valutazzjoni tar-riskju tal-ikel tal-NGT u tal-għalf tal-NGT tal-kategorija 2 għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a)  l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-perikli;

(b)  il-valutazzjoni tal-esponiment;

(c)  il-karatterizzazzjoni tar-riskji.

L-informazzjoni li ġejja dejjem għandha tkun meħtieġa:

(a)  identifikazzjoni u karatterizzazzjoni tal-perikli

(i)  l-informazzjoni marbuta mal-pjanta riċevitriċi jew, meta jkun xieraq, mal-pjanti ġenituri;

(ii)  il-karatterizzazzjoni molekulari.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta billi tinġabar data diġà disponibbli mil-letteratura xjentifika jew minn sorsi oħrajn jew billi tiġi ġġenerata data xjentifika fejn meħtieġ billi jitwettqu studji sperimentali jew bijoinformatiċi xierqa.

(b)  valutazzjoni tal-esponiment

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kull effett avvers potenzjali identifikat. Dan għandu jiġi evalwat filwaqt li jitqiesu, kif rilevanti, il-karatteristiċi tal-ambjent(i) riċeventi, il-funzjoni maħsuba, ir-rwol tad-dieta, il-livell mistenni ta’ użu tal-ikel u tal-għalf fl-UE u l-ambitu tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

(c)  karatterizzazzjoni tar-riskji

L-applikant għandu jibbaża l-karatterizzazzjoni tar-riskju tiegħu tal-pjanti tal-NGT u tal-ikel u tal-għalf fuq informazzjoni mill-identifikazzjoni tal-perikli, mill-karatterizzazzjoni tal-perikli u mill-valutazzjoni tal-esponiment. Ir-riskju għandu jiġi kkaratterizzat billi, għal kull effett avvers potenzjali, jiġi kkombinat id-daqs mal-probabbiltà li jseħħ dak l-effett avvers, sabiex tiġi pprovduta stima kwantitattiva jew semikwantitattiva tar-riskju. Fejn rilevanti, għandha tiġi deskritta l-inċertezza għal kull riskju identifikat.

Kwalunkwe informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-perikli speċifikati fil-Partijiet 2 u 3 għandha tkun meħtieġa biss jekk il-karatteristiċi speċifiċi u l-użu maħsub tal-pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 jew tal-ikel jew tal-għalf tal-kategorija 2 iwasslu għal ipoteżi ta’ riskju plawżibbli li tista’ tiġi indirizzata bl-użu tal-informazzjoni speċifikata.

Parti 2 – Informazzjoni speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 dwar l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-perikli

(1)  Analiżi tal-karatteristiċi agronomiċi, fenotipiċi u tal-kompożizzjoni

(2)  Persistenza u invażività

(3)  Trasferiment potenzjali tal-ġeni

(4)  Interazzjonijiet tal-pjanta NGT ma’ organiżmi fil-mira

(5)  Interazzjonijiet tal-pjanta NGT ma’ organiżmi mhux fil-mira

(6)  Impatti tat-tekniki speċifiċi ta’ kultivazzjoni, immaniġġjar u ħsad

(6a)   Impatti fuq il-kultivazzjoni organika [Em. 79]

(7)  Effetti fuq il-proċessi bijoġeokimiċi

(8)  Effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-annimali

(8a)   Effetti fuq il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-bijodiversità [Em. 80]

Parti 3 – Informazzjoni speċifika għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf tal-NGT tal-kategorija 2 dwar l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-perikli

(1)  Analiżi tal-karatteristiċi agronomiċi, fenotipiċi u tal-kompożizzjoni

(2)  Tossikoloġija

(3)  Allerġeniċità

(4)  Valutazzjoni tan-nutrizzjoni

ANNESS III

Karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 22 [Em. 81]

Parti 1

Karatteristiċi li jiġġustifikaw l-inċentivi msemmija fl-Artikolu 22:

(1)  ir-rendiment, inklużi l-istabbiltà tar-rendiment u r-rendiment f’kundizzjonijiet ta’ input baxx, dment li dawk il-karatteristiċi jikkontribwixxu wkoll għal kwalunkwe wieħed mill-punti (2), (3) jew (4) ta’ dan l-Anness; [Em. 82]

(2)  it-tolleranza/ir-reżistenza għal stress bijotiku, inkluż mard tal-pjanti kkawżat minn nematodi, fungi, batterji, viruses u pesti oħrajn;

(3)  it-tolleranza/ir-reżistenza għal stress abijotiku, inklużi dak maħluq jew aggravat mit-tibdil fil-klima;

(4)  l-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, bħall-ilma u n-nutrijenti;

(5)  il-karatteristiċi li jtejbu s-sostenibbiltà tal-ħżin, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni;

(6)  il-kwalità mtejba jew karatteristiċi nutrizzjonali;

(7)  il-ħtieġa mnaqqsa ta’ inputs esterni, bħal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fertilizzanti, jekk ma tmurx kontra l-Anness III, il-parti 2. [Em. 83]

Parti 2

Karatteristiċi li jeskludu l-applikazzjoni tal-inċentivi msemmija fl-Artikolu 22: it-tolleranza għall-erbiċidi.

(1) ĠU C, C/2024/893, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/893/oj.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Din il-pożizzjoni taqbel mal-emendi adottati fis-7 ta’ Frar 2024 (Testi adottati, P9_TA(2024)0067).
(4)Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(5)L-għarfien u s-soluzzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE dwar strateġiji għat-tnissil tal-pjanti jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi tad-detezzjoni, biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-awtentiċità, u biex tiġi promossa l-innovazzjoni fil-qasam ta’ tekniki ġenomiċi ġodda. Aktar minn 1 000 proġett ġew iffinanzjati taħt is-Seba’ Programm Kwadru u l-programm suċċessur Orizzont 2020 b’investiment ta’ aktar minn EUR 3 biljun. L-appoġġ ta’ Orizzont Ewropa għal proġetti kollaborattivi ġodda ta’ riċerka dwar l-istrateġiji għat-tnissil tal-pjanti għadu għaddej ukoll, SWD(2021) 92.
(6)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.
(7)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM/2020/381 final.
(8)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM/2020/380 final.
(9)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final
(10)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel, COM (2022) 133; L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), 2022, Gene editing and agrifood systems, Ruma, ISBN 978-92-5-137417-7.
(11)Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, A sustainable bioeconomy for Europe – Strengthening the connection between economy, society and the environment: updated bioeconomy strategy, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2018, https://data.europa.eu/doi/10.2777/792130.
(12)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva, COM(2021)66 final.
(13)Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
(14)Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).
(15)Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2018, Confédération paysanne et vs Premier ministre u Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt, C-528/16, ECLI:EU:C:2018:583.
(16)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1904 tat-8 ta’ Novembru 2019 li titlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-528/16 rigward l-istatus ta’ tekniki ġenomiċi ġodda skont il-liġi tal-Unjoni, u proposta, jekk ikun xieraq fid-dawl tar-riżultati tal-istudju (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 103).
(17)Studju dwar l-istatus ta’ tekniki ġenomiċi ġodda skont id-dritt tal-Unjoni u fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-528/16, SWD(2021) 92 final.
(18)Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).
(19)Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(20)Il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), Mullins E, Bresson J-L, Dalmay T, Dewhurst IC, Epstein MM, Firbank LG, Guerche P, Hejatko J, Moreno FJ, Naegeli H, Nogué F, Sánchez Serrano JJ, Savoini G, Veromann E, Veronesi F, Casacuberta, J, Fernandez Dumont A, Gennaro A, Lenzi, P, Lewandowska A, Munoz Guajardo IP, Papadopoulou N u Rostoks N, 2022. Updated scientific opinion on plants developed through cisgenesis and intragenesis. EFSA Journal 2022;20(10):7621, 33 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7621.
(21)Il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), Naegeli H, Bresson J-L, Dalmay T, Dewhurst IC, Epstein MM, Firbank LG, Guerche P, Hejatko J, Moreno FJ, Mullins E, Nogué F, Sánchez Serrano JJ, Savoini G, Veromann E, Veronesi F, Casacuberta J, Gennaro A, Paraskevopoulos K, Raffaello T u Rostoks N, 2020. Applicability of the EFSA Opinion on site-directed nucleases type 3 for the safety assessment of plants developed using site-directed nucleases type 1 and 2 and oligonucleotide-directed mutagenesis. EFSA Journal 2020;18(11):6299, 14 pp. https://doi. org/10.2903/j.efsa.2020.6299.
(22)Il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM (Il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), Mullins E, Bresson J-L, Dalmay T, Dewhurst IC, Epstein MM, Firbank LG, Guerche P, Hejatko J, Moreno FJ, Naegeli H, Nogué F, Rostoks N, Sánchez Serrano JJ, Savoini G, Veromann E, Veronesi F, Fernandez A, Gennaro A, Papadopoulou N, Raffaello T u Schoonjans R, 2022. Dikjarazzjoni dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti prodotti minn mutaġenesi mmirata, ċisġenesi u intraġenesi. EFSA Journal 2022;20(10):7618, 12 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7618.
(23)In-Network Ewropew tal-Laboratorji OĠM (ENGL), Detection of food and feed plant products obtained by new mutagenesis techniques, is-26 ta’ Marzu 2019 (JRC116289); it-13 ta’ Ġunju 2023 (JRC133689; EUR 31521 EN)
(24)COM(2023) 414 final
(25)Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 031, 1.2.2002, p. 1).
(26)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1
(27)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(28)SWD(2023) 412
(29)Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 93, 7.4.2017, p. 1).
(30)Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p 4).
(31)COM(2023) 414 final
(32)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).
(33)*Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti (COM/2023/414), (2023/0227 (COD)).
(34)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(35)Id-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13).


Miżuri ta' intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (SRMR3)
PDF 365kWORD 93k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0226 – C9-0139/2023 – 2023/0111(COD))
P9_TA(2024)0326A9-0155/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0226),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0139/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0155/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni(3)

P9_TC1-COD(2023)0111


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (“istituzzjonijiet”) ġie stabbilit wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009 u b’segwitu għall-pubblikazzjoni b’approvazzjoni internazzjonali tal-Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions(6) tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja. Il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni jikkonsisti fid-Direttiva 2014/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Iż-żewġ atti japplikaw għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, u għal kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jew ta’ dak ir-Regolament (“entitajiet”). Il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni għandu l-għan li jittratta b’mod ordnat il-falliment tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet billi jippreżerva l-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet u jevita t-theddid għall-istabbiltà finanzjarja, u fl-istess ħin jipproteġi lid-depożitanti u l-fondi pubbliċi. Barra minn hekk, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni għandu l-għan li jrawwem l-iżvilupp tas-suq intern fis-settur bankarju billi joħloq reġim armonizzat sabiex jiġu indirizzati kriżijiet transfruntiera b’mod koordinat u billi jiġu evitati kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ekwi.

(1a)  Fil-preżent, l-unjoni bankarja tistrieħ biss fuq tnejn mit-tliet pilastri maħsuba tagħha, jiġifieri, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM). Għalhekk għada mhux kompluta, minħabba li jonqos it-tielet pilastru tagħha, jiġifieri l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS). It-tlestija tal-unjoni bankarja tifforma parti integrali mill-unjoni ekonomika u monetarja u tal-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari għax timmitiga r-riskji tal-hekk imsejjaħ “ċirku vizzjuż” li jirriżultaw mir-rabta bejn il-banek u s-sovrani.

(2)  Diversi snin mill-implimentazzjoni tiegħu, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni kif applikabbli bħalissa ma jwettaqx kif maħsub fir-rigward ta’ xi wħud minn dawk l-objettivi. B’mod partikolari, filwaqt li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet għamlu progress sinifikanti fir-riżolvibbiltà u allokaw riżorsi sinifikanti għal dak l-għan, b’mod partikolari permezz tal-akkumulazzjoni tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni u l-ġmigħ għall-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni rarament jintuża. Il-fallimenti ta’ ċerti istituzzjonijiet u entitajiet iżgħar u ta’ daqs medju huma, minflok, indirizzati l-aktar permezz ta’ miżuri nazzjonali mhux armonizzati. Sfortunatament, għadhom qed jintużaw il-flus tal-kontribwenti iktar milli xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija, inklużi l-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Dik is-sitwazzjoni tidher li tirriżulta minn inċentivi inadegwati. Dawk l-inċentivi inadegwati jirriżultaw mill-interazzjoni tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni mar-regoli nazzjonali, billi d-diskrezzjoni wiesgħa fil-valutazzjoni tal-interess pubbliku mhux dejjem tiġi eżerċitata b’mod li jirrifletti kif il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni kien maħsub li japplika. Fl-istess ħin, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni ftit ra użu minħabba r-riskji għad-depożitanti ta’ istituzzjonijiet iffinanzjati b’depożiti li jġarrbu telf sabiex jiġi żgurat li dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jaċċessaw finanzjament estern f’riżoluzzjoni, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ obbligazzjonijiet oħrajn li jistgħu jirċievu rikapitalizzazzjoni interna. Fl-aħħar nett, il-fatt li hemm regoli inqas stretti dwar l-aċċess għall-finanzjament barra mir-riżoluzzjoni milli fir-riżoluzzjoni skoraġġixxa l-applikazzjoni tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni favur soluzzjonijiet oħrajn, li spiss jinvolvu l-użu ta’ flus il-kontribwenti minflok ir-riżorsi proprji tal-istituzzjoni jew tal-entità jew tax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija. Dik is-sitwazzjoni min-naħa tagħha tiġġenera riskji ta’ frammentazzjoni, riskji ta’ eżiti subottimali fil-ġestjoni tal-fallimenti tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet, b’mod partikolari fil-każ ta’ istituzzjonijiet u ta’ entitajiet iżgħar u ta’ daqs medju, u kostijiet tal-għażla minn riżorsi finanzjarji mhux użati. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva u koerenti tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni u li jiġi żgurat li dan ikun jista’ jiġi applikat meta jkun fl-interess pubbliku, inkluż għal istituzzjonijiet iżgħar u ta’ daqs medju ▌.

(3)  Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, l-Istati Membri li stabbilew kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi għandhom jitqiesu bħala Stati Membri parteċipanti għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma fih l-ebda dettall dwar il-proċess għat-tħejjija tal-bidu tal-kooperazzjoni msaħħa f’kompiti relatati mar-riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk id-dettalji.

(4)  L-intensità, u l-livell ta’ dettall, tal-ħidma ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni meħtieġa fir-rigward tas-sussidjarji li ma ġewx identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni jvarjaw skont id-daqs u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet ikkonċernati, il-preżenza ta’ funzjonijiet kritiċi, u l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (il-“Bord”) ikun jista’ jqis dawk il-fatturi meta jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ tali sussidjarji u jsegwi approċċ simplifikat, meta dan ikun xieraq.

(5)  Istituzzjoni jew entità li tkun qed tiġi stralċata skont id-dritt nazzjonali, wara determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qiegħda tfalli jew x’aktarx se tfalli u konklużjoni mill-Bord li r-riżoluzzjoni tagħha ma tkunx fl-interess pubbliku, fl-aħħar mill-aħħar tkun riesqa sabiex toħroġ mis-suq. Dan jimplika li pjan għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ falliment ma huwiex meħtieġ, irrispettivament minn jekk l-awtorità kompetenti tkunx diġà rtirat l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata. L-istess japplika għal istituzzjoni residwa taħt riżoluzzjoni wara t-trasferiment tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet fil-kuntest ta’ strateġija ta’ trasferiment. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li f’dawk is-sitwazzjonijiet, l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ma tkunx meħtieġa.

(6)  Bħalissa l-Bord jista’ jipprojbixxi ċerti distribuzzjonijiet meta istituzzjoni jew entità tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat meta jitqies b’mod supplimentari għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”). Madankollu, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-allinjament mal-proċeduri eżistenti għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord, huwa neċessarju li jiġu speċifikati b’mod aktar ċar ir-rwoli tal-awtoritajiet involuti fil-proċess għall-projbizzjoni tad-distribuzzjonijiet. Għalhekk, xieraq li jiġi stabbilit li l-Bord jenħtieġ li jindirizza struzzjoni sabiex jipprojbixxi tali distribuzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, li jenħtieġ li timplimenta d-deċiżjoni tal-Bord. Barra minn hekk, f’ċerti sitwazzjonijiet, istituzzjoni jew entità tista’ tkun meħtieġa tikkonforma mal-MREL fuq bażi differenti mill-bażi li fuqha dik l-istituzzjoni jew l-entità tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżit ta’ bafer kombinat. Dik is-sitwazzjoni toħloq inċertezzi dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Bord li jipprojbixxi d-distribuzzjonijiet u għall-kalkolu tal-ammont massimu distribwibbli relatat mal-MREL. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit li, f’dawk il-każijiet, il-Bord jenħtieġ li jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet fuq il-bażi tal-istima tar-rekwiżit ta’ bafer kombinat li jirriżulta mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118(9). Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Bord jikkomunika r-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat lill-istituzzjoni jew lill-entità, li mbagħad jenħtieġ li tiddivulga pubblikament dak ir-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat.

(7)  Id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxu s-setgħat li għandhom jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, li wħud minnhom ma humiex inklużi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Fil-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, dan jista’ joħloq inċertezza dwar min huwa meħtieġ li jeżerċita dawk is-setgħat u f’liema kundizzjonijiet huma meħtieġa li jiġu eżerċitati. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi speċifikat kif l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jeżerċitaw ċerti setgħat stabbiliti biss fid-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ entitajiet u ta’ gruppi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Bord. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’, meta jqis li jkun neċessarju, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw dawk is-setgħat. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jirrikjedu li istituzzjoni jew entità żżomm rekords dettaljati tal-kuntratti finanzjarji li għalihom l-istituzzjoni jew l-entità tkun parti, jew li japplikaw is-setgħa sabiex jissospendu xi obbligi finanzjarji skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2014/59/UE. Madankollu, minħabba li l-permessi għat-tnaqqis tal-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), li huwa applikabbli wkoll għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet u għall-obbligazzjonijiet soġġetti għall-MREL, ma jeħtiġux l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jagħti dawk il-permessi lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet direttament, mingħajr ma jkollu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw dik is-setgħa.

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) u d-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) implimentaw fid-dritt tal-Unjoni it-“Total Loss-absorbing Capacity (TLAC) Term Sheet” internazzjonali, ippubblikata mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja fid-9 ta’ Novembru 2015 (l-“istandard tat-TLAC”), għall-banek globali sistemikament importanti, fid-dritt tal-Unjoni msejħin istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs). Ir-Regolament (UE) 2019/877 u d-Direttiva (UE) 2019/879 emendaw ukoll l-MREL stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE u fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar l-MREL jiġu allinjati mal-implimentazzjoni tal-istandard tat-TLAC għall-G-SIIs fir-rigward ta’ ċerti obbligazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex tiġi ssodisfata l-parti tal-MREL li jenħtieġ li tiġi ssodisfata b’fondi proprji u b’obbligazzjonijiet subordinati oħrajn. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma’ ċerti obbligazzjonijiet esklużi jiġu inklużi fil-fondi proprji u fl-istrumenti eliġibbli subordinati tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni meta l-ammont ta’ dawk l-obbligazzjonijiet esklużi fil-karta bilanċjali tal-entità ta’ riżoluzzjoni ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta’ riżoluzzjoni u l-ebda riskju relatat mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” ma jirriżulta minn dik l-inklużjoni.

(9)  Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-MREL huma ffokati l-aktar fuq l-istabbiliment tal-livell xieraq tal-MREL bis-suppożizzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna bħala l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 jippermetti lill-Bord juża għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, jiġifieri dawk li jiddependu fuq it-trasferiment tan-negozju tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej privat jew lil istituzzjoni tranżitorja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li, f’każ li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi l-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja ▌, indipendentement jew flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord jiddetermina l-livell tal-MREL għall-entità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata fuq il-bażi tal-ispeċifiċitajiet ta’ dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni u tal-ħtiġijiet differenti ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni li dawk l-għodod jinvolvu.

(10)  Il-livell tal-MREL għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni huwa s-somma tal-ammont tat-telf mistenni fir-riżoluzzjoni u l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità ta’ riżoluzzjoni tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet tagħha għall-awtorizzazzjoni u li jippermettilha ssegwi l-attivitajiet tagħha għal perjodu xieraq. Ċerti strateġiji ta’ riżoluzzjoni preferuti jinvolvu t-trasferiment ta’ assi, ta’ drittijiet u ta’ obbligazzjonijiet lil riċevitur ▌, b’mod partikolari l-għodda tal-bejgħ tan-negozju. F’dawk il-każijiet, l-objettivi segwiti mill-komponent tar-rikapitalizzazzjoni jistgħu ma japplikawx bl-istess mod bħal fil-każ ta’ strateġija ta’ rikapitalizzazzjoni interna ta’ bank miftuħ, minħabba li l-Bord ma huwiex se jkun meħtieġ jiżgura li l-entità ta’ riżoluzzjoni tirrestawra l-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha wara azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, it-telf f’każijiet bħal dawn huwa mistenni jaqbeż ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-entità ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-livell tal-MREL ta’ dawk l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jkompli jinkludi ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jiġi aġġustat b’mod li jkun proporzjonat għall-istrateġija ta’ riżoluzzjoni.

(11)  Meta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tipprevedi l-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni minbarra esklużivament rikapitalizzazzjoni interna, il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-entità kkonċernata ġeneralment ikunu iżgħar wara r-riżoluzzjoni milli fil-każ ta’ rikapitalizzazzjoni interna tal-bank miftuħ. Il-kalibrazzjoni tal-MREL f’każ bħal dan jenħtieġ li tqis dak l-aspett meta jiġi stmat ir-rekwiżit ta’ rikapitalizzazzjoni. Għalhekk, meta jaġġusta l-livell tal-MREL għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-bejgħ ta’ għodda tan-negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja ▌, indipendentement jew flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord iqis il-karatteristiċi ta’ dawk l-għodod, inkluż il-perimetru mistenni tat-trasferiment lix-xerrej privat jew lill-istituzzjoni tranżitorja, it-tipi ta’ strumenti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-valur u l-kummerċjabbiltà mistennija ta’ dawk l-istrumenti, u d-disinn tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta, inkluż l-użu komplementari tal-għodda ta’ separazzjoni tal-assi. Peress li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ dwar kwalunkwe użu possibbli fir-riżoluzzjoni ta’ fondi mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti u peress li tali deċiżjoni ma tistax tiġi preżunta b’ċertezza ex ante, jenħtieġ li l-Bord ma jqisx il-kontribuzzjoni potenzjali tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti (f’riżoluzzjoni meta jiġi kkalibrat il-livell tal-MREL. Dak l-approċċ inaqqas ukoll il-probabbiltà ta’ periklu morali billi jiżgura li l-entitajiet ma jkunux qed jassumu b’mod preventiv li l-fondi mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti rispettiva se jintużaw biex tintlaħaq il-mira totali ta’ 8 % tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji.

(13)  Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013(14), il-BĊE huwa kompetenti sabiex iwettaq kompiti superviżorji fir-rigward ta’ intervent bikri. Huwa neċessarju li jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn traspożizzjonijiet diverġenti fil-liġijiet nazzjonali tal-miżuri ta’ intervent bikri fid-Direttiva 2014/59/UE u li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti mill-BĊE tas-setgħat tiegħu li jieħu miżuri ta’ intervent bikri. Dawk il-miżuri ta’ intervent bikri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni jew entità u jnaqqsu, sa fejn ikun possibbli, ir-riskju u l-impatt ta’ riżoluzzjoni possibbli. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ ċertezza dwar l-iskattaturi għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri u t-trikkib parzjali ma’ miżuri superviżorji, il-miżuri ta’ intervent bikri rarament intużaw. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE dwar miżuri ta’ intervent bikri jiġu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014, u b’hekk tiġi żgurata għodda legali unika u direttament applikabbli għall-BĊE, u jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri jiġu ssimplifikati u speċifikati aktar. Sabiex jitneħħew l-inċertezzi dwar il-kundizzjonijiet u t-twaqqit għat-tneħħija tal-korp maniġerjali u l-ħatra ta’ amministraturi temporanji, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu identifikati b’mod espliċitu bħala miżuri ta’ intervent bikri u l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess skattaturi. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-BĊE jkun meħtieġ jagħżel il-miżuri xierqa sabiex jindirizza sitwazzjoni speċifika f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Sabiex il-BĊE jkun jista’ jqis ir-riskji għar-reputazzjoni jew ir-riskji relatati mal-ħasil tal-flus jew mat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, jenħtieġ li l-BĊE jivvaluta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri mhux biss fuq il-bażi ta’ indikaturi kwantitattivi, inklużi r-rekwiżiti kapitali jew ta’ likwidità, il-livell ta’ ingranaġġ, is-self improduttiv jew il-konċentrazzjoni ta’ skoperturi, iżda wkoll fuq il-bażi ta’ skattaturi kwalitattivi.

(14)  Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-Bord ikun jista’ jħejji għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ istituzzjoni jew ta’ entità. Għalhekk, jenħtieġ li l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti tinforma lill-Bord dwar id-deterjorament tal-kundizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew ta’ entità minn kmieni biżżejjed, u jenħtieġ li l-Bord ikollu s-setgħat neċessarji sabiex jimplimenta l-miżuri preparatorji. Huwa importanti li sabiex il-Bord ikun jista’ jirreaġixxi malajr kemm jista’ jkun għal deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità, jenħtieġ li l-applikazzjoni minn qabel ta’ miżuri ta’ intervent bikri ma tkunx kundizzjoni sabiex il-Bord jagħmel arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità jew sabiex jitlob informazzjoni sabiex jiġi aġġornat il-pjan ta’ riżoluzzjoni u titħejja l-valwazzjoni. Sabiex tiġi żgurata reazzjoni konsistenti, ikkoordinata, effettiva u f’waqtha għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew ta’ entità u sabiex issir tħejjija kif xieraq għal riżoluzzjoni possibbli, huwa neċessarju li jittejbu l-interazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Bord. Malli istituzzjoni jew entità tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri, jenħtieġ li l-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Bord iżidu l-iskambji ta’ informazzjoni tagħhom, inkluża informazzjoni proviżorja, u jimmonitorjaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità b’mod konġunt.

(14a)  Fejn il-Bord jirrikjedi informazzjoni li hija meħtieġa għall-finijiet tal-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, it-tħejjija għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ entità jew it-twettiq ta’ valwazzjoni, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jenħtieġ li jipprovdu lill-Bord b’dik l-informazzjoni sal-punt li tkun disponibbli għalihom. Meta tali informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà disponibbli għall-BĊE jew għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-BĊE jew tali awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jenħtieġ li jikkooperaw u jikkoordinaw sabiex jiġbru l-informazzjoni li l-Bord iqis li hija neċessarja. Fil-kuntest ta’ tali kooperazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġbru l-informazzjoni meħtieġa filwaqt li jqisu kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(15)  Huwa neċessarju li jiġu żgurati azzjoni f’waqtha u koordinazzjoni bikrija bejn il-Bord u l-BĊE, jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, fir-rigward ta’ gruppi transfruntiera anqas sinifikanti meta istituzzjoni jew entità tkun għadha negozju avvjat iżda meta jkun hemm riskju materjali li dik l-istituzzjoni jew l-entità tista’ tfalli. Għalhekk, jenħtieġ li l-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti tinnotifika lill-Bord kmieni kemm jista’ jkun dwar dan ir-riskju. Jenħtieġ li dik in-notifika jkun fiha r-raġunijiet għall-valutazzjoni tal-BĊE jew tal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti u ħarsa ġenerali lejn il-miżuri alternattivi tas-settur privat, l-azzjoni superviżorja jew il-miżuri ta’ intervent bikri li huma disponibbli sabiex jiġi evitat il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Jenħtieġ li tali notifika bikrija ma tippreġudikax il-proċeduri sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humiex issodisfati. In-notifika minn qabel mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti lill-Bord ta’ riskju materjali li istituzzjoni jew entità qiegħda tfalli jew x’aktarx li tfalli ma għandhiex tkun kundizzjoni għal determinazzjoni sussegwenti li istituzzjoni jew entità fil-fatt qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli. Barra minn hekk, jekk fi stadju aktar tard l-istituzzjoni jew l-entità tiġi vvalutata li qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli u ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni alternattiva sabiex jiġi evitat tali nuqqas f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Bord għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk għandux jieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni. F’każ bħal dan, il-puntwalità tad-deċiżjoni li tiġi applikata azzjoni ta’ riżoluzzjoni lil istituzzjoni jew entità tista’ tkun fundamentali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari minħabba li intervent aktar bikri fl-istituzzjoni jew fl-entità jista’ jikkontribwixxi sabiex jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta’ kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ likwidità sabiex tiġi eżegwita dik l-istrateġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-Bord ikun jista’ jivvaluta, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE jew mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli sabiex jiġu implimentati miżuri alternattivi bl-għan li jiġi evitat il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità. Meta titwettaq dik il-valutazzjoni, il-ħtieġa li tiġi ppreservata l-kapaċità għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni u għall-entità kkonċernata biex timplimenta b’mod effettiv l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni fejn dan fl-aħħar mill-aħħar ikun meħtieġ għandha titqies ukoll iżda jenħtieġ li ma tipprevjenix milli jittieħdu miżuri alternattivi. B’mod partikolari, il-perjodu ta’ żmien previst għall-miżuri alternattivi jenħtieġ li jkun tali li ma jpoġġix f’riskju l-effettività ta’ implimentazzjoni potenzjali tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Sabiex jiġi żgurat eżitu f’waqtu u sabiex il-Bord ikun jista’ jħejji kif suppost għar-riżoluzzjoni potenzjali tal-istituzzjoni jew tal-entità, jenħtieġ li l-Bord u l-BĊE, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, jiltaqgħu regolarment, u l-Bord jenħtieġ li jiddeċiedi dwar il-frekwenza ta’ dawk il-laqgħat filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.

(16)  Sabiex jiġi kopert ksur materjali tar-rekwiżiti prudenzjali, huwa neċessarju li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ li l-impriżi prinċipali, inklużi l-kumpaniji azzjonarji, qegħdin ifallu jew x’aktarx ifallu. Ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti minn impriża prinċipali jenħtieġ li jkun materjali meta t-tip u l-firxa ta’ tali ksur ikunu komparabbli ma’ ksur li, li kieku twettaq minn istituzzjoni ta’ kreditu, kien ikun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(17)  Il-qafas ta’ riżoluzzjoni huwa maħsub sabiex jiġi applikat potenzjalment għal kwalunkwe istituzzjoni jew entità, irrispettivament mid-daqs u mill-mudell kummerċjali tagħha b’valutazzjoni tal-interess pubbliku pożittiva. Sabiex jiġi żgurat eżitu bħal dan, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji sabiex tiġi applikata l-valutazzjoni tal-interess pubbliku lil istituzzjoni jew lil entità li qiegħda tfalli. F’dak ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, ċerti funzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità jistgħu jitqiesu kritiċi jekk id-diskontinwità tagħhom ikollha impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja jew is-servizzi kritiċi fil-livell reġjonali, b’mod partikolari meta s-sostitwibbiltà tal-funzjonijiet kritiċi tiġi ddeterminata mis-suq ġeografiku rilevanti.

(18)  Il-valutazzjoni ta’ jekk ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità tkunx fl-interess pubbliku jenħtieġ li tirrifletti l-kunsiderazzjoni li d-depożitanti huma protetti aħjar meta l-fondi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jintużaw b’mod aktar effiċjenti u t-telf għal dawk il-fondi jiġi mminimizzat. Għalhekk, fil-valutazzjoni tal-interess pubbliku, l-objettiv ta’ riżoluzzjoni tal-protezzjoni tad-depożitanti jenħtieġ li jitqies bħala miksub aħjar f’riżoluzzjoni jekk l-għażla għall-insolvenza tkun aktar għalja għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti.

(19)  Il-valutazzjoni ta’ jekk ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità hijiex fl-interess pubbliku jenħtieġ li tirrifletti wkoll, sa fejn ikun possibbli, id-differenza bejn, minn naħa, il-finanzjament ipprovdut permezz ta’ xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija (arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jew skemi ta’ garanzija tad-depożiti) u, min-naħa l-oħra, finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri minn flus il-kontribwenti. Il-finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri jġarrab riskju akbar ta’ periklu morali u inċentiv aktar baxx għad-dixxiplina fis-suq, u jenħtieġ li jiġi kkunsidrat biss taħt ċirkostanzi straordinarji. Għalhekk, meta jivvaluta l-objettiv li jimminimizza d-dipendenza fuq għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, jenħtieġ li l-Bord isib finanzjament permezz tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jew l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, preferibbli għall-finanzjament permezz ta’ ammont ugwali ta’ riżorsi mill-baġit tal-Istati Membri.

(19a)  Meta l-oqfsa nazzjonali ta’ insolvenza u ta’ riżoluzzjoni jiksbu b’mod effettiv l-objettivi tal-qafas bl-istess mod, jenħtieġ li tingħata preferenza lill-għażla li timminimizza r-riskju għall-kontribwenti u għall-ekonomija. Dak l-approċċ jiżgura azzjoni prudenti u responsabbli, allinjata mal-għan ġenerali li jiġu salvagwardjati kemm l-interessi tal-kontribwenti kif ukoll l-istabbiltà ekonomika usa’.

(19b)  Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju straordinarju ffinanzjat mill-kontribwenti lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet, jenħtieġ li jekk jingħata, jingħata biss biex jirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ natura eċċezzjonali u sistemika, peress li jimponi piż sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi u jfixkel il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni jintlaħqu bl-aktar mod effettiv, jenħtieġ li l-eżitu tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku jikkunsidra jekk l-istralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità li tkun qiegħda tfalli fi proċedimenti normali ta’ insolvenza jiksibx l-objettivi ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv minn riżoluzzjoni u mhux biss fl-istess livell bħar-riżoluzzjoni.

(21)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-Direttiva 2014/49/UE, huwa neċessarju li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jingħataw b’mod eċċezzjonali miżuri ta’ natura prekawzjonarja li jikkwalifikaw bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Sabiex jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mid-differenzi fin-natura tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fl-Unjoni, l-interventi ta’ skemi bħal dawn fil-kuntest ta’ miżuri preventivi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/49/UE li jikkwalifikaw bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jenħtieġ li jkunu permessi b’mod eċċezzjonali meta l-istituzzjoni jew l-entità benefiċjarja ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet sabiex titqies bħala li qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-miżuri kawtelatorji jittieħdu minn kmieni biżżejjed. Bħalissa l-BĊE jibbaża l-kunsiderazzjoni tiegħu li istituzzjoni jew entità tkun solventi, għall-finijiet ta’ rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja, fuq valutazzjoni li tħares ’il quddiem għat-12-il xahar segwenti ta’ jekk l-istituzzjoni jew l-entità tistax tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fir-Regolament (UE) 2019/2033, u mar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE jew fid-Direttiva (UE) 2019/2034. Jenħtieġ li dik il-prattika tkun stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Barra minn hekk, il-miżuri sabiex jiġi pprovdut salvataġġ għal assi indeboliti, inklużi l-vetturi tal-immaniġġjar tal-assi jew l-iskemi ta’ garanzija tal-assi, jistgħu jkunu effettivi u effiċjenti fl-indirizzar tal-kawżi ta’ diffikultà finanzjarja possibbli li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet u l-entitajiet u fil-prevenzjoni tal-falliment tagħhom u, għalhekk, jistgħu jikkostitwixxu miżuri kawtelatorji rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali miżuri kawtelatorji jistgħu jieħdu l-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti.

(22)  Sabiex tiġi ppreservata d-dixxiplina fis-suq, jiġu protetti l-fondi pubbliċi u jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, jenħtieġ li l-miżuri kawtelatorji jibqgħu l-eċċezzjoni u jiġu applikati biss sabiex jindirizzaw tfixkil serju fis-suq jew sabiex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari fil-każ ta’ kriżi sistemika. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx miżuri kawtelatorji sabiex jiġi indirizzat it-telf imġarrab jew probabbli. L-aktar strument affidabbli sabiex jiġi identifikat it-telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab huwa rieżami tal-kwalità tal-assi mill-BĊE, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ li l-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jużaw tali rieżami sabiex jidentifikaw telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab jekk tali rieżami jkun jista’ jitwettaq fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli. Meta dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li l-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jidentifikaw telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab bl-aktar mod affidabbli possibbli fiċ-ċirkostanzi prevalenti, fuq il-bażi ta’ spezzjonijiet fuq il-post, meta dan ikun xieraq.

(23)  Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ prekawzjoni għandha l-għan li tappoġġja lil istituzzjonijiet u lil entitajiet vijabbli identifikati bħala li x’aktarx jiltaqgħu ma’ diffikultajiet temporanji fil-futur qarib u li tipprevjeni s-sitwazzjoni tagħhom milli tkompli tiddeterjora. Sabiex jiġi evitat li jingħataw sussidji pubbliċi lil negozji li diġà ma jagħmlux profitt meta jingħata l-appoġġ, il-miżuri kawtelatorji mogħtijin fil-forma ta’ akkwist ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew ta’ strumenti kapitali oħrajn jew permezz ta’ miżuri ta’ assi indeboliti jenħtieġ li ma jaqbżux l-ammont neċessarju sabiex jiġu koperti d-defiċits ta’ kapital kif identifikati fix-xenarju avvers ta’ stress test jew ta’ eżerċizzju ekwivalenti. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku jitwaqqaf fl-aħħar mill-aħħar, jenħtieġ li dawk il-miżuri kawtelatorji jkunu wkoll limitati fiż-żmien u jkun fihom skeda ta’ żmien ċara għat-terminazzjoni tagħhom (strateġija għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ). L-istrumenti perpetwi, inkluż il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jenħtieġ li jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jkunu soġġetti għal ċerti limiti kwantitattivi minħabba li min-natura tagħhom ma humiex adattati sew għall-konformità mal-kundizzjoni ta’ temporanjetà.

(24)  Jenħtieġ li l-miżuri kawtelatorji jkunu limitati għall-ammont li l-istituzzjoni jew l-entità jkollha bżonn iżżomm is-solvenza tagħha f’każ ta’ avveniment ta’ xenarju avvers kif iddeterminat fi stress test jew f’eżerċizzju ekwivalenti. Fil-każ ta’ miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, jenħtieġ li l-istituzzjoni jew l-entità riċeventi tkun tista’ tuża dak l-ammont sabiex tkopri t-telf fuq l-assi ttrasferiti jew flimkien ma’ akkwiżizzjoni ta’ strumenti kapitali, dment li ma jinqabiżx l-ammont globali tad-defiċit identifikat. Huwa neċessarju wkoll li jiġi żgurat li tali miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti jikkonformaw mar-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat u mal-aħjar prattiki, li huma jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità, dik l-għajnuna mill-Istat tkun limitata għall-minimu neċessarju u li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikkonċernati, f’każ ta’ miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, iqisu l-gwida speċifika, inklużi l-Pjan ta’ Azzjoni tal-AMC(16) u l-Komunikazzjoni dwar l-Indirizzar ta’ Self Improduttiv(17). Dawk il-miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti dejjem jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kundizzjoni prevalenti ta’ temporanjetà wkoll. Il-garanziji pubbliċi mogħtijin għal perjodu speċifikat fir-rigward tal-assi indeboliti tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata huma mistennijin jiżguraw konformità aħjar mal-kundizzjoni ta’ temporanjetà meta mqabblin mat-trasferimenti ta’ tali assi lil entità appoġġjata pubblikament. Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet li jirċievu appoġġ jikkonformaw mat-termini tal-miżura ta’ appoġġ, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jitolbu pjan ta’ rimedju minn istituzzjonijiet li naqsu milli jissodisfaw l-impenji tagħhom. Meta l-BĊE jew awtorità kompetenti nazzjonali tkun tal-fehma li l-miżuri fil-pjan ta’ rimedju ma jkunux kapaċi jiksbu l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew fejn l-istituzzjoni tkun naqset milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, jenħtieġ li l-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdi l-ebda valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni hijiex qed tonqos jew hijiex probabbli li tfalli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(25)  Huwa importanti li tiġi żgurata azzjoni ta’ riżoluzzjoni rapida u f’waqtha mill-Bord meta tali azzjoni tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ għajnuna mill-Fond. Għalhekk, huwa neċessarju li l-Bord ikun jista’ jadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni kkonċernata qabel ma l-Kummissjoni tkun ivvalutat jekk tali għajnuna tkunx kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern f’xenarju bħal dan, jenħtieġ li l-iskemi ta’ riżoluzzjoni li jinvolvu l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ għajnuna mill-Fond fl-aħħar mill-aħħar jibqgħu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ tali għajnuna. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta mill-aktar fis prattikabbli jekk l-għajnuna mill-Fond tkunx kompatibbli mas-suq uniku, u sabiex jiġi żgurat fluss bla xkiel ta’ informazzjoni, huwa neċessarju wkoll li jiġi stabbilit li jenħtieġ li l-Bord u l-Kummissjoni jikkondividu minnufih l-informazzjoni neċessarja kollha dwar l-użu possibbli tal-għajnuna mill-Fond u li jiġu previsti regoli speċifiċi dwar meta u liema informazzjoni jenħtieġ li l-Bord jipprovdi lill-Kummissjoni sabiex jinforma l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Fond.

(26)  Il-proċedura li tirregola d-dħul f’riżoluzzjoni u l-proċedura li tirregola d-deċiżjoni li jiġu applikati s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni huma simili. Għalhekk, huwa xieraq li l-kompiti rispettivi tal-Bord u tal-BĊE jew tal-awtorità nazzjonali kompetenti jiġu allinjati, kif rilevanti, meta, minn naħa, jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni jkunux preżenti, u, min-naħa l-oħra, meta jivvalutaw il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni.

(27)  Huwa possibbli li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tiġi applikata għal entità ta’ riżoluzzjoni li hija l-kap ta’ grupp ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni għandhom jiġu applikati għal entità oħra tal-istess grupp. L-interdipendenzi bejn tali entitajiet, inkluża l-eżistenza ta’ rekwiżiti kapitali konsolidati li għandhom jiġu rrestawrati u l-ħtieġa li jiġu attivati mekkaniżmi upstream tat-telf u downstream tal-kapital, jistgħu jagħmluha diffiċli li jiġu vvalutati l-ħtiġijiet ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni għal kull entità separatament, u għalhekk li jiġu ddeterminati l-ammonti neċessarji li għandhom jiġu valwati negattivament u jiġu kkonvertiti għal kull entità. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi speċifikata l-proċedura għall-applikazzjoni tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’dawk is-sitwazzjonijiet, meta l-Bord jenħtieġ li jqis tali interdipendenzi. Għal dak l-għan, meta entità waħda tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni u entità oħra fl-istess grupp tissodisfa fl-istess ħin il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord jadotta skema ta’ riżoluzzjoni li tkopri ż-żewġ entitajiet.

(28)  Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali, u fid-dawl tar-rilevanza potenzjali tal-obbligazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti inċerti futuri, inkluż l-eżitu tal-litigazzjonijiet pendenti fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, huwa neċessarju li jiġi stabbilit liema trattament dawk l-obbligazzjonijiet jenħtieġ li jirċievu għall-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Jenħtieġ li f’dak ir-rigward il-prinċipji gwida jkunu dawk ipprovduti fir-regoli kontabilistiċi, u b’mod partikolari r-regoli kontabilistiċi stabbiliti fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 37 kif adottat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008(18). Fuq dik il-bażi, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jagħmlu distinzjoni bejn il-provvedimenti u l-obbligazzjonijiet kontinġenti. Il-provvedimenti huma obbligazzjonijiet li huma relatati ma’ ħruġ probabbli ta’ fondi u li jistgħu jiġu stmati b’mod affidabbli. L-obbligazzjonijiet kontinġenti ma humiex rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet kontabilistiċi peress li huma relatati ma’ obbligu li ma jistax jitqies probabbli fiż-żmien tal-istima jew ma jistax jiġi stmat b’mod affidabbli.

(29)  Peress li l-provvedimenti huma obbligazzjonijiet kontabilistiċi, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali provvedimenti għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal obbligazzjonijiet oħrajn. Jenħtieġ li dawn il-provvedimenti jkunu rikapitalizzabbli internament, sakemm ma jissodisfawx wieħed mill-kriterji speċifiċi sabiex jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Minħabba r-rilevanza potenzjali ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fir-riżoluzzjoni u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza fl-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet ikunu parti mill-obbligazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna u li, b’riżultat ta’ dan, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tapplika għalihom.

(30)  Skont il-prinċipji kontabilistiċi, l-obbligazzjonijiet kontinġenti ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet u, għalhekk, jenħtieġ li ma jkunux rikapitalizzabbli internament. Madankollu, huwa neċessarju li jiġi żgurat li obbligazzjoni kontinġenti li tirriżulta minn avveniment li jkun improbabbli jew li ma jistax jiġi stmat b’mod affidabbli fiż-żmien tar-riżoluzzjoni ma tfixkilx l-effettività tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u b’mod partikolari tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Sabiex jikseb dak l-objettiv, il-valwatur jenħtieġ li, bħala parti mill-valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni, jivvaluta l-obbligazzjonijiet kontinġenti li huma inklużi fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew tal-entità taħt riżoluzzjoni u jikkwantifika l-valur potenzjali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet għall-aħjar kapaċitajiet tal-valwatur. Sabiex jiġi żgurat li, wara l-proċess ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni jew l-entità tkun tista’ ssostni fiduċja suffiċjenti fis-suq għal ammont xieraq ta’ żmien, il-valwatur jenħtieġ li jqis dak il-valur potenzjali meta jistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet rikapitalizzabbli internament jeħtieġ li jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġu rrestawrati l-proporzjonijiet ta’ kapital tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika s-setgħat ta’ konverżjoni tagħha għal obbligazzjonijiet rikapitalizzabbli internament sa fejn ikun neċessraju sabiex jiġi żgurat li r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun biżżejjed sabiex tkopri t-telf potenzjali li jista’ jiġi kkawżat minn obbligazzjoni li tista’ tirriżulta minħabba avveniment improbabbli. Meta tivvaluta l-ammont li għandu jiġi valwat negattivament jew jiġi kkonvertit, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkunsidra bir-reqqa l-impatt tat-telf potenzjali fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fuq il-bażi ta’ għadd ta’ fatturi, inkluża l-probabbiltà li jseħħ l-avveniment, il-perjodu ta’ żmien għall-materjalizzazzjoni tiegħu u l-ammont tal-obbligazzjoni kontinġenti.

(31)  F’ċerti ċirkostanzi, wara li l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jkun ipprovda kontribuzzjoni sa massimu ta’ 5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tal-entità inklużi l-fondi proprji, il-Bord jista’ juża sorsi addizzjonali ta’ finanzjament sabiex jappoġġja aktar l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tagħha. Jenħtieġ li jiġi speċifikat b’mod aktar ċar f’liema ċirkostanzi l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jista’ jipprovdi appoġġ ulterjuri meta l-obbligazzjonijiet kollha bi gradazzjoni ta’ prijorità aktar baxxa minn depożiti li ma jkunux legalment jew diskrezzjonalment esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna jkunu ġew valwati negattivament jew ġew ikkonvertiti bis-sħiħ.

(32)  Is-suċċess tar-riżoluzzjoni jiddependi fuq aċċess f’waqtu mill-Bord għal informazzjoni rilevanti mill-istituzzjonijiet u mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord u mill-istituzzjonijiet u mill-awtoritajiet pubbliċi. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jaċċessa informazzjoni ta’ natura statistika li l-BĊE ġabar fid-dawl tal-funzjoni tiegħu bħala bank ċentrali, minbarra l-informazzjoni disponibbli għall-BĊE bħala superviżur fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98(19), jenħtieġ li l-Bord jiżgura l-protezzjoni fiżika u loġika ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali u jenħtieġ li jirrikjedi awtorizzazzjoni mill-BĊE għat-trażmissjoni ulterjuri li tista’ tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Bord. Billi informazzjoni relatata man-numru ta’ klijenti li għalihom istituzzjoni jew entità tkun l-uniku sieħeb bankarju jew is-sieħeb bankarju prinċipali, li tinżamm mill-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20), tista’ tkun neċessarja sabiex titwettaq il-valutazzjoni tal-interess pubbliku, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jirċievi dik l-informazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ. Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll iż-żmien eżatt tal-aċċess indirett għall-informazzjoni mill-Bord. B’mod partikolari, meta l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli għal istituzzjoni jew għal awtorità li tkun obbligata tikkoopera mal-Bord meta l-Bord jitlob informazzjoni, jenħtieġ li tali istituzzjoni jew awtorità tipprovdi dik l-informazzjoni lill-Bord. Jekk, f’dak iż-żmien l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, irrispettivament mir-raġuni għal dan in-nuqqas ta’ disponibbiltà, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jikseb dik l-informazzjoni mill-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha dik l-informazzjoni permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew direttament, wara li jkun informa lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni dwar dan. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Bord jispeċifika l-proċedura u l-forma li fihom jenħtieġ li jirċievi informazzjoni mingħand entitajiet finanzjarji sabiex jiġi żgurat li tali informazzjoni tkun l-aktar adattata għall-ħtiġijiet tiegħu, inklużi kmamar tad-data virtwali. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-usa’ kooperazzjoni possibbli mal-entitajiet kollha suxxettibbli li jżommu data rilevanti għall-Bord, u neċessarja għat-twettiq tal-kompiti mogħtijin lilu, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-talbiet lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi li magħhom il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jikkoopera, jivverifika d-disponibbiltà tal-informazzjoni u jiskambja l-informazzjoni, jenħtieġ li jinkludu l-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, id-DGSs rilevanti, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi żgurat intervent f’waqtu tal-arranġamenti finanzjarji kuntrattati għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni f’każ ta’ bżonn, jenħtieġ li l-Bord jinforma lill-Kummissjoni u lill-BĊE malli jqis li jista’ jkun neċessarju li jiġu attivati tali arranġamenti finanzjarji u jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-BĊE bl-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ tali arranġamenti finanzjarji.

(33)  L-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jipprevedi li proċedimenti normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ istituzzjonijiet u ta’ entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx jinbdew ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u li deċiżjoni li istituzzjoni jew entità titqiegħed taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza għandha tittieħed biss bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dik id-dispożizzjoni ma hijiex riflessa fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. F’konformità mad-diviżjoni tal-kompiti speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 806/2014, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jikkonsultaw lill-Bord qabel ma jaġixxu f’konformità mal-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet li huma taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Bord.

(34)  Il-kriterji tal-għażla għall-kariga tal-Viċi-President tal-Bord huma l-istess bħal dawk għall-għażla tal-President u ta’ membri full-time oħrajn tal-Bord. Għalhekk, xieraq li l-Viċi-President tal-Bord jiġi pprovdut ukoll bl-istess drittijiet tal-vot bħal dawk li jgawdu l-President u l-membri full-time tal-Bord.

(36)  Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni preliminari mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-abbozz tal-baġit preliminari qabel ma l-President jippreżenta l-abbozz finali tiegħu, jenħtieġ li jiġi estiż il-perjodu għall-President sabiex iressaq proposta inizjali għall-baġit annwali tal-Bord.

(37)  Wara l-perjodu inizjali ta’ akkumulazzjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mezzi finanzjarji disponibbli tiegħu jistgħu jiffaċċjaw tnaqqis żgħir taħt il-livell fil-mira tiegħu, b’mod partikolari li jirriżulta minn żieda fid-depożiti koperti. Għalhekk, l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet ex ante li x’aktarx jintalbu f’dawk iċ-ċirkostanzi x’aktarx li jkun żgħir. Għaldaqstant, jista’ jkun possibbli li, wara xi snin, l-ammont ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet ex ante ma jibqax proporzjonat meta mqabbel mal-kost tal-ġbir ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jiddifferixxi l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet ex ante għal massimu ta’ tliet snin sakemm l-ammont li għandu jinġabar jilħaq ammont li jkun proporzjonat għall-kost tal-proċess tal-ġbir, dment li tali differiment ma jaffettwax materjalment il-kapaċità tal-Bord li juża l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

(38)  L-impenji ta’ pagament irrevokabbli huma wieħed mill-komponenti tal-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jissejħu dawk l-impenji ta’ pagament, u l-proċedura applikabbli meta jintemmu l-impenji f’każ li istituzzjoni jew entità ma tibqax soġġetta għall-obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu pprovduti aktar trasparenza u ċertezza fir-rigward tas-sehem tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet ex ante li għandhom jinġabru, jenħtieġ li l-Bord jiddetermina tali sehem fuq bażi annwali, soġġett għal-limiti applikabbli.

(39)  L-ammont annwali massimu ta’ post kontribuzzjonijiet straordinarji lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jistgħu jiġu eżerċitati bħalissa huwa limitat għal tliet darbiet l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ex ante. Wara l-perjodu inizjali ta’ akkumulazzjoni msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, tali kontribuzzjonijiet ex ante jiddependu biss, f’ċirkostanzi għajr l-użu tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, fuq varjazzjonijiet fil-livell ta’ depożiti koperti u, għalhekk, x’aktarx li jsiru żgħar. L-ibbażar tal-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet ex post straordinarji fuq kontribuzzjonijiet ex ante jista’ mbagħad ikollu l-effett li jillimita drastikament il-possibbiltà li l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jiġbor kontribuzzjonijiet ex post, u b’hekk titnaqqas il-kapaċità tiegħu għal azzjoni. Sabiex jiġi evitat eżitu bħal dan, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu differenti u jenħtieġ li l-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex post permessi li jiġu eżerċitati jiġi stabbilit għal tliet darbiet ta’ wieħed minn tmienja tal-livell fil-mira tal-Fond.

(40)  Il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jista’ jintuża sabiex jappoġġja l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, meta sett ta’ assi, ta’ drittijiet, u ta’ obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil riċevitur. F’dak il-każ, il-Bord jista’ jkollu pretensjoni kontra l-istituzzjoni jew kontra l-entità residwa fl-istralċ sussegwenti tagħha taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza. Dan jista’ jseħħ meta l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jintuża b’rabta mat-telf li l-kredituri kieku kienu jġarrbu, inkluż taħt il-forma ta’ garanziji għall-assi u għall-obbligazzjonijiet, jew il-kopertura tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti u l-kredituri li jitħallew lura fl-istituzzjoni jew fl-entità residwa jassorbu effettivament it-telf tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jtejbu l-possibbiltà ta’ ripagamenti f’insolvenza lill-Bord, dawk il-pretensjonijiet tal-Bord kontra l-istituzzjoni jew kontra l-entità residwa, u l-pretensjonijiet li jirriżultaw minn spejjeż raġonevoli mġarrbin kif xieraq mill-Bord, jenħtieġ li jibbenefikaw mill-istess gradazzjoni ta’ prijorità fl-insolvenza bħall-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni f’kull Stat Membru parteċipanti, li jenħtieġ li tkun ogħla mill-gradazzjoni ta’ prijorità tad-depożiti u tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Billi l-kumpensi mħallsa lill-azzjonisti u lill-krediturimill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni minħabba ksur tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” għandhom l-għan li jikkumpensaw għar-riżultati tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li dawk il-kumpensi ma jagħtux lok għal pretensjonijiet tal-Bord.

(41)  Peress li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar ir-rwol li jista’ jkollhom l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fir-riżoluzzjoni huma simili għal dawk tad-Direttiva 2014/59/UE, l-emendi li saru għal dawk id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2014/59/UE bi [OP jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE] jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(42)  It-trasparenza hija kruċjali sabiex jiġu żgurati l-integrità tas-suq, id-dixxiplina fis-suq, u l-protezzjoni tal-investituri. Sabiex jiġi żgurat li l-Bord ikun jista’ jrawwem, u jipparteċipa fi sforzi favur aktar trasparenza, jenħtieġ li l-Bord jiddivulga jiżvela informazzjoni li tirriżulta mill-analiżijiet, mill-valutazzjonijiet u mid-determinazzjonijiet tiegħu stess, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà tiegħu, meta tali divulgazzjoni ma timminax il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika u meta jkun hemm interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni.

(43)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiġi emendat kif meħtieġ.

(44)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma simili għall-emendi għad-Direttiva 2014/59/UE bi… [OP, jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE] jiġu applikati mill-istess data bħad-data għat-traspożizzjoni ta’ … [OP, jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE], li hija … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Madankollu, ma hemm l-ebda raġuni sabiex tiġi posposta l-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma relatati esklużivament mal-funzjonament tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-emendi japplikaw minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = xahar wieħed (1) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].

(45)  Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jittejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-riskji li approċċi nazzjonali diverġenti jistgħu jinvolvu għall-integrità tas-suq uniku iżda pjuttost jistgħu, billi jiġu emendati r-regoli li diġà huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (24a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(24a) “entità ta’ riżoluzzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti, li l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, tkun identifikat bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi azzjoni ta’ riżoluzzjoni;”;

"

(b)  jiddaħħlu l-punti (24d) u (24e) li ġejjin:"

“(24d) “G-SII mhux tal-UE” tfisser G-SII mhux tal-UE kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (134), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

   (24e) “entità G-SII” tfisser entità G-SII kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (136), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

"

(c)  il-punt (49) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(49) “obbligazzjonijiet rikapitalizzabbli internament” tfisser obbligazzjonijiet, inklużi dawk l-obbligazzjonijiet li jwasslu għal provvedimenti kontabilistiċi, u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew bħala strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 addizzjonali ta’ entità kif imsemmijin fl-Artikolu 2 u li ma humiex esklużi mill-ambitu tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);”;

"

(2)  fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

“1a. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Bord mill-aktar fis possibbli bit-talba tagħhom sabiex jidħlu f’kooperazzjoni msaħħa mal-BĊE skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Wara n-notifika magħmula skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u qabel ma tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha dwar l-entitajiet u l-gruppi stabbiliti fit-territorju tagħhom li l-Bord jista’ jirrikjedi sabiex iħejji għall-kompiti mogħtijin lilu minn dan ir-Regolament u mill-Ftehim.”;

"

(3)  l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:"

“Meta jwettqu l-kompiti msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe referenza għall-Bord fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 8(6), (8), (12) u (13), fl-Artikolu 10(1) sa (10), fl-Artikolu 10a, fl-Artikoli 11 sa 14, fl-Artikolu 15(1), (2) u (3), fl-Artikolu 16, fl-Artikolu 18(1), (1a), (2) u (6), fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 21(1) sa (7), fl-Artikolu 21(8), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 21(9) u (10), fl-Artikolu 22(1), (3) u (6), fl-Artikoli 23 u 24, fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 27(1) sa (15), fl-Artikolu 27(16), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza, it-tielet subparagrafu, u r-raba’ subparagrafu, l-ewwel, it-tielet u r-raba’ sentenzi, u fl-Artikolu 32 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi u tal-entitajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;

"

(b)  il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-kliem “Artikolu 12(2)” huwa sostitwit bil-kliem “Artikolu 12(3)”;

(ii)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Wara li tkun daħlet fis-seħħ in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li r-responsabbiltà għat-twettiq tal-kompiti relatati ma’ entitajiet u ma’ gruppi stabbiliti fit-territorju tagħhom, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, għandha tiġi rritornata lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’liema każ l-ewwel subparagrafu ma jibqax japplika. L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni jagħmlu użu minn dik l-għażla, għandhom jinnotifikaw lill-Bord u l-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandu jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

"

(4)  l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"

“Il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.”;

"

(aa)  fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(aa) fejn applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet biex jiġi ddeterminat li istituzzjoni għandha tiġi kkwalifikata bħala entità ta’ likwidazzjoni, inkluż bi spjegazzjoni dwar kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjoni hija nieqsa minn funzjonijiet kritiċi;”;

"

(ii)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(ja) deskrizzjoni ta’ kif l-istrateġiji differenti ta’ riżoluzzjoni jilħqu bl-aħjar mod l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14;”;

"

(iii)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(pa) lista dettaljata u kwantifikata ta’ depożiti koperti u depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.”;

"

(b)  fil-paragrafu 10, jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:"

“L-identifikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tas-sussidjarji msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal approċċ simplifikat mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali rilevanti, u jekk tali approċċ ma jaffettwax b’mod negattiv ir-riżolvibbiltà tal-grupp, filwaqt li jitqiesu d-daqs tas-sussidjarja, il-profil tar-riskju tagħha, in-nuqqas ta’ funzjonijiet kritiċi u l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp.”;

Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jiddetermina jekk entitajiet fi ħdan grupp ta’ riżoluzzjoni għajr l-entità ta’ riżoluzzjoni, jikkwalifikawx bħala entitajiet ta’ likwidazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal fatturi oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti mill-Bord, l-entitajiet li jipprovdu funzjonijiet kritiċi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala entitajiet ta’ likwidazzjoni.”;

"

(ba)  fil-paragrafu 11, jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(-aa) deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-determinazzjoni li entità fi grupp għandha tiġi kkwalifikata bħala entità ta’ likwidazzjoni, inkluż spjegazzjoni dwar kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjoni ma għandhiex funzjonijiet kritiċi, u kif il-proporzjon tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju totali u l-introjtu operatorju, kif ukoll il-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-entità fi grupp fil-kuntest tal-grupp;”;

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“14. Il-Bord ma għandux jadotta pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fil-paragrafu 1 meta jkun japplika l-Artikolu 22(5) jew meta jkunu nbdew proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward tal-entità jew il-grupp ▌f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

"

(5)  l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 4, ir-raba’ subparagrafu, il-kliem “fl-ewwel subparagrafu” huwa sostitwit bil-kliem “fit-tielet subparagrafu”;

(b)  fil-paragrafu 7, il-kliem “indirizzat lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali” huma sostitwiti bil-kliem “indirizzati lill-entità jew lill-impriża prinċipali” u l-kliem “ l-impatt fuq il-mudell tal-operat tal-istituzzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “impatt fuq il-mudell kummerċjali tal-entità jew tal-grupp”;

(c)  il-paragrafu 10 huwa emendat kif ġej:

(i)  fit-tieni subparagrafu, il-kelma “istituzzjoni” hija sostitwita bil-kliem “entità kkonċernata”;

(ii)  fit-tielet subparagrafu, il-kelma “istituzzjoni” hija sostitwita bil-kelma “entità”;

(iii)  jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"

“Jekk il-miżuri proposti mill-entità kkonċernata effettivament inaqqsu jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, il-Bord għandu jieħu deċiżjoni, wara li jkun ikkonsulta lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti u, meta xieraq, lill-awtorità makroprudenzjali deżinjata. Dik id-deċiżjoni għandha tindika li l-miżuri proposti effettivament inaqqsu jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u għandha tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali sabiex jirrikjedu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali, jew lil kwalunkwe sussidjarja tal-grupp ikkonċernat, jimplimentaw il-miżuri proposti.”;

"

(d)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

13a. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika, fi tmiem kull ċiklu ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni, lista anonima b’impedimenti identifikati li jinkludu impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u azzjonijiet rilevanti biex jiġu indirizzati. Japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 88. “;

"

(6)  l-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:"

‘‘1. Meta entità tkun f’sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat meta kkunsidrat flimkien ma’ kull wieħed mir-rekwiżiti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat meta jitqies flimkien mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e ta’ dan ir-Regolament meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 12a(2), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li jordna lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex tipprojbixxi lil entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli (“M-MDA”), ikkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:”;

"

(b)  jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:"

‘‘7. Meta entità ma tkunx soġġetta għar-rekwiżit ta’ bafer kombinat fuq l-istess bażi bħall-bażi li fuqha tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e, il-Bord għandu japplika l-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi tal-istima tar-rekwiżit ta’ bafer kombinat f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118*. Għandu jkun japplika l-Artikolu 128, ir-raba’ paragrafu, tad-Direttiva 2013/36/UE.

Il-Bord għandu jinkludi r-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat imsemmi fl-ewwel subparagrafu fid-deċiżjoni li tiddetermina r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e ta’ dan ir-Regolament. L-entità għandha tagħmel ir-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat disponibbli għall-pubbliku flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

______________________________

* Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma huwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).

"

(7)  fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:"

“8. Il-Bord għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-permessi msemmijin fl-Artikoli 77(2) u 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Bord għandu jindirizza d-deċiżjoni tiegħu lill-entità kkonċernata.”;

"

(8)  fl-Artikolu 12a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. Il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 12(1) u (3) jissodisfaw, f’kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u għal obbligazzjonijiet eliġibbli meta dan ikun meħtieġ mill-Bord u kif iddeterminat minnu, f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 12b sa 12i.”;

"

(9)  l-Artikolu 12c huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafi 4 u 5, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;

(b)  fil-paragrafu 7, it-test introduttorju, il-kliem “paragrafu 3” huwa ssostitwit bil-kliem “paragrafu 4”, u l-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;

(c)  il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;

(ii)  fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), il-kelma “G-SII” hija sostitwita bil-kliem “entità G-SII”;

(d)  jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:"

‘‘10. Il-Bord jista’ jippermetti lill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 7 bl-użu ta’ fondi proprji jew ta’ obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) għal entitajiet li huma entitajiet G-SII jew entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), il-Bord ma jkunx naqqas ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, skont l-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu;
   (b) l-obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 72b(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b(4), il-punti (b) sa (e), ta’ dak ir-Regolament.”;

"

(10)  fl-Artikolu 12d, il-paragrafu 3, it-tmien subparagrafu, u l-paragrafu 6, it-tmien subparagrafu, il-kliem “funzjonijiet ekonomiċi kritiċi” huwa sostitwit bil-kliem “funzjonijiet kritiċi”;

(11)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 12da

Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli għal strateġiji ta’ trasferiment

1.  Meta jiġi applikat l-Artikolu 12d lil entità ta’ riżoluzzjoni li l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tagħha, indipendentement jew flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni, tipprevedi ▌l-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja ▌, il-Bord għandu jistabbilixxi l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni previst fl-Artikolu 12d(3) b’mod proporzjonat fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin, kif rilevanti:

   (a) id-daqs, il-mudell tan-negozju, il-mudell ta’ finanzjament u l-profil tar-riskju tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew, kif rilevanti, id-daqs tal-parti tal-entità ta’ riżoluzzjoni li hija soġġetta għall-bejgħ ta’ negozju jew għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja;
   (b) l-ishma, strumenti oħrajn ta’ sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti lil riċevitur kif identifikati fil-pjan ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu:
   (i) il-linji operatorji ewlenin u l-funzjonijiet kritiċi tal-entità ta’ riżoluzzjoni;
   (ii) l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);
   (iii) is-salvagwardji msemmijin fl-Artikoli 73 sa 80 tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (iiia) rekwiżiti ta’ finanzjament proprju mistennija għal kwalunkwe istituzzjoni tranżitorja li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ħruġ mis-suq, sabiex jiżguraw il-konformità tagħha mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mad-Direttiva 2013/36/UE u mad-Direttiva 2014/65/UE; kif applikabbli;
   (iiib) id-domanda mistennija mir-riċevitur biex it-tranżazzjoni tkun newtrali għall-kapital fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli lill-entità akkwirenti.
   (c) il-valur mistenni u l-kummerċjabbiltà tal-ishma, ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda, ta’ assi, ta’ drittijiet jew ta’ obbligazzjonijiet tal-entità ta’ riżoluzzjoni msemmijin fil-punt (b), filwaqt li jitqiesu:
   (i) kwalunkwe impediment materjali għar-riżolvibbiltà, identifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li jkun ▌relatat mal-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja;
   (ii) it-telf li jirriżulta mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet li jifdal fl-istituzzjoni residwa;
   (iia) ambjent tas-suq potenzjalment avvers fil-ħin tar-riżoluzzjoni;
   (d) jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tipprevedix it-trasferiment ta’ ishma jew ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda maħruġin mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jew tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet kollha tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ parti minnhom;
   (e) jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tipprevedix l-applikazzjoni tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi.

3.  L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex tirriżulta f’ammont li jkun ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12d(3) jew f’ammont li jkun inqas minn 13,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u inqas minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura totali tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikkalkulat f’konformità mal-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

"

(12)  fl-Artikolu 12e(1), il-kliem “G-SII jew parti minn G-SII” huwa sostitwit bil-kliem “entità G-SII”;

(13)  l-Artikolu 12g huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-Bord, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jista’ jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f’dan l-Artikolu għal entità kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (b), u għal istituzzjoni finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c), li hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni iżda li ma hijiex entità ta’ riżoluzzjoni hija nnifisha.”;

"

(ii)  fit-tielet subparagrafu, il-kliem “l-ewwel subparagrafu” huwa sostitwit bil-kliem “l-ewwel u t-tieni subparagrafi”;

(b)  jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:"

“4. Meta, f’konformità mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni, jew impriża prinċipali tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha, ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/59/UE, jaqblu ma’ dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża prinċipali tal-Unjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 12a(1) billi joħorġu l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) l-impriża prinċipali apikali tagħhom stabbilita f’pajjiż terz;
   (b) is-sussidjarji ta’ dik l-impriża prinċipali apikali li huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz;
   (c) entitajiet oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a)(i) u (b)(ii), ta’ dan l-Artikolu.”;

"

(14)  l-Artikolu 12k huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌ jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

‘‘1a. B’deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord għandu jiddetermina perjodi tranżitorji adatti sabiex l-entitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g, jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif ikun xiera, jekk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet huma suġġetti għal dawk ir-rekwiżiti wara d-dħul fis-seħħ ta’ [dan ir-Regolament emendatorju].; L-iskadenza għall-entitajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) għandha tkun .... [erba’ snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta’ mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif xieraq, li l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw magħhom sa .... [sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit.

Il-Bord jista’ jistabbilixxi perjodu tranżizzjonali li jkun itwal minn ... [erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju] meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta’:

   (a) l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;
   (b) il-prospett li l-entità ser tkun tista’ tiżgura l-konformità f’perijodu ta’ żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); kif ukoll
   (c) jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m’għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà jew ta’ maturità, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta’ natura idjosinkratika jew hijiex dovuta għal tfixkil fis-suq kollu.”;

"

(b)  fil-paragrafu 3, il-punt (a), il-kliem “l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “l-Bord”;

(c)  fil-paragrafu 4, il-kliem “G-SII” huwa sostitwit bil-kliem “G-SII jew G-SII mhux tal-UE”;

(d)  fil-paragrafi 5 u 6, il-kliem “il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “il-Bord”;

(15)  l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 13

Miżuri ta’ intervent bikri

1.  Il-BĊE għandu jqis mingħajr dewmien żejjed u, jekk ikun meħtieġ, għandu japplika miżuri ta’ intervent bikri meta entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(2)(a) tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 102 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u tkun tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) l-entità ma tkunx ħadet l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa mill-BĊE, inklużi l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
   (ii) il-BĊE jqis li l-azzjonijiet ta’ rimedju minbarra l-miżuri ta’ intervent bikri ma humiex biżżejjed sabiex jindirizzaw il-problemi ▌;
   (b) l-entità tikser jew x’aktarx se tikser, fit-12-il xahar ta’ wara l-valutazzjoni tal-BĊE, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE, fl-Artikoli 3 sa 7, 14 sa 17, jew 24, 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew fl-Artikoli 12f jew 12g ta’ dan ir-Regolament.

Meta jkun hemm deterjorament sinifikanti tal-kundizzjonijiet, jew jirriżultaw ċirkostanzi avversi jew tinkiseb informazzjoni ġdida dwar l-entità, il-BĊE jista’ jiddetermina li l-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), tiġi ssodisfata mingħajr ma jkun ħa azzjonijiet ta’ rimedju oħrajn qabel, inkluż l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-BĊE jew, kif xieraq, l-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2014/65/UE, jew il-Bord, għandhom jinformaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti mingħajr dewmien dwar il-ksur jew il-ksur probabbli.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-miżuri ta’ intervent bikri għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

   (a) ir-rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità li jagħmel xi waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) li jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru;
   (ii) li jaġġorna l-pjan ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2014/59/UE meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-intervent bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u li jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru aġġornat f’perjodu ta’ żmien speċifiku;
   (b) ir-rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità li jsejjaħ, jew, jekk il-korp maniġerjali jonqos milli jikkonforma ma’ dak ir-rekwiżit, li jsejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti tal-entità, u fiż-żewġ każijiet jistabbilixxi l-aġenda u jitlob li l-azzjonisti jikkunsidraw ċerti deċiżjonijiet għall-adozzjoni;
   (c) ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-entità jfassal pjan ta’ azzjoni, f’konformità mal-pjan ta’ rkupru meta applikabbli, għan-negozjar dwar ir-ristrutturar tad-dejn ma’ wħud mill-kredituri tiegħu jew mal-kredituri kollha tiegħu;
   (d) ir-rekwiżit li tinbidel l-istruttura legali tal-istituzzjoni;
   (e) ir-rekwiżit li jitneħħa jew jiġi sostitwit il-korp maniġerjali jew maniġerjali superjuri tal-entità fl-intier tagħha jew fir-rigward tal-individwi, f’konformità mal-Artikolu 13a;
   (f) il-ħatra ta’ amministratur temporanju wieħed jew aktar għall-entità, f’konformità mal-Artikolu 13b.
   (fa) ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-entità jfassal pjan li l-entità tista’ timplimenta meta l-korp korporattiv rilevanti jiddeċiedi li jibda l-istralċ volontarju tal-entità.

3.  Il-BĊE għandu jagħżel il-miżuri xierqa u f’waqthom ta’ intervent bikri bbażati fuq dak li huwa proporzjonat għall-objettivi segwiti, filwaqt li jqis is-serjetà tal-ksur jew tal-ksur probabbli u l-ħeffa tad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità, fost informazzjoni rilevanti oħra.

4.  Għal kull waħda mill-miżuri msemmijin fil-paragrafu 2, il-BĊE għandu jistabbilixxi skadenza li tkun xierqa għat-tlestija ta’ dik il-miżura u li tippermetti lill-BĊE jevalwa l-effettività tagħha.

L-evalwazzjoni tal-miżura għandha titwettaq immedjatament wara li tintlaħaq u tiġi kondiviża l-iskadenza mal-Bord u mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti. Meta l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-miżuri ma ġewx implimentati bis-sħiħ jew li ma humiex effettivi, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandha tagħmel valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), wara li tkun ikkonsultat lill-Bord u lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti.

5.  Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti kif ukoll fi Stati Membri mhux parteċipanti, il-BĊE għandu jirrappreżenta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti għall-finijiet ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri mhux parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti u sussidjarji stabbiliti, jew fergħat sinifikanti li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti, il-BĊE għandu jikkomunika kwalunkwe deċiżjoni jew miżura msemmija fl-Artikoli 13 sa 13c rilevanti għall-grupp lill-awtoritajiet kompetenti u/jew lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti, kif xieraq, b’mod f’waqtu.”;

"

(16)  jiddaħħlu l-Artikoli 13a, 13b u 13c li ġejjin:"

Artikolu 13a

Sostituzzjoni tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali

Għall-finijiet tal-Artikolu 13(2), il-punt (e), il-maniġment superjuri jew il-korp maniġerjali l-ġdid, jew il-membri individwali ta’ dawk il-korpi, għandhom jinħatru f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali u jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-BĊE.

Artikolu 13b

Amministratur temporanju

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 13(2), il-punt (f), il-BĊE jista’, fuq il-bażi ta’ dak li huwa proporzjonat fiċ-ċirkostanzi, jaħtar kwalunkwe amministratur temporanju sabiex jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) jissostitwixxi temporanjament il-korp maniġerjali tal-entità;
   (b) jaħdem temporanjament mal-korp maniġerjali tal-entità.

Il-BĊE għandu jispeċifika l-għażla tiegħu skont il-punti (a) jew (b) fiż-żmien tal-ħatra tal-amministratur temporanju.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-BĊE għandu jispeċifika aktar, fiż-żmien tal-ħatra tal-amministratur temporanju, ir-rwol, id-dmirijiet u s-setgħat ta’ dak l-amministratur temporanju u kwalunkwe rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità sabiex jikkonsulta jew jikseb il-kunsens tal-amministratur temporanju qabel ma jieħu deċiżjonijiet jew azzjonijiet speċifiċi.

Il-BĊE għandu jippubblika l-ħatra ta’ kwalunkwe amministratur temporanju, ħlief meta l-amministratur temporanju ma jkollux is-setgħa li jirrappreżenta lill-entità jew li jieħu deċiżjonijiet f’isimha.

Kwalunkwe amministratur temporanju għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 91(1), (2) u (8) tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-valutazzjoni mill-BĊE ta’ jekk l-amministratur temporanju jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti għandha tkun parti integrali mid-deċiżjoni li jinħatar dak l-amministratur temporanju.

2.  Il-BĊE għandu jispeċifika s-setgħat tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tiegħu fuq il-bażi ta’ xi jkun proporzjonat fiċ-ċirkostanzi. Tali setgħat jistgħu jinkludu wħud mis-setgħat jew is-setgħat kollha tal-korp maniġerjali tal-entità, skont l-istatuti tal-entità u skont id-dritt nazzjonali, inkluża s-setgħa li jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-bord maniġerjali tal-entità jew uħud minnhom. Is-setgħat tal-amministratur temporanju fir-rigward tal-entità għandhom ikunu konformi mad-dritt soċjetarju applikabbli. Tali setgħat jistgħu jiġu aġġustati fil-każ li sseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi mill-BĊE.

3.  Il-BĊE għandu jispeċifika r-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra. Tali rwol u funzjonijiet jistgħu jinkludu dawn kollha li ġejjin:

   (a) aċċertar tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità;
   (b) il-ġestjoni tan-negozju jew ta’ parti min-negozju tal-entità sabiex tiġi ppreżervata jew irrestawrata l-pożizzjoni finanzjarja tagħha;
   (c) it-teħid ta’ miżuri sabiex tiġi rrestawrata l-ġestjoni soda u prudenti tan-negozju tal-entità.

Il-BĊE għandu jispeċifika kwalunkwe limitu fuq ir-rwol u fuq il-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tiegħu.

4.  Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa esklużiva li jaħtar u jneħħi kwalunkwe amministratur temporanju. Il-BĊE jista’ jneħħi amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni. Il-BĊE jista’ jvarja t-termini tal-ħatra ta’ amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin soġġett għal dan l-Artikolu.

5.  Il-BĊE jista’ jitlob li ċerti atti ta’ amministratur temporanju jkunu soġġetti għall-kunsens minn qabel tal-BĊE. Il-BĊE għandu jispeċifika kwalunkwe rekwiżit ta’ dan it-tip fil-mument tal-ħatra tal-amministratur temporanju jew meta ssir kwalunkwe varjazzjoni fit-termini tal-ħatra tal-amministratur temporanju.

Fi kwalunkwe każ, l-amministratur temporanju jista’ jeżerċita s-setgħa li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità u li jistabbilixxi l-aġenda ta’ tali laqgħa biss bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.

6.  Fuq talba tal-BĊE, l-amministratur temporanju għandu jfassal rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u dwar l-atti mwettqin matul il-ħatra tiegħu, f’intervalli stabbiliti mill-BĊE, tal-inqas darba, wara li jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, u fi kwalunkwe każ fi tmiem il-mandat tiegħu.

7.  L-amministratur temporanju għandu jinħatar għal massimu ta’ sena waħda (1). Dak il-perjodu jista’ jiġġedded darba b’mod eċċezzjonali jekk il-kundizzjonijiet għall-ħatra tal-amministratur temporanju jkomplu jiġu ssodisfati. Il-BĊE għandu jiddetermina dawk il-kundizzjonijiet u għandu jiġġustifika kwalunkwe tiġdid tal-ħatra tal-amministratur temporanju lill-azzjonisti

8.  Soġġetta għal dan l-Artikolu, il-ħatra ta’ amministratur temporanju ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-azzjonisti stabbiliti fid-dritt soċjetarju tal-Unjoni jew nazzjonali.

9.  Amministratur temporanju maħtur skont il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jitqies bħala viċi direttur jew direttur de facto skont id-dritt nazzjonali.

Artikolu 13c

Tħejjija għar-riżoluzzjoni

1.  Għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Bord mingħajr dewmien dwar kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmijin fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew l-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li jeħtieġu li tittieħed minn entità jew minn grupp, li jkollha l-għan li tindirizza deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ dik l-entità jew grupp;
   (b) meta attività superviżorja turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jkunu ssodisfati fir-rigward ta’ entità jew ta’ grupp, il-valutazzjoni li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, irrispettivament minn kwalunkwe miżura ta’ intervent bikri;
   (c) l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ intervent bikri msemmijin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-notifika li jkun irċieva skont l-ewwel subparagrafu.

Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jimmonitorjaw mill-qrib, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord, is-sitwazzjoni tal-entitajiet u tal-gruppi msemmijin fl-ewwel subparagrafu u l-konformità tagħhom mal-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), li jkollhom l-għan li jindirizzaw deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ dawk l-entitajiet u l-gruppi u bil-miżuri ta’ intervent bikri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c).

2.  Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Bord mill-aktar fis possibbli meta jqisu li hemm riskju materjali li tkun tapplika waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4) fir-rigward ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(2), jew ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Dik in-notifika għandu jkun fiha:

   (a) ir-raġunijiet għan-notifika;
   (b) ħarsa ġenerali lejn il-miżuri li jipprevjenu l-falliment tal-entità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-impatt mistenni tagħhom fuq l-entità fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4) u l-perjodu ta’ żmien mistenni għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Wara li jkun irċieva n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jivvaluta, f’kooperazzjoni msaħħa mal-BĊE jew mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), filwaqt li jitqiesu l-veloċità tad-deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-entità, l-impatt potenzjali fuq is-sistema finanzjarja, fuq il-protezzjoni tad-depożitanti u fuq il-preservazzjoni tal-fondi tal-klijenti, ir-riskju li proċess fit-tul iżid l-ispejjeż globali għall-klijenti u l-ekonomija, il-ħtieġa li tiġi implimentata b’mod effettiv l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe kunsiderazzjoni rilevanti oħra. Il-Bord għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti mill-aktar fis possibbli.

Wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-entità, l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura rilevanti fil-perjodu ta’ żmien mistenni tagħhom u kwalunkwe żvilupp rilevanti ieħor. Għal dak l-għan, il-Bord u l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jiltaqgħu regolarment, bi frekwenza stabbilita mill-Bord b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti u l-Bord għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħajr dewmien.

Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li jkun irċieva skont l-ewwel subparagrafu.

3.  Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandom jipprovdu lill-Bord bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Bord li tkun neċessarja għal dan kollu li ġej:

   (a) l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u t-tħejjija għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(2), jew ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet;
   (b) it-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) sa (15).

Meta tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-BĊE jew għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-BĊE u tali awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw sabiex jiksbu dik l-informazzjoni. Għal dak l-għan, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li l-entità tipprovdi tali informazzjoni, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, u li jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Bord.

4.  Il-Bord għandu jkollu s-setgħa li jikkummerċjalizza għal xerrejja potenzjali, jew li jagħmel arranġamenti għal tali kummerċjalizzazzjoni, l-entità msemmija fl-Artikolu 7(2), jew l-entità msemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew meta t-tali kundizzjonijiet jirrikjedu li l-entità tagħmel dan, għall-finijiet li ġejjin:

   (a) it-tħejjija għar-riżoluzzjoni ta’ dik l-entità, soġġetta għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dan ir-Regolament;
   (b) l-informar tal-valutazzjoni mill-Bord dwar il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament.

4a.  Meta, fl-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 4, il-Bord jiddeċiedi li jikkummerċjalizza direttament l-entità kkonċernata lil xerrejja potenzjali, huwa għandu jqis kif xieraq iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-impatt potenzjali li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-pożizzjoni ġenerali tal-entità.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-Bord għandu jkollu s-setgħa li:

   (a) jitlob lill-entità kkonċernata tistabbilixxi pjattaforma diġitali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li tkun neċessarja għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dik l-entità max-xerrejja potenzjali jew ma’ konsulenti u ma’ valwaturi mqabbdin mill-Bord;
   (b) jirrikjedi li l-awtorità nazzjonali rilevanti ta’ riżoluzzjoni tabbozza skema ta’ riżoluzzjoni preliminari għall-entità kkonċernata.

Meta l-Bord jeżerċita s-setgħa tiegħu skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 88.

6.  Id-determinazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jkunu ssodisfati u l-adozzjoni minn qabel ta’ miżuri ta’ intervent bikri ma humiex kundizzjonijiet neċessarji għall-Bord sabiex iħejji għar-riżoluzzjoni tal-entità jew sabiex jeżerċita s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.  Il-Bord għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-BĊE, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5 mingħajr dewmien.

8.  Il-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkooperaw mill-qrib:

   (a) meta jikkunsidraw it-teħid tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), li għandhom l-għan li jindirizzaw deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ entità u ta’ grupp, u l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c);
   (b) meta jikkunsidraw li jieħdu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 5;
   (c) matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) ta’ dan is-subparagrafu.

Il-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri u l-azzjonijiet ikunu konsistenti, koordinati u effettivi.”;

"

(17)  fl-Artikolu 14(2), il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“(c) li jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, b’mod partikolari meta tiġi pprovduta mill-baġit ta’ Stat Membru;

   (d) li jiġu protetti depożiti koperti u, sa fejn ikun possibbli, anke l-parti mhux koperta tad-depożiti eliġibbli ta’ persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li jiġu protetti l-investituri koperti mid-Direttiva 97/9/KE;”;

"

(18)  fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Il-Bord għandu jieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (b), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1).

Għal dawk il-finijiet, impriża prinċipali kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (b), għandha titqies li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

   (a) l-impriża prinċipali tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(4), il-punti (b), (c) jew (d);
   (b) l-impriża prinċipali tikser materjalment, jew ikun hemm elementi oġġettivi li juru li l-impriża prinċipali, fil-futur qarib, se tikser materjalment ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE.”;

"

(19)  l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1, 1a, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

‘‘1. Il-Bord għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 6 fir-rigward tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2), u tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b) u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, biss meta dan ikun iddetermina, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja tiegħu, li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) l-entità qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli;
   (b) ▌ ma jkunx hemm prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, azzjoni superviżorja, miżuri ta’ intervent bikri, jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 21(1), meħudin fir-rigward tal-entità, ikunu jipprevjeni lill-entità milli tfalli jew milli x’aktarx tfalli f’limitu ta’ żmien raġonevoli;
   (c) tkun neċessarja azzjoni ta’ riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.

Il-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha ssir mill-BĊE għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2), il-punt (a), jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2), il-punt (b), l-Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5), wara li jkun ikkonsulta mal-Bord. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jista’ jagħmel valutazzjoni bħal din biss wara li jkun informa lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel valutazzjoni bħal din u biss jekk il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, fi żmien tlett ijiem tal-kalendarju mill-wasla ta’ dik l-informazzjoni, ma jagħmlux valutazzjoni bħal din huma stess. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jitlob sabiex jinformaw il-valutazzjoni tiegħu, qabel jew wara li jiġu informati mill-Bord bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel il-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

Meta l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jkunu vvalutaw li l-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tkun issodisfata fir-rigward ta’ entità kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, huma għandhom jikkomunikaw dik il-valutazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Bord mingħajr dewmien.

Il-valutazzjoni ▌tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandha ssir mill-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE jew mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, wara li jikkonsulta, mingħajr dewmien, awtorità deżinjata tad-DGS u, fejn xieraq, skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li l-istituzzjoni tkun membru tagħha. Il-konsultazzjoni mal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tinkludi kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà tal-miżuri mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jistgħu jipprevjenu l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jitlob sabiex jinforma l-valutazzjoni tiegħu. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jistgħu jinformaw ukoll lill-Bord li hija tqis li tkun issodisfata l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

1a.  Il-Bord għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti miegħu li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni biss meta l-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti miegħu, jew il-grupp ta’ riżoluzzjoni li jappartjeni għalih, jikkonformaw fis-sħuħija tagħhom mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet meta l-BĊE jkun iddeċieda li jeżerċita direttament kompiti superviżorji relatati mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 6(5), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fil-każ li jirċievi komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ entità jew ta’ grupp kif imsemmi fl-Artikolu 7(3), il-Bord għandu jikkomunika l-valutazzjoni tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti mingħajr ebda dewmien.

3.  L-adozzjoni preċedenti ta’ miżura skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE, skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandhiex tkun kundizzjoni għat-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni.”;

"

(b)  il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(d) tkun meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta tali għajnuna tingħata f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 18a(1)”;

"

(ii)  it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra;

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala waħda fl-interess pubbliku meta dik l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun neċessarja għall-kisba u proporzjonata fir-rigward ta’ wieħed jew ta’ aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 14 u meta l-istralċ tal-istituzzjoni fi proċedimenti normali ta’ insolvenza ma jissodisfax dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv.

Azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha titqies li ma tkunx fl-interess pubbliku għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tapplika obligi simplifikati lil istituzzjoni, skont l-Artikolu 4. Il-preżunzjoni għandha tkun konfutabbli u ma għandhiex tapplika meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni jkunu f’riskju li kieku l-istituzzjoni kellha tiġi stralċata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

Meta jwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għalih fiż-żmien ta’ dik il-valutazzjoni, għandu jevalwa u jqabbel l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kollha ▌li tingħata lill-entità, kemm fil-każ ta’ riżoluzzjoni kif ukoll fil-każ ta’ stralċ f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli.”;

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri parteċipanti, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u, fejn meħtieġ, l-awtorità deżinjata kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE, għandhom iżommu lill-Bord infurmat dwar kwalunkwe miżura preparatorja għall-għoti tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 18a(1), il-punti (c) u (d), ta’ dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe kuntatt ta’ qabel in-notifika mal-Kummissjoni.

"

(d)  fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni għandha tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni jew toġġezzjona għaliha, jew fir-rigward tal-aspetti diskrezzjonali tal-iskema ta’ riżoluzzjoni fil-każijiet mhux koperti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew fir-rigward tal-użu propost tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond li ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern.”;

"

(e)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

‘‘11. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2014/59/UE, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29.

11a.   Sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan l-Artikolu, il-Bord għandu jagħti gwida u jipprovdi struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għall-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 32(5a) tad-Direttiva 2014/59/UE.

"

(20)  jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:"

Artikolu 18a

Għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja

1.  Għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja barra mill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tista’ tingħata lil entità kif imsemmi fl-Artikolu 2 fuq bażi eċċezzjonali biss f’wieħed mill-każijiet li ġejjin u dment li l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tikkonforma mal-kundizzjonijiet u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat:

   (a) meta, sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru ta’ natura eċċezzjonali jew sistemika u sabiex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja, l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
   (i) garanzija tal-Istat sabiex issostni l-faċilitajiet ta’ likwidità minn banek ċentrali f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-banek ċentrali;
   (ii) garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġin ġodda;
   (iii) akkwiżizzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji għajr strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew ta’ strumenti kapitali oħrajn, jew użu ta’ miżuri ta’ assi indeboliti bi prezzijiet, b’durata, u b’termini li ma jagħtux vantaġġ mhux dovut lill-istituzzjoni jew lill-entità kkonċernata, dment li l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4), il-punti (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 21(1) ma tkun preżenti fil-mument li fih tingħata l-għajnuna pubblika.
   (b) meta l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu l-forma ta’ intervent kost-effettiv permezz ta’ skema ta’ garanzija tad-depożiti ▌f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2014/49/UE, dment li ma tkun preżenti l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4);
   (c) meta l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu l-forma ta’ intervent kost-effettiv permezz ta’ skema ta’ garanzija tad-depożiti fil-kuntest tal-istralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (d) meta l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu l-forma ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE mogħtija fil-kuntest tal-istralċ ta’ istituzzjoni jew entità skont l-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE, minbarra l-appoġġ mogħti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2014/49/UE.

2.  Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhom jinkludu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) il-miżuri jkunu limitati għal entitajiet solventi, kif ikkonfermat mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti;
   (b) il-miżuri huma ta’ natura prekawzjonarja u temporanja u huma bbażati fuq strateġija ▌iddefinita minn qabel għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ approvata mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, inklużi data ta’ terminazzjoni speċifikata b’mod ċar, data tal-bejgħ jew skeda tar-ripagamenti għal kwalunkwe waħda mill-miżuri pprovduti; din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata qabel sena wara l-konklużjoni tal-istrateġija għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ, jew l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rimedju, jew il-valutazzjoni skont is-seba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu;
   (c) il-miżuri jkunu proporzjonati sabiex jirrimedjaw il-konsegwenzi tat-taqlib serju jew sabiex jippreżervaw l-istabbiltà finanzjarja;
   (d) il-miżuri ma jintużawx sabiex jikkumpensaw għat-telf li ġarrbet l-entità jew li x’aktarx iġġarrab fuq medda ta’ 12-il xahar.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), entità għandha titqies solventi meta l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jkunu kkonkludew li ma jkun seħħ l-ebda ksur, jew li x’aktarx mhux se jseħħ fit-12-il xahar ta’ wara, abbażi tal-aspettattivi attwali, ta’ kwalunkwe rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, fl-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew ir-rekwiżiti applikabbli rilevanti skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tikkwantifika t-telf li ġarrbet jew li x’aktarx iġġarrab l-entità. Dik il-kwantifikazzjoni għandha tkun ibbażata, bħala minimu, fuq rieżamijiet tal-kwalità tal-assi mwettqa mill-BĊE, mill-EBA jew mill-awtoritajiet nazzjonali, jew, fejn xieraq, fuq spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-awtorità kompetenti. Meta tali eżerċizzji ma jistgħux jitwettqu fi żmien xieraq, l-awtorità kompetenti tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni, dment li l-karta bilanċjali tikkonforma mar-regoli u mal-istandards kontabilistiċi applikabbli, kif ikkonfermati minn awditur estern indipendenti ▌. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-aqwa sforzi biex tiżgura li l-kwantifikazzjoni hija bbażata fuq il-valur tas-suq tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew entità.

Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), għandhom ikunu limitati għal miżuri li jkunu ġew ivvalutati mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti kif neċessarji sabiex jiggarantixxu s-solvenza tal-entità billi jiġi indirizzat id-defiċit ta’ kapital tagħha stabbilit fix-xenarju avvers stress tests nazzjonali, tal-Unjoni jew madwar l-MSU, jew eżerċizzji ekwivalenti mwettqin mill-BĊE, mill-EBA jew mill-awtoritajiet nazzjonali, meta applikabbli, ikkonfermati mill-BĊE jew mill-awtorità kompetenti rilevanti.

B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), l-akkwiżizzjoni ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tkun permessa b’mod eċċezzjonali meta n-natura tad-defiċit identifikat tkun tali li l-akkwiżizzjoni ta’ kwalunkwe strument ta’ fondi proprji ieħor jew ta’ strumenti kapitali oħrajn ma tkunx tagħmilha possibbli għall-entità kkonċernata li tindirizza d-defiċit ta’ kapital tagħha stabbilit fix-xenarju avvers fl-istress test rilevanti jew f’eżerċizzju ekwivalenti. L-ammont ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 akkwiżiti ma għandux jaqbeż it-2 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F’każ li kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), ma tinfediex, ma titħallasx lura jew ma tiġix itterminata b’xi mod ieħor f’konformità mat-termini tal-istrateġija għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ stabbilita fiż-żmien tal-għoti ta’ tali miżura, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jitolbu li l-istituzzjoni jew l-entità tissottometti pjan ta’ rimedju ta’ darba. Il-pjan ta’ rimedju għandu jiddeskrivi l-passi li għandhom jittieħdu sabiex tinżamm jew tiġi restawrata l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji, il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità u l-kapaċità tagħha li tħallas lura l-ammont ipprovdut, kif ukoll il-perjodu ta’ żmien assoċjat.

Meta l-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti ma jirrikonoxxux il-pjan ta’ rimedju ta’ darba bħala kredibbli jew fattibbli, jew meta l-istituzzjoni jew l-entità tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, għandha titwettaq valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni jew l-entità hijiex qed tfalli jew aktarx li tfalli f’konformità mal-Artikolu 18.

2a.  Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jinformaw lill-Bord bil-valutazzjoni tagħha dwar jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (d), fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u l-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u l-Artikolu 7(5) humiex issodisfati.”;

"

(21)  l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. Meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jew tal-Fond f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-iskema ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni pożittiva jew kondizzjonali, jew deċiżjoni li ma hijiex se tqajjem oġġezzjoni, dwar il-kompatibbiltà tal-użu ta’ tali għajnuna mas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-ħtieġa li l-Bord iwettaq l-iskema ta’ riżoluzzjoni f’waqtha, tieħu d-deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond mas-suq intern sa mhux aktar tard minn meta tapprova jew toġġezzjona għall-iskema ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18(7), it-tieni subparagrafu, jew meta jiskadi l-perjodu ta’ 24 siegħa msemmi fl-Artikolu 18(7), il-ħames subparagrafu, skont liema jiġi l-ewwel. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni fi żmien 24 siegħa minn meta l-Bord ikun ittrażmetta l-iskema ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ riżoluzzjoni għandha titqies awtorizzata mill-Kummissjoni u għandha tidħol fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 18(7), il-ħames subparagrafu.

Meta jwettqu l-kompiti mogħtijin lilhom mill-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti strutturali li jiżguraw l-indipendenza operazzjonali u jevitaw kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw bejn il-funzjonijiet fdati bit-twettiq ta’ dawk il-kompiti u funzjonijiet oħrajn u għandhom jippubblikaw b’mod xieraq l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-organizzazzjoni interna tagħhom f’dan fir-rigward.”;

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Malli l-Bord iqis li jista’ jkun neċessarju li jintuża l-Fond, huwa għandu jikkuntattja lill-Kummissjoni b’mod informali, fil-pront, u b’mod kunfidenzjali, sabiex jiddiskutu l-użu possibbli tal-Fond, inklużi l-aspetti legali u ekonomiċi relatati mal-użu tiegħu. Ladarba l-Bord ikun ċert biżżejjed li l-iskema ta’ riżoluzzjoni prevista tkun se tinvolvi l-użu ta’ għajnuna mill-Fond, il-Bord għandu jinnotifika formalment lill-Kummissjoni bl-użu propost tal-Fond. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni teħtieġ sabiex tagħmel il-valutazzjonijiet tagħha skont dan il-paragrafu, u li l-Bord ikollu fil-pussess tiegħu jew li l-Bord ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Malli tirċievi n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-użu tal-Fond joħloqx jew jheddidx li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi jiffavorixxi lill-entità benefiċarja jew lil kwalunkwe impriża oħra, sa fejn tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u tkun inkompatibbli mas-suq intern. Għall-użu tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterju stabbilit għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikolu 107 tat-TFUE. Il-Bord għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni fil-pussess tiegħu, jew li l-Bord ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u li l-Kummissjoni tqis li tkun neċessarja sabiex twettaq dik il-valutazzjoni.

Meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mir-regolamenti rilevanti kollha adottati skont l-Artikolu 109 tat-TFUE, mill-komunikazzjonijiet u mill-gwida kollha relatati u rilevanti tal-Kummissjoni, u l-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tar-regoli tat-Trattati relatati mal-għajnuna mill-Istat kif ikunu fis-seħħ fiż-żmien li fih għandha ssir il-valutazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati bħallikieku r-referenzi għall-Istat Membru responsabbli għan-notifika tal-għajnuna kienu referenzi għall-Bord, u bi kwalunkwe modifika neċessarja oħra.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-Fond mas-suq intern u tindirizza dik id-deċiżjoni lill-Bord u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati. Dik id-deċiżjoni tista’ tkun kontinġenti fuq kundizzjonijiet jew fuq impenji fir-rigward tal-benefiċjarju u għandha tqis il-ħtieġa għall-eżekuzzjoni f’waqtha tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni mill-Bord.

Id-deċiżjoni tista’ tistipula wkoll obbligi fuq il-Bord, fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti jew fl-Istati Membri kkonċernati jew fuq il-benefiċjarju, kif applikabbli u sal-punt li dawk l-obbligi jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, sabiex tippermetti l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom magħha. Dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti dwar il-ħatra ta’ fiduċjarju jew ta’ persuna indipendenti oħra sabiex tgħin fil-monitoraġġ. Fiduċjarju jew persuna indipendenti oħra tista’ twettaq tali funzjonijiet kif speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe deċiżjoni skont dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjoni negattiva, indirizzata lill-Bord, li fiha tiddeċiedi li l-użu propost tal-Fond Uniku ma jkunx kompatibbli mas-suq intern u ma jkunx jista’ jiġi implimentat fil-forma kif proposta mill-Bord. Malli jirċievi deċiżjoni bħal din, il-Bord għandu jikkunsidra mill-ġdid l-iskema ta’ riżoluzzjoni tiegħu u għandu jħejji skema ta’ riżoluzzjoni riveduta.”;

"

(c)  il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“10. B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kunsill jista’, wara applikazzjoni ta’ Stat Membru jew tal-Bord, fi żmien 7 ijiem minn meta ssir tali applikazzjoni, jiddeċiedi b’mod unanimu li l-użu tal-Fond għandu jitqies kompatibbli mas-suq intern, meta deċiżjoni bħal din tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-każ meta l-Kunsill ma jkunx iddeċieda fi żmien dawk is-7 ijiem.”;

"

(22)  l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. Qabel jiddeċiedi dwar jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, jew il-kundizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 21(1), il-Bord għandu jiżgura li titwettaq valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 2 minn persuna li tkun indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inklużi l-Bord u l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, u mill-entità kkonċernata.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 8a li ġej:"

“8a. Meta dan ikun neċessarju sabiex jinforma d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5, il-punti (c) u (d), il-valwatur għandu jikkomplementa l-informazzjoni fil-paragrafu 7, il-punt (c), bi stima tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, inklużi l-obbligazzjonijiet u l-assi kontinġenti.”;

"

(c)  fil-paragrafu 18, jiżdied il-punt (d) li ġej:"

“(d) meta jiġi ddeterminat it-telf li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti kienet iġġarrab li kieku l-istituzzjoni ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza, tapplika l-kriterji u l-metodoloġija msemmijin fl-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE u fi kwalunkwe att delegat adottat skont dak l-Artikolu.”;

"

(23)  l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

—  il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:"

‘‘1. Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-Bord għandu jeżerċita s-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti, u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 7a, fir-rigward tal-entitajiet u tal-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u lill-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, iżda biss meta jiddetermina, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li tkun ġiet issodisfata kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:”;

"

—  il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(e) għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tkun meħtieġa mill-entità jew mill-grupp, ħlief meta dik l-għajnuna tingħata f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 18a(1).”;

"

(ii)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), għandha ssir mill-BĊE għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2)(a), jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2)(b), (4)(b) u (5), u mill-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kompiti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(1) u (2).”;

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(c)  fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) wara li jitqies iż-żmien, il-ħtieġa li jiġu implimentati b’mod effettiv is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni jew l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni għall-grupp ta’ riżoluzzjoni u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inklużi miżuri alternattivi tas-settur privat, azzjoni superviżorja jew miżuri ta’ intervent bikri, minbarra l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti, u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 7a, tipprevjeni l-falliment ta’ dik l-entità jew ta’ dak il-grupp f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.”;

"

(d)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“9. Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ entità msemmija f’dak il-paragrafu, u l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(1) jiġu ssodisfati wkoll fir-rigward ta’ dik l-entità jew ta’ entità li tappartjeni għall-istess grupp, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(6), (7) u (8).”;

"

(24)  l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“7. Il-Fond jista’ jagħmel kontribuzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 6 biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u għar-rikapitalizzazzjoni ugwali għal ammont ta’ mhux anqas minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15), tkun saret mill-azzjonisti, mid-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna permezz ta’ tnaqqis, valwazzjoni negattiva, jew konverżjoni skont l-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 21(10) ta’ dan ir-Regolament, u permezz tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 79 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE meta rilevanti;
   (b) il-kontribuzzjoni mill-Fond ma taqbiżx il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15).”;

"

(c)  fil-paragrafu 13, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet ta’ rikapitalizzazzjoni interna jeħtieġ li jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti:

   (a) sabiex jiġi rrestawrat il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew, meta applikabbli, sabiex jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni tranżitorja, filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ kapital mill-Fond magħmula skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d);
   (b) sabiex tiġi sostnuta kunfidenza suffiċjenti fis-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew fl-istituzzjoni tranżitorja, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kontinġenti, u l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun tista’ tkompli tissodisfa, għal tal-anqas sena waħda (1), il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u sabiex tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.”;

"

(25)  l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Obbligu ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni”;

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b u 2c li ġejjin:"

“2a. Il-Bord, il-BERS, l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom.

2b.  Il-BĊE u membri oħrajn tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Bord u jipprovdulu l-informazzjoni neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti tal-Bord, inkluża l-informazzjoni miġbura minnhom f’konformità mal-istatut tagħhom. L-Artikolu 88(6) għandu japplika għall-iskambji kkonċernati.

2c.  L-awtoritajiet deżinjati msemmijin fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Bord. L-awtoritajiet deżinjati u l-Bord għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom.”;

"

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“6. Il-Bord għandu jagħmel ħiltu sabiex jikkoopera mill-qrib ma’ kwalunkwe faċilità pubblika ta’ assistenza finanzjarja, inklużi l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), b’mod partikolari fis-sitwazzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) fiċ-ċirkostanzi straordinarji msemmijin fl-Artikolu 27(9) u meta tali faċilità tkun tat, jew x’aktarx tagħti, assistenza finanzjarja diretta jew indiretta lil entitajiet stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti;
   (b) meta l-Bord ikun ikkuntratta lill-Fond arranġament finanzjarju skont l-Artikolu 74.”;

"

(d)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“7. Meta jkun neċessarju, il-Bord għandu jikkonkludi memorandum ta’ qbil mal-BĊE u ma’ membri oħrajn tas-SEBĊ, mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jiddeskrivi t-termini ġenerali ta’ kif se jikkooperaw skont il-paragrafi 2, 2a, 2b u 4 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 74, it-tieni paragrafu, fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Il-memorandum għandu jiġi rrieżaminat fuq bażi regolari u jiġi ppubblikat soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali.”;

"

(26)  jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:"

Artikolu 30a

Informazzjoni miżmuma minn mekkaniżmu awtomatizzat ċentralizzat

1.  L-awtoritajiet li joperaw il-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati stabbiliti mill-Artikolu 32a tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** għandhom jipprovdu lill-Bord, fuq talba tiegħu, b’informazzjoni relatata man-numru ta’ klijenti li għalihom entità kif imsemmija fl-Artikolu 2 tkun l-uniku sieħeb bankarju jew is-sieħeb bankarju prinċipali.

2.  Il-Bord għandu jitlob l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biss fuq bażi ta’ każ b’każ u, meta jkun neċessarju, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

3.  Il-Bord jista’ jaqsam l-informazzjoni miksuba skont l-ewwel paragrafu mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.

______________________________

** Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”;

"

(27)  l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-kooperazzjoni rigward il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 5 ta’ dan it-Titolu. F’dak il-qafas u għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, il-Bord:

   (a) jista’ jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jippreżentaw lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif miksuba minnhom;
   (b) għandu, fuq talba ta’ awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru parteċipanti, jipprovdi lil dik l-awtorità bi kwalunkwe informazzjoni li hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ dik l-awtorità skont dan ir-Regolament.”

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“3. Għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonsultaw lill-Bord qabel ma jaġixxu skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

"

(28)  fl-Artikolu 32(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti kif ukoll fi Stati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għal xi approvazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament, il-Bord għandu jirrappreżenta l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti għall-iskopijiet ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikoli 7, 8, 12, 13, 16, 18, 45h, 55, u 88 sa 92 tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

"

(29)  l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:"

“Il-Bord, billi jagħmel użu sħiħ mill-informazzjoni kollha li diġà tkun disponibbli għall-BĊE, inkluża l-informazzjoni miġbura mill-membri tas-SEBĊ f’konformità mal-istatut tagħhom, jew mill-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għall-BERS, għall-EBA, għall-ESMA jew għall-EIOPA, jista’ jeħtieġ, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew direttament, wara li jkun informa lil dawk l-awtoritajiet, lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin sabiex jipprovdulu l-informazzjoni neċessarja kollha, f’konformità mal-proċedura mitluba mill-Bord u fil-forma mitluba mill-Bord, sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu:”;

"

(b)  il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“5. Il-Bord, il-BĊE, il-membri tas-SEBĊ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jistgħu jfasslu memoranda ta’ qbil li jistabbilixxu proċedura li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Bord, il-BĊE u membri oħrajn tas-SEBĊ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni ma għandux jitqies li jikser ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.

6.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BĊE, il-membri tas-SEBĊ, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-Bord sabiex jivverifikaw jekk xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha mitluba tkunx diġà disponibbli fiż-żmien li ssir it-talba. Meta tali informazzjoni tkun disponibbli, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BĊE u membri oħrajn tas-SEBĊ, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Bord.”;

"

(30)  fl-Artikolu 43(1), jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:"

“(aa) il-Viċi-President maħtur f’konformità mal-Artikolu 56;”;

"

(30a)  l-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Trasparenza u obbligu ta’ rendikont;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

3a. Il-Bord għandu jippubblika l-politiki, il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali, in-noti ta’ gwida u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tiegħu dwar ir-riżoluzzjoni b’mod ġenerali u dwar il-prattiki u l-metodoloġiji ta’ riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fi ħdan il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sakemm tali pubblikazzjoni ma tinvolvix id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

"

(31)  fl-Artikolu 50(1), il-punt (n) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(n) jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità u Awditur Intern, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandhom ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom;”;

"

(31a)  fl-Artikolu 50(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

(qa) jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jiġu kkonsultati dwar il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali, il-politiki jew in-noti ta’ gwida li jistabbilixxu politiki, prattiki jew metodoloġiji ta’ riżoluzzjoni li dawk l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni.”;

"

(32)  l-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:"

“Il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jkun magħmul mill-President, mill-Viċi-President u mill-erba’ membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b).”;

"

(b)  fil-paragrafu 5, il-kliem “l-Artikolu 43(1)(a) u (b)” huma sostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 43(1), il-punti (a), (aa) u (b)”.;

(33)  fl-Artikolu 55, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

‘‘1. Meta jiddeliberaw dwar entità individwali jew grupp stabbiliti biss fi Stat Membru parteċipanti wieħed, jekk il-membri kollha msemmijin fl-Artikolu 53(1) u (3) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim konġunt b’kunsens sa skadenza stipulata mill-President, il-President, il-Viċi-President u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jieħdu deċiżjoni b’maġġoranza sempliċi.

2.  Meta jiddeliberaw fuq grupp transfruntier, jekk il-membri kollha msemmijin fl-Artikolu 53(1) u (4) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim konġunt b’kunsens sa skadenza stipulata mill-President, il-President, il-Viċi-President u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jieħdu deċiżjoni b’maġġoranza sempliċi.”;

"

(34)  l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(d) l-istabbiliment ta’ abbozz preliminari tal-baġit u abbozz tal-baġit tal-Bord, f’konformità mal-Artikolu 61 u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Bord, f’konformità mal-Artikolu 63;”;

"

(b)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-mandat tal-President, tal-Viċi President u tal-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandu jkun ta’ ħames snin. ▌

Persuna li sservi ▌bħala l-President, il-Viċi President jew membru msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), ma għandhiex tkun eliġibbli għall-ħatra f’xi waħda miż-żewġ karigi l-oħrajn.”;

"

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

▌"

“6. Wara li tisma’ lill-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’lista qasira ta’ kandidati b’bilanċ bejn il-ġeneri għall-pożizzjonijiet ta’ President, Viċi President u membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) u tinforma lill-Kunsill dwar il-lista qasira. Il-Parlament Ewropew jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ tal-kandidati inklużi fuq dik il-lista qasira. F’konformità mal-eżitu fil-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta’ dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni implimentattiva biex jaħtar lill-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b). Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.”;

"

(e)  fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:"

“Il-President, il-Viċi President, u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru s-suċċessuri tagħhom u dawn jibdew bid-dmirijiet tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.”;

"

(ea)  il-paragrafu 8 huwa mħassar.

(35)  l-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Artikolu 61

Stabbiliment tal-baġit

1.  Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-President għandu jħejji abbozz preliminari tal-baġit tal-Bord, inkluża dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Bord għas-sena segwenti, flimkien mat-tabella tal-persunal, għas-sena segwenti, u jippreżentah lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu.

Meta dan ikun neċessarju, il-Bord għandu jaġġusta, fis-sessjoni plenarja tiegħu, l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Bord flimkien mal-abbozz tat-tabella tal-persunal.

2.  Fuq il-bażi tal-abbozz preliminari tal-baġit kif adottat mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-President għandu jfassal abbozz tal-baġit tal-Bord u jissottomettih lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għall-adozzjoni.

Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord għandu jaġġusta, fis-seduta plenarja tiegħu, l-abbozz tal-baġit mill-President, meta dan ikun neċessarju, u jadotta l-baġit finali tal-bord flimkien mat-tabella tal-persunal.”;

"

(35a)  fl-Artikolu 62, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Il-Bord huwa responsabbli sabiex fis-sessjoni plenarja tiegħu jadotta standards ta’ kontroll intern u jdaħħal fis-seħħ sistemi ta’ kontroll intern u proċeduri li jkunu xierqa għat-twettiq tal-kompiti tal-awditur intern.”;

"

(36)  fl-Artikolu 69, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. Jekk, wara l-perjodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat f’dak il-paragrafu, għandhom jinġabru kontribuzzjonijiet regolari kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 70 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Il-Bord jista’ jipposponi l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet regolari ġġenerati f’konformità mal-Artikolu 70 sa tliet snin sabiex jiżgura li l-ammont li għandu jinġabar jilħaq ammont li jkun proporzjonat għall-kostijiet tal-proċess tal-ġbir, dment li tali differiment ma jaffettwax materjalment il-kapaċità tal-Bord li juża l-Fond skont it-Taqsima 3. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u meta l-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien erba’ snin.”;

"

(37)  l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 69 jistgħu jinkludu impenji ta’ pagamenti irrevokabbli li huma kompletament sostnuti b’kollateral ta’ assi b’riskju baxx mhux ostakolati b’xi drittijiet ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-Bord għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 76(1). Is-sehem ta’ dawk l-impenji irrevokabbli ta’ pagament ma għandhomx jaqbżu t-30 % tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet miġburin f’konformità ma’ dan l-Artikolu. F’dak il-limitu, il-Bord għandu jiddetermina kull sena s-sehem ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jinġabru f’konformità ma’ dan l-Artikolu.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:"

“3a. Il-Bord għandu jeżerċita l-impenji ta’ pagament irrevokabbli magħmulin skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta l-użu tal-Fond ikun meħtieġ skont l-Artikolu 76.

Meta istituzzjoni jew entità ma tibqax taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 u ma tibqax soġġetta għall-obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord għandu jeżerċita l-impenji ta’ pagament irrevokabbli magħmulin skont il-paragrafu 3 u li jkunu għadhom dovuti. Jekk il-kontribuzzjoni marbuta mal-impenn ta’ pagament irrevokabbli titħallas kif xieraq mal-ewwel eżerċitar, il-Bord għandu jħassar l-impenn u jirritorna l-kollateral. Jekk il-kontribuzzjoni ma titħallasx kif xieraq mal-ewwel eżerċitar, il-Bord għandu jissekwestra l-kollateral u jħassar l-impenn.”;

"

(38)  fl-Artikolu 71(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex post fis-sena ma għandux jaqbeż tliet darbiet it-12,5 % tal-livell fil-mira.”;

"

(39)  fl-Artikolu 74, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“Il-Bord għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-BĊE malli jqis li jista’ jkun neċessarju li jiġu attivati arranġamenti finanzjarji kuntrattati għall-Fond f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-BĊE bl-informazzjoni neċessarja kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ tali arranġamenti finanzjarji.”;

"

(40)  l-Artikolu 76 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Meta l-Bord jiddetermina li l-użu tal-Fond għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 x’aktarx iwassal sabiex parti mit-telf ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 jingħadda lill-Fond, għandhom japplikaw il-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-Fond imsemmijin fl-Artikolu 27.”;

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:"

“5. Meta l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 22(2), il-punt (a) jew (b), jintużaw għat-trasferiment ta’ parti biss mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, il-Bord għandu jkollu pretensjoni kontra l-entità residwa għal kwalunkwe spiża u telf imġarrab mill-Fond bħala riżultat ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni magħmula għar-riżoluzzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu b’rabta ma’ telf li l-kredituri kieku kienu jġarrbu.

6.  Il-pretensjonijiet tal-Bord imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 22(6) għandu, f’kull Stat Membru parteċipanti, ikollhom l-istess gradazzjoni ta’ prijorità bħall-pretensjonijiet tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jirregolaw proċedimenti normali ta’ insolvenza skont l-Artikolu 108(9) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

"

(41)  l-Artikolu 79 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

‘‘1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li meta l-Bord jieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, dment li tali azzjoni tiżgura li d-depożitanti tad-depożiti koperti, u l-persuni fiżiċi kif ukoll l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jkollhom depożiti eliġibbli, jibqa’ jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, sabiex jiġi evitat li tali depożitanti jġarrbu telf, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha tkun affiljata dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkontribwixxi għall-finijiet u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.  Il-Bord, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, għandu jiddetermina l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti f’konformità mal-paragrafu 1 wara li jkun ikkonsulta l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, u meta jkun neċessarju, l-awtorità deżinjata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE, dwar il-kost stmat tar-ripagament lid-depożitanti skont l-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE u f’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Il-Bord għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-awtorità deżinjata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE u lill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha tkun affiljata l-istituzzjoni. L-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandha timplimenta dik id-deċiżjoni mingħajr dewmien.”;

"

(b)  fil-paragrafu 5, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra;

(41a)  jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:"

“Artikolu 79a

Rappurtar dwar il-likwidità f’riżoluzzjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2024 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjoni tal-likwidità f’riżoluzzjoni.

Ir-rapport għandu jeżamina jekk nuqqas temporanju ta’ likwidità wara r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni f’riżoluzzjoni huwiex ikkawżat inter alia minn strument nieqes fis-sett ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u għandu jeżamina l-aktar modi effiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet temporanji ta’ likwidità, filwaqt li jitqiesu l-prattiki f’ġuriżdizzjonijiet oħra. Ir-rapport għandu jippreżenta għażliet ta’ politika konkreti.

Artikolu 79b

Sal-31 ta’ Diċembru 2026, fil-kuntest tat-tkomplija tad-diskussjonijiet dwar l-Unjoni Bankarja, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività u l-ambitu tal-mekkaniżmu tat-trasferiment tat-telf intern fil-gruppi ta’ riżoluzzjoni li jirriżultaw mir-riforma tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet.

B’mod partikolari, ir-rapport għandu jqis il-kamp ta’ applikazzjoni tar-riżoluzzjoni, il-livell ta’ konformità mal-miri interni tal-MREL u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija, b’mod partikolari l-Fond.”;

"

(42)  fl-Artikolu 85(3), il-kliem “imsemmija fl-Artikolu” huwa sostitwit bil-kliem “adottata skont l-Artikolu”;

(43)  fl-Artikolu 88, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:"

“7. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Bord milli jiddivulga l-analiżijiet jew il-valutazzjonijiet tiegħu, inkluż meta jkunu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2 jew minn awtoritajiet oħrajn kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, meta l-Bord jivvaluta li d-divulgazzjoni ma timminax il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika u li jkun hemm interess pubbliku fid-divulgazzjoni li jipprevali fuq kwalunkwe interess ieħor imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Tali divulgazzjoni għandha titqies li saret mill-Bord fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”.

"

(43a)  fl-Artikolu 94(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(aa) l-interazzjoni bejn il-qafas eżistenti u l-istabbiliment tal-Iskema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti.

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].

Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (1)(a), il-punti (2) u (3), il-punt (4)(a), il-punt (5)(a), (b) u (c)(i) u (ii), il-punt (6)(a), il-punt (7), il-punt (13)(a)(i) u (b), il-punt (14)(a), (b) u (d), il-punt (19)(d) u (e), il-punt (21), il-punt (23)(a)(i), l-ewwel inċiż, (b) u (d), il-punti (25) sa (35), u l-punti (39), (42) u (43), għandhom japplikaw minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = xahar wieħed (1) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 307, 31.8.2023, p. 19.
(2) ĠU C 349, 29.9.2023, p. 161.
(3)* Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌. '
(4) ĠU C , , p. .
(5) ĠU C , , p. .
(6) Il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions, il-15 ta’ Ottubru 2014.
(7) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma huwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).
(13) Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(16) COM(2018)133 final.
(17) COM(2020)822 final.
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru, 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p.8).
(20) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).


Miżuri ta' intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (BRRD3)
PDF 387kWORD 100k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-miżuri ta’ intervent bikri, il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0227 – C9-0135/2023 – 2023/0112(COD))
P9_TA(2024)0327A9-0153/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0227),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0135/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0153/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-miżuri ta’ intervent bikri, il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni(3)

P9_TC1-COD(2023)0112


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (“istituzzjonijiet”) ġie stabbilit wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2008–2009 u bħala segwitu tal-Attributi Ewlenin ta’ Reġimi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji(6) tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja li ġew approvati internazzjonalment. Il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni jikkonsisti fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Iż-żewġ atti japplikaw għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, u għal kwalunkwe entità oħra li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jew ta’ dak ir-Regolament (“entitajiet”). Il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni għandu l-għan li jittratta b’mod ordnat il-falliment tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet billi jippreserva l-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet u jevita t-theddid għall-istabbiltà finanzjarja, u fl-istess ħin jipproteġi d-depożitanti u l-fondi pubbliċi. Barra minn hekk, il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni għandu l-għan li jrawwem l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam bankarju billi joħloq reġim armonizzat sabiex il-kriżijiet transfruntiera jiġu indirizzati b’mod ikkoordinat u billi jevita kwistjonijiet ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u riskji ta’ inugwaljanza fit-trattament.

(2)  Bosta snin mill-implimentazzjoni tiegħu, il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni kif applikabbli bħalissa ma jagħtix ir-riżultati kif maħsub fir-rigward ta’ xi wħud minn dawk l-objettivi. B’mod partikolari, filwaqt li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet għamlu progress sinifikanti lejn ir-riżolvibbiltà u allokaw riżorsi sinifikanti għal dak il-għan, b’mod partikolari permezz tal-akkumulazzjoni tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni u l-mili tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, rari jkun hemm min jirrikorri għall-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni. Il-fallimenti ta’ ċerti istituzzjonijiet u entitajiet iżgħar u ta’ daqs medju huma minflok indirizzati l-aktar permezz ta’ miżuri nazzjonali mhux armonizzati. Sfortunatament, il-flus tal-kontribwenti għadhom qed jintużaw minflok xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija, inkluż l-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Dik is-sitwazzjoni tidher li tirriżulta minn inċentivi inadegwati. Dawk l-inċentivi inadegwati jirriżultaw mill-interazzjoni tal-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni mar-regoli nazzjonali, fejn id-diskrezzjoni wiesgħa fil-valutazzjoni tal-interess pubbliku mhux dejjem tiġi eżerċitata b’mod li jirrifletti kif kien maħsub li japplika l-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni ftit ra użu minħabba r-riskji għad-depożitanti ta’ istituzzjonijiet iffinanzjati mid-depożiti li jġarrbu telf biex jiġi żgurat li dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jaċċessaw finanzjament estern f’riżoluzzjoni, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Fl-aħħar nett, il-fatt li hemm regoli inqas stretti dwar l-aċċess għall-finanzjament barra r-riżoluzzjoni milli fir-riżoluzzjoni skoraġġixxa l-applikazzjoni tal-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni favur soluzzjonijiet oħrajn, li spiss jinvolvu l-użu tal-flus tal-kontribwenti minflok ir-riżorsi proprji tal-istituzzjoni u tal-entità jew ix-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija. Dik is-sitwazzjoni, min-naħa tagħha, tiġġenera riskji ta’ frammentazzjoni, riskji ta’ eżiti subottimali fl-immaniġġar tal-fallimenti tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet, b’mod partikolari fil-każ ta’ istituzzjonijiet u entitajiet iżgħar u ta’ daqs medju, u kostijiet ta’ opportunità minn riżorsi finanzjarji mhux użati. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva u koerenti tal-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni u li jiġi żgurat li dan ikun jista’ jiġi applikat▌ meta jkun fl-interess pubbliku, inkluż għal ċerti istituzzjonijiet iżgħar u ta’ daqs medju▌.

(2a)  L-għan tar-rieżami tad-Direttiva 2014/59/UE huwa li jiġu protetti aħjar flus il-kontribwenti u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi sistemiċi ġodda għal istituzzjonijiet u entitajiet li mhumiex koperti mill-qafas eżistenti. Dak il-qafas huwa mfassal biex inaqqas il-piż ekonomiku fuq is-soċjetà billi jnaqqas il-kostijiet ġenerali assoċjati mal-fallimenti ta’ banek. L-użu ta’ flus il-kontribwenti jenħtieġ li, bl-introduzzjoni ta’ qafas rivedut, jitnaqqas ferm sabiex jiġi żgurat li l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jintuża aktar ta’ spiss u b’mod aktar effettiv.

(3)  L-intensità, u l-livell ta’ dettall, tal-ħidma tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni meħtieġa fir-rigward tas-sussidjarji li ma ġewx identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni jvarjaw skont id-daqs u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikkonċernati, il-preżenza ta’ funzjonijiet kritiċi, u l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jikkunsidraw dawk il-fatturi meta jidentifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ tali sussidjarji u jsegwu approċċ simplifikat, fejn xieraq.

(3a)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ din id-Direttiva emendatorja huwa li jiġi introdott approċċ aġġornat biex l-awtoritajiet jingħataw is-setgħa li jittrattaw b’mod effettiv il-falliment potenzjali ta’ xi banek jew ta’ grupp ta’ banek. Dak l-approċċ jenħtieġ li jippromwovi t-trasparenza u l-prevedibbiltà, filwaqt li jimminimizza l-konsegwenzi ekonomiċi negattivi. Approċċ bħal dan huwa allinjat mal-prinċipju ġenerali ta’ rikapitalizzazzjoni interna tad-Direttiva 2014/59/UE, filwaqt li tinżamm ukoll il-fattibbiltà prattika li jiġi indirizzat il-falliment ta’ banek ta’ daqs medju.

(4)  Istituzzjoni jew entità li tkun qed tiġi stralċjata skont il-liġi nazzjonali, wara determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x’aktarx tfalli u konklużjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li r-riżoluzzjoni tagħha ma hijiex fl-interess pubbliku, fl-aħħar mill-aħħar tinsab miexja lejn il-ħruġ mis-suq. Dan jimplika li ma huwa meħtieġ l-ebda pjan għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ falliment, irrispettivament minn jekk l-awtorità kompetenti tkunx diġà rtirat l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata. L-istess japplika għal istituzzjoni residwa taħt riżoluzzjoni wara t-trasferiment tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet fil-kuntest ta’ strateġija ta’ trasferiment. Huwa għalhekk xieraq li jiġi speċifikat li, f’dawk is-sitwazzjonijiet, l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ma hijiex meħtieġa.

(5)  L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bħalissa jistgħu jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet meta istituzzjoni jew entità tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat meta dan jitqies flimkien mar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”). Madankollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, istituzzjoni jew entità tista’ tkun meħtieġa tikkonforma mal-MREL fuq bażi differenti mill-bażi li fuqha dik l-istituzzjoni jew l-entità hija meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat. Dik is-sitwazzjoni toħloq inċertezzi fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tas-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet u għall-kalkolu tal-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mal-MREL. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit li, f’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa li jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet abbażi tal-istima tar-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat li jirriżulta mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118(9). Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkomunikaw ir-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat stmat lill-istituzzjoni jew lill-entità, li jenħtieġ li mbagħad jiddivulgaw pubblikament dak ir-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat stmat.

(6)  Inħolqu miżuri ta’ intervent bikri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni jew entità u jnaqqsu, sa fejn ikun possibbli, ir-riskju u l-impatt ta’ riżoluzzjoni possibbli. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ ċertezza rigward l-iskattaturi għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri u d-duplikazzjonijiet parzjali ma’ miżuri superviżorji, rari ntużaw miżuri ta’ intervent bikri. Għalhekk, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri jiġu ssimplifikati u speċifikati aktar. Sabiex jitneħħew l-inċertezzi dwar il-kundizzjonijiet u ż-żmien għat-tneħħija tal-korp maniġerjali u l-ħatra ta’ amministraturi temporanji, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu identifikati b’mod espliċitu bħala miżuri ta’ intervent bikri u jenħtieġ li l-applikazzjoni tagħhom tkun soġġetta għall-istess skattaturi. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jagħżlu l-miżuri xierqa biex jindirizzaw sitwazzjoni speċifika f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jqisu r-riskji għar-reputazzjoni jew ir-riskji relatati mal-ħasil tal-flus jew mat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri mhux biss abbażi ta’ indikaturi kwantitattivi, bħar-rekwiżiti tal-kapital jew tal-likwidità, il-livell ta’ ingranaġġ, is-self improduttiv jew il-konċentrazzjoni ta’ skoperturi, iżda wkoll abbażi ta’ skattaturi kwalitattivi.

(7)  Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, il-miżuri ta’ intervent bikri stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE li jikkoinċidu mas-setgħat diġà eżistenti taħt il-qafas prudenzjali stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u fid-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) jenħtieġ li jitneħħew. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jħejju għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ istituzzjoni jew entità. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tinforma lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dwar id-deterjorament tal-kundizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew entità kmieni biżżejjed, u jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri preparatorji. Huwa importanti li jiġi nnotat li sabiex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr kemm jista’ jkun għal deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni jew entità, jenħtieġ li l-applikazzjoni minn qabel ta’ miżuri ta’ intervent bikri ma tkunx kundizzjoni għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità jew biex titlob informazzjoni biex taġġorna l-pjan ta’ riżoluzzjoni u tħejji l-valwazzjoni. Sabiex tiġi żgurata reazzjoni konsistenti, ikkoordinata, effettiva u f’waqtha għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew entità u sabiex issir tħejjija kif suppost għal riżoluzzjoni possibbli, huwa meħtieġ li jittejbu l-interazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Malli istituzzjoni jew entità tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jżidu l-iskambji ta’ informazzjoni tagħhom, inkluża informazzjoni provviżorja, u jimmonitorjaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità b’mod konġunt.

(8)  Huwa meħtieġ li jiġu żgurati azzjoni f’waqtha u koordinazzjoni bikrija bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta istituzzjoni jew entità tkun għadha negozju avvjat, iżda fejn ikun hemm riskju materjali li l-istituzzjoni jew l-entità tista’ tfalli. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kmieni kemm jista’ jkun b’tali riskju. Jenħtieġ li dik in-notifika jkun fiha r-raġunijiet għall-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti u ħarsa ġenerali lejn il-miżuri alternattivi tas-settur privat, l-azzjoni superviżorja jew il-miżuri ta’ intervent bikri li huma disponibbli biex jiġi evitat il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Jenħtieġ li tali notifika bikrija ma tippreġudikax il-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humiex issodisfati. In-notifika minn qabel mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ riskju materjali li istituzzjoni jew entità qed tfalli jew x’aktarx tfalli jenħtieġ li ma tkunx kundizzjoni għal determinazzjoni sussegwenti li istituzzjoni jew entità fil-fatt qed tfalli jew x’aktarx tfalli. Barra minn hekk, jekk fi stadju aktar tard l-istituzzjoni jew l-entità tiġi vvalutata bħala li qed tfalli jew x’aktarx tfalli u ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni alternattiva biex jiġi evitat tali falliment f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk għandhiex tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni. F’każ bħal dan, il-puntwalità tad-deċiżjoni li tiġi applikata azzjoni ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjoni jew entità tista’ tkun fundamentali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari minħabba li intervent aktar bikri fl-istituzzjoni jew fl-entità jista’ jikkontribwixxi biex jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta’ kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ likwidità biex tiġi eżegwita dik l-istrateġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ tivvaluta, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti, x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jiġu implimentati miżuri alternattivi biex jiġi evitat il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità. Meta ssir il-valutazzjoni, jenħtieġ li tiġi meqjusa wkoll il-ħtieġa li tiġi ppreservata l-kapaċità tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u tal-entità kkonċernata li jimplimentaw b’mod effettiv l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni fejn fl-aħħar mill-aħħar tkun meħtieġa, iżda jenħtieġ li din ma tipprevjenix li jittieħdu miżuri alternattivi. B’mod partikolari, l-iskeda ta’ żmien prevista għall-miżuri alternattivi jenħtieġ li tkun tali li ma tpoġġix f’riskju l-effettività ta’ implimentazzjoni potenzjali tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Sabiex jiġi żgurat eżitu f’waqtu u sabiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ tħejji kif suppost għar-riżoluzzjoni potenzjali tal-istituzzjoni jew tal-entità, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jiltaqgħu regolarment, u jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi dwar il-frekwenza ta’ dawk il-laqgħat wara li tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.

(9)  Il-qafas ta’ riżoluzzjoni huwa maħsub biex jiġi applikat potenzjalment għal kwalunkwe istituzzjoni jew entità, irrispettivament mid-daqs u l-mudell tan-negozju tagħha, jekk l-għodod disponibbli skont il-liġi nazzjonali ma jkunux adegwati għall-immaniġġar tal-falliment tagħha. Sabiex jiġi żgurat tali eżitu, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji biex tiġi applikata l-valutazzjoni tal-interess pubbliku għal istituzzjoni jew entità li qed tfalli. F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, ċerti funzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità jistgħu jitqiesu bħala kritiċi anki jekk id-diskontinwità tagħhom ikollha impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja jew fuq is-servizzi kritiċi ▌fil-livell reġjonali, b’mod partikolari fejn is-sostitwibbiltà tal-funzjonijiet kritiċi hija determinata mis-suq ġeografiku rilevanti.

(9a)   Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tal-impatt fil-livell reġjonali tkun tista’ tiġi bbażata fuq data li hija disponibbli b’mod konsistenti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-livell reġjonali jiġi mifhum b’referenza għall-unitajiet territorjali tal-livell 1 jew tal-livell 2 tan-Nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (livell NUTS 1 jew 2) skont it-tifsira tar-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

(10)  Jenħtieġ li l-valutazzjoni ta’ jekk ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew entità hijiex fl-interess pubbliku tkun tirrifletti l-kunsiderazzjoni li d-depożitanti jkunu protetti aħjar meta l-fondi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti (“SGD”) jintużaw b’mod aktar effiċjenti u t-telf għal dawk il-fondi jiġi mminimizzat. Għalhekk, fil-valutazzjoni tal-interess pubbliku, jenħtieġ li l-objettiv ta’ riżoluzzjoni tal-protezzjoni tad-depożitanti jitqies li jintlaħaq aħjar f’riżoluzzjoni jekk l-għażla tal-insolvenza tkun aktar għalja għall-SGD.

(10a)  Fejn l-oqfsa nazzjonali ta’ insolvenza u riżoluzzjoni jiksbu b’mod effettiv l-għanijiet tal-qafas sal-istess punt, jenħtieġ li tingħata preferenza għall-għażla li timminimizza r-riskju għall-kontribwenti u għall-ekonomija. Dak l-approċċ jiżgura kors ta’ azzjoni prudenti u responsabbli, allinjat mal-mira ġenerali li jiġu salvagwardjati kemm l-interessi tal-kontribwenti kif ukoll l-istabbiltà ekonomika f’sens usa’.

(11)  Il-valutazzjoni ta’ jekk ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew entità hijiex fl-interess pubbliku jenħtieġ li tkun tirrifletti wkoll, sa fejn ikun possibbli, id-differenza bejn, minn naħa, il-finanzjament ipprovdut permezz ta’ xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija (arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jew SGD) u, min-naħa l-oħra, il-finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri mill-flus tal-kontribwenti. Il-finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri għandu riskju ogħla ta’ periklu morali u inċentiv aktar baxx għad-dixxiplina tas-suq. Għalhekk, meta jivvalutaw l-objettiv li tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jsibu finanzjament permezz tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jew l-SGD preferibbli u finanzjament permezz ta’ ammont ugwali ta’ riżorsi mill-baġit tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġi kkunsidrat biss taħt ċirkostanzi straordinarji.

(11a)   Jenħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju straordinarju ffinanzjat mill-kontribwenti lill-istituzzjonijiet u lill-entitatjiet biss, jekk jingħata, biex jiġi rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ natura eċċezzjonali u sistemika, peress li jimponi piż sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi u jħarbat il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

(12)  Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni jintlaħqu bl-aktar mod effettiv, jenħtieġ li l-eżitu tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku jkun negattiv biss meta l-istralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità li qed tfalli taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza jilħaq l-objettivi ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv u mhux biss bl-istess mod bħar-riżoluzzjoni.

(12a)  Fid-deċiżjoni bejn ir-riżoluzzjoni u l-likwidazzjoni, l-għażla bl-inqas kostijiet ġenerali jenħtieġ li tkun ippreferuta. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tqis diversi spejjeż, inkluż dawk relatati ma’ ħlasijiet minn skema ta’ garanzija tad-depożitu, bħat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-irkupru tal-assi u d-dħul mitluf matul il-proċess. F’każijiet meta l-għażliet ta’ riżoluzzjoni u ta’ likwidazzjoni t-tnejn juru profili tal-kostijiet simili, jenħtieġ li tingħata preferenza lill-għażla li ġġib magħha inqas riskji assoċjati għall-ekonomija, li jinkludu l-finanzi pubbliċi u l-impatt fuq l-istabbiltà tal-ekonomija.

(13)  Meta istituzzjoni jew entità li tkun qed tfalli ma titqiegħedx f’riżoluzzjoni, jenħtieġ li din tiġi stralċjata f’konformità mal-proċeduri disponibbli skont il-liġi nazzjonali. Tali proċeduri jistgħu jvarjaw sostanzjalment minn Stat Membru għall-ieħor. Filwaqt li huwa xieraq li tkun permessa biżżejjed flessibbiltà biex jintużaw il-proċeduri nazzjonali eżistenti, jenħtieġ li ċerti aspetti jiġu ċċarati biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati joħorġu mis-suq.

(14)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja nazzjonali rilevanti tibda malajr proċedura skont il-liġi nazzjonali meta istituzzjoni jew entità titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli u ma titqiegħedx f’riżoluzzjoni. Meta l-likwidazzjoni volontarja tal-istituzzjoni jew tal-entità fuq deċiżjoni tal-azzjonisti tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali, jenħtieġ li tali għażla tibqa’ disponibbli. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat li, fin-nuqqas ta’ azzjoni rapida mill-azzjonisti, l-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja nazzjonali rilevanti tieħu azzjoni.

(15)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li l-eżitu finali ta’ tali proċeduri huwa l-ħruġ tal-istituzzjoni jew tal-entità li tkun qed tfalli mis-suq jew it-terminazzjoni tal-attivitajiet bankarji tagħha. Skont il-liġi nazzjonali, dak l-objettiv jista’ jintlaħaq b’modi differenti, li jistgħu jinkludu l-bejgħ tal-istituzzjoni jew tal-entità jew ta’ partijiet minnha, il-bejgħ ta’ assi jew obbligazzjonijiet speċifiċi, stralċ gradwali jew it-terminazzjoni tal-attivitajiet bankarji tagħha, inklużi pagamenti u teħid ta’ depożiti, bil-ħsieb li l-assi tagħha jinbiegħu gradwalment sabiex il-kredituri affettwati jitħallsu lura. Madankollu, sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà tal-proċeduri, jenħtieġ li dak l-eżitu jintlaħaq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(16)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni jew entità biss abbażi tal-fatt li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x’aktarx tfalli u ma titqiegħedx f’riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni biex jappoġġaw l-objettiv ta’ stralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità f’konformità mal-liġi nazzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-proċeduri disponibbli skont il-liġi nazzjonali ma jkunux jistgħu jinbdew fil-mument li l-istituzzjoni jew l-entità tiġi ddeterminata li qed tfalli jew x’aktarx tfalli, inklużi l-każijiet fejn l-istituzzjoni jew l-entità tkun għadha mhux insolventi fuq il-karta bilanċjali. Sabiex jiġi żgurat aktar li l-objettiv tal-istralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità jkun jista’ jintlaħaq, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti jiġi inkluż ukoll fost il-kundizzjonijiet possibbli biex tinbeda mill-inqas waħda mill-proċeduri disponibbli skont il-liġi nazzjonali u applikabbli għal istituzzjonijiet jew entitajiet li qed ifallu jew li x’aktarx ifallu, iżda li ma jitqiegħdux f’riżoluzzjoni.

(17)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE, tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), huwa meħtieġ li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jingħataw b’mod eċċezzjonali l-miżuri ta’ natura ta’ prekawzjoni preventiva li jikkwalifikaw bħala appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. Sabiex jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn differenzi fin-natura tal-SGD fl-Unjoni, jenħtieġ li l-interventi tal-SGD fil-kuntest ta’ miżuri preventivi li jikkonformaw mad-Direttiva 2014/49/UE li jikkwalifikaw bħala appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jkunu permessi b’mod eċċezzjonali meta l-istituzzjoni jew l-entità benefiċjarja ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet biex titqies bħala li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ prekawzjoni jittieħdu kmieni biżżejjed. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħalissa qed jibbaża l-kunsiderazzjoni tiegħu li istituzzjoni jew entità hija solventi, għall-finijiet ta’ rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja, fuq valutazzjoni li tħares ’il quddiem għat-12-il xahar ta’ wara dwar jekk l-istituzzjoni jew l-entità tistax tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) jew fir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u talKunsill(15), u mar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE jew fid-Direttiva (UE) 2019/2034. Jenħtieġ li dik il-prattika tiġi stabbilita fid-Direttiva 2014/59/UE. Barra minn hekk, il-miżuri biex jiġi pprovdut salvataġġ għall-assi indeboliti, inklużi l-veikoli tal-immaniġġar tal-assi jew l-iskemi ta’ garanzija tal-assi, jistgħu jkunu effettivi u effiċjenti fl-indirizzar tal-kawżi ta’ distorsjonijiet finanzjarji possibbli li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet u l-entitajiet u fil-prevenzjoni tal-falliment tagħhom u, għalhekk, jistgħu jikkostitwixxu miżuri ta’ prekawzjoni rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali miżuri ta’ prekawzjoni jistgħu jieħdu l-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti.

(18)  Sabiex tiġi ppreservata d-dixxiplina tas-suq, jiġu protetti l-fondi pubbliċi u jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, jenħtieġ li l-miżuri ta’ prekawzjoni jibqgħu l-eċċezzjoni u jiġu applikati biss biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ tfixkil serju fis-suq jew biex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja b’mod partikolari f’każ ta’ kriżi sistemika. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx miżuri ta’ prekawzjoni biex jiġi indirizzat it-telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab. L-aktar strument affidabbli biex jiġi identifikat it-telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab huwa rieżami tal-kwalità tal-assi mill-BĊE, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw tali rieżami biex jidentifikaw it-telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab meta tali rieżami jkun jista’ jitwettaq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fejn dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw it-telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab bl-aktar mod affidabbli possibbli fiċ-ċirkostanzi prevalenti, abbażi ta’ spezzjonijiet fuq il-post, fejn xieraq.

(19)  Ir-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja għandha l-għan li tappoġġa l-istituzzjonijiet u l-entitajiet vijabbli identifikati bħala li x’aktarx jiltaqgħu ma’ diffikultajiet temporanji fil-futur qrib u li tipprevjeni s-sitwazzjoni tagħhom milli tkompli tiddeterjora. Sabiex jiġi evitat li jingħataw sussidji pubbliċi lil negozji li diġà ma jagħmlux profitt meta jingħata l-appoġġ, jenħtieġ li l-miżuri ta’ prekawzjoni mogħtija fil-forma ta’ akkwist ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew ta’ strumenti kapitali oħrajn, jew permezz ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, ma jaqbżux l-ammont meħtieġ biex jiġu koperti d-defiċits ta’ kapital kif identifikati fix-xenarju avvers ta’ test tal-istress jew eżerċizzju ekwivalenti. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku fl-aħħar mill-aħħar jitwaqqaf, jenħtieġ li dawk il-miżuri ta’ prekawzjoni jkunu wkoll limitati fiż-żmien u jkun fihom skeda ta’ żmien ċara għat-terminazzjoni tagħhom (strateġija ta’ ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ”). L-istrumenti perpetwi, inkluż il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jenħtieġ li jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jkunu soġġetti għal ċerti limiti kwantitattivi minħabba li min-natura tagħhom ma humiex adattati sew għall-konformità mal-kundizzjoni ta’ temporanjetà.

(20)  Jenħtieġ li l-miżuri ta’ prekawzjoni jkunu limitati għall-ammont li l-istituzzjoni jew l-entità jkollha bżonn biex iżżomm is-solvenza tagħha fil-każ ta’ avveniment ta’ xenarju avvers kif iddeterminat f’test tal-istress jew f’eżerċizzju ekwivalenti. Fil-każ ta’ miżuri ta’ prekawzjoni fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, jenħtieġ li l-istituzzjoni jew l-entità riċeventi tkun tista’ tuża dak l-ammont biex tkopri t-telf fuq l-assi ttrasferiti jew flimkien ma’ akkwiżizzjoni ta’ strumenti kapitali, sakemm ma jinqabiżx l-ammont globali tad-defiċit identifikat. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li tali miżuri ta’ prekawzjoni fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti jikkonformaw mar-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat u mal-aħjar prattiki, li jreġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità, li l-għajnuna mill-Istat tkun limitata għall-minimu meħtieġ u li jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li, f’każ ta’ miżuri ta’ prekawzjoni fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, l-awtoritajiet ikkonċernati jqisu l-gwida speċifika, inkluż il-Pjan ta’ Azzjoni għall-KMA(17) u l-Komunikazzjoni dwar l-Indirizzar ta’ Self Improduttiv(18). Jenħtieġ li dawk il-miżuri ta’ prekawzjoni fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti dejjem ikunu soġġetti għall-kundizzjoni prevalenti ta’ temporanjetà. Il-garanziji pubbliċi mogħtija għal perjodu speċifikat b’rabta mal-assi indeboliti tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata huma mistennija li jiżguraw konformità aħjar mal-kundizzjoni ta’ temporanjetà mit-trasferimenti ta’ tali assi lil entità appoġġata pubblikament. Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet li jirċievu l-appoġġ jikkonformaw mat-termini tal-miżura ta’ appoġġ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu pjan ta’ rimedju mingħand l-istituzzjonijiet li jkunu naqsu milli jissodisfaw l-impenji tagħhom. Meta awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-miżuri fil-pjan ta’ rimedju mhumiex kapaċi jiksbu l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew fejn l-istituzzjoni tkun naqset milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jwettqu valutazzjoni ta’ jekk l-istituzzjoni hijiex qed tfalli jew li x’aktarx tfalli, f’konformità mal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE.

(21)  Sabiex jiġi kopert il-ksur materjali tar-rekwiżiti prudenzjali, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni li l-kumpaniji azzjonarji qed ifallu jew x’aktarx ifallu. Jenħtieġ li ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti minn kumpanija azzjonarja jkun materjali meta t-tip u l-firxa ta’ tali ksur ikunu komparabbli ma’ ksur li, kieku twettaq minn istituzzjoni ta’ kreditu, kien jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(22)  L-Istati Membri jista’ jkollhom, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, setgħat biex jissospendu l-obbligi ta’ ħlas jew ta’ konsenja li jistgħu jinkludu depożiti eliġibbli. Meta s-sospensjoni tal-obbligi ta’ ħlas jew ta’ konsenja ma tkunx direttament relatata maċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-istituzzjoni ta’ kreditu, id-depożiti jistgħu ma jkunux disponibbli għall-finijiet tad-Direttiva 2014/49/UE. B’konsegwenza ta’ dan, jista’ jkun li d-depożitanti ma jkunux jistgħu jaċċessaw id-depożiti tagħhom għal perjodu estiż. Sabiex tinżamm il-fiduċja u l-kunfidenza tad-depożitanti fis-settur bankarju u tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xieraq ta’ kuljum mid-depożiti tagħhom, sabiex ikopru, b’mod partikolari, l-għoli tal-ħajja, jekk id-depożiti tagħhom isiru inaċċessibbli minħabba sospensjoni tal-pagamenti għal raġunijiet oħrajn għajr dawk li jwasslu għall-iżborż lid-depożitanti. Jenħtieġ li tali proċedura tibqa’ eċċezzjonali, u jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammonti xierqa ta’ kuljum.

(23)  Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali, u fid-dawl tar-rilevanza potenzjali tal-obbligazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti inċerti futuri, inkluż l-eżitu tal-litigazzjonijiet pendenti fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit liema trattament jenħtieġ li jirċievu dawk l-obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Jenħtieġ li l-prinċipji gwida f’dak ir-rigward ikunu dawk ipprovduti fir-regoli kontabilistiċi u, b’mod partikolari, ir-regoli kontabilistiċi stabbiliti fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 37 kif adottat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008(19). Fuq dik il-bażi, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jagħmlu distinzjoni bejn il-provvedimenti u l-obbligazzjonijiet kontinġenti. Il-provvedimenti huma obbligazzjonijiet li huma relatati ma’ ħruġ probabbli ta’ fondi u li jistgħu jiġu stmati b’mod affidabbli. L-obbligazzjonijiet kontinġenti ma humiex rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet kontabilistiċi minħabba li huma relatati ma’ obbligu li ma jistax jitqies probabbli fiż-żmien meta ssir l-istima jew li ma jistax jiġi stmat b’mod affidabbli.

(24)  Billi d-dispożizzjonijiet huma obbligazzjonijiet kontabilistiċi, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali dispożizzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal obbligazzjonijiet oħrajn. Jenħtieġ li tali provvedimenti jkollhom kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna, sakemm ma jissodisfawx wieħed mill-kriterji speċifiċi biex jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Minħabba r-rilevanza potenzjali ta’ dawk id-dispożizzjonijiet f’riżoluzzjoni u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza fl-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-provvedimenti huma parti mill-obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna u li, b’riżultat ta’ dan, l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tapplika għalihom. Jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li, wara l-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, dawk l-obbligazzjonijiet u kwalunkwe obbligu jew pretensjoni li jirriżultaw b’rabta magħhom jiġu ttrattati bħala rilaxxati għall-finijiet kollha. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-obbligazzjonijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn pretensjonijiet ġudizzjarji kontra l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

(25)  Skont il-prinċipji tal-kontabilità, l-obbligazzjonijiet kontinġenti ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet u, għalhekk, jenħtieġ li ma jkollhomx kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li obbligazzjoni kontinġenti li tirriżulta minn avveniment li huwa improbabbli jew li ma jistax jiġi stmat b’mod affidabbli fiż-żmien tar-riżoluzzjoni ma tfixkilx l-effettività tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u, b’mod partikolari, tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ li l-valwatur, bħala parti mill-valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni, jivvaluta l-obbligazzjonijiet kontinġenti li huma inklużi fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jikkwantifika l-valur potenzjali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet għall-aħjar kapaċitajiet tal-valwatur. Sabiex jiġi żgurat li, wara l-proċess ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni jew l-entità tkun tista’ ssostni fiduċja suffiċjenti fis-suq għal ammont xieraq ta’ żmien, jenħtieġ li l-valwatur iqis dak il-valur potenzjali meta jistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna jeħtieġ li jiġu valwati b’mod negattiv jew ikkonvertiti biex jitreġġgħu lura l-proporzjonijiet ta’ kapital tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika s-setgħat ta’ konverżjoni tagħha għall-obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun biżżejjed biex tkopri t-telf potenzjali li jista’ jiġi kkawżat minn obbligazzjoni li tista’ tirriżulta minħabba avveniment improbabbli. Meta tivvaluta l-ammont li għandu jiġi valwat b’mod negattiv jew ikkonvertit, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkunsidra bir-reqqa l-impatt tat-telf potenzjali fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni abbażi ta’ għadd ta’ fatturi, inkluża l-probabbiltà li l-avveniment jimmaterjalizza, il-perjodu ta’ żmien għall-materjalizzazzjoni tiegħu u l-ammont tal-obbligazzjoni kontinġenti.

(26)  F’ċerti ċirkostanzi, wara li l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jkun ipprovda kontribuzzjoni sa massimu ta’ 5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tal-entità, inklużi l-fondi proprji, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jużaw sorsi addizzjonali ta’ finanzjament biex jappoġġaw aktar l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tagħhom. Jenħtieġ li jiġi speċifikat b’mod aktar ċar f’liema ċirkostanzi l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jista’ jipprovdi appoġġ ulterjuri meta l-obbligazzjonijiet kollha bi klassifikazzjoni ta’ prijorità aktar baxxa mid-depożiti li ma humiex esklużi b’mod obbligatorju jew diskrezzjonali mir-rikapitalizzazzjoni interna jkunu ġew valwati b’mod negattiv jew ikkonvertiti bis-sħiħ.

(27)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20), ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) u d-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22) implimentati fl-Unjoni, “id-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf (TLAC)” internazzjonali, ippubblikat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja fid-9 ta’ Novembru 2015 (l-“istandard TLAC”), għall-banek globali sistemikament importanti, imsemmija fid-dritt tal-Unjoni bħala istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs). Ir-Regolament (UE) 2019/877 u d-Direttiva (UE) 2019/879 emendaw ukoll l-MREL stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE u fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2014/59/UE dwar l-MREL jiġu allinjati mal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC għall-G-SIIs fir-rigward ta’ ċerti obbligazzjonijiet li jistgħu jintużaw biex tiġi ssodisfata l-parti tal-MREL li jenħtieġ li tiġi ssodisfata b’fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħrajn. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma’ ċerti obbligazzjonijiet esklużi jiġu inklużi fil-fondi proprji u fl-istrumenti eliġibbli subordinati tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni fejn l-ammont ta’ dawk l-obbligazzjonijiet esklużi fuq il-karta bilanċjali tal-entità ta’ riżoluzzjoni ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta’ riżoluzzjoni u ma jinħoloq l-ebda riskju relatat mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” minn dik l-inklużjoni.

(28)  Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-MREL huma ffokati l-aktar fuq l-iffissar tal-livell xieraq tal-MREL bis-suppożizzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna bħala l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta. Madankollu, id-Direttiva 2014/59/UE tippermetti lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jużaw għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, jiġifieri dawk li jiddependu fuq it-trasferiment tan-negozju tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej privat jew lil istituzzjoni tranżitorja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li, f’każ li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi l-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja▌, indipendentement jew flimkien ma’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw il-livell tal-MREL għall-entità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata abbażi tal-ispeċifiċitajiet ta’ dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni u tal-ħtiġijiet differenti ta’ assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni li jinvolvu dawk l-għodod.

(29)  Il-livell tal-MREL għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni huwa s-somma tal-ammont tat-telf mistenni f’riżoluzzjoni u l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jippermettu lill-entità ta’ riżoluzzjoni tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet tagħha għall-awtorizzazzjoni u li jippermettulha ssegwi l-attivitajiet tagħha għall-perjodu xieraq. Ċerti strateġiji ta’ riżoluzzjoni ppreferuti jinvolvu t-trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligazzjonijiet lil riċevitur▌, b’mod partikolari l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju. F’dawk il-każijiet, jista’ jkun li l-objettivi segwiti mill-komponent tar-rikapitalizzazzjoni ma japplikawx bl-istess mod, minħabba li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx meħtieġa tiżgura li l-entità ta’ riżoluzzjoni treġġa’ lura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha wara azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, it-telf f’każijiet bħal dawn huwa mistenni li jaqbeż ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-entità ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-livell tal-MREL ta’ dawk l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jkompli jinkludi ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jiġi aġġustat b’mod li jkun proporzjonat għall-istrateġija ta’ riżoluzzjoni.

(30)  Meta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tipprevedi l-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni għajr esklussivament rikapitalizzazzjoni interna, il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-entità kkonċernata ġeneralment ikunu iżgħar wara r-riżoluzzjoni milli fil-każ ta’ rikapitalizzazzjoni interna bil-bank miftuħ. Jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tal-MREL f’każ bħal dan tqis dak l-aspett meta jiġi stmat ir-rekwiżit ta’ rikapitalizzazzjoni. Għalhekk, meta jaġġustaw il-livell tal-MREL għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja▌, indipendentement jew flimkien ma’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jqisu l-karatteristiċi ta’ dawk l-għodod, inkluż il-perimetru mistenni tat-trasferiment lix-xerrej privat jew lill-istituzzjoni tranżitorja, it-tipi ta’ strumenti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-valur u l-kummerċjabbiltà mistennija ta’ dawk l-istrumenti u t-tfassil tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta, inkluż l-użu komplementari tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi. Billi l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ dwar kwalunkwe użu possibbli fir-riżoluzzjoni ta’ fondi minn SGD u billi tali deċiżjoni ma tistax tiġi preżunta b’ċertezza ex ante, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jqisux il-kontribuzzjoni potenzjali tal-SGD f’riżoluzzjoni meta jikkalibraw il-livell tal-MREL.

(32)  Hemm interazzjonijiet bejn il-qafas ta’ riżoluzzjoni u l-qafas ta’ abbuż tas-suq. B’mod partikolari, filwaqt li l-azzjonijiet meħuda bi tħejjija għar-riżoluzzjoni huma suxxettibbli li jikkwalifikaw bħala informazzjoni privileġġata skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23), id-divulgazzjoni prematura tagħhom tirriskja li tipperikola l-proċess ta’ riżoluzzjoni. L-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jistgħu jieħdu passi biex jindirizzaw dik il-kwistjoni billi jitolbu dewmien fid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. Madankollu, jista’ jkun li mhux dejjem ikun hemm l-inċentivi t-tajbin fil-ħin tat-tħejjija għar-riżoluzzjoni sabiex l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tieħu l-inizjattiva biex tagħmel tali talba. Sabiex jiġu evitati tali sitwazzjonijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jitolbu direttament dewmien fid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 f’isem istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

(33)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar tar-riżoluzzjoni, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà u l-eżerċitar tas-setgħa li jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, kif ukoll biex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn tistabbilixxi u tippresjedi kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

(34)  Wara l-perjodu inizjali ta’ akkumulazzjoni tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 102(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-mezzi finanzjarji disponibbli rispettivi tagħhom jistgħu jiffaċċjaw tnaqqis żgħir taħt il-livell fil-mira tagħhom, li jirriżulta b’mod partikolari minn żieda fid-depożiti koperti. B’hekk, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ex ante li x’aktarx jiġu eżerċitati f’dawk iċ-ċirkostanzi x’aktarx li jkun żgħir. Għalhekk, jista’ jkun possibbli li, f’xi snin, l-ammont ta’ tali kontribuzzjonijiet ex ante ma jibqax proporzjonat mal-kost tal-ġbir ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiddifferixxu l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet ex ante għal massimu ta’ tliet snin sakemm l-ammont li għandu jinġabar jilħaq ammont li jkun proporzjonat mal-kost tal-proċess tal-ġbir, diment li tali differiment ma jaffettwax materjalment il-kapaċità tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jużaw arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni.

(35)  L-impenji ta’ pagament irrevokabbli huma wieħed mill-komponenti tal-mezzi finanzjarji disponibbli tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu eżerċitati dawk l-impenji ta’ pagament u l-proċedura applikabbli meta jiġu tterminati l-impenji f’każ li istituzzjoni jew entità ma tibqax soġġetta għall-obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet għal arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu pprovduti aktar trasparenza u ċertezza fir-rigward tas-sehem tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet ex ante li għandhom jinġabru, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw tali sehem fuq bażi annwali, soġġett għal-limiti applikabbli.

(36)  L-ammont annwali massimu ta’ kontribuzzjonijiet ex post straordinarji għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni li jistgħu jiġu eżerċitati bħalissa huwa limitat għal tliet darbiet l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ex ante. Wara l-perjodu inizjali ta’ akkumulazzjoni msemmi fl-Artikolu 102(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, tali kontribuzzjonijiet ex ante se jiddependu biss, f’ċirkostanzi oħrajn għajr l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, fuq varjazzjonijiet fil-livell tad-depożiti koperti u, għalhekk, x’aktarx li jsiru żgħar. L-iffissar tal-ammont massimu tal-kontribuzzjonijiet ex post straordinarji fuq il-kontribuzzjonijiet ex ante jista’ mbagħad ikollu l-effett li jillimita drastikament il-possibbiltà għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni biex jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet ex post, u b’hekk titnaqqas il-kapaċità tagħhom għall-azzjoni. Sabiex jiġi evitat tali eżitu, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu differenti u jenħtieġ li l-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet ex post straordinarji li jkunu jistgħu jiġu eżerċitati jiġi stabbilit għal tliet darbiet ta’ wieħed minn kull tmienja tal-livell fil-mira tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni kkonċernat.

(37)  Id-Direttiva 2014/59/UE armonizzat parzjalment il-klassifikazzjoni tad-depożiti skont il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedimenti normali ta’ insolvenza. Dawk ir-regoli pprevedew klassifikazzjoni tad-depożiti fuq tliet livelli, fejn id-depożiti koperti kellhom il-klassifikazzjoni tal-ogħla prijorità, segwiti minn depożiti eliġibbli ta’ persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ’l fuq mil-livell ta’ kopertura. Id-depożiti li jifdal, jiġifieri d-depożiti ta’ korporazzjonijiet kbar li jaqbżu l-livell ta’ kopertura u d-depożiti li ma humiex eliġibbli għal ripagament mill-SGD, kienu meħtieġa li jkollhom klassifikazzjoni ta’ prijorità aktar baxxa, iżda l-pożizzjoni tagħhom ma kinitx armonizzata mod ieħor. Fl-aħħar nett, il-pretensjonijiet tal-SGD ibbenefikaw mill-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla bħad-depożiti koperti. Madankollu, din ma wrietx li hija l-aħjar soluzzjoni għall-protezzjoni tad-depożitanti. L-armonizzazzjoni parzjali ħolqot differenzi fit-trattament ta’ dawk id-depożitanti li jifdal madwar l-Istati Membri, b’mod partikolari minħabba li għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri ddeċidew li jagħtu wkoll preferenza legali lid-depożiti li jifdal. Dawk id-differenzi ħolqu wkoll diffikultajiet fid-determinazzjoni tax-xenarju kontrofattwali ta’ insolvenza għall-gruppi transfruntiera matul il-valutazzjonijiet tar-riżoluzzjoni. Barra minn hekk, ▌il-klassifikazzjoni fuq tliet livelli tal-pretensjonijiet tad-depożitanti kellha l-potenzjal li toħloq problemi fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”, b’mod partikolari meta d-depożiti li l-prijorità tagħhom ma kinitx ġiet armonizzata mid-Direttiva 2014/59/UE kklassifikaw fl-istess livell bħall-pretensjonijiet superjuri. Fl-aħħar nett, il-klassifikazzjoni ta’ prijorità għolja mogħtija lill-pretensjonijiet tal-SGD ma kinitx għamlitha possibbli li l-mezzi ta’ finanzjament disponibbli ta’ dawk l-iskemi jintużaw b’mod aktar effiċjenti u effettiv f’interventi għajr l-iżborż tad-depożiti koperti f’insolvenza, jiġifieri fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni, miżuri alternattivi f’insolvenza jew miżuri preventivi. Il-protezzjoni tad-depożiti koperti ma tiddependix fuq il-klassifikazzjoni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet tal-SGD, iżda minflok tiġi żgurata permezz tal-esklużjonijiet obbligatorji mir-riżoluzzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni interna u r-ripagament fil-pront mill-SGD f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tad-depożiti. Għalhekk, jenħtieġ li l-klassifikazzjoni tad-depożiti fil-ġerarkija attwali tal-pretensjonijiet tiġi emendata.

(37a)  Il-modifika fil-klassifikazzjoni tal-kredituri mhux biss issaħħaħ l-aċċessibbiltà tal-SGD u tal-fond uniku għar-riżoluzzjoni aktar milli l-użu tal-appoġġ pubbliku, iżda twitti t-triq ukoll għal soluzzjonijiet finanzjarjament aktar effettivi fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. Dan min-naħa tiegħu jenħtieġ li jnaqqas il-kostijiet għall-kontribwenti u jippromwovi użu effiċjenti tal-għodod differenti eżistenti fl-ekosistema finanzjarja tal-Unjoni.

(38)  Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni tad-depożiti ▌ tkun armonizzata bis-sħiħ permezz tal-implimentazzjoni ta’ ▌approċċ f’żewġ livelli, fejn id-depożiti ▌ta’ persuni fiżiċi u ta’ intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju jibbenefikaw minn klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla fuq id-depożiti eliġibbli ta’ intrapriżi kbar u ta’ gvernijiet ċentrali u reġjonali. Dak l-approċċ f’diversi livelli huwa mfassal biex jipprovdi protezzjoni msaħħa għal firxa wiesgħa ta’ depożitanti, li jirrifletti l-karatteristiċi uniċi tad-depożiti tagħhom, filwaqt li jiftaħ il-possibbiltà ta’ riżoluzzjoni għal entitajiet mhux koperti mill-qafas attwali. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-użu tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti f’riżoluzzjoni, f’insolvenza u f’miżuri preventivi dejjem jibqa’ soġġett għall-konformità mal-kundizzjonalità rilevanti, b’mod partikolari l-hekk imsejjaħ “test tal-inqas kost”.

(41)  Il-bidliet fil-klassifikazzjoni ta’ prijorità tad-depożiti ▌ ma jaffettwawx b’mod negattiv il-protezzjoni mogħtija lid-depożiti koperti f’każ ta’ falliment, minħabba li dik il-protezzjoni tkompli tiġi ggarantita permezz tal-esklużjoni obbligatorja tad-depożiti koperti mill-assorbiment tat-telf f’każ ta’ riżoluzzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, mill-iżborż ipprovdut mill-SGD f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tad-depożiti.

(42)  L-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jistgħu jintużaw biex jappoġġaw l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, fejn sett ta’ assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil riċevitur. F’dak il-każ, l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jista’ jkollu pretensjoni kontra l-istituzzjoni jew l-entità residwa fl-istralċ sussegwenti tagħha taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza. Dan jista’ jseħħ meta l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jintuża b’konnessjoni mat-telf li l-kredituri kieku kienu jġarrbu, inkluż taħt il-forma ta’ garanziji għal assi u obbligazzjonijiet jew il-kopertura tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti u l-kredituri li tħallew lura fl-istituzzjoni jew l-entità residwa effettivament jassorbu t-telf tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jtejbu l-possibbiltà ta’ ripagamenti f’insolvenza għax-xibka ta’ sikurezza speċifika għar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li dawk il-pretensjonijiet tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni kontra l-istituzzjoni jew l-entità residwa, u l-pretensjonijiet li jirriżultaw minn spejjeż raġonevoli mġarrba kif suppost, jikklassifikaw f’insolvenza ’l fuq mill-pretensjonijiet tad-depożiti u tal-SGD. Billi l-kumpensi mħallsa lill-azzjonisti u lill-kredituri permezz ta’ arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni minħabba ksur tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” għandhom l-għan li jikkumpensaw għar-riżultati tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li dawk il-kumpensi ma jagħtux lok għal pretensjonijiet ta’ dawk l-arranġamenti.

(43)  Sabiex tiġi żgurata flessibbiltà suffiċjenti u jiġu ffaċilitati l-interventi tal-SGD b’appoġġ għall-użu tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ▌fejn meħtieġ biex jiġi evitat li jiġi mġarrab telf mid-depożitanti, jenħtieġ li jiġu speċifikati ċerti aspetti tal-użu tal-SGD f’riżoluzzjoni. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-SGD tista’ tintuża biex tappoġġa t-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment li jinkludu depożiti, inklużi depożiti eliġibbli lil hinn mil-livell ta’ kopertura pprovdut mill-SGD, kif ukoll depożiti esklużi mir-ripagament minn SGD, f’ċerti każijiet u taħt kundizzjonijiet ċari. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-SGD tkun immirata biex tkopri n-nuqqas fil-valur tal-assi ttrasferiti lil xerrej jew istituzzjoni tranżitorja meta mqabbel mal-valur tad-depożiti ttrasferiti. Meta kontribuzzjoni tkun meħtieġa mix-xerrej bħala parti mit-tranżazzjoni biex tiġi żgurata n-newtralità tal-kapital tiegħu u tiġi ppreservata l-konformità mar-rekwiżiti kapitali tax-xerrej, jenħtieġ li l-SGD titħalla wkoll tikkontribwixxi għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-SGD għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni jieħu l-forma ta’ flus jew forom oħrajn, bħal garanziji jew ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tat-telf li jistgħu jimminimizzaw l-impatt tal-appoġġ fuq il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu l-kontribuzzjoni tal-SGD biex tilħaq l-iskopijiet tagħha.

(44)  Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-SGD f’riżoluzzjoni tkun soġġetta għal ċerti limiti. L-ewwel nett, jenħtieġ li jiġi żgurat li kwalunkwe telf li tista’ ġġarrab l-SGD bħala riżultat ta’ intervent f’riżoluzzjoni ma jaqbiżx it-telf li jkollha ġġarrab l-SGD f’insolvenza jekk tħallas lid-depożitanti koperti u tissurroga l-pretensjonijiet tagħhom fuq l-assi tal-istituzzjoni. Jenħtieġ li dak l-ammont jiġi ddeterminat abbażi tat-test tal-inqas kost, f’konformità mal-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fid-Direttiva 2014/49/UE, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha, inkluż il-valur taż-żmien tal-flus kif ukoll dewmien fl-irkupru tal-fondi fi proċedimenti ta’ insolvenza. Jenħtieġ li dawk il-kriterji u l-metodoloġija jintużaw ukoll meta jiġi ddeterminat it-trattament li kienet tirċievi l-SGD kieku l-istituzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza meta kienet qed twettaq il-valwazzjoni ex post għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” u tad-determinazzjoni ta’ kwalunkwe kumpens dovut lill-SGD. It-tieni, jenħtieġ li l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-SGD li għandha l-għan li tkopri d-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti lil xerrej jew lil istituzzjoni tranżitorja ma jaqbiżx id-differenza bejn l-assi ttrasferiti u d-depożiti u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti bl-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità jew bi klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla f’insolvenza minn dawk id-depożiti. Dan jiżgura li l-kontribuzzjoni tal-SGD tintuża biss għall-finijiet li tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ telf fuq id-depożitanti, fejn xieraq, u mhux għall-protezzjoni tal-kredituri li jikklassifikaw taħt id-depożiti f’insolvenza. Madankollu, jenħtieġ li s-somma tal-kontribuzzjoni tal-SGD biex tkopri d-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet bil-kontribuzzjoni tal-SGD lejn il-fondi proprji tal-entità riċeventi ma taqbiżx il-kost tal-ħlas lura lid-depożitanti koperti kif ikkalkolat skont it-test tal-inqas kost.

(45)  Jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-SGD tista’ tikkontribwixxi biss għal trasferiment ta’ obbligazzjonijiet għajr id-depożiti koperti fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi li depożiti oħrajn għajr id-depożiti koperti ma jistgħux jingħataw rikapitalizzazzjoni interna, u lanqas jitħallew fl-istituzzjoni residwa taħt riżoluzzjoni li se tiġi stralċjata. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni titħalla tevita l-allokazzjoni tat-telf għal dawk id-depożiti fejn l-esklużjoni tkun strettament meħtieġa u proporzjonata biex tiġi ppreservata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin jew fejn meħtieġ biex jiġu evitati kontaġju mifrux u instabbiltà finanzjarja, li jistgħu jikkawżaw tfixkil serju għall-ekonomija tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. Jenħtieġ li l-istess raġunijiet japplikaw għall-inklużjoni fit-trasferiment lil xerrej jew lil istituzzjoni tranżitorja ta’ obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna bi klassifikazzjoni ta’ prijorità aktar baxxa minn dik tad-depożiti. F’dak il-każ, jenħtieġ li t-trasferiment ta’ dawk l-obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna ma jkunx appoġġat mill-kontribuzzjoni tal-SGD. Jekk ikun meħtieġ kwalunkwe appoġġ finanzjarju għat-trasferiment ta’ dawk l-obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li dak l-appoġġ jiġi pprovdut permezz tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni.

(46)  Minħabba l-possibbiltà li tintuża l-SGD f’riżoluzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat aktar il-mod li bih il-kontribuzzjoni tal-SGD tista’ tingħadd mal-kalkolu tar-rekwiżiti għall-aċċess għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Jekk il-kontribuzzjoni magħmula mill-azzjonisti u mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni permezz ta’ tnaqqis, valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-obbligazzjonijiet tagħhom, magħduda mal-kontribuzzjoni magħmula mill-SGD, tammonta għal mill-inqas 8 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni, inklużi l-fondi proprji, jenħtieġ li l-istituzzjoni tkun tista’ taċċessa l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni biex tirċievi aktar finanzjament, fejn meħtieġ biex tiżgura riżoluzzjoni effettiva f’konformità mal-objettivi tar-riżoluzzjoni. Jekk dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-SGD tkun limitata għall-ammont meħtieġ biex ikun possibbli aċċess għall-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, sakemm l-ammont ikkontribwit mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni ma jkunx jeċċedi l-limitu ta’ 5 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji, f’liema każ l-SGD jenħtieġ li jikkontribwixxu b’mod proporzjonat għall-ammont ta’ eċċess. Sabiex jiġi żgurat li r-riżoluzzjoni tkompli tiġi ffinanzjata primarjament mir-riżorsi interni tal-istituzzjoni u jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, jenħtieġ li l-possibbiltà li tintuża l-kontribuzzjoni tal-SGD biex jiġi żgurat l-aċċess għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni tkun possibbli biss għall-istituzzjonijiet li għalihom il-pjan ta’ riżoluzzjoni jew il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp ma jipprevedix l-istralċ tagħhom b’mod ordnat f’każ ta’ falliment, minħabba li l-MREL iddeterminat mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għal dawk l-istituzzjonijiet ġie stabbilit f’livell li jinkludi kemm l-assorbiment tat-telf kif ukoll l-ammonti ta’ rikapitalizzazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-possibbiltà li jintuża l-kontribut tal-SGD biex jiġi żgurat aċċess għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni tkun disponibbli biss għal istituzzjonijiet b’rekord minimu ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-MREL.

(47)  Fid-dawl tar-rwol tal-EBA fit-tisħiħ tal-konverġenza tal-prattiki tal-awtoritajiet, jenħtieġ li l-EBA timmonitorja u tirrapporta dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet u tal-gruppi u dwar l-azzjonijiet u t-tħejjijiet tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-għodod u tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. F’dawk ir-rapporti, jenħtieġ li l-EBA tivvaluta wkoll il-livell ta’ trasparenza tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lejn il-partijiet ikkonċernati esterni rilevanti u l-firxa tal-kontribut tagħhom għat-tħejjija għar-riżoluzzjoni u għar-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EBA tirrapporta dwar il-miżuri adottati mill-Istati Membri għall-protezzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur f’dak li jikkonċerna l-istrumenti tad-dejn li huma eliġibbli għall-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE, billi tqabbel u tivvaluta kwalunkwe impatt potenzjali fuq l-operazzjonijiet transfruntiera. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji eżistenti dwar l-istima tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali u tar-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jiġi estiż biex jinkludi entitajiet li ma ġewx identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn dawk ir-rekwiżiti ma jkunux ġew stabbiliti fuq l-istess bażi bħall-MREL. Fir-rapport annwali dwar l-MREL, jenħtieġ li l-EBA tivvaluta wkoll l-implimentazzjoni tal-politika mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tar-regoli l-ġodda għall-kalibrazzjoni tal-MREL għall-istrateġiji ta’ trasferiment. Fil-kuntest tal-kompiti tal-EBA li tikkontribwixxi biex tiżgura reġim koerenti u kkoordinat għall-immaniġġar u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet fl-Unjoni, jenħtieġ li l-EBA tikkoordina u tissorvelja l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni tal-kriżijiet. Jenħtieġ li dawk is-simulazzjonijiet ikopru l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-SGD matul id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet, l-ittestjar tal-applikazzjoni tas-sett ta’ għodod fl-ippjanar tal-irkupru u tar-riżoluzzjoni, l-intervent bikri, u r-riżoluzzjoni b’mod olistiku. Jenħtieġ li dawk l-eżerċizzji jikkunsidraw b’mod partikolari d-dimensjoni transfruntiera fl-interazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat disponibbli. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni tal-kriżijiet ikopru wkoll l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ riżoluzzjoni fl-Unjoni Bankarja, skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(48)  Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ kwalità għolja hija kruċjali għall-iżvilupp ta’ proposti leġiżlattivi tajbin u bbażati fuq l-evidenza, filwaqt li l-fatti u l-evidenza huma kruċjali biex jinformaw id-deċiżjonijiet meħuda matul il-proċedura leġiżlattiva. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-BĊE u membri oħrajn tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u l-EBA jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, bl-informazzjoni kollha li teħtieġ għall-kompiti relatati mal-iżvilupp tal-politika tagħha, inklużi t-tħejjija ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u t-tħejjija u n-negozjar ta’ proposti leġiżlattivi.

(49)  Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE tiġi emendata kif xieraq.

(50)  Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jittejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-riskji li l-approċċi nazzjonali diverġenti jistgħu jinvolvu għall-integrità tas-suq uniku, iżda pjuttost jistgħu, billi jiġu emendati r-regoli li diġà huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:

(1)  l-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-punt (29a) li ġej:"

“(29a) “miżura alternattiva tas-settur privat” tfisser kwalunkwe appoġġ li ma jikkwalifikax bħala appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju;”;

"

(b)  il-punt (35) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(35) “funzjonijiet kritiċi” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet li d-diskontinwità tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar twassal għal tfixkil tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tfixkil tal-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali jew, fejn meħtieġ, fil-livell reġjonali ▌minħabba d-daqs, is-sehem mis-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntiera ta’ istituzzjoni jew grupp, b’attenzjoni partikolari għas-sostitwibbiltà ta’ dawk l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-livell reġjonali għandu jiġi vvalutat b’referenza għall-unità territorjali li tikkorrispondi għall-livell 1 tal-unitajiet territorjali tan-Nomenklatura ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (livell NUTS 1) skont it-tfsira tar-Regolament 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jew għall-livell NUTS 2 fejn tħarbit sinifikanti tas-servizzi fil-livell NUTS 2 jimplika riskju materjali ta’ kriżi sistemika fil-livell nazzjonali”;

_____________

* Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).’;

"

(c)  il-punt (71) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(71) “obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna” tfisser l-obbligazzjonijiet, inklużi dawk li jagħtu lok għall-provvedimenti tal-kontabilità, u l-istrumenti ta’ kapital li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 ta’ Ekwità Komuni ta’ istituzzjoni jew entità kif imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u li ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2);”;

"

(d)  jiddaħħlu l-punti (83d) u (83e) li ġejjin:"

“(83d) “G-SII mhux tal-UE” tfisser G-SII mhux tal-UE kif definita fil-punt (134) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

   (83e) “entità G-SII” tfisser entità G-SII kif definita fil-punt (136) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

"

(e)  jiddaħħal il-punt (93a) li ġej:"

“(93a) “depożitu” tfisser, għall-finijiet tal-Artikoli 108 u 109, depożitu kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;”;

"

(2)  fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

“2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan ta’ rkupru jew teħtieġ bidla materjali fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta’ spiss.

Fin-nuqqas tal-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fi 12-il xahar wara l-aħħar aġġornament annwali tal-pjan ta’ rkupru, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw b’mod eċċezzjonali, sal-perjodu ta’ 12-il xahar sussegwenti, l-obbligu li jaġġornaw il-pjan ta’ rkupru. Tali rinunzja ma għandhiex tingħata għal aktar minn żewġ perjodi konsekuttivi ta’ 12-il xahar.

3.  Il-pjanijiet ta’ rkupru ma għandhomx jassumu l-aċċess għal jew ir-riċevuta ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

   (a) appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju;
   (b) assistenza ta’ likwidità f’emerġenza ta’ bank ċentrali;
   (c) assistenza ta’ likwidità ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità jew rata tal-imgħax mhux standard.

4.  Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu, fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista’ tapplika, fil-kundizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ bank ċentrali mhux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjan ta’ rkupru skont il-paragrafu 3 u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija li jikkwalifikaw bħala kollateral.”;

"

(3)  fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. “5. Fejn l-awtorità kompetenti tivvaluta li hemm defiċjenzi materjali fil-pjan ta’ rkupru, jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali tal-grupp bil-valutazzjoni tagħha u titlob li l-istituzzjoni tissottometti, fi żmien 3 xhur, li jistgħu jiġu estiżi b’xahar wieħed (1) bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet, pjan rivedut li juri kif dawk id-defiċjenzi jew l-impedimenti jiġu indirizzati.”;

"

(4)  fl-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-EBA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jaslu għal deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(5)  l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(aa) fejn applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-determinazzjoni li istituzzjoni għandha tiġi kkwalifikata bħala entità tal-likwidazzjoni, inkluż spjegazzjoni dwar kif l-awtorità tar-riżoluzzjoni waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjoni hija nieqsa minn funzjonijiet kritiċi;”;

"

(ii)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(ja) deskrizzjoni ta’ kif l-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni differenti jiksbu bl-aħjar mod il-miri tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31;”;

"

(iii)  jiddaħħal il-punt li ġej: "

“(pa) lista dettaljata u kwantifikata ta’ depożiti koperti u depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju;”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 8a li ġej:"

“8a. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx jadottaw pjanijiet ta’ riżoluzzjoni meta jkunu nbdew proċedimenti ta’ insolvenza fil-konfront ta’ entità f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 32b jew fejn japplika l-Artikolu 37(6).”;

"

(c)  fil-paragrafu 9, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-EBA għandha tissottometti abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].”;

"

(6)  l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdiedu t-tielet u r-raba’ subparagrafi li ġejjin:"

“L-identifikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tas-sussidjarji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu li ma humiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal approċċ simplifikat mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jekk tali approċċ ma jaffettwax b’mod negattiv ir-riżolvibbiltà tal-grupp, filwaqt li jitqiesu d-daqs tas-sussidjarja, il-profil tar-riskju tagħha, in-nuqqas ta’ funzjonijiet kritiċi u l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp.

Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jiddetermina jekk l-entitajiet fi ħdan grupp ta’ riżoluzzjoni, apparti mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jikkwalifikawx bħala entitajiet ta’ likwidazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal fatturi oħrajn li jistgħu jiġu meqjusa bħala rilevanti mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-entitajiet li jipprovdu funzjonijiet kritiċi m’għandhomx jikkwalifikaw bħala entitajiet ta’ likwidazzjoni;

"

(aa)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

2. Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu jitfassal abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 11.”

"

(ab)  fil-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(-aa) fih deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet li għalihom ġie determinat li entità ta’ grupp imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1, għandha tiġi kkwalifikata bħala entità ta’ likwidazzjoni, inkluż spjegazzjoni dwar kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjoni hija nieqsa minn funzjonijiet kritiċi, u kif ġie meqjus il-proporzjon tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u d-dħul operattiv tagħha fl-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u d-dħul operattiv tal-grupp, kif ukoll il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja tal-entità ta’ grupp fil-kuntest tal-grupp;”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:"

“5a. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx jadottaw pjanijiet ta’ riżoluzzjoni meta jkunu nbdew proċedimenti ta’ insolvenza fil-konfront ta’ entità ▌f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 32b jew fejn japplika l-Artikolu 37(6).”;

"

(7)  fl-Artikolu 13(4), ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-EBA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(8)  fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:"

“5. L-EBA għandha timmonitorja t-tfassil ta’ politiki interni għal, u l-implimentazzjoni ta’, il-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet jew tal-gruppi previsti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 16 mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. L-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-prattiki eżistenti dwar il-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà u d-diverġenzi possibbli madwar l-Istati Membri sa … [PO jekk jogħġbok daħħal id-data = sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni stabbilita f’dak ir-rapport, fejn xieraq.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri mill-inqas dawn li ġejjin:

   (a) valutazzjoni tal-metodoloġiji żviluppati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex iwettqu l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà, inkluża l-identifikazzjoni tal-oqsma ta’ diverġenza possibbli madwar l-Istati Membri;
   (b) valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ ttestjar meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni;
   (c) il-livell ta’ trasparenza lejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-metodoloġiji żviluppati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex iwettqu l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà u l-eżitu tagħhom.”;

"

(9)  fl-Artikolu 16a, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:"

“7. Meta entità ma tkunx soġġetta għar-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat fuq l-istess bażi bħall-bażi li fuqha tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw il-paragrafi minn 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu abbażi tal-istima tar-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat ikkalkolat f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118*. Għandu japplika r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinkludi r-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat stmat imsemmi fl-ewwel subparagrafu fid-deċiżjoni li tiddetermina r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta’ din id-Direttiva. L-entità għandha tagħmel ir-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat stmat disponibbli għall-pubbliku flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45i(3).

______________________________

* Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma huwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).;”

"

(10)  l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 4, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:"

“Jekk il-miżuri proposti mill-entità kkonċernata effettivament inaqqsu jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti. Dik id-deċiżjoni għandha tindika li l-miżuri proposti effettivament inaqqsu jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u jirrikjedu li l-entità timplimenta l-miżuri proposti.”;

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

8a. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika, fl-aħħar ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni, lista anonimizzata li tippreżenta f’forma aggregata kwalunkwe xkiel sostantiv identifikat għar-riżolvabbiltà u azzjonijiet rilevanti biex jiġu indirizzati. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 84 ta’ din id-Direttiva. ”;

"

(11)  l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża prinċipali tal-Unjoni lis-superviżur konsolidanti, lill-EBA, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikanti sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikanti. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet fejn jinstabu fergħat sinifikanti, għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti sostantivi, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża prinċipali tal-Unjoni u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.”;

"

(b)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“9. “9. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta dwar it-teħid ta’ kwalunkwe miżura msemmija fil-punti (g), (h) jew (k) tal-Artikolu 17(5), l-EBA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafi 6, 6a jew 7 ta’ dan l-Artikolu, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jaslu għal ftehim f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(12)  l-Artikoli 27 u 28 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

Artikolu 27

Miżuri ta’ intervent bikri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jqisu mingħajr wisq dewmien u, jekk xieraq, japplikaw miżuri ta’ intervent bikri meta istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-istituzzjoni jew l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjoni jew mill-entità u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minn dik l-istituzzjoni jew l-entità ma jiżgurawx ġestjoni tajba u kopertura tar-riskji tagħha, u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) l-istituzzjoni jew l-entità ma tkunx ħadet l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa mill-awtorità kompetenti, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
   (ii) l-awtorità kompetenti tqis li l-azzjonijiet ta’ rimedju għajr il-miżuri ta’ intervent bikri ma humiex biżżejjed biex jindirizzaw il-problemi▌;
   (b) l-istituzzjoni jew l-entità tikser jew x’aktarx tikser, fit-12-il xahar wara l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE, fl-Artikoli minn 3 sa 7, fl-Artikoli minn 14 sa 17, jew fl-Artikoli 24, 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew fl-Artikoli 45e jew 45f ta’ din id-Direttiva.

Meta jseħħ deterjorament sinifikanti tal-kundizzjonijiet, jew iqumu ċirkostanzi avversi jew tinkiseb informazzjoni ġdida dwar entità, l-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina li l-kundizzjoni msemmija fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tiġi ssodisfata mingħajr ma qabel tkun ħadet azzjonijiet ta’ rimedju oħrajn, inkluż l-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 39 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE jew f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew, skont kif xieraq, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bil-ksur jew bil-probabbiltà ta’ ksur.

1a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-miżuri ta’ intervent bikri għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

   (a) ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) jimplimenta wieħed/waħda jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru;
   (ii) jaġġorna l-pjan ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 5(2) fejn iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-intervent bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u jimplimenta wieħed/waħda jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru aġġornat f’perjodu ta’ żmien speċifiku;
   (b) ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) isejjaħ jew, jekk il-korp maniġerjali jonqos milli jikkonforma ma’ dak ir-rekwiżit, isejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti tal-istituzzjoni jew tal-entità u, fiż-żewġ każijiet, jistabbilixxi l-aġenda u jitlob li jitqiesu ċerti deċiżjonijiet sabiex jiġu adottati mill-azzjonisti;
   (c) ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ifassal pjan ta’ azzjoni, f’konformità mal-pjan ta’ rkupru, fejn applikabbli, għan-negozjar dwar ir-ristrutturar tad-dejn ma’ xi wħud mill-kredituri tiegħu jew mal-kredituri kollha tiegħu;
   (d) ir-rekwiżit li tinbidel l-istruttura legali tal-istituzzjoni;
   (e) ir-rekwiżit li jitneħħa jew jiġi sostitwit il-maniġment superjuri jew il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fl-intier tiegħu jew fir-rigward tal-individwi, f’konformità mal-Artikolu 28;
   (f) il-ħatra ta’ amministratur temporanju wieħed jew aktar għall-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) f’konformità mal-Artikolu 29.
   (fa) ir-rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità li jfassal pjan li l-entità tista’ timplimenta fejn il-korp korporattiv rilevanti tal-entità jiddeċiedi li jibda l-istralċ volontarju tal-entità.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l-miżuri xierqa u f’waqthom ta’ intervent bikri abbażi ta’ dak li huwa proporzjonat għall-objettivi segwiti, filwaqt li jqisu s-serjetà tal-ksur jew tal-ksur probabbli u l-ħeffa tad-deterjorament fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), fost informazzjoni rilevanti oħra.

3.  Għal kull waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1a, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu data ta’ skadenza li tkun xierqa għat-tlestija ta’ dik il-miżura u li tippermetti lill-awtorità kompetenti tevalwa l-effettività tagħha.

L-evalwazzjoni tal-miżura għandha titwettaq immedjatament wara li tintlaħaq l-iskadenza u għandha tiġi kondiviża mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Meta l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-miżuri ma ġewx implimentati bis-sħiħ jew mhumiex effettivi, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1), wara li tkun ikkonsultat l-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

4.  L-EBA għandha, sa … [PO jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja], toħroġ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tippromwovi l-applikazzjoni konsistenti tal-iskattaturi għall-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 28

Sostituzzjoni tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-Artikolu 27(1a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġment superjuri jew il-korp maniġerjali l-ġdid, jew il-membri individwali ta’ dawk il-korpi, jinħatru f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali u jkunu soġġetti għall-approvazzjoni jew għall-kunsens tal-awtorità kompetenti.”;

"

(13)  l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“1. Għall-finijiet tal-punt (f) tal-Artikolu 27(1a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, abbażi ta’ dak li huwa proporzjonat fiċ-ċirkostanzi, jaħtru kwalunkwe amministratur temporanju biex jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) jissostitwixxi temporanjament il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
   (b) jaħdem temporanjament mal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-għażla tagħha taħt il-punti (a) jew (b) fil-mument tal-ħatra tal-amministratur temporanju.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika aktar fil-mument tal-ħatra tal-amministratur temporanju r-rwol, id-dmirijiet u s-setgħat ta’ dak l-amministratur temporanju u kwalunkwe rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità jikkonsulta jew jikseb il-kunsens tal-amministratur temporanju qabel ma jieħu deċiżjonijiet jew azzjonijiet speċifiċi.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtorità kompetenti tagħmel pubblika l-ħatra ta’ kwalunkwe amministratur temporanju, ħlief meta l-amministratur temporanju ma jkollux is-setgħa li jirrappreżenta jew li jieħu deċiżjonijiet f’isem l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe amministratur temporanju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 91(1), (2) u (8) tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ jekk l-amministratur temporanju jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti għandha tkun parti integrali mid-deċiżjoni li jinħatar dak l-amministratur temporanju.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika s-setgħat tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tiegħu, abbażi ta’ dak li huwa proporzjonat fiċ-ċirkostanzi. Tali setgħat jistgħu jinkludu xi wħud mis-setgħat jew is-setgħat kollha tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew tal-entità u skont il-liġi nazzjonali, inkluża s-setgħa li jiġu eżerċitati xi wħud mill-funzjonijiet amministrattivi jew il-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-entità. Is-setgħat tal-amministratur temporanju b’rabta mal-istituzzjoni jew mal-entità għandhom ikunu konformi mad-dritt tal-kumpaniji applikabbli. Tali setgħat jistgħu jiġu aġġustati f’każ ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi mill-awtorità kompetenti.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika r-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra. Tali rwoli u funzjonijiet jistgħu jinkludu:

   (a) l-aċċertament tal-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
   (b) il-ġestjoni tan-negozju jew ta’ parti min-negozju tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) biex tiġi ppreservata jew titreġġa’ lura l-pożizzjoni finanzjarja tagħha;
   (c) it-teħid ta’ miżuri biex titreġġa’ lura l-ġestjoni tajba u prudenti tan-negozju tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika kwalunkwe limitu fuq ir-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tiegħu.”;

"

(b)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Fi kwalunkwe każ, l-amministratur temporanju jista’ jeżerċita s-setgħa li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u li jistabbilixxi l-aġenda ta’ tali laqgħa biss bil-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti.”;

"

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“6. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-amministratur temporanju għandu jfassal rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u dwar l-atti mwettqa matul il-ħatra tiegħu, f’intervalli stabbiliti mill-awtorità kompetenti, mill-inqas darba wara li jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, u, fi kwalunkwe każ, fi tmiem il-mandat tiegħu.”;

"

(ca)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“7. L-amministratur temporanju għandu jiġi nnominat għal massimu ta’ sena. Dak il-perjodu jista’ jiġi mġedded eċċezzjonalment darba jekk il-kundizzjonijiet għan-nomina tal-amministratur temporanju jkomplu jiġu ssodisfati. L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tiddetermina jekk dawk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati u tiġġustifika tali deċiżjoni lill-azzjonisti.”;

"

(14)  l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri b’rabta mal-gruppi”;

"

(b)  il-paragrafi minn 1 sa 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“1. Meta l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 jiġu ssodisfati b’rabta ma’ impriża prinċipali tal-Unjoni, is-superviżur konsolidanti għandu jinnotifika lill-EBA u jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju qabel ma jiddeċiedi li japplika miżura ta’ intervent bikri.

2.  Wara n-notifika u l-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-superviżur konsolidanti għandu jiddeċiedi jekk japplikax miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni rilevanti, filwaqt li jqis l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn. Is-superviżur konsolidanti għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-EBA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju.

3.  Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 b’rabta ma’ sussidjarja ta’ impriża prinċipali tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali li jkollha l-intenzjoni tieħu miżura f’konformità ma’ dawk l-Artikoli għandha tinnotifika lill-EBA u tikkonsulta lis-superviżur konsolidanti.

Malli jirċievi n-notifika, is-superviżur konsolidanti jista’ jivvaluta l-impatt probabbli tal-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 lill-istituzzjoni jew lill-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni fuq il-grupp jew fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien 3 ijiem.

Wara tali notifika u konsultazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapplikax miżura ta’ intervent bikri. Id-deċiżjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa lil kwalunkwe valutazzjoni tas-superviżur konsolidanti. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-EBA, lis-superviżur konsolidanti u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju.

4.  Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jkollhom il-ħsieb li japplikaw miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni jew entità waħda msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fl-istess grupp, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħrajn għandhom jivvalutaw jekk huwiex aktar xieraq li jaħtru l-istess amministratur temporanju għall-entitajiet kollha kkonċernati jew li jikkoordinaw l-applikazzjoni tal-miżuri l-oħrajn ta’ intervent bikri għal aktar minn istituzzjoni jew entità waħda sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet li jreġġgħu lura l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata. Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tas-superviżur konsolidanti u tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħrajn. Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien 5 ijiem mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun motivata u stabbilita f’dokument li għandu jiġi pprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-impriża prinċipali tal-Unjoni.

L-EBA tista’, fuq talba ta’ awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jaslu għal ftehim f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien 5 ijiem, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ amministratur temporanju għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), li għalihom għandhom responsabbiltà u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri l-oħrajn ta’ intervent bikri.”;

"

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“6. “6. L-EBA tista’, fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom il-ħsieb li japplikaw waħda jew aktar mill-miżuri fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1a) ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-punti (4), (10), (11) u (19) tat-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-Direttiva, fil-punt (c) tal-Artikolu 27(1a) ta’ din id-Direttiva jew fil-punt (d) tal-Artikolu 27(1a) ta’ din id-Direttiva jilħqu ftehim f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(15)  jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:"

“Artikolu 30a

Tħejjija għar-riżoluzzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li jirrikjedu li tittieħed minn istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li għandhom l-għan li jindirizzaw deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni, entità jew grupp;
   (b) meta l-attività superviżorja turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva huma ssodisfati b’rabta ma’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva, il-valutazzjoni li dawk il-kundizzjonijiet huma ssodisfati, irrispettivament minn kwalunkwe miżura ta’ intervent bikri;
   (c) l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ intervent bikri msemmija fl-Artikolu 27.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw mill-qrib, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità u l-konformità tagħhom mal-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li għandhom l-għan li jindirizzaw deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni jew l-entità, u mal-miżuri ta’ intervent bikri msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni mill-aktar fis possibbli meta jqisu li hemm riskju materjali li waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi fl-Artikolu 32(4) japplikaw b’rabta ma’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1). Dik in-notifika għandu jkun fiha:

   (a) ir-raġunijiet għan-notifika;
   (b) ħarsa ġenerali lejn il-miżuri li jipprevjenu l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-impatt mistenni tagħhom fuq l-istituzzjoni jew l-entità fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 32(4) u l-perjodu ta’ żmien mistenni għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Wara li jkunu rċevew in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti, x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1), filwaqt li jqisu l-ħeffa tad-deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), l-impatt potenzjali fuq is-sistema finanzjarja, fuq il-protezzjoni tad-depożitanti u fuq il-preservazzjoni tal-fondi tal-klijent, ir-riskju li proċess twil iżid l-ispejjeż ġenerali għall-konsumaturi u għall-ekonomija, il-ħtieġa li tiġi implimentata b’mod effettiv l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe kunsiderazzjoni rilevanti oħra. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw dik il-valutazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti mill-aktar fis possibbli.

Wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura rilevanti fil-perjodu ta’ żmien mistenni tagħha u kwalunkwe żvilupp rilevanti ieħor. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiltaqgħu regolarment, bi frekwenza stabbilita mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni wara li jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ. L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħajr dewmien.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bl-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meħtieġa għal dawn kollha li ġejjin:

   (a) l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u t-tħejjija għar-riżoluzzjoni possibbli tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
   (b) it-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 36.

Meta tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw biex jiksbu dik l-informazzjoni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-istituzzjoni jew lill-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) biex tipprovdi tali informazzjoni, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, u biex tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

4.  Is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinkludu s-setgħa li jikkummerċjalizzaw lil xerrejja potenzjali, jew jagħmlu arranġamenti għal tali kummerċjalizzazzjoni, l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), lil xerrejja potenzjali, jew jirrikjedu li l-istituzzjoni jew l-entità tagħmel dan, għall-finijiet li ġejjin:

   (a) biex tipprepara għar-riżoluzzjoni ta’ dik l-istituzzjoni jew l-entità, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(2) u d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 84;
   (b) biex tinforma l-valutazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar il-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1).

4a.  Fejn, fl-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li tikkummerċjalizza direttament lil xerrejja potenzjali, għandha tqis kif dovut iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-impatt potenzjali tal-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa fuq il-pożizzjoni ġenerali tal-entità.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-istituzzjoni jew lill-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tistabbilixxi pjattaforma diġitali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li hija meħtieġa għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni jew l-entità ma’ xerrejja potenzjali jew ma’ konsulenti u valwaturi involuti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. F’tali każ, għandu japplika l-punt (e) tal-Artikolu 84(1).

6.  Id-determinazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(1) huma ssodisfati u l-adozzjoni minn qabel ta’ miżuri ta’ intervent bikri ma għandhomx ikunu kundizzjonijiet meħtieġa biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jħejju għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), jew jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.  L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5 mingħajr dewmien.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib:

   (a) meta jikkunsidraw li jieħdu l-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li għandhom l-għan li jindirizzaw deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), kif ukoll il-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
   (b) meta jikkunsidraw li jieħdu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5;
   (c) matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan is-subparagrafu.

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri u l-azzjonijiet ikunu konsistenti, ikkoordinati u effettivi.”;

"

(16)  fl-Artikolu 31(2), il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

“(c) li jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, b’mod partikolari meta jiġi pprovdut mill-baġit ta’ Stat Membru;

   (d) li jiġu protetti d-depożiti koperti u, sa fejn possibbli, anke l-parti mhux koperta tad-depożiti eliġibbli ta’ persuni fiżiċi u ta’ intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju, u li jiġu protetti l-investituri koperti mid-Direttiva 97/9/KE;”;

"

(17)  l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni b’rabta ma’ istituzzjoni jekk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw, malli jirċievu komunikazzjoni skont il-paragrafu 2 jew fuq inizjattiva tagħhom stess skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) l-istituzzjoni qed tfalli jew x’aktarx tfalli;
   (b) ▌ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, azzjoni superviżorja, miżuri ta’ intervent bikri, jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti kif imsemmija flArtikolu 59(2) meħuda fir-rigward tal-istituzzjoni, jipprevjenu l-istituzzjoni milli tfalli jew li x’aktarx tfalli f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;
   (c) azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li, minbarra l-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tista’ ssir mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont il-liġi nazzjonali jkollhom l-għodod meħtieġa biex jagħmlu tali valutazzjoni, inkluż, b’mod partikolari, aċċess adegwat għall-informazzjoni rilevanti. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni rilevanti li din tal-aħħar titlob biex twettaq il-valutazzjoni tagħha, qabel jew wara li tiġi infurmata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dik il-valutazzjoni.

Il-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha ssir mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta lil awtorità nominata tal-SGD u, fejn xieraq, IPS li tiegħu l-istituzzjoni hija membru, mingħajr dewmien. Il-konsultazzjoni mal-IPS għandha tinkludi kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà tal-miżuri mill-IPS li jistgħu jipprevjenu l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli. L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni titlob biex tinforma l-valutazzjoni tagħha. L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tinforma lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li hija tqis li l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hija ssodisfata.”;

"

(b)  il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(d) ikun meħtieġ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, ħlief meta tali appoġġ jingħata f’waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 32c;

"

(ii)  jitħassru mit-tieni sal-ħames subparagrafi;

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu u jkunu proporzjonati ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 u meta l-istralċ tal-istituzzjoni taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza ma jilħaqx dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv.

L-azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi preżunta li mhijiex fl-interess pubbliku għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tapplika obbligi simplifikati għal istituzzjoni skont l-Artikolu 4. Il-preżunzjoni għandha tkun rifutabbli u m’għandhiex tapplika fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li wieħed mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni jew aktar ikunu f’riskju jekk l-istituzzjoni tiġi stralċata taħt proċedimenti ta’ insolvenza normali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha fiż-żmien meta saret dik il-valutazzjoni, tivvaluta u tqabbel l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kollu ▌li jingħata lill-istituzzjoni, kemm fil-każ ta’ riżoluzzjoni kif ukoll fil-każ ta’ stralċ f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.”;

5a.  L-EBA għandha tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u l-promozzjoni tal-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku msemmija fil-paragrafu 5.

Sa ... [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja], l-EBA għandha tipprovdi rapport dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-applikazzjoni tal-paragrafu 5 madwar l-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jiġi kondiviż mal-Kummissjoni sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri deskritti fil-paragrafu 5 u l-impatt tagħhom fuq il-kundizzjonijiet ekwi.

Abbażi tal-eżitu tar-rapport, l-EBA tista’ tiżviluppa standards tekniċi regolatorji bil-għan li tikkonverġi l-prattiki u toħloq kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri sa ... [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja]. ”

"

(18)  l-Artikoli 32a u 32b huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

“Artikolu 32a

Il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni fir-rigward ta’ korp ċentrali u istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ▌jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni b’rabta ma’ korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati miegħu b’mod permanenti li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni biss meta l-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati miegħu b’mod permanenti, jew il-grupp ta’ riżoluzzjoni li għalih jappartjenu, jikkonformaw b’mod ġenerali mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1).

Artikolu 32b

Proċedimenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet u entitajiet li ma humiex soġġetti għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1), iżda mhux il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1), l-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja nazzjonali rilevanti għandha s-setgħa li tibda mingħajr dewmien il-proċedura għall-istralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità b’mod ordnat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), li tiġi stralċjata b’mod ordnat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli toħroġ mis-suq jew ittemm l-attivitajiet bankarji tagħha f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1), iżda mhux il-kundizzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1), id-determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x’aktarx tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) hija kundizzjoni għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) huwa kundizzjoni suffiċjenti sabiex awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja nazzjonali rilevanti tkun tista’ tibda mingħajr dewmien il-proċedura biex tiġi stralċjata l-istituzzjoni jew l-entità b’mod ordnat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.”:

"

(19)  jiddaħħal l-Artikolu 32c li ġej:"

“Artikolu 32c

Appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju barra mill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni jista’ jingħata lil istituzzjoni jew entità kif imsemmi fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), fuq bażi eċċezzjonali biss f’wieħed mill-każijiet li ġejjin u diment li l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jikkonforma mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fil-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat:

   (a) meta, sabiex jiġi rrimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru ta’ natura eċċezzjonali jew sistemika u sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
   (i) garanzija tal-gvern biex tappoġġa l-faċilitajiet ta’ likwidità pprovduti minn banek ċentrali f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-banek ċentrali;
   (ii) garanzija tal-gvern ta’ obbligazzjonijiet maħruġa ġodda;
   (iii) akkwiżizzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji għajr strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew ta’ strumenti kapitali oħrajn jew użu ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, bi prezzijiet, durata u termini oħrajn li ma jagħtux vantaġġ mhux dovut lill-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata, sakemm ebda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 32(4) u lanqas iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 59(3) ma jkunu preżenti fiż-żmien meta jingħata l-appoġġ pubbliku;
   (b) meta l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jieħu l-forma ta’ intervent kosteffettiv minn skema ta’ garanzija tad-depożiti ▌f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2014/49/UE, diment li l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 32(4) ma tkun preżenti;
   (c) meta l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jieħu l-forma ta’ intervent kosteffettiv minn skema ta’ garanzija tad-depożiti fil-kuntest tal-istralċ ta’ istituzzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 32b u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (d) meta l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jieħu l-forma ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE mogħtija fil-kuntest tal-istralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità skont l-Artikolu 32b ta’ din id-Direttiva, għajr l-appoġġ mogħti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2014/49/UE.

2.  Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) il-miżuri jkunu limitati għal istituzzjonijiet jew entitajiet solventi, kif ikkonfermat mill-awtorità kompetenti;
   (b) il-miżuri jkunu ta’ natura prekawzjonarja u temporanja u jkunu bbażati fuq strateġija definita minn qabel għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ approvata mill-awtorità kompetenti, inkluża data ta’ terminazzjoni speċifikata b’mod ċar, data tal-bejgħ jew skeda ta’ ħlas lura għal kwalunkwe waħda mill-miżuri pprovduti; din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi żvelata qabel sena wara l-konklużjoni tal-istrateġija għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ, jew l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rimedju, jew il-valutazzjoni skont is-seba’ paragrafu ta’ dan il-paragrafu;
   (c) il-miżuri jkunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi tad-disturb serju jew biex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja;
   (d) il-miżuri ma jintużawx biex jikkumpensaw għat-telf li l-istituzzjoni jew l-entità tkun ġarrbet jew li x’aktarx iġġarrab matul it-12-il xahar li ġejjin.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni jew entità għandha titqies li hija solventi meta l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li ma seħħ l-ebda ksur, jew li x’aktarx iseħħ fit-12-il xahar ta’ wara, abbażi tal-aspettattivi attwali, ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, fl-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew tar-rekwiżiti applikabbli rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tikkwantifika t-telf li l-istituzzjoni jew l-entità ġarrbet jew x’aktarx iġġarrab. Dik il-kwantifikazzjoni għandha tkun ibbażata, bħala minimu, fuq rieżamijiet tal-kwalità tal-assi mwettqa mill-BĊE, l-EBA jew l-awtoritajiet nazzjonali jew, fejn xieraq, waqt spezzjonijiet fil-post imwettqa mill-awtorità kompetenti. Meta tali eżerċizzji ma jistgħux isiru fiż-żmien dovut, l-awtorità kompetenti tista’ tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew tal-entità, diment li l-karta bilanċjali tikkonforma mar-regoli u l-istandards kontabilistiċi applikabbli, kif ikkonfermati minn awditur estern indipendenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-għalmu tagħha biex tiżgura li l-kwantifikazzjoni tkun ibbażata fuq il-valur fis-suq tal-assi, obbligazzjonijiet u prodotti li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew tal-entità.

Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għal miżuri li ġew ivvalutati mill-awtorità kompetenti kif meħtieġ biex tiġi żgurata s-solvenza tal-istituzzjoni jew tal-entità billi jiġi indirizzat id-defiċit ta’ kapital tagħha stabbilit fix-xenarju avvers ta’ testijiet tal-istress nazzjonali, tal-Unjoni jew tal-SSM jew eżerċizzji ekwivalenti mwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew, mill-EBA jew mill-awtoritajiet nazzjonali, fejn applikabbli, ikkonfermati mill-awtorità kompetenti.

B’deroga mill-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1, l-akkwiżizzjoni ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tkun permessa b’mod eċċezzjonali meta n-natura tad-defiċit identifikat tkun tali li l-akkwiżizzjoni ta’ kwalunkwe strument ieħor ta’ fondi proprji jew ta’ strumenti kapitali oħrajn ma tkunx tagħmilha possibbli għall-istituzzjoni jew għall-entità kkonċernata li tindirizza d-defiċit ta’ kapital tagħha stabbilit fix-xenarju avvers fit-test tal-istress rilevanti jew f’eżerċizzju ekwivalenti. L-ammont ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni akkwiżiti ma għandux jaqbeż 2 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F’każ li kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma tiġix mifdija, imħallsa lura jew itterminata b’xi mod ieħor f’konformità mat-termini tal-istrateġija ▌għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ stabbilita fiż-żmien meta ngħatat tali miżura, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-istituzzjoni jew lill-entità jissottomettu pjan ta’ rimedju ta’ darba. Il-pjan ta’ rimedju għandu jiddeskrivi l-passi li għandhom jittieħdu sabiex tinżamm jew terġa’ tinkiseb konformità mar-rekwiżiti superviżorji, il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità u l-kapaċità tagħha li tħallas lura l-ammont ipprovdut, kif ukoll il-perjodu ta’ żmien assoċjat.

Meta l-awtorità kompetenti ma tirrikonoxxix il-pjan ta’ rimedju ta’ darba bħala kredibbli jew vijabbli jew meta l-istituzzjoni jew l-entità tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, għandha ssir valutazzjoni ta’ jekk l-istituzzjoni jew l-entità hijiex qed tfalli jew aktarx tfalli f’konformità mal-Artikolu 32.

3.  L-EBA għandha, sa [PO jekk jogħġbok daħħal id-data = sena (1) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar it-tip ta’ testijiet, rieżamijiet jew eżerċizzji msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2, li jista’ jwassal għall-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1.”;

"

(20)  fl-Artikolu 33, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni b’rabta ma’ entità msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), meta dik l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1).

Għal dawk il-finijiet, entità msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandha titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

   (a) l-entità tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 32(4);
   (b) l-entità tikser materjalment jew ikun hemm elementi oġġettivi li juru li l-entità, fil-futur qrib, se tikser materjalment ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fid-Direttiva 2013/36/UE.”;

"

(21)  l-Artikolu 33a huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jinnotifikaw lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 83(2) mingħajr dewmien meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu wara li jkun ġie ddeterminat li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x’aktarx tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni.”;

"

(b)  fil-paragrafu 9, jiżdied it-tieni subparagrafu:"

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tali setgħat jiġu eżerċitati fir-rigward tad-depożiti eliġibbli u dawk id-depożiti ma jitqisux bħala mhux disponibbli għall-finijiet tad-Direttiva 2014/49/UE, id-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xieraq ta’ kuljum minn dawk id-depożiti.”;

"

(22)  l-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali biex jissostitwixxi jew jaħdem mal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jippubblikaw il-ħatra ta’ maniġer speċjali. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-għarfien sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu.

L-Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandux japplika għall-ħatra ta’ maniġers speċjali.”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:"

“Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew tal-istituzzjoni tranżitorja.”;

"

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. “5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-ħatra dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew tal-istituzzjoni tranżitorja u dwar l-atti mwettqa fit-twettiq ta’ dmirijietu, f’intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u fil-bidu u fl-aħħar tal-mandat tiegħu.”;

"

(23)  l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:"

“1. “1. Qabel ma jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jew il-kundizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 59 humiex issodisfati, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn persuna li tkun indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:"

“7a. “7a. Fejn meħtieġ biex jinforma d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4, il-valwatur għandu jikkomplementa l-informazzjoni fil-punt (c) tal-paragrafu 6 bi stima tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, inklużi l-obbligazzjonijiet u l-assi kontinġenti.”;

"

(24)  fl-Artikolu 37, jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:"

“11. L-EBA għandha timmonitorja l-azzjonijiet u t-tħejjija tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex tiżgura implimentazzjoni effettiva tal-għodod u s-setgħat ta’ riżoluzzjoni fil-każ ta’ riżoluzzjoni. L-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-prattiki eżistenti u d-diverġenzi possibbli madwar l-Istati Membri sa … [PO jekk jogħġbok daħħal id-data = sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni stabbilita f’dak ir-rapport, fejn xieraq.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri mill-inqas dawn li ġejjin:

   (a) l-arranġamenti fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna u l-livell ta’ involviment mal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju u mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, fejn rilevanti;
   (b) l-arranġamenti fis-seħħ għall-operazzjonalizzazzjoni tal-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn;
   (c) il-livell ta’ trasparenza lejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti rigward l-arranġamenti msemmija fil-punti (a) u (b).”;

"

(25)  l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:"

“Sabiex l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja tkun effettiva u b’kont meħud tal-ħtieġa li jinżammu l-funzjonijiet kritiċi fl-istituzzjoni tranżitorja jew sabiex jintlaħaq kwalunkwe wieħed mill-objettivi ta’ riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jittrasferixxu lil istituzzjoni tranżitorja dawn kollha li ġejjin:”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna għall-għan imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(2) ma għandhiex tinterferixxi mal-kapaċità tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tikkontrolla l-istituzzjoni tranżitorja. Meta l-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tippermetti li l-kapital tal-istituzzjoni tranżitorja jiġi pprovdut bis-sħiħ permezz tal-konverżjoni ta’ obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna f’ishma jew f’tipi oħrajn ta’ strumenti kapitali, ir-rekwiżit li l-istituzzjoni tranżitorja tkun kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar jista’ jiġi rrinunzjat.”;

"

(26)  fl-Artikolu 42(5), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) tali trasferiment huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tal-istituzzjoni tranżitorja jew tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi nfushom; jew”;

"

(27)  l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tkun tista’ tiġi applikata għall-obbligazzjonijiet kollha, inklużi dawk li jagħtu lok għal provvediment ta’ kontabbiltà, ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), li ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik l-għodda skont il-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.”;

"

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. L-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħmel kontribuzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) tkun saret kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni ugwali għal ammont mhux inqas minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejla f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36, mill-azzjonisti u mid-detenturi ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda, mid-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u ta’ obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna permezz ta’ tnaqqis, valwazzjoni negattiva jew konverżjoni skont l-Artikolu 48(1) u l-Artikolu 60(1), u mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 109, fejn rilevanti;
   (b) il-kontribuzzjoni tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni ma taqbiżx 5 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejla f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36.”;

"

(28)  l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ strumenti eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti AT1, livell 2 jew obbligazzjonijiet eliġibbli tkun tista’ tbigħ dawk l-istrumenti lil depożitant eżistenti f’dik l-istituzzjoni ta’ kreditu li jikkwalifika bħala klijent bl-imnut, kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn il-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati biss u fejn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati meta jsir l-akkwist:

   (a) id-depożitant li jikkwalifika bħala klijent bl-imnut ma jinvestix ammont aggregat li jaqbeż 10 % tal-portafoll ta’ strumenti finanzjarji tiegħu fi strumenti msemmijin f’dan il-paragrafu;
   (b) l-ammont inizjali tal-investiment investit fi strument wieħed jew aktar minn dawk imsemmijin f’dan il-paragrafu huwa mill-inqas EUR 30 000.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu huma ssodisfati meta jsir l-akkwist, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent bl-imnut f’konformità mal-paragrafu 3.

6b.  L-istrumenti eliġibbli msemmija fil-paragrafu 6a mibjugħin mill-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti lid-depożitanti tagħha li jikkwalifikaw bħala investituri bl-imnut mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu m’għandhomx jgħoddu għall-finijiet tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 45e jew 45f sa meta dawk l-istrumenti jkunu għadhom fil-pussess tad-depożitant li lilu jkunu ġew mibjugħin.

6c.  L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, bħala parti mill-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikoli 15 u 16, jimmonitorjaw annwalment fuq bażi speċifika ta’ grupp u ta’ istituzzjoni sa liema punt investituri bl-imnut għandhom strumenti eliġibbli tal-MREL, u jirrapportaw ir-riżultati lill-EBA mill-inqas darba fis-sena. ”;

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

7a. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-paragrafi 6a u 6b ta’ dan l-Artikolu għal strumenti msemmijin fil-paragrafu 6a maħruġa qabel ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

8.  Sa … [PO jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dak ir-rapport għandu jqabbel il-miżuri adottati mill-Istati Membri biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu, janalizza l-effettività tagħhom fil-protezzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur u jivvaluta l-impatt tagħhom fuq l-operazzjonijiet transfruntiera.

Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposta leġiżlattiva biex temenda din id-Direttiva.”;

"

(29)  fl-Artikolu 45, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jissodisfaw, f’kull ħin, ir-rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, fejn meħtieġ mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kif iddeterminat minnha f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikoli minn 45a sa 45i.”;

"

(30)  l-Artikolu 45b huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafi 4, 5 u 7, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;

(b)  il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;

(ii)  fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, il-kelma “G-SII” hija sostitwita bil-kliem “entità G-SII”;

(iii)  fir-raba’ subparagrafu, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;

(c)  jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:"

“10. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jippermettu lill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 7 bl-użu ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) għal entitajiet li huma entitajiet G-SII jew entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx naqqset ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, skont l-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu;
   (b) l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (b) sa (e) tal-Artikolu 72b(4) ta’ dak ir-Regolament.”;

"

(31)  l-Artikolu 45c huwa emendat kif ġej:

(a)  fit-tmien subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem “funzjonijiet ekonomiċi kritiċi” huma sostitwiti bil-kliem “funzjonijiet kritiċi”;

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jistmaw ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat għal:

   (a) l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma jkunx soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont id-Direttiva 2013/36/UE;
   (b) l-entitajiet li huma stess ma humiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn l-entità ma hijiex soġġetta għal dawk ir-rekwiżiti skont id-Direttiva 2013/36/UE fuq l-istess bażi bħar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45f ta’ din id-Direttiva.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(c)  fit-tmien subparagrafu tal-paragrafu 7, il-kliem “funzjonijiet ekonomiċi kritiċi” huma sostitwiti bil-kliem “funzjonijiet kritiċi”;

(32)  jiddaħħal l-Artikolu 45ca li ġej:"

“Artikolu 45ca

Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal strateġiji ta’ trasferiment▌

1.  Meta jiġi applikat l-Artikolu 45c għal entità ta’ riżoluzzjoni li l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tagħha tipprevedi, indipendentement jew flimkien ma’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, ▌ l-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja▌, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni previst fl-Artikolu 45c(3) b’mod proporzjonat abbażi tal-kriterji li ġejjin, kif rilevanti:

   (a) id-daqs, il-mudell tan-negozju, il-mudell ta’ finanzjament u l-profil tar-riskju tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew, skont ma jkun rilevanti, id-daqs tal-parti tal-entità ta’ riżoluzzjoni li hija soġġetta għall-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja;
   (b) l-ishma, strumenti oħrajn ta’ sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti lil riċevitur kif identifikati fil-pjan ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu:
   (i) il-linji tan-negozju ewlenin u l-funzjonijiet kritiċi tal-entità ta’ riżoluzzjoni;
   (ii) l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2);
   (iii) is-salvagwardji msemmija fl-Artikoli minn 73 sa 80;
   (iiia) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji mistennija għal kwalunkwe istituzzjoni tranżitorja li tista’ tkun meħtieġa biex timplimenta l-ħruġ mis-suq tal-entità ta’ riżoluzzjoni, sabiex tiġi żgurata konformità mill-istituzzjoni tranżitorja mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli;
   (iiib) id-domanda mistennija mir-riċevitur biex it-tranżazzjoni tkun newtrali fil-kapital rigward ir-rekwiżiti applikabbli għall-entità li takkwista;
   (c) il-valur u l-kummerċjabbiltà mistennija tal-ishma, ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-entità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b), filwaqt li jitqiesu:
   (i) kwalunkwe impediment materjali għar-riżolvibbiltà, identifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li huwa ▌relatat mal-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja;
   (ii) it-telf li jirriżulta mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet li jifdal fl-istituzzjoni residwa;
   (iia) ambjent tas-suq potenzjalment avvers fiż-żmien tar-riżoluzzjoni;
   (d) jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tipprevedix it-trasferiment ta’ ishma jew ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda maħruġa mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jew tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet kollha, jew ta’ parti minnhom, tal-entità ta’ riżoluzzjoni;
   (e) jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tipprevedix l-applikazzjoni tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi.

3.  L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex tirriżulta f’ammont li jkun ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45c(3) jew f’ammont li huwa aktar baxx minn 13,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u aktar baxx minn 5 % tal-miżura ta’ skopertura totali tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikkalkolat f’konformità mal-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

"

(33)  fl-Artikolu 45d(1), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità ta’ riżoluzzjoni li hija entità G-SII għandu jikkonsisti f’dan li ġej:”;

"

(34)  fl-Artikolu 45f(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-impriżi prinċipali tal-Unjoni li ma humiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni huma stess, iżda li huma sussidjarji ta’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 45c u 45d fuq bażi konsolidata.”;

"

(35)  l-Artikolu 45l huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(a) kif ir-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 45e jew mal-Artikolu 45f ġie implimentat fil-livell nazzjonali, inkluż l-Artikolu 45ca u, b’mod partikolari, jekk kienx hemm diverġenzi fil-livelli stabbiliti għal entitajiet komparabbli madwar l-Istati Membri;”

"

(b)  fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, tiżdied is-sentenza li ġejja:"

“L-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 ma għandux jibqa’ japplika wara li jiġi sottomess it-tieni rapport.”;

"

(35a)  fl-Artikolu 45m, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. B’deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perjodi tranżitorji xierqa għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), u jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew mar-rekwiżiti fl-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), jekk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti b’riżultat tad-dħul fis-seħħ ta’ ... [din id-Direttiva emendatorja]. L-iskadenza għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7) għandha tkun ... [erba’ snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja].

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina livelli ta’ mira intermedji għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw magħhom ... [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja]. Il-livelli ta’ mira intermedji għanhdom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-iskopijiet tar-rekwiżit.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tistabbilixxi perjodu tranżitorju li jintemm wara ... [erba’ snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja], fejn ġustifikat kif dovut u fejn xieraq abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 7, filwaqt li tqis:

   (a) l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;
   (b) il-prospett li l-entità tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew 45f jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7); u
   (c) jekk l-entità hijiex kapaċi tissostitwixxi obbligazzjonijiet li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà jew maturità u jekk le, jekk dak in-nuqqas ta’ kapaċità huwiex ta’ natura idjosinkratika jew huwiex dovut għal disturb mifrux mas-suq kollu.”;

"

(36)  fl-Artikolu 45m, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. “4. Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45b(4) u (7) u fl-Artikolu 45c(5) u (6), kif applikabbli, ma għandhomx japplikaw fil-perjodu ta’ tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta’ riżoluzzjoni jew il-grupp li minnu hija parti l-entità ta’ riżoluzzjoni jkunu ġew identifikati bħala GSII jew G-SII mhux tal-UE, jew l-entità ta’ riżoluzzjoni tibda tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) jew (6).”;

"

(37)  fl-Artikolu 46(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna jeħtieġ li jiġu valwati b’mod negattiv jew ikkonvertiti:

   (a) sabiex jitreġġa’ lura l-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, fejn applikabbli, sabiex jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni tranżitorja, filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ kapital mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni magħmul skont il-punt (d) tal-Artikolu 101(1) ta’ din id-Direttiva;
   (b) sabiex tiġi sostnuta l-fiduċja suffiċjenti tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew fl-istituzzjoni tranżitorja, filwaqt li titqies kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, u sabiex l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun tista’ tkompli tissodisfa, għal mill-inqas sena (1), il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.”;

"

(38)  fl-Artikolu 47(1), il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(i) l-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti f’konformità mal-Artikolu 59 maħruġa mill-istituzzjoni skont is-setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2); jew”;

"

(39)  l-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi d-data tal-għeluq ta’ xahar wieħed (1) għas-sottomissjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju b’xahar ieħor.”;

"

(b)  fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tirrikjedi li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tinkludi elementi addizzjonali fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju.”;

"

(40)  fl-Artikolu 53, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. “3. Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tnaqqas għal żero l-ammont ta’ kapital ta’, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’, obbligazzjoni, inkluża obbligazzjoni li tagħti lok għal provvediment ta’ kontabilità, permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 63(1), dik l-obbligazzjoni u kwalunkwe obbligu jew pretensjoni li jirriżultaw b’rabta magħha, li ma jkunux dovuti fil-mument meta tiġi eżerċitata s-setgħa, għandhom jiġu ttrattati bħala rilaxxati għall-finijiet kollha, u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu pprovati fi kwalunkwe proċediment sussegwenti b’rabta mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ma’ kwalunkwe entità suċċessur fi kwalunkwe stralċ sussegwenti.”;

"

(41)  l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) l-obbligazzjoni ma tkunx depożitu kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) talArtikolu 108(1)”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, il-ħames u s-sitt subparagrafi huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

“Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) f’konformità mal-Artikoli 15 u 16, jew fi kwalunkwe ħin ieħor, tiddetermina li, fi klassi ta’ obbligazzjonijiet li tinkludi l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont ta’ obbligazzjonijiet li ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, flimkien mal-obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna f’konformità mal-Artikolu 44(2) jew li x’aktarx jiġu esklużi f’konformità mal-Artikolu 44(3), jammonta għal aktar minn 10 % ta’ dik il-klassi, hija għandha tivvaluta minnufih l-impatt ta’ dak il-fatt partikolari fuq ir-riżolvibbiltà ta’ dik l-istituzzjoni jew l-entità, inkluż l-impatt fuq ir-riżolvibbiltà li jirriżulta mir-riskju ta’ ksur tas-salvagwardji tal-kredituri previsti fl-Artikolu 73 meta jiġu applikati s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni għall-obbligazzjonijiet eliġibbli.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li l-obbligazzjonijiet li ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu joħolqu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà, hija għandha tapplika s-setgħat previsti fl-Artikolu 17 kif xieraq biex tneħħi dak l-impediment għar-riżolvibbiltà.”;

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“2a. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), għandhom jirrapportaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fuq bażi annwali dan li ġej:

   (a) l-ammonti totali pendenti tal-obbligazzjonijiet kollha rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz;
   (b) għall-elementi msemmijin fil-punt (a):
   (i) il-kompożizzjoni tagħhom, inkluż il-profil ta’ maturità tagħhom;
   (ii) il-klassifikazzjoni tagħhom fi proċedimenti ta’ insolvenza normali;
   (iii) jekk l-obbligazzjoni hijiex eskluża taħt l-Artikolu 44(2);
   (iv) jekk dawn jinkludux fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali t-terminu meħtieġ mill-paragrafu 1;
   (v) meta tkun saret determinazzjoni li hija legalment jew mod ieħor imprattikabbli li tiġi inkluża r-rikonoxximent kuntrattwali ta’ klawżola ta’ rikapitalizzazzjoni interna f’konformità mal-paragrafu 2, il-kategorija tar-responsabbiltà skont il-paragrafu 7.

Meta l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikunu parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni, ir-rapport għandu jsir mill-entità ta’ riżoluzzjoni rigward il-grupp ta’ riżoluzzjoni, sa fejn meħtieġ skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 1.”;

"

(d)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“8a. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika proċeduri u formati uniformi u mudelli għar-rapportar lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 2a.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(42)  l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, il-punt (e) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

“(e) huwa meħtieġ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), ħlief meta dak l-appoġġ jingħata f’waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 32c.”;

"

(b)  fil-paragrafu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) wara li jitqiesu ż-żmien, il-ħtieġa li jiġu implimentati b’mod effettiv is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni jew l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni għall-grupp ta’ riżoluzzjoni, u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inklużi miżuri alternattivi tas-settur privat, azzjoni superviżorja jew miżuri ta’ intervent bikri, għajr il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1a, jipprevjenu l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), jew tal-grupp f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.”;

"

(43)  l-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(m) is-setgħa li l-awtorità kompetenti tintalab tivvaluta l-akkwirent ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta’ deroga mil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/65/UE;”;

"

(ii)  jiżdied il-punt (n) li ġej:"

“(n) is-setgħa li jsiru talbiet skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 f’isem l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(a) soġġett għall-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 85(1), ir-rekwiżiti biex jinkisbu approvazzjoni jew kunsens minn kwalunkwe persuna pubblika jew privata, inklużi l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-Artikoli minn 22 sa 27 tad-Direttiva 2013/36/UE;”;

"

(44)  l-Artikolu 71a(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju li jikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:

   (a) il-kuntratt joħloq obbligu ġdid, jew jemenda materjalment obbligu eżistenti wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet adottati fil-livell nazzjonali għat-traspożizzjoni ta’ dan l-Artikolu;”
   (b) il-kuntratt jipprevedi l-eżerċitar ta’ dritt ta’ terminazzjoni wieħed jew aktar jew tad-drittijiet ta’ infurzar tal-interessi ta’ garanzija, li għalihom japplikaw l-Artikoli 33a, 68, 69, 70 jew 71 kieku l-kuntratt finanzjarju kien irregolat bil-liġijiet ta’ Stat Membru.”;

"

(45)  fl-Artikolu 74(3), jiżdied il-punt (d) li ġej:"

“(d) meta jiġi ddeterminat it-telf li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti kienet iġġarrab kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, japplikaw il-kriterji u l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE u fi kwalunkwe att delegat adottat skont dak l-Artikolu.”;

"

(45a)  fl-Artikolu 84, jiddaħħal il-paragrafu li jmiss:"

“6a. Dan l-Artikolu m’għandux jipprekludi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru sa fejn tali skambju huwa stabbilit fil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Fejn dik l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi żvelata biss bil-qbil espress tal-awtorità rilevanti li tkun żvelatha.”;

"

(46)  fl-Artikolu 88, jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:"

“6a. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti msemmija fl-Artikoli 10(1), 15(1) u 17(1) u sabiex tiġi skambjata kwalunkwe informazzjoni rilevanti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandha tistabbilixxi u tippresjedi kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiddeċiedi liema awtoritajiet jipparteċipaw f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li tqis ir-rilevanza tal-attività li għandha tiġi ppjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati u l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni infurmati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi u l-attivitajiet li għandhom jiġu kkunsidrati. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ infurmati bis-sħiħ, fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.”;

"

(46a)  fl-Artikolu 90, jiddaħħal il-paragrafu li jmiss:"

“4a. L-Artikolu 84m’għandux jipprekludi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru sa fejn tali skambju huwa stabbilit fil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Fejn dik l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi żvelata biss bil-qbil espress tal-awtorità rilevanti li tkun żvelatha.”;

"

(47)  l-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li istituzzjoni jew kwalunkwe entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja fi grupp tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32 jew 33, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp, jekk differenti, lis-superviżur konsolidanti u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għall-grupp inkwistjoni:

   (a) id-deċiżjoni li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1), jew fl-Artikolu 33(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(4);
   (b) l-eżitu tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1);
   (c) l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri ta’ insolvenza li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li huma xierqa għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi inkluża fin-notifiki kkomunikati skont l-Artikolu 81(3) lid-destinatarji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;

"

(b)  fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-EBA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(48)  fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-EBA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(49)  fl-Artikolu 97, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn xieraq. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-arranġament qafas tal-EBA.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn xieraq. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-arranġament qafas tal-EBA u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni divulgata lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi tkun soġġetta għal garanzija li r-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 84.”

"

(50)  fl-Artikolu 98, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:"

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

"

(b)  jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin:"

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) b’rabta mal-informazzjoni relatata mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu;
   (b) b’rabta ma’ informazzjoni oħra disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, l-informazzjoni relatata mal-irkupru u r-riżoluzzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha direttament relatata mal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva, b’mod partikolari l-ippjanar tal-irkupru u l-pjanijiet ta’ rkupru, il-miżuri ta’ intervent bikri u l-iskambji mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rigward l-ippjanar tar-riżoluzzjoni, il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni.”;

"

(51)  fl-Artikolu 101, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. “2. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu x’aktarx iwassal biex parti mit-telf ta’ istituzzjoni jew entità kif imsemmi fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tiġi mgħoddija lill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, għandhom japplikaw il-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni stabbilit fl-Artikolu 44.”;

"

(52)  fl-Artikolu 102(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Jekk, wara l-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat f’dak il-paragrafu, għandhom jerġgħu jibdew il-kontribuzzjonijiet regolari miġbura f’konformità mal-Artikolu 103 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddifferixxu l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet regolari miġbura f’konformità mal-Artikolu 103 għal massimu ta’ tliet snin fejn l-ammont li għandu jinġabar jilħaq ammont li jkun proporzjonat għall-kostijiet tal-proċess tal-ġbir, diment li tali differiment ma jaffettwax materjalment il-kapaċità tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tuża l-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 101. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal inqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien erba’ snin.”;

"

(53)  l-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu sabiex jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 102 jistgħu jinkludu impenji ta’ pagament irrevokabbli li huma kompletament sostnuti b’kollateral ta’ assi b’riskju baxx mhux aggravati minn kwalunkwe dritt ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklussiv mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 101(1). Is-sehem tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli ma għandux jaqbeż 30 % tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet miġbura f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fi ħdan dak il-limitu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina kull sena s-sehem tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jinġabru f’konformità ma’ dan l-Artikolu.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:"

“3a. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita l-impenji ta’ pagament irrevokabbli magħmula skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta jkun meħtieġ l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 101.

Meta entità ma tibqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 u ma tkunx għadha soġġetta għall-obbligu li tħallas il-kontribuzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita l-impenji ta’ pagament irrevokabbli magħmula skont il-paragrafu 3 u li jkunu għadhom dovuti. Jekk il-kontribuzzjoni marbuta mal-impenn ta’ pagament irrevokabbli titħallas kif xieraq mal-ewwel sejħa, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkanċella l-impenn u tirritorna l-kollateral. Jekk il-kontribuzzjoni ma titħallasx kif xieraq mal-ewwel sejħa, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-kollateral f’idejha u tikkanċella l-impenn.”;

"

(54)  Fl-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-kontribuzzjonijiet ex post straordinarji ma għandhomx jaqbżu tliet darbiet 12,5 % tal-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 102.”;

"

(55)  l-Artikolu 108 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti normali ta’ insolvenza:

   (a) dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità, li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista għall-pretensjonijiet ta’ kredituri ordinarji mhux garantiti:
   (i) depożiti li huma esklużi minn kopertura skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (ii) dik il-parti tad-depożiti eliġibbli ta’ entitajiet legali li mhumiex intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju li teċċedi l-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (iii) dik il-parti tad-depożiti eliġibbli ta’ gvernijiet ċentrali u reġjonali li teċċedi l-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (iv) dik il-parti tad-depożiti ta’ persuni ġuridiċi li mhumiex intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju li jkunu depożiti eliġibbli kieku ma ġewx magħmula permezz ta’ fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, li teċċedi l-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (b) dawn li ġejjin għandhom l-istess grad ta’ prijorità li huwa ogħla minn dak previst fil-punt (a):
   (i) depożiti koperti;
   (ii) skemi ta’ garanzija ta’ depożiti għall-pretensjoni tagħhom skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2014/49/UE;
   (iii) depożiti eliġibbli oħrajn għajr dawk imsemmijin fil-punti (a)(ii) u (iii); u
   (iv) depożiti li jkunu depożiti eliġibbli kieku ma ġewx magħmula permezz ta’ fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, għajr dawk imsemmijin fil-punt (a)(iv).”;

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi 8 u 9 li ġejjin:"

“8. Meta l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 37(3) jintużaw għat-trasferiment ta’ parti biss mill-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni għandu jkollu pretensjoni kontra l-istituzzjoni jew l-entità residwa msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), għal kwalunkwe spiża u telf imġarrba mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni bħala riżultat ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni magħmula għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 101(1) b’rabta mat-telf illi kieku kienu jġarrbu l-kredituri.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 37(7) ikollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti normali ta’ insolvenza, klassifikazzjoni ta’ prijorità ppreferuta, li għandha tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista għall-pretensjonijiet ta’ depożiti u ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

"

(56)  l-Artikolu 109 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u diment li tali azzjoni tiżgura li d-depożitanti jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, ▌l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha tkun affiljata dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkontribwixxi l-ammonti li ġejjin:

   (a) meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, indipendentement jew flimkien mal-għodda ta’ separazzjoni tal-assi, l-ammont li bih id-depożiti koperti kienu jiġu valwati b’mod negattiv jew ikkonvertiti sabiex jassorbu t-telf u jirrikapitalizzaw l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 46(1) kieku d-depożiti koperti kienu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni interna;
   (b) meta jiġu applikati l-għodod tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-istituzzjoni tranżitorja, indipendentement jew flimkien ma’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn:
   (i) l-ammont meħtieġ biex tiġi koperta d-differenza bejn il-valur tad-depożiti koperti u tal-obbligazzjonijiet bl-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità jew bi klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla mid-depożiti u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li għandhom jiġu ttrasferiti lil riċevitur; u
   (ii) fejn rilevanti, ammont meħtieġ biex tiġi żgurata n-newtralità tal-kapital tar-riċevitur wara t-trasferiment.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta t-trasferiment lir-riċevitur jinkludi depożiti li ma jkunux depożiti koperti jew obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 44(3) japplikaw għal dawk id-depożiti jew l-obbligazzjonijiet, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandha tikkontribwixxi:

   (a) l-ammont meħtieġ biex tiġi koperta d-differenza bejn il-valur tad-depożiti, inklużi d-depożiti li ma humiex koperti, u tal-obbligazzjonijiet bl-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità jew bi prijorità ogħla mid-depożiti u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li għandhom jiġu ttrasferiti lil riċevitur; u
   (b) fejn rilevanti, ammont meħtieġ biex tiġi żgurata n-newtralità tal-kapital tat-trasferiment għar-riċevitur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ladarba l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti tkun għamlet kontribuzzjoni fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni toqgħod lura milli takkwista ishma f’impriżi oħrajn, kif ukoll distribuzzjonijiet b’rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, jew minn attivitajiet oħrajn li jistgħu jwasslu għal ħruġ ta’ fondi.

Fil-każijiet kollha, il-kost tal-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandux ikun akbar mill-kost tal-ħlas lura lid-depożitanti kif ikkalkolat mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE.

Meta jiġi ddeterminat permezz ta’ valwazzjoni skont l-Artikolu 74 li l-kost tal-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għar-riżoluzzjoni kien akbar mit-telf li l-istituzzjoni kienet iġġarrab kieku ġiet stralċjata taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandha tkun intitolata għall-ħlas tad-differenza mill-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 75.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti f’konformità mal-paragrafu 1 wara li tkun ikkonsultat l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti dwar il-kost stmat tal-ħlas lura lid-depożitanti skont l-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE u f’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36 ta’ din id-Direttiva.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha hija affiljata l-istituzzjoni. L-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandha timplimenta dik id-deċiżjoni mingħajr dewmien.”;

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:"

“2a. Meta l-fondi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jintużaw f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biex jikkontribwixxu għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti tittrasferixxi l-parteċipazzjonijiet tagħha ta’ ishma jew ta’ strumenti kapitali oħrajn fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lis-settur privat hekk kif iċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji jippermettu dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti tikkummerċjalizza l-ishma u strumenti kapitali oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu b’mod miftuħ u trasparenti, u li l-bejgħ la jirrappreżentahom ħażin u lanqas jiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali. Kwalunkwe bejgħ bħal dan għandu jsir fuq termini kummerċjali.

2b.  Il-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tingħadd mal-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 44(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 44(8).

Meta l-użu tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, flimkien mal-kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni magħmula mill-azzjonisti u mid-detenturi ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda, id-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna, jippermetti l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, il-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandha tkun limitata għall-ammont meħtieġ biex jintlaħqu l-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 44(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 44(8). Wara l-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, l-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni għandu jintuża f’konformità mal-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni stabbilit fl-Artikoli 44 u 101.

B’deroga mil-limitazzjoni fuq kontributi mill-iskema ta’ garanzija ta’ depożiti skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 44(7) jiġu ssodisfati, għandu jkun meħtieġ kontribut addizzjonali tal-iskema ta’ garanzija ta’ depożiti. Dak il-kontribut addizzjonali għandu jkun ugwali għall-ammont kontribwit mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni ’il fuq mill-limitu ta’ 5 % speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 44(5), immultiplikat bis-sehem ta’ depożiti koperti bħala parti mill-obbligazzjonijiet totali fl-ambitu tat-trasferiment.

Madankollu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet li jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-istituzzjoni ġiet identifikata bħala entità ta’ likwidazzjoni fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jew fil-pjan ta’ riżoluzzjoni.”;
   (b) l-istituzzjoni kisret il-mira intermedja jew finali tal-MREL tagħha, kif xieraq, f’erba’ kwarti f’temp ta’ erba’ snin li jintemmu sitt xhur qabel id-determinazzjoni ta’ falliment jew li x’aktarx tfalli skont l-Artikolu 32(1), il-punt (a). Il-perjodu ta’ erba’ snin ma jqisx iż-żewġ trimestri konsekuttivi li jippreċedu immedjatament tali determinazzjoni ta’ falliment jew li x’aktarx tfalli.

"

(c)  jitħassar il-paragrafu 3;

(d)  fil-paragrafu 5, jitħassru t-tieni u t-tielet subparagrafi;

(57)  fl-Artikolu 111(1), jiżdied il-punt (e) li ġej:"

“(e) nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45e jew 45f.”;

"

(58)  l-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet”;

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-BĊE u membri oħrajn tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha u fil-perjodu ta’ żmien speċifikat, bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati mal-iżvilupp tal-politika, inkluż it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt, it-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi, u l-parteċipazzjoni fil-proċess leġiżlattiv. Il-Kummissjoni u l-persunal tal-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* fir-rigward tal-informazzjoni riċevuta.”;

______________________________

* Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

"

(59)  jiddaħħal l-Artikolu 128a li ġej:"

“Artikolu 128a

Simulazzjonijiet tal-immaniġġar tal-kriżijiet

1.  L-EBA għandha tikkoordina eżerċizzji regolari madwar l-Unjoni kollha biex tittestja l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u tad-Direttiva 2014/49/UE f’sitwazzjonijiet transfruntiera fuq l-aspetti kollha li ġejjin:

   (a) il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti matul l-ippjanar tal-irkupru;
   (b) il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti qabel il-falliment u matul ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ riżoluzzjoni adottati skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

2.  L-EBA għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi s-sejbiet u l-konklużjonijiet ewlenin tal-eżerċizzji. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.”.

"

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn ... [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ... [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = jum wieħed (1) wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 307, 31.8.2023, p. 19.
(2) ĠU C 349, 29.9.2023, p. 161.
(3)* Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(4) ĠU C , , p. .
(5) ĠU C , , p. .
(6) Il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, Attributi Ewlenin ta’ Reġimi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji, il-15 ta’ Ottubru 2014.
(7) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kkombinat għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell ikkonsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma huwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(11) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(13) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(17) COM(2018) 133 final.
(18) COM(2020) 822 final.
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
(20) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).
(22) Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).


Ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza (DGSD2)
PDF 321kWORD 84k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza (COM(2023)0228 – C9-0133/2023 – 2023/0115(COD))
P9_TA(2024)0328A9-0154/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0228),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0133/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0154/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza(2)

P9_TC1-COD(2023)0115


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  F’konformità mal-Artikolu 19(5) u (6) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), il-Kummissjoni rrieżaminat l-applikazzjoni u l-ambitu ta’ dik id-Direttiva u kkonkludiet li l-objettiv tal-protezzjoni tad-depożitanti fl-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti (SGD) fil-biċċa l-kbira ntlaħaq. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li hemm bżonn li jiġu indirizzati l-lakuni li fadal fil-protezzjoni tad-depożitanti u li jittejjeb il-funzjonament tal-SGD, filwaqt li jiġu armonizzati r-regoli għall-interventi tal-SGD minbarra l-proċedimenti ta’ żborż.

(1a)  Fil-preżent, l-unjoni bankarja tistrieħ biss fuq tnejn mit-tliet pilastri maħsuba tagħha, jiġifieri, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM). Għalhekk għadha mhux kompluta, minħabba li jonqos it-tielet pilastru tagħha, jiġifieri l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS). Ir-rieżami li għaddej tal-qafas tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-assigurazzjoni tad-depożiti huwa maħsub biex iwitti t-triq lejn it-tlestija li ilha mistennija tal-unjoni bankarja, inkluż l-istabbiliment tal-EDIS. It-tlestija tal-unjoni bankarja tifforma parti integrali mill-unjoni ekonomika u monetarja u tal-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari għax timmitiga r-riskji tal-hekk imsejjaħ “ċirku vizzjuż” li jirriżultaw mir-rabta bejn il-banek u s-sovrani.

(1b)  Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għat-tlestija tal-unjoni bankarja, huwa neċessarju li jiġu armonizzati l-funzjonijiet li l-SGD jistgħu jwettqu. Għalhekk, l-għadd ta’ diskrezzjonijiet skont il-liġi nazzjonali inklużi fid-Direttiva 2014/49/UE jenħtieġ li jiġu limitati u l-SGD kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffinanzjaw miżuri ta’ riżoluzzjoni, miżuri preventivi u miżuri alternattivi oħra għall-iżborż tad-depożitanti.

(1c)  Il-qafas tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet jenħtieġ li jiżgura f’kull ħin li t-telf ma jkunx qed jiġi soċjalizzat u li r-riżorsi tal-kontribwenti ma jintużawx biex jgħinu jew isalvaw istituzzjonijiet ta’ kreditu f’diffikultà.

(2)  In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jitħallsu kontribuzzjonijiet lill-SGD jew li tiġi pprovduta informazzjoni lid-depożitanti u lill-SGD jista’ jimmina l-objettiv tal-protezzjoni tad-depożitanti. L-SGD, jew meta rilevanti, l-awtoritajiet maħtura, jistgħu japplikaw sanzjonijiet pekunarji għall-ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet. Huwa importanti li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-SGD, l-awtoritajiet maħtura u kompetenti sabiex jieħdu azzjonijiet ta’ infurzar kontra istituzzjoni ta’ kreditu li ma tikkonformax mal-obbligi tagħha. Għalkemm l-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji u ta’ infurzar mill-awtoritajiet kompetenti kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu hija rregolata bil-liġijiet nazzjonali u bid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-awtoritajiet maħtura jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħin dwar kwalunkwe ksur tal-obbligi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-depożiti.

(3)  Sabiex tappoġġa aktar konverġenza tal-prattiki tal-SGD u tgħin lill-SGD fl-ittestjar tar-reżiljenza tagħhom, jenħtieġ li l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji dwar it-twettiq ta’ stress tests tas-sistemi tal-SGD.

(4)  Skont l-Artikolu 5(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2014/49/UE, depożiti ta’ ċerti istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi ditti tal-investiment, huma esklużi mill-kopertura mill-SGD. Madankollu, il-fondi li dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jirċievu mill-klijenti tagħhom u li huma jiddepożitaw f’istituzzjoni ta’ kreditu f’isem il-klijenti tagħhom, fl-eżerċizzju tas-servizzi li joffru, jenħtieġ li jiġu protetti soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.

(5)  Il-firxa ta’ depożitanti li bħalissa huma protetti permezz ta’ ripagament minn SGD hija motivata mix-xewqa li jiġu protetti l-investituri mhux professjonali, filwaqt li l-investituri professjonali jitqiesu li ma jeħtiġux tali protezzjoni. Għal dik ir-raġuni, l-awtoritajiet pubbliċi ġew esklużi mill-kopertura. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet pubbliċi (li f’xi Stati Membri jinkludu skejjel u sptarijiet) ma jistgħux jitqiesu bħala investituri professjonali. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-depożiti tal-investituri mhux professjonali kollha, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni offruta minn SGD.

(6)  Id-depożiti li jirriżultaw minn ċerti avvenimenti, inklużi tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli relatati ma’ proprjetajiet residenzjali privati jew il-ħlas ta’ ċerti benefiċċji tal-assigurazzjoni, jistgħu temporanjament iwasslu għal depożiti kbar. Għal dik ir-raġuni, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE bħalissa jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li d-depożiti li jirriżultaw minn dawk l-avvenimenti jkunu protetti f’livelli ogħla minn EUR 100 000 għal tal-anqas 3 xhur, iżda għal mhux aktar minn 12-il xahar mill-mument li fih l-ammont jiġi kkreditat jew mill-mument li fih tali depożiti jsiru legalment trasferibbli. Sabiex tiġi armonizzata l-protezzjoni tad-depożitanti fl-Unjoni u sabiex jitnaqqsu l-kumplessità amministrattiva u l-inċertezza legali relatati mal-ambitu tal-protezzjoni ta’ depożiti bħal dawn, huwa neċessarju li l-protezzjoni tagħhom tiġi allinjata ma’ ammont massimu ta’ mill-anqas EUR 500 000 u ammont massimu ta’ EUR 2 500 000 għal durata armonizzata ta’ 6 xhur, minbarra l-livell ta’ kopertura ta’ EUR 100 000. Wara t-traspożizzjoni tagħhom mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami tal-ammonti li huma protetti, bil-ħsieb li tiddetermina jekk l-ammont massimu jenħtieġx li jitnaqqas, filwaqt li tqis jekk l-ammonti li huma protetti humiex proporzjonati u jiżgurawx kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni.

(7)  Matul tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli, il-fondi jistgħu jgħaddu minn kontijiet differenti qabel is-saldu attwali tat-tranżazzjoni. Għalhekk, sabiex jiġu protetti d-depożitanti li jgħaddu minn tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli b’mod omoġenu, jenħtieġ li l-protezzjoni ta’ bilanċi temporanji għoljin tapplika għar-rikavat ta’ bejgħ kif ukoll għall-fondi ddepożitati għax-xiri ta’ proprjetà residenzjali privata f’perjodu ta’ terminu qasir definit minn qabel.

(8)  Sabiex jiġi żgurat l-iżborż f’waqtu tal-ammont li għandu jitħallas lura minn SGD, u sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli amministrattivi u ta’ kalkolu, jenħtieġ li titneħħa d-diskrezzjoni li jitqiesu l-obbligazzjonijiet dovuti meta jiġi kkalkolat l-ammont ripagabbli.

(9)  Huwa neċessarju li jiġu ottimizzati l-kapaċitajiet operazzjonali tal-SGD u li jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi stabbilit li fir-rigward tal-identifikazzjoni tad-depożitanti li huma intitolati għal depożiti f’kontijiet benefiċjarji jew tal-valutazzjoni ta’ jekk id-depożitanti jkunux eliġibbli għal salvagwardji ta’ bilanċi għoljin temporanji, tibqa’ r-responsabbiltà tad-depożitanti u tad-detenturi ta’ kontijiet li juru, bil-mezzi tagħhom stess, l-intitolament tagħhom.

(10)  Ċerti depożiti jistgħu jkunu soġġetti għal perjodu ta’ ripagament itwal minħabba li jeħtieġu li l-SGD jivverifikaw il-pretensjoni għal ripagament. Sabiex jiġu armonizzati r-regoli madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-perjodu għar-ripagament ikun limitat għal 20 jum ta’ xogħol wara l-wasla tad-dokumentazzjoni rilevanti.

(11)  Il-kost amministrattiv relatat mar-ripagament ta’ ammonti żgħar fuq kontijiet inattivi jista’ jkun akbar mill-benefiċċji għad-depożitant. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi speċifikat li jenħtieġ li l-SGD ma jkunux obbligati jieħdu passi attivi sabiex iħallsu lura d-depożiti miżmumin f’kontijiet bħal dawn taħt ċerti livelli limitu li jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali. Madankollu, id-dritt tad-depożitanti li jitolbu ammont bħal dan jenħtieġ li jiġi ppreservat. Barra minn hekk, meta l-istess depożitant ikollu wkoll kontijiet attivi oħrajn, jenħtieġ li l-SGD jinkludu dak l-ammont fil-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rrimborżat.

(12)  L-SGD għandhom metodi differenti sabiex iħallsu lura lid-depożitanti, li jvarjaw minn żborżi fi flus għal trasferimenti elettroniċi. Madankollu, sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ ripagament mill-SGD u sabiex jibqgħu konformi mal-objettivi tal-qafas tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, ir-rimborżi tad-depożitanti permezz ta’ trasferimenti ta’ kreditu jenħtieġ li jkunu l-metodu ta’ żborż awtomatiku meta r-rimborż jaqbeż l-ammont ta’ EUR 10 000.

(13)  L-istituzzjonijiet finanzjarji huma esklużi mill-protezzjoni tad-depożiti. Madankollu, ċerti istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, istituzzjonijiet ta’ pagament u ditti ta’ investiment, ukoll jiddepożitaw il-fondi riċevuti mill-klijenti tagħhom f’kontijiet bankarji, spiss fuq bażi temporanja, sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ salvagwardja f’konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, inkluża d-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), mad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). Meta jitqies ir-rwol dejjem akbar ta’ dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji, jenħtieġ li l-SGD jipproteġu dawn id-depożiti bil-kundizzjoni li dawk il-klijenti jiġu identifikati jew identifikabbli.

(14)  Il-klijenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux dejjem ikunu jafu liema istituzzjoni ta’ kreditu l-istituzzjoni finanzjarja għażlet li tiddepożita l-fondi tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-SGD ma jaggregawx dawn id-depożiti b’depożitu li l-istess klijenti jista’ jkollhom fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun poġġiet id-depożiti tagħhom. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu ma jkunux jafu l-klijenti intitolati għas-somma miżmuma fil-kontijiet tal-klijent, jew ikunu jistgħu jivverifikaw u jirreġistraw id-data individwali ta’ dawk il-klijenti. ▌

(15)  Meta jirrimborżaw lid-depożitanti, l-SGD jistgħu jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet li jwasslu għal tħassib dwar il-ħasil tal-flus. Għalhekk, jenħtieġ li l-SGD ma joħorġux ir-rimborż lil depożitant meta jiġu nnotifikati li unità tal-intelligence finanzjarja tkun issospendiet kont bankarju jew ta’ pagament f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

(16)  L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/49/UE jipprevedi li meta SGD tagħmel pagamenti fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-SGD ikollha pretensjoni kontra l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata għal ammont ugwali għall-pagamenti tagħha u dik il-pretensjoni jenħtieġ li tikklassifika pari passu ma’ depożiti koperti. Dik id-dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn il-kontribuzzjoni ta’ SGD meta tintuża għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna ta’ bank miftuħ, u l-kontribuzzjoni tal-SGD għall-finanzjament ta’ strateġija ta’ trasferiment (għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew għodda tal-istituzzjoni tranżitorja) segwita minn likwidazzjoni tal-entità residwa. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-eżistenza u tal-ammont ta’ pretensjoni ta’ SGD f’xenarji differenti, huwa neċessarju li jiġi speċifikat li meta l-SGD tikkontribwixxi sabiex tappoġġa l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, jew ta’ miżuri alternattivi, meta sett ta’ assi, ta’ drittijiet u ta’ obbligazzjonijiet, inklużi depożiti, tal-istituzzjoni ta’ kreditu jiġu ttrasferiti lil riċevitur, jenħtieġ li dik l-SGD ikollha pretensjoni kontra l-entità residwa fil-proċedimenti ta’ stralċ sussegwenti tagħha skont il-liġi nazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni ta’ kreditu li jibqgħu fl-entità residwa effettivament jassorbu t-telf ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu u tittejjeb il-possibbiltà ta’ ripagamenti f’insolvenza lill-SGD, jenħtieġ li l-pretensjoni tal-SGD ikollha l-istess klassifikazzjoni bħad-depożiti koperti. F’każ li tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna (jiġifieri, l-istituzzjoni ta’ kreditu tkompli bl-operat tagħha), l-SGD tikkontribwixxi fl-ammont li bih id-depożiti koperti jkunu tniżżlu fil-valur jew ġew ikkonvertiti sabiex jassorbu t-telf f’dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, li kieku kienu ġew inklużi depożiti koperti fl-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-SGD ma tirriżultax fi pretensjoni kontra l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni peress li telimina l-iskop tal-kontribuzzjoni tal-SGD.

(17)  Sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki tal-SGD u ċ-ċertezza legali għad-depożitanti sabiex jitolbu d-depożiti tagħhom, u sabiex jiġu evitati ostakli operazzjonali għall-SGD, huwa importanti li jiġi stabbilit perjodu twil b’mod adegwat li fih id-depożitanti jistgħu jitolbu r-ripagament tad-depożiti tagħhom, f’dawk il-każijiet li fihom l-SGD ma tkunx ħallset lura lid-depożitanti sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/49/UE fil-każ ta’ żborż.

(18)  Skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw li sat-3 ta’ Lulju 2024, il-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD jilħqu livell fil-mira ta’ 0,8 % tal-ammont tad-depożiti koperti tal-membri tagħha. Sabiex jiġi vvalutat b’mod oġġettiv jekk l-SGD jissodisfawx dak ir-rekwiżit, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ referenza ċar sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ depożiti koperti u l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD. B’kunsiderazzjoni tal-espansjoni tal-ambitu tal-użu tal-SGD, l-adegwatezza tal-livell fil-mira ta’ 0,8 % jenħtieġ li tkun soġġetta għal monitoraġġ u valutazzjoni mill-qrib.

(19)  Sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-SGD, il-fondi tagħhom jenħtieġ li jiġu minn kontribuzzjonijiet stabbli u irrevokabbli. Ċerti sorsi ta’ finanzjament tal-SGD, inklużi self u rkupri mistennijin, huma kontinġenti wisq sabiex jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet sabiex jintlaħaq il-livell fil-mira tal-SGD. Sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-SGD għall-ilħuq tal-livell fil-mira tagħhom u sabiex jiġi żgurat li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD jiġu ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet mill-industrija, jenħtieġ li l-fondi li jikkwalifikaw sabiex jilħqu l-livell fil-mira jiġu distinti minn fondi li huma kkunsidrati bħala sorsi komplementari ta’ finanzjament. Il-flussi ta’ ħruġ tal-fondi tal-SGD, inklużi r-ripagamenti tas-self prevedibbli, jistgħu jiġu ppjanati u kkunsidrati f’kontribuzzjonijiet regolari mill-membri tal-SGD, u għalhekk jenħtieġ li ma jwasslux għal tnaqqis tal-mezzi finanzjarji disponibbli taħt il-livell fil-mira. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi speċifikat li, wara li jintlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba, huwa biss nuqqas fil-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD ikkawżat minn intervent tal-SGD (żborż, jew miżuri preventivi, ta’ riżoluzzjoni jew alternattivi) li jenħtieġ li jniedi perjodu ta’ rikostituzzjoni ta’ erba’ snin. Meta, wara tali intervent tal-SGD, il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu tnaqqsu b’anqas minn terz, il-perjodu ta’ rikostituzzjoni jenħtieġ li jkun ta’ sentejn. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti, jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell fil-mira mill-SGD.

(20)  Jenħtieġ li l-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD ikunu jistgħu jintużaw immedjatament sabiex jiffaċċjaw avvenimenti ta’ żborż f’daqqa jew interventi oħrajn. Fid-dawl ta’ diversi prattiki madwar l-Unjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-istrateġija ta’ investiment tal-fondi tal-SGD sabiex jittaffa kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kapaċità ta’ SGD li twettaq il-mandat tagħha. Meta SGD ma tkunx kompetenti sabiex tistabbilixxi l-istrateġija ta’ investiment, l-awtorità, jew il-korp jew l-entità fl-Istat Membru li jkunu responsabbli għall-istabbiliment tal-istrateġija ta’ investiment jenħtieġ li, meta jistabbilixxu dik l-istrateġija ta’ investiment, jirrispettaw ukoll il-prinċipji dwar id-diversifikazzjoni u l-investimenti f’assi b’riskju baxx u likwidi. Sabiex jiġu ppreżervati l-indipendenza operazzjonali sħiħa u l-flessibbiltà tal-SGD f’termini tal-aċċess għall-fondi tagħha, meta l-fondi tal-SGD jiġu ddepożitati fit-teżor, jenħtieġ li dawk il-fondi jiġu allokati u jitqiegħdu f’kont segregat.

(21)  L-għażla li jiġu ġġenerati l-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD permezz ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsin mill-istituzzjonijiet membri għal skemi eżistenti ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji stabbiliti minn Stat Membru sabiex ikopru l-kostijiet relatati mar-riskju sistemiku qatt ma ntużat u, għalhekk, jenħtieġ li titneħħa.

(22)  Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitanti, filwaqt li tiġi evitata l-ħtieġa ta’ bejgħ bl-għaġla tal-assi ta’ SGD u li jiġu limitati l-effetti proċikliċi negattivi possibbli fuq l-industrija bankarja kkawżati mill-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji. Għalhekk, jenħtieġ li l-SGD jitħallew jużaw arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi li jippermettulhom jiksbu fi kwalunkwe ħin finanzjament għal terminu qasir minn sorsi għajr kontribuzzjonijiet, inkluż qabel ma jużaw il-mezzi finanzjarji u l-fondi disponibbli tagħhom miġburin permezz ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji. Minħabba li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu primarjament iġorru l-kost u r-responsabbiltà għall-finanzjament tal-SGD, jenħtieġ li arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament mill-fondi pubbliċi ma jkunux permessi.

(23)  Sabiex jiġi żgurat investiment diversifikat b’mod adegwat tal-fondi tal-SGD u tal-prattiki konverġenti, jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida sabiex tipprovdi gwida lill-SGD f’dak ir-rigward.

(24)  Filwaqt li r-rwol primarju tal-SGD huwa r-ripagament lil depożitanti koperti, l-interventi barra mill-iżborż jistgħu jkunu aktar kosteffettivi għall-SGD u jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għad-depożiti billi jiffaċilitaw l-istrateġiji ta’ trasferiment. L-SGD jistgħu jkunu meħtieġa jikkontribwixxu għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, l-SGD jistgħu jiffinanzjaw miżuri preventivi sabiex tiġi rrestawrata l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew miżuri alternattivi f’insolvenza. Filwaqt li tali miżuri preventivi u alternattivi jistgħu jtejbu b’mod sinifikanti l-protezzjoni tad-depożiti, huwa neċessarju li tali miżuri jiġu soġġetti għal salvagwardji adegwati, inkluż fil-forma ta’ test armonizzat tal-anqas kost, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u l-effettività u l-kosteffiċjenza ta’ tali miżuri. Tali salvagwardji jenħtieġ li japplikaw biss għal interventi ffinanzjati bil-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD regolati skont din id-Direttiva.

(24a)  Huwa essenzjali li kwalunkwe involviment tad-DGS fi kwalunkwe xenarju jsir b’enfasi fuq il-kosteffettività u t-trasparenza. Dan l-approċċ huwa essenzjali biex jiġi evitat tfixkil fil-kundizzjonijiet ekwi u biex jiżgura li l-ebda vantaġġ mhux ġust ma jingħata lil parteċipanti fis-suq speċifiċi. It-trasparenza u l-kosteffiċjenza huma prinċipji fundamentali li fuqhom huma msejsa l-integrità u l-funzjonament ekwu tal-SGD.

(25)  Il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ interventi bikrija biżżejjed jista’ jkollhom rwol effettiv fil-kontinwità ta’ għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet sabiex jinżammu l-kunfidenza tad-depożitanti u l-istabbiltà finanzjarja. Dawk il-miżuri jistgħu jieħdu diversi forom - miżuri ta’ appoġġ ta’ kapital permezz ta’ strumenti ta’ fondi proprji (inklużi strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni) jew strumenti kapitali, garanziji, jew self oħrajn. L-SGD kellhom rikors eteroġenu għal dawk il-miżuri. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità tal-għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet u r-rikors għal miżuri preventivi b’mod konsistenti mal-qafas ta’ riżoluzzjoni u mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, huwa neċessarju li jiġu speċifikati t-twaqqit u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom. Miżuri preventivi ma humiex adatti għall-assorbiment ta’ telf imġarrab meta l-istituzzjoni ta’ kreditu diġà tkun qiegħda tfalli jew x’aktarx li tfalli u jenħtieġ li jintużaw kmieni sabiex jiġi evitat id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-bank. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet maħtura jivverifikaw jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għal tali intervent tal-SGD. Fl-aħħar nett, dawk il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ jekk IPS tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(26)  Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ prevenzjoni jilħqu l-objettiv tagħhom, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu meħtieġa jippreżentaw lill-awtorità kompetenti nota li tiddeskrivi l-miżuri li jimpenjaw ruħhom li jwettqu. ▌Jenħtieġ li jenħtieġ tali nota jkun fiha l-elementi kollha li għandhom l-għan li jipprevjenu l-ħruġ ta’ fondi u li jsaħħu l-pożizzjoni kapitali u tal-likwidità tal-istituzzjoni ta’ kreditu, filwaqt li tippermetti lill-istituzzjoni ta’ kreditu tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali u ma’ rekwiżiti regolatorji oħrajn rilevanti kollha fuq bażi progressiva. Għalhekk, jenħtieġ li tali nota jkun fiha miżuri ta’ ġenerazzjoni tal-kapital, inklużi regoli dwar il-ħruġ ta’ drittijiet, il-konverżjoni volontarja ta’ strumenti ta’ dejn subordinat, eżerċizzji ta’ ġestjoni tal-obbligazzjonijiet, bejgħ li jiġġenera l-kapital ta’ assi, it-titolizzazzjoni ta’ portafolli, u ż-żamma tal-qligħ, inklużi projbizzjonijiet fuq id-dividendi u projbizzjonijiet fuq l-akkwiżizzjoni ta’ ishma f’impriżi. Barra minn hekk, in-nota jenħtieġ li tagħti dettalji dwar id-defiċit ta’ kapital inizjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu, il-miżuri ta’ ġenerazzjoni tal-kapital implimentati u s-salvagwardji stabbiliti biex jiġi evitat il-ħruġ ta’ fondi. Għall-istess raġuni, matul l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fin-nota, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jsaħħu wkoll il-pożizzjonijiet ta’ likwidità tagħhom u jżommu lura minn prattiki kummerċjali aggressivi, u milli jiddistribwixxu dividendi jew rimunerazzjoni varjabbli jew milli jirriakkwistaw ishma proprji jew jeżerċitaw strumenti kapitali ibridi. Tali nota jenħtieġ li jkun fiha wkoll strateġija ta’ ħruġ għal kwalunkwe miżura ta’ appoġġ riċevuta. F’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-istituzzjoni ta’ kreditu jenħtieġ li tipprovdi pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul. Il-miżuri preventivi mogħtija lil istituzzjoni ta’ kreditu jenħtieġ li jiġu sospiżi meta l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju huwa kredibbli u fattibbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul. Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun membru ta’ IPS imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), l-IPS jenħtieġ li tapprova l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti. Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta bil-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, jenħtieġ li timplimenta miżuri xierqa biex tkun ċerta li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul. L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jinsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jivvalutaw ir-rilevanza u l-kredibbiltà tal-miżuri previsti fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet maħtura tal-SGD li jintalbu jiffinanzjaw miżura preventiva mill-istituzzjoni ta’ kreditu jkunu jistgħu jivvalutaw li l-kundizzjonijiet kollha għall-miżuri preventivi jkunu ssodisfati, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mal-awtoritajiet maħtura. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida sabiex tgħin lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jfasslu pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju bħal dan.

(26a)  Sabiex jittaffa l-periklu morali, fejn xieraq, l-istituzzjoni ta’ kreditu li tirċievi appoġġ mill-SGD fil-forma ta’ miżuri preventivi, l-azzjonisti tagħha, il-kredituri tagħha jew il-grupp ta’ negozju li tappartjeni għalih jenħtieġ li jikkontribwixxu għar-ristrutturar mir-riżorsi proprji tagħhom u jipprovdu remunerazzjoni adegwata għall-miżura preventiva mogħtija mill-SGD.

(27)  Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirċievu appoġġ mill-SGD fil-forma ta’ miżuri preventivi jwettqu l-impenji tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu pjan ta’ rimedju minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jonqsu milli jwettqu l-impenji tagħhom, milli jħallsu lura l-ammont kontribwit fl-ambitu tal-miżuri preventivi jew milli jikkonformaw mal-istrateġija tal-ħruġ. Meta awtorità kompetenti tkun tal-fehma li l-miżuri fil-pjan ta’ rimedju ma jkunux kapaċi jiksbu l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni ta’ kreditu, jenħtieġ li l-SGD ma tipprovdi l-ebda appoġġ preventiv ulterjuri lill-istituzzjoni ta’ kreditu u l-awtoritajiet rilevanti jenħtieġ li jwettqu valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni tkunx qed tfalli jew probabbli tfalli, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-istess konsegwenzi jenħtieġ li japplikaw f’każijiet meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida sabiex tgħin lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jfasslu pjan ta’ rimedju bħal dan.

(28)  Sabiex jiġu evitati effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni u fuq is-suq intern, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li fil-każ ta’ miżuri alternattivi fl-insolvenza, il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw istituzzjoni ta’ kreditu fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ insolvenza nazzjonali (likwidatur, riċevitur, amministratur jew oħrajn) jenħtieġ li jagħmlu arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni tan-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ parti minnu fi proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, filwaqt li jimmiraw li jimmassimizzaw, sa fejn ikun possibbli, il-prezz tal-bejgħ. L-istituzzjoni ta’ kreditu jew kwalunkwe intermedjarju li jaġixxi f’isem l-istituzzjoni ta’ kreditu jenħtieġ li japplika regoli li huma adegwati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ assi, ta’ drittijiet u ta’ obbligazzjonijiet li jridu jiġu ttrasferiti lil xerrejja potenzjali. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-użu tar-riżorsi tal-Istat jibqa’ soġġett għar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat skont it-Trattat, meta applikabbli.

(29)  Peress li l-għan ewlieni tal-SGD huwa li jipproteġu d-depożiti koperti, jenħtieġ li l-SGD jitħallew jiffinanzjaw interventi għajr meta t-tali interventi jkunu orħos mill-iżborżi. L-esperjenza bl-applikazzjoni ta’ dik ir-regola (“test tal-anqas kost”) żvelat diversi nuqqasijiet peress li l-qafas kurrenti ma jagħti l-ebda dettall dwar kif irid jiġi ddeterminat il-kost ta’ dawk l-interventi u lanqas il-kost tal-iżborż. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tat-test tal-anqas kost madwar l-Unjoni, huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-kalkolu ta’ dawk il-kostijiet. Fl-istess ħin, huwa neċessarju li jiġu evitati kundizzjonijiet eċċessivament stretti li effettivament ma jippermettux l-użu tal-fondi tal-SGD għal interventi oħrajn minbarra l-iżborż. Meta jwettqu l-valutazzjoni tal-anqas kost, jenħtieġ li l-SGD l-ewwel jivverifikaw li l-kost għall-finanzjament tal-miżura magħżula jkun aktar baxx mill-kost tar-rimborż ta’ depożiti koperti. Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-anqas kost jenħtieġ li tqis il-valur taż-żmien tal-flus.

(30)  Il-likwidazzjoni tista’ tkun proċess twil li l-effiċjenza tiegħu tiddependi fuq l-effiċjenza ġudizzjarja nazzjonali, fuq ir-reġimi ta’ insolvenza, fuq il-karatteristiċi bankarji individwali, u fuq iċ-ċirkostanzi tal-falliment. Għall-interventi tal-SGD bħala parti minn miżuri alternattivi, jenħtieġ li t-test tal-anqas kost jiddependi fuq il-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu, stabbilit fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, u fuq l-istima stabbilita fl-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, l-evalwazzjoni preċiża tal-irkupri tal-likwidazzjoni tista’ tkun ta’ sfida fil-kuntest tat-test tal-anqas kost għall-miżuri preventivi, li suppost iseħħ ħafna qabel kwalunkwe likwidazzjoni prevedibbli. Għalhekk, ix-xenarju kontrofattwali għat-test tal-anqas kost għall-miżuri preventivi jenħtieġ li jiġi aġġustat kif xieraq, u fi kwalunkwe każ, l-irkupri mistennijin jenħtieġ li jkunu limitati għal ammont raġonevoli bbażat fuq irkupri f’avvenimenti ta’ żborż fil-passat.

(31)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet maħtura jistmaw il-kost tal-miżura għall-SGD, inkluż wara r-ripagament ta’ self, injezzjoni ta’ kapital jew l-użu ta’ garanzija, nett mill-qligħ mistenni, mill-ispejjeż operatorji, u mit-telf potenzjali, kontra xenarju kontrofattwali bbażat fuq telf finali ipotetiku fi tmiem il-proċedimenti ta’ insolvenza, li jenħtieġ li jqis l-irkupri mill-SGD bħala parti mill-proċedimenti ta’ likwidazzjoni ta’ bank. Barra minn hekk, jenħtieġ li x-xenarju kontrofattwali jqis il-kost possibbli għall-SGD tal-instabbiltà ekonomika u finanzjarja, inkluża l-ħtieġa li jintużaw fondi addizzjonali, fi ħdan il-mandat tal-SGD, biex jiġu protetti d-depożitanti u l-istabbiltà finanzjarja, u biex jiġi evitat il-kontaġju. Sabiex tingħata stampa ġusta u aktar komprensiva tal-kost attwali tar-ripagament lid-depożitanti, l-istima tat-telf imġarrab minħabba r-rimborż ta’ depożiti koperti jenħtieġ li tinkludi kostijiet relatati indirettament mar-rimborż lid-depożitanti. Dawn il-kostijiet jenħtieġ li jinkludu ▌l-kost li l-SGD tista’ ġġarrab minħabba r-rikors għal finanzjament alternattiv. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tat-test tal-anqas kost, jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kost ta’ interventi differenti tal-SGD. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-anqas kost mal-mandat statutorju jew kuntrattwali tal-SGD ▌, jenħtieġ li l-EBA ▌tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji ▌.

(32)  Sabiex tittejjeb il-protezzjoni armonizzata tad-depożitanti u jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet rispettivi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-SGD tal-Istat Membru domiċiljari tiżgura l-ħlas lid-depożitanti li jinsabu fl-Istati Membri fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma membru tal-SGD jieħdu depożiti u fondi oħrajn ripagabbli billi joffru servizzi ta’ depożitu fuq bażi transfruntiera mingħajr stabbiliment fl-Istat Membru ospitanti. Sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta’ żborż u l-għoti ta’ informazzjoni lid-depożitanti, jenħtieġ li l-SGD tal-Istat Membru ospitanti titħalla topera bħala punt ta’ kuntatt għad-depożitanti fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizzi.

(33)  Il-kooperazzjoni bejn l-SGD madwar l-Unjoni hija vitali sabiex jiġi żgurat ripagament rapidu u kosteffiċjenti lid-depożitanti meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jwettqu servizz bankarju permezz ta’ fergħat fi Stati Membri oħrajn. Fid-dawl tal-avvanzi teknoloġiċi li jippromwovu l-użu ta’ trasferimenti transfruntiera u identifikazzjoni mill-bogħod, jenħtieġ li l-SGD tal-Istat Membru domiċiljari titħalla tagħmel ir-ripagamenti direttament lid-depożitanti f’fergħat li jinsabu fi Stat Membru ieħor, dment li l-piż u l-kostijiet amministrattivi jkunu aktar baxxi milli kieku r-ripagament jitwettaq mill-SGD tal-Istat Membru ospitanti. Jenħtieġ li dik il-flessibbiltà tikkomplementa l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni kurrenti, li jirrikjedi li l-SGD tal-Istat Membru ospitanti tħallas lura lid-depożitanti f’fergħat f’isem l-SGD tal-Istat Membru domiċiljari. Sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenza tad-depożitanti kemm fl-Istati Membri ospitanti kif ukoll f’dawk domiċiljari, jenħtieġ li l-EBA toħroġ linji gwida sabiex tgħin lill-SGD f’kooperazzjoni bħal din, fost l-oħrajn billi tissuġġerixxi lista ta’ kundizzjonijiet li fihom SGD tal-Istat Membru domiċiljari tista’ tiddeċiedi li tħallas lura lid-depożitanti f’fergħat li jinsabu fl-Istat Membru ospitanti.

(34)  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jbiddlu l-affiljazzjoni ma’ SGD minħabba li jċaqilqu l-kwartieri ġenerali tagħhom lejn Stat Membru ieħor jew jaqilbu s-sussidjarja tagħhom f’fergħa jew viċi versa. L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE jirrikjedi li l-kontribuzzjonijiet ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu mħallsin matul it-12-il xahar ta’ qabel it-trasferiment jiġu ttrasferiti lill-SGD l-oħra bi proporzjon mal-ammont ta’ depożiti koperti ttrasferiti. Sabiex jiġi żgurat li t-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet lill-SGD riċeventi ma jkunx jiddependi fuq regoli nazzjonali diverġenti dwar il-fatturazzjoni jew id-data attwali tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, l-SGD ta’ oriġini jenħtieġ li tikkalkola l-ammont li jrid jiġi ttrasferit fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet potenzjali mġarrba mill-SGD riċeventi bħala riżultat tat-trasferiment. L-EBA jenħtieġ li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi ttrasferit biex jiġi żgurat impatt newtrali tat-trasferiment fuq is-sitwazzjoni finanzjarja kemm tal-SGD riċeventi kif ukoll tal-SGD ta’ oriġini fir-rigward tar-riskji li jkopru.

(35)  Huwa neċessarju li tiġi żgurata protezzjoni ugwali tad-depożitanti madwar l-Unjoni li ma tistax tiġi ggarantita bis-sħiħ minn reġim ta’ valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-protezzjoni tad-depożitanti f’pajjiżi terzi. Għal dik ir-raġuni, il-fergħat fl-Unjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jenħtieġ li jissieħbu f’SGD fl-Istat Membru fejn iwettqu l-attività tagħhom ta’ teħid ta’ depożiti. Dak ir-rekwiżit jiżgura wkoll konsistenza mad-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE li għandhom l-għan li jintroduċu oqfsa prudenzjali u ta’ riżoluzzjoni aktar robusti għal gruppi ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi bankarji fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jiġi evitat li l-SGD ikunu skoperti għar-riskji ekonomiċi u finanzjarji ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li d-depożiti f’fergħat stabbiliti f’pajjiżi terzi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni ma jiġux protetti.

(36)  Divulgazzjoni ta’ informazzjoni standardizzata u regolari ttejjeb l-għarfien fost id-depożitanti dwar il-protezzjoni tad-depożiti. Sabiex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni mal-iżviluppi teknoloġiċi, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jqisu l-kanali ta’ komunikazzjoni diġitali l-ġodda li permezz tagħhom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jinteraġixxu mad-depożitanti. Jenħtieġ li d-depożitanti jiksbu informazzjoni ċara u omoġena li tispjega l-protezzjoni tad-depożiti tagħhom, filwaqt li jillimitaw il-piż amministrattiv relatat għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għall-SGD. Jenħtieġ li l-EBA tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika, minn naħa, il-kontenut u l-format tal-iskeda ta’ informazzjoni tad-depożitanti li jridu jiġu kkomunikati lid-depożitanti fuq bażi annwali u, min-naħa l-oħra, l-informazzjoni fil-mudell li jew l-SGD jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma meħtieġa jikkomunikaw lid-depożitanti f’sitwazzjonijiet speċifiċi, inklużi fużjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, determinazzjoni li d-depożiti ma jkunux disponibbli, jew ir-ripagament ta’ depożiti ta’ fondi tal-klijenti.

(37)  Il-fużjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew il-konverżjoni ta’ sussidjarja f’fergħa jew viċi versa jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi ewlenin tal-protezzjoni tad-depożitanti. Sabiex jiġu evitati impatti negattivi fuq id-depożitanti li jkollhom depożiti fiż-żewġ banek li jingħaqdu kif ukoll li l-pretensjoni tagħhom għall-kopertura tad-depożiti titnaqqas minħabba bidliet fl-affiljazzjoni tal-SGD, jenħtieġ li d-depożitanti kollha jiġu infurmati dwar tali bidliet u jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jipprelevaw il-fondi tagħhom mingħajr ma jġarrbu penali sa ammont ugwali għall-kopertura mitlufa tad-depożiti.

(38)  Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, jiġi evitat il-kontaġju u d-depożitanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jitolbu d-depożiti meta applikabbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet maħtura, l-SGD u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati jinformaw lid-depożitanti dwar il-fatt li d-depożiti jsiru indisponibbli.

(39)  Sabiex tiżdied it-trasparenza għad-depożitanti u sabiex jiġu promossi r-robustezza finanzjarja u l-kunfidenza fost l-SGD meta jwettqu l-mandat tagħhom, jenħtieġ li jittejbu l-obbligi ta’ rapportar kurrenti. Filwaqt li jibnu fuq l-obbligi kurrenti li jippermettu lill-SGD jitolbu l-informazzjoni neċessarja kollha mingħand l-istituzzjonijiet membri tagħhom sabiex iħejju għall-iżborż, jenħtieġ li l-SGD ikunu jistgħu jitolbu wkoll l-informazzjoni neċessarja sabiex iħejju għal żborż fil-kuntest ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Fuq talba minn SGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet membri jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar kwalunkwe negozju transfruntier materjali fi Stati Membri oħrajn. Bl-istess mod, sabiex l-EBA tingħata l-firxa xierqa ta’ informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD u dwar l-użu ta’ dawk il-mezzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-SGD jinformaw lill-EBA fuq bażi annwali dwar l-ammont ta’ depożiti koperti u l-mezzi finanzjarji disponibbli, u jinnotifikaw lill-EBA dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-użu ta’ fondi tal-SGD jew għal żborżi jew inkella għal miżuri oħrajn. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ tad-DGSs fil-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji li għandu l-għan li jiffaċilita l-użu tal-fondi tad-DGSs f’riżoluzzjoni, jenħtieġ li d-DGS ikollhom id-dritt li jirċievu s-sommarju tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi annwali sabiex iżidu t-tħejjija ġenerali tagħhom sabiex jagħmlu l-fondi disponibbli.

(40)  Jenħtieġ li l-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni konsistenti u l-protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-Unjoni kollha. Bħala korp b’għarfien espert speċjalizzat ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-EBA tiġi fdata bl-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni.

(41)  Jenħtieġ li, meta jkun previst f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) sabiex tispeċifika dawn li ġejjin: (a) id-dettalji tekniċi relatati mal-identifikazzjoni tal-klijenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżborż ta’ depożiti ta’ fondi tal-klijenti, il-kriterji għar-ripagament lid-detentur ta’ kont għall-benefiċċju ta’ kull klijent jew lill-klijent direttament, u r-regoli sabiex jiġu evitati pretensjonijiet multipli għal żborżi lill-istess benefiċjarju; (b) il-metodoloġija għat-test tal-anqas kost, u (c) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-mezzi finanzjarji disponibbli li jikkwalifikaw għal-livell fil-mira.

(42)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta jkun previst f’din id-Direttiva, tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-EBA permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sabiex tispeċifika: (a) il-kontenut u l-format tal-iskeda ta’ informazzjoni tad-depożitanti, il-mudell għall-informazzjoni li l-SGD jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jenħtieġ li jikkomunikaw lid-depożitanti; (b) il-proċeduri li jridu jiġu segwiti meta tiġi pprovduta informazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu lill-SGD tagħhom, u mill-SGD u mill-awtoritajiet maħtura lill-EBA, u l-mudelli għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni.

(43)  Għaldaqstant, id-Direttiva 2014/49/KE jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(44)  Sabiex il-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom barra l-Unjoni li ma jkunux membri ta’ SGD stabbilita fl-Unjoni jitħallew jissieħbu f’SGD tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-fergħat jingħataw perjodu suffiċjenti sabiex jieħdu l-passi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit.

(45)  Id-Direttiva 2014/49/UE tippermetti lill-Istati Membri jirrikonoxxu IPS bħala SGD jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tikkonforma mad-Direttiva 2014/49/UE. Sabiex jitqies il-mudell kummerċjali speċifiku ta’ dawk l-IPSs, b’mod partikolari r-rilevanza tal-funzjonijiet fil-qalba tal-mandat tagħhom, li jwettqu flimkien ma’ dawk koperti minn din id-Direttiva, xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-Istati Membri jippermettu lill-IPSs ikomplu jwettqu tali funzjonijiet. Barra minn hekk, sabiex jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għad-dispożizzjonijiet il-ġodda, b’mod partikolari s-salvagwardji għall-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi, jenħtieġ li l-IPSs jingħataw perjodu tranżizzjonali ta’ tliet snin. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u jiġi ppreservat livell għoli ta’ protezzjoni tad-depożitanti, il-funzjonijiet u l-kompiti mwettqa flimkien ma’ dawk koperti minn din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu ffinanzjati permezz ta’ mezzi finanzjarji addizzjonali, minbarra l-livell fil-mira. Jenħtieġ li l-IPSs jakkumulaw fond segregat għal finijiet tal-IPS għajr il-funzjonijiet koperti minn din id-Direttiva kif miftiehem bejn il-Bank Ċentrali Ewropew, l-awtorità nazzjonali kompetenti u l-IPSs rilevanti.

(46)  Sabiex l-SGD u l-awtoritajiet maħtura jkunu jistgħu jibnu l-kapaċità operazzjonali neċessarja sabiex japplikaw ir-regoli l-ġodda dwar l-użu ta’ miżuri preventivi, huwa xieraq li tiġi prevista applikazzjoni differita ta’ dawk ir-regoli l-ġodda.

(47)  Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata protezzjoni uniformi tad-depożitanti fl-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-riskji li approċċi nazzjonali diverġenti jistgħu jinvolvu għall-integrità tas-suq uniku iżda jistgħu pjuttost, billi jiġu emendati r-regoli li diġà huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2014/49/UE

Id-Direttiva 2014/49/UE hija emendata kif ġej:

(1)  l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli u proċeduri relatati mal-istabbiliment u mal-funzjonament ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti (SGD), mal-kopertura u mar-ripagament ta’ depożiti, u mal-użu ta’ fondi tal-SGD għal miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw l-aċċess tad-depożitanti għad-depożiti tagħhom.”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(d) istituzzjonijiet ta’ kreditu, u fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra l-Unjoni, li huma affiljati mal-iskemi msemmijin fil-punti (a), (b) jew (c) ta’ dan il-paragrafu.”;

"

(2)  fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (3), il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

“(3) “depożitu” tfisser bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali abitwalment imwettqin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-operat tagħhom, u li istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas lura taħt il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, inkluż depożitu ta’ żmien fiss u depożitu ta’ tfaddil, iżda eskluż bilanċ ta’ kreditu meta:”;

"

(b)  fil-punt (13), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(13) “impenn ta’ pagament” tfisser obbligu irrevokabbli u kompletament kollateralizzat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tħallas lil SGD ammont monetarju meta tintalab tagħmel dan minn dik l-SGD, u meta l-kollateral:

"

(c)  jiżdiedu l-punti (19) sa (23) li ġejjin:"

(19) “awtorità ta’ riżoluzzjoni” tfisser awtorità ta’ riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/59/UE;

   (20) “depożiti ta’ fondi tal-klijenti” tfisser fondi li d-detenturi ta’ kontijiet li huma istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiddepożitaw matul in-negozju tagħhom ma’ istituzzjoni ta’ kreditu għall-kont tal-klijenti tagħhom;
   (21) “qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat” tfisser il-qafas stabbilit bl-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE u r-regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmulin jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 tat-TFUE;
   (22) “ħasil tal-flus” tfisser ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta’ [jekk jogħġbok daħħal ir-referenza – proposta għar-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/420 final]*”;
   (23) “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), ta’ [jekk jogħġbok daħħal ir-referenza – proposta għar-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/420 final]. **’;

"

(d)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Ishma f’kumpaniji tal-bini Irlandiżi, minbarra dawk ta’ natura kapitali koperti mill-Artikolu 5(1), il-punt (b), għandhom jiġu ttrattati bħala depożiti.”;

____________________________________________

* [Jekk jogħġbok daħħal referenza sħiħa – proposta għar-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/420 final].

** [Jekk jogħġbok daħħal referenza sħiħa – proposta għar-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/420 final.

"

(3)  l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Skema kuntrattwali kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)) ta’ din id-Direttiva tista’ tiġi uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD jekk tikkonforma ma’ din id-Direttiva.

IPS tista’ tiġi uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tkun konformi ma’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa ... [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja], IPS li hija rikonoxxuta bħala SGD skont dan il-paragrafu tissegrega l-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha li huma soġġetti għal livell fil-mira f’konformità mal-Artikolu 10(2) ta’ din id-Direttiva mill-mezzi finanzjarji addizzjonali għat-twettiq ta’ mandati għajr dawk regolati skont din id-Direttiva.”;

"

(a)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni ta’ kreditu ma tikkonformax mal-obbligi tagħha bħala membru ta’ SGD, dik l-SGD għandha tinnotifika minnufih b’dan lill-awtorità maħtura u lill-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, f’kooperazzjoni mal-awtorità maħtura, tieħu minnufih il-miżuri xierqa kollha, inkluż, fejn meħtieġ, l-impożizzjoni ta’ penali, sabiex tiżgura li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tikkonforma mal-obbligi tagħha bħala membru ta’ SGD. ▌

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli fil-każ ta’ ksur mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-obbligi li jaqgħu fuqhom bħala membru ta’ SGD. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:"

“4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tħallas il-kontribuzzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11(4) fil-perjodu ta’ żmien speċifikat mill-SGD, dik l-SGD għandha, għall-perjodu tad-dewmien, titlob rata tal-imgħax statutorja fuq l-ammont dovut.”;

"

(c)  il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD tinforma lill-awtorità maħtura meta l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 4 u 4a jonqsu milli jirrestawraw il-konformità mill-istituzzjoni ta’ kreditu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità maħtura tivvaluta jekk l-istituzzjoni għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-issoktar tas-sħubija tal-SGD u tinforma lill-awtorità kompetenti bl-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirtira l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru tal-SGD. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti miżmumin fid-data li fiha istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru tal-SGD jibqgħu koperti minn dik l-SGD għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.”;

"

(ca)  fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“L-awtoritajiet maħtura għandu jkollhom is-setgħat ta’ infurzar meħtieġa, inklużi s-setgħat li jimponu penali jew miżuri amministrattivi oħra, biex jirrimedjaw il-ksur ta’ din id-Direttiva minn SGD.”;

"

(d)  il-paragrafu 8 huwa mħassar;

(e)  jiżdied il-paragrafu 13 li ġej:"

“13. ▌L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-ambitu, il-kontenut u l-proċeduri tat-testijiet tal-istress imsemmijin fil-paragrafu 10.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(4)  L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:"

“1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi minn kwalunkwe ripagament minn SGD:”

"

(ii)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li b’rabta magħhom kien hemm kundanna kriminali għall-ħasil tal-flus u għall-finanzjament tat-terroriżmu;”;

"

(iv)  il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(f) depożiti li d-detentur tagħhom qatt ma ġie identifikat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) …. [jekk jogħġbok daħħal referenza qasira – proposta għar-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/420 final], meta dawk id-depożiti ma jkunux disponibbli, ħlief meta detentur jitlob ħlas u jagħti prova li n-nuqqas ta’ identifikazzjoni ma kienx ikkawżat mill-azzjoni tiegħu;”;

"

(v)  il-punt (j) huwa mħassar;

(va)  jiżdied il-punt li ġej:"

“(ka) depożiti minn persuni jew entitajiet ġuridiċi soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati adottati mill-Unjoni.”;

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (i), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti miżmumin minn skemi ta’ pensjoni personali u minn skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali ta’ intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju jkunu inklużi sal-livell ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 6(1).”;

"

(5)  l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:"

“Minbarra l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti li ġejjin ikunu protetti bħala minimu sa ammont ta’ EUR 500 000 u ammont massimu ta’ EUR 2 500 000 għal tal-anqas 6 xhur wara li l-ammont ikun ġie kkreditat jew mill-mument meta tali depożiti jsiru legalment trasferibbli:”;

"

(ii)  il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli relatati ma’ proprjetajiet residenzjali privati u depożiti maħsubin għal tali tranżazzjonijiet, dment li dawk it-tranżazzjonijiet jiġu konklużi f’perjodu ta’ erba’ xhur minn persuna fiżika, u dment li dik il-persuna fiżika tkun tista’ tipprovdi dokumenti li jagħtu prova ta’ tali tranżazzjoni;”;

"

(iia)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Sa ... [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-ammonti li huma protetti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u kif traspost mill-Istati Membri, bil-ħsieb li tiddetermina jekk l-ammont massimu msemmi f’dak is-subparagrafu għandux jitnaqqas, filwaqt li tqis jekk l-ammonti li huma protetti humiex proporzjonati u jiżgurawx kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:"

“2a. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ kopertura stabbilit fil-paragrafu 2 jissupplimenta l-livell ta’ kopertura stabbilit fil-paragrafu 1.”

"

(6)  L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 5 huwa mħassar;

(aa)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jirrapportaw lill-SGD tagħhom, mill-anqas darba fis-sena, l-ammont aggregat ta’ depożiti eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jinformawhom dwar l-ammont aggregat ta’ depożiti eliġibbli ta’ kull depożitant.”;

"

(b)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD tirrimborża l-imgħax fuq depożiti li jkunu dovuti sad-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(a), jew awtorità ġudizzjarja tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(a), iżda li ma jkunux ġew ikkreditati jew iddebitati fit-tali data. Il-livell ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 6(1) jew, fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 6(2), il-livell ta’ kopertura stabbilit f’dak il-paragrafu, ma għandux jinqabeż.

Meta r-rati tal-imgħax fuq ċerti depożiti jaqbżu b’mod sinifikanti r-rata tal-imgħax tas-suq prevalenti, kif iddeterminat u bbażat fuq data trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, l-SGD għandha s-setgħa li taġġusta r-rata rimborżata biex tirrifletti r-rata tal-imgħax prevalenti fis-suq fi żmien id-determinazzjoni magħmula mill-awtorità amministrattiva rilevanti jew is-sentenza maħruġa mill-awtorità ġudizzjarja. Dak l-aġġustament għandu jsir biex jipprevjeni periklu morali. Il-kriterji u l-metodoloġija għad-definizzjoni ta’ “jaqbżu b’mod sinifikanti” u għall-aġġustament, għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti, f’konformità mal-linji gwida żviluppati mill-ABE u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.”;

"

(7)  jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:"

“Artikolu 7a

Oneru tal-provi għall-eliġibbiltà u l-intitolament għad-depożiti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 7(3) depożitant jew, meta xieraq, detentur ta’ kont, jagħti prova jew li d-depożiti kkonċernati jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(2), jew l-intitolament għad-depożiti fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 7(3).”;

"

(8)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. L-SGD għandhom jiżguraw li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ f’anqas minn sebat ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(a), jew awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(b).”;

"

(-aa)  il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-SGD japplikaw perjodu ▌itwal għar-ripagament tad-depożiti msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8b, li ma għandux jaqbeż l-20 jum ta’ xogħol mid-data li fiha dawk l-SGD ikunu rċevew id-dokumentazzjoni sħiħa li huma talbu mingħand depożitant jew, fejn xieraq, mingħand detentur ta’ kont, sabiex jeżaminaw il-pretensjonijiet u jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għar-ripagament ikunu ssodisfati. Għad-depożiti msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(3), meta l-SGD ma jkunux jistgħu jagħmlu l-ammont ripagabbli disponibbli f’anqas minn sebat ijiem ta’ xogħol, huma għandhom jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xieraq tad-depożiti koperti tagħhom biex ikopru l-għoli tal-ħajja fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jagħmlu talba għal dak l-ammont.”;

"

(aa)  il-paragrafu 4 huwa mħassar;

(b)  il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) b’deroga mill-paragrafu 9, ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni relatata mad-depożitu matul l-aħħar 24 xahar (il-kont ikun inattiv), ħlief meta depożitant ikollu wkoll depożiti f’kont ieħor li ma jkunx inattiv”;

"

(ii)  il-punt (d) huwa mħassar;

(c)  il-paragrafu 8 huwa mħassar;

(d)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ma jkun hemm l-ebda tranżazzjoni relatata mad-depożitu matul l-aħħar 24 xahar, l-SGD ikunu jistgħu jistabbilixxu livell limitu dwar il-kostijiet amministrattivi li kieku jiġġarrbu minn dawk l-SGD sabiex jagħmlu ripagament bħal dan. L-SGD ma għandhomx ikunu obbligati jieħdu passi attivi sabiex iħallsu lura lid-depożitanti f’livell taħt dak il-livell limitu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD iħallsu lura lid-depożitanti taħt dak il-livell limitu meta jintalbu jagħmlu dan minn dawk id-depożitanti.”;

"

(9)  jiddaħħlu l-Artikoli 8a, 8b u 8c li ġejjin:"

“Artikolu 8a

Ripagament ta’ depożiti li jaqbżu l-EUR 10 000

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-ammonti li għandhom jiġu rimborżati jaqbżu l-EUR 10 000, l-SGD għandhom jirrimborżaw lid-depożitanti permezz ta’ trasferimenti ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (20), tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

“Artikolu 8b

Kopertura tad-depożiti ta’ fondi tal-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti ta’ fondi tal-klijenti jkunu koperti mill-SGD meta japplika dan kollu li ġej:

   (a) tali depożiti jsiru f’isem u esklussivament għan-nom ta’ klijenti li huma eliġibbli għall-protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1);
   (b) tali depożiti jsiru sabiex jiġu ssegregati l-fondi tal-klijenti f’konformità mar-rekwiżiti ta’ salvagwardja stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni li jirregola l-attivitajiet tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 5(1), il-punt (d);
   (c) il-klijenti msemmijin fil-punt (a) jiġu identifikati jew ikunu identifikabbli, taħt ir-responsabbiltà aħħarija tal-entità li jkollha l-kont f’isem il-klijenti, qabel id-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(a), jew awtorità ġudizzjarja tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(b).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ kopertura msemmi fl-Artikolu 6(1) japplika għal kull klijent li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu. B’deroga mill-Artikolu 7(1), meta jiġi ddeterminat l-ammont ripagabbli għal klijent individwali, l-SGD ma għandhiex tqis id-depożiti ta’ fondi aggregati li jsiru minn dak il-klijent mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-ripagamenti tad-depożiti koperti tal-SGD isiru lill-klijent direttament.

4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

   (a) id-dettalji tekniċi relatati mal-identifikazzjoni tal-klijenti għar-ripagament f’konformità mal-Artikolu 8;

   (c) ir-regoli sabiex jiġu evitati pretensjonijiet multipli għal żborżi lill-istess benefiċjarju.

Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis dawn kollha li ġejjin:

   (a) l-ispeċifiċitajiet tal-mudell kummerċjali tat-tipi differenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 5(1), il-punt (d);
   (b) ir-rekwiżiti speċifiċi tad-dritt applikabbli tal-Unjoni li jirregolaw l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 5(1), il-punt (d), għat-trattament ta’ fondi tal-klijenti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 8c

Sospensjoni tar-ripagamenti f’każ ta’ tħassib dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità maħtura tinforma lill-SGD fi żmien 24 siegħa mill-mument li fih l-awtorità maħtura tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(4) ta’ [jekk jogħġbok daħħal ir-referenza – proposta għal Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 - COM(2021) 423 final] dwar l-eżitu tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijent imsemmijin fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) …. [jekk jogħġbok daħħal referenza qasira – proposta għar-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/420 final]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni skambjata bejn l-awtorità maħtura u l-SGD tkun limitata għall-informazzjoni li hija strettament neċessarja għall-eżerċitar tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet tal-SGD skont din id-Direttiva u li tali skambju ta’ informazzjoni jirrispetta r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jissospendu r-ripagament imsemmi fl-Artikolu 8(1) meta depożitant jew kwalunkwe persuna intitolata għal somom miżmumin fil-kont tagħha tkun ġiet akkużata b’reat li jirriżulta minn ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, jew relatat ma’ dawn, sakemm tinqata’ s-sentenza tal-qorti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jissospendu r-ripagament imsemmi fl-Artikolu 8(1) għall-istess durata kif stabbilita fl-Artikolu 20 ta’ [jekk jogħġbok daħħal referenza qasira – proposta għal Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 - COM(2021) 423 final] meta jiġu nnotifikati mill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) [jekk jogħġbok daħħal ir-referenza – proposta għal Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 - COM(2021) 423 final] li dik l-Unità ddeċidiet li tissospendi tranżazzjoni jew li żżomm il-kunsens għall-proċediment ta’ tali tranżazzjoni, jew li tissospendi kont tal-bank jew ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 20(1) jew (2) tad-Direttiva (UE) [jekk jogħġbok daħħal ir-referenza – proposta għal Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 - COM(2021) 423 final].

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ma jinżammux responsabbli għal kwalunkwe miżura meħuda f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Unità tal-Intelligence Finanzjarja. L-SGD għandhom jużaw kwalunkwe informazzjoni riċevuta mill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja għall-finijiet ta’ din id-Direttiva biss.

____________________________________________

* Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-qlib tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

** Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).”;

"

(10)  fl-Artikolu 9, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “2."

‘2. Mingħajr preġudizzju għal drittijiet li huma jista’ jkollhom skont id-dritt nazzjonali, l-SGD li jagħmlu pagamenti taħt garanzija fi ħdan qafas nazzjonali għandu jkollhom id-dritt ta’ surroga għad-drittijiet tad-depożitanti fi proċedimenti ta’ stralċ jew ta’ riorganizzazzjoni għal ammont ekwivalenti għall-pagamenti tal-SGD magħmulin lid-depożitanti. L-SGD li jagħmlu kontribuzzjoni fil-kuntest tal-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 37(3), il-punt (a) jew (b), tad-Direttiva 2014/59/UE, jew fil-kuntest tal-miżuri meħudin f’konformità mal-Artikolu 11(5) ta’ din id-Direttiva, għandu jkollhom pretensjoni kontra l-istituzzjoni ta’ kreditu residwa għal kwalunkwe telf imġarrab bħala riżultat ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni magħmula għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE jew għat-trasferiment magħmul skont l-Artikolu 11(5) ta’ din id-Direttiva għal ammont ugwali għall-kontribuzzjoni tagħhom dment li l-istituzzjoni ta’ kreditu residwa tiġi stralċata. Dik il-pretensjoni għandha tikklassifika fl-istess livell bħad-depożiti koperti skont id-dritt nazzjonali li jirregola l-proċedimenti normali ta’ insolvenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitanti li d-depożiti tagħhom ma jkunux tħallsu lura jew ġew irrikonoxxuti mill-SGD sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (3) ikunu jistgħu jitolbu r-ripagament tad-depożiti tagħhom fi żmien 5 snin.”;

"

(11)  L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  wara l-ewwel subparagrafu jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:"

“Għall-kalkolu tal-livell fil-mira msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun bejn il-31 ta’ Diċembru ta’ qabel id-data li fiha għandu jintlaħaq il-livell fil-mira u dik id-data.

Meta jiddeterminaw jekk l-SGD tkunx laħqet dak il-livell fil-mira, l-Istati Membri għandhom iqisu biss il-mezzi finanzjarji disponibbli li jkunu kkontribwew direttament jew ġew irkuprati minn membri għall-SGD, netti mit-tariffi u mill-imposti amministrattivi. Dawk il-mezzi finanzjarji disponibbli għandhom jinkludu introjtu mill-investiment derivat minn fondi kkontribwiti minn membri għall-SGD, iżda għandhom jeskludu ripagamenti mhux mitlubin minn depożitanti eliġibbli matul il-proċeduri ta’ żborż, kwalunkwe obbligazzjoni tad-dejn dovuta mill-SGD, inkluż self minn SGD oħrajn u l-arranġamenti ta’ finanzjament alternattiv kif imsemmija fl-Artikolu 10(9). Self pendenti lil SGD oħrajn skont l-Artikolu 12 għandu jiġi ttrattat bħala assi tal-SGD li pprovdiet is-self u jista’ jingħadd mal-livell fil-mira ta’ dik l-SGD.”;

"

(ii)  it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Meta, wara li jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fl-ewwel subparagrafu għall-ewwel darba u l-mezzi finanzjarji disponibbli, wara żborż tal-fondi tal-SGD f’konformità mal-Artikolu 8(1) u mal-Artikolu 11(2), (3), u (5), ikunu tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, l-SGD għandhom jistabbilixxu l-kontribuzzjoni regolari f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien erba’ snin.

Meta, wara li l-livell fil-mira msemmi fl-ewwel subparagrafu jintlaħaq għall-ewwel darba u l-mezzi finanzjarji disponibbli, wara żborż tal-fondi tal-SGD f’konformità mal-Artikolu 8(1) u mal-Artikolu 11(2), (3), u (5), ikunu tnaqqsu b’anqas minn terz tal-livell fil-mira, l-SGD għandhom jistabbilixxu l-kontribuzzjoni regolari f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien sentejn.”;

"

(iia)  il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu għal mhux aktar minn erba’ snin jekk l-SGD tkun għamlet żborzi kumulattivi ta’ aktar minn 0,8 % tad-depożiti koperti biex tħallas lura lid-depożitanti.”;

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Il-mezzi finanzjarji disponibbli li l-SGD tqis sabiex tilħaq il-livell fil-mira msemmi fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu impenji ta’ pagament, pagabbli fi żmien 48 siegħa fuq talba tal-SGD. Is-sehem totali ta’ impenji ta’ pagament bħal dawn ma għandux jaqbeż it-30 % tal-ammont totali ta’ mezzi finanzjarji disponibbli ġġenerati f’konformità mal-paragrafu 2.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-impenji ta’ pagament li jistabbilixxu l-kriterji għall-ammissibbiltà ta’ dawk l-impenji;”

"

(c)  il-paragrafu 4 huwa mħassar;

(d)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“7. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-SGD, l-awtoritajiet maħtura, jew l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-istrateġija ta’ investiment għall-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD, u li dik l-istrateġija ta’ investiment tikkonforma mal-prinċipju ta’ diversifikazzjoni u ta’ investimenti f’assi b’riskju baxx u likwidi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija ta’ investiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 4, 8 u 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/451*.

_______________

* Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/451 tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-istrateġija ta’ investiment u regoli għall-amministrazzjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU L 79, 30.3.2016, p. 2).”;

"

(e)  jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:"

“7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ikunu jistgħu jqiegħdu l-mezzi finanzjarji disponibbli kollha tagħhom jew parti minnhom mal-bank ċentrali nazzjonali jew mat-teżor nazzjonali tagħhom, dment li tkun deċiżjoni kosteffettiva għall-SGD u dawk il-mezzi finanzjarji disponibbli jinżammu f’kont segregat u li jkunu faċilment disponibbli għall-użu mill-SGD f’konformità mal-Artikoli 11 u 12.”;

"

(ea)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom li jiksbu fondi f’qasir żmien sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra dawk l-SGD. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament tal-SGD ma jiġux iffinanzjati permezz ta’ fondi pubbliċi.”;

"

(f)  il-paragrafu 10 huwa mħassar;

(g)  jiżdiedu l-paragrafi 11, 12 u 13 li ġejjin:"

“11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-kuntest tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(1), (2), (3) u (5), l-SGD jistgħu jużaw il-fondi li joriġinaw mill-arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi msemmijin fl-Artikolu 10(9)▌, qabel ma jiġbru l-kontribuzzjonijiet straordinarji msemmijin fl-Artikolu 10(8). ▌

12.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

   (a) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-mezzi finanzjarji disponibbli li jikkwalifikaw għal-livell fil-mira msemmi fil-paragrafu 2, inkluża d-delineazzjoni tal-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD u l-kategoriji ta’ mezzi finanzjarji disponibbli li jirriżultaw minn fondi kkontribwiti;
   (b) id-dettalji tal-proċess sabiex jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fil-paragrafu 2 wara li SGD tkun użat il-mezzi finanzjarji disponibbli f’konformità mal-Artikolu 11.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

13.  Minn… [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-ABE għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tgħin lill-SGD bid-diversifikazzjoni tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħhom u dwar kif l-SGD jistgħu jinvestu f’assi b’riskju baxx applikabbli għall-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD.”;

"

(12)  l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Artikolu 11

Użu ta’ fondi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli msemmijin fl-Artikolu 10 primarjament sabiex jiżguraw ir-ripagamenti lid-depożitanti f’konformità mal-Artikolu 8▌.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli sabiex jiffinanzjaw ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw l-ammont li SGD għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, wara li dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu kkonsultaw lill-SGD dwar ir-riżultati tat-test tal-anqas kost imsemmi fl-Artikolu 11e ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD iwieġbu, mingħajr dewmien, għal tali konsultazzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-SGD jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli għall-miżuri preventivi kif imsemmi fl-Artikolu 11a għall-benefiċċju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu meta jkun japplika dan kollu li ġej:

   (a) ma jkunx ġie ddeterminat li l-istituzzjoni ta’ kreditu qed tfalli jew li x’aktarx tfalli, skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (b) l-SGD tkun ikkonfermat li l-kost tal-miżura ma jaqbiżx il-kost tar-ripagament lid-depożitanti kif ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 11e;
   (c) ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 11a u 11b.

4.  Meta jintużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli għal miżuri preventivi jew għal miżuri alternattivi kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 5, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati għandhom jipprovdu mingħajr dewmien żejjed lill-SGD il-mezzi użati għal tali miżuri, meta jkunu neċessarji fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji, meta tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) tinqala’ l-ħtieġa d-depożitanti li jitħallsu lura jew li jkun hemm intervent fl-ambitu tar-riżoluzzjoni, u l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD jammontaw għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira;
   (b) il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD jaqgħu taħt l-40 % tal-livell fil-mira wara l-finanzjament ta’ miżuri preventivi, sakemm l-iskeda ta’ ripagament tal-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet li lilhom jingħataw il-miżuri preventivi ma tipprevedix rimborż minn dawk l-istituzzjonijiet fi żmien 12-il xahar, li jirriżulta li l-mezzi finanzjarji disponibbli jaqbżu l-40 % tal-livell fil-mira.

5.  Meta istituzzjoni ta’ kreditu tiġi stralċata f’konformità mal-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE sabiex toħroġ mis-suq jew ittemm l-attività bankarja tagħha, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-SGD jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli għal miżuri alternattivi sabiex jippreżervaw l-aċċess tad-depożitanti għad-depożiti tagħhom, inkluż it-trasferiment ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet u trasferiment ta’ ktieb tad-depożiti, meta japplika dan kollu li ġej:

   (a) l-SGD tikkonferma li l-kost tal-miżura ma jaqbiżx il-kost tar-ripagament lid-depożitanti kif ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 11e ta’ din id-Direttiva;
   (b) ▌jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 11d ta’ din id-Direttiva;
   (c) meta l-miżura tieħu l-forma ta’ trasferiment ta’ assi jew obbligazzjonijiet, it-trasferiment jinkludi l-obbligazzjonijiet li jieħdu l-forma ta’ wieħed jew aktar minn dawn:
   (i) depożiti koperti;
   (ii) depożiti eleġibbli minn persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar, u ta’ daqs medju;
   (iii) depożiti minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jkunu depożiti eliġibbli kieku mhux għall-fatt li jkunu saru permezz ta’ fergħat barra mill-Unjoni ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni.
   (iv) kwalunkwe obbligazzjoni li kklassifikat bħala superjuri għad-depożiti koperti fil-ġerarkija tal-kredituri nazzjonali ta’ pretensjonijiet f’insolvenza.”;

"

(13)  jiddaħħlu l-Artikoli 11a sa 11e li ġejjin:"

“Artikolu 11a

Miżuri preventivi

1.  ▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli għall-miżuri preventivi msemmijin fl-Artikolu 11(3), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) it-talba ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall-finanzjament ta’ tali miżuri preventivi tkun akkumpanjata minn nota li jkun fiha miżuri kif imsemmijin fl-Artikolu 11b;
   (b) l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ikkonsultat lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri previsti fin-nota msemmijin fl-Artikolu 11b;
   (c) l-użu ta’ miżuri preventivi mill-SGD huwa marbut ma’ kundizzjonijiet imposti fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu appoġġata, li jinvolvu tal-anqas monitoraġġ tar-riskju aktar strett tal-istituzzjoni ta’ kreditu, akkumpanjat minn arranġamenti ta’ governanza li jiffaċilitaw tali monitoraġġ, drittijiet ta’ verifika akbar għall-SGD u rappurtar aktar frekwenti lill-awtoritajiet kompetenti;
   (d) l-użu tal-miżuri preventivi mill-SGD jiddependi mill-aċċess effettiv tad-depożitanti għal depożiti koperti;
   (e) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati jkunu jistgħu jħallsu l-kontribuzzjonijiet straordinarji f’konformità mal-Artikolu 11(4);
   (f) l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkonforma mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, ma tkunx diġà ngħatat għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja f’konformità mal-Artikolu 32c(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE fl-aħħar ħames snin u tkun ikkonformat bis-sħiħ mal-kalendarju tar-rimborż jew tkun ħallset lura bis-sħiħ kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew miżura preventiva preċedenti;
   (fa) il-miżuri preventivi ma jintużawx biex jikkumpensaw għat-telf li l-istituzzjoni jew l-entità ta’ kreditu tkun ġarrbet jew li x’aktarx iġġarrab fil-futur qrib, ħlief jekk in-nuqqas ta’ din il-miżura jwassal għal tfixkil tal-istabbiltà finanzjarja.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ikollhom sistemi ta’ monitoraġġ u proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fis-seħħ li huma xierqa għall-għażla u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi u għall-monitoraġġ tar-riskji affiljati.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jistgħu jimplimentaw miżuri preventivi biss meta l-awtorità maħtura tkun ikkonfermat li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati. L-awtorità maħtura għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Meta l-istituzzjoni benefiċjarja tappartjeni għal IPS kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), dik l-IPS għandha tiddetermina, abbażi tar-riżultati tat-test tal-inqas kost imsemmi fl-Artikolu 11e, l-ammont tal-mezzi finanzjarji disponibbli għal miżuri preventivi li għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità maħtura.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ▌tuża l-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha għal miżuri ta’ appoġġ kapitali, inklużi r-rikapitalizzazzjonijiet, il-miżuri ta’ indeboliment tal-assi u l-garanziji tal-assi, biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 11b.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD tittrasferixxi l-parteċipazzjonijiet tagħha ta’ ishma jew strumenti kapitali oħrajn fl-istituzzjoni ta’ kreditu appoġġata ▌ malli ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji jippermettu.

4a.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:

   (a) il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c);
   (b) is-sistemi ta’ monitoraġġ u l-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li l-SGD għandu jkollhom stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 2;
   (c) b’kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11b, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet maħtura u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

“Artikolu 11b

Rekwiżiti għall-finanzjament ta’ miżuri preventivi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitolbu lil SGD tiffinanzja miżuri preventivi f’konformità mal-Artikolu 11(3) jippreżentaw lill-awtorità kompetenti ▌nota b’miżuri li dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jieħdu impenn li jwettqu sabiex jiżguraw ▌il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji applikabbli stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  In-nota msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi azzjonijiet sabiex jittaffa r-riskju ta’ deterjorament tas-solidità finanzjarja u tissaħħaħ il-pożizzjoni kapitali u ta’ likwidità tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

2a.  Meta l-mezzi finanzjarji ta’ SGD jintużaw għal miżuri preventivi f’konformità mal-Artikolu 11(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi lill-istituzzjoni ta’ kreditu benefiċjarja taġġorna, kif applikabbli, il-pjan ta’ rkupru kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (32) tad-Direttiva 2014/59/UE jew il-pjan ta’ rkupru tal-grupp kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (33) ta’ dik id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tidderieġi lill-istituzzjoni ta’ kreditu appoġġata biex timplimenta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(6), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE meta l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(6) ta’ dik id-Direttiva jiġu ssodisfati.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ miżura ta’ appoġġ kapitali skont il-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD ikopru biss id-defiċit ta’ kapital attwali abbażi tal-elementi li ġejjin, kif evidenzjat fin-nota:

   (a) id-defiċit ta’ kapital inizjali kif identifikat f’test tal-istress tal-Unjoni, ir-rieżami tal-kwalità tal-assi jew eżerċizzju ekwivalenti, jew matul ir-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni, kif ikkonfermat mill-awtorità kompetenti;
   (b) miżuri ta’ ġenerazzjoni tal-kapital li għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ dak il-pjan ta’ riorganzizazzjoni tan-negozju;
   (c) salvagwardji li jipprevjenu l-ħruġ ta’ fondi, inklużi l-miżuri msemmija fil-paragrafu 5;
   (d) fejn xieraq, il-kontribuzzjonijiet mill-azzjonisti u d-detenturi tad-dejn subordinat tal-istituzzjoni ta’ kreditu appoġġata.

Meta tiddetermina d-defiċit ta’ kapital, il-SGD tista’ tqis ukoll kwalunkwe valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali li tħares ’il quddiem, inkluż il-pjan ta’ konservazzjoni tal-kapital imsemmi fl-Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun membru ta’ IPS kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), id-defiċit ta’ kapital jiġi ddeterminat mill-IPS.

Meta tiddetermina d-defiċit ta’ kapital, l-SGD għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li▌ in-nota msemmija fil-paragrafu 1 tipprevedi strateġija ta’ ħruġ mill-miżuri preventivi, inkluża skeda ta’ ripagament speċifikata b’mod ċar mill-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ kwalunkwe fond ripagabbli riċevut bħala parti mill-miżuri preventivi. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata qabel sena wara l-konklużjoni tal-istrateġija ta’ ħruġ jew l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rimedju jew il-konklużjoni tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 11c(3).

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda dividend, xiri lura ta’ ishma jew rimunerazzjoni varjabbli ma jitħallsu u li ma jittieħed l-ebda impenn irrevokabbli biex jitħallsu dividendi, xiri lura ta’ ishma jew rimunerazzjoni varjabbli mill-istituzzjoni ta’ kreditu appoġġata. L-awtorità kompetenti tista’ eċċezzjonalment tirrestrinġi parzjalment dik il-projbizzjoni fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tistabbilixxi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hija legalment marbuta li tħallas id-dividendi. ▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-restrizzjonijiet skont dan il-paragrafu jibqgħu fis-seħħ sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu appoġġata tkun ħallset lura lill-SGD l-istess ammont użat għall-miżuri preventivi.

5a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-appoġġ finanzjarju inizjali, l-istituzzjoni ta’ kreditu benefiċjarja tissottometti pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti. Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju huwa kredibbli u fattibbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul, il-miżuri preventivi lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata għandhom jiġu sospiżi, u l-awtorità kompetenti għandha timplimenta miżuri xierqa biex tiżgura li l-vijabbiltà fit-tul tkun żgurata.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta istituzzjoni ta’ kreditu tappartjeni għal IPS kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jiġi approvat mill-IPS, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti.

6.  ▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri previsti fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fil-paragrafu 5a ikunu kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturar tal-istituzzjoni ta’ kreditu li jkun meħtieġ mill-Kummissjoni f’konformità mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

6a.  L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżamina l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju bil-ħsieb li tidentifika kwalunkwe azzjoni li jista’ jkollha impatt ħażin fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni u tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti rigward dawk il-kwistjonijiet. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11c

Pjan ta’ rimedju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tissodisfa l-impenji deskritti fin-nota msemmija fl-Artikolu 11b(1), jew il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 11b(5a), l-ewwel subparagrafu, jew tonqos milli tħallas lura l-ammont ikkontribwit skont il-miżuri preventivi mal-maturità jew li tikkonforma mal-istrateġija ta’ ħruġ skont l-Artikolu 11b(4), l-SGD tinforma lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien.

2.  Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti titlob lill-istituzzjoni ta’ kreditu tissottometti pjan ta’ rimedju ta’ darba lill-awtorità maħtura u lill-SGD li jiddeskrivi l-passi li se tieħu l-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tiżgura ▌l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji, sabiex tiżgura l-vijabbiltà fit-tul tagħha u sabiex tħallas lura l-ammont dovut ikkontribwit mill-SGD għall-miżura preventiva, kif ukoll il-perjodu ta’ żmien assoċjat. L-awtorità maħtura u l-SGD għandhom jikkonsultaw mal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-miżuri previsti fil-pjan ta’ rimedju.

3.  Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li l-pjan ta’ rimedju jkun kredibbli jew fattibbli jew meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, l-SGD ma għandha tagħti l-ebda miżura preventiva ulterjuri lil dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, u l-awtoritajiet rilevanti għandhom iwettqu valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni hijiex qed tfalli jew hux probabbli li tfalli, f’konformità mal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE.

4.  Sa … [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-ABE għandha toħroġ linji gwida li jistabbilixxu l-elementi tal-pjan ta’ ristrutturar li jakkumpanja l-miżuri preventivi msemmija fl-Artikolu 11b(3) sa (5a) u l-pjan ta’ rimedju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

“Artikolu 11d

Miżuri alternattivi

1.  ▌L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ fondi tal-SGD għall-miżuri alternattivi msemmijin fl-Artikolu 11(5). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-SGD jiffinanzjaw miżuri bħal dawn, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkummerċjalizzaw, jew jagħmlu arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet li dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom l-intenzjoni li jittrasferixxu. Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, it-tali kummerċjalizzazzjoni għandha tikkonforma ma’ dan kollu li ġej:

   (a) il-kummerċjalizzazzjoni tkun miftuħa u trasparenti u ma tirrappreżentax ħażin l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti;
   (b) il-kummerċjalizzazzjoni ma tiffavorixxix u lanqas ma tiddiskrimina bejn ix-xerrejja potenzjali u ma tagħti l-ebda vantaġġ lil xerrej potenzjali;
   (c) il-kummerċjalizzazzjoni tkun ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess;
   (d) il-kummerċjalizzazzjoni tqis il-ħtieġa li tiġi implimentata soluzzjoni rapida li tqis l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, għad-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(a);
   (e) il-kummerċjalizzazzjoni għandha l-għan li timmassimizza, kemm jista’ jkun, il-prezz tal-bejgħ għall-assi, għad-drittijiet u għall-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-SGD tintuża f’konformità mal-Artikolu 11(5) fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u dment li tali azzjoni tiżgura li l-persuni fiżiċi u l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju jkompli jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, sabiex jiġi pprevenut li jġarrbu telf, l-SGD li magħha tkun affiljata dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkontribwixxi l-ammonti li ġejjin:

   (i) l-ammont meħtieġ biex ikopri d-differenza bejn il-valur tad-depożiti koperti u tal-obbligazzjonijiet bl-istess klassifikazzjoni jew b’waħda ta’ prijorità ogħla, u l-valur totali tal-assi li għandhom jiġu ttrasferiti lil riċevitur; u
   (ii) fejn rilevanti, ammont meħtieġ biex tiġi żgurata n-newtralità tal-kapital tar-riċevitur wara t-trasferiment.

Artikolu 11e

Test tal-anqas kost

1.  Meta jikkunsidraw l-użu tal-fondi tal-SGD għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(2), (3) jew (5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jagħmlu paragun ta’ dawn li ġejjin:

   (a) il-kost stmat għall-SGD sabiex tiffinanzja l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(2), (3) jew (5);
   (b) il-kost stmat tar-ripagament lid-depożitanti f’konformità mal-Artikolu 8(1).

2.  Għall-paragun, imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

   (a) għall-istima tal-kostijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-SGD għandha tqis il-qligħ mistenni, l-ispejjeż operatorji u t-telf potenzjali relatat mal-miżura;
   (b) għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(2) u (5), l-SGD għandha tibbaża l-istima tagħha tal-kost tar-ripagament lid-depożitanti, kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, fuq il-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu msemmijin fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-istima msemmija fl-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva;
   (c) għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(2), (3) u (5), meta tistma l-kost tar-ripagament lid-depożitanti, kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-SGD għandha tqis il-proporzjon mistenni tal-irkupri, il-kost▌ addizzjonali potenzjali tal-finanzjament għall-SGD u l-kost possibbli għall-SGD li jirriżulta minn instabbiltà ekonomika u finanzjarja potenzjali, inkluża l-ħtieġa li jintużaw fondi addizzjonali, fil-mandat tal-SGD, biex jiġi protetti d-depożitanti u l-istabbiltà finanzjarja, u biex jiġi evitat il-kontaġju;
   (d) għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(3), meta tistma l-kost tar-ripagament lid-depożitanti, l-SGD għandha timmoltiplika b’85 % il-proporzjon stmat tal-irkupri kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt b tal-paragrafu 5.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont użat għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), għall-miżuri preventivi msemmijin fl-Artikolu 11(3), jew għall-miżuri alternattivi msemmijin fl-Artikolu 11(5), ma jaqbiżx l-ammont ta’ depożiti koperti fl-istituzzjoni ta’ kreditu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jipprovdu lill-SGD l-informazzjoni neċessarja kollha għall-paragun imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tipprovdi lill-SGD il-kost stmat tal-kontribuzzjoni tal-SGD għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 11(2).

4a.  Mill-aktar fis possibbli wara li jimplimentaw il-miżuri alternattivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD tikkondividi mal-awtorità kompetenti, mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u mal-awtorità maħtura, sommarju tal-elementi ewlenin tal-kalkolu mwettaq skont dan l-Artikolu. Dak is-sommarju għandu b’mod partikolari jinkludi r-rata ta’ rkupru netta derivata mill-kost stmat tar-ripagamenti lid-depożitanti għall-SGD u ġustifikazzjoni ġenerali tal-preżunzjonijiet sottostanti relatati.

5.  L-ABE, b’kont meħud tal-istandards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mal-Artikolu 36(16) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

   (a) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kost stmat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, li għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-miżura kkonċernata;
   (b) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kost stmat tar-ripagament lid-depożitanti msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), inklużi l-irkupri msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (c), il-kost addizzjonali potenzjali tal-finanzjament għall-SGD u l-kost possibbli għall-SGD li jirriżulta minn instabbiltà ekonomika u finanzjarja potenzjali, inkluża l-ħtieġa li jintużaw fondi addizzjonali, fil-mandat tal-SGD, biex jiġi protetti d-depożitanti u l-istabbiltà finanzjarja, u biex jiġi evitat il-kontaġju;
   (c) il-mod kif għandu jingħata rendikont, fil-metodoloġiji msemmijin fil-punti (a), (b) u (c), meta rilevanti, lill-bidla fil-valur tal-flus minħabba qligħ dovut potenzjali dovut maż-żmien.

Għall-kalkolu tal-kost addizzjonali potenzjali għall-SGD imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-metodoloġija għandha tqis:

   (a) il-kostijiet amministrattivi marbuta mal-proċess ta’ ripagament;
   (b) il-kostijiet amministrattivi biex jitħallsu l-kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 10(8) jekk tali kontribuzzjonijiet ikunu meħtieġa biex id-depożitanti jitħallsu lura, u l-kostijiet tal-mobilizzazzjoni ta’ arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi skont l-Artikolu 10(9) jekk dawn l-arranġamenti jiġu mmobilizzati; 

Għall-kalkolu tal-kost stmat tar-ripagament lid-depożitanti kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), fil-każ tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(2), (3) jew (5), il-metodoloġija msemmija fil-punt (b) għandha tqis l-effetti ta’ kontaġju, ir-riskji ekonomiċi u finanzjarji u kwalunkwe ħsara reputazzjonali għas-sistema bankarja, inkluż, meta rilevanti, il-protezzjoni tat-trademark konġunta u l-importanza ta’ miżuri preventivi għall-mandat statutorju jew kuntrattwali tal-SGD, inkluża l-IPS imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (c).

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(13a)  L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘1. Il-kontribuzzjonijiet lill-SGD msemmija fl-Artikolu 10 għandhom ikunu bbażati fuq l-ammont ta’ depożiti koperti u l-ammont ta’ riskju mġarrab mill-membri rispettivi ta’ kwalunkwe SGD unika.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kontribuzzjonijiet aktar baxxi għal setturi b’riskju żgħir ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati ma’ SGD li huma regolati mil-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta’ IPS iħallsu kontribuzzjonijiet aktar baxxi lill-SGD.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti mal-korp ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jkunu soġġetti b’mod ġenerali għall-piż tar-riskju li jkun ġie ddeterminat għal korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati tiegħu fuq bażi konsolidata.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jħallsu kontribuzzjoni minima, irrispettivament mill-ammont tad-depożiti koperti tagħhom.”

2.   L-SGD jistgħu jużaw il-metodi tagħhom stess ibbażati fuq ir-riskju għad-determinazzjoni u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet bbażati fuq ir-riskju mill-membri tagħhom. Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu jkun proporzjonali għar-riskju tal-membri u għandu jieħu kont dovut tal-profili ta’ riskju tal-mudelli varji ta’ negozju. Dawk il-metodi jistgħu ukoll jieħdu kont tan-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ u l-indikaturi tar-riskju, bħall-adegwatezza tal-kapital, il-kwalità u l-likwidità tal-assi.

Kull metodu għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti b’kooperazzjoni mal-awtorità maħtura. L-ABE għandha tiġi infurmata bil-metodi approvati.

3.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-metodi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-SGD f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(14)  L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ikopru lid-depożitanti f’fergħat stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu membri tagħhom fi Stati Membri oħrajn u lid-depożitanti li jinsabu fi Stati Membri fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu membri tagħhom jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizzi kif imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu V tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li SGD tal-Istat Membru domiċiljari tkun tista’ tiddeċiedi li tħallas lura lid-depożitanti f’fergħat direttament meta jkunu japplikaw dawn kollha li ġejjin:

   (i) il-piż amministrattiv u l-kost ta’ tali ripagament ikunu anqas mir-ripagament minn SGD tal-Istat Membru ospitanti;
   (ii) L-SGD tal-Istat Membru domiċiljari tiżgura li d-depożitanti ma jiġux minn taħt meta mqabblin max-xenarju li fih ir-rimborż kien isir f’konformità mal-ewwel subparagrafu;
   (iia) ir-ripagament isir fl-istess munita li kien isir kieku r-rimborż sar f’konformità mal-ewwel subparagrafu.”;

"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:"

“2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li SGD ta’ Stat Membru ospitanti tkun tista’, soġġetta għal ftehim ma’ SGD ta’ Stat Membru domiċiljari, taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għad-depożitanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu li jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizzi kif imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu V tad-Direttiva 2013/36/UE, u għandha tiġi kkumpensata għall-kostijiet imġarrbin.

2b.  Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 2a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD tal-Istat Membru domiċiljari u l-SGD tal-Istat Membru ospitanti kkonċernat ikollhom ftehim fis-seħħ dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-iżborż, inkluż dwar il-kumpens ta’ kwalunkwe kost imġarrab, il-punt ta’ kuntatt għad-depożitanti, l-iskeda ta’ żmien u l-metodu ta’ pagament.”; L-SGD ta’ Stat Membru domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD tal-Istat Membru ospitanti informazzjoni dwar l-għadd ta’ depożitanti, l-ammont ta’ depożiti koperti u l-bidliet rilevanti possibbli fihom.”;

"

(d)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u tingħaqad ma’ SGD ta’ Stat Membru ieħor, jew jekk xi wħud mill-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu jiġu ttrasferiti lil SGD ta’ Stat Membru ieħor, l-SGD ta’ oriġini għandha tittrasferixxi lill-SGD riċeventi ammont li jirrifletti l-obbligazzjonijiet potenzjali mġarrba mill-SGD riċeventi b’riżultat tat-trasferiment, filwaqt li jitqies l-impatt tat-trasferiment fuq is-sitwazzjoni finanzjarja kemm tal-SGD riċeventi u tal-SGD ta’ oriġini fir-rigward tar-riskji li jkopru.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi ttrasferit biex jiġi żgurat impatt newtrali tat-trasferiment fuq is-sitwazzjoni finanzjarja taż-żewġ SGD fir-rigward tar-riskji li jkopru.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”;

"

(e)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:"

“3a. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ta’ oriġini tittrasferixxi l-ammont imsemmi f’dak il-paragrafu fi żmien xahar wieħed (1) mill-bidla fis-sħubija mal-SGD.”;

"

(f)  jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:"

“9. Sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja], l-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rwoli rispettivi tal-SGD domiċiljari u tal-SGD ospitanti kif imsemmi fil-paragrafu 2, inkluża lista ta’ ċirkostanzi u ta’ kundizzjonijiet li taħthom SGD tal-Istat Membru domiċiljari ▌tħallas lura lid-depożitanti f’fergħat li jinsabu fi Stat Membru ieħor kif stabbilit fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu.”;

"

(15)  l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Artikolu 15

Fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti f’pajjiżi terzi

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni jissieħbu f’SGD fit-territorju tagħhom qabel ma jippermettu lil tali fergħat jieħdu depożiti eliġibbli f’dawk l-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fergħat jikkontribwixxu għall-SGD, f’konformità mal-Artikolu 13.”;

"

(16)  jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:"

Artikolu 15a

Istituzzjonijiet ta’ kreditu membri li għandhom fergħat f’pajjiżi terzi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ma jkoprux lid-depożitanti f’fergħat li jkunu ġew stabbiliti f’pajjiżi terzi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu membri tagħhom, ħlief meta, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità maħtura, dawk l-SGD jiġġeneraw il-kontribuzzjonijiet korrispondenti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet maħtura għandhom japprovaw il-kopertura tad-depożitanti f’fergħat li jkunu ġew stabbiliti fil-pajjiżi terzi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu membri tal-SGD.”;

"

(17)  l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu lid-depożitanti attwali u prospettivi bl-informazzjoni li dawk id-depożitanti jeħtieġ li jidentifikaw l-SGD li tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-fergħat tagħha jkunu membri fl-Unjoni. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni fil-forma ta’ skeda ta’ informazzjoni mħejjija f’format li minnu tista’ tiġi estratta data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-ESAP]***.

_______________________________________________

*** Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ jj xx ss li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

“1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskeda ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikun fiha dan kollu li ġej:

   (i) informazzjoni bażika dwar il-protezzjoni ta’ depożiti;
   (ii) id-dettalji ta’ kuntatt tal-istituzzjoni ta’ kreditu bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt għal informazzjoni dwar il-kontenut tal-iskeda ta’ informazzjoni;
   (iii) il-livell ta’ kopertura għad-depożiti kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u 6(2) f’EUR jew, meta rilevanti, f’munita oħra;
   (iv) l-esklużjonijiet applikabbli mill-protezzjoni tal-SGD;
   (v) il-limitu ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ kontijiet konġunti;
   (vi) il-perjodu ta’ rimborż f’każ ta’ falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu;
   (vii) il-munita ta’ rimborż;
   (viii) l-identifikazzjoni tal-SGD responsabbli għall-protezzjoni ta’ depożitu, inkluża referenza għas-sit web tagħha.”;

"

(c)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu l-iskeda ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jidħlu f’kuntratt dwar it-teħid ta’ depożiti u, wara dan, kull darba li jkun hemm bidla fl-informazzjoni pprovduta. Id-depożitanti għandhom jikkonfermaw ir-riċevuta ta’ dik l-iskeda ta’ informazzjoni, sakemm l-informazzjoni ma ssirx disponibbli għall-pubbliku.”;

"

(d)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonfermaw fir-rapporti tal-kontijiet tad-depożitanti tagħhom li d-depożiti jkunu depożiti eliġibbli, inkluża referenza għall-iskeda ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”;

"

(e)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli bil-lingwa li tkun ġiet miftiehma mid-depożitant u mill-istituzzjoni ta’ kreditu meta l-kont ikun infetaħ jew bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-fergħa.”;

"

(f)  il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:"

“6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta’ fużjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ta’ konverżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’fergħat, jew ta’ operazzjonijiet simili, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jinnotifikaw lid-depożitanti tagħhom b’dan tal-anqas xahar wieħed (1) qabel ma dik l-operazzjoni tidħol fis-seħħ legalment, sakemm l-awtorità kompetenti ma tippermettix skadenza iqsar fuq il-bażi tas-segretezza kummerċjali jew tal-istabbiltà finanzjarja. Dik in-notifika għandha tispjega l-impatt tal-operazzjoni fuq il-protezzjoni tad-depożitanti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta bħala riżultat tal-operazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, id-depożitanti b’depożiti f’dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu affettwati mill-protezzjoni mnaqqsa tad-depożiti, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati jinnotifikaw lil dawk id-depożitanti li jistgħu jirtiraw jew jittrasferixxu lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra d-depożiti eliġibbli tagħhom, inklużi l-imgħax u l-benefiċċji dovuti kollha, mingħajr ma jġarrbu penali sa ammont ugwali għall-kopertura mitlufa tad-depożiti tagħhom fi żmien 3 xhur wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jibqgħux membri ta’ SGD jinfurmaw lid-depożitanti tagħhom b’dan tal-anqas xahar wieħed (1) qabel tali ċessjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni tal-impatt taċ-ċessjoni fuq il-protezzjoni tad-depożitanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitanti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li ma baqgħetx membru tal-SGD jistgħu jittrasferixxu d-depożiti tagħhom lil istituzzjoni oħra membru tal-istess SGD mingħajr ma jġarrbu kostijiet ta’ trasferiment.”;

"

(g)  jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:"

“7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura, l-SGD u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati jinformaw lid-depożitanti, inkluż permezz ta’ pubblikazzjoni fuq is-siti web tagħhom, dwar il-fatt li awtorità amministrattiva rilevanti tkun għamlet determinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(a), jew awtorità ġudizzjarja tkun ħadet deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (8)(b).”;

"

(h)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta depożitant juża servizzi bankarji fuq l-internet, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu l-informazzjoni li jridu jipprovdu lid-depożitanti tagħhom skont din id-Direttiva b’mezzi elettroniċi sakemm depożitant ma jitlobx li jirċievi dik l-informazzjoni stampata.”;

"

(i)  jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:"

“9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

   (a) il-kontenut u l-format tal-iskeda ta’ informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1a;
   (b) il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-għoti tal-informazzjoni, u l-kontenut ta’ din, li għandha tiġi pprovduta fil-komunikazzjonijiet mill-awtoritajiet maħtura, mill-SGD jew mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu lid-depożitanti, fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 8b u 8c u fil-paragrafi 6, 7 u 7a ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa … [OP - jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(18)  jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:"

Artikolu 16a

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-SGD, u rapportar mill-awtoritajiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD, ta’ kull sena u fi kwalunkwe ħin ▌fuq talba, jirċievu mingħand l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tagħhom l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex iħejju għal ripagament lid-depożitanti, f’konformità mar-rekwiżit ta’ identifikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 5(4), inkluża l-informazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 8(5) u tal-Artikoli 8b u 8c.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, mill-anqas darba fis-sena u fi kwalunkwe ħin fuq talba▌ jipprovdu lill-SGD li tagħha jkunu membri informazzjoni dwar:

   (a) id-depożitanti f’fergħat ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;
   (b) id-depożitanti li huma riċevituri ta’ servizzi pprovduti mill-istituzzjonijiet membri fuq il-bażi tal-libertà li jipprovdu servizzi.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tindika l-Istati Membri li fihom jinsabu dawk il-fergħat jew id-depożitanti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-SGD jinformaw lill-ABE bl-ammont ta’ depożiti koperti fl-Istat Membru tagħhom fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. Sal-istess data, l-SGD għandhom jirrapportaw ukoll lill-ABE u lill-SRB l-ammont tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħhom, inkluż is-sehem ta’ riżorsi meħudin b’self, l-impenji ta’ pagament u l-iskeda ta’ żmien sabiex jintlaħaq il-livell fil-mira wara żborż tal-fondi tal-SGD kif imsemmi fl-Artikolu 10(2).

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura jinnotifikaw lill-ABE u lill-SRB, mingħajr dewmien żejjed, dwar dan kollu li ġej:

   (a) id-determinazzjoni ta’ depożiti mhux disponibbli skont iċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 2(1), il-punt (8);
   (b) jekk ġietx applikata kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmijin fl-Artikolu 11(2), (3) u (5) u l-ammont ta’ fondi użati f’konformità mal-Artikolu 8(1) u mal-Artikolu 11(2), (3) u (5), u, meta applikabbli u ladarba jkun disponibbli, l-ammont ta’ fondi rkuprati, il-kost li jirriżulta għall-SGD u d-durata tal-proċess ta’ rkupru;
   (c) id-disponibbiltà u l-użu ta’ arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 10(3);
   (d) kwalunkwe SGD li waqfet topera jew l-istabbiliment ta’ kwalunkwe SGD ġdida, inkluż bħala riżultat ta’ fużjoni jew tal-fatt li SGD bdiet topera fuq bażi transfruntiera.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha sommarju li jiddeskrivi dawn kollha li ġejjin:

   (a) is-sitwazzjoni inizjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu;
   (b) il-miżuri li għalihom intużaw fondi tal-SGD, inklużi l-istrumenti speċifiċi li ntużaw għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(2), (3) u (5);
   (c) l-ammont mistenni ta’ mezzi finanzjarji disponibbli użati.

5.  L-ABE għandha tippubblika l-informazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 u s-sommarju msemmi fil-paragrafu 4 mingħajr dewmien żejjed.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu membru ta’ SGD jipprovdu lil dik l-SGD kull sena bis-sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 10(7), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE ▌.

7.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, il-mudelli għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni, u sabiex tispeċifika aktar il-kontenut ta’ dik l-informazzjoni, filwaqt li tqis it-tipi ta’ depożitanti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa …. [OP - jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

"

(19)  L-Anness I huwa mħassar.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni u li jieħdu depożiti eliġibbli fi Stat Membru fi … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ], u li ma jkunux membri ta’ SGD f’dik id-data, jissieħbu f’SGD li topera fit-territorji tagħhom sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ]. L-Artikolu 1(15) ma għandux japplika għal dawk il-fergħat sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ].

2.  B’deroga mill-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, kif emendata b’din id-Direttiva, u l-Artikoli 11a, 11b, 11c u 11e fir-rigward tal-miżuri preventivi, sa [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-IPS imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (c), tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49/UE kif applikabbli fi [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard minn … [OP, jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn … [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Madankollu, huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 11(3), kif emendat b’din id-Direttiva, u mal-Artikoli 11a, 11b, 11c u 11e fir-rigward tal-miżuri preventivi minn … [PO – jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 307, 31.8.2023, p. 19.
(2)* Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) ĠU C , , p. .
(4) ĠU C , , p. .
(5) ĠU C , , p. .
(6) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
(7) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(8) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(9) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(10) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva
PDF 133kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (COM(2022)0071 – C9-0050/2022 – 2022/0051(COD))
P9_TA(2024)0329A9-0184/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0071),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 50(1), l-Artikolu 50(2), il-punt (g), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0050/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0184/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859

P9_TC1-COD(2022)0051


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/1760.)

(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 81.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-1 ta' Ġunju 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0209).


It-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi
PDF 133kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi (COM(2021)0762 – C9-0454/2021 – 2021/0414(COD))
P9_TA(2024)0330A9-0301/2022
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0762),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2), il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (b), u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0454/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropewtat-23 ta’ Marzu 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjunitad-29 ta’ Ġunju 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta’ Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0301/2022),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi

P9_TC1-COD(2021)0414


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2831.)

(1) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 95.
(2) ĠU C 375, 30.9.2022, p. 45.


Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa
PDF 132kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (COM(2022)0197 – C9-0167/2022 – 2022/0140(COD))
P9_TA(2024)0331A9-0395/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0197),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0167/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Frar 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0395/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE u r-Regolament (UE) 2024/2847

P9_TC1-COD(2022)0140


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/327.)

(1) ĠU C 486, 21.12.2022, p. 123.
(2) ĠU C 157, 3.5.2023, p. 64.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Diċembru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0462).


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - Applikazzjoni EGF/2023/004 DK/Danish Crown - Danimarka
PDF 148kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni ppreżentata mid-Danimarka – EGF/2023/004 DK Danish Crown (COM(2024)0035 – C9-0040/2024 – 2024/0044(BUD))
P9_TA(2024)0332A9-0171/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0035 – C9‑0040/2024),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013(1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(4), u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0171/2024),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;

B.  billi d-Danimarka ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2023/004 DK/Danish Crown għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara għadd totali ta’ 751 sensja(5) fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-diviżjoni 10 (Manifattura ta’ prodotti tal-ikel) tan-NACE Reviżjoni 2 fil-provinċja tal-Jutland tat-Tramuntana, 692 sensja f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mid-19 ta’ Mejju 2023 sad-19 ta’ Settembru 2023, u 59 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;

C.  billi l-applikazzjoni tikkonċerna 692 sensja fil-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni, 651 ħaddiem issensjat li l-attività tagħhom waqfet f’Danish Crown (Danish Crown A/S) u 41 ħaddiem issensjat f’żewġ fornituri u produtturi downstream ta’ Danish Crown(6);

D.  billi l-applikazzjoni tikkonċerna 59 ħaddiem issensjat li l-attività tagħhom waqfet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, li matulu tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għall-waqfien tal-attività tal-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG;

E.  billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jkun hemm tal-inqas 200 ħaddiem li jkunu ngħataw is-sensja f’perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’impriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom waqfet;

F.  billi s-settur tal-biċċeriji Daniż jinsab fi kriżi strutturali; billi mill-2005, l-għadd ta’ ħnieżer skarnati fid-Danimarka naqas b’4,4 miljuni (20 %); billi t-tnaqqis huwa dovut l-aktar għall-bidla mit-trobbija tal-ħnieżer għall-iskarnar, għat-trobbija tad-drafeġ għall-esportazzjoni; billi l-esportazzjoni tad-drafeġ tirrendi aktar għall-bdiewa Daniżi mit-tismin tal-ħnieżer għall-iskarnar minħabba l-prezzijiet baxxi tal-majjal,

G.  billi Danish Crown huwa grupp ta’ kumpaniji tal-ikel Daniżi involuti fit-tbiċċir, l-ipproċessar u l-bejgħ prinċipalment tal-majjal u taċ-ċanga; billi l-avveniment li wassal għal dawn is-sensji huwa l-għeluq tal-biċċerija ta’ Danish Crown f’Sæby fil-muniċipalità ta’ Frederikshavn wara d-deklin fid-disponibbiltà tal-ħnieżer għall-iskarnar;

H.  billi kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f’dik tal-UE rigward is-sensji kollettivi,

I.  billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti prinċipalment lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;

J.  billi r-reviżjoni tal-QFP tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FEG u l-Istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiżguraw li t-talbiet ġustifikati kollha għal appoġġ mill-FEG, bħala manifestazzjoni tas-solidarjetà tal-Unjoni, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li d-Danimarka għandha d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 882 212 fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta’ EUR 3 137 021, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 878 001 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, kif ukoll ta’ kontroll u ta’ rapportar b’total ta’ EUR 259 020;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Daniżi ppreżentaw l-applikazzjoni fis-6 ta’ Diċembru 2023, u li, wara li rċeviet informazzjoni addizzjonali mid-Danimarka, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-29 ta’ Frar 2024 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.  Jinnota li l-applikazzjoni tikkonċerna 751 ħaddiem issensjat affettwati mill-għeluq tal-biċċerija ta’ Danish Crown f’Sæby; jinnota wkoll li total ta’ 390 ħaddiem issensjat se jkunu benefiċjarji fil-mira u huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;

4.  Jieħu nota li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema ssensjati għandhom livelli baxxi ta’ kwalifiki formali (46 %) jew kwalifiki u ħiliet pjuttost obsoleti (40 %); jieħu nota li 305 ħaddiema ssensjati (41 %) ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni u ma għandhomx ħakma tajba tad-Daniż; il-pakkett tal-FEG jipproponi wkoll miżuri għat-titjib tal-kompetenzi ġenerali inkluż it-titjib tal-ħiliet lingwistiċi fid-Daniż;

5.  Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mid-Danimarka f’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali;

6.  Ifakkar li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu fornuti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: il-motivazzjoni, iż-żamma, it-taħriġ dwar il-kompetenzi ġenerali, it-taħriġ għat-tiġdid u għat-titjib tal-ħiliet, u l-allowance għat-taħriġ u għat-tfittix ta’ impjieg;

7.  Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li saru offerti ta’ taħriġ li jqisu diversi studji bħal Jobbarometer 2023 (analiżi tal-ħtiġijiet tax-xogħol lokali fil-muniċipalitajiet ta’ Frederikshavn, Hjørring, Jammerbugt u Brønderslev), il-bilanċ biennali fis-suq tax-xogħol li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-opportunitajiet possibbli ta’ impjiegi, u l-analiżi ta’ FremKom4 dwar il-ħiliet, u li għandhom l-għan li jżidu l-kompetenzi ġenerali (inklużi fil-lingwa u fin-numeriżmu), il-kompetenzi diġitali u t-titjib tal-ħiliet għall-impjiegi b’nuqqas ta’ ħiliet;

8.  Jisħaq b’mod partikolari fuq l-importanza tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li l-pakkett ikkoordinat jantiċipa l-prospettivi tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa fil-futur, u dawn huma kompatibbli mal-bidla f’ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli u jiffokaw partikolarment fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali;

9.  Jinnota li d-Danimarka bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fis-16 ta’ Ottubru 2023 u li, għaldaqstant, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mis-16 ta’ Ottubru 2023 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;

10.  Jinnota li d-Danimarka bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fl-1 ta’ Ġunju 2023 u li, għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, kif ukoll ta’ kontroll u ta’ rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Ġunju 2023 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;

11.  Jisħaq li l-awtoritajiet Daniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu osservati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;

12.  Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni;

13.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni ppreżentata mid-Danimarka – EGF/2023/004 DK Danish Crown

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1299.)

(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.
(6) 37 ħaddiem issensjat f’TekniClean A/S, u erba’ ħaddiema ssensjati fl-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - Applikazzjoni EGF/2023/003 DE/Vallourec - Ġermanja
PDF 149kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2023/003 DE/Vallourec (COM(2024)0030 – C9-0041/2024 – 2024/0049(BUD))
P9_TA(2024)0333A9-0166/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0030 – C9‑0041/2024),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013(1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(4), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0166/2024),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;

B.  billi l-Ġermanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2023/003 DE/Vallourec għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 1 518-il sensja(5) fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 24 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ metalli bażiċi) fil-bliet ġirien ta’ Düsseldorf u Mülheim an der Ruhr f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mis-26 ta’ April 2023 sas-26 ta’ Awwissu 2023;

C.  billi l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 518-il ħaddiem issensjat fil-kumpanija Vallourec Deutschland GmbH (VAD);

D.  billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jrid ikun hemm mill-qnqas 200 ħaddiem issensjat matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema ssensjati minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom;

E.  billi l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna naqqsu l-kompetittività ekonomika u għandhom impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja;

F.  billi VAD, is-sussidjarja Ġermaniża ta’ Vallourec S.A, Franza, immanifatturat tubi tal-azzar illaminati bis-sħana mingħajr saldaturi fiż-żewġ fabbriki tal-azzar tagħha fil-Ġermanja; billi wara snin ta’ telf finanzjarju, fl-2018 tnedew għadd ta’ miżuri ta’ ristrutturar u tnaqqis fid-daqs u pjan ta’ rkupru ddedikat, li jinvolvu konċessjonijiet mill-ħaddiema b’kundizzjonijiet ta’ impjieg; billi minkejja xi suċċess, is-sitwazzjoni ekonomika wara l-pandemija tal-COVID-19 irriżultat f’aktar diffikultajiet għall-fabbriki tat-tubi Ġermaniżi u mill-2015, diġà kienu ntilfu aktar minn 1400 impjieg minħabba r-ristrutturar; billi Vallourec S.A. iddeċidiet fl-2021 li tbigħ il-fabbriki tat-tubi Ġermaniżi tagħha u li tittrasferixxi l-produzzjoni lejn il-Brażil; billi l-bejgħ falla, u dan wassal għall-għeluq definittiv tas-siti u rriżulta fl-ispostament tal-ħaddiema li kien fadal sal-1 ta’ Jannar 2025;

G.  billi VAD qablet li tistabbilixxi kumpanija ta’ trasferiment għal kull lott ta’ sensji u l-intrapriża offriet ukoll pjan ta’ rtirar bikri għall-impjegati li twieldu fl-1966 jew qabel, kif ukoll pjanijiet ta’ terminazzjoni volontarja għall-persuni li jista’ ma jkollhomx aktar bżonn assistenza biex isibu impjieg ġdid;

H.  billi kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti primarjament lejn miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea newtrali għall-klima u aktar diġitali;

I.  billi r-reviżjoni tal-QFP tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FEG u l-Istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiżguraw li t-talbiet ġustifikati kollha għal appoġġ mill-FEG, bħala manifestazzjoni tas-solidarjetà tal-UE, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Ġermanja hija ntitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 984 627 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta’ EUR 4 974 379, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 4 783 057 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar ta’ EUR 191 322;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw l-applikazzjoni fil-15 ta’ Novembru 2023, u li, wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Ġermanja, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-29 ta’ Frar 2024 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.  Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 518-il ħaddiem issensjat fil-kumpanija Vallourec Deutschland GmbH (VAD); jinnota wkoll li b’kollox 835 ħaddiem se jkunu benefiċjarji fil-mira;

4.  Jissottolinja li dawk is-sensji huma mistennija li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali li kienet soġġetta għal bidliet strutturali kbar f’dawn l-aħħar deċennji bi tnaqqis sinifikanti fl-impjiegi fil-produzzjoni u speċjalment fil-manifattura tal-metall; jirrimarka li s-sensji se jikkawżaw żieda fir-rata tal-qgħad fil-bliet ta’ Mülheim u Düsseldorf, bi 11,6 % u 5,6 % rispettivament;

5.  Jirrimarka li l-profili tal-ħaddiema ssensjati ma jaqblux mal-ħiliet imfittxija fis-suq tax-xogħol; jissottolinja wkoll li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema kkonċernati jinsabu fi stadju avvanzat tal-karriera professjonali tagħhom, billi ħadmu għal VAD għal żmien twil, b’livelli ta’ kwalifiki formali li jagħmluhom mhux kompetittivi fis-suq tax-xogħol attwali, peress li 20,1 % minnhom għandhom aktar minn 54 sena; jisħaq li t-titjib tal-ħiliet u t-titjib tat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema f’konformità mad-domanda tas-suq tax-xogħol għal impjiegi kwalifikati se jkunu ta’ sfida, b’mod partikolari meta wieħed iqis in-numru kbir ta’ persuni ssensjati fl-istess ħin; jisħaq wkoll li t-titjib tal-ħiliet u t-titjib tat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati jeħtieġ li jikkunsidraw il-ħtiġijiet ta’ kwalifiki fuq terminu medju sa twil tat-trasformazzjoni industrijali għal futur newtrali għall-klima;

6.  Iqis li hija responsabbiltà soċjali tal-Unjoni li tipprovdi lil dawn il-ħaddiema ssensjati l-kwalifiki meħtieġa għat-trasformazzjoni ekoloġika u ġusta tal-industrija tal-Unjoni, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, peress li dawn ħadmu f’settur b’intensità għolja ta’ karbonju; jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni biex l-Ewropa tkun adattata għall-futur fir-rigward tal-manifattura industrijali sabiex jiġi evitat li l-Unjoni tieħu t-triq tad-dekarbonizzazzjoni permezz tad-deindustrijalizzazzjoni; jilqa’, għalhekk, is-servizzi personalizzati pprovduti mill-FEG lill-ħaddiema, li jinkludu miżuri ta’ titjib tal-ħiliet, sessjonijiet ta’ ħidma, orjentazzjoni vokazzjonali, konsulenza dwar l-impjiegi, kif ukoll indennizzi għat-taħriġ, biex iż-żona, u s-suq tax-xogħol ġenerali, isiru aktar sostenibbli u reżiljenti fil-futur;

7.  Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mill-Ġermanja b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali; jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li direttament wara d-deċiżjoni li jingħalqu l-fabbriki tat-tubi, il-maniġment tal-intrapriża u r-rappreżentanti tal-impjegati bdew negozjati ta’ pjan soċjali, u b’mod partikolari l-ħolqien ta’ kumpanija ta’ trasferiment; jirrikonoxxi li VAD għamlet sforzi konsiderevoli biex timminimizza l-impatt soċjali tal-għeluq tas-siti;

8.  Ifakkar li s-servizzi personalizzati li jeħtieġ li jiġu pprovduti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfassal apposta, gwida okkupazzjonali, servizzi ta’ assistenza individwali għat-tfittix ta’ impjieg u attivitajiet għall-gruppi fil-mira, appoġġ u kontribuzzjoni għall-ħolqien ta’ negozju, kif ukoll inċentivi u indennizzi;

9.  Jilqa’ bis-saħħa l-miżura proposta dwar ħiliet bażiċi diġitali (Digitale Grundqualifizierung), li tieħu ħsieb id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali, kif meħtieġ fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-FEG; jinnota li din il-miżura hija mmirata b’mod partikolari lejn dawk il-parteċipanti mingħajr ħiliet diġitali jew bi ftit li xejn minnhom; jilqa’ l-fatt li l-parteċipanti se jingħataw laptops sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-kors u jipprattikaw id-dar, kif ukoll minħabba l-fatt li se tingħata attenzjoni speċjali għall-ħiliet applikati li jgħinu lill-parteċipanti jużaw l-għodod tal-internet għat-tiftix ta’ impjieg;

10.  Jinnota li l-Ġermanja bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Diċembru 2023 u li, għaldaqstant, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mill-1 ta’ Diċembru 2023 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;

11.  Jinnota li l-Ġermanja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fl-1 ta’ Jannar 2023 u li, għaldaqstant, in-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Jannar 2023 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;

12.  Jisħaq li l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux għajnuna minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu rrispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;

13.  Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji, skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni;

14.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2023/003 DE/Vallourec

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1298.)

(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2024/000TA 2024 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
PDF 146kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati – EGF/2024/000 TA 2024 – Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni (COM(2024)0084 – C9-0042/2024 – 2024/0003(BUD))
P9_TA(2024)0334A9-0173/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0084 – C9‑0042/2024),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013(1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027(2) kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda(4), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0173/2024),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni u mill-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, bħall-bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, it-tilwim kummerċjali, il-bidliet sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern u l-kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni;

B.  billi l-assistenza tal-Unjoni lill-ħaddiema ssensjati għandha tkun primarjament diretta lejn miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li għandhom l-għan li jintegraw mill-ġdid malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali, filwaqt li jitqies kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat l-FEG;

C.  billi l-Unjoni l-ewwel estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG biex tipprovdi appoġġ finanzjarju f’każ ta’ kwalunkwe avveniment ta’ ristrutturar kbir, u b’hekk tkopri l-effetti ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19;

D.  billi l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar il-FEG fl-2021 kompliet twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG għal avvenimenti ta’ ristrutturar kbar ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew l-awtomatizzazzjoni, filwaqt li naqqset ukoll il-limitu meħtieġ għall-attivazzjoni tal-FEG minn 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja għal 200;

E.  billi r-reviżjoni tal-QFP tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FEG u l-Istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiżguraw li t-talbiet ġustifikati kollha għal appoġġ mill-FEG, bħala manifestazzjoni tas-solidarjetà tal-Unjoni, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati;

F.  billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jipprevedi li sa 0,5 % ta’ dak l-ammont massimu jista’ jsir disponibbli għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni;

G.  billi l-assistenza teknika tista’ tikkonsisti minn nefqa teknika u amministrattiva biex jiġi implimentat il-FEG, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll il-ġbir ta’ data, inklużi rigward sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG bħala fond jew rigward proġetti speċifiċi u miżuri oħra ta’ assistenza teknika;

H.  billi l-ammont propost ta’ EUR 165 000 jikkorrispondi għal madwar 0,49 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2024;

1.  Jaqbel mal-mobilizzazzjoni ta’ EUR 165 000 u mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala assistenza teknika f’konformità mal-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll mal-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG;

2.  Jilqa’ l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ skambju elettroniku ta’ data (Sistema Komuni ta’ Ġestjoni Kondiviża tal-Fondi – SFC), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar;

3.  Jieħu nota li l-Kummissjoni se tuża l-baġit disponibbli fl-ambitu tal-appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG (żewġ membri minn kull Stat Membru) u ta’ seminar wieħed bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta’ implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali sabiex jiġi promoss in-networking fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistieden b’mod sistematiku lill-Parlament għal dawn il-laqgħat u s-seminars, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni.

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-aħjar prattiki li ġew żviluppati matul iż-żminijiet tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari miżuri li jistgħu jgħinu biex titħaffef tranżizzjoni ekoloġika u diġitali inklużiva u jappoġġjaw il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

5.  Jissottolinja l-ħtieġa li s-sensibilizzazzjoni ġenerali u l-viżibbiltà tal-FEG ikomplu jissaħħu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali għan jista’ jintlaħaq billi l-FEG ikun inkluż f’diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-manutenzjoni tas-sit web iddedikat għall-FEG u jistieden lill-Kummissjoni taġġornah u tespandih b’mod regolari, sabiex iżżid il-viżibbiltà tas-solidarjetà Ewropea murija mill-FEG lill-pubbliku ġenerali u żżid it-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

6.  Ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b’mod wiesa’ l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lis-sħab soċjali, lill-media u lill-pubbliku ġenerali fil-mira, kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-FEG;

7.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (EGF/2024/000 TA 2024 – Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1300.)

(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj?locale=mt).
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.


Il-ħruġ tal-Unjoni mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija
PDF 116kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-ħruġ tal-Unjoni mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (06509/2024 – C9-0059/2024 – 2023/0273(NLE))
P9_TA(2024)0335A9-0176/2024

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06509/2024),

–  wara li kkunsidra t-Trattat tal-Karta tal-Enerġija, iffirmat f’Liżbona fis-17 ta’ Diċembru 1994, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0059/2024),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0176/2024),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħruġ tal-Unjoni mit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti għat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija.


Miżuri biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi
PDF 221kWORD 65k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u d-Direttiva (UE) 2019/997 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE (COM(2023)0930 – C9-0015/2024 – 2023/0441(CNS))
P9_TA(2024)0336A9-0178/2024

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2023)0930),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0015/2024),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0178/2024),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġi estiż ukoll, lil hinn miċ-ċittadini tal-Unjoni, għall-persuni l-oħra kollha legalment intitolati għall-protezzjoni konsulari ta’ Stat Membru biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jirċievu din il-protezzjoni minn Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini mhux rappreżentati. Din il-kategorija ta’ persuni tista’ tinkludi rifuġjati rikonoxxuti, persuni apolidi u persuni oħra li m’għandhom in-nazzjonalità tal-ebda pajjiż, persuni li jirrisjedu legalment fi Stat Membru u li huma detenturi ta’ dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru, u persuni li jgawdu minn protezzjoni temporanja.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-kriżijiet li jirriżultaw f’talbiet għall-protezzjoni konsulari qegħdin jiżdiedu fl-għadd u fl-iskala tagħhom. Il-pandemija tal-COVID-19, il-kriżi fl-Afganistan, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitt fis-Sudan, ir-ripatrijazzjonijiet mill-Iżrael u minn Gaża u kriżijiet simili oħrajn pprovdew kuntest biex jiġu identifikati l-lakuni u biex issir riflessjoni dwar kif għandu jiġi ffaċilitat aktar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari. B’riżultat tat-tagħlimiet minn dawk l-esperjenzi, u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għaċ-ċittadini u għall-awtoritajiet konsulari, ir-regoli u l-proċeduri tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġu ċċarati u ssimplifikati sabiex tittejjeb l-effettività tal-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Jenħtieġ li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, kemm lokalment f’pajjiżi terzi kif ukoll fil-livell kapitali.
(2)  Il-kriżijiet li jirriżultaw f’talbiet għall-protezzjoni konsulari qegħdin jiżdiedu fl-għadd u fl-iskala tagħhom. Il-pandemija tal-COVID-19, il-kriżi fl-Afganistan fl-2021, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitt fis-Sudan, ir-ripatrijazzjonijiet mill-Iżrael u minn Gaża, id-diversi kriżijiet umanitarji u d-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u kriżijiet simili oħrajn pprovdew kuntest biex jiġu identifikati l-lakuni u biex issir riflessjoni dwar kif għandu jiġi ffaċilitat aktar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari. Il-kapaċità tal-Unjoni li tirrispondi għal dawn id-diversi kriżijiet li għaddejjin bħalissa jenħtieġ li tissaħħaħ, tindirizza kwalunkwe nuqqas u ssaħħaħ it-tħejjija, il-ġbir ta’ informazzjoni u l-kapaċità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħna qabel u matul il-kriżijiet. B’riżultat tat-tagħlimiet minn dawk l-esperjenzi, u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għaċ-ċittadini u għall-awtoritajiet konsulari, ir-regoli u l-proċeduri tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġu ċċarati u ssimplifikati sabiex tittejjeb l-effettività tal-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Jenħtieġ li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, kemm lokalment f’pajjiżi terzi kif ukoll fil-livell kapitali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet konsulari u għaċ-ċittadini, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji aktar dettaljati li jgħinu fil-valutazzjoni ta’ jekk ċittadin tal-Unjoni għandux jitqies bħala mhux rappreżentat u għalhekk eliġibbli li jirċievi protezzjoni konsulari mill-Istat Membru li l-awtoritajiet konsulari tiegħu jkunu ġew avviċinati. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed u applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali, bħall-faċilità tal-ivvjaġġar jew is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż terz ikkonċernat. F’dan il-kuntest, l-aċċessibbiltà u l-prossimità jenħtieġ li jibqgħu kunsiderazzjonijiet importanti.
(4)  Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet konsulari u għaċ-ċittadini, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji aktar dettaljati li jgħinu fil-valutazzjoni ta’ jekk ċittadin tal-Unjoni għandux jitqies bħala mhux rappreżentat u għalhekk eliġibbli li jirċievi protezzjoni konsulari mill-Istat Membru li l-awtoritajiet konsulari tiegħu jkunu ġew avviċinati. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu prammatiċi u flessibbli biżżejjed u applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali, bħall-faċilità tal-ivvjaġġar jew is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż terz ikkonċernat. F’dan il-kuntest, l-aċċessibbiltà, il-prossimità u s-sigurtà jenħtieġ li jibqgħu kunsiderazzjonijiet importanti.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Bħala l-ewwel kriterju, l-awtoritajiet konsulari jenħtieġ li jqisu d-diffikultà għaċ-ċittadini biex jaslu b’mod sikur fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew biex jintlaħqu minn dawn tal-aħħar f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li jqisu n-natura u l-urġenza tal-assistenza mitluba u l-mezzi, b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Pereżempju, meta ċittadin ikun jeħtieġ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE minħabba li jkun tilef id-dokumenti tal-ivvjaġġar tiegħu, jenħtieġ li, fil-prinċipju, dak iċ-ċittadin jitqies li ma huwiex rappreżentat jekk biex imur l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jkun meħtieġ li jivvjaġġa matul il-lejl jew bl-ajru, minħabba li ma jistax ikun mistenni li jivvjaġġa f’ċirkostanzi bħal dawn.
(5)  Bħala l-ewwel kriterju, l-awtoritajiet konsulari jenħtieġ li jqisu d-diffikultà għaċ-ċittadini biex jaslu b’mod sikur fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew biex jintlaħqu minn dawn tal-aħħar fi żmien 48 siegħa, filwaqt li jqisu n-natura u l-urġenza tal-assistenza mitluba u l-mezzi, b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Filwaqt li l-perjodu ta’ żmien xieraq jiddependi fuq il-partikolaritajiet ta’ kull talba għall-assistenza, il-perjodu għaċ-ċittadini biex jilħqu jew jintlaħqu b’mod sikur mill-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tagħhom, m’għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż it-48 siegħa. Pereżempju, meta ċittadin ikun jeħtieġ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE minħabba li jkun tilef id-dokumenti tal-ivvjaġġar tiegħu, jenħtieġ li, fil-prinċipju, dak iċ-ċittadin jitqies li ma huwiex rappreżentat jekk biex imur l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jkun meħtieġ li jivvjaġġa matul il-lejl jew bl-ajru, minħabba li ma jistax ikun mistenni li jivvjaġġa f’ċirkostanzi bħal dawn.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Il-kunċett ta’ nuqqas ta’ rappreżentanza jenħtieġ li jiġi interpretat bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effettività tad-dritt għall-protezzjoni konsulari. Meta l-fatt li ċittadin jerġa’ jintbagħat fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, aktarx iwassal biex il-protezzjoni konsulari tiġi kompromessa, b’mod partikolari meta l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxata jew mill-konsulat rikjest, iċ-ċittadin jenħtieġ li jitqies ukoll bħala mhux rappreżentat. Dan huwa partikolarment rilevanti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, fejn in-nuqqas ta’ assistenza f’waqtha jista’ jkollu impatti partikolarment negattivi fuq iċ-ċittadin.
(7)  Il-kunċett ta’ nuqqas ta’ rappreżentanza jenħtieġ li jiġi interpretat bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effettività tad-dritt għall-protezzjoni konsulari. Meta l-fatt li ċittadin jerġa’ jintbagħat fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, aktarx iwassal biex il-protezzjoni konsulari tiġi kompromessa, b’mod partikolari meta l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxata jew mill-konsulat rikjest, iċ-ċittadin jenħtieġ li jitqies ukoll bħala mhux rappreżentat. Dan huwa partikolarment rilevanti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, fejn in-nuqqas ta’ assistenza f’waqtha jista’ jkollu impatti partikolarment negattivi fuq iċ-ċittadin. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies tnaqqis sinifikanti fil-persunal tal-ambaxxata jew tal-konsulat, li jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti l-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tagħhom, peress li dan jista’ jkompli jaggrava l-isfidi ffaċċjati miċ-ċittadini li jfittxu assistenza konsulari.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Jenħtieġ li l-applikazzjonijiet ma jiġux ittrasferiti jekk b’dan, il-protezzjoni konsulari tiġi kompromessa, b’mod partikolari jekk l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxati jew mill-konsulat tal-Istat Membru avviċinat. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’każijiet ta’ emerġenzi mediċi serji jew arresti apparentement arbitrarji. Barra minn hekk, iċ-ċittadini mhux rappreżentati jenħtieġ li jinżammu informati dwar kwalunkwe trasferiment bħal dan.
(11)  Jenħtieġ li l-applikazzjonijiet ma jiġux ittrasferiti jekk b’dan, il-protezzjoni konsulari tiġi kompromessa, b’mod partikolari jekk l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxati jew mill-konsulat tal-Istat Membru avviċinat. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’każijiet ta’ emerġenzi mediċi serji jew arresti apparentement arbitrarji jew politikament motivati. Barra minn hekk, iċ-ċittadini mhux rappreżentati jenħtieġ li jinżammu informati dwar kwalunkwe trasferiment bħal dan.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Meta jipprovdu protezzjoni konsulari lil ċittadini mhux rappreżentati, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati, nisa tqal, persuni b’mobbiltà mnaqqsa, persuni b’diżabilità jew individwi f’riskju ta’ diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta.
(13)  Meta jipprovdu protezzjoni konsulari lil ċittadini mhux rappreżentati, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu approċċ intersezzjonali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati, vittmi ta’ żwiġijiet furzati jew ta’ kaptività matrimonjali li jenħtieġ li jingħataw appoġġ legali u psikoloġiku, nisa tqal, persuni b’mobbiltà mnaqqsa, l-anzjani, persuni b’diżabbiltà jew individwi f’riskju ta’ diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Sabiex tiġi żgurata t-tħejjija rigward kriżijiet konsulari possibbli li jirrikjedu l-għoti ta’ għajnuna lil ċittadini mhux rappreżentati, jenħtieġ li l-kooperazzjoni konsulari lokali fost l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tinkludi skambji dwar kwistjonijiet rilevanti għal tali ċittadini, inklużi s-sigurtà u s-sikurezza tagħhom, l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji konsulari. F’dan il-kuntest, jista’ jkun partikolarment rilevanti li l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati jiġu inklużi f’tali kooperazzjoni konsulari lokali meta jkunu qed jiġu kkoordinati t-tħejjija u r-rispons konsulari għall-kriżijiet.
(19)  Sabiex tiġi żgurata t-tħejjija rigward kriżijiet konsulari possibbli li jirrikjedu l-għoti ta’ għajnuna lil ċittadini mhux rappreżentati – inklużi diżastri naturali, inkwiet politiku jew attakki terroristiċi –, jenħtieġ li l-kooperazzjoni konsulari lokali fost l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tinkludi skambji dwar kwistjonijiet rilevanti għal tali ċittadini, inklużi s-sigurtà u s-sikurezza tagħhom, l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u mekkaniżmi għal rispons rapidu, u l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji konsulari. F’dan il-kuntest, jista’ jkun partikolarment rilevanti li l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati jiġu inklużi f’tali kooperazzjoni konsulari lokali meta jkunu qed jiġu kkoordinati t-tħejjija u r-rispons konsulari għall-kriżijiet.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jenħtieġ li jqisu wkoll, fejn xieraq, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Mexxejja, jiġifieri, l-Istati Membri rappreżentati f’pajjiż terz partikolari li huma responsabbli għall-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-għajnuna lil ċittadini mhux rappreżentati waqt il-kriżijiet, biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-għajnuna konsulari. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jiġu evalwati kull sena fil-kuntest ta’ eżerċizzji konsulari biex tiġi żgurata r-rilevanza kontinwa tagħhom. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti ma jinftiehmux li qed jissostitwixxu l-pjanijiet nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri għall-kriżijiet jew li qed jaffettwaw ir-responsabbiltà tagħhom li jipprovdu għajnuna konsulari lin-nazzjonali tagħhom stess.
(23)  Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jenħtieġ li jqisu wkoll, fejn xieraq, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Mexxejja, jiġifieri, l-Istati Membri rappreżentati f’pajjiż terz partikolari li huma responsabbli għall-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-għajnuna lil ċittadini mhux rappreżentati waqt il-kriżijiet, biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-għajnuna konsulari. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jiġu evalwati kull sena, jew aktar ta’ spiss jekk ikun hemm ċirkostanzi straordinarji li jirrikjedu dan, fil-kuntest ta’ eżerċizzji konsulari biex tiġi żgurata r-rilevanza kontinwa tagħhom. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti ma jinftiehmux li qed jissostitwixxu l-pjanijiet nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri għall-kriżijiet jew li qed jaffettwaw ir-responsabbiltà tagħhom li jipprovdu għajnuna konsulari lin-nazzjonali tagħhom stess, iżda bħala approċċ koerenti li jista’ jgħin ukoll fil-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri rappreżentati.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Il-pariri dwar l-ivvjaġġar, jiġifieri, l-informazzjoni maħruġa mill-Istati Membri dwar is-sikurezza relattiva tal-ivvjaġġar lejn pajjiżi terzi speċifiċi, jippermettu lill-vjaġġaturi jieħdu deċiżjoni infurmata dwar destinazzjoni partikolari tal-ivvjaġġar, inklużi pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom ma jkunx rappreżentat. Filwaqt li l-ħruġ ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar huwa r-responsabbiltà tal-Istati Membri, huwa xieraq li dawn jikkoordinaw fuq dak is-suġġett, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, bil-ħsieb li tiġi żgurata, sa fejn ikun possibbli, konsistenza fil-livell tal-pariri mogħtija. Dan jista’ jinkludi qbil dwar struttura komuni tal-livelli ta’ riskju indikati fil-pariri dwar l-ivvjaġġar, bl-użu tal-pjattaforma sigura tas-SEAE. Fejn ikun possibbli, tali koordinazzjoni jenħtieġ li sseħħ fi stadju bikri meta l-Istati Membri jkunu qed jippjanaw li jibdlu l-livell tal-parir tagħhom dwar l-ivvjaġġar.
(25)  Il-pariri dwar l-ivvjaġġar, jiġifieri, l-informazzjoni maħruġa mill-Istati Membri dwar is-sikurezza relattiva tal-ivvjaġġar lejn pajjiżi terzi speċifiċi, jenħtieġ li jiġu aġġornati regolarment sabiex jippermettu lill-vjaġġaturi jieħdu deċiżjoni infurmata dwar destinazzjoni partikolari tal-ivvjaġġar, inklużi pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom ma jkunx rappreżentat. Filwaqt li l-ħruġ ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar huwa r-responsabbiltà tal-Istati Membri, huwa xieraq li dawn jikkoordinaw fuq dak is-suġġett, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kriżijiet, bil-ħsieb li tiġi żgurata konsistenza fil-livell tal-pariri mogħtija. Dan jista’ jinkludi qbil dwar struttura komuni tal-livelli ta’ riskju indikati fil-pariri dwar l-ivvjaġġar, bl-użu tal-pjattaforma sigura tas-SEAE. Tali koordinazzjoni jenħtieġ li sseħħ fi stadju bikri meta l-Istati Membri jkunu qed jippjanaw li jibdlu l-livell tal-parir tagħhom dwar l-ivvjaġġar.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  Il-koordinazzjoni effiċjenti hija vitali biex jiġi żgurat rispons effettiv għall-kriżijiet. Sabiex tiġi żgurata tali koordinazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġati miċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u miċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni. Ir-rispons koordinat tal-Unjoni għall-kriżijiet huwa partikolarment importanti f’każijiet li jirrikjedu l-evakwazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-appoġġ disponibbli jiġi pprovdut b’mod effiċjenti, u li jsir l-aħjar użu mill-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni disponibbli. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-kapaċità ta’ evakwazzjoni disponibbli tiġi kondiviża fil-ħin, inkluż fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ u ta’ evakwazzjoni bl-użu ta’ assi militari.
(26)  Il-koordinazzjoni effiċjenti hija vitali biex jiġi żgurat rispons effettiv għall-kriżijiet. Sabiex tiġi żgurata tali koordinazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiġu appoġġati u jirċievu informazzjoni fil-ħin miċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u miċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni. Ir-rispons koordinat tal-Unjoni għall-kriżijiet huwa partikolarment importanti f’każijiet li jirrikjedu l-evakwazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-appoġġ disponibbli jiġi pprovdut malajr u b’mod effiċjenti, u li jsir l-aħjar użu mill-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni disponibbli. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-informazzjoni diretta u rilevanti, pereżempju dwar il-kapaċità ta’ evakwazzjoni disponibbli tiġi kondiviża fil-ħin, sabiex ikun possibbli rispons rapidu u effettiv, inkluż fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ u ta’ evakwazzjoni bl-użu ta’ assi militari. F’dan ir-rigward, is-SEAE jenħtieġ li jkun jista’ jirċievi informazzjoni awtomatika u kontinwa mill-Istati Membri dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  It-timijiet konsulari konġunti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta’ parteċipazzjoni volontarja, solidarjetà mal-Istati Membri rappreżentati, ugwaljanza fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar strutturi ta’ ħidma interni, sempliċità fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-timijiet, kondiviżjoni tal-kostijiet – ma’ kull Stat Membru, istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li jkollu l-kostijiet operazzjonali tiegħu stess – flessibbiltà, viżibbiltà tar-rispons koordinat tal-Unjoni u ftuħ għall-pajjiżi terzi rilevanti.
(28)  It-timijiet konsulari konġunti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta’ solidarjetà mal-Istati Membri rappreżentati, ugwaljanza fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar strutturi ta’ ħidma interni, sempliċità fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-timijiet, kondiviżjoni tal-kostijiet – ma’ kull Stat Membru, istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li jkollu l-kostijiet operazzjonali tiegħu stess – flessibbiltà, viżibbiltà tar-rispons koordinat tal-Unjoni u ftuħ għall-pajjiżi terzi rilevanti.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 30
(30)  Sabiex jingħata appoġġ liċ-ċittadini tal-Unjoni fil-bżonn, huwa importanti li dawn jingħataw informazzjoni affidabbli dwar kif jagħmlu użu mill-għajnuna konsulari f’pajjiżi terzi. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE jenħtieġ li jikkontribwixxu għal dak l-objettiv billi jxerrdu informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fuq in-networks konsulari tagħhom u minn pajjiżi terzi meta dawn ikunu kkonkludew arranġamenti prattiċi dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni, jenħtieġ li din tiġi pprovduta f’format li jinqara minn magna.
(30)  Sabiex jingħata appoġġ liċ-ċittadini tal-Unjoni fil-bżonn, huwa importanti li dawn jingħataw informazzjoni affidabbli u faċilment aċċessibbli dwar kif jagħmlu użu mill-għajnuna konsulari f’pajjiżi terzi, inklużi għażliet ta’ kuntatt diġitali. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE jenħtieġ li b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ixerrdu informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fuq in-networks konsulari tagħhom u minn pajjiżi terzi meta dawn ikunu kkonkludew arranġamenti prattiċi dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni, jenħtieġ li din tiġi pprovduta f’format li jinqara minn magna.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni aġġornata dwar il-protezzjoni konsulari. F’dan ir-rigward, iċ-ċittadini tal-UE jenħtieġ li jirċievu notifiki fil-pront dwar id-drittijiet u l-proċeduri tagħhom biex jeżerċitawhom waqt li jkunu f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 31
(31)  L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri addizzjonali biex jikkontribwixxu aktar għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità. Minħabba li dan jinvolvi kostijiet limitati għall-Istati Membri, mod wieħed possibbli biex dan isir ikun li jiġi riprodott il-kliem tal-Artikolu 23 tat-TFUE fil-passaporti maħruġa mill-Istati Membri bħala mod kif tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-dritt għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari, kif diġà ġie rrakkomandat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 58415. L-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari li jgawdu ċ-ċittadini mhux rappreżentati fil-pariri u fil-kampanji dwar l-ivvjaġġar relatati mal-għajnuna konsulari. Huma jistgħu jikkooperaw ukoll mal-fornituri tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u maċ-ċentri tat-trasport li joffru vjaġġi lejn pajjiżi terzi, pereżempju billi jistidnuhom iżidu informazzjoni rilevanti dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari mal-materjal ta’ informazzjoni magħmul disponibbli għall-klijenti.
(31)  L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri addizzjonali biex jikkontribwixxu aktar għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabbiltà. Minħabba li dan jinvolvi kostijiet limitati, l-Istati Membri jenħtieġ li jirriproduċu l-kliem tal-Artikolu 23 tat-TFUE fil-passaporti maħruġa mill-Istati Membri bħala mod kif tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-dritt għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari, kif diġà ġie rrakkomandat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu wkoll informazzjoni dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari li jgawdu ċ-ċittadini mhux rappreżentati fil-pariri u fil-kampanji dwar l-ivvjaġġar relatati mal-għajnuna konsulari. Huma jenħtieġ li jikkooperaw ukoll mal-fornituri tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u maċ-ċentri tat-trasport li joffru vjaġġi lejn pajjiżi terzi, pereżempju billi jistidnuhom iżidu informazzjoni rilevanti dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari mal-materjal ta’ informazzjoni magħmul disponibbli għall-klijenti.(
__________________
__________________
5 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-riproduzzjoni tat-test tal-Artikolu 20 TKE fil-passaporti (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/355/oj).
5 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-riproduzzjoni tat-test tal-Artikolu 20 TKE fil-passaporti (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/355/oj).
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 32
(32)  Id-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġu adattati biex jissimplifikaw ir-rimborżi u jkomplu jiżguraw il-kondiviżjoni tal-piżijiet finanzjarji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli għaċ-ċittadini mhux rappreżentati li jirrimborżaw direttament il-kostijiet, bl-istess kundizzjonijiet bħan-nazzjonali tal-Istat Membru li jassisti, għas-servizz ipprovdut minn dak l-Istat Membru biex jiġi evitat il-piż amministrattiv li jirriżulta meta jintalbu r-rimborżi mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jirrinunzjaw għall-ħlas ta’ tali kostijiet. Billi, f’ċerti sitwazzjonijiet, iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu ma jkunux kapaċi jħallsu meta jagħmlu t-talba għall-għajnuna, b’mod partikolari meta l-flus u l-mezzi tagħhom għall-aċċess għall-fondi jkunu nsterqu, huwa meħtieġ li jiġi previst li dawn jistgħu jintalbu jiffirmaw impenn li jħallsu lura mill-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru li jassisti. Fuq il-bażi ta’ tali impenn, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jassisti jistgħu jitolbu r-rimborż tal-kostijiet ladarba jkunu għaddew 4 ġimgħat minn meta tkun ġiet ipprovduta l-assistenza.
(32)  Id-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġu adattati biex jissimplifikaw ir-rimborżi u jkomplu jiżguraw il-kondiviżjoni tal-piżijiet finanzjarji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli għaċ-ċittadini mhux rappreżentati li jirrimborżaw direttament il-kostijiet, bl-istess kundizzjonijiet bħan-nazzjonali tal-Istat Membru li jassisti, għas-servizz ipprovdut minn dak l-Istat Membru biex jiġi evitat il-piż amministrattiv li jirriżulta meta jintalbu r-rimborżi mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jirrinunzjaw għall-ħlas ta’ tali kostijiet. Billi, f’ċerti sitwazzjonijiet, iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu ma jkunux kapaċi jħallsu meta jagħmlu t-talba għall-għajnuna, b’mod partikolari meta l-flus u l-mezzi tagħhom għall-aċċess għall-fondi jkunu nsterqu, huwa meħtieġ li jiġi previst li dawn jistgħu jintalbu jiffirmaw impenn li jħallsu lura mill-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru li jassisti. Fuq il-bażi ta’ tali impenn, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jassisti jistgħu jitolbu r-rimborż tal-kostijiet ladarba jkunu għaddew tliet xhur minn meta tkun ġiet ipprovduta l-assistenza
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 33
(33)  F’każijiet fejn il-kostijiet ma jkunux tħallsu lura direttament miċ-ċittadin, jiġifieri, la immedjatament meta ssir it-talba u lanqas fi stadju aktar tard meta jintalab jagħmel dan mill-Istat Membru li jassisti abbażi tal-impenn li jħallas lura, l-Istat Membru li jassisti jenħtieġ li jkun intitolat jitlob ir-rimborż tal-kostijiet dovuti mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat. Sabiex jiġi evitat li jiġu ffaċċjati b’talbiet għal rimborż wara perjodi twal, l-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità jenħtieġ li jingħataw skadenza raġonevoli biex, rispettivament, jagħmlu t-talba u r-rimborż.
(33)  F’każijiet fejn il-kostijiet ma jkunux tħallsu lura direttament miċ-ċittadin, jiġifieri, la immedjatament meta ssir it-talba u lanqas fi stadju aktar tard meta jintalab jagħmel dan mill-Istat Membru li jassisti abbażi tal-impenn li jħallas lura, l-Istat Membru li jassisti jenħtieġ li jkun intitolat jitlob ir-rimborż tal-kostijiet dovuti mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat. Sabiex jiġi evitat li jiġu ffaċċjati b’talbiet għal rimborż wara perjodi twal, l-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità jenħtieġ li jingħataw skadenza raġonevoli biex, rispettivament, jagħmlu t-talba u r-rimborż. Jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tqis il-kumplessità tal-problema, l-involviment tal-persunal tal-faċilità u d-durata tal-assistenza.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 34a (ġdida)
(34a)  Jenħtieġ li tingħata żieda xierqa fil-baġit u fir-riżorsi umani tas-SEAE, flimkien mad-dħul mir-rimborżi tal-Istati Membri, biex tiġi garantita l-eżekuzzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet fl-għoti ta’ assistenza u/jew protezzjoni liċ-ċittadini tal-UE.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 41
(41)  Meta jipproċessaw tali kategoriji speċjali ta’ data personali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi tas-suġġetti tad-data. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn possibbli, il-kriptaġġ ta’ tali data personali u l-attribuzzjoni speċifika tad-drittijiet ta’ aċċess għall-persunal li jkollu aċċess għat-tipi speċifikati ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali.
(41)  Meta jipproċessaw tali kategoriji speċjali ta’ data personali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn possibbli, il-kriptaġġ ta’ tali data personali u l-attribuzzjoni speċifika tad-drittijiet ta’ aċċess għall-persunal li jkollu aċċess għat-tipi speċifikati ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
(-1)  fl-Artikolu 4, jiżdied is-subparagrafu 1a li ġej:
“Rifuġjati rikonoxxuti u persuni apolidi u persuni oħra li mhumiex ċittadini tal-ebda pajjiż, li jirrisjedu fi Stat Membru u għandhom dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru għandhom ikunu intitolati għal protezzjoni konsulari taħt l-istess kundizzonijiet taċ-ċittadini mhux rappreżentati, jekk Stat Membru ta’ residenza ma jkunx rappreżentat minn awtortià diplomatika jew konsulari”.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a)  id-diffikultà għaċ-ċittadin ikkonċernat biex imur l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jew biex jiġi kkuntattjat minnu b’mod sikur f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-urġenza tal-għajnuna mitluba u l-mezzi disponibbli għaċ-ċittadin;
(a)  id-diffikultà għaċ-ċittadin ikkonċernat biex imur l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jew biex jiġi kkuntattjat minnu b’mod sikur f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-urġenza tal-għajnuna mitluba u l-mezzi disponibbli għaċ-ċittadin. Filwaqt li l-perjodu ta’ żmien xieraq jiddependi fuq il-partikolaritajiet ta’ kull talba għall-assistenza, il-perjodu għaċ-ċittadini biex jilħqu jew jintlaħqu b’mod sikur mill-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tagħhom, m’għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż it-48 siegħa.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Fil-każ li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu l-unika rappreżentanza li tinsab fiżikament f’pajjiż terz, jew fejn ikun hemm ħtieġa oġġettiva għal assistenza addizzjonali għal ċittadini mhux rappreżentati waqt sitwazzjoni ta’ kriżi minħabba kapaċità insuffiċjenti tal-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jipprovdu assistenza konsulari, inkluż il-ħruġ ta’ Dokumenti Provviżorji tal-Ivvjaġġar skont id-dispożizzjonijiet stipulati mid-Direttiva (UE) 2019/997.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Meta tiġi provduta protezzjoni konsulari lil ċittadini mhux rappreżentati, l-Istati Membri għandhom iqisu approċċ intersezzjonali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi vulnerabbli u individwi f’riskju ta’ diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta, jiġifieri s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.”
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 9 – paragrafu 1
(2)  fl-Artikolu 9, il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:
(2)  fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“(e) sokkors, evakwazzjoni u ripatrijazzjoni f’każ ta’ emerġenza;
imħassar
(f)  ħtieġa ta’ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE stabbilit bid-Direttiva (UE) 2019/997*.
imħassar
(fa)  proċedimenti tal-qorti f’każijiet urġenti li jeħtieġu attenzjoni immedjata.
__________________
__________________
* Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/997/oj).”;
imħassar
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati f’konformità mal-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE. Tali appoġġ jista’ jinkludi t-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ta’ għajnuna konsulari, fuq talba tal-Istati Membri u f’isimhom. L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom jipprovdu lid-delegazzjoni tal-Unjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-każ ikkonċernat.
2.  Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati f’konformità mal-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE. Tali appoġġ jista’ jinkludi t-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ta’ għajnuna konsulari, fuq talba tal-Istati Membri u f’isimhom. L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lid-delegazzjoni tal-Unjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-każ ikkonċernat.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Is-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu allokati r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex ikopru l-kostijiet ġenerali u l-ammont ta’ xogħol amministrattiv orizzontali addizzjonali.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fil-kuntest tal-kooperazzjoni konsulari lokali msemmija fl-Artikolu 12, l-Istati Membri u s-SEAE għandhom jistabbilixxu u jaqblu dwar pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għal kull pajjiż terz. Il-pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għandu jiġi aġġornat kull sena u jkun fih:
1.  Fil-kuntest tal-kooperazzjoni konsulari lokali msemmija fl-Artikolu 12, l-Istati Membri u s-SEAE għandhom jistabbilixxu u jaqblu dwar pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għal kull pajjiż terz. Il-pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għandu jiġi aġġornat kull sena, jew aktar ta’ spiss fil-każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, u jkun fih:
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a)  analiżi tas-sitwazzjoni konsulari fil-pajjiż, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-ambaxxati jew il-konsulati tal-Istati Membri, estimu tal-għadd ta’ ċittadini tal-Unjoni u fejn jinsabu, u valutazzjoni tar-riskju tal-aktar xenarji plawżibbli li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-Unjoni;
(a)  analiżi tas-sitwazzjoni konsulari fil-pajjiż, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-ambaxxati jew il-konsulati tal-Istati Membri, estimu tal-għadd ta’ ċittadini tal-Unjoni u fejn jinsabu, u valutazzjoni tar-riskju tal-aktar xenarji plawżibbli li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-Unjoni; bħal, iżda mhux limitati għal, riskji militari, politiċi, kriminali u tas-saħħa, u diżastri naturali;
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Fejn ikunu preżenti, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-qbil dwarhom, abbażi ta’ kontributi magħmula mill-ambaxxati jew mill-konsulati tal-Istati Membri rrappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat u l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, għas-SEAE u għas-servizzi tal-Kummissjoni.
Fejn ikunu preżenti, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-qbil dwarhom, abbażi ta’ kontributi magħmula mill-ambaxxati jew mill-konsulati tal-Istati Membri rrappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat u l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati. Dan jista’ jinkludi, fejn meħtieġ, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, għas-SEAE u għas-servizzi tal-Kummissjoni.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkollaboraw fl-użu ta’ Sistemi ta’ Twissija Bikrija biex jippermettu d-detezzjoni f’waqtha ta’ kriżijiet jew perikli potenzjali, bħal diżastri naturali, inkwiet politiku, jew emerġenzi tas-saħħa, fil-pajjiż terz ikkonċernat. Dawn is-sistemi għandhom jużaw l-analitika tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju, u l-kondiviżjoni tal-intelligence biex jipprovdu indikaturi bikrija ta’ theddid emerġenti, u b’hekk itejbu l-effettività tal-isforzi ta’ tħejjija u rispons għall-kriżijiet.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom, b’mezzi u għodod xierqa, dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk.
4.  L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jieħdu miżuri proattivi sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini tagħhom jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom, b’mezzi u għodod xierqa, dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk, b’mod partikolari meta l-pajjiżi terzi inkwistjoni mhumiex ikkunsidrati bħala kompletament siguri.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-bidliet fil-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar liċ-ċittadini minn kmieni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u għandhom jaraw li jiżguraw konsistenza fil-livell ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar mogħtija.”;
5.  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-bidliet fil-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar liċ-ċittadini minn kmieni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u għandhom jaraw li jiżguraw konsistenza fil-livell ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar mogħtija.” L-Istati Membri għandhom dejjem jinformaw lil xulxin kull darba li jsiru konxji minn riskji ogħla għas-sigurtà.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-Istati Membri għandhom itejbu s-sensibilizzazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, inkluż billi jikkondividu regolarment aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju u theddid possibbli għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE, u billi jiskambjaw informazzjoni dwar il-parir tagħhom dwar l-ivvjaġġar.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Is-SEAE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandu jipprovdi taħriġ dwar it-tħejjija, is-simulazzjoni u r-rispons konsulari għall-kriżijiet lill-uffiċjali tal-Unjoni u lill-persunal diplomatiku u konsulari tal-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jipprovdu assistenza liċ-ċittadini tal-UE barra mill-pajjiż.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13a – paragrafu 2
2.  Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn timijiet konsulari konġunti magħmula minn esperti mill-Istati Membri, b’mod partikolari minn Stati Membri mhux rappreżentati fil-pajjiż terz affettwat mill-kriżi, mis-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni. It-timijiet konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għal skjerament rapidu f’pajjiżi terzi affettwati minn kriżi konsulari. Il-parteċipazzjoni f’timijiet konsulari konġunti għandha tkun volontarja.
2.  Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn timijiet konsulari konġunti magħmula minn esperti mill-Istati Membri, b’mod partikolari minn Stati Membri mhux rappreżentati fil-pajjiż terz affettwat mill-kriżi, mis-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni. It-timijiet konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għal skjerament rapidu f’pajjiżi terzi affettwati minn kriżi konsulari. Il-parteċipazzjoni f’timijiet konsulari konġunti għandha tkun volontarja. Is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw it-tħejjija ta’ dawk l-esperti u tat-timijiet konsulari konġunti.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13a – paragrafu 4
4.  Meta jipprovdu għajnuna, l-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ, jekk ikun xieraq, minn strumenti tal-Unjoni bħall-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-SEAE u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tiegħu ul-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.;
4.  Meta jipprovdu għajnuna, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn strumenti tal-Unjoni bħall-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-SEAE u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu wkoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u, jekk ikun xieraq, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE taħt il-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni u l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE kif previst fil-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża”.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13a – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  fil-Kapitolu 2, jiddaħħal l-Artikolu 13ad li ġej: “Artikolu 13ad Protezzjoni speċjali tat-tfal L-Istati Membri, bl-appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jieħdu miżuri speċjali biex jiżguraw id-dritt għall-protezzjoni konsulari tat-tfal, li huma ċittadini tal-UE, f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari meta jkun hemm riskju ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-każ li tiġi provduta assistenza konsulari lit-tfal, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħjar interess tat-tfal bħala l-kunsiderazzjoni primarja tagħhom.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà l-informazzjoni li ġejja:
Darba kull sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lis-SEAE ulill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13b – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), disponibbli għall-pubbliku b’mod li jiżgura l-koerenza tal-informazzjoni pprovduta.
2.  L-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, disponibbli għall-pubbliku b’mod li jiżgura l-koerenza tal-informazzjoni pprovduta.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13b – paragrafu 3
3.  Meta jintalbu mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’format li jinqara minn magna.
3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’format li jinqara minn magna.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom bid-dritt tagħhom stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE. Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari l-miżuri li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom bid-dritt tagħhom stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE b’mod partikolari billi:
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13c – paragrafu 1 – punt a
(a)  ir-riproduzzjoni tal-Artikolu 23, l-ewwel sentenza, tat-TFUE fuq il-passaporti nazzjonali;
imħassar
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13c – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali u sistemi ta’ notifika awtomatizzati, bħall-SMS permezz ta’ networks telefoniċi, biex iċ-ċittadini tal-UE jiġu pprovduti b’dettalji ta’ kuntatt essenzjali għall-protezzjoni konsulari meta jidħlu f’pajjiż terz, kif ukoll messaġġi ta’ twissija matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13c – paragrafu 1a (ġdid)
1 a.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirriproduċu l-Artikolu 23, l-ewwel sentenza, tat-TFUE fuq il-passaporti nazzjonali f’post viżibbli.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Jekk ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru li jassisti meta jagħmel talba għal għajnuna, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat jiffirma impenn li jħallas lura. Fuq dik il-bażi, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat ikkonċernat biex iħallas dawn il-kostijiet ladarba jkunu għaddew 4 ġimgħat minn meta tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna.Il-fatt li ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta jagħmel talba għal għajnuna ma għandux jaffettwa d-dritt tiegħu li jirċievi protezzjoni konsulari.
Jekk ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru li jassisti meta jagħmel talba għal għajnuna, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat jiffirma impenn li jħallas lura. Fuq dik il-bażi, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat ikkonċernat biex iħallas dawn il-kostijiet ladarba jkunu għaddew tliet xhur minn meta tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna. Il-fatt li ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta jagħmel talba għal għajnuna ma għandux jaffettwa d-dritt tiegħu li jirċievi protezzjoni konsulari.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 14 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard li għandhom jintużaw għall-impenn ta’ ħlas lura imsemmi fil-paragrafu 2 u għall-ħlas lura tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità msemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15a(2).
6.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard, disponibbli bil-lingwi kollja tal-Istati Membri, li għandhom jintużaw għall-impenn ta’ ħlas lura imsemmi fil-paragrafu 2 u għall-ħlas lura tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità msemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15a(2).
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(4) rigward ir-reġistrazzjoni u n-notifika tal-ivvjaġġar taċ-ċittadini lejn pajjiżi terzi jew ir-residenza fihom.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb)  jipprovdu l-informazzjoni u t-twissijiet imsemmija fl-Artikolu 13c(1), il-punt (-a);
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc)  jipproċessaw informazzjoni u reġistrazzjonijiet ta’ vjaġġi jew residenza pprovduti f’konformità mal-Artikolu 13(4).
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 6
6.  Meta jipproċessaw id-data personali msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi tas-suġġetti tad-data. Huma għandhom jintroduċu wkoll politiki interni u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali data personali u t-trażmissjoni tagħha mingħajr awtorizzazzjoni.
6.  Meta jipproċessaw id-data personali msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Huma għandhom jintroduċu wkoll politiki interni u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali data personali u t-trażmissjoni tagħha mingħajr awtorizzazzjoni.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 13a u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 13a u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679. Id-data personali msemmija fil-paragrafu 5 għandha tiġi eskluża minn tali trasferiment, sakemm ma jkunx inkiseb il-kunsens espliċitu minn qabel taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16b – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom rimedju effettiv fid-dritt nazzjonali f’każ ta’ ksur ta’ drittijiethom skont din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom aċċess effettiv għal mekkaniżmi tal-ilmenti u rimedji fid-dritt nazzjonali f’każ ta’ ksur ta’ drittijiethom skont din id-Direttiva.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
“Mhux qabel [8 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Mhux aktar tard minn [ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali
PDF 121kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (07577/2024 – C9-0135/2024 – 2023/0353(NLE))
P9_TA(2024)0337A9-0177/2024

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07577/2024),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (12126/2023),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0135/2024),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0177/2024),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika
PDF 134kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105 – C9-0058/2022 – 2022/0066(COD))
P9_TA(2024)0338A9-0234/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0105),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(2) u 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0058/2022),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Lulju 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0234/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

P9_TC1-COD(2022)0066


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/1385.)

(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 93.


Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità
PDF 134kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (COM(2023)0512 – C9-0328/2023 – 2023/0311(COD))
P9_TA(2024)0339A9-0003/2024
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0512),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62, l-Artikolu 91 u l-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0328/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2024(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0003/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

P9_TC1-COD(2023)0311


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2841.)

(1) ĠU C, C/2024/1595, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1595/oj.
(2) ĠU C, C/2024/1981, 18.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1981/oj.


Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru
PDF 133kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru (COM(2023)0698 – C9-0398/2023 – 2023/0393(COD))
P9_TA(2024)0340A9-0059/2024
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0698),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2), il-punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0398/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2024(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0059/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li testendi d-Direttiva (UE) 2024/2841 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru

P9_TC1-COD(2023)0393


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2842.)

(1) ĠU C, C/2024/1981, 18.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1981/oj.


Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti
PDF 720kWORD 354k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti fl-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031, 2017/625 u 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE (ir-Regolament dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti) (COM(2023)0414 – C9-0236/2023 – 2023/0227(COD))
P9_TA(2024)0341A9-0149/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0414),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0236/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0149/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti fl-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE), 2017/625 u 2018/848 u 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE (ir-Regolament dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti) [Em. 1]

P9_TC1-COD(2023)0227


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bdiewa u Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali, adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-28 ta’ Settembru 2018, [Em. 2]

Filwaqt li jaġixxu f’konformità l-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Ir-regoli għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti (“PRM”) tal-għelejjel agrikoli, tal-ħxejjex, tad-dwieli u tal-pjanti tal-frott ilhom stabbiliti fil-livell tal-Unjoni mis-snin sittin. Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM fit-territorju tal-Unjoni huma rregolati bid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE((3)); 66/402/KEE((4)); 68/193/KEE((5)); 2002/53/KE((6)); 2002/54/KE((7)); 2002/55/KE((8)); 2002/56/KE((9)); 2002/57/KE((10)); 2008/72/KE((11)) u 2008/90/KE((12)) (id-“Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM”). Dawn l-atti legali ffurmaw il-qafas legali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM u, għalhekk, kienu ta’ importanza kbira għall-ħolqien tas-suq intern tal-PRM fl-Unjoni.

(2)  Il-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqin mill-Kummissjoni fl-2013 u fl-2023 ikkonfermaw li dawk id-Direttivi kellhom impatt sinifikanti fuq il-moviment liberu, fuq id-disponibbiltà u fuq il-kwalità għolja tal-PRM fis-suq tal-Unjoni u, b’hekk, iffaċilitaw il-kummerċ tal-PRM fl-Unjoni.

(3)  Madankollu, ir-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM jeħtieġ li jiġu adattati għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fl-oqsma tat-tekniki tal-produzzjoni agrikola u ortikulturali u tat-tnissil tal-pjanti. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni jeħtieġ li tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-bidliet fl-istandards internazzjonali u tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttivi dwar il-PRM. Dawk ir-regoli jeħtieġ li jiġu ċċarati sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni aktar armonizzata. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM jiġu ssostitwiti b’Regolament uniku dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM fl-Unjoni.

(4)  Il-PRM jikkostitwixxi l-materjal tal-bidu għall-produzzjoni tal-pjanti fl-Unjoni. Għalhekk, huwa kritiku għall-produzzjoni tal-materja prima għal skopijiet ta;-ikel u ta;-għalf u għall-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-pjanti. Huwa għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u għall-kwalità tal-katina alimentari u tal-provvista tal-ikel fl-Unjoni kollha kemm hi. F’dan ir-rigward, id-disponibbiltà ta’ kwalità għolja u d-diversità tal-PRM, inklużi l-varjetajiet adattati lokalment li jista’ jkollhom il-benefiċċju li jkollhom tolleranza ogħla għall-istress bijotiku u abjotiku, jidhru li huma ta’ importanza kbira sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel sostenibbli mitlubin fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt(13), fl-agrikoltura, fl-ortikultura, fil-ħarsien tal-ambjent, fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-adattament għalih, fis-sigurtà tal-ikel u tal-għalf u fl-ekonomija b’mod ġenerali. [Em. 3]

(5)  Għalhekk, sabiex tinkiseb din it-tranżizzjoni għal sistemi tal-ikel sostenibbli, jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tqis il-ħtieġa li, fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, tiġi żgurata l-adattabilità tal-produzzjoni tal-PRM għall-kundizzjonijiet agrikoli, ortikulturali u ambjentali li qegħdin jinbidlu, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tibdil fil-klima, sabiex tiġi protetta, irrestawrata u promossa u rrestawrata l-bijodiversità u tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, u biex jintlaħqu l-aspettattivi dejjem akbar tal-bdiewa u tal-konsumaturi relatati mal-kwalità, mas-sikurezza, mad-diversità u mas-sostenibbiltà tal-PRM. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistimula l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ PRM reżiljenti li jikkontribwixxi għat-titjib tal-għelejjel li jippromwovu s-saħħa tal-ħamrija. [Em. 4]

(6)  Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikopri biss il-PRM ta’ ċerti ġeneri u speċijiet ta’ importanza ekonomika u soċjali akbar. Jenħtieġ li dik l-importanza tiġi vvalutata skont jekk dawn il-ġeneri u l-ispeċijiet jirrappreżentawx qasam sinifikanti ta’ produzzjoni u ta’ valur fl-Unjoni, skont ir-rwol tagħhom għas-sigurtà tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf fl-Unjoni, u skont jekk ikunux kummerċjalizzati f’tal-anqas żewġ Stati Membri. Dak il-qasam ta’ produzzjoni u ta’ valur jista’ jikkonċerna diversi aspetti tekniċi. Skont iċ-ċirkostanzi, jista’ jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ fatturi bħad-daqs totali tal-art produttiva f’diversi żoni differenti tal-Unjoni, il-valur tal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM fir-rigward ta’ setturi speċifiċi, jew id-domandi għal dawk l-ispeċijiet mill-bdiewa, mill-utenti finali u mill-industrija.

(7)  Jenħtieġ li dawk il-ġeneri u l-ispeċijiet jiġu elenkati u kklassifikati skont l-użu maħsub tagħhom, jiġifieri bħala għelejjel agrikoli, ħxejjex, pjanti tal-frott jew dielja. Dik il-klassifikazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, peress li xi speċijiet huma importanti biss għal ċerti użi.

(8)  Barra minn hekk, xi varjetajiet jista’ jkollhom ċerti karatteristiċi li, meta jiġu kkultivati f’ċerti kundizzjonijiet, jista’ jkollhom effetti agronomiċi mhux mixtieqa li jimminaw l-objettiv tar-Regolament ta’ kontribut għas-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola. Dan l-objettiv jista’ jinkiseb biss jekk varjetajiet bħal dawn ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet xierqa ta’ kultivazzjoni li fihom jiġu evitati dawk l-effetti agronomiċi mhux mixtieqa. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet japplikaw għall-kultivazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet għall-produzzjoni tal-ikel, tal-għalf jew tal-materjali industrijali u mhux biss meta jkunu maħsubin għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri l-kundizzjonijiet li fihom jiġu kkultivati dawk il-varjetajiet, anki għall-produzzjoni tal-ikel, tal-għalf jew ta’ prodotti oħrajn.

(9)  Jenħtieġ li l-PRM jiġi ddefinit b’mod komprensiv, inklużi l-impjanti kollha li kapaċi jipproduċu pjanti sħaħ u li jkunu maħsubin għal dan l-għan. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri ż-żrieragħ kif ukoll kull forma oħra ta’ pjanti fi kwalunkwe stadju tat-tkabbir, li jistgħu jipproduċu pjanti sħaħ u li jkunu maħsubin għal dan l-għan.

(10)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkoprix il-materjal riproduttiv tal-foresti minħabba l-karatteristiċi partikolari tiegħu, u l-kunċetti u t-terminoloġija applikabbli li huma differenti ħafna. Għal din ir-raġuni, il-materjal riproduttiv tal-foresti huwa soġġett għal att legali separat, u primarjament għar-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) +.

(11)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkoprix il-materjal ta’ propagazzjoni ta’ pjanti ornamentali, minħabba li wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ġie konkluż li d-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE ((15)) għadha tkopri l-ħtiġijiet ta’ dak is-settur b’mod adegwat.

(12)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament la ma jkopri l-PRM esportat lejn pajjiżi terzi, u lanqas il-PRM użat bissmibjugħ jew ittrasferit fi kwalunkwe mod għall-ittestjar uffiċjali, għat-tnissil, għall-ispezzjonijiet, għall-wirjiet jew għal skopijiet xjentifiċi, inkluża riċerka fl-azjendi agrikoli. Dan minħabba li kategoriji bħal dawn ta’ PRM ma jeħtiġux identità jew standards ta’ kwalità armonizzati partikolari u ma jikkompromettux l-identità u l-kwalità ta’ PRM ieħor ikkummerċjalizzat fl-Unjoni. [Em. 5]

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkoprix il-PRM mibjugħ jew ittrasferit b’xi mod ieħor, kemm jekk mingħajr ħlas kif ukoll jekk le, bejn kwalunkwe persuna għall-użu privat tagħha stess u barra min-negozju tagħha. Ikun sproporzjonat li jiġu stabbiliti regoli għal użu bħal dan tal-PRM, peress li dan it-tip ta’ trasferiment normalment ikun limitat għal ammonti żgħar ħafna, ma jkollu l-ebda skop kummerċjali u jkun ristrett għal attivitajiet privati.

(13a)   Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkoprix il-PRM aċċessat, mibjugħ jew ittrasferit bi kwalunkwe mod fi kwantitajiet limitati kif definit fl-Anness VIIa, kemm jekk mingħajr ħlas kif ukoll jekk le, għall-iskop ta’ konservazzjoni dinamika peress li dak it-tip ta’ PRM ma jirrikjedix identità jew standards ta’ kwalità armonizzati partikolari u ma jikkompromettix l-identità u l-kwalità ta’ PRM ieħor ikkummerċjalizzat fl-Unjoni. [Em. 6]

(14)  Sabiex ikunu jistgħu jsiru għażliet informati mill-utenti, jenħtieġ li l-PRM jiġi prodott u kkummerċjalizzat biss jekk ikun jappartjeni għal varjetajiet irreġistrati f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet.

(15)  Madankollu, xieraq li s-salvaġġ jiġi eżentat, meta jkun meħtieġ, mir-rekwiżit li jkun jappartjeni għal varjetà, peress li għalkemm huwa ta’ valur sinifikanti, spiss ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ varjetà.

(16)  Sabiex jiġu żgurati l-identità, il-kwalità u t-trasparenza u sabiex ikunu jistgħu jsiru għażliet informati mill-utenti, jenħtieġ li bħala regola ġenerali l-PRM jiġi prodott jew kkummerċjalizzat taħt kategoriji predefiniti. Jenħtieġ li dawk il-kategoriji jirriflettu stadji ta’ ġenerazzjoni u livelli ta’ kwalità differenti, u, fuq il-bażi tat-terminoloġija stabbilita internazzjonalment, għandhom jissejħu żerriegħa “prebażika”, “bażika”, “iċċertifikata” u “standard”, u materjal “prebażiku”, “bażiku”, “iċċertifikat” u “standard”, fil-każ tal-PRM li ma jkunx żrieragħ, u .

(17)  Jenħtieġ li l-PRM ta’ kull waħda minn dawk il-kategoriji jiġi prodott u kkummerċjalizzat f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ identifikazzjoni u ta’ kwalità tiegħu, u sabiex ikun allinjat mal-aħħar żviluppi tekniċi u xjentifiċi. Dawk l-istandards jenħtieġ li jinkludu, kif applikabbli, l-Iskemi għaċ-Ċertifikazzjoni Varjetali jew għall-Kontroll taż-Żrieragħ li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi ((16)) (“Skemi taż-Żrieragħ tal-OECD”), l-istandards tal-patata taż-żrigħ tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE), u r-regoli dwar il-kampjunar taż-żrieragħ u l-ittestjar tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ (ISTA).

(18)  F’konformità ma’ dawk l-istandards, jenħtieġ li l-konformità tal-PRM mar-rekwiżiti għall-kategoriji prebażiċi, bażiċi jew iċċertifikati tiġi kkonfermata permezz ta’ spezzjonijiet, kampjunar, ittestjar u ttestjar b’roqgħa tal-kontroll uffiċjali mwettqin mill-awtoritajiet kompetenti (“ċertifikazzjoni uffiċjali”) u jenħtieġ li tiġi attestata b’tikketta uffiċjali.

(18a)   Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli għall-produzzjoni in vitro tal-kloni u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. [Em. 7]

(19)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-kloni, tal-kloni magħżulin, tat-taħlitiet multiklonali u tal-PRM poliklonali, minħabba l-importanza u l-użu akbar tagħhomtiegħu fis-settur tal-PRM. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, l-għażliet informati għall-utenti tagħhom u l-kontrolli uffiċjali effettivi, jenħtieġ li l-kloni magħżula u l-PRM poliklonali jiġu rreġistrati f’reġistru pubbliku speċjali stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli għaż-żamma tal-kloni sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u l-identifikazzjoni tagħhom. [Em. 8]

(20)  L-operaturi professjonisti jenħtieġ li jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti sabiex iwettqu ċertifikazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-PRM li jappartjeni għal ċerti speċijiet u kategoriji u jistampaw it-tikketta uffiċjali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għas-superviżjoni uffiċjali rispettiva mill-awtorità kompetenti u għall-irtirar ta’ dik l-awtorizzazzjoni jew għall-modifika tagħha. Dawk ir-regoli huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li s-sistema kollha ta’ ċertifikazzjoni taħdem b’mod effettiv.

(21)  Sabiex jiġu żgurati l-purità u l-omoġeneità massimi possibbli tal-PRM, jenħtieġ li l-PRM jinżamm f’lottijiet separati, u separat minn materjal ieħor differenti mill-PRM, bħall-ħbub għall-ikel jew għall-għalf.

(22)  Fid-dawl tad-diversità kbira tal-PRM, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jkunu jistgħu jikkummerċjalizzaw il-lottijiet tal-PRM fil-forma ta’ pjanti, ta’ pakketti, ta’ gzuz jew ta’ kontenituri individwali, jew bl-ingrossa.

(23)  Jenħtieġ li jiġu adottati regoli għat-tikkettar tal-PRM sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni xierqa ta’ dak il-materjal għal kull kategorija permezz tal-attestazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti rispettivi dwar iż-żerriegħa u l-materjal prebażiċi, bażiċi, iċċertifikati u standard.

(24)  Fil-każ ta’ żerriegħa u ta’ materjal prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati, jenħtieġ li tinħareġ tikketta uffiċjali mill-awtorità kompetenti, filwaqt li għal żerriegħa jew għal materjal standard jenħtieġ li tinħareġ tikketta tal-operatur. Dan huwa meħtieġ sabiex issir distinzjoni bejn il-PRM soġġett għal ċertifikazzjoni (ċertifikazzjoni uffiċjali jew ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali) u l-PRM prodott taħt ir-responsabbiltà tal-operatur professjonist. Il-ħruġ ta’ tikketta speċifika għandu l-għan li tiffaċilita għażliet informati mill-operaturi professjonisti u mill-konsumaturi li jaf ikunu jixtiequ jagħżlu PRM ta’ standards differenti. Tkun tiffaċilita wkoll il-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti fit-tfassil tal-kontrolli uffiċjali tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti rispettivi ta’ kull kategorija.

(25)  Jenħtieġ li t-tikketta uffiċjali tiġi stampata u titwaħħal mill-operaturi professjonisti awtorizzati u taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti. Madanakollu, u billi ċerti operaturi professjonisti jaf ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex iwettqu l-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni kollha u jistampaw tikketti uffiċjali, jenħtieġ li jkun previst li kwalunkwe stadju taċ-ċertifikazzjoni jkun jista’ jitwettaq mil l-awtoritajiet kompetenti meta jitolbuhom l-operaturi professjonisti.

(26)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontenut u l-forma tat-tikketta uffiċjali u tat-tikketta tal-operatur, sabiex jiġu żgurati applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti rispettivi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni għal kull kategorija u għall-identifikazzjoni ta’ dawk it-tikketti.

(27)  Jenħtieġ li kull tikketta uffiċjali u kull tikketta tal-operatur jkun fihom numru tas-serje, sabiex jiġu ggarantiti l-identifikazzjoni u t-traċċabilità xierqa tal-PRM ikkonċernat u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

(28)  Id-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM u l-prattika u l-istandards internazzjonali jirrikjedu li ż-żrieragħ li jappartjenu għal ċerti speċijiet jiġu prodotti u kkummerċjalizzati biss bħala żrieragħ prebażiċi, bażiċi jew iċċertifikati, minħabba l-importanza tagħhom għas-sigurtà tal-ikel u għall-ipproċessar industrijali, u għall-protezzjoni tal-interessi tal-bdiewa li jużawhom. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li ċerti żrieragħ jiġu prodotti u kkummerċjalizzati biss bħala żrieragħ prebażiċi, bażiċi jew ċertifikati, jekk il-kostijiet għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom ikunu proporzjonati għall-iskop li tiġi żgurata żerriegħa ta’ kwalità għall-bdiewa, għas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, jew ikunu proporzjonati għall-iskop li jiġi żgurat valur għoli tal-ipproċessar industrijali. Jenħtieġ li dawk il-kostijiet ikunu proporzjonati wkoll għall-ilħuq tal-ogħla standards li jikkonċernaw l-identità u l-kwalità taż-żerriegħa, f’konformità mar-rekwiżiti għal żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ dawk l-ispeċijiet ta’ żrieragħ li għalihom iż-żerriegħa tista’ tiġi prodotta u kkummerċjalizzata biss bħala żrieragħ prebażiċi, bażiċi jew iċċertifikati.

(29)  Iż-żrieragħ spiss jiġu kkummerċjalizzati f’taħlitiet varjetali tal-istess speċi jew f’taħlitiet ta’ speċijiet. Madankollu, jenħtieġ li ż-żrieragħ tal-ġeneri jew tal-ispeċijiet, koperti minn dan ir-Regolament, jitħallew jiġu prodotti u kkummerċjalizzati f’taħlitiet biss b’żrieragħ tal-ġeneri jew tal-ispeċijiet koperti minn dan ir-Regolament. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li jiġu rrispettati l-istandards tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni rispettivi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jippermettu l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ taħlita ta’ żrieragħ koperta minn dan ir-Regolament, ma’ żrieragħ li ma jappartjenux għal ġeneri jew għal speċijiet koperti minn dan ir-Regolament, għall-iskopijiet tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi u tal-preservazzjoni tal-ambjent naturali. Dan minħabba li dawk l-ispeċijiet huma dawk l-aktar adattati għall-iskop ta’ dik il-preservazzjoni. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar dawk it-taħlitiet sabiex jiġu żgurati l-identità u l-kwalità tagħhom.

(30)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar l-imballaġġ mill-ġdid u t-tikkettar mill-ġdid ta’ żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata, sabiex jiġi ggarantit li l-identità u l-kwalità tal-PRM rispettiv mhux se jkunu soġġetti għal tibdil matul dawk l-operazzjonijiet.

(31)  Jenħtieġ li jsiru testijiet b’roqgħa ta’ kontroll sabiex jiġu vverifikati l-identità u l-purità varjetali tal-lottijiet taż-żrieragħ individwali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar dawk it-testijiet fuq żerriegħa prebażika, bażika, iċċertifikata u standard, fuq il-bażi tal-istandards internazzjonali applikabbli u tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM.

(32)  Ċerti tipi ta’ varjetajiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti dwar id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà. Madankollu, huma importanti għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, li huma kruċjali għad-diversità ġenetika tal-għelejjel u essenzjali għall-adattament għall-bidliet ambjentali u għall-ħtiġijiet futuri. Tradizzjonalment jitkabbru jew jiġu prodotti varjetajiet ġodda prodotti lokalment f’kundizzjonijiet lokali speċifiċi u dawn jiġu adattati għal dawk il-kundizzjonijiet. Huma kkaratterizzati, b’mod partikolari, minn uniformità mnaqqsa minħabba l-livell għolisodisfaċenti ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn unitajiet riproduttivi individwali. Dawk il-varjetajiet jissejħu “varjetajiet ta’ konservazzjoni”. Huwa xieraq li jiġi rikonoxxut li l-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi huwa proċess dinamiku u li jenħtieġ li jiġu inklużi varjetajiet imrobbija ġodda adattati għall-kundizzjonijiet lokali. Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet jikkontribwixxu għall-objettivi tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u għall-Agrikoltura sabiex jippromwovu l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u għall-agrikoltura ((17)). Bħala parti għat-Trattat, l-Unjoni ħadet impenn li ssostni dawk l-objettivi. [Em. 9]

(33)  Fid-dawl ta’ dawk il-karatteristiċi speċjali tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni, u permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM li jappartjeni għalihom jenħtieġ li jkunu permessi fil-qafas ta’ rekwiżiti anqas stretti. Dak l-objettiv huwa allinjat mal-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u b’mod partikolari, mal-prinċipju tal-protezzjoni tal-bijodiversità. Għalhekk, huwa xieraq li dak il-materjal jitħalla jikkonforma mar-rekwiżiti għal materjal standard għall-ispeċijiet ikkonċernati. Għalhekk, jenħtieġ li l-PRM li jappartjeni għall-varjetajiet ta’ konservazzjoni jiġi ttikkettat bl-indikazzjoni “Varjetajiet ta’ konservazzjoni”. Jenħtieġ li dawk il-varjetajiet jiġu rreġistrati wkoll, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti u jiġu ggarantiti l-għażliet informati għall-utenti tagħhom u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

(34)  L-esperjenza mill-applikazzjoni tad-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni wriet li l-utenti finali tal-PRM (ġardinara dilettanti u oħrajn) spiss ikunu interessati li jużaw PRM aktar divers li jwieġeb għal ħtiġijiet differenti, mingħajr ma neċessarjament ikollhom l-istess domandi relatati mal-kwalità bħall-operaturi professjonisti. Għalhekk, xieraq li jkun permess, b’deroga minn ċerti regoli, li l-PRM ikun jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-utenti finali mingħajr ma jkollu jikkonforma mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-varjetajiet u mingħajr ma jkollu jikkonforma mar-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni jew mar-rekwiżiti għall-materjal standard. Dik id-deroga hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata varjetà usa’ għall-offerta tal-konsumatur, filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti ġenerali dwar il-kwalità. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza u ta’ kontroll aħjar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-imballaġġ u għat-tikkettar tal-PRM maħsub għall-utenti finali biss. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti li jużaw din id-deroga għall-kummerċjalizzazzjoni lill-utenti finali jinnotifikaw dik l-attività lill-awtoritajiet kompetenti.

(35)  Ħafna banek tal-ġeni, organizzazzjonijiet u networks joperaw fl-Unjoni b’objettiv li jikkonservaw ir-riżorsi ġenetiċi tal-pjantigħall-konservazzjoni dinamika. Sabiex tiġi ffaċilitata l-attività tagħhom, xieraq li jkun permess li l-PRM li jiġi kkummerċjalizzat lilhom, jewminnhom, bejniethom u fosthom, jidderoga mir-rekwiżiti stabbiliti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, u li minflok jikkonforma ma’ regoli anqas stretti. [Em. 10]

(36)  Il-bdiewa normalment jiskambjaw kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ in natura jew għal kumpens monetarju sabiex iwettqu ġestjoni dinamika taż-żerriegħatal-PRM tagħhom stess. Għalhekk, xieraq li tiġi pprovduta deroga mir-rekwiżiti stabbiliti għall-iskambji ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħPRM bejn il-bdiewa, bi kwantitajiet massimi li għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Deroga bħal din tista’ tapplika jekk dawk iż-żrieragħil-PRM ma jkunux jappartjenu għal varjetà li għaliha jkunu ngħataw drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2100/94((18)). Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu dawk il-kwantitajiet żgħar għal speċijiet speċifiċis-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, sabiex tistabbilixxi, għal kull sena, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda użu ħażin ta’ deroga bħal din li jkollu impatt fuq il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħspeċi, il-kwantità massima li tista’ tiġi skambjata. [Em. 11]

(37)  Skont id-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, huma permessi derogi mir-rekwiżiti stabbiliti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM li jappartjenu għal varjetajiet li għadhom ma humiex irreġistrati; ta’ varjetajiet li għadhom ma ġewx ittestjati kompletament; ta’ żerriegħa li ma tikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli li għandha ssir disponibbli malajr fis-suq; ta’ żerriegħa li għadha ma ġietx iċċertifikata b’mod finali; ta’ PRM li għandu jiġi awtorizzat temporanjament sabiex jindirizza diffikultajiet temporanji fil-provvista; u ta’ PRM għat-twettiq ta’ esperimenti temporanji sabiex jinstabu alternattivi aħjar għal ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar ir-rekwiżiti sabiex il-PRM ikun jappartjeni għal varjetà reġistrata u sabiex jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti ta’ identità u ta’ kwalità. Dawk id-derogi kienu utli u meħtieġa għall-operaturi professjonisti u għall-awtoritajiet kompetenti, mingħajr ma ħolqu problemi għas-suq intern tal-PRM. Għalhekk, jenħtieġ li jinżammu. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet dwar dawk id-derogi, sabiex jiġi żgurat li ma jintużawx ħażin u li ma jaffettwawx b’mod negattiv is-suq intern tal-PRM.

(38)  L-użu tal-PRM li ma jagħmilx parti minn varjetà skont dan ir-Regolament, iżda pjuttost jappartjeni għal raggruppament ta’ pjanti fi ħdan unità tassonomika botanika unika, b’livell għoli ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn unitajiet riproduttivi individwali (“materjal eteroġenu”), jista’ jkollu benefiċċji speċjalment fil-produzzjoni organika u fl-agrikoltura b’input baxx, permezz tat-titjib tar-reżiljenza u ż-żieda tad-diversità ġenetika fi ħdan l-ispeċi ta’ pjanti kkultivati. Għalhekk, il-PRM ta’ materjal eteroġenu, bl-eċċezzjoni ta’ pjanti tal-għalf, jenħtieġ li jitħalla jiġi prodott u kkummerċjalizzat mingħajr ma jkollu jikkonforma mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-varjetajiet u mar-rekwiżiti l-oħrajn tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-materjal. [Em. 12]

(38a)   Il-materjal eteroġenu ma jikkonsistix f’OĠM jew fi pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 kif iddefinita fir-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19)(20) [ir-Regolament dwar l-NGT]. [Em. 13]

(39)  Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni tal-PRM jeħtieġ li jikkonformaw mal-ogħla standards possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-importazzjoni tal-PRM minn pajjiżi terzi tkun permessa biss jekk valutazzjoni tal-identità u tal-istandards ta’ kwalità applikabbli tagħhom u tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tistabbilixxi li PRM bħal dan jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-PRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni. Jenħtieġ li valutazzjoni bħal din tkun ibbażata fuq eżami bir-reqqa tal-informazzjoni pprovduta mill-pajjiż terz u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tiegħu. Jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq l-eżitu sodisfaċenti ta’ awditu mwettaq mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz rispettiv, meta dak l-awditjar jitqies meħtieġ mill-Kummissjoni.

(40)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tikkettar u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-PRM importat għall-iskopijiet tal-identifikazzjoni, tat-traċċabilità u tal-għażliet informati xierqa tiegħu mill-utenti tiegħu u sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli uffiċjali.

(41)  Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u kontrolli aktar effettivi fuq il-produzzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jkunu reġistrati. Xieraq li jirreġistraw fir-reġistri stabbiliti mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ((21)), sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk l-operaturi professjonisti. Dan huwa proporzjonat ukoll minħabba li l-maġġoranza l-kbira tal-operaturi professjonisti li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-PRM diġà huma rreġistrati fir-reġistri tal-operaturi professjonisti ta’ dak ir-Regolament.

(42)  Jenħtieġ li jiġu introdotti obbligi speċifiċi u proporzjonati għall-operaturi professjonisti attivi fil-qasam tal-produzzjoni bil-ħsieb għall-kummerċjalizzazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, sabiex jiġu żgurati r-responsabbiltà tagħhom, kontrolli uffiċjali aktar effettivi u l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet speċifiċi tal-mikrointrapriżi. [Em. 14]

(43)  L-esperjenza wriet li l-affidabbiltà u l-kwalità tal-PRM kummerċjalizzat jistgħu jitqiegħdu fil-periklu meta jkun impossibbli li jiġi traċċat materjal li ma jikkonformax mal-istandards applikabbli. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema komprensiva ta’ traċċabilità li tippermetti l-irtirar mis-suq jew il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-utenti tal-PRM jew tal-awtoritajiet kompetenti. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jkun obbligatorju li l-operaturi professjonisti jżommu l-informazzjoni u r-rekords dwar it-trasferimenti minn u lejn utenti professjonisti. Madankollu, żamma tar-rekords bħal din ma hijiex xierqa għall-kummerċjalizzazzjoni fil-livell tal-konsumatur.

(44)  Huwa importanti li jiġi żgurat li, bħala regola ġenerali, il-PRM kollu tal-ġeneri u tal-ispeċijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun soġġett għar-reġistrazzjoni tal-varjetà li għaliha jappartjeni dak il-PRM, id-deskrizzjoni tal-varjetà u r-regoli korrispondenti.

(45)  Jenħtieġ li l-varjetajiet jiġu rreġistrati f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, sabiex jiġu żgurati għażliet informati mill-utenti tagħhom u kontrolli uffiċjali aktar effettivi.

(46)  Jenħtieġ li r-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet jinkludi żewġ tipi ta’ varjetajiet: varjetajiet irreġistrati fuq il-bażi ta’ deskrizzjoni uffiċjali, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ distintività, ta’ uniformità u ta’ stabbiltà (“DUS”), u varjetajiet irreġistrati fuq il-bażi ta’ deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment fil-każ ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni. L-eżistenza ta’ dawk iż-żewġ deskrizzjonijiet differenti hija meħtieġa sabiex jiġu sseparati ż-żewġ kategoriji ta’ varjetajiet, f’liema każ l-ewwel waħda hija bbażata fuq ir-riżultati tal-ittestjar tad-DUS, filwaqt li l-oħra hija bbażata fuq data storika dwar l-użu tal-varjetà u l-esperjenza prattika. Barra minn hekk, approċċ bħal dan jista’ joffri l-informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi tal-varjetajiet u l-identità tagħhom.

(47)  Jenħtieġ li l-varjetajiet irreġistrati jiġu nnotifikati wkoll mill-awtoritajiet kompetenti permezz tal-Portal tal-UE dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti lir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali lejn il-varjetajiet kollha permessi għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni.

(48)  Il-varjetajiet li jittolleraw l-erbiċidi huma varjetajiet li trabbew sabiex ikunu tolleranti intenzjonalment għall-erbiċidi, sabiex jiġu kkultivati flimkien mal-użu ta’ dawk l-erbiċidi. Jekk kultivazzjoni bħal din ma ssirx f’kundizzjonijiet xierqa, tista’ twassal għall-iżvilupp ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, għat-tixrid ta’ ġeni ta’ reżistenza bħal dawn fl-ambjent jew għall-ħtieġa li jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ erbiċidi applikati. Peress li dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-varjetajiet jkunuu l-Istati Membri fejn il-varjetajiet ikunu se jiġu kkultivati, ikunu jistgħu jagħmlu il-kultivazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet fit-territorju tagħhom soġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni xierqa sabiex jiġu evitati dawk l-effetti mhux mixtieqa. Barra minn hekk, meta l-varjetajiet ikollhom karatteristiċi partikolari, minbarra t-tolleranza għall-erbiċidi, li jista’ jkollhom effetti agronomiċi mhux mixtieqa, jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għall-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni, sabiex jiġu indirizzati dawk l-effetti agronomiċi. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet japplikaw għall-kultivazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet għal kwalunkwe skop, inklużi l-ikel, l-għalf u prodotti oħrajn, u mhux biss għal skopijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-PRM. Dan huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament sabiex jikkontribwixxi għall-produzzjoni agrikola sostenibbli lil hinn mill-istadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM. [Em. 15]

(49)  Sabiex jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola u jaqdu ħtiġijiet ekonomiċi, ambjentali u usa’ tas-soċjetà, il-varjetajiet ġodda tal-ġeneri jew tal-ispeċijiet kollha jenħtieġ li juru titjib meta mqabblin mal-varjetajiet l-oħrajn tal-istess ġeneri jew ma’ speċijiet irreġistrati fl-istess reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, li jikkonċernaw ċerti aspetti agronomiċi, tal-użu u ambjentali. Fost dawk l-aspetti hemm ir-rendiment tagħhom, inklużi l-istabbiltà tar-rendiment u r-rendiment f’kundizzjonijiet ta’ input baxx; it-tolleranza/ir-reżistenza għal stress bijotiku, inkluż mard tal-pjanti kkawżat minn nematodi, minn fungi, minn batterji, minn viruses, minn insetti u minn pesti oħrajn; it-tolleranza/ir-reżistenza għal stress abijotiku, inkluż l-adattament għall-kundizzjonijiet tat-tibdil fil-klima; l-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali, bħall-ilma u n-nutrijenti; il-ħtieġa mnaqqsa għall-inputs esterni, bħal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fertilizzanti; il-karatteristiċi li jtejbu s-sostenibbiltà tal-kultivazzjoni, tal-ħsad, tal-ħżin, tal-ipproċessar u, tad-distribuzzjoni u tal-użu; u l-karatteristiċi tal-kwalità jew tan-nutrizzjoni (“valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli”) jew karatteristiċi importanti għall-ipproċessar. Sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-varjetà u sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà suffiċjenti sabiex jiġu rreġistrati l-varjetajiet bl-aktar karatteristiċi mixtiqin, jenħtieġ li dawk l-aspetti jitqiesu għal varjetà partikolari kollha kemm hi. Minħabba r-riżorsi sinifikanti u t-tħejjija meħtieġa għal dak l-eżami, għall-ispeċijiet elenkati fil-Partijiet B u C tal-Anness I, dan jenħtieġ li jitwettaq b’mod volontarju. [Em. 16]

(50)  Peress li l-varjetajiet organiċi adatti għall-produzzjoni organika kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn l-unitajiet riproduttivi individwali, huwa xieraq li r-reġistrazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal DUS aġġustati, u b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-uniformità. Barra minn hekk, sabiex varjetajiet bħal dawn jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-produzzjoni organika, jenħtieġ li l-eżami tagħhom tal-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli jitwettaq f’kundizzjonijiet organiċi.

(51)  Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv, il-varjetajiet li ngħataw dritt tal-varjetà tal-pjanta skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, jew skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, jenħtieġ li jitqiesu bħala distinti, uniformi u stabbli u li jkollhom denominazzjoni xierqa għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

(52)  Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-varjetà jenħtieġ li tiġi ddefinita b’mod preċiż, sabiex jiġu żgurati ċertezza legali għall-applikanti u għall-awtoritajiet kompetenti, u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-applikanti kollha. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, l-eżami formali u d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-eżamijiet tekniċi, l-awditjar tal-bini u tal-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, ir-regoli addizzjonali dwar l-eżami tekniku, il-kunfidenzjalità, ir-rapport provviżorju tal-eżami u d-deskrizzjoni uffiċjali provviżorja, ir-rapport tal-eżami u d-deskrizzjoni uffiċjali finali, l-eżami tad-denominazzjoni ta’ varjetà u d-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ varjetà fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet.

(53)  Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti u għall-applikanti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirreġistraw fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet tagħhom il-varjetajiet kollha aċċettati jew irreġistrati uffiċjalment, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, fil-katalogi, fil-listi jew fir-reġistri stabbiliti mill-Istati Membri rispettivi tagħhom skont id-Direttivi 2002/53/KE, 2002/55/KE, 2008/90/KE u 68/193/KEE. Peress li dawk il-varjetajiet diġà huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni u jintużaw mill-bdiewa u minn operaturi professjonisti oħrajn, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal proċedura ġdida ta’ reġistrazzjoni.

(54)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami tekniku tal-varjetajiet, sabiex jiġi konkluż jekk ikunux distinti, uniformi u stabbli. Minħabba l-importanza ta’ dak l-eżami għas-settur tat-tnissil tal-varjetà u l-fatt li dan iwassal għall-produzzjoni ta’ deskrizzjoni uffiċjali, jenħtieġ li dak l-eżami tekniku jitwettaq biss mill-awtorità kompetenti.

(55)  Madankollu, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jitwettaq l-eżami tekniku għall-valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli ta’ varjetà fil-bini tal-applikant u taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. Dan huwa meħtieġ sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-faċilitajiet tal-ittestjar u jitnaqqsu l-kostijiet għall-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun responsabbli għall-arranġamenti tal-ittestjar. Barra minn hekk, l-operaturi professjonisti involuti fit-tnissil ta’ varjetajiet ġodda, u fuq il-bażi tal-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti, urew li huma kkwalifikati sabiex iwettqu eżamijiet bħal dawn peress li għandhom l-għarfien espert, l-għarfien u r-riżorsi xierqa rispettivi.

(56)  Sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u l-kwalità għolja tal-eżamijiet dwar id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà, il-bini tal-awtoritajiet kompetenti fejn iseħħu jenħtieġ li jiġi awditjat mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“CPVO”). Il-bini tal-applikanti fejn l-eżami għall-valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli jsir taħt superviżjoni uffiċjali, jenħtieġ li jiġi awditjat mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

(57)  Jenħtieġ li l-perjodu tar-reġistrazzjoni ta’ varjetà jkun ta’ 10 snin, sabiex jitħeġġu l-innovazzjoni fis-settur tat-tnissil u t-tneħħija mis-suq ta’ varjetajiet antiki u s-sostituzzjoni tagħhom b’oħrajn ġodda. Madankollu, jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ 30 sena għall-varjetajiet ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet ta’ pjanti tal-frott u ta’ dwieli u għal varjetajiet ta’ konservazzjoni, minħabba ż-żmien itwal meħtieġ sabiex jitlesta ċ-ċiklu produttiv ta’ dawk il-ġeneri jew l-ispeċijiet. [Em. 18]

(58)  Fuq talba ta’ kwalunkwe persuna interessata, jenħtieġ li l-perjodu tar-reġistrazzjoni ta’ varjetà jkun soġġett għal tiġdid, sabiex jippermetti l-kontinwazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti varjetajiet jekk tiġi stabbilita ħtieġa u dawn xorta jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli.

(59)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet f’konformità mal-prattiki aċċettati. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-identità varjetali matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni tagħha, li tista’ tiġi żgurata biss jekk is-selezzjoni konservattiva tal-varjetà rispettiva titwettaq mill-applikant, jew minn persuni oħrajn innotifikati mill-applikant lill-awtorità kompetenti, skont ċerti rekwiżiti u soġġetti għal kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

(60)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontenut tar-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet u tar-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni, u ż-żamma tal-kampjuni tal-varjetajiet irreġistrati (“kampjun uffiċjali” jew “kampjun standard”) li hija deskrizzjoni ħajja tal-varjetà. Dan huwa importanti sabiex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni meħtieġa dwar il-varjetà, l-identifikazzjoni tagħha matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni tagħha u d-disponibbiltà ta’ kampjuni standard għall-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll fil-kuntest taċ-ċertifikazzjoni tal-PRM.

(61)  Jenħtieġ li d-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM jitħassru, peress li dan ir-Regolament jissostitwihom. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/2031 jiġi emendat sabiex jitneħħew ir-referenzi għal dawk id-Direttivi u sabiex jiġi żgurat li l-pesti regolati mhux ta’ kwarantina (“RNQPs”) ikunu regolati esklużivament b’dak ir-Regolament.

(62)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22) jiġi emendat sabiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan huwa importanti sabiex jiġi ggarantit approċċ uniformi fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali għall-produzzjoni tal-pjanti u tal-katina alimentari kollha, peress li r-Regolament (UE) 2017/625 japplika wkoll għall-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031, u tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

(63)  F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-PRM, b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-PRM għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni, għall-importazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-PRM, u għall-attivitajiet tal-operaturi matul il-produzzjoni tal-PRM.

(64)   Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat sabiex id-definizzjonijiet ta’ “materjal riproduttiv tal-pjanti” u ta’ “materjal eteroġenu” jiġu allinjati mad-definizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, is-setgħa għall-Kummissjoni li tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM ta’ materjal eteroġenu organiku jenħtieġ li tiġi eskluża mir-Regolament (UE) 2018/848, peress li r-regoli kollha dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament għal raġunijiet ta’ ċarezza legali. [Em. 19]

(65)  Sabiex tiġi adattata l-lista ta’ ġeneri u ta’ speċijiet ta’ PRM, soġġetta għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, mal-iżviluppi relatati mas-sinifikat taż-żona u mal-valur tal-produzzjoni, mas-sigurtà tal-ikel/tal-għalf u mal-għadd tal-Istati Membri fejn jiġi kkultivat, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta’ dik il-lista.

(66)  Sabiex ir-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi u għall-istandards internazzjonali applikabbli, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal u taż-żrieragħ prebażiċi, bażiċi, iċċertifikati u standard.

(67)  Sabiex ir-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM tal-materjal eteroġenu jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, u filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-regoli ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal eteroġenu.

(68)  Sabiex il-kontenut tar-reġistri tal-varjetajiet jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi u għas-segwitu tal-esperjenza miksuba bir-reġistrazzjoni tal-varjetajiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti li jikkonċernaw dak il-kontenut.

(69)  Sabiex il-kultivazzjoni tal-varjetajiet tiġi adattata għall-iżvilupp tal-għarfien tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni tal-varjetajiet li huma tolleranti għall-erbiċidi jew li għandhom karatteristiċi oħrajn li jistgħu jwasslu għal effetti agronomiċi mhux mixtieqa. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet jinkludu miżuri fl-għalqa, bħan-newba tal-għelejjel; il-miżuri ta’ monitoraġġ; in-notifika ta’ dawk il-miżuri mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn; ir-rapportar mill-operaturi professjonisti lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri; u l-indikazzjonijiet ta’ dawk il-kundizzjonijiet fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet.

(70)  Sabiex l-ittestjar u r-rekwiżiti għall-valur sostenibbli tal-kultivazzjoni u r-rekwiżiti tal-użu jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi potenzjali, u l-iżvilupp possibbli ta’ standards internazzjonali, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni ta’ ċerti elementi f’dan ir-Regolament. Dawk jikkonsistu fil-metodoloġiji meħtieġa għall-provi tat-tkabbir li għandhom jitwettqu bl-għan li jiġi vvalutat il-valur sostenibbli tal-kultivazzjoni u l-użu għal ċerti ġeneri jew speċijiet u jiġu adottati aktar rekwiżiti għalihom.

(71)  Sabiex ir-regoli dwar id-denominazzjoni tal-varjetajiet jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, u jingħata segwitu għall-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi dwar l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetà.

(72)  Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-eżamijiet tekniċi tal-varjetajiet jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi u għall-ħtiġijiet prattiċi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-operaturi professjonisti, u jingħata segwitu dwar l-esperjenza miksubin bl-applikazzjoni tar-regoli rispettivi, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-awditjar tal-bini tal-operaturi professjonisti sabiex iwettqu eżamijiet tekniċi għall-valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli.

(73)  Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-eżami għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi jew xjentifiċi, u għal kwalunkwe politika jew regola ġdida tal-Unjoni dwar l-agrikoltura sostenibbli, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għat-twettiq ta’ dan l-eżami, filwaqt li jiġu stabbiliti l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi eżaminati, għall-istabbiliment tal-istandards għall-evalwazzjoni u għar-rapportar tar-riżultati ta’ dan l-eżami u għall-emendar tal-karatteristiċi eżaminati.

(74)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(24). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u b’mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(75)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25).

(76)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jittejbu l-prestazzjoni tal-operaturi professjonisti u l-identità u l-kwalità tal-PRM prodott u kkummerċjalizzat minnhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-awditi, għat-taħriġ, għall-eżamijiet, għall-ispezzjonijiet, għall-kampjunar u għall-ittestjar, fir-rigward ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet partikolari, għas-superviżjoni uffiċjali tal-operaturi professjonisti mill-awtoritajiet kompetenti.

(77)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament dwar l-immaniġġar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, u jiġu adattati r-regoli rispettivi għall-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċijiet kollha jew għal ċerti speċijiet tal-PRM, dwar l-amalgamazzjoni jew il-qsim tal-lottijiet rigward l-oriġini tal-lottijiet tal-PRM, l-identifikazzjoni tagħhom, ir-rekords dwar dik l-operazzjoni u t-tikkettar wara l-amalgamazzjoni jew il-qsim tal-lottijiet tal-PRM.

(78)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jingħata segwitu għall-esperjenza prattika miksuba bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu, u tittejjeb l-integrità tal-PRM kummerċjalizzat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta rekwiżiti speċifiċi dwar l-issiġillar, l-irbit, id-daqs u l-forma tal-pakketti, tal-gzuz u tal-kontenituri ta’ speċijiet speċifiċi tal-PRM.

(79)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-leġġibbiltà, tar-rikonoxxibbiltà u tas-sigurtà tat-tikketti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tikketti uffiċjali, it-tikketti użati għal ċerti derogi u t-tikketti użati għal xi tipi speċifiċi ta’ PRM, u tistabbilixxi l-kontenut, id-daqs, il-kulur u l-forma ta’ dawk it-tikketti għall-kategoriji jew għat-tipi rispettivi tal-PRM.

(80)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jingħata segwitu għal kwalunkwe esperjenza prattika miksuba bl-applikazzjoni tar-regoli rispettivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħlitiet taż-żrieragħ.

(81)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni bl-imnut tal-PRM, u sabiex il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM issir prattika u xierqa kemm jista’ jkun għal kull speċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta regoli dwar ir-rekwiżiti dwar id-daqs, il-forma, l-issiġillar u l-immaniġġar tal-pakketti żgħar għaż-żrieragħ u tal-pakketti u tal-gzuz għal PRM oħrajn ikkummerċjalizzati lill-utenti finali.

(82)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet urġenti fil-provvista tal-PRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tawtorizza, fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista tal-PRM, għal perjodu massimu ta’ sena, il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM tal-kategoriji ta’ materjal jew ta’ żerriegħa prebażika, bażika jew iċċertifikata soġġetta għal rekwiżiti anqas stretti, jew għal deroga mir-rekwiżit li tkun tappartjeni għal varjetà, u fir-rigward tar-revoka u tal-emendar ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

(83)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u tiġi żgurata ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri nazzjonali adattati għall-kundizzjonijiet agroklimatiċi tagħhom u standards ta’ kwalità ogħla, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw, fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, rekwiżiti dwar il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni aktar stretti, fit-territorju kollu jew f’parti minnu tal-Istat Membru kkonċernat, u fir-rigward tar-revoka jew tal-emendar ta’ miżuri bħal dawn adottati skont id-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM.

(84)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u jiġi żgurat rispons rapidu għal riskji immedjati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tieħu miżuri ta’ emerġenza, meta l-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM x’aktarx li tikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-ambjent jew għall-kultivazzjoni ta’ speċijiet oħrajn, u riskju bħal dan ma jkunx jista’ jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħudin mill-Istat Membru kkonċernat, u fir-rigward tat-tħassir jew tal-emendar ta’ kwalunkwe miżura bħal din meħuda minn Stat Membru.

(85)  Jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’tissupplimenta dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi b’regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ esperimenti temporanji sabiex tfittex alternattivi mtejba għall-kamp ta’ applikazzjoni u għal ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 20]

(86)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-importazzjoni tal-PRM, u tiġi żgurata l-konformità tar-rekwiżiti tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti ekwivalenti tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ jekk PRM ta’ ġeneri, ta’ speċijiet jew ta’ kategoriji speċifiċi prodott f’pajjiż terz, jew f’żoni partikolari ta’ pajjiż terz, jissodisfax ir-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-PRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, sabiex jiġi importat.

(87)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata s-selezzjoni konservattiva xierqa tal-varjetajiet irreġistrati f’pajjiżi terzi wkoll, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rikonoxximent li l-kontrolli fuq is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet imwettqin fil-pajjiż terz jagħtu l-istess garanziji bħal dawk stabbiliti fl-Unjoni.

(88)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tiegħu għall-protokolli applikabbli li jevolvu tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV) jew għal protokolli stabbiliti mis-CPVO, u għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta rekwiżiti speċifiċi dwar id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà għal kull ġeneru jew speċi ta’ varjetajiet.

(89)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta regoli speċifiċi fir-rigward tad-daqs tal-kampjun standard ta’ varjetajiet reġistrati użati għall-kontrolli uffiċjali ta’ wara ta’ PRM, ir-regoli għat-tiġdid ta’ dawk il-kampjuni u l-provvista ta’ dawk il-kampjuni lil Stati Membri oħrajn.

(90)  Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, pjuttost, minħabba l-effetti, il-kumplessità u l-karattru internazzjonali tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Minn din il-perspettiva, u kif ikun meħtieġ, huwa jintroduċi derogi jew rekwiżiti speċifiċi għal ċerti tipi ta’ PRM u ta’ operaturi professjonisti.

(91)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkunu jistgħu jadattaw għad-dispożizzjonijiet tiegħu u sabiex jipprovdi wkoll iż-żmien meħtieġ għall-adozzjoni tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni rispettivi. Madankollu, jenħtieġ li r-regoli dwar il-valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli tal-varjetajiet tal-ħxejjex u tal-pjanti tal-frott japplikaw minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dak il-perjodu ta’ żmien addizzjonali huwa meħtieġ għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi professjonisti sabiex jagħmlu t-tħejjijiet meħtieġa u jwettqu l-ewwel testijiet fl-għelieqi li jikkonformaw ma’ dawk ir-regoli l-ġodda.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-materjalbl-għan li l-materjal riproduttiv tal-pjanti (“PRM”) jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni, u b’mod partikolari r-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-PRM fl-għalqa u f’siti oħrajn, il-kategoriji tal-materjal, ir-rekwiżiti dwar l-identità u l-kwalità, iċ-ċertifikazzjoni, it-tikkettar, l-imballaġġ, l-importazzjonijiet, l-operaturi professjonisti u r-reġistrazzjoni tal-varjetajiet. [Em. 21]

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni ta’ ċerti varjetajiet li huma tolleranti għall-erbiċidi jew li jista’ jkollhom effetti agronomiċi mhux mixtieqa, inkluża l-kultivazzjoni għal skopijiet lil hinn mill-produzzjoni u mill-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, għall-produzzjoni tal-ikel, tal-għalf u ta’ prodotti oħrajn. [Em. 22]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni u objettivi

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ġeneri u għall-ispeċijiet elenkati għall-użi rispettivi msemmijin fil-Partijiet A sa E tal-Anness I.

Ir-rekwiżiti tiegħu jikkonċernaw, rispettivament, it-tipi kollha tal-PRM, iż-żrieragħ biss, jew materjal ieħor għajr iż-żrieragħ.

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-produzzjoni jew l-importazzjonijiet tal-PRM għandhom japplikaw biss għall-produzzjoni bil-ħsieb tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu fi ħdan l-Unjoni. [Em. 23]

2.  L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:

(a)  li jiżgura l-kwalità, is-sikurezza u d-diversità tal-għażla għall-PRM, u d-disponibbiltà tiegħu għall-operaturi professjonisti, għall-bdiewa u għall-utenti finali; [Em. 24]

(b)  li jiżgura kundizzjonijiet ekwivalentiġusti għall-kompetizzjoni tal-operaturi professjonisti madwar l-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern fil-PRM; [Em. 25]

(c)  li jsostni l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-settur tal-PRM fl-Unjoni;

(d)  li jikkontribwixxi għall-konservazzjoni dinamika u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u tal-agrobijodiversità; [Em. 26]

(e)  li jikkontribwixxi għall-produzzjoni agrikola sostenibbli, adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija attwali u dawk imbassrin għall-ġejjieni; [Em. 27]

(f)  li jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel u għas-sovranità tal-ikel. [Em. 28]

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa f’konformità mal-Artikolu 75 sabiex tadotta atti delegati, temenda l-Anness I, bl-għan li tadattahtadatta dak l-Anness għall-iżviluppi tal-għarfien tekniku u xjentifiku, u għad-data ekonomika dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ġeneri u tal-ispeċijiet, billi żżid ġeneri u speċijiet mal-lista ta’ f’dak l-Anness jew tneħħihom minnha. [Em. 29]

L-att delegat imsemmiL-atti delegati msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandu jżidgħandhom iżidu ġeneri jew speċijiet mal-lista fl-Anness I jekk jissodisfaw tal-anqas tnejn mill-elementi li ġejjin: [Em. 30]

(a)  jirrappreżentaw żona sinifikanti ta’ produzzjoni tal-PRM u valur sinifikanti tal-PRM kummerċjalizzat fl-Unjoni

(b)  ikunu ta’ importanza sostanzjali għas-sigurtà tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf fl-Unjoni, meta mqabblin ma’ ġeneri u ma’ speċijiet oħrajn mhux elenkati f’dak l-Anness; u

(c)  jiġu kkummerċjalizzati f’tal-anqas żewġ Stati Membri;

(ca)   jippreżentaw interess f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali. [Em. 31]

L-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jneħħi l-ġeneri jew l-ispeċijiet mil-lista fl-Anness I jekk ma jibqgħux jissodisfaw tal-anqas tnejn mill-elementi stabbiliti fit-tieni subparagrafu.

4.  Dan ir-Regolament ma japplikax għall-:

(a)  materjal tal-propagazzjoni ta’ pjanti ornamentali kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/56/KE, u materjal tal-propagazzjoni ta’ ġeneri jew speċijiet elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li jintużaw esklużivament għal għanijiet ornamentali; [Em. 32]

(b)  materjal riproduttiv tal-foresti kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26)+ u materjal tal-propagazzjoni ta’ ġeneri jew speċijiet elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li jintużaw esklużivament għal skopijiet ta’ forestrija; [Em. 33]

(c)  PRM prodott biss għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; [Em. 34]

(d)  PRM mibjugħ jew ittrasferit bi kwalunkwe mod, kemm jekk mingħajr ħlas kif ukoll bi ħlas, bejn l-utenti finali għall-użu privat tagħhom stess u barra mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom;

(e)  PRM użat bissmibjugħ jew ittrasferit bi kwalunkwe mod, b’xejn jew bi ħlas, għall-ittestjar uffiċjali, għat-tnissil, għall-ispezzjonijiet, għall-wirjiet jew għal skopijiet xjentifiċi., inkluż għal attivitajiet u riċerka fl-azjendi agrikoli mwettqa mill-banek tal-ġeni; [Em. 35]

(ea)   il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM mill-organizzazzjonijiet u n-networks tal-konservazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 fi kwantitajiet żgħar kif definiti fl-Anness VIIa, kemm jekk mingħajr ħlas kif ukoll jekk bi ħlas, għall-iskop ta’ konservazzjoni dinamika; [Em. 353]

(eb)   PRM prodott mill-bdiewa għall-użu tagħhom stess. [Em. 37]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “materjal riproduttiv tal-pjanti” (“PRM”) tfisser pjanti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li kapaċi jipproduċu pjanti sħaħ, u huma maħsuba għal dan l-għan;

(2)  “operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika involuta professjonalment f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin fl-Unjoni rigward il-PRMl-esplojtazzjoni kummerċjali tal-PRM: [Em. 38]

(a)  il-produzzjoni;

(b)  il-kummerċjalizzazzjoni;

(c)  is-selezzjoni konservattiva jew il-multiplikazzjoni tal-varjetajiet; [Em. 39]

(d)  il-forniment ta’ servizzi għall-identità u għall-kwalità;

(e)  il-preservazzjoni, il-ħżin, it-tnixxif, l-ipproċessar, it-trattament, l-imballaġġ, l-issiġillar, it-tikkettar, il-kampjunar jew l-ittestjar;

(3)  “kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-azzjonijiet kummerċjali li ġejjin imwettqin minn operatur professjonistprofessjonisti: il-bejgħ, iż-żamma, it-trasferiment b’xejn, jew l-offerta għall-bejgħ, inkluż il-bejgħ online, jew kwalunkwe mod ieħor ta’ trasferiment jew ta’ distribuzzjoni fl-Unjoni, jew l-importazzjoni fiha bl-għan li jkun hemm esplojtazzjoni kummerċjali tal-PRM; [Em. 40]

(4)  “varjetà” tfisser varjetà kif definita fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94;

(5)  “klonu” tfisser

(a)   nisel individwali ta’ pjanta, li oriġinarjament kien derivat minn pjanta individwali oħra b’riproduzzjoni veġetattiva, li jfisser li jibqa’ ġenetikament identiku għal dik il-pjanta; jew

(b)   nisel ġenetikament uniformi veġetattiv ta’ pjanta individwali; [Em. 41]

(6)  “klonu magħżul” tfisser klonu li jkun intgħażel għal xi karatteristiċi fenotipiċi intravarjetali speċjali u l-istatus fitosanitarju tiegħu li jagħtu lill-klonu magħżul prestazzjoni aħjar, jaqbel bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-varjetà li għaliha jappartjeni u, fil-każ tal-kloni magħżulin li ma jappartjenux għal varjetà, jaqbel bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-ispeċi litad-dwieli u dawk l-ispeċijiet ta’ siġar tal-frott li fihom tkun saret varjabbiltà intravarjetali, li għalihom jappartjeni għalihal-klonu magħżul; [Em. 42]

(7)  “materjal riproduttiv tal-pjanti poliklonali” tfisser materjal ta’ propagazzjoni miksub minn għażla ta’ grupp ta’ diversi dixxendenti individwali distinti ta’ pjanti derivati minntal-anqas seba’ ġenotipi differenti, li kull wieħed minnhom jirrispetta d-deskrizzjoni tal-varjetà li għaliha jappartjenibil-previżjoni ta’ kisbiet ġenetiċi, magħmula permezz ta’ għodod ġenetiċi kwantitattivi, mill-istess sett sperimentali ta’ varjetà antika speċifika, li fih il-biċċa l-kbira tad-diversità intravarjetali tagħha; [Em. 43]

(8)   “taħlita multiklonali” tfisser taħlita tal-kloni magħżulin, li lkoll jappartjenu għall-istess varjetà jew speċi, kif xieraq, meta kull wieħed minnhom ikun inkiseb permezz ta’ għażla indipendenti; [Em. 44]

(9)  “awtorità kompetenti” tfisser awtorità ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru, jew, meta applikabbli, l-awtorità korrispondenti ta’ pajjiż terz, responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali, għar-reġistrazzjoni, għaċ-ċertifikazzjoni u għal attivitajiet uffiċjali oħrajn li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, jew kwalunkwe awtorità oħra li lilha tkun ingħatat dik ir-responsabbiltà, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni;

(10)  “deskrizzjoni uffiċjali” tfisser deskrizzjoni li tkun ġiet stabbilita minn awtorità kompetenti, li tinkludi l-karatteristiċi rilevanti tal-varjetà u li tagħmel il-varjetà identifikabbli bħala riżultat tal-eżami tad-distintività, tal-uniformità u tal-istabbiltà tagħha;

(11)  “deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment” tfisser deskrizzjoni bil-miktub ta’ varjetà ta’ konservazzjoni, li tkun ġiet rikonoxxuta minn awtorità kompetenti, u li tinkludi l-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetà, u tkun inkisbet b’mezzi oħrajn għajr l-eżami tad-distintività, tal-uniformità u tal-istabbiltà tagħha;

(12)  “selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet” tfisser l-azzjonijiet meħudin għall-kontroll tal-purità u tal-identità tal-varjetà bl-għan li jiġi żgurat li varjetà tibqa’ konformi mad-deskrizzjoni tagħhal-karatteristiċi tal-varjetà jibqgħu skont id-deskrizzjoni tagħhom dwar iċ-ċikli sussegwenti ta’ riproduzzjoni; [Em. 45]

(13)  “żrieragħ” tfisser żrieragħ fis-sens botaniku;

(14)  “żerriegħa prebażika” tfisser żerriegħa li tappartjeni għall-ġenerazzjoni li tippreċedi l-ġenerazzjoni taż-żerriegħa bażika, hija maħsuba għall-produzzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bażika jew iċċertifikata, u li tkun instabet permezz ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali, jew ta’ ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali, li tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Afil-Partijiet A u D tal-Anness II; [Em. 46]

(15)  “żerriegħa bażika” tfisser żerriegħa li tkun ġiet prodotta minn żerriegħa prebażika jew minn ġenerazzjonijiet preċedenti ta’ żerriegħa bażika, hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġenerazzjonijiet ulterjuri ta’ żerriegħa bażika jew ta’ żerriegħa ċċertifikata, u li tkun instabet permezz ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali, jew ta’ ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali, li tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Afil-Partijiet A u D tal-Anness II; [Em. 47]

(16)  “żerriegħa ċċertifikata” tfisser żerriegħa li tkun ġiet prodotta minn ġenerazzjonijiet prebażiċi, bażiċi jew preċedenti ta’ żerriegħa ċċertifikata, u li tkun instabet permezz ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali, jew ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali, li tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Afil-Partijiet A u D tal-Anness II; [Em. 48]

(17)  “żerriegħa standard” tfisser żerriegħa, għajr żerriegħa prebażika, bażika jew iċċertifikata, li ma tkunx maħsuba għal multiplikazzjoni ulterjuri, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Afil-Partijiet A u D tal-Anness III; [Em. 49]

(18)  “materjal prebażiku” tfisser il-PRM, għajr iż-żrieragħ, li jappartjeni għall-ġenerazzjoni li tippreċedi l-ġenerazzjoni tal-materjal bażiku, huwa maħsub għall-produzzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni tal-materjal bażiku jew iċċertifikat, u li jkun instab, permezz ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali taħt superviżjoni uffiċjali, li jissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Bfil-Partijiet B, C u E tal-Anness II; [Em. 50]

(19)  “materjal bażiku” tfisser il-PRM, għajr iż-żerriegħa, li jkun ġie prodott minn materjal prebażiku jew minn ġenerazzjonijiet preċedenti tal-materjal bażiku, huwa maħsub għall-produzzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ġenerazzjonijiet ulterjuri tal-materjal bażiku jew tal-materjal iċċertifikat, u li jkun instab, permezz ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali taħt superviżjoni uffiċjali, li jissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Bfil-Partijiet B, C u E tal-Anness II; [Em. 51]

(20)  “materjal iċċertifikat” tfisser il-PRM, għajr iż-żerriegħa, li jkun ġie prodott minn ġenerazzjonijiet prebażiċi, bażiċi jew preċedenti tal-materjal iċċertifikat, u li jkun instab, permezz ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali taħt superviżjoni uffiċjali, li jissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Bfil-Partijiet B, C u E tal-Anness II; [Em. 52]

(21)  “materjal standard” tfisser il-PRM għajr iż-żerriegħa, u għajr il-materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat, li ma jkunx maħsub għall-multiplikazzjoni ulterjuri, u li jissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-Parti Bfil-Partijiet B, C u E tal-Anness III; [Em. 53]

(22)  “ċertifikazzjoni uffiċjali” tfisser l-attestazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti tal-konformità taż-żerriegħa jew tal-materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat mar-rekwiżiti rispettivi ta’ dan ir-Regolament, meta l-ispezzjonijiet rilevanti kollha fuq il-post, il-kampjunar u l-ittestjar, inkluż meta jkun xieraq l-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll, ikunu twettqu minn dik l-awtorità, u jekk din tkun ikkonkludiet li ż-żerriegħa jew il-materjal ikkonċernat jissodisfa dawk ir-rekwiżiti;

(23)  “ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali” tfisser l-attestazzjoni minn operatur professjonist awtorizzat speċifikament li ż-żerriegħa jew il-materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, u meta tal-anqas waħda jew aktar mill-ispezzjonijiet, il-kampjunar, l-ittestjar jew l-istampar tat-tikketti rilevanti jkunu twettqu minn dak l-operatur professjonist, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, u jekk din tkun ikkonkludiet li ż-żerriegħa jew il-materjal ikkonċernat jissodisfa dawk ir-rekwiżiti;

(24)  “kategorija” ta’ PRM tfisser grupp jew unità individwali ta’ PRM li jikkwalifika bħala żerriegħa jew materjal prebażiku, bażiku, iċċertifikat jew standard u li jkun identifikabbli billi jikkonforma ma’ rekwiżiti speċifiċi dwar l-identità u l-kwalità;

(25)  “organiżmu ġenetikament modifikat” tfisser organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill((27)), esklużi l-organiżmi miksubin permezz tat-tekniki ta’ modifika ġenetika elenkati fl-Anness IB tad-Direttiva 2001/18/KE;

(26)  “lott” tfisser unità tal-PRM, identifikabbli mill-omoġeneità tal-kompożizzjoni u tal-oriġini tagħha;

(27)  “materjal eteroġenu” tfisser raggruppament ta’ pjanti f’unità tassonomika botanika unika tal-aktar grad baxx magħruf, li:

(a)  jippreżenta karatteristiċi fenotipiċi komuni;

(b)  ikun ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn l-unitajiet riproduttivi individwali, sabiex dak ir-raggruppament ta’ pjanti ikun irrappreżentat mill-materjal fl-intier tiegħu, u mhux minn numru żgħir ta’ unitajiet;

(c)  ma huwiex varjetà; u

(d)  ma huwiex taħlita ta’ varjetajiet;

(28)  “utent finali” tfisser kwalunkwe persuna li takkwista, tittrasferixxi u tuża PRM għall-iskopijiet li jkunu barra mill-attivitajiet professjonali primarji ta’ dik il-persuna; [Em. 54]

(29)  “varjetà ta’ konservazzjoni” tfisser varjetà li tkun:

(a)  imkabbrajew razza lokali mkabbra tradizzjonalment jew imrobbijavarjetà mrobbija għall-ewwel darba f’(razza lokali moderna) derivata mill-għażla parteċipattiva fl-azjenda agrikola jew mrobbija għall-adattament għal kundizzjonijiet lokali speċifiċi fl-Unjoni, u adattata għal dawk il-kundizzjonijietfil-kuntest tal-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura; u [Em. 55]

(aa)   mhux varjetà ibrida F1; [Em. 56]

(b)  ikkaratterizzata minn livell għolisodisfaċenti ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn unitajiet riproduttivi individwali; [Em. 57]

(ba)   ma tkunx soġġetta, b’mod ġenerali jew f’komponenti ġenetiċi, għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jillimitaw l-użu tiegħu għall-konservazzjoni, ir-riċerka, it-tnissil, l-edukazzjoni, inkluż fl-azjendi agrikoli minn bidwi li juża l-PRM imkabbar fl-azjendi agrikoli, ta’ dik il-varjetà għal dawk l-objettivi; [Em. 58]

(30)  “pesti ta’ kwalità” tfisser pesti li jissodisfaw dan kollu li ġej:

(a)  ma humiex pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni, pesti ta’ kwarantina f’żona protetta, jew pesti regolati mhux ta’ kwarantina (“RNQPs”) skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/2031, u lanqas pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament;

(b)  iseħħu matul il-produzzjoni jew il-ħżin tal-PRM; u

(c)  il-preżenza tagħhom ikollha impatt negattiv inaċċettabbli fuq il-kwalità tal-PRM, u impatt ekonomiku inaċċettabbli fir-rigward tal-użu ta’ dak il-PRM fl-Unjoni; [Em. 59]

(31)  “prattikament ħieles mill-pesti ta’ kwalità” tfisser kompletament ħieles mill-pesti, jew sitwazzjoni li fiha l-preżenza ta’ pesti ta’ kwalità fl-PRM rispettiva tant tkun baxxa li dawk il-pesti ma jaffettwawx b’mod negattiveċċessivament il-kwalità ta’ dak l-PRM; [Em. 60]

(32)  “patata taż-żrigħ” tfisser it-tuberi tas-Solanum tuberosum L., użati għar-riproduzzjoni ta’ patata oħra; [Em. 61]

(33)  “bidwi” tfisser il-bidwi kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28);

(34)  “barra t-tip” tfisser, fir-rigward ta’ żerriegħa jew ta’ pjanti oħrajn, żerriegħa jew PRM ieħor li ma jikkorrispondux għad-deskrizzjoni tal-varjetà jew tal-ispeċijiet li għalihom suppost jappartjeni skont dan ir-Regolament;

(35)  “varjetà ibrida” tfisser il-varjetà prodotta b’riżultat tal-inkroċjar tar-razez ta’ żewġ varjetajiet oħrajn jew aktar;

(35a)   “konservazzjoni dinamika” tfisser il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan u bejn l-ispeċijiet ta’ pjanti kkultivati, u tinkludi kemm il-konservazzjoni in situ kif ukoll il-konservazzjoni ex situ, bl-għan ta’ użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u l-agrobijodiversità b’mod u b’rata li ma jwassalx għat-tnaqqis fit-tul tad-diversità bijoloġika, u b’hekk jinżamm il-potenzjal li tissodisfa l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri; [Em. 354]

(35b)   “Pjanta NGT” tfisser pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt 2 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament NGT] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; [Em. 63]

(35c)   “żerriegħa kummerċjali” tfisser żerriegħa prodotta u mqiegħda fis-suq għal taħlitiet imsemmija fl-Artikolu 21 li hija identifikabbli bħala li tappartjeni għal speċi, iżda mhux għal varjetà, u li nstabet permezz ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali jew b’ċertifikazzjoni mwettqa taħt superviżjoni uffiċjali biex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għal żerriegħa ċertifikata bl-eċċezzjoni tar-rekwiżit fl-Artikolu 5; [Em. 64]

(35d)   “pakketti żgħar” tfisser pakketti li jkollhom żerriegħa jew materjal sa massimu ta’:

(a)   10 kg għal ċereali;

(b)   5 kg għal pjanti tal-għalf, pitravi, pjanti taż-żejt u tal-fibra;

(c)   10 kg għal patata taż-żrigħ;

(d)   500 g għal legumi;

(e)   100 g għal basal, sorfolja, spraġ, selq, pitravi ħomor, lift, dulliegħ, qargħa, qargħa bagħli, zunnarija, ravanell, sassefrika sewda, spinaċi, valerjanella;

(f)   20 g għal kull speċi oħra ta’ ħaxix;

(g)   10 partijiet għal biċċiet ta’ frott u dwieli. [Em. 355]

Artikolu 4

Konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/2031.

Kwalunkwe lott tal-PRM prodott u kkummerċjalizzat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jikkonforma wkoll mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 36, 37, 40, 41, 42, 49, 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-RNQPs, u jkun skont dawn u mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.

KAPITOLU II

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IL-VARJETAJIET, IL-KATEGORIJI TAL-PRM, IT-TIKKETTAR, L-AWTORIZZAZZJONIJIET, L-IMMANIĠĠAR, L-IMPORTAZZJONIJIET U D-DEROGI

TAQSIMA 1

Rekwiżiti ġenerali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM

Artikolu 5

Appartenenza għal varjetà reġistrata

Huwa biss il-PRM li jappartjeni għal varjetà rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44 li jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, ħlief il-każijiet li ġejjin:

(a)  bħala salvaġġ, jekk jiġi prodott u kkummerċjalizzat b’referenza, li tinsab f’tikkettar xieraq, għall-ispeċijiet li jappartjeni għalihom;

(b)  bħala materjal eteroġenu f’konformità mal-Artikolu 27;

(c)  bħala PRM ikkummerċjalizzat lill-utenti finali f’konformità mal-Artikolu 28;

(d)  bħala PRM prodott u kkummerċjalizzat għall-iskopijiet tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi f’konformità mal-Artikolu 29;

(e)  bħala żerriegħa skambjata in naturaPRM skambjat bejn il-bdiewa f’konformità mal-Artikolu 30; [Em. 66]

(f)   bħala żerriegħa tan-nissiel, f’konformità mal-Artikolu 31; [Em. 67]

(g)  bħala PRM ta’ varjetajiet li għadhom ma humiex irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 32;

(h)  fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista tal-PRM f’konformità mal-Artikolu 33.

Artikolu 6

Appartenenza għal ċerti kategoriji tal-PRM

1.  Huwa biss il-PRM li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin li jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, ħlief fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2:

(a)  il-materjal jew iż-żerriegħa prebażika;

(b)  il-materjal jew iż-żerriegħa bażika;

(c)  il-materjal jew iż-żerriegħa ċċertifikata;

(d)  il-materjal jew iż-żerriegħa standard.

Meta f’dan ir-Regolament issir referenza għal kategoriji aktar baxxi jew ogħla li jikkonċernaw l-identità u l-kwalità tal-PRM, dik id-determinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-ordni tal-punti (a) - (d), bil-punt (a) li jindika l-ogħla grad u l-punt (d) l-aktar baxx.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, il-PRM jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat mingħajr ma jkun jappartjeni għal kategorija elenkata f’(a) - (d) fil-każijiet li ġejjin:

(a)  il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM ta’ materjal eteroġenu f’konformità mal-Artikolu 27;

(b)  il-kummerċjalizzazzjoni lil utent finali f’konformità mal-Artikolu 28;

(c)  il-kummerċjalizzazzjoni lil u bejn in-networks ta’ konservazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 29;

(d)  bħala żerriegħa skambjata in naturaPRM skambjat bejn il-bdiewa f’konformità mal-Artikolu 30. [Em. 68]

(e)   iż-żerriegħa tan-nissiel kif imsemmija fl-Artikolu 31. [Em. 69]

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal u taż-żerriegħa prebażiċi, bażiċi, iċċertifikati u standard

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa u tal-materjal prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati

1.  Iż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata tista’ tiġi prodotta u kkummerċjalizzata biss fl-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  iż-żerriegħa prebażika, bażika jew iċċertifikata tkun prattikament ħielsa minn pesti ta’ kwalità;

(b)  tkun prodotta u kkummerċjalizzata:

(i)  wara ċertifikazzjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti, jew ċertifikazzjoni mill-operatur professjonist taħt superviżjoni uffiċjali;

(ii)  f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Afil-Partijiet A u D tal-Anness II, u l-konformità tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti tkun attestata bit-tikketta uffiċjali msemmija fl-Artikolu 15(1). [Em. 70]

2.  Il-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat biss fl-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat ikun prattikament ħieles minn pesti ta’ kwalità;

(b)  ikun prodott u kkummerċjalizzat:

(i)  wara ċertifikazzjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti, jew ċertifikazzjoni mill-operatur professjonist taħt superviżjoni uffiċjali;

(ii)  f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Bfil-Partijiet B u E tal-Anness II, u l-konformità tiegħu ma’ dawk ir-rekwiżiti tkun attestata bit-tikketta uffiċjali msemmija fl-Artikolu 15(1). [Em. 71]

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 sabiex temenda l-Anness II. Dawk l-emendi għandhom jadattaw għall-iżviluppi ta’ standards tekniċi u xjentifiċi internazzjonali u jistgħugħandhom jikkonċernaw biss ir-rekwiżiti għal dawn li ġejjin: [Em. 72]

(a)  iż-żrigħ u t-tħawwil, u l-produzzjoni fl-għalqa, taż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata;

(b)  il-ħsad u l-fażi ta’ wara l-ħsad taż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata;

(c)  il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ;

(d)  iż-żrigħ u t-tħawwil, u l-produzzjoni fl-għalqa, tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat;

(e)  il-ħsad u l-fażi ta’ wara l-ħsad tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat;

(f)  il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat;

(g)  il-materjalil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat tal-kloni, tal-kloni magħżulin, tat-taħlitiet multiklonali u tal-PRM poliklonali; [Em. 73]

(h)  il-produzzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat prodott minn propagazzjoni in vitro;

(i)  il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat prodott minn propagazzjoni in vitro.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-Parti A u fil-Parti B tal-Annessfl-Anness II għal ċerti ġeneri, speċijiet jew kategoriji tal-PRM, u, meta xieraq, għal ċerti gradi, klassijiet, ġenerazzjonijiet jew subdiviżjonijiet oħrajn tal-kategorija kkonċernata. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jikkonċernaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin: [Em. 74]

(a)  l-użi speċifiċi tal-ġeneri, tal-ispeċijiet jew tat-tipi tal-PRM ikkonċernat;

(b)  il-metodi ta’ produzzjoni tal-PRM, inklużi r-riproduzzjoni sesswali u asesswali u l-propagazzjoni in vitro;

(c)  il-kundizzjonijiet għaż-żrigħ jew għat-tħawwil;

(d)  il-kultivazzjoni fl-għelieqi;

(e)  il-ħsad u l-fażi ta’ wara l-ħsad;

(f)  ir-rati tal-ġerminazzjoni, il-purità u l-kontenut ta’ PRM ieħor, l-umdità, is-saħħa, il-preżenza ta’ elementi terrestri jew ta’ materja barranija; [Em. 75]

(g)  il-metodi ta’ ċertifikazzjoni tal-PRM, inkluża l-applikazzjoni ta’ metodi bijomolekulari jew ta’ metodi tekniċi oħrajn, kif ukoll l-approvazzjoni u l-użu tagħhom, u l-elenkar tal-metodi approvati fl-Unjoni;

(h)  il-kundizzjonijiet għas-selvaġġi u għal partijiet oħrajn tal-pjanti ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet għajr dawk elenkati fl-Anness I, jew għall-ibridi tagħhom, jekk il-materjal ta’ propagazzjoni tal-ġeneru jew tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I jew tal-ibridi tagħhom jitlaqqam fuqhom;

(i)  il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni taż-żrieragħ minn pjanti tal-frott jew minn dwieli;

(j)  il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-pjanti tal-frott, tad-dwieli jew tal-patata taż-żrigħ miż-żrieragħ.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 76(2), sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi tal-istandards tekniċi u xjentifiċi internazzjonali rilevanti u b’kunsiderazzjoni tal-implikazzjonijiet possibbli għall-produzzjoni u d-disponibbiltà tal-PRM u għall-operaturi żgħar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-kategorija tal-PRM. [Em. 76]

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa u tal-materjal standard

1.  Iż-żerriegħa standard tista’ tiġi prodotta u kkummerċjalizzata biss fl-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  tkun prattikament ħielsa minn pesti ta’ kwalità;

(b)  tkun prodotta u kkummerċjalizzata:

(i)  taħt ir-responsabbiltà tal-operaturi professjonisti;

(ii)  f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Afil-Partijiet A u D tal-Anness III, u l-konformità tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti tkun attestata bit-tikketta tal-operatur imsemmija fl-Artikolu 16. [Em. 77]

2.  Il-materjal standard jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat biss fl-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  ikun prattikament ħieles minn pesti ta’ kwalità;

(b)  ikun prodott u kkummerċjalizzat:

(i)  taħt ir-responsabbiltà tal-operaturi professjonisti;

(ii)  f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Bfil-Partijiet B u E tal-Anness III, u l-konformità tiegħu ma’ dawk ir-rekwiżiti tkun attestata bit-tikketta tal-operatur imsemmija fl-Artikolu 16. [Em. 78]

3.   Darba fis-sena, l-operaturi professjonisti għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti dikjarazzjoni dwar il-kwantitajiet għal kull speċi ta’ żerriegħa u ta’ materjal standard li jkunu pproduċew. [Em. 79]

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 75, sabiex temenda l-Anness III, bl-għan li tadatta r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u għall-istandards internazzjonali applikabbli. Dawk l-emendi għandhom jikkonċernaw dawn li ġejjin:

(a)  ir-rekwiżiti għaż-żrigħ u għat-tħawwil, u għall-produzzjoni fl-għelieqi, taż-żrieragħ standard;

(b)  ir-rekwiżiti għall-ħsad u għall-fażi ta’ wara l-ħsad taż-żrieragħ standard;

(c)  ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ standard;

(d)  ir-rekwiżiti għaż-żrigħ u għat-tħawwil, u għall-produzzjoni fl-għelieqi, tal-materjal standard;

(e)  ir-rekwiżiti għall-ħsad u għall-fażi ta’ wara l-ħsad tal-materjal standard;

(f)  ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal standard;

(g)  ir-rekwiżiti għall-kloni, għall-kloni magħżulin, għat-taħlitiet multiklonali u għall-PRMgħall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM poliklonali tal-materjal standard; [Em. 80]

(h)  ir-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-materjal standard prodott bi propagazzjoni in vitro;

(i)  ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal standard prodott bi propagazzjoni in vitro.

4a.   Qabel ma tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (i) tiegħu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti, filwaqt li tqis l-implikazzjonijiet possibbli għall-produzzjoni u d-disponibbiltà tal-PRM u għall-operaturi ż-żgħar. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu proporzjonati għall-kategorija tal-PRM. [Em. 81]

5.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-Parti A u fil-Parti B tal-Annessfl-Anness III għal ċerti ġeneri jew speċijiet ta’ żerriegħa jew ta’ materjal standard. Dawn ir-rekwiżiti għandu jkollhom x’jaqsmu ma’ wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin: [Em. 82]

(a)  l-użi speċifiċi tal-ġeneri, tal-ispeċijiet jew tat-tipi tal-PRM ikkonċernat;

(b)  il-metodi ta’ produzzjoni tal-PRM, inklużi r-riproduzzjoni sesswali u asesswali u l-propagazzjoni in vitro;

(c)  il-kundizzjonijiet għaż-żrigħ jew għat-tħawwil;

(d)  il-kultivazzjoni fl-għelieqi;

(e)  il-ħsad u l-fażi ta’ wara l-ħsad;

(f)  ir-rati tal-ġerminazzjoni, il-purità u l-kontenut ta’ PRM ieħor, l-umdità, is-saħħa, il-preżenza ta’ elementi terrestri jew ta’ materja barranija; [Em. 83]

(g)  l-applikazzjoni ta’ metodi bijomolekulari jew ta’ metodi tekniċi oħrajn rikonoxxuti f’livell internazzjonali, kif ukoll l-approvazzjoni u l-użu tagħhom, u l-elenkar tal-metodi approvati fl-Unjoni; [Em. 84]

(h)  il-kundizzjonijiet għas-selvaġġi u għal partijiet oħrajn tal-pjanti ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet għajr dawk elenkati fl-Anness I, jew għall-ibridi tagħhom, jekk il-materjal ta’ propagazzjoni tal-ġeneru jew tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I jew tal-ibridi tagħhom jitlaqqam fuqhom;

(i)  il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni taż-żrieragħ minn pjanti tal-frott jew minn dwieli;

(j)  il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-pjanti tal-frott, tad-dwieli jew tal-patata taż-żrigħ miż-żrieragħ.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 76(2), sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi tal-istandards tekniċi u xjentifiċi internazzjonali rilevanti u b’kunsiderazzjoni tal-implikazzjonijiet possibbli għall-produzzjoni u d-disponibbiltà tal-PRM u għall-operaturi żgħar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-kategorija tal-PRM. [Em. 85]

Artikolu 9

Produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u reġistrazzjoni tal-kloni,Rekwiżiti għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-kloni magħżulin, tat-taħlitiet multiklonali u tal-PRM poliklonali [Em. 86]

1.  Minbarra r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 4 sa 43, Il-materjal prebażiku, bażiku, iċċertifikat u standard tal-kloni, u ċċertifikat tal-kloni magħżulin, tat-taħlitiet multiklonali u l-materjal standard tal-PRM poliklonali għandu jiġi prodott u kkummerċjalizzat f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 u mar-rekwiżiti stabbiliti rispettivament fl-Anness II, il-Parti C, u fl-Anness III, il-Parti C. [Em. 87]

2.  Il-kloni, Il-kloni magħżulin, it-taħlitiet multiklonali u l-PRM poliklonali jistgħu jiġu prodotti u kkummerċjalizzati biss jekk ikunu rreġistrati minn awtorità kompetenti f’tal-anqas reġistru uffiċjali wieħed għall-kloni magħżulin u l-PRM poliklonali stabbilit minn Stat Membru. [Em. 88]

Dak ir-reġistru għandu jinkludi l-elementi kollha msemmijin fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-klonu, tal-klonu magħżul, tat-taħlita multiklonali u tal-PRM poliklonali, kif stabbilit fl-Anness II, il-Parti B, il-Parti C, il-punt 2fl-Artikolu 53a. [Em. 89]

3.  Il-kloni, Il-kloni magħżulin, it-taħlitiet multiklonali u l-PRM poliklonali għandhom jinżammu għal skopijiet ta’ preservazzjoni tal-identità tagħhom. Il-persuni responsabbli għaż-żamma tal-kloni, tal-kloni magħżulin, tat-taħlitiet multiklonali u tal-PRM poliklonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex ikunu jistgħu jagħmluhom verifikabbli mill-awtoritajiet kompetenti jew minn kwalunkwe persuna oħra, fuq il-bażi tar-rekords miżmumin. [Em. 90]

3a.   Il-PRM poliklonali, irreġistrat fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiġi prodott u kkummerċjalizzat biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-materjal standard kif imsemmi fil-Parti C tal-Anness III. Il-PRM poliklonali għandu jkun akkumpanjat minn tikketta ta’ operatur professjonist bl-indikazzjoni “Materjal poliklonali”, f’konformità mal-Artikolu 17. [Em. 91]

TAQSIMA 3

Awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti u superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti sabiex jagħmlu ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali

1.  L-operatur professjonist jista’, wara applikazzjoni, jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti sabiex iwettaq l-attivitajiet kollha jew ċerti attivitajiet meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tal-PRM taħt superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti għal materjal jew għal żrieragħ prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati, u sabiex joħroġjistampa tikketta uffiċjali għalihom. [Em. 92]

Sabiex jingħata awtorizzazzjoni bħal din u skont l-attivitajiet li għandhom jiġu awtorizzati għalihom, l-operatur professjonist għandu:

(a)  ikollu l-għarfien meħtieġ għall-konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7;

(b)  ikun kwalifikat sabiex iwettaq l-ispezzjonijiet imsemmijin fl-Anness II jew jimpjega persunal kwalifikat għal spezzjonijiet bħal dawn;

(c)  jimpjega persunal kwalifikat sabiex iwettaq il-kampjunar imsemmi fl-Anness II, jew jikkonkludi kuntratti ma’ kumpaniji jew assoċjazzjonijiet ta’ operaturi professjonali li jimpjegaw persunal kwalifikat għal dawk l-attivitajiet; [Em. 93]

(d)  jimpjega persunal u tagħmir speċjalizzat għat-twettiq tal-ittestjar imsemmi fl-Anness II, jew juża laboratorji li jittestjaw il-PRM li jimpjegaw persunal kwalifikat għal dawk l-attivitajiet; [Em. 94]

(e)  ikun identifika, u kapaċi jimmonitorja, il-punti kritiċi tal-proċess tal-produzzjoni li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u l-identità tal-materjal riproduttiv tal-pjanti, u jżomm rekords tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ;

(f)  ikollu sistemi sabiex jiżgura l-issodisfar tar-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni tal-lottijiet skont l-Artikolu 13;

(g)  ikollu sistemi sabiex jiżgura l-issodisfar tar-rekwiżiti dwar it-traċċabilità stabbiliti fl-Artikolu 42.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ element wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin: [Em. 95]

(a)   il-proċedura għall-applikazzjoni sottomessa mill-operatur professjonist; [Em. 96]

(b)  l-azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti, sabiex tiġi kkonfermata l-konformità mal-paragrafu 1, il-punti (a) sa (g). [Em. 97]

Artikolu 11

Irtirar jew modifika tal-awtorizzazzjoni tal-operatur professjonist

Meta operatur professjonist awtorizzat ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(1), l-awtorità kompetenti għandha titlob lil dak l-operatur jieħu azzjonijiet korrettivi f’perjodu ta’ żmien speċifikat.

L-awtorità kompetenti għandha tirtira minnufih l-awtorizzazzjoni, jew tibdilha kif xieraq, jekk l-operatur professjonist ma japplikax l-azzjonijiet korrettivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu fi ħdan il-perjodu ta’ żmien speċifikat. F’każ li jiġi konkluż li l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat wara frodi, l-awtorità kompetenti għandha timponi s-sanzjonijiet xierqa fuq l-operatur professjonist.

Artikolu 12

Superviżjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti

1.  Għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu awditi regolari, tal-anqas darba fis-sena, iwettqu awditikull 18-il xahar, sabiex jiżguraw li l-operaturi professjonisti jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 10(1). [Em. 98]

Għandhom jorganizzaw ukoll taħriġ u eżamijiet tal-persunal li jwettaq spezzjonijiet fuq il-post, kampjunar u ttestjar previsti f’dan ir-Regolament.

2.  Għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet uffiċjali, il-kampjunar u l-ittestjar fuq sehem mill-għelejjel fis-sit tal-produzzjoni u fuq il-lottijiet tal-PRM sabiex jikkonfermaw li dak il-materjal ikun konformi mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7.

Dak is-sehem għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju potenzjali li ma jkunx hemm konformità mill-PRM ma’ dawk ir-rekwiżiti.

3.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, Il-Kummissjoni tista’għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 75, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rekwiżiti għall-awditi, għat-taħriġ, għall-eżamijiet, għall-ispezzjonijiet, għall-kampjunar u għall-ittestjar, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, fir-rigward ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet partikolari. [Em. 99]

Dawk l-atti ta’ implimentazzjonidelegati jistgħu jispeċifikaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin: [Em. 100]

(a)  il-kriterji tar-riskju kif imsemmijin fil-paragrafu 2 u s-sehem minimu tal-għelejjel u l-lottijiet tal-PRM, li għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet, għal kampjunar u għal ittestjar, kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)  l-attivitajiet ta’ monitoraġġ li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)  l-użu ta’ skemi ta’ akkreditazzjoni partikolari mill-operatur professjonist, u l-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti li jnaqqsu l-ispezzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar, u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ imsemmijin f’dan l-Artikolu minħabba l-użu ta’ dawk l-iskemi, kif imsemmi fil-paragrafu 2. [Em. 101]

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 102]

TAQSIMA 4

Rekwiżiti ta’ mmaniġġar

Artikolu 13

Lottijiet

1.  Il-PRM għandu jiġi kkummerċjalizzat f’lottijiet. Il-kontenut tal-varjetajiet u tal-ispeċijiet ta’ kull lott għandu jkun imħallat b’mod omoġenu biżżejjed rigward u identifikabbli mill-utenti tiegħu bħala distint minn lottijiet oħrajn ta’ PRM. [Em. 103]

2.  Matul l-ipproċessar, l-imballaġġ, il-ħżin, jew mal-konsenja, il-lottijiet tal-PRM jistgħu jingħaqdu f’lott ġdid biss jekk ikunu jappartjenu għall-istess varjetà u sena tal-ħsad. [Em. 104]

Meta l-lottijiet li jikkonsistu f’kategoriji ta’ ċertifikazzjoni differenti jingħaqdu flimkien, il-lott il-ġdid għandu jkun jappartjeni għall-kategorija tal-komponent tal-kategorija l-aktar baxxa. L-operazzjoni ta’ tgħaqqid tista’ ssir biss f’faċilità u minn persuni awtorizzati mill-awtorità kompetenti għal dan l-iskop speċifiku.

3.  Waqt l-ipproċessar, l-imballaġġ, il-ħażna, jew mal-konsenja, il-lottijiet tal-PRM jistgħu jinqasmu f’żewġ lottijiet jew aktar.

4.  F’każijiet ta’ tgħaqqid jew ta’ qsim tal-lottijiet tal-PRM, kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, l-operatur professjonist għandu jżomm rekords dwar l-oriġini tal-lottijiet il-ġodda.

5.  Il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċijiet kollha jew għal ċerti speċijiet tal-PRM, dwar id-daqs massimu tal-lottijiet, l-identifikazzjoni u t-tikkettar tagħhom, it-tgħaqqid jew il-qsim tal-lottijiet fir-rigward tal-oriġini tal-lottijiet tal-PRM, ir-reġistrazzjoni ta’ dawk l-operazzjonijiet u t-tikkettar wara t-tgħaqqid jew il-qsim. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 14

Pakketti, gzuz u kontenituri

1.  Il-PRM għandu jiġi kkummerċjalizzat f’pakketti, fi gzuz jew f’kontenituri maqfulin, li jkollhom apparat ta’ ssiġillar u markatura. Fil-każ tal-PRM għajr iż-żrieragħ u l-patata taż-żrigħ, dan jista’ jiġi kkummerċjalizzat ukoll fil-forma ta’ pjanti individwali. [Em. 105]

2.  Il-pakketti, il-gzuz u l-kontenituri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu maqfulin b’tali mod li ma jkunux jistgħu jinfetħu mingħajr ma titkisser dak il-qfil jew mingħajr ma jitħallew traċċi li juru li l-pakkett, il-gozz jew il-kontenitur ikun infetaħ. L-effettività tal-apparat ta’ qfil għandha tiġi żgurata jew billi jiġu inkorporati t-tikketti previsti fl-Artikoli 15 u 16 fl-apparat jew inkella bl-użu ta’ siġill. Il-pakketti u l-kontenituri għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit jekk il-qfil ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.

3.  Fil-każ tal-PRM prebażiku, bażiku jew iċċertifikat, dawk il-pakketti, il-gzuz u l-kontenituri għandhom jinqaflu mill-awtorità kompetenti, jew mill-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. Dawk il-pakketti u l-kontenituri ma għandhomx jinqaflu mill-ġdid sakemm dan ma jsirx mill-awtorità kompetenti jew mill-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. Jekk pakkett, gozz jew kontenitur jinqafel mill-ġdid, id-data tal-qfil mill-ġdid u d-dettalji tal-awtorità kompetenti responsabbli għandhom jiġu ddikjarati fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 15.

4.  Il-lottijiet tal-PRM prebażiku, bażiku jew iċċertifikat jistgħu jiġu imballati mill-ġdid, jiġu ttikkettati mill-ġdid, u ssiġillati mill-ġdid biss taħt kontroll uffiċjali jewmill-awtorità kompetenti, jew mill-operatur professjonali taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. [Em. 106]

5.  B’deroga mill-paragrafu 1, iż-żrieragħ u l-patata taż-żrigħ jistgħu jiġu kkummerċjalizzati minn operatur professjonist direttament lill-bidwi bl-ingrossa. [Em. 107]

Dak l-operatur professjonist għandu jkun awtorizzat għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti. Għandu jinforma lill-awtorità kompetenti minn qabel dwar attività bħal din u dwar il-lott li minnu tkun ġejja żerriegħa u patata taż-żrigħ bħal din. [Em. 108]

Meta ż-żerriegħa u l-patata taż-żrigħ titgħabba direttament fil-makkinarju jew fit-trejler tal-bidwi, l-operatur professjonist u l-bidwi kkonċernat għandhom jiżguraw it-traċċabilità ta’ dik iż-żerriegħa u l-patata taż-żrigħ billi joħorġu u jżommu dokumenti li jindikaw l-ispeċi u l-varjetà, il-kwantità, il-ħin tat-trasferiment u l-identifikazzjoni tal-lott. [Em. 109]

5a.   L-awtorità kompetenti jew l-operatur professjonist għandhom iżommu rekord ta’ dan li ġej:

(a)   l-awtorizzazzjoni, ix-xiri, it-tagħbija u t-trasport tal-PRM; u

(b)   il-kwalità, l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-PRM. [Em. 110]

6.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta rekwiżiti speċifiċi dwar l-issiġillar, il-qfil, id-daqs u l-forma tal-pakketti, tal-gzuz u tal-kontenituri tal-ispeċijiet speċifiċi tal-PRM, u tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ u tal-patata taż-żrigħ bl-ingrossa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 111]

TAQSIMA 5

Rekwiżiti dwar it-tikkettar

Artikolu 15

Tikketta uffiċjali

1.  Il-materjal u ż-żrieragħ prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati għandhom jiġu identifikati, u l-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament għandha tiġi attestata, permezz ta’ tikketta uffiċjali, maħruġa wara l-konklużjoni mill-awtorità kompetenti li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7.

2.  It-tikketta uffiċjali għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti u jkollha numru tas-serje mogħti mill-awtorità kompetenti.

Għandha tiġi stampata minn dawn:

(a)  l-awtorità kompetenti, li tkun ħarġet it-tikketta uffiċjali, jekk tintalab tagħmel dan mill-operatur professjonist, jew jekk l-operatur professjonist ma jkunx awtorizzat iwettaq ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali, mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 10; jew [Em. 112]

(b)  l-operatur professjonist jew l-assoċjazzjonijiet tal-operaturi professjonali, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, meta l-operatur professjonist ikun awtorizzat iwettaq ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 10. [Em. 113]

3.  It-tikketta uffiċjali għandha titwaħħal mal-parti ta’ barra tal-pakkett, tal-gozz jew tal-kontenitur mill-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, jew minn persuna li taġixxi taħt ir-responsabbiltà tal-operatur professjonist.

4.  It-tikketta uffiċjali għandha tinħareġ ġdida. Jistgħu jintużaw tikketti uffiċjali adeżivi, jekk ikunu awtorizzati hekk mill-awtorità kompetenti meta ma jkun hemm l-ebda riskju li jistgħu jerġgħu jintużaw.

5.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu r-regoli li ġejjin dwar:

(a)  ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet kollha meħudin mill-operaturi professjonisti u mill-awtoritajiet kompetenti sabiex joħorġu t-tikketta uffiċjali;

(b)  l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tikkollega lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita l-ipproċessar ta’ dawk ir-rekords, l-aċċess għalihom u l-użu tagħhom;

(c)  l-arranġamenti tekniċi għall-ħruġ tat-tikketti uffiċjali elettroniċi.

Wara l-adozzjoni ta’ att delegat bħal dan, it-tikketta uffiċjali tista’ tinħareġ ukoll f’forma elettronika (“tikketta uffiċjali elettronika”).

6.  B’deroga mill-paragrafi 1 sa 5, il-materjal prebażiku, bażiku u l-materjal bażiku taż-żerriegħa u ż-żerriegħa u l-materjal u ż-żerriegħa ċċertifikati ta’ dan l-Artikolu, iż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata, importati minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 39, għandhom jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni bit-tikketta rispettiva tal-OECD li takkumpanjahom mal-importazzjoni. [Em. 114]

Artikolu 16

Tikketta tal-operatur

Il-materjal standard u ż-żerriegħa standard għandhom jiġu identifikati permezz ta’ tikketta tal-operatur. Dik it-tikketta għandha tikkonferma li l-materjal standard jew iż-żerriegħa standard tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, imsemmijin fl-Artikolu 8, fuq il-bażi ta’ spezzjonijiet, ta’ kampjunar u ta’ ttestjar imwettqin mill-operatur professjonist.

It-tikketta tal-operatur għandha tinħareġ, tiġi stampata u titwaħħal fuq in-naħa ta’ barra tal-gozz, il-pakkett, jew il-kontenitur tal-pjanti mill-operatur professjonist, jew minn persuna li taġixxi taħt ir-responsabbiltà tal-operatur professjonist, fuq in-naħa ta’ barra ta’ pakkett, ta’ gozz jew ta’ kontenitur. L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta tal-operatur professjonist tista’ wkoll tiġi stampata direttament fuq il-gozz, il-pakkett jew il-kontenitur tal-pjanti mill-operatur professjonist, jew minn persuna li taġixxi taħt ir-responsabbiltà tal-operatur professjonist. [Em. 115]

Artikolu 17

Kontenut tat-tikketti

1.  It-tikketta uffiċjali u t-tikketta tal-operatur għandhom jinkitbu b’tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

2.  It-tikketta uffiċjali u t-tikketta tal-operatur għandhom ikunu jistgħu jinqraw, ma jkunux jistgħu jitħassru, ma jkunux jistgħu jiġu mmodifikati jekk jitbagħbsu, ikunu stampati fuq naħa waħda, ikunu magħmulin minn materjal li ma jitqattax sakemm ma jkunux tikketti li jeħlu (stikers), ma jkunux intużaw qabel, u jkunu jidhru faċilment. Din għandha tinkludi, meta applikabbli, referenza għad-dritt ta’ varjetà ta’ pjanta u referenza għar-reġistru msemmi fl-Artikolu 46 fil-każ ta’ aktar drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. [Em. 116]

3.  Kwalunkwe spazju tat-tikketta uffiċjali jew tat-tikketta tal-operatur minbarra l-elementi msemmijin fil-paragrafu 4, jista’għandu, meta rilevanti, jintuża għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni bħal din għandha tiġi ppreżentata f’ittri li ma jkunux akbar minn dawk użati għall-kontenut tat-tikketta uffiċjali jew tat-tikketta tal-operatur kif imsemmi fil-paragrafu 4. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun strettament fattwali, ma għandhiex tirrappreżenta materjal ta’ reklamar, u għandha tkun relatata biss mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jew mar-rekwiżiti tat-tikkettar għall-organiżmi ġenetikament modifikati jew għall-pjanti NGT tal-kategorija 1 kif definiti fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) …/… (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT ...). [Em. 117]

4.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kontenut, id-daqs, il-kulur u l-forma tat-tikketta uffiċjali jew tal-operatur, kif applikabbli, fir-rigward tal-kategoriji jew tat-tipi rispettivi ta’ PRM, għal:

(a)  it-tikketta uffiċjali msemmija fl-Artikolu 15(1);

(b)  it-tikketta tal-operatur imsemmija fl-Artikolu 16;

(c)  it-tikketta għat-taħlitiet imsemmija fl-Artikolu 21(1);

(d)  it-tikketta għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1);

(e)  it-tikketta għaż-żrieragħ imballati mill-ġdid u ttikkettati mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 23(5);

(f)  it-tikketta għall-PRM li jappartjeni għall-varjetajiet ta’ konservazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2);

(g)  it-tikketta għall-PRM ikkummerċjalizzat lill-utenti finali msemmija fl-Artikolu 28(1), il-punt (a);

(h)  it-tikketta għall-PRM ikkummerċjalizzat minn ċerti banek tal-ġeni, organizzazzjonijiet u networks imsemmija fl-Artikolu 29; [Em. 118]

(i)  it-tikketta għall-materjal tan-nissiel msemmija fl-Artikolu 31(2); [Em. 119]

(j)  it-tikketta għall-PRM tal-varjetajiet li għadhom ma humiex irreġistrati msemmija fl-Artikolu 32(5);

(k)  it-tikketta għall-PRM awtorizzat f’każijiet ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista msemmija fl-Artikolu 33(2); u

(l)  it-tikketta għaż-żrieragħ b’awtorizzazzjoni provviżorja għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(3);

(m)  it-tikketta għaż-żrieragħ li ma humiex iċċertifikati b’mod finali msemmija fl-Artikolu 35(3);

(n)  it-tikketta għall-PRM importat minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 40(1) u (2);

(na)   it-tikketta għall-materjal poliklonali msemmija fl-Artikolu 9(4). [Em. 120]

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

5.  L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-operatur professjonist jindika informazzjoni għajr il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 4, u għajr materjal ta’ reklamar, imqiegħed fit-tarf tat-tikketta uffiċjali, f’erja b’daqs mhux akbar minn 20 % tal-erja totali tat-tikketta uffiċjali, bit-titolu “Informazzjoni mhux uffiċjali”. Informazzjoni bħal din għandha tkun f’ittri mhux akbar minn dawk użati għall-kontenut tat-tikketta uffiċjali kif imsemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 18

Referenza għal-lottijiet

It-tikketta uffiċjali u t-tikketta tal-operatur għandhom jinħarġu għal kull lott.

Jekk lott tal-istess varjetà jinqasam f’żewġ lottijiet jew aktar, għandha tinħareġ tikketta uffiċjali jew tikketta tal-operatur ġdida għal kull lott.

Jekk bosta lottijiet tal-istess varjetà jingħaqdu f’lott wieħed ġdid, għandha tinħareġ tikketta uffiċjali jew tikketta tal-operatur ġdida għal dak il-lott il-ġdid.

Artikolu 19

Nuqqas ta’ konformità tal-PRM mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni

F’każ li l-kontrolli uffiċjali mwettqin matul il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM juru li ż-żrieragħ jew il-materjal prebażiku, bażiku, iċċertifikat, jew iż-żrieragħ jew il-materjal standard, ma jkunux ġewma ġewx prodotti jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni f’konformità mar-rekwiżiti rispettivi msemmijin fl-Artikoli 7 jew 8, jew fil-każ li fih l-identità u l-purità varjetali tal-PRM ma kinux ikkonfermati fl-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 24applikabbli għal dak il-PRM, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operatur professjonist ikkonċernat jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa dwar il-PRM ikkonċernat u l-bini, il-bini u l-metodi ta’ produzzjoni tiegħu, kif xieraq. Dawk l-azzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jiksbu wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin: [Em. 121]

(a)  il-PRM ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi;

(b)  il-PRM ikkonċernat jiġi rtirat mis-suq jew jintuża bħala materjal għajr il-PRM;

(c)  bl-eċċezzjoni taż-żerriegħa standard jew tal-materjal standard, żerriegħa eteroġenja jew materjal eteroġenju u PRM ikkummerċjalizzat taħt id-derogi previsti fl-Artikoli 27 u 30, il-PRM ikkonċernat jiġi prodott jew ikkummerċjalizzatkkummerċjalizzat f’kategorija aktar baxxa, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għal dik il-kategorija; [Em. 122]

(d)  meta applikabbli, l-operatur professjonist jista’ jiġi ssanzjonat b’mezzi addizzjonali għall-irtirar jew għall-modifika tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 11. [Em. 123]

Artikolu 20

PRM li jkun se jiġi prodott u kkummerċjalizzat biss bħala żrieragħ jew materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat

1.  Il-PRM li jappartjeni għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet kif elenkati fl-Anness IV jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat biss bħala żrieragħ jew materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 75 sabiex temenda l-Anness IV.

L-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jżid ġeneru jew speċi mal-Anness IV, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikun hemm bżonn ta’ garanziji ogħla għall-kwalità taż-żrieragħ li jappartjenu għal dak il-ġeneru jew dik l-ispeċi; u.

(b)  il-kostijiet tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, meħtieġa għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa rispettiva bħala żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata jkunu proporzjonati:

(i)  għall-iskop li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, jew li jiġi żgurat valur għoli tal-ipproċessar industrijali; u

(ii)  għall-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-ogħla standards li jikkonċernaw l-identità u l-kwalità taż-żerriegħa, li jirriżultaw mill-konformità mar-rekwiżiti għaż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata meta mqabbla ma’ dawk għaż-żerriegħa standard.

Dik il-proporzjonalità għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ġenerali tal-elementi li ġejjin flimkien: l-importanza tal-ġeneru jew tal-ispeċi rispettiva għas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf tal-Unjoni; il-volum tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni; id-domanda għaliha mill-operaturi professjonisti u mill-operaturi tal-industrija tal-ikel/tal-għalf; il-kostijiet tal-produzzjoni taż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata meta mqabbla mal-kost tal-produzzjoni ta’ żerriegħa oħra tal-istess ġeneru jew speċi; u l-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-produzzjoni u mill-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata meta mqabbla ma’ żerriegħa oħra tal-istess ġeneru jew speċi.

L-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jneħħi ġeneru jew speċi mill-Anness IV, jekk waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), il-punti (i) u (ii), ma tibqax issodisfata.

2a.   Wara applikazzjoni minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza lil Stat Membru biex jinħeles mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM fit-territorju tiegħu, speċifikament b’rabta ma’ ġeneru jew speċi elenkata fl-Anness IV, li normalment ma jiġux riprodotti jew ikkummerċjalizzati fit-territorju tiegħu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b).

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun soġġetta għal rieżami regolari. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li l-awtorizzazzjoni għandha titħassar, jekk tqis li ma għadhiex ġustifikata fid-dawl tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 124]

TAQSIMA 6

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TAĦLITIET TAŻ-ŻRIERAGĦ, GĦALL-IMBALLAĠĠ MILL-ĠDID TAŻ-ŻRIERAGĦ U GĦAT-TESTIJIET B’ROQGĦA TA’ KONTROLL GĦAŻ-ŻRIERAGĦ

Artikolu 21

Taħlitiet taż-żrieragħ

1.  Taħlitiet taż-żerriegħa ċċertifikata jew taħlitiet taż-żerriegħa standard ta’ diversi ġeneri jew speċijiet elenkati fil-Parti Afil-Partijiet A u B tal-Anness I u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 sa 8, kemm jekk flimkien ma’ żerriegħa kummerċjali kif ukoll jekk le, kif ukoll ta’ varjetajiet differenti ta’ dawk il-ġeneri jew l-ispeċijiet, jistgħu jiġu prodotti u kkummerċjalizzati fl-Unjoni jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. [Em. 125]

Iż-żrieragħ inklużi f’dawk it-taħlitiet għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)  tikketta uffiċjali, meta t-taħlita tkun tikkonsisti biss fi żrieragħ iċċertifikati; jew

(b)  tikketta ta’ operatur, fil-każ li fih it-taħlita tkun tikkonsisti biss f’żerriegħa standard, jew f’żerriegħa ċċertifikata u standardfil-każijiet l-oħra kollha. [Em. 126]

Għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-operaturi professjonisti għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti l-lista ta’ varjetajiet kostitwenti u komponenti taż-żerriegħa kummerċjali tat-taħlita u l-proporzjonijiet tagħhom, għall-verifika tal-eliġibbiltà ta’ dawk il-varjetajiet. [Em. 127]

2.  Taħlitiet taż-żrieragħ imsemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu prodotti biss minn operaturi professjonisti, li jkunu awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti. Sabiex jirċievu awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ taħlitiet bħal dawn, l-operaturi professjonisti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  ikunu installaw tagħmir xieraq għat-taħlit u proċeduri xierqa li jiżguraw li t-taħlita lesta tkun uniformi u li jkun jista’ jinkiseb il-proporzjon iddikjarat bejn il-varjetajiet tal-komponenti f’kull kontenitur;

(b)  ikollhom persuna responsabbli li jkollha responsabbiltà diretta għall-operazzjoni ta’ taħlit u ta’ imballaġġ; u

(c)  iżommu reġistru tat-taħlitiet taż-żrieragħ u tal-użu maħsub tagħhom.

3.  L-operazzjoni ta’ taħlit u ta’ imballaġġ taż-żrieragħ imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandha titwettaq taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

L-operazzjoni tat-taħlit għandha titwettaq b’mod li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ preżenza ta’ żrieragħ mhux maħsubin għall-inklużjoni u li t-taħlita li tirriżulta tkun omoġena kemm jista’ jkun.

Il-piż taż-żerriegħa f’kontenitur uniku, li jikkonsisti f’taħlita kemm ta’ speċi ta’ żerriegħa żgħira kif ukoll ta’ speċi li ż-żerriegħa tagħhom tkun akbar mid-daqs tal-qamħ, ma għandux jaqbeż l-40 kg.

4.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika, fuq il-bażi tal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi u tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, regoli dwar:

(a)  it-tagħmir u l-proċedura tat-taħlit;

(b)  id-daqsijiet massimi tal-lottijiet għal speċijiet u għal varjetajiet partikolari.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 22

Taħlitiet ta’ preservazzjoni

1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 5 sa 8 u mill-Artikolu 21(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ taħlita taż-żrieragħ ta’ diversi ġeneri jew speċi elenkati fil-Parti Afil-Partijiet A, B u C tal-Anness I, kif ukoll ta’ varjetajiet differenti ta’ dawk il-ġeneri jew speċijiet, flimkien ma’ żrieragħ ta’u ġeneri jew ta’ speċijiet ta’ partijiet oħrajn ta’ dak l-Anness, jew ta’ ġeneri jew speċijiet mhux elenkati f’dak l-Anness, jekk taħlita bħal din tissodisfataħlit bħal dan jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: [Em. 128]

(a)  tikkontribwixxijikkontribwixxu għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, jew għar-restawr tal-ambjent naturali; u [Em. 129]

(b)  tkun assoċjatahuma assoċjati b’mod naturali ma’ żona partikolari (“żona tas-sorsregjun ta’ oriġini”) li tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi jew għar-restawr tal-ambjent naturali; [Em. 130]

(c)  tikkonformajikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness V; [Em. 131]

(ca)   ma jikkonsistux fi pjanta OĠM jew fi pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 kif definit fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) .../...[ir-Regolament dwar l-NGT] jew minn pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 kif definit fl-Artikolu 3(8) ta’ dak ir-Regolament. [Em. 132]

Taħlita bħal din tkun tikkostitwixxi “taħlitaTaħlit bħal dan ikun jikkostitwixxi “taħlit ta’ preservazzjoni” u dan għandu jissemma fuq it-tikketta tagħhatagħhom. [Em. 133]

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 75, li jemenda l-Anness V rigward l-elementi li ġejjin:

(a)  ir-rekwiżiti dwar l-awtorizzazzjoni għal taħlitiet ta’ żrieragħ miġburin direttament minn post naturali li jappartjeni għal żona tas-sors definitareġjun ta’ oriġini definit, għall-konservazzjoni u għar-restawr tal-ambjent naturali (taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament); [Em. 134]

(b)  ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni mkabbrin mill-għelejjel;

(c)  l-użu u l-kontenut ta’ ċerti speċijiet;

(d)  ir-rekwiżiti dwar l-issiġillar u l-imballaġġ;

(e)  ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti.

Dawk l-emendil-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza miġbura mill-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u fuq kwalunkwe żvilupp tekniku u xjentifiku u fuq it-titjib tal-kwalità u tal-identifikazzjoni tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni. Dawn jistgħu jikkonċernaw ġeneri jew speċijiet partikolari biss. [Em. 135]

3.  L-operaturi professjonisti għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi, għal kull staġun tal-produzzjoni, l-ammont ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni prodotti u kkummerċjalizzati minnhom.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw, fuq talba, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, l-ammont ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni prodotti u kkummerċjalizzati fit-territorju tagħhom u, meta applikabbli, l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti jew tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għal dan l-għan.

Artikolu 23

Imballaġġ mill-ġdid u tikkettar mill-ġdid tal-lottijiet ta’ żrieragħPRM [Em. 136]

1.  Il-lottijiet ta’ żrieragħPRM ta’ żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata għandhom jiġu imballati mill-ġdid u ttikkettati mill-ġdid f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikoli 14 u 15, meta dan ikun meħtieġ għall-qsim jew għat-tgħaqqid tal-lottijiet. [Em. 137]

2.  L-imballaġġ mill-ġdid u t-tikkettar mill-ġdid ta’ lott ta’ żrieragħPRM għandhom jitwettqu minn dawn: [Em. 138]

(a)  l-operaturi professjonisti taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti; jew

(b)  kampjunatur taż-żrieragħ, li jkun awtorizzat u ssorveljat għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti u jirrapporta lilha.

Fil-każ tal-punt (b), l-operatur professjonist għandu jiġi nnotifikat minn qabel mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi organizzata l-kooperazzjoni tagħha mal-persuni li jieħdu l-kampjuni taż-żrieragħ.

3.  L-operatur professjonist u l-kampjunatur taż-żrieragħ li jwettqu l-imballaġġ mill-ġdid u t-tikkettar mill-ġdid tal-lottijiet taż-żrieragħ għandhom jieħdu l-passi kollha sabiex jiżguraw li matul l-operazzjoni ta’ imballaġġ mill-ġdid, jinżammu l-identità u l-purità varjetali tal-lott taż-żrieragħ, ma sseħħ l-ebda kontaminazzjoni, u li l-lott taż-żrieragħ li jirriżulta jkun kemm jista’ jkun omoġenu.

4.  L-operaturi professjonisti u l-kampjunatur taż-żrieragħ għandhom iżommu rekords, matul l-imballaġġ mill-ġdid u t-tikkettar mill-ġdid tal-lottijiet taż-żrieragħ, għal 3 snin wara t-tikkettar mill-ġdid u l-imballaġġ mill-ġdid rispettivi. L-informazzjoni li tinsab fir-rekords għandha tinkludi:

(a)  in-numru ta’ referenza tal-lott taż-żrieragħ oriġinali;

(b)  in-numru ta’ referenza tal-lott taż-żrieragħ ippakkjat mill-ġdid jew imballati mill-ġdid;

(c)  il-piż tal-lott taż-żrieragħ oriġinali;

(d)  il-piż tal-lott taż-żrieragħ imballat mill-ġdid jew ittikkettat mill-ġdid;

(e)  id-data tad-disponiment finali tal-lott.

Dawk ir-rekords għandhom jinżammu f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni u l-verifika tal-awtentiċità tal-lott taż-żrieragħ oriġinali, li jkun soġġett għall-imballaġġ mill-ġdid u għat-tikkettar mill-ġdid. Għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti jekk din titlobhom.

5.  Is-siġilli u t-tikketti oriġinali għandhom jitneħħew mil-lott taż-żrieragħ. L-operaturi professjonisti jew il-kampjunatur taż-żerriegħa għandu jżomm ukoll it-tikketta, li tkun ġiet issostitwita, ta’ kull lott taż-żrieragħ komponenti.

It-tikketti l-ġodda għandhom jew jiddikjaraw in-numru ta’ referenza tal-lott taż-żrieragħ oriġinali jew numru ta’ referenza ġdid tal-lott taż-żrieragħ assenjat mill-awtorità kompetenti.

6.  Meta l-awtorità kompetenti tassenja numru ta’ referenza ġdid tal-lott taż-żrieragħ, hija għandha jew iżżomm rekord tan-numru ta’ referenza preċedenti tal-lott taż-żrieragħ jew tiżgura li dan in-numru preċedenti jkun inkluż fuq it-tikketti l-ġodda.

7.  L-imballaġġ mill-ġdid tat-taħlitiet ta’ żerriegħa ċċertifikata jista’ jsir biss meta l-operatur professjonist jew il-kampjunatur taż-żrieragħ ikun stabbilixxa li s-sehem tal-komponenti differenti fi ħdan taħlita jkun se jinżamm matul il-proċess tal-imballaġġ mill-ġdid.

Artikolu 24

Testijiet b’roqgħa ta’ kontroll għaż-żrieragħ prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati

1.  Wara l-produzzjoni taż-żrieragħ prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu testijiet annwali fuq il-post, immedjatament wara, jew matul, l-istaġun ta’ wara t-teħid tal-kampjuni, flimkien mal-ispezzjoni fuq il-post, fi rqajja’ fejn il-varjetà titqabbel ma’ kampjun taż-żerriegħa vvalidat uffiċjalment tal-varjetà sabiex jiġi aċċertat li l-karatteristiċi tal-varjetajiet ikunu baqgħu l-istess fil-proċess tal-produzzjoni u sabiex jiġu vverifikati l-identità u l-purità varjetali ta’ lottijiet taż-żrieragħ individwali.

Dawk it-testijiet għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’:

a)  jekk ir-rekwiżiti għall-kategoriji jew għall-ġenerazzjonijiet li jmiss ikunux issodisfati. Meta, bħala riżultat ta’ testijiet bħal dawn tal-kategorija jew tal-ġenerazzjoni immedjatament dixxendenti, jiġi stabbilit li l-identità jew il-purità varjetali taż-żrieragħ ma tkunx inżammet, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tiċċertifika ż-żerriegħa derivata mil-lott ikkonċernat;

b)  li żerriegħa bħal din tikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi tal-identità, tal-kwalità u ma’ rekwiżiti oħrajn ta’ ċertifikazzjoni. Meta, bħala riżultat ta’ test bħal dan, jiġi stabbilit li r-rekwiżiti tal-Artikolu 7 ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-lott ikkonċernat mis-suq jew tiżgura li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.

2.  Is-sehem ta’ dawn it-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll għaż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli taż-żrieragħ mar-rekwiżiti rispettivi.

3.  Fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2, it-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll għandhom jitwettqu permezz ta’ kampjuni meħudin mill-awtorità kompetenti miż-żerriegħa maħsuda.

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli għat-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll taż-żrieragħ għal kull ġeneru jew speċi. Dawk ir-regoli għandhom jadattaw għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u għall-istandards internazzjonali, u jistgħu jiġu stabbiliti għal kull ġeneru, speċi jew kategorija partikolari. Dawn jista’ jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn li ġejjin:

(a)  il-kriterji għat-twettiq tal-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2;

(b)  il-proċedura tat-testijiet;

(c)  l-evalwazzjoni tar-riżultati tat-testijiet.

5.  Fil-każ ta’ kontroll tal-identità u tal-purità varjetali, l-użu ta’ tekniki bijomolekulari jista’ jintuża bħala għodda supplimentari meta r-riżultati tat-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux konklużivi

Artikolu 25

Testijiet b’roqgħa ta’ kontroll għaż-żrieragħ standard

1.  Wara l-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ standard, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, jekk indikat hekk mill-analiżi tar-riskju, iwettqu testijiet b’roqgħa ta’ kontroll sabiex jivverifikaw jekk iż-żrieragħ jikkonformawx mar-rekwiżiti rispettivi tal-identità varjetali u tal-purità varjetali, u ma’ rekwiżiti oħrajnstabbiliti fl-Artikolu 8 u fl-Anness III, kif xieraq. [Em. 139]

2.  Is-sehem tat-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli taż-żrieragħ rispettivi ma’ dawk ir-rekwiżiti. Tali analiżi tar-riskju għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti abbażi tal-karatteristiċi territorjali, l-eżistenza ta’ riskji għas-saħħa tal-pjanti fir-reġjun, u r-rekord tal-operatur professjonist. [Em. 140]

3.  Fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli rispettivi, it-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu kull sena, billi jintużaw kampjuni meħudin mill-awtorità kompetenti minn lottijiet taż-żrieragħ omoġeni. Dawk it-testijiet għandhom jivvalutaw l-identità u l-purità varjetali taż-żerriegħa kkonċernata, u r-rata tal-ġerminazzjoni u l-purità analitika tagħha.

4.  Fil-każ tal-kontroll tal-identità u tal-purità varjetali, l-użu ta’ tekniki bijomolekulari jista’ jintuża bħala għodda supplimentari meta r-riżultati tat-testijiet b’roqgħa ta’ kontroll imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux konklużivi.

TAQSIMA 7

Derogi mir-rekwiżiti tal-Artikoli 5 sa 25

Artikolu 26

PRM li jappartjeni għall-varjetajiet ta’ konservazzjoni

1.  B’deroga mill-Artikolu 20, il-PRM tal-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV u li jappartjeni għall-varjetà ta’ konservazzjoni rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44(1)(b), jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni bħala żerriegħa jew materjal standard, jekk jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw żerriegħa u materjal standard għall-ispeċijiet rispettivi, kif imsemmi fl-Artikolu 8. [Em. 141]

2.  Il-PRM imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn tikketta ta’ operatur bl-indikazzjoni “Varjetà ta’ konservazzjoni”.

3.  L-operatur professjonist li juża din id-deroga għandu jinnotifika kull sena lill-awtorità kompetenti din l-attività, fir-rigward tal-ispeċijiet u tal-kwantitajiet ikkonċernati. [Em. 142]

Artikolu 27

PRM ta’ materjal eteroġenu

1.  B’deroga mill-Artikolu 5, il-PRM ta’ materjal eteroġenu, bl-esklużjoni tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ pjanti tal-għalf elenkati fl-Anness I, jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni mingħajr ma jkun jappartjeni għal varjetà. Il-materjalIl-PRM ta’ materjal eteroġenu għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti u rreġistrat minnha qabel il-produzzjoni u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI. [Em. 143]

2.  B’deroga mill-Artikolu 7(1), (3) u mill-Artikolu 8(1), (3)7, l-Artikolu 8, l-Artikolu 13(2) u (5) u l-Artikoli 18 u 20, il-PRM ta’ materjal eteroġenu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi prodott u kkummerċjalizzat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI. [Em. 144]

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 75, li jemenda l-Anness VI. Dawk l-emendi jistgħu jikkonċernaw il-ġeneri jew l-ispeċijiet kollha jew uħud partikolari biss, u għandhom:

(a)  itejbu l-provvista ta’ informazzjoni fin-notifiki, fid-deskrizzjoni u fl-identifikazzjoni tal-PRM eteroġenu, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-regoli rispettivi;

(b)  itejbu r-regoli dwar l-imballaġġ u t-tikkettar tal-PRM eteroġenu, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba bil-kontrolli mwettqin mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)  itejbu r-regoli dwar is-selezzjoni konservattiva tal-PRM eteroġenu, meta applikabbli, fuq il-bażi tal-aħjar prattiki li jirriżultaw. [Em. 145]

Dawk l-emendi għandhom jiġu adottati sabiex jadattaw għall-iżvilupp tal-evidenza teknika u xjentifika rispettiva, u għall-istandards internazzjonali, u sabiex jingħata segwitu għall-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward il-ġeneri jew l-ispeċijiet kollha jew uħud minnhom biss.

4.  Kwalunkwe operatur professjonist li jipproduċi u/jew li jkollu l-ħsieb li jikkummerċjalizza l-PRM ta’ materjal eteroġenu għandu jippreżenta notifika lill-awtorità kompetenti qabel il-kummerċjalizzazzjoni. Jekk ma tintalab l-ebda informazzjoni ulterjuri mill-awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien determinattliet xhur mill-awtorità kompetenti, il-PRM ta’ materjal eteroġenu jista’ jiġi kkummerċjalizzat. [Em. 146]

5.  L-operatur professjonisti għandu jiżgura t-traċċabilità tal-PRM ta’ materjal eteroġenu billi jżomm informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-operaturi professjonist li jkunu fornewh bil-materjal inizjali użat għall-produzzjoni (materjal ġenitur) ta’ materjal eteroġenu.

L-operatur professjonist għandu jżomm dik l-informazzjoni għal 5 snin.

L-operatur professjonist li jipproduċi l-PRM ta’ materjal eteroġenu maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jirreġistra u jżomm ukoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-isem tal-ispeċi u d-denominazzjoni użati għal kull materjal eteroġenu nnotifikat;

(b)  it-tip ta’ teknika użata għall-produzzjoni tal-materjal eteroġenu kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(c)  il-karatterizzazzjoni tal-materjal eteroġenu nnotifikat;

(d)  il-post tat-tnissil jew tal-produzzjoni tal-PRM ta’ materjal eteroġenu u l-post tal-produzzjoni; [Em. 147]

(e)  l-erja tas-superfiċje għall-produzzjoni tal-PRM ta’ materjal eteroġenu u l-kwantità prodotta.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu, fil-kuntest ta’ kontroll ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. [Em. 148]

6.  L-Artikolu 54 għandu japplika kif xieraq għall-adegwatezza tad-denominazzjoni tal-materjal eteroġenu.

7.  Il-materjal eteroġenu kif innotifikat skont il-paragrafu 1 għandu jiġi rreġistrat mill-awtoritajiet kompetenti f’reġistru dedikat (“reġistru tal-materjali eteroġeni”). Ir-reġistrazzjoni għandha tkun bla ħlas għall-operatur professjonist. [Em. 149]

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu, jaġġornaw u jippubblikaw dak ir-reġistru, jagħmluh aċċessibbli online u jinnotifikaw minnufih il-kontenut tiegħu u l-aġġornamenti fih lill-Kummissjoni. [Em. 150]

Artikolu 28

PRM ikkummerċjalizzat lill-utenti finali

1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 5 - 12, 14, 15 u 20, il-PRM jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-utenti finali jekk jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  ikollu tikketta ta’ operatur bid-denominazzjoni tal-PRM u bl-indikazzjoni “Materjal riproduttiv tal-pjanti għall-utenti finali – mhux iċċertifikat uffiċjalment” jew, fil-każ ta’ żrieragħ, “Żrieragħ għall-utenti finali – mhux iċċertifikati uffiċjalment”;

(b)  f’każ li ma jkunux jappartjenu għal varjetà rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44, ikollu deskrizzjoni magħmula disponibbli għall-pubbliku, fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni privata, f’katalogu kummerċjali miżmum mill-operatur professjonist. Din id-dokumentazzjoni privata għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-operatur professjonist fuq talba lill-awtorità kompetenti;

(c)  ikun prattikament ħieles minn pesti ta’ kwalità u minn kwalunkwe difett li x’aktarx inaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal riproduttiv, u għandu jkollu saħħa u dimensjonijiet sodisfaċenti fir-rigward tal-utilità tiegħu bħala PRM, u, fil-każ ta’ żrieragħ, għandu jkollu kapaċità tal-ġerminazzjoni sodisfaċenti; u

(d)  għandu jiġi kkummerċjalizzat bħala pjanti individwali, jew, fil-każ taż-żrieragħ u tat-tuberi, f’pakketti żgħar.

L-operatur professjonist li juża din id-deroga għandu jinnotifika din l-attività lill-awtorità kompetenti kull sena, fir-rigward tal-ispeċijiet u tal-kwantitajiet ikkonċernati. [Em. 151]

2.   Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dwar id-daqs, il-forma, l-issiġillar u r-rekwiżiti dwar l-immaniġġar li jikkonċernaw il-pakketti ż-żgħar imsemmijin fl-paragrafu 1, il-punt (d).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 152]

Artikolu 29

PRM ikkummerċjalizzat lil, minn, bejn u fi ħdan u bejn banek tal-ġeni, organizzazzjonijiet u networks iddedikati għall-konservazzjoni dinamika [Em. 153]

1.  B’deroga mill-Artikoli 5 sa 25, il-PRM jista’ jiġi kkummerċjalizzat lil, jew bejn, banek tal-ġeni,minn, bejn u fi ħdan organizzazzjonijiet u networks, inklużi bdiewa, iddedikati għall-konservazzjoni dinamika b’objettiv statutorju, jew b’objettiv uffiċjali nnotifikat lill-awtorità kompetenti, sabiex jiġu kkonservati r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, meta kwalunkwe waħda mill-attivitajiet titwettaq mingħajr skop ta’ qligħ. [Em. 154]

Jista’ jiġi kkummerċjalizzat ukoll minn dawk il-banek tal-ġeni, l-organizzazzjonijiet u n-networks tal-konservazzjoni jew il-membri tagħhom lil persuni li jwettqu l-konservazzjoni dinamika ta’ dak il-PRM bħala konsumaturi finali, mingħajr skopjew għal skopijiet ta’ qligħbiedja professjonali. [Em. 155]

Fil-każijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-PRM għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  ikun elenkatikunu elenkati f’reġistru miżmum minn dawk il-banek tal-ġeni, l-organizzazzjonijiet u n-networks tal-konservazzjoni b’deskrizzjoni xierqabażika ta’ dak il-PRM, f’każ li ma jappartjenix għal varjetà rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44; [Em. 156]

(b)  ikun ikkonservat minn dawk il-banek tal-ġeni, l-organizzazzjonijiet u n-networks tal-konservazzjoni, u, meta l-kwantitajiet jippermettu dan,, u kampjuni ta’ dak il-PRM jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn dawn għall-awtoritajiet kompetenti meta jitolbuhom; u [Em. 157]

(c)  ikun prattikament ħieles minn pesti ta’ kwalità u minn kwalunkwe difett li x’aktarx inaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal riproduttiv, u jkollu saħħa u dimensjonijiet sodisfaċenti fir-rigward tal-utilità tiegħu bħala PRM, u, fil-każ taż-żrieragħ, ikollu kapaċità tal-ġerminazzjoni sodisfaċenti. [Em. 158]

2.  Il-banek tal-ġeni, L-organizzazzjonijiet u n-networks tal-konservazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu tad-deroga msemmija fil-paragrafu 1 u l-ispeċijiet ikkonċernati. [Em. 159]

Artikolu 30

Żerriegħa skambjata in naturaPRM skambjat bejn il-bdiewa [Em. 160]

1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 5 -sa 25, il-bdiewa jistgħu jiskambjaw iż-żrieragħil-PRM in natura jew għal kumpens monetarju, jekk PRM bħal dan jissodisfa l-kundizzjonijiet, jekk żrieragħ bħal dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: [Em. 161]

(1)  ikunu ġew prodottiikun ġie prodott fil-bini proprju tal-bidwi rispettiv; [Em. 162]

(2)  ikunu derivati mill-ħsad proprjuikun derivat mill-għelejjel proprji tal-bidwi rispettiv; [Em. 163]

(3)  fil-każ taż-żrieragħ, ma jkunx soġġettma jkunux soġġetti għal kuntratt ta’ servizz imwettaq mill-bidwi rispettiv ma’ operatur professjonist li jwettaq il-produzzjoni taż-żrieragħ; u [Em. 164]

(4)  iż-żerriegħa tintużail-PRM jintuża għall-ġestjoni dinamika taż-żerriegħa proprjau għall-konservazzjoni tal-PRM proprju tal-bidwi bl-iskop li tikkontribwixxijikkontribwixxi għall-agrodiversità. [Em. 165]

2.  Żrieragħ bħal dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżitiPRM bħal dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin: [Em. 166]

(a)  ma jappartjenux għal varjetà li għaliha jkunu ngħataw drittijiet fuq il-varjetà tal-pjanta f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2100/94;

(b)  ikunu limitati għalikun limitat fi kwantitajiet żgħar, definiti mill-awtoritajiet kompetenti għal speċijiet speċifiċi għal kull sena u għal kull bidwi, mingħajr l-użu ta’ intermedjarji kummerċjali jew ta’ offerta pubblika ta’ kummerċjalizzazzjoni; u [Em. 167]

(c)  ikunuikun prattikament ħielsaħieles minn pesti ta’ kwalità u minn kwalunkwe difett li x’aktarx ikollu impatt fuq il-kwalità tagħhom bħala żrieragħ, utiegħu u, għaż-żrieragħ, għandu jkollhomjkollu kapaċità tal-ġerminazzjoni sodisfaċenti. [Em. 168]

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-ammonti għal kull speċi definita f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b). [Em. 169]

Artikolu 30a

Kwantità massima ta’ kull speċi li tista’ tiġi skambjata

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan ir-Regolament, sabiex tistabbilixxi, għal kull speċi, il-kwantità massima li tista’ tiġi skambjata, imsemmija fl-Artikolu 30(2), il-punt (b). Dik il-kwantità għandha tiġi stabbilita filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-bdiewa professjonali fuq skala żgħira kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-pjanti, filwaqt li jiġu promossi l-iżvilupp u ż-żamma ta’ diversi sistemi tal-biedja. [Em. 170]

Artikolu 31

Żerriegħa tan-nissiel

1.  B’deroga mill-Artikoli 5 -25, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-operaturi jikkummerċjalizzaw żerriegħa ta’ ġenerazzjonijiet li jippreċedu l-kategorija prebażika lil operatur ieħor, għal skop tat-tnissil ta’ varjetajiet ġodda (żerriegħa tan-nissiela).

L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina d-durata tal-awtorizzazzjoni u l-kwantitajiet għal kull speċi, meta tagħti dik l-awtorizzazzjoni.

2.  Il-PRM imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn tikketta maħruġa mill-operatur professjonist, bl-indikazzjoni “żerriegħa tan-nissiel”, li għandha titwaħħal, kif applikabbli, fuq il-kontenitur, fuq il-gozz jew fuq il-pakkett ta’ dak il-materjal.

Għandu jiġi ssiġillat u jkollu numru tal-lott li għandu jintuża għall-iskopijiet ta’ identifikazzjoni u għall-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll qabel ma jintuża bħala żerriegħa prebażika. [Em. 171]

Artikolu 32

PRM ta’ varjetajiet li għadhom ma humiex reġistrati

1.  B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-operaturi professjonisti jipproduċu u jikkummerċjalizzaw, għall-iskopijiet tal-multiplikazzjoni, iż-żrieragħ prebażiċi, il-materjal prebażiku, iż-żrieragħ bażiċi u l-materjal bażiku, iż-żerriegħa standard u l-materjal standard li jappartjenu għal varjetà li tkun għadha ma ġietx irreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, imsemmi fl-Artikolu 44, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin: [Em. 172]

(a)  is-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni rispettivi jeħtieġ li jiksbu dak il-materjal jew dawk iż-żrieragħ minn qabel, sabiex ikun hemm biżżejjed stokkijiet disponibbli, meta l-varjetà rispettiva tkun se tiġi rreġistrata; u

(b)  ma jkun hemm l-ebda riskju li awtorizzazzjoni bħal din se twassal għal identifikazzjoni jew għal kwalità insuffiċjenti tal-PRM kummerċjalizzat; u

(c)  il-PRM rispettiv jappartjeni għal varjetà li għaliha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet skont l-Artikolu 55.

Awtorizzazzjoni bħal din tista’ tingħata għal perjodu massimu ta’ 3 snin fil-każ ta’ żrieragħ, u għal 5 snin fil-każ tal-PRM għajr iż-żrieragħ, u għal kwantitajiet żgħarlimitati għal kull speċi kif speċifikat mill-awtorità kompetenti f’korrelazzjoni mal-volum tal-produzzjoni fil-livell tal-Istati Membri. [Em. 173]

Din id-deroga ma għandhiex tapplika għall-PRM li jikkonsisti f’organiżmu ġenetikament modifikat fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE. [Em. 174]

2.  Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 5, 7, 10-12, 15, 20, 23 u 24, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-operaturi professjonisti għal perjodu massimu ta’ 3 snin fil-każ taż-żrieragħ, u ta’ 5 snin fil-każ tal-PRM għajr iż-żrieragħ, u għal kwantitajiet żgħarlimitati għal kull speċi kif iddeterminati mill-awtorità kompetenti, sabiexf’korrelazzjoni mal-volum tal-produzzjoni fil-livell tal-Istati Membri, biex jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-PRM li jappartjeni għal varjetà li tkun għadha ma ġietx irreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin: [Em. 175]

(a)  il-PRM awtorizzat jintuża biss għal testijiet jew għal provi mwettqin minn operaturi professjonisti, sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-kultivazzjoni jew l-użu tal-varjetà kkonċernata fl-azjendi agrikoli;

(b)  il-kummerċjalizzazzjoni ssir biss lil dawk l-operaturi professjonisti, mingħajr aktar kummerċjalizzazzjoni minn hemm ’il quddiem, li jipproduċu rapport dwar ir-riżultati tat-testijiet jew tal-provi, fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kultivazzjoni jew l-użu ta’ dik il-varjetà;

(c)  ma jkun hemm l-ebda riskju li awtorizzazzjoni bħal din se twassal għal identifikazzjoni jew għal kwalità insuffiċjenti tal-PRM kummerċjalizzat; u

(d)  il-PRM awtorizzat jikkonforma mar-rekwiżiti tal-PRM standard għall-ispeċijiet rispettivi.

3.  Sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-operatur professjonist għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti talba, li tindika l-informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)  il-produzzjoni tal-istokk taż-żrieragħ u tal-materjal prebażiċi, u taż-żrieragħ u tal-materjal bażiku, u taż-żrieragħ u tal-materjal iċċertifikati disponibbli qabel ir-reġistrazzjoni tal-varjetà u t-testijiet u l-provi previsti għaż-żrieragħ u għall-materjal standard; [Em. 176]

(b)  ir-referenza tan-nissiel tal-varjetà indikata fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(c)  il-proċedura għall-manutenzjoni tal-varjetà, meta tkun applikabbli;

(d)  l-awtorità li quddiemha tkun pendenti l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-varjetà, u r-referenza assenjata lil dik l-applikazzjoni,

(e)  is-sit fejn se sseħħ il-produzzjoni; u [Em. 177]

(f)  il-kwantitajiet tal-materjal li jkunu se jitqiegħdu fis-suq. [Em. 178]

4.  L-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu taw l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’dan kull sena.

5.  Il-PRM imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun akkumpanjat minn tikketta, maħruġa mill-operatur professjonist, bl-indikazzjoni “Varjetà li għadha ma hijiex elenkata”.

Artikolu 33

Awtorizzazzjoni f’każijiet ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista

1.  Sabiex tneħħi d-diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali tal-PRM li jistgħu jseħħu fl-Unjoni minħabba kundizzjonijiet klimatiċi negattivi jew ċirkostanzi oħrajn mhux previsti, il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tista’ għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jemendaw dan ir-Regolament, sabiex tawtorizza lill-Istati Membri għal perjodu massimu ta’ sena, jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-kategoriji tal-materjal jew taż-żerriegħa prebażika, bażika jew iċċertifikata, li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 179]

(a)  tappartjeni għal varjetà mhux inkluża f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet; jew

(b)  tikkonforma mar-rekwiżiti anqas strinġenti mir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7(1).

Il-punt (a) għandu japplika permezz ta’ deroga mill-Artikoli 5, u l-punt (b) għandu japplika permezz ta’ deroga mill-Artikoli 7(1).

Dak l-att ta’ implimentazzjoni jista’delegat għandu jistabbilixxi l-kwantitajiet massimi, li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati għal kull ġeneru jew speċi. [Em. 180]

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 181]

2.  Il-PRM imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn tikketta li tiddikjara, kif applikabbli, li l-PRM inkwistjoni jappartjeni għal varjetà mhux reġistrata jew jissodisfa rekwiżiti ta’ kwalità anqas stretti minn dawk imsemmijin fl-Artikolu 7(1).

3.  Permezz tal-att ta’ implimentazzjoni, Il-Kummissjoni tista’għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jemendaw dan ir-Regolament, sabiex tiddeċiedi li l-awtorizzazzjoni kkonċernata trid titħassar jew tiġi emendata, jekk tikkonkludi li ma tibqax meħtieġa jew proporzjonata għall-objettiv li jitneħħew id-diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali tal-PRM ikkonċernat. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 182]

4.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu, mingħajr ma jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, għal perjodu massimu ta’ sena, u għal ammont limitat ta’ kwantitajiet għal kull ġeneru jew speċi kif ikun meħtieġ għad-diffikultajiet fil-provvista inkwistjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ li jissodisfaw ir-rati tal-ġerminazzjoni imnaqqsin sa 15-il punt perċentwali meta mqabblin ma’ dawk stabbiliti skont l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(3).

4a.   L-Istat Membru li juża d-deroga msemmija fil-paragrafu 4 għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni. [Em. 183]

4b.   Din l-awtorizzazzjoni eċċezzjonali ma għandhiex tapplika għall-PRM li jikkonsisti f’organiżmu ġenetikament modifikat fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE. [Em. 184]

Artikolu 34

Awtorizzazzjoni provviżorja f’każijiet ta’ urġenza għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ mhux iċċertifikati bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-kwalità

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, għal perjodu massimu ta’ xahar, il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ bħala żrieragħ prebażiċi, bażiċi jew iċċertifikati, qabel ma jkunu ġew iċċertifikati li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7 dwar il-ġerminazzjoni, il-kontenut massimu ta’ speċijiet oħrajn jew il-purità, jekk ikun meħtieġ li dik iż-żerriegħa tiġi kkummerċjalizzata malajr sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti tal-provvista.

2.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq il-bażi ta’ rapport analitiku dwar iż-żerriegħa, maħruġ mill-operatur professjonist, li jiċċertifika l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ġerminazzjoni, il-kontenut ta’ speċijiet oħrajn jew il-purità, adottati skont l-Artikolu 7(1).

L-isem u l-indirizz tal-ewwel riċevitur taż-żrieragħ għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti mill-operatur professjonist. L-operatur professjonist għandu jżomm l-informazzjoni dwar ir-rapport analitiku provviżorju għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.

3.  Iż-żrieragħ imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkollhom tikketta li tindika “Awtorizzazzjoni provviżorja għall-kummerċjalizzazzjoni”.

Artikolu 35

PRM li għadu ma ġiex iċċertifikat

1.  Il-PRM li jkun ġie prodott fl-Unjoni, iżda li jkun għadu ma ġiex iċċertifikat bħala żerriegħa prebażika, bażika jew iċċertifikata skont l-Artikolu 7, jista’ jiġi kkummerċjalizzat b’referenza għal kwalunkwe waħda minn dawk il-kategoriji, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  qabel il-ħsad, l-awtorità kompetenti jew l-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti jkun għamel spezzjoni, u dik l-ispezzjoni tkun ikkonfermat li dak il-PRM jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-produzzjoni imsemmijin fl-Artikolu 7(1);

(b)  ikun fil-proċess li jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti, jew mill-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti; u

(c)  ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 55a ikunu ssodisfati. [Em. 185]

2.  Il-PRM imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss mill-operatur professjonist li jkun ipproduċa dak il-PRM lill-operatur professjonist li jkun se jwettaq iċ-ċertifikazzjoni. PRM bħal dan ma jistax jiġi ttrasferit ulterjorment lil xi persuna oħra qabel iċ-ċertifikazzjoni finali tiegħu.

3.  Il-PRM imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn tikketta, maħruġa mill-operatur professjonist, bl-indikazzjoni “Żrieragħ li jkunu għadhom ma ġewx iċċertifikat b’mod finali/Materjal li jkun għadu ma ġiex iċċertifikat b’mod finali”.

4.  Jekk l-awtorità kompetenti, fejn ikun inħasad il-PRM (“l-awtorità kompetenti tal-produzzjoni”), u l-awtorità kompetenti fejn il-PRM ikun iċċertifikat skont l-Artikolu 7 (“l-awtorità kompetenti taċ-ċertifikazzjoni”) ikunu differenti, huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-PRM.

5.  Il-PRM li nħasad f’pajjiż terz, iżda li għadu ma ġiex iċċertifikat finalment bħala materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat skont l-Artikolu 7, jista’ jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni b’referenza għal kwalunkwe waħda minn dawk il-kategoriji, jekk:

(a)  tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 39 rigward dak il-pajjiż terz;

(b)  ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), il-paragrafi 2 u 3, ikunu ssodisfati, u l-operaturi professjonisti tal-pajjiż terz ikkonċernat kienu soġġetti għas-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru u l-pajjiż terz ikkonċernat jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-materjal bejniethom; u

(d)  meta jintalbu, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat jipprovdu kull informazzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru taċ-ċertifikazzjoni.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenzi magħmulin fil-paragrafi 1 - 5 għall-awtorità kompetenti tal-produzzjoni għandhom jinftiehmu bħala referenzi magħmulin lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat, u r-referenzi li jsiru hemm għar-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 7(1) għandhom jinftiehmu bħala referenzi magħmulin għal rekwiżiti ekwivalenti tal-pajjiż terz, kif rikonoxxut skont l-Artikolu 39(2).

5a.   Din id-deroga ma għandhiex tapplika għall-PRM li jikkonsisti f’organiżmu ġenetikament modifikat fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE. [Em. 186]

Artikolu 36

Produzzjoni u rekwiżiti aktar stretti

1.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lill-Istati Membri jimponu, fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, rekwiżiti dwar il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni aktar stretti minn dawk imsemmijin fl-Artikoli 7 u 8, fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat jew f’parti minnu, dment li dawk ir-rekwiżiti aktar stretti jikkorrispondu għal kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni u għall-ħtiġijiet agroklimatiċi f’dak l-Istat Membru fir-rigward tal-PRM rispettiv u ma jipprojbixxux, ma jfixklux jew ma jirrestrinġux il-moviment liberu tal-PRM li jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament. [Em. 187]

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

2.  Sabiex jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni li tistabbilixxi:

(a)  l-abbozz tad-dispożizzjonijiet li fihom ir-rekwiżiti proposti; u

(b)  l-ġustifikazzjoniġustifikazzjoni dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ rekwiżiti bħal dawn fid-dawl tal-ispejjeż addizzjonali possibbli tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. [Em. 188]

3.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-implimentazzjoni tal-abbozz tad-dispożizzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), tiżgura t-titjib tal-identità u tal-kwalità tal-PRM ikkonċernat, u tkun iġġustifikata mill-kundizzjonijiet agrikoli jew klimatiċi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat; u

(b)  l-abbozzi tad-dispożizzjonijiet ikunu meħtieġa u proporzjonati għall-objettiv tal-miżura msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).

4.  Meta applikabbli, kull Stat Membru għandu, sa … [sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], jirrieżamina l-miżuri li jkun adotta skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 66/402/KEE, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/54/KE, l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/56/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/57/KE, u jew jirrevoka dawk il-miżuri jew jemendahom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 u adottati skont dawn.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dawk l-azzjonijiet.

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-miżuri, kif imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, għandhom jitħassru jew jiġu emendati, f’każ li jitqiesu li ma jkunux meħtieġa u/jew li jkunu sproporzjonati għall-objettiv tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 37

Miżuri ta’ emerġenza

1.  Meta l-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM x’aktarx li toħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għall-ambjent jew għall-kultivazzjoni ta’ speċijiet oħrajn, u dan ir-riskju ma jkunx jista’ jitrażżan b’mod sodisfaċenti bil-miżuri li jieħu l-Istat Membru kkonċernat, mingħajr dewmien permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ emerġenza interim xierqa. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu limitati fiż-żmien. Jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM ikkonċernat jew li jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-produzzjoni jew għall-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, skont il-gravità tas-sitwazzjoni.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rifuġju jew ma’ rekwiżiti oħra imposti fuq il-kultivazzjoni ta’ varjetajiet li fihom jew li jikkonsistu f’organiżmi ġenetikament modifikati, il-miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM ikkonċernat għandhom jiġu stabbiliti sakemm jerġa’ jkun hemm konformità sħiħa. [Em. 189]

Miżuri bħal dawn jistgħu jittieħdu fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta’ Stat Membru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati sabiex jiġi indirizzat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(3).

2.  Meta Stat Membru jinforma uffiċjalment lill-Kummissjoni bil-ħtieġa li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza, u l-Kummissjoni ma tkunx aġixxiet f’konformità mal-paragrafu 1, dak l-Istat Membru jista’ jadotta l-miżuri ta’ emerġenza interim xierqa, proporzjonati u limitati fiż-żmien. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jirrestrinġu, jipprojbixxu jew jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-produzzjoni jew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, skont il-gravità tas-sitwazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati u l-perjodu ta’ żmien li jkopru, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Dan l-approċċ jippermetti lil Stat Membru jaġixxi malajr u b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex jipproteġi s-saħħa, l-ambjent u l-interessi ekonomiċi. [Em. 190]

3.  Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, li l-miżuri interim nazzjonali ta’ emerġenza msemmijin fil-paragrafu 2 għandhom jitħassru jew jiġu emendati, jekk tqis li dawk il-miżuri ma jkunux ġustifikati fid-dawl tar-riskju rispettiv kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). L-Istat Membru kkonċernat jista’ jżomm il-miżuri ta’ emerġenza interim nazzjonali tiegħu sad-data tal-applikazzjoni tal-att(i) ta’ implimentazzjoni msemmijin f’dan il-paragrafu.

Artikolu 38

Esperimenti temporanji sabiex jinstabu alternattivi aħjar għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament

1.  B’deroga mill-Artikoli 2, 5, 6, 7, 8, 9, 20, 26, 27 u 47 sa 53 u 20, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni ta’għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi torganizza esperimenti temporanji sabiex tfittex alternattivi mtejbin għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-ġeneri u l-ispeċijiet li tapplika għalihom, ir-rekwiżiti għall-appartenenza għal varjetà reġistrata,għall-PRM reġistrat jew ir-rekwiżiti dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni għall-materjal jew għaż-żerriegħa prebażika, bażika, iċċertifikataprebażiċi, bażiċi, iċċertifikati u standard, u l-obbligu li l-materjal jew iż-żerriegħa tkun tappartjenijkunu jappartjenu għall-materjal jew għaż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikataprebażiċi, bażiċi u ċċertifikati, ir-rekwiżiti dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal eteroġenu, u l-obbligu li l-materjal eteroġenu jkun jappartjeni għall-materjal jew għaż-żerriegħa prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati. [Em. 191]

Dawk l-esperimenti jistgħu jieħdu l-forma ta’ provi tekniċi jew xjentifiċi li jeżaminaw il-fattibbiltà u l-adegwatezza ta’ rekwiżiti ġodda meta mqabblin ma’ dawk stabbiliti fl-Artikoli 2, 5, 6, 7, 8, 9, 20, 26, 27 u 47 sa 53 u 20 ta’ dan ir-Regolament. [Em. 192]

2.  L-atti ta’ implimentazzjoni msemmijindelegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2) u għandhom jispeċifikaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin: [Em. 193]

(a)  il-ġeneri jew l-ispeċi ikkonċernati;

(b)  il-kundizzjonijiet tal-esperimenti għal kull ġeneru jew speċi;

(c)  id-durata tal-esperiment;

(d)  l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-Istati Membri parteċipanti.

Dawk l-atti delegati għandhom jadattaw għall-evoluzzjoni tat-tekniki għall-produzzjoni tal-PRM ikkonċernat, u għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe prova komparattiva mwettqa mill-Istati Membri. [Em. 194]

3.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-riżultati ta’ dawk l-esperimenti u tiġborhom fil-qosor f’rapport, filwaqt li tindika, jekk ikun meħtieġ, il-ħtieġa li jiġi emendat l-Artikolu 2, 5, 6, 7 sa 9, 8 jew 20, 26, 27 u 47 sa 53. [Em. 195]

TAQSIMA 8

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Artikolu 39

Importazzjonijiet fuq il-bażi tal-ekwivalenza tal-Unjoni

1.  Il-PRM jista’ jiġi importat minn pajjiżi terzi biss jekk jiġi stabbilit, skont il-paragrafu 2, li jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-PRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni.

Madankollu, l-ebdatali importazzjoni bħal din ma għandha tkun permessa, u l-ebdama għandhiex tiġi awtorizzata, u tali ekwivalenza bħal dinlanqas ma għandha tiġi rrikonoxxutarikonoxxuta skont il-paragrafu 2, għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni bħal dawk imsemmijin fl-Artikolu 22, u għall-PRM bħal dak soġġett għad-derogi tal-Artikoli 26 - 30imsemmi fl-Artikoli 22 sa 29, ħlief meta joriġina f’pajjiżi ġirien. [Em. 196]

2.  Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li l-PRM ta’ ġeneri, ta’ speċijiet jew ta’ kategoriji speċifiċi prodott f’pajjiż terz, jew f’żoni partikolari ta’ pajjiż terz, jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-PRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, fuq il-bażi ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)  eżami bir-reqqa tal-informazzjoni u tad-data pprovduti mill-pajjiż terz ikkonċernat;

(b)  awditu mwettaq mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat, li juri li l-PRM ikkonċernat jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-PRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, meta dak l-awditu jkun tqies meħtieġ mill-Kummissjoni; u

(c)  fil-każ taż-żrieragħ, il-fatt li dan il-pajjiż ikkonċernat jipparteċipa fl-Iskemi tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni Varjetali taż-Żrieragħ li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali u jimplimenta l-metodi tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ (ISTA), jew, meta applikabbli, jikkonforma mar-regoli tal-Assoċjazzjoni tal-Analisti Uffiċjali taż-Żrieragħ (AOSA).

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha teżamina:

(a)  il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz dwar l-ispeċijiet ikkonċernati;

(b)  l-istruttura tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz u s-servizzi ta’ kontroll tiegħu, is-setgħat disponibbli għalihom, il-garanziji li jistgħu jingħataw fir-rigward tal-applikazzjoni u tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz applikabbli għas-settur ikkonċernat, u l-affidabbiltà tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali;

(c)  it-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta’ kontrolli uffiċjali adegwati dwar l-identifikazzjoni u l-kwalità tal-PRM tal-ispeċijiet ikkonċernati;

(d)  il-garanziji mogħtijin mill-pajjiż terz li:

(i)  il-kundizzjonijiet applikati għas-siti tal-produzzjoni li minnhom jiġi esportat il-PRM lejn l-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk imsemmijin f’dan l-Artikolu; u

(ii)  li dawk is-siti ta’ produzzjoni jkunu soġġetti għal kontrolli regolari u effettivi mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni tista’ twettaq ukoll awditi sabiex tivverifika l-konformità mal-punti (b) sa (d) tat-tieni subparagrafu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

3.  L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jipprevedi wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif xieraq għall-PRM rispettiv:

(a)  il-kundizzjonijiet relatati mal-ispezzjonijiet fis-sit tal-produzzjoni, imwettqin f’pajjiżi terzi;

(b)  fil-każ taż-żrieragħ, il-kundizzjonijiet relatati mal-ħruġ mill-pajjiż terz ta’ ċertifikat ipprovdut mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ;

(c)  il-kundizzjonijiet relatati maż-żerriegħa li għadha ma ġietx iċċertifikata b’mod finali;

(d)  il-kundizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, mal-issiġillar u mal-immarkar tal-PRM;

(e)  il-kundizzjonijiet relatati mal-produzzjoni, mal-identità u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM, minbarra dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz, jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġu indirizzati aspetti partikolari li jikkonċernaw l-identità u l-kwalità ta’ dak il-PRM;

(f)  ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonist li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-PRM.

4.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi li l-kontrolli fuq is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet li jsiru fil-pajjiż terz jagħtu l-istess garanziji bħal dawk stipulati fl-Artikolu 72(1), (2) u (4), jekk il-varjetajiet irreġistrati f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet jew fir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni jkunu se jinżammu fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 40

Tikkettar u informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-PRM importat minn pajjiżi terzi

1.  Iż-żrieragħ prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati msemmijin fl-Artikolu 39 jistgħu jiġu importati biss minn pajjiżi terzi, jekk ikunu akkumpanjati minn tikketta tal-OECD.

Il-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat imsemmi fl-Artikolu 39 jista’ jiġi importat biss minn pajjiżi terzi jekk ikun akkumpanjat minn tikketta uffiċjali maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Dawk it-tikketti għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  l-indikazzjoni “jirrispetta l-istandards u r-regoli tal-UE”;

(b)  l-ispeċi, il-varjetà, il-kategorija u n-numru tal-lott tal-PRM ikkonċernat;

(c)  id-data tal-għeluq, fil-każ tal-kummerċjalizzazzjoni f’kontenituri jew f’pakketti;

(d)  il-pajjiż terz tal-produzzjoni u l-awtorità kompetenti rispettiva;

(e)  meta applikabbli, l-aħħar pajjiż terz li minnu jiġi importat il-PRM u l-aħħar pajjiż terz fejn ikun ġie prodott il-PRM;

(f)  fil-każ taż-żrieragħ, il-piż nett jew gross iddikjarat taż-żrieragħ importati jew l-għadd iddikjarat tal-lottijiet importati taż-żrieragħ;

(g)  l-isem tal-persuna li timportatal-utent finali, tal-bidwi jew tal-operatur professjonist li jimporta l-PRM. [Em. 197]

2.  Iż-żerriegħa u l-materjal standard imsemmijin fl-Artikolu 39 jistgħu jiġu importati biss minn pajjiżi terzi, jekk ikunu akkumpanjati minn tikketta tal-operatur li jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  l-indikazzjoni “jirrispetta l-istandards u r-regoli tal-UE”;

(b)  l-ispeċi, il-varjetà, il-kategorija u n-numru tal-lott tal-PRM ikkonċernat;

(c)  id-data tal-għeluq, fil-każ tal-kummerċjalizzazzjoni f’kontenituri jew f’pakketti;

(d)  il-pajjiż terz tal-produzzjoni;

(e)  meta applikabbli, l-aħħar pajjiż terz li minnu jiġi importat il-PRM u l-aħħar pajjiż terz fejn ikun ġie prodott il-PRM;

(f)  fil-każ taż-żrieragħ, il-piż nett jew gross iddikjarat taż-żrieragħ importati jew l-għadd iddikjarat tal-lottijiet importati taż-żrieragħ;

(g)  l-isem tal-persuna li timportatal-utent finali, tal-bidwi jew tal-operatur professjonist li jimporta l-PRM. [Em. 198]

3.  Il-PRM jista’ jiġi importat biss fl-Unjoni wara l-preżentazzjoni elettronika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 mill-importatur lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih is-Sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC), imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625, dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità stabbiliti kollha tal-PRM importat fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU III

REKWIŻITI GĦALL-OPERATURI PROFESSJONISTI

Artikolu 41

Obbligi tal-operaturi professjonisti li jipproduċu l-PRM

L-operaturi professjonisti, li jipproduċu l-PRM bl-għan ta’ sfruttament kummerċjali, għandhom: [Em. 199]

(a)  ikunu stabbiliti fl-Unjoni;

(b)  ikunu reġistrati fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’konformità mal-Artikolu 66 ta’ dak ir-Regolament;

(c)  ikunu disponibbli personalment, jew jaħtru persuna oħra, sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti bl-iskop li jiffaċilitaw il-kontrolli uffiċjali;

(d)  jidentifikaw u jimmonitorjaw il-punti kritiċi tal-proċess tal-produzzjoni, jew tal-kummerċjalizzazzjoni, li jistgħu jinfluwenzaw l-identità u l-kwalità tal-PRM;

(e)  iżommu rekords tal-monitoraġġ tal-punti kritiċi msemmijin fil-punt (b)(d) u jipprovduhom għall-eżami meta mitlub mill-awtoritajiet kompetenti; [Em. 200]

(f)  jiżguraw li l-lottijiet tal-PRM jibqgħu identifikabbli separatament;

(g)  iżommu informazzjoni aġġornata dwar l-indirizz tal-bini u tal- postijiet oħrajn użati għall-produzzjoni tal-PRM;

(h)  jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-proprjetà tal-bini u għal postijiet oħrajn tal-produzzjoni, inklużi l-bini u l-għelieqi tal-partijiet kontraenti terzi, u għar-rekords tal-monitoraġġ u għal kull dokument relatat;

(i)  jieħdu miżuri, meta xieraq, sabiex iżommu l-identità tal-PRM f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(j)  jagħmlu disponibbli kwalunkwe kuntratt ma’ partijiet terzi fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (d) u (e), ma għandhomx japplikaw għall-mikrointrapriżi. [Em. 201]

L-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. [Em. 202]

Artikolu 42

Traċċabilità

1.  L-operaturi professjonisti għandhom jiżguraw li PRM ikun traċċabbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-operaturi professjonisti għandhom iżommu l-informazzjoni li tippermettilhom jidentifikaw:

(a)  l-operaturi professjonisti, li jkunu fornewhom biż-żrieragħ u bil-materjal ikkonċernat;

(b)  il-persuni li lilhom ikunu pprovdew il-PRM u l-PRM ikkonċernat, ħlief fil-każ tal-utenti finali.

Meta jintalbu, dawn għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

3.  L-operaturi professjonisti għandhom iżommu rekords tal-PRM u tal-operaturi professjonist u tal-persuni msemmijin fil-paragrafu 2 għal 3 snin wara li dak il-materjal ikun ġie fornit lilhom jew minnhom rispettivament.

3a.   L-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. [Em. 203]

Artikolu 43

Notifika annwali dwar il-produzzjoni u ċ-ċertifikazzjoni maħsubin taż-żerriegħa u tal-materjal prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati

Kull sena, l-operaturi professjonisti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar:

(a)  l-intenzjoni tagħhom li jipproduċu materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat jew żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata, tal-anqas xahar qabel il-bidu ta’ dik il-produzzjoni; u [Em. 204]

(b)  il-produzzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat li beda fis-snin ta’ qabel u jkompli fis-sena kkonċernata.

Dik in-notifika għandha tiddikjara l-ispeċi, il-varjetajiet u l-kategoriji tal-pjanti kkonċernati u l-post eżatt tal-produzzjoni.

KAPITOLU IV

REĠISTRAZZJONI TAL-VARJETAJIET

TAQSIMA 1

REĠISTRI TAL-VARJETAJIET

Artikolu 44

Stabbiliment ta’ reġistri nazzjonali tal-varjetajiet

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jippubblika, f’format elettroniku, u għandu jżomm aġġornat b’mod permanenti reġistru nazzjonali uniku tal-varjetajiet (“reġistru nazzjonali tal-varjetajiet”) li jkun fih: [Em. 205]

(a)  il-varjetajiet kollha rreġistrati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 55 - 68;

(b)  il-varjetajiet ta’ konservazzjoni msemmijin fl-Artikolu 26 u rreġistrati skont l-Artikolu 53.

2.  Il-PRM li jappartjeni għal varjetà rreġistrata f’tal-anqas reġistru nazzjonali tal-varjetajiet wieħed jista’ jiġi prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.  Wara l-istabbiliment tar-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet tagħhom, kif ukoll wara kwalunkwe aġġornament tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni għall-inklużjoni fir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 45.

4.  Dan l-Artikolu, u l-Artikoli 45 sa 74, ma jistgħux japplikaw għal varjetajiet li jitrabbew biss bħala komponenti ta’ varjetajiet ibridi.

Artikolu 45

Stabbiliment ta’ reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tippubblika, f’format elettroniku, u żżomm aġġornat reġistru uniku tal-varjetajiet (“ir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni”).

2.  Ir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni għandu jinkludi l-varjetajiet, irreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet u nnotifikati f’konformità mal-Artikolu 44, u għandu jkun aġġornat kull xahar. [Em. 206]

Ir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni jista’ jkun aċċessibbli minn portal elettroniku li jkun fih reġistri oħrajn tad-drittijiet fuq il-varjetajiet tal-pjanti, tal-materjal riproduttiv tal-foresti jew ta’ pjanti oħrajn.

Artikolu 46

Kontenut tar-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet u tar-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni

1.  Ir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet u r-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni għandu jkun fihom l-elementi kollha stabbiliti fl-Anness VII, dwar il-varjetajiet imsemmijin fl-Artikolu 44(1), il-punt (a).

Fil-każ tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), dawk ir-reġistri għandhom jindikaw tal-anqas sommarju qasir tad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment, tar-reġjun inizjali tal-oriġini tagħhom, tad-denominazzjoni tagħhom u tal-persuna li żżommhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 75, sabiex temenda l-Anness VII billi żżid elementi li jeħtieġ li jiġu inklużi fir-reġistri tal-varjetajiet, filwaqt li tqis l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, u fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba filwaqt li tindika l-ħtieġa tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operaturi professjonistprofessjonisti li jiksbu informazzjoni aktar preċiża dwar il-varjetajiet reġistrati. [Em. 207]

TAQSIMA 2

REKWIŻITI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAL-VARJETAJIET

Artikolu 47

Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet

1.  Il-varjetajiet għandhom jiġu rreġistrati f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet f’konformità mal-Artikoli 55 sa 68, biss jekk:

(a)  ikollhom:

(i)  deskrizzjoni uffiċjali li turi l-konformità mar-rekwiżiti ta’ distintività, ta’ uniformità u ta’ stabbiltà stipulati fl-Artikoli 48, 49 u 50 u, fil-każ tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A minbarra l-ħaxix tat-turf, u fil-Partijiet D u E tal-Anness I,, u jissodisfaw ir-rekwiżiti għal valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli, kif stabbilit fl-Artikolu 52; jew [Em. 208]

(ii)  deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment skont l-Artikolu 53, jekk ikunu varjetajiet ta’ konservazzjoni;

(b)  ikollhom denominazzjoni meqjusa xierqa skont l-Artikolu 54;

(c)  meta l-varjetajiet ikun fihom jew ikunu jikkonsistu f’organiżmi ġenetikament modifikati, l-organiżmu jkun awtorizzat għall-kultivazzjoni fl-Istat Membru rispettiv skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE jew l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) 1829/2003, jew, meta applikabbli, fl-Istat Membru rispettiv f’konformità mal-Artikolu 26b tad-Direttiva 2001/18/KE;

(d)  meta l-varjetajiet ikun fihom jew jikkonsistu fi pjanta NGT tal-kategorija 1 kif definita fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) …/… (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT ...), dik il-pjanta tkun kisbet dikjarazzjoni tal-istatus tal-pjanta NGT tal-kategorija 1 skont l-Artikolu 6 jew 7 ta’ dak ir-Regolament jew tkun dixxendent ta’ pjanti bħal dawn;

(e)  meta l-varjetajiet ikun fihom jew jikkonsistu fi pjanta NGT tal-kategorija 2 kif definita fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) …/… (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT), dik il-pjanta tkun ġiet awtorizzata skont il-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament;

(f)  meta l-varjetajiet ikunu tolleranti għall-erbiċidi, ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni għall-produzzjoni tal-PRM u għal kwalunkwe skop ieħor, adottati skont il-paragrafu 3 jew, fil-każ li ma jkunux ġew adottati, kif adottati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni, u, fil-każ li l-varjetajiet ikunu se jiġu kkultivati fi Stat Membru ieħor, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu adottati mill-awtorità kompetenti rispettiva, sabiex jiġi evitat l-iżvilupp ta’ reżistenza għall-erbiċidi fil-ħaxix ħażin minħabba l-użu tagħhom; meta pjan għall-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni jkun diġà ġie stabbilit minn Stat Membru, dawk il-kundizzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jiġu estiżi għar-reġistrazzjonijiet ta’ varjetajiet sussegwenti b’karatteristiċi simili f’dak l-Istat Membru; [Em. 209]

(g)  meta l-varjetajiet ikollhom karatteristiċi partikolari minbarra dawk imsemmijin fil-punt (f) li jistgħu jwasslu għal effetti agronomiċi mhux mixtiqin, ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni għall-produzzjoni tal-PRM u għal kwalunkwe skop ieħor, adottati skont il-paragrafu 3 jew, fil-każ li ma jkunux ġew adottati, kif adottati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni tagħhom, u, fil-każ li l-varjetajiet ikunu se jiġu kkultivati fi Stat Membru ieħor, adottati mill-awtorità kompetenti rispettiva f’dak l-Istat Membru, sabiex jiġu evitati dawk l-effetti agronomiċi mhux mixtiqin partikolari, bħall-iżvilupp tar-reżistenza tal-pesti għall-varjetajiet rispettivi jew effetti mhux mixtiqin fuq id-dakkara; meta l-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni jkunu diġà ġew stabbiliti minn Stat Membru, dawk il-kundizzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jiġu estiżi għar-reġistrazzjonijiet ta’ varjetajiet sussegwenti b’karatteristiċi simili f’dak l-Istat Membru. [Em. 210]

Varjetà ma tistax tiġi rreġistrata b’deskrizzjoni uffiċjali kif ukoll b’deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment.

2.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-eżamijiet fir-rigward tad-disinn bi prova u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir li jikkonċernaw: [Em.211]

(a)  id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà għal kull ġeneru jew speċi tal-varjetajiet, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), fuq il-bażi tal-protokolli applikabbli tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV), tal-protokolli stabbiliti mis-CPVO, jew ta’ evidenza teknika u xjentifika rilevanti oħra; u

(b)  ir-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà għal kull ġeneru u għal kull speċi, kif imsemmi fil-punt (a), għall-varjetajiet organiċi adatti għall-produzzjoni organika, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848, fuq il-bażi tal-protokolli applikabbli stabbiliti mill-UPOV jew mis-CPVO, u b’mod partikolari billi jiġu aġġustati r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-uniformità;

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Għandhom jadattaw ir-rekwiżiti rispettivi għall-iżvilupp, meta applikabbli, ta’ standards internazzjonali, u għall-għarfien xjentifiku u tekniku l-ġdid.

Sakemm jiġu stabbiliti r-rekwiżiti msemmijin fil-punt 2(b), il-valutazzjoni tal-uniformità tal-varjetajiet adattati għall-produzzjoni organika, minbarra l-varjetajiet imsemmijin fl-Artikolu 68(1), għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ barra t-tip. Għall-ispeċijiet li jdakkru lilhom infushom, għandhom jiġu applikati standard tal-popolazzjoni ta’ 10 % u probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 90 %. Għall-ispeċijiet ta’ dakkir inkroċjat imdakkra b’mod miftuħ, għandu jiġi applikat standard tal-popolazzjoni ta’ 20 % u għandha tiġi applikata probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 80 %.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan ir-Regolament bil-kundizzjonijietbir-rekwiżiti minimi għall-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 1(f)il-paragrafu 1, il-punti (f) u (g), dwar: [Em. 212]

(i)(a) il-miżuri fl-għalqa, inkluża n-newba tal-għelejjel; [Em. 213]

(ii)(b) il-miżuri ta’ monitoraġġ; [Em. 214]

(iii)(c) il-modalità ta’ notifika tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (i) lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn; [Em. 215]

(iv)(d) ir-regoli għar-rapportar mill-operaturi professjonist lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (i)(a); [Em. 216]

(v)(e) l-indikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (i)(a) fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet. [Em. 217]

Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar għarfien xjentifiku u tekniku.

4.  Għall-iskop tar-reġistrazzjoni ta’ varjetà fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tagħha, l-awtoritàawtorità kompetenti għandha taċċetta, mingħajr eżami ulterjuri, deskrizzjoni uffiċjali, deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment jew eżami uffiċjali tar-rekwiżiti għall-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), li jkun ġie prodott minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jekk ikunu jeżistu miżuri ta’ rikonoxximent reċiproku bejn iż-żewġ awtoritajiet kompetenti. [Em. 218]

Artikolu 48

Distintività

1.  Għall-iskopijiet tad-deskrizzjoni uffiċjali, imsemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (a), varjetà għandha titqies distinta jekk tkun tingħaraf b’mod ċar, b’referenza għall-espressjoni tal-karatteristiċi li tirriżulta minn ġenotip partikolari jew minn taħlita ta’ ġenotipi, minn kwalunkwe varjetà oħra li l-eżistenza tagħha tkun magħrufa sewb’mod komuni fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 58. [Em. 219]

2.  L-eżistenza ta’ varjetà oħra, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandha titqies bħala magħrufa sew, jekk tiġi rrispettata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-varjetà tkun inkluża f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet jew f’dokumentazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fil-bejgħ tal-PRM lill-utenti finali jew fil-konservazzjoni dinamika; [Em. 220]

(b)  l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-varjetà, jew l-applikazzjoni għall-għoti ta’ dritt għall-varjetà tal-pjanti fir-rigward ta’ dik il-varjetà, tkun ġiet ippreżentata fl-Unjoni; jew

(c)  tkun teżisti deskrizzjoni uffiċjali ta’ dik il-varjetà fl-Unjoni, tkun magħrufa sew madwar id-dinja, jew ikun twettaq l-eżami tekniku skont l-Artikolu 59.

3.  Meta japplika l-paragrafu 2, il-punt (c), il-persuna/i responsabbli għall-eżamijiet tekniċi għandhom jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti d-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà li jkunu eżaminaw.

Artikolu 49

Uniformità

Għall-iskopijiet tad-deskrizzjoni uffiċjali, varjetà għandha titqies li tkun uniformi jekk, soġġetta għall-varjazzjoni li tista’ tkun mistennija mill-karatteristiċi partikolari tar-riproduzzjoni u tat-tip tagħha, tkun uniformi biżżejjed fl-espressjoni tal-karatteristiċi inklużi fl-eżami għall-karattru distintiv, kif ukoll fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristika oħra użata għad-deskrizzjoni uffiċjali tagħha.

Artikolu 50

Stabbiltà

Għall-iskopijiet tad-deskrizzjoni uffiċjali, varjetà għandha titqies li tkun stabbli jekk l-espressjoni tal-karatteristiċi inklużi fl-eżami għad-distintività, kif ukoll ta’ kwalunkwe karatteristika oħra użata għad-deskrizzjoni tal-varjetà, tibqa’ l-istess wara riproduzzjoni ripetuta jew, fil-każ ta’ ċikli ta’ riproduzzjoni, fl-aħħar ta’ kull ċiklu bħal dan.

Artikolu 51

Drittijiet mogħtijin fuq il-varjetajiet tal-pjanti

Jekk varjetà tkun ingħatat dritt fuq il-varjetà tal-pjanta skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 2100/1994 jew skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, dik il-varjetà għandha titqies bħala distinta, uniformi u stabbli għall-iskopijiet tad-deskrizzjoni uffiċjali u li jkollha denominazzjoni xierqa għall-iskopijiet tal-Artikolu 47(1), il-punt (b).

Artikolu 52

Valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli

1.  Għall-iskopijiet tal-Artikolu 47(1), il-punt (c), il-valur ta’ varjetà għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli ta’ varjetà għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk, meta mqabbla ma’ varjetajiet oħrajn tal-istess speċi rreġistrati fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tal-Istat Membru rispettiv, il-karatteristiċi tagħha, b’mod ġenerali, joffru titjib ċar għall-kultivazzjoni u għall-użi sostenibbli li jistgħu jsiru mill-għelejjel, minn pjanti oħrajn jew mill-prodotti derivati minnhom.

Il-karatteristiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin, kif xieraq għall-ispeċijiet, għar-reġjuni, għall-kundizzjonijiet agroekoloġiċi u għall-użi kkonċernati:

(a)  ir-rendiment, inklużi l-istabbiltà tar-rendiment u r-rendiment f’kundizzjonijiet ta’ input baxx;

(b)  it-tolleranza/ir-reżistenza għal stress bijotiku, inkluż mard tal-pjanti kkawżat minn nematodi, minn fungi, minn batterji, minn viruses, minn insetti u minn pesti oħrajn;

(c)  it-tolleranza/ir-reżistenza għal stress abijotiku, inkluż l-adattament għall-kundizzjonijiet tat-tibdil fil-klima;

(d)  użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali, bħall-ilma u n-nutrijenti;

(e)  il-ħtieġa mnaqqsa għall-inputs esterni, bħal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fertilizzanti;

(f)  il-karatteristiċi li jtejbu s-sostenibbiltà tal-kultivazzjoni, tal-ħsad, tal-ħżin, tal-ipproċessar u, tad-distribuzzjoni u tal-użu; [Em. 221]

(g)  il-kwalità, jew il-karatteristiċi tal-kwalità jew tan-nutrizzjoni.nutrizzjonali jew il-karatteristiċi importanti għall-ipproċessar; [Em. 222]

(ga)   it-tnaqqis tal-iskart qabel jew wara l-ħsad. [Em. 223]

1a.   L-eżami tal-valur għall-kultivazzjoni u l-użu sostenibbli għandu jsir possibbli għall-ispeċijiet elenkati fil-Partijiet B u C tal-Anness I fuq bażi volontarja. Meta l-eżami tal-kultivazzjoni u l-użu sostenibbli jkun twettaq minn awtorità kompetenti uffiċjali jew taħt is-superviżjoni u l-gwida uffiċjali tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 61, dan għandu jippermetti l-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni fuq iż-żona tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 17(5). Dik id-dikjarazzjoni għandha tikkonċerna biss il-karatteristiċi li matul l-eżamijiet urew li joffru titjib ċar meta mqabbla ma’ varjetajiet oħra tal-istess speċi. Is-sistema volontarja għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiżviluppaw metodoloġiji biex jivvalutaw il-karatteristiċi elenkati fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (g). [Em. 224]

2.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jikkollaboraw ma’ Stati Membri oħrajn b’kundizzjonijiet agroekoloġiċi simili. Dawk l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu faċilitajiet kondiviżi għat-twettiq tal-eżami għall-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:

(a)  jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għat-twettiq tal-eżami msemmi fil-paragrafu 1;

(b)  jistabbilixxu l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (g)(ga); [Em. 225]

(c)  jistabbilixxu l-istandards għall-evalwazzjoni u għar-rapportar tar-riżultati tal-eżami tal-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli.

Dawk l-atti delegati għandhom jadattaw ir-rekwiżiti, il-metodoloġiji u l-istandards tal-punti (a) sa (c) għall-iżviluppi tekniċi jew xjentifiċi applikabbli, u għal kwalunkwe politika jew regola ġdida tal-Unjoni dwar l-agrikoltura sostenibbli.

Meta dawk ir-regoli jkunu għadhom ma ġewx stabbiliti, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli bħal dawn għat-territorji rispettivi tagħhom. Għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti, il-metodoloġiji u l-istandards minimi msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu li japplikaw għall-Partijiet D u E tal-Anness I, jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawk l-ispeċijiet u l-użi finali tagħhom, kif ukoll għall-objettivi tad-diversità u l-innovazzjoni. [Em. 226]

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lil Stat Membru jirrevoka jew jimmodifika dawk ir-regoli, jekk jitqiesu, fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, li ma jkunux xierqa għall-eżami tal-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli ta’ varjetà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 227]

4.  Għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni ta’ varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika kif definit fl-Artikolu 3(19) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-eżami tal-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli għandu jsir f’kundizzjonijiet organiċi, f’konformità ma’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5, il-punti (d), (e), (f) u (g), u mal-Artikolu 12 tiegħu u mal-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jwettqu eżami f’kundizzjonijiet organiċi, jew l-eżami ta’ ċerti karatteristiċi, li jinkludu s-suxxettibbiltà għall-mard, l-ittestjar jista’ jitwettaq f’kundizzjonijiet ta’ input baxx jew fil-fażi ta’ konverżjoni u b’dak li jkun assolutament meħtieġ għat-tlestija tat-trattamenti tal-ittestjargħat-trattamenti bil-pestiċidi u b’inputs esterni oħrajn għat-tlestija tal-eżami. Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom l-ittestjar ma sarx f’kundizzjonijiet organiċi u dwar l-implimentazzjoni tal-ittestjar f’kundizzjonijiet mhux organiċi. [Em. 228]

4a.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu l-ittestjar ta’ żerriegħa konvenzjonali f’kundizzjonijiet b’input baxx, kundizzjonijiet organiċi fil-fażi ta’ konverżjoni, jew organiċi. [Em. 229]

4b.   Sa ... [10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tevalwa r-riżultati tas-sistema volontarja msemmija fil-paragrafu 1a, u għandha tiġbor fil-qosor ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni f’rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 230]

Artikolu 53

Reġistrazzjoni tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni

1.  B’deroga mill-Artikoli 48, 49, 50, 52, 55(2), 56, 57, u 59 sa 65, il-varjetà ta’ konservazzjoni għandha tiġi rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet jekk tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikollha deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment, li tispeċifika l-karatteristiċi li jikkwalifikawha bħala varjetà ta’ konservazzjoni, f’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 3(29);

(b)  ikollha indikazzjoni tar-reġjun ta’ oriġini inizjali tagħha, meta jkun magħruf, jew tal-kundizzjonijiet lokali li għalihom tkun tnisslet; [Em. 231]

(c)  ikollha denominazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 54;

(d)  tkun miżmuma fit-territorju tal-Unjoni.

Ir-reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr ħlas għall-applikant. [Em. 232]

2.  Il-varjetà ta’ konservazzjoni għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet wara applikazzjoni minn operatur professjonist stabbilit fl-Unjoni. Dik l-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi kollha msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d).

L-awtorità kompetenti għandha taċċetta jew tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ varjetà ta’ konservazzjoni, wara li tivverifika l-konformità tagħha mal-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tgħaddi lill-applikant id-deċiżjoni tagħha. Fil-każ ta’ rifjut tar-reġistrazzjoni, l-awtorità għandha tiddikjara r-raġunijiet li jiġġustifikaw tali rifjut. [Em. 233]

3.  Il-varjetà ma għandhiex tiġi elenkata fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet bħala varjetà ta’ konservazzjoni, jekk:

(a)  diġà tkun elenkata fir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni b’deskrizzjoni uffiċjali, skont l-Artikolu 44(1)(a), jew tħassret mir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni bħala varjetà b’deskrizzjoni uffiċjali fl-aħħar sentejn, jew fi żmien sentejn mill-iskadenza tal-perjodu mogħti skont l-Artikolu 71(2), jew

(b)  tkun protetta minn dritt fuq il-varjetà tal-pjanta fil-Komunità, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, jew minn dritt fuq il-varjetà tal-pjanta nazzjonali, jew ikun hemm applikazzjoni pendenti għal dritt bħal dan.

4.  Id-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandha tkun ibbażata fuq riżultati ta’ testijiet mhux uffiċjali, fuq għarfien miksub minn esperjenza prattika matul il-kultivazzjoni, ir-riproduzzjoni u l-użu, jew fuq informazzjoni oħra, b’mod partikolari mill-awtoritajiet tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għal dan l-iskop mill-Istati Membri.

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-karatteristiċi u l-informazzjoni li dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkopri jekk ikun xieraq għal speċijiet speċifiċi. Atti ta’ implimentazzjoni bħal dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2). [Em. 234]

5.  Il-persuna responsabbli għas-selezzjoni konservattiva ta’ varjetà ta’ konservazzjoni għandha żżomm kampjuni tagħha u, fuq talba, tagħmilhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 53a

Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ klonu magħżul u PRM poliklonali fir-reġistru tal-Istat Membru

1.   L-applikant għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li tindika:

(a)   l-ispeċijiet u, kif applikabbli, il-varjetà li għaliha jappartjeni l-klonu magħżul jew il-PRM poliklonali, fejn il-varjetà għandha tiġi rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44;

(b)   id-denominazzjoni u s-sinonimi proposti;

(c)   meta applikabbli, deskrizzjoni tal-PRM poliklonali;

(d)   il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-klonu magħżul jew tal-PRM poliklonali;

(e)   ir-referenza għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-varjetà li għaliha jappartjeni l-klonu magħżul jew il-PRM poliklonali;

(f)   deskrizzjoni tal-valur ewlieni għall-karatteristiċi tal-kultivazzjoni u tal-użu sostenibbli tal-klonu magħżul jew tal-PRM poliklonali;

(g)   il-gwadanji ġenetiċi stmati tal-klonu magħżul jew tal-PRM poliklonali fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-varjetà rilevanti;

(h)   l-informazzjoni dwar jekk il-klonu magħżul jew il-PRM poliklonali humiex diġà rreġistrati f’reġistru ta’ Stat Membru ieħor.

2.   Il-klonu magħżul għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin sabiex jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-Istat Membru:

(a)   għandu jintgħażel fi ħdan il-varjetà li jappartjeni għaliha għal xi karatteristiċi fenotipiċi intravarjetali speċjali u l-istatus fitosanitarju tiegħu li jagħtu lill-klonu magħżul prestazzjoni aħjar, f’konformità ma’ metodi aċċettati internazzjonalment ibbażati fuq metodi mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid;

(b)   l-awtentiċità tal-klonu magħżul għall-identità tal-varjetà għandha tiġi żgurata permezz tal-osservazzjoni tal-karatteristiċi fenotipiċi u, fejn xieraq, permezz ta’ analiżi molekulari skont standards aċċettati internazzjonalment.

3.   Il-PRM poliklonali għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin sabiex jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-Istat Membru:

(a)   għandu jintgħażel fi prova fuq il-post unika li jkun fiha kampjun rappreżentattiv tad-diversità ġenetika ġenerali tal-varjetà skont disinn sperimentali bbażat fuq metodi aċċettati fuq livell internazzjonali; dak id-disinn għandu jkun ibbażat fuq metodi preskritti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid u għandu jkun magħmul minn seba’ sa 20 ġenotip distint(29);

(b)   l-awtentiċità tal-PRM poliklonali għall-identità tal-varjetà għandha tiġi żgurata permezz tal-osservazzjoni tal-karatteristiċi fenotipiċi u, fejn xieraq, permezz ta’ analiżi molekulari skont standards aċċettati internazzjonalment.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-Istat Membru biss wara li tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, kif applikabbli għat-tip ta’ materjal, huma ssodisfati. [Em. 235]

Artikolu 54

Adegwatezza tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet

1.  Għall-iskopijiet tal-Artikolu 47(1), il-punt (b), id-denominazzjoni ta’ varjetà ma għandhiex titqies xierqa jekk:

(a)  l-użu tagħha fit-territorju tal-Unjoni jkun prekluż bid-dritt preċedenti ta’ parti terza;

(b)  tkun tista’ tikkawża b’mod komuni diffikultajiet lill-utenti tagħha fir-rigward tar-rikonoxximent jew tar-riproduzzjoni;

(c)  tkun identika għad-denominazzjoni ta’ varjetà jew tista’ tiġi konfuża magħha:

(i)  li biha varjetà oħra tal-istess speċi jew ta’ speċi relatata mill-qrib tiddaħħal f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet jew fir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni; jew f’dokumentazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti minn persuna fiżika jew ġuridika involuta fil-konservazzjoni dinamika; [Em. 236]

(ii)  li biha l-materjal ta’ varjetà oħra jkun tqiegħed fis-suq fi Stat Membru jew f’Membru tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti,

sakemm il-varjetà msemmija fil-punt (i) jew (ii) ma tibqax teżisti u d-denominazzjoni tagħha ma tkunx kisbet sinifikat speċjali; [Em. 237]

(d)  tkun identika jew tista’ tiġi mfixkla ma’ denominazzjonijiet oħrajn li jintużaw b’mod komuni għat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti jew li jridu jinżammu ħielsa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(e)  tkun tista’ twassal għal reat f’xi wieħed mill-Istati Membri jew tmur kontra l-ordni pubbliku;

(f)  tkun tista’ tqarraq jew toħloq konfużjoni fejn jidħlu l-karatteristiċi, il-valur jew l-identità tal-varjetà, jew l-identità tan-nissiel.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jekk varjetà tkun diġà rreġistrata f’reġistri nazzjonali tal-varjetajiet oħrajn, id-denominazzjoni għandha titqies xierqa, iżda biss jekk tkun bħal dik li tidher f’dawk ir-reġistri.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk:

(a)  id-denominazzjoni x’aktarx tqarraq jew oħloq konfużjoni fejn tidħol il-varjetà rilevanti fi Stat Membru wieħed jew aktar; jew

(b)  id-drittijiet tal-partijiet terzi jwaqqfu l-użu ħieles ta’ dik id-denominazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-varjetà inkwistjoni.

3.  Meta, wara r-reġistrazzjoni ta’ varjetà, l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li fi żmien ir-reġistrazzjoni, id-denominazzjoni tal-varjetà ma kinitx xierqa skont it-tifsira tal-paragrafi 1 u 2, l-applikant għandu jippreżenta applikazzjoni għal denominazzjoni ġdida. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni wara li tikkonsulta mas-CPVO.

L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li d-denominazzjoni ta’ qabel tintuża b’mod temporanju.

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu kriterji speċifiċi dwar l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet fir-rigward ta’ dawn:

(a)  ir-relazzjoni tagħhom mat-trademarks;

(b)  ir-relazzjoni tagħhom mal-indikazzjonijiet ġeografiċi jew mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini għall-prodotti agrikoli;

(c)  il-kunsensi bil-miktub tad-detenturi tad-drittijiet ta’ qabel sabiex jitneħħew l-impedimenti għall-adegwatezza ta’ denominazzjoni;

(d)  id-determinazzjoni ta’ jekk denominazzjoni tkunx qarrieqa jew toħloq konfużjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (f); u

(e)  l-użu ta’ denominazzjoni fil-forma ta’ kodiċi.

TAQSIMA 3

PROĊEDURA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAL-VARJETAJIET FIR-REĠISTRI NAZZJONALI TAL-VARJETAJIET

Artikolu 55

Preżentazzjoni tal-applikazzjoni

Kwalunkwe operatur professjonist stabbilit fl-Unjoni jista’ jippreżenta b’mod elettroniku lill-awtorità kompetenti, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ varjetà fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet.

Il-preżentazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni tista’ tkun soġġetta għal tariffa li titħallas mill-applikant, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 56

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ varjetà

1.  L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ varjetà f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet għandha tikkonsisti f’dawn li ġejjin:

(a)  it-talba għar-reġistrazzjoni;

(b)  l-identifikazzjoni tal-unità tassonomika botanika li għaliha tappartjeni l-varjetà;

(c)  meta applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-applikant, ismu u l-indirizz tiegħu jew, meta xieraq, l-ismijiet u l-indirizzi tal-applikanti konġunti, u l-kredenzjali ta’ kwalunkwe rappreżentant proċedurali;

(d)  id-denominazzjoni propostadenominazzjoni proviżorja; [Em. 238]

(da)   denominazzjoni ta’ varjetà proposta mill-applikant li tista’ takkumpanja l-applikazzjoni; [Em. 239]

(e)  l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli mis-selezzjoni konservattiva tal-varjetà u, meta applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna;

(f)  id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-varjetà, l-informazzjoni dwar jekk hijiex adattata biss għal staġuni partikolari tas-sena, u, jekk disponibbli, il-kwestjonarju tekniku mimli;

(g)  id-deskrizzjoni tal-proċedura ta’ selezzjoni konservattiva tal-varjetà;

(h)  il-post tat-tnissil tal-varjetà u, jekk applikabbli, ir-reġjun ta’ oriġini partikolari tagħha;

(i)  l-informazzjoni dwar jekk il-varjetà tkunx irreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet ieħor u dwar jekk l-applikant ikunx jaf li f’wieħed minn dawk ir-reġistri hemm applikazzjoni għar-reġistrazzjoni pendenti;

(j)  meta l-varjetà jkun fiha jew tkun tikkonsisti minn organiżmu ġenetikament modifikat, evidenza li l-organiżmu ġenetikament modifikat inkwistjoni jkun awtorizzat għall-kultivazzjoni fl-Unjoni, f’konformità mad-Direttiva 2001/18/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, jew, meta applikabbli, fl-Istat Membru rispettiv f’konformità mal-Artikolu 26b tad-Direttiva 2001/18/KE u l-evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-kultivazzjoni u l-monitoraġġ fl-istaġun partikolari tat-tkabbir; [Em. 240]

(k)   meta l-applikazzjoni tikkonċerna varjetajiet ta’ konservazzjoni, informazzjoni relatata mal-produzzjoni ta’ deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà, prova ta’ dik id-deskrizzjoni u kwalunkwe dokument jew pubblikazzjoni li ssostniha; [Em. 241]

(l)  fil-każ ta’ applikazzjoni li tikkonċerna varjetajiet bi dritt fuq il-varjetà tal-pjanta mogħti skont ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 jew il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, il-prova li l-varjetà tkun protetta minn dritt bħal dan, bid-deskrizzjoni uffiċjali korrispondenti;

(m)  f’każ li l-varjetà jkun fiha jew tkun tikkonsisti minn NGT tal-kategorija 1 kif definita fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT), evidenza li l-pjanta kisbet dikjarazzjoni tal-istatus ta’ pjanta NGT tal-kategorija 1 skont l-Artikolu 6 jew 7 ta’ dak ir-Regolament jew li hija dixxendent ta’ pjanta/i bħal din/bħal dawn;

(n)  f’każ li l-varjetà jkun fiha jew tikkonsisti fi pjanta NGT tal-kategorija 2 kif definita fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) …/… (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT), indikazzjoni ta’ dak il-fatt;

(o)  l-użu maħsub jew il-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni, jekk applikabbli skont l-Artikolu 47(2), tal-varjetà.fil-każ li l-varjetà tkun tolleranti għall-erbiċidi kif imsemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (f), jew ikollha karatteristiċi partikolari li jistgħu jwasslu għal effetti agronomiċi mhux mixtieqa kif imsemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (g), indikazzjoni ta’ dak il-fatt; [Em. 242]

(oa)   it-tekniki ta’ tnissil użati għall-iżvilupp tal-varjetà; [Em. 243]

(ob)   l-eżistenza ta’ kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali li jkopri l-varjetà, il-komponenti u l-karatteristiċi tagħha, fil-limiti tad-drittijiet li tkun saret applikazzjoni għalihom jew li jkunu ngħataw għal dik il-varjetà lill-applikant, inkluż meta l-applikant ikun iffirma liċenzja kuntrattwali jew ikun kiseb liċenzja obbligatorja għall-użu ta’ privattiva proprjetà ta’ operatur ieħor. [Em. 244]

2.  L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ varjetà f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet għandha tkun akkumpanjata minn kampjun li għandu jintuża għall-eżami ta’ dik il-varjetà. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandha tistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni ta’ dak il-kampjun u tispeċifika l-kwalità u l-kwantità tiegħu.

Artikolu 57

Eżami formali tal-applikazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandha tirreġistra u teżamina kull applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55 sabiex tistabbilixxi jekk tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56.

2.  Jekk l-applikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-applikant il-possibbiltà li jirrettifika l-applikazzjoni kif xieraq sa ċertu żmien partikolari. Jekk l-applikazzjoni ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti sal-iskadenza ta’ dak iż-żmien partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni u ttemm ir-reġistrazzjoni tal-varjetà.

Artikolu 58

Data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tkun id-data li fiha l-applikazzjoni, li tikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56, tasal għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu minnufih lill-applikant il-konferma tal-preżentazzjoni b’suċċess tal-applikazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar id-data ta’ dik il-preżentazzjoni.

Artikolu 59

Eżami tekniku tal-varjetà

1.  Meta, bħala riżultat tal-eżami formali, l-applikazzjoni tinstab li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56, għandu jitwettaq eżami tekniku tal-varjetà.

L-eżami tekniku għandu jsir billi tikber il-varjetà, filwaqt li jitqiesu l-użu u l-kundizzjonijiet maħsubin għall-kultivazzjoni tal-varjetà. Mezzi oħrajn, inkluż l-użu ta’ tekniki bijomolekulari, jistgħu jintużaw bħala għodda supplimentari, kif xieraq għall-iskopijiet tal-eżami tekniku, l-ispeċi kkonċernata jew il-karatteristiċi li għandhom jiġu vverifikati, kif stabbilit skont l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 47(2) dwar id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà.

L-eżami tekniku msemmi għandu jivverifika:

(a)  il-konformità mar-rekwiżiti għad-distintività, għall-uniformità u għall-istabbiltà tal-varjetà, kif stabbiliti fl-Artikoli 48 sa 50;

(b)  jekk il-varjetà għandhiex valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli, f’konformità mal-Artikolu 52, fil-każ tal-varjetajiet imsemmijin fl-Artikolu 47(1), il-punt (a)(ii).

2.  L-eżami tekniku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 60, sakemm ma tkunx tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 61(1).

3.  F’każ li jkun diġà disponibbli rapport formali dwar id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà tal-varjetà, prodott mis-CPVO jew minn awtorità kompetenti oħra, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport għall-iskopijiet tal-konklużjoni tal-eżami tekniku.

4.  It-twettiq tal-eżami tekniku msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun soġġett għal tariffa li titħallas mill-applikant, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 60

Awditu tal-bini tal-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv tista’ twettaq l-eżami tekniku fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti għad-distintività, għall-uniformità u għall-istabbiltà msemmijin fl-Artikoli 48 sa 50 biss wara li jinstab li l-bini u l-arranġamenti tax-xogħol tagħha, dedikati għal dan l-għan, ikunu xierqa għat-twettiq ta’ dan l-eżami skont awditu mwettaq mis-CPVO jew mill-Kummissjoni.

Fuq il-bażi tal-awditu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-awtorità kompetenti, jekk ikun xieraq, l-azzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-bini u tal-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni tista’ twettaq awditi addizzjonali u, meta applikabbli, tirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti azzjonijiet korrettivi sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-bini u tal-organizzazzjoni tagħhom.

Artikolu 61

Awtorizzazzjoni tal-applikant sabiex iwettaq eżami tekniku għall-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli

1.  B’deroga mill-Artikolu 59(2), u biss għall-operaturi b’sistema volontarja msemmija fl-Artikolu 52(1a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-applikant iwettaq l-eżami tekniku ta’ jekk il-varjetà għandhiex valur sostenibbli għall-kultivazzjoni u għall-użu, f’konformità mal-Artikolu 52, jew parti minnu, jista’ jitwettaq mill-applikant jekk: [Em. 245]

(a)  dak l-applikant ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv; [Em. 246]

(b)  l-eżami jitwettaq taħt is-superviżjoni u l-gwida uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata; u

(c)  l-eżami jitwettaq fil-bini dedikat għal dak l-għan;

(ca)   l-eżami ma jissostitwix il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fil-qafas tad-Direttiva 2001/18/KE dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament. [Em. 247]

2.  Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex jitwettaq l-eżami tekniku fil-bini tan-nissiela, l-awtorità kompetenti għandha tawditja l-bini, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet organizzattivi tal-applikant. Dik l-awditu għandu jivverifika jekk il-bini, il-faċilitajiet tal-laboratorju, l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-provi tat-tkabbir ikunux adattati għat-twettiq tal-eżami tekniku fil-bini tan-nissiela fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli msemmijin fl-Artikolu 52.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar l-awditu msemmi fil-paragrafu 2.

4.  Fuq il-bażi tal-awditu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tirrakkomanda lill-applikant, jekk xieraq, l-azzjonijiet li jiżguraw l-adegwatezza tal-bini u tal-organizzazzjoni tal-eżami tal-applikant.

5.  L-awtorità kompetenti tista’ twettaq awditi addizzjonali minbarra dak imsemmi fil-paragrafu 2 u, meta applikabbli, tirrakkomanda lill-applikant sabiex iwettaq, f’perjodu ta’ żmien speċifiku, l-azzjonijiet korrettivi li jikkonċernaw il-bini u l-arranġamenti tax-xogħol tiegħu. Jekk wara dak il-perjodu l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-bini u l-arranġamenti tax-xogħol tal-applikant ma jkunux xierqa, hija tista’ tneħħi jew tbiddel l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 62

Regoli addizzjonali dwar l-eżami tekniku

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75, li jissupplimentaw ir-rekwiżiti dwar l-eżami tekniku stabbiliti fl-Artikolu 59. Dawn l-atti delegati jistgħu jikkonċernaw:

(a)  il-kwalifika, it-taħriġ u l-attivitajiet tal-persunal tal-awtorità kompetenti, jew tal-applikant, għall-iskopijiet tal-eżami tekniku msemmi fl-Artikolu 61;

(b)  it-tagħmir meħtieġ, inklużi l-laboratorji għall-ittestjar, meħtieġ sabiex isir l-eżami tekniku;

(c)  l-istabbiliment ta’ ġabra ta’ referenza ta’ varjetà sabiex titqabbel il-varjetà eżaminata ma’ varjetajiet oħrajn sabiex tiġi vvalutata d-distintività, u l-ġestjoni tal-ħżin ta’ ġabra ta’ referenza bħal din;

(d)  l-istabbiliment ta’ sistemi għall-ġestjoni tal-kwalità, inkluż ir-rekord tal-attivitajiet u l-protokolli jew il-linji gwida, li jridu jintużaw għall-eżami tekniku;

(e)  it-twettiq ta’ aktar provi u testijiet tal-laboratorju għal ġeneri jew għal speċijiet partikolari, inklużi tekniki bijomolekolari.

Dawk l-atti delegati jadattaw għall-protokolli tekniċi u xjentifiċi internazzjonali disponibbli.

2.  Meta ma jkun ġie adottat l-ebda rekwiżit skont il-paragrafu 1, l-eżamijiet tekniċi għandhom isiru f’konformità mal-protokolli nazzjonali fir-rigward tal-elementi msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) - (e).

Artikolu 63

Kunfidenzjalità

1.  Meta, matul l-eżami tekniku previst fl-Artikolu 59, jidher li jkun meħtieġ eżami tal-komponenti ġenealoġiċi, ir-riżultati ta’ dan l-eżami u d-deskrizzjoni tal-komponenti ġenealoġiċi għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, jekk l-applikanti jitolbu hekk.

2.  Fil-każ ta’ varjetajiet ta’ PRM maħsubin esklużivament għall-produzzjoni ta’ materja prima agrikola għal skopijiet industrijali, ċerti elementi tal-eżami tekniku u l-użi maħsubin ta’ dawk il-varjetajiet, li d-divulgazzjoni pubblika tagħhom tista’ taffettwa l-pożizzjoni kompetittiva tal-applikant, għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, jekk dak l-applikant jitlob hekk.

3.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/625. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kif xieraq ir-rispett tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali jew industrijali fejn tali kunfidenzjalità tkun prevista mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali biex jiġi protett interess ekonomiku leġittimu. [Em. 248]

Artikolu 64

Rapport provviżorju tal-eżami u deskrizzjoni uffiċjali provviżorja

1.  Wara l-eżami tekniku previst fl-Artikolu 59, l-awtorità kompetenti għandha tipproduċi rapport provviżorju tal-eżami, fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ distintività, ta’ uniformità u ta’ stabbiltà, u l-karatteristiċi tal-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli, kif applikabbli, kif imsemmi fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52, u għandha toħroġ deskrizzjoni uffiċjali provviżorja tal-varjetà fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport.

2.  Ir-rapport provviżorju tal-eżami jista’ jirreferi għal sejbiet ta’ rapporti oħrajn tal-eżami, maħluqin dwar il-varjetà rilevanti, mill-awtorità kompetenti kkonċernata, minn awtoritajiet kompetenti oħrajn jew mis-CPVO.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tgħaddi lill-applikant ir-rapport provviżorju tal-eżami u d-deskrizzjoni uffiċjali provviżorja tal-varjetà. L-applikant jista’ jikkummenta dwar dawn id-dokumenti fi żmien 15-il jum tal-kalendarju.

4.  Meta l-awtorità kompetenti ma tqisx li r-rapport tal-eżami provviżorju jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-varjetà, hija għandha titlob lill-applikant informazzjoni, eżamijiet jew azzjonijiet oħrajn addizzjonali, kif xieraq, sabiex tiżgura l-konformità tal-varjetà mar-rekwiżiti ta’ distintività, ta’ uniformità, ta’ stabbiltà u l-valur għall-kultivazzjoni u/jew għall-użu sostenibbli, kif stabbilit rispettivament fl-Artikoli 48, 49, 50 u 52.

Artikolu 65

Rapport tal-eżami u deskrizzjoni uffiċjali finali

Wara li tqis kwalunkwe kumment dwar ir-rapport tal-eżami provviżorju u d-deskrizzjoni provviżorja uffiċjali pprovduti mill-applikant, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport tal-eżami finali u deskrizzjoni uffiċjali finali dwar id-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà tal-varjetà u tinkludi sommarju tar-riżultati tal-eżami dwar il-valur għall-kultivazzjoni u għall-użu sostenibbli.

L-awtoritajiet kompetenti, meta jintalbu, għandhom jagħmlu r-rapporti tal-eżami u d-deskrizzjoni uffiċjali disponibbli għall-partijiet terzi, soġġetti għad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u għar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità.

Artikolu 66

Eżami tad-denominazzjoni tal-varjetà

Wara l-eżami formali tal-applikazzjoni previst fl-Artikolu 57, u qabel ir-reġistrazzjoni tal-varjetà f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet skont l-Artikolu 67, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mas-CPVO dwar id-denominazzjoni tal-varjetajiet proposta mill-applikant.

Is-CPVO għandu jippreżenta rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar l-adegwatezza tad-denominazzjoni tal-varjetà proposta mill-applikant, f’konformità mal-Artikolu 54. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-applikant dwar ir-rakkomandazzjoni.

Artikolu 67

Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-varjetà fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet

1.  Jekk, fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 55 sa 66, jiġi konkluż li l-varjetà tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 47(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandha tiddeċiedi li tirreġistra l-varjetà fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, jekk:

(a)  tistabbilixxi li r-rekwiżiti rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 47(1) u fl-Artikolu 48 ma jkunux issodisfati; jew [Em. 249]

(b)  l-applikant ma jkunx ikkonforma ma’ xi wieħed mill-obbligi stabbiliti għalih fl-Artikoli 55 sa 64.

3.  Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tal-varjetà fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li jiġġustifikaw rifjut bħal dan.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tgħaddi lill-applikant id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.  Id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu appellati, f’konformità mar-regoli amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat. Kwalunkwe appell kontra deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollu effett sospensiv fuq ir-reġistrazzjoni tal-varjetà rispettiva.

6.  L-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tkun soġġetta għal tariffa li titħallas mill-applikant, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 68

Varjetajiet irreġistrati skont id-Direttivi 68/193/KEE, 2002/53/KE, 2002/55/KE u 2008/90/KE

1.  B’deroga mill-Artikoli 54 sa 67, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw minnufih fir-reġistri nazzjonali tagħhom tal-varjetajiet il-varjetajiet kollha aċċettati jew irreġistrati uffiċjalment qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], fil-katalogi, fil-listi jew fir-reġistri stabbiliti mill-Istati Membri tagħhom skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 68/193/KEE, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/53/KE, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/55/KE u l-varjetajiet b’deskrizzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 7(4)7 tad-Direttiva 2008/90/KE, mingħajr ma japplikaw il-proċedura ta’ reġistrazzjoni stabbilita b’dawk l-Artikoli. [Em. 250]

2.  B’deroga mill-Artikolu 53, il-varjetajiet aċċettati f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/62/KE u mal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2009/145/KE, u varjetajiet b’deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/90/KE qabel… [ĠU, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom jiġu rreġistrati minnufih fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet bħala varjetajiet ta’ konservazzjoni pprovduti b’deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ reġistrazzjoni stabbilita b’dak l-Artikolu. [Em. 251]

TAQSIMA 4

Perjodu ta’ reġistrazzjoni u ta’ selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet

Artikolu 69

Perjodu ta’ reġistrazzjoni

1.  Il-perjodu ta’ reġistrazzjoni ta’ varjetà f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet (“perjodu ta’ reġistrazzjoni”) għandu jkun ta’ 10 snin.

Madankollu, dak il-perjodu ta’ reġistrazzjoni għandu jkun ta’ 30 sena għall-varjetajiet ta’ konservazzjoni u l-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti tal-frott u tal-materjal tal-propagazzjoni tad-dwieli, kif elenkati rispettivament fil-Partijiet C u D tal-Anness I. [Em. 252]

Fil-każ tal-varjetajiet li jikkonsistu minn, jew li fihom, organiżmu ġenetikament modifikat, il-perjodu ta’ reġistrazzjoni għandu jkun limitat għall-perjodu li għalih dak l-organiżmu ġenetikament modifikat ikun awtorizzat għall-kultivazzjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Fil-każ tal-varjetajiet li jikkonsistu minn, jew li fihom, pjanta NGT tal-kategorija 2 kif definita fl-Artikolu 3(8), tar-Regolament (UE) …/… (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT ...), il-perjodu ta’ reġistrazzjoni għandu jkun limitat għall-perjodu li għalih dik il-pjanta tkun awtorizzata skont dak ir-Regolament.

2.  Ir-reġistrazzjoni ta’ varjetà f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tista’ tiġġedded għal perjodu ieħor ta’ 10 snin, jew rispettivament ta’ 30 sena, f’konformità mal-proċedura u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 70.

Fil-każ tal-varjetà li tikkonsisti minn, jew li fiha, organiżmu ġenetikament modifikat, it-tiġdid tal-perjodu ta’ reġistrazzjoni għandu jkun limitat għall-perjodu li għalih dak l-organiżmu ġenetikament modifikat ikun awtorizzat għall-kultivazzjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

3.  Ir-reġistrazzjoni ta’ varjetà tista’ tkun soġġetta għal tariffa annwali li titħallas mill-applikant, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 70

Proċedura u kundizzjonijiet sabiex tiġġedded reġistrazzjoni

1.  Kull persuna li jkun beħsiebha ġġedded ir-reġistrazzjoni ta’ varjetà għandha tippreżenta applikazzjoni mhux aktar kmieni minn 12-il xahar u mhux aktar tard minn 6 xhur minn meta jiskadi l-perjodu ta’ reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 69(1).

2.  L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Magħha għandha tingħata evidenza li turi li dawk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 ġew issodisfati.

3.  It-tiġdid tar-reġistrazzjoni ta’ varjetà f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet jista’ jingħata biss jekk:

(a)  l-applikant ikun ppreżenta biżżejjed evidenza li l-varjetà tkun għadha konformi mar-rekwiżiti rispettivi tal-Artikolu 47(1); u

(b)  l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv tkun stabbiliet li hemm persuna responsabbli għas-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet f’konformità mal-Artikolu 72.

4.  L-awtorità kompetenti tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, iġġedded ir-reġistrazzjoni ta’ varjetà, jekk ikun għad hemm domanda kbira għaliha mill-operaturi professjonisti u mill-bdiewa kkonċernati, jew jenħtieġ ligħandha tinżamm fl-interess tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, dment li l-varjetà ma tibqax protetta minn titolu tad-dritt ta’ nissiela tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2100/94, u dment li l-varjetà tkun barra mil-lista għal minimu ta’ sentejn. [Em. 253]

Artikolu 71

Tneħħija mir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandha tneħħi varjetà mir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, jekk:

(a)  tikkonkludi, fuq il-bażi ta’ xi evidenza ġdida, li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 47(1), ma għadhomx issodisfati;

(b)  l-applikant ma jħallasx it-tariffa li l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet f’konformità mal-Artikoli 55, 59(4), 67(6) u 69(3);

(c)  il-persuna responsabbli għas-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet, kif imsemmi fl-Artikolu 72, titlob hekk, jew dik il-persuna ma tibqax tieħu ħsieb is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet u l-ebda persuna oħra ma tkun saret responsabbli għal dan l-inkarigu;

(d)  ma tibqax issir selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 72;

(e)  issir selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet f’pajjiż terz li ma jkunx ta assistenza fil-kontrolli ta’ dik is-selezzjoni konservattiva skont l-Artikolu 72(7);

(f)  fi żmien l-applikazzjoni, tingħata data falza jew frawdolenti li fuq il-bażi tagħha tkun ġiet deċiża r-reġistrazzjoni;

(g)  ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 70(1) u l-perjodu ta’ validità tar-reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 69(1) ikun skada.

2.  Fuq talba mill-applikant, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li varjetà mneħħija mir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (g), tibqa’ disponibbli fis-suq sat-30 ta’ Ġunju tat-tielet sena wara t-tneħħija mir-reġistru.

Din it-talba għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tar-reġistrazzjoni.

3.  Wara t-tneħħija tagħha minn reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-varjetà kkonċernata għandha titneħħa minnufih mir-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni, jekk ma tkun irreġistrata fl-ebda reġistru nazzjonali tal-varjetajiet ieħor.

Artikolu 72

Selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet

1.  Is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet irreġistrati f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet għandha ssir mill-applikant jew minn persuna oħra nnotifikata lill-awtorità kompetenti mill-applikant. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza lil dik il-persuna l-oħra twettaq is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet, jekk dik il-persuna tagħti prova tal-kapaċità tagħha għal dak il-kompitu, u l-awtorità kompetenti għandha tirtira dik l-awtorizzazzjoni jekk dik il-persuna ma tkunx għadha kapaċi għalih. L-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mill-applikant.

2.  Is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet għandha ssir f’konformità mal-prattiki aċċettati li jikkonċernaw, kif xieraq, ġeneri, speċijiet jew tipi partikolari ta’ varjetajiet.

3.  Il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha żżomm rekords dwar is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet. F’kull ħin, l-awtorità kompetenti għandha tkun tista’ tivverifika s-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet f’dawk ir-rekords. Dawn ir-rekords għandhom ikopru wkoll il-produzzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku, iċċertifikat u standard, u l-istadji tal-produzzjoni qabel il-materjal prebażiku.

Fuq talba, għandu jiġi pprovdut kampjun standard tal-varjetà kkonċernata lill-awtorità kompetenti.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli fuq il-mod kif issir is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet u, għal dan l-għan, tista’ tieħu kampjuni tal-varjetajiet ikkonċernati. Il-frekwenza ta’ dawk il-kontrolli għandha tkun ibbażata fuq il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mal-paragrafi 1 sa 3.

5.  Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-persuna responsabbli għas-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet ma tkunx konformi mal-paragrafi 1 sa 3, hija għandha tagħti żmien xieraq lil dik il-persuna sabiex tieħu azzjoni korrettiva jew titlob lil persuna oħra twettaq is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet. Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni bħal din sa dak il-limitu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-varjetà mir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet f’konformità mal-Artikolu 71.

6.  Meta s-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet issir fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru li fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tiegħu tkun ġiet irreġistrata l-varjetà, l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati Membri kkonċernati għandhom jassistu lil xulxin fil-kontrolli tas-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet. Jekk ma tingħata l-ebda assistenza bħal din f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew jekk jiġi konkluż li s-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet ma ssirx f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti rispettiva għandha tneħħi l-varjetà mir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet f’konformità mal-Artikolu 71.

7.  Meta s-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet issir f’pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tiegħu tkun ġiet irreġistrata l-varjetà, għandhom jitolbu l-assistenza tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz fil-kontrolli dwar is-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet, jekk selezzjoni konservattiva bħal din tkun ġiet soġġetta għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza msemmija fl-Artikolu 39(5). Jekk ma tingħata l-ebda assistenza bħal din f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew jekk jiġi konkluż li s-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet ma ssirx f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti rispettiva għandha tneħħi l-varjetà mir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet f’konformità mal-Artikolu 71.

TAQSIMA 5

ŻAMMA TAD-DOKUMENTAZZJONI U TAL-KAMPJUNI

Artikolu 73

Dokumentazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandha żżomm fajl dwar kull varjetà rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet, li jkun fih:

(a)  id-deskrizzjoni uffiċjali jew id-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà;

(b)  ir-rapport tal-eżami; u

(c)  kwalunkwe rapport tal-eżami komplementari skont l-Artikolu 64(4).

Fil-każ ta’ deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment, il-fajl għandu jkun fih biss dik id-deskrizzjoni u d-dokumenti li jsostnuha.

Artikolu 74

Kampjuni tal-varjetajiet reġistrati

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kampjuni tal-varjetajiet irreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet u jagħmluhom aċċessibbli għal kwalunkwe parti terza fuq talba.

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika d-daqs ta’ dawk il-kampjuni, ir-regoli għas-sostituzzjoni tagħhom, fil-każ li fih il-kwantità tal-kampjun oriġinali tkun limitata wisq jew ma tkunx għadha adegwata minħabba l-użu tagħha f’eżamijiet oħrajn, u l-preżentazzjoni tagħhom lil awtoritajiet kompetenti oħrajn. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 75

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħaIs-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(3), 7(3), 8(4), 10(2), 12(3), 15(5), 20(2), 22(2), 24(4), 27(3), 30a, 33(1) u (3), 38(1) u (2), 46(2), 47(3), 52(3), 54(4), 61(3), u 62(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal 5 snin mid-dataħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 254]

Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ 5 snin, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunx oppona estensjoni bħal din mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ 5 snin.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3), 7(3), 8(4), 10(2), 12(3), 15(5), 20(2), 22(2), 24(4), 27(3),30a, 33(1) u (3), 38(1) u (2), 46(2), 47(3), 52(3), 54(4), 61(3), u 62(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revokaDeċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din Għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjonifil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiexgħandha taffettwa l-validità ta’ kwalunkwetal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 255]

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  L-attAtt delegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 7(3), 8(4), 10(2), 12(3), 15(5), 20(2), 22(2), 24(4), 27(3), 30a, 33(1) u (3), 38(1) u (2), 46(2), 47(3), 52(3), 54(4), 61(3), u 62(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi ħdan perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informawinfurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex semhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 256]

Artikolu 76

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-President tal-kumitat jew b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU VI

RAPPORTAR, PENALI U EMENDI TAR-REGOLAMENTI (UE) 2016/2031, 2017/625 U 2018/848

Artikolu 77

Rapportar

1.  Sa … [5 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar dan li ġej:

(a)  il-kwantitajiet tal-PRM iċċertifikat u standard u ż-żoni użati għall-produzzjoni tagħhom għal kull sena u għal kull speċi,speċijiet bi speċifikazzjoni tal-kwantitajiet użati għall-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika; [Em. 257]

(b)  il-kwantitajiet tal-PRM kummerċjalizzat ta’ materjal eteroġenu u ż-żoni użati għall-produzzjoni tiegħu għal kull sena u għal kull speċi;

(c)  il-kwantitajiet tal-PRM kummerċjalizzat tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni għal kull sena u għal kull speċi;

(d)  l-għadd tal-operaturi professjonistprofessjonisti li jużaw id-derogi għall-kummerċjalizzazzjoni lill-utenti finali f’konformità mal-Artikolu 28, u l-ispeċijiet ikkonċernati u l-kwantitajiet totali tal-PRM għal kull speċi; [Em. 258]

(e)  l-għadd tal-banek tal-ġeni, tal-organizzazzjonijiet u tan-networks ta’ konservazzjoni b’objettiv statutorju jew b’objettiv iddikjarat ieħor għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, f’konformità mal-Artikolu 29, u l-ispeċijiet ikkonċernati; [Em. 259]

(f)  il-kwantitajiet kif iddefiniti għal kull speċi għaż-żrieragħ skambjati in natura bejn il-bdiewa, f’konformità mal-Artikolu 30; [Em. 260]

(g)  il-kwantitajiet awtorizzati għal kull speċi għall-PRM maħsub għal testijiet u għal provi għat-tnissil tal-varjetajiet ġodda, f’konformità mal-Artikolu 31; [Em. 261]

(h)  il-kwantitajiet tal-PRM għal kull ġeneru u għal kull speċi li għalihom ġie applikat l-Artikolu 33(4);

(i)  il-kwantitajiet tal-PRM għal kull ġeneru u għal kull speċi importati minn pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 39;

(j)  il-penali imposti f’konformità mal-Artikolu 78;

(k)  l-għadd tal-operaturi professjonisti stabbiliti fit-territorju tagħhom;

(ka)   il-progress li sar fil-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura, jiġifieri permezz tal-għadd ta’ entitajiet li jkunu nnotifikaw l-użu tagħhom tal-Artikolu 29 u data oħra relatata. [Em. 331]

2.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-formati tekniċi għar-rapportar li jsir skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 78

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, preventivi u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 262]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali finanzjarji għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, imwettaq permezz ta’ frodi jilħqu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-anqas il-vantaġġ ekonomiku miksub mill-operatur professjonist jew il-perċentwal tal-fatturat tal-operatur professjonist.

Artikolu 79

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/2031

  Fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

“4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, meta jkun xieraq, tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 36(f). Dawk il-miżuri għandhom, meta jkun xieraq, jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-moviment ta’ dawk il-pjanti fl-Unjoni.”

"

Artikolu 80

Emendi tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (UE) 2017/625 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:"

“(k) il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti.;”

"

(2)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:"

“(52) “materjal riproduttiv tal-pjanti” tfisser materjal riproduttiv tal-pjanti kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*)+”;

_________

(*) Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …. (ĠU …, p…). [in-nota f’qiegħ il-paġna li se tkun f’dak ir-regolament tiddaħħal hawnhekk]

[+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru ta’ dan ir-Regolament u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.]”

"

(3)  l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 22:"

“Artikolu 22a

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mas-saħħa tal-pjanti

1.  Il-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (k), għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti, fuq l-operaturi u fuq persuni oħrajn soġġetti għal dawk ir-regoli.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq materjal riproduttiv tal-pjanti sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (k), li japplikaw għal dawk l-oġġetti u għall-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti wara t-twettiq ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali.

Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali bħal dawn fuq:

   (a) l-importazzjoni fl-Unjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti partikolari soġġett għar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2), il-punt (k), dwar l-identifikazzjoni u l-kwalità tiegħu, u
   (b) rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali fuq l-attivitajiet tal-operaturi matul il-produzzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti partikolari soġġetti għar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2), il-punt (k).

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq materjal riproduttiv tal-pjanti sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 1(2), il-punt (k), li japplikaw għal dawk l-oġġetti u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali fuq:

   (a) il-frekwenza minima uniformi ta’ tali kontrolli uffiċjali, meta ikun meħtieġ livell minimu ta’ kontroll uffiċjali bħala reazzjoni għar-riskji uniformi rikonoxxuti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ oriġini jew ta’ provenjenza partikolari;
   (b) il-frekwenza uniformi ta’ kontrolli uffiċjali li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-operaturi awtorizzati sabiex iwettqu ċ-ċertifikazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) …/…++

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

_________

++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan ir-Regolament fit-test.

4.  Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali, imsemmijin f’dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar, għandha tkun permessa.;”

"

(4)  fl-Artikolu 40(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(c) laboratorji li huma akkreditati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ sabiex iwettqu analiżijiet, testijiet u dijanjożi fuq il-kampjuni taż-żrieragħ.”

"

Artikolu 81

Emenda tar-Regolament (UE) 2018/848

Ir-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:

(1)   l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)   il-punt (17) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

(17) “materjal riproduttiv tal-pjanti” tfisser materjal riproduttiv tal-pjanti kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*)+;”;

____________

(*) Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …. (ĠU …, p…). [in-nota f’qiegħ il-paġna li se tkun f’dak ir-regolament tiddaħħal hawnhekk]

[+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru ta’ dan ir-Regolament u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.]

"

(b)   il-punt (18) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

(18) “materjal eteroġenu organiku” tfisser materjal eteroġenu kif definit fl-Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) …/…(*)++ , prodott f’konformità ma’ dan ir-Regolament;”

____________

(*) Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …. (ĠU …, p…). [in-nota f’qiegħ il-paġna li se tkun f’dak ir-regolament tiddaħħal hawnhekk]

[++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru ta’ dan ir-Regolament.]

"

(2)   Jitħassar l-Artikolu 13.

(3)   It-tieni paragrafu tal-punt 1.8.4. tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Il-prattiki kollha ta’ multiplikazzjoni, ħlief il-kolturi tat-tessuti tal-pjanti, il-kolturi taċ-ċelloli, il-ġermoplażma, il-meristemi, il-kloni kimeriċi, il-materjal mikropropagat, għandhom jitwettqu taħt ġestjoni organika ċċertifikata”. [Em. 263]

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 82

Tħassir

Jitħassru d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE.

Ir-referenzi għal dawn l-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 83

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Madankollu,

(a)  L-Artikolu 40(4) għandu japplika minn 3 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(b)  L-Artikolu 52 għandu japplika minn ... [60 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għall-ispeċijiet, dment li jkunu jeżistu r-rekwiżiti, il-metodoloġiji u l-istandards rispettivi tal-eżami għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fil-Partijiet B u C tal-Anness Ifl-Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (gb). Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. [Em. 264]

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Anness I

ĠENERI U SPEĊIJIET, U L-UŻI RISPETTIVI TAGĦHOM, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2

PARTI A

Ġeneri u speċijiet li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-għelejjel agrikoli, għajr għall-ħxejjex

Agrostis canina L.

Agrostis capillaris L.

Agrostis gigantea Roth

Agrostis stolonifera L.

Alopecurus pratensis L.

Arachis hypogaea L.

Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ex J. Presl & C. Presl

Avena nuda L.

Avena sativa L. (includes A. byzantina K. Koch)

Avena strigosa Schreb.

Beta vulgaris L. partim

Biserrula pelecinus L.

Brassica juncea (L.) Czern.

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Brassica napus L. var. napus

Brassica nigra (L.) W.D.J. Koch

Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.) Alef. var. medullosa Thell. + var. varidis L.

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Bromus catharticus Vahl

Bromus sitchensis Trin.

Cannabis sativa L.

Carthamus tinctorius L.

Carum carvi L.

Cynodon dactylon (L.) Pers.

Dactylis glomerata L.

Festuca arundinacea Schreber

Festuca filiformis Pourr

Festuca ovina L.

Festuca pratensis Huds.

Festuca rubra L.

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Galega orientalis Lam.

Glycine max (L.) Merr. partim

Gossypium spp.

Hedysarum coronarium L.

Helianthus annuus L.

Hordeum vulgare L.

Lathyrus cicera L.

Linum usitatissimum L.

Lolium multiflorum Lam.

Lolium perenne L.

Lolium x hybridum Hausskn

Lotus corniculatus L.

Lupinus albus L.

Lupinus angustifolius L.

Lupinus luteus L.

Medicago doliata Carmign.

Medicago italica (Mill.) Fiori

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Medicago lupulina L.

Medicago murex Willd.

Medicago polymorpha L.

Medicago rugosa Desr.

Medicago sativa L.

Medicago sativa L. nothosubsp. varia (Martyn) Arcang.

Medicago scutellata (L.) Mill.

Medicago truncatula Gaertn.

Onobrychis viciifolia Scop.

Ornithopus compressus L.

Ornithopus sativus Brot.

Oryza sativa L.

Papaver somniferum L.

Phacelia tanacetifolia Benth.

Phalaris aquatica L.

Phalaris canariensis L.

Phleum nodosum L.

Phleum pratense L.

Pisum sativum L. partim

Plantago lanceolata L.

Poa annua L.

Poa nemoralis L.

Poa palustris L.

Poa pratensis L.

Poa trivialis L.

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Secale cereale L.

Sinapis alba L.

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor x Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Trifolium alexandrinum L. Berseem

Trifolium fragiferum L.

Trifolium glanduliferum Boiss.

Trifolium hirtum All.

Trifolium hybridum L.

Trifolium incarnatum L.

Trifolium isthmocarpum Brot.

Trifolium michelianum Savi

Trifolium pratense L.

Trifolium repens L.

Trifolium resupinatum L.

Trifolium squarrosum L.

Trifolium subterraneum L.

Trifolium vesiculosum Savi

Trigonella foenum-graecum L.

Trisetum flavescens (L.) P. Beauv.

Triticum aestivum L. subsp. aestivum

Triticum aestivum L. subsp. spelta (L.) Thell.

Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren

Vicia benghalensis L.

Vicia faba L. partim

Vicia pannonica Crantz

Vicia sativa L.

Vicia villosa Roth

xFestulolium Asch. & Graebn

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Zea mays L. partim

Cicer arietinum

Camelina sativa

Fagopyrum esculentu

Lens culinaris

Triticum monococcum

Chenopodium quinoa

Vicia ervilia

Vicia narbonensis

Tritordeum

Lathyrus sativus

Eragrostis tef

Ceratonia siliqua [Em. 265]

PARTI B

Ġeneri u speċijiet li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-ħxejjex

Allium cepa L.

Allium fistulosum L.

Allium porrum L.

Allium sativum L.

Allium schoenoprasum L.

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm.

Apium graveolens L.

Asparagus officinalis L.

Beta vulgaris L. partim

Brassica oleracea L. partim

Brassica rapa L. partim

Capsicum annuum L.

Cichorium endivia L.

Cichorium intybus L.

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Cucumis melo L.

Cucumis sativus L.

Cucurbita maxima Duchesne

Cucurbita pepo L.

Cynara cardunculus L.

Daucus carota L.

Foeniculum vulgare Mill.

Lactuca sativa L.

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Phaseolus coccineus L.

Phaseolus vulgaris L.

Pisum sativum L. partim

Raphanus sativus L. partim

Rheum rhabarbarum L.

Salvia hispanica. [Em. 266]

Scorzonera hispanica L.

Solanum lycopersicum L.

Solanum melongena L.

Spinacia oleracea L.

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Vicia faba L. partim

Zea mays L. partim

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar tal-ispeċijiet imsemmija f’din il-Parti.

PARTI C

Ġeneri u speċijiet li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-pjanti tal-frott

Castanea sativa Mill.

Citrus L.

Corylus avellana L.

Cydonia oblonga Mill.

Ficus carica L.

Fortunella Swingle

Fragaria L.

Juglans regia L.

Malus Mill.

Olea europaea L.

Pistacia vera L.

Poncirus Raf.

Prunus amygdalus Batsch

Prunus armeniaca L.

Prunus avium (L.) L.

Prunus cerasus L.

Prunus domestica L.

Prunus persica (L.) Batsch

Prunus salicina Lindley

Pyrus L.

Ribes L.

Rubus L.

Vaccinium L.

PARTI D

Ġeneri u speċijiet li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tad-dwieli

Vitis L.

PARTI E

Ġeneri u speċijiet li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-patata

Solanum tuberosum L.

Anness II

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻRIERAGĦ U TAL-MATERJAL PREBAŻIĊI, BAŻIĊI U ĊĊERTIFIKATI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

PARTI A

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻRIERAGĦ PREBAŻIĊI, BAŻIĊI U ĊĊERTIFIKATI TA’ SPEĊI AGRIKOLI U VEĠETALI

1.  Rekwiżiti ġenerali għall-produzzjoni taż-żrieragħ prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati

A.  Iż-żrigħ jew it-tħawwil:

(a)  Il-varjetà taż-żerriegħa miżrugħa, inkluż fejn applikabbli l-pjanti omm, għandha tiġi identifikata permezz ta’ tikketta uffiċjali jew tikketta maħruġa mill-operatur professjonist, u għandha tiġi rreġistrata biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha. It-tikketta, jew ir-rekords dwar il-pjanta omm, għandhom jinżammu mill-operatur professjonist sakemm tinħareġ it-tikketta uffiċjali taż-żerriegħa kummerċjalizzata.

(b)  Il-kultivazzjoni preċedenti tal-għalqa għandha tkun kompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ispeċi, il-varjetà u l-kategorija tal-għalla, u l-għalqa għandha tkun ħielsa biżżejjed minn pjanti bħal dawn, li jaf ikunu baqgħu minn kultivazzjoni preċedenti (voluntiera).

(c)  Il-pjanti omm jew iż-żerriegħa għandhom jitħawlu u/jew jinżergħu b’mod li jiżgura:

(i)  distanza suffiċjenti mis-sorsi ta’ trab tad-dakra tal-istess speċi u/jew varjetajiet differenti, minn kwalunkwe dakkir barrani mhux mixtieq, sabiex jiġi evitat id-dakkir inkroċjat ma’ għelejjel oħra, fejn applikabbli; u

(ii)  sors u livell xierqa ta’ dakkir sabiex tiġi żgurata r-riproduzzjoni sussegwenti, fejn applikabbli.

(d)  Il-kwalità tal-ħamrija, is-sottostrati, il-pjanti omm u l-ambjent immedjat għandhom jiġu spezzjonati sabiex tiġi evitata l-preżenza tal-pesti jew tal-vetturi tagħhom, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031.

(e)  Il-magni u kwalunkwe tagħmir li jintuża għandhom jiġu spezzjonati, u għandu jitneħħa l-ħaxix ħażin jew iż-żerriegħa minn speċijiet jew varjetajiet oħra.

(f)  Fejn xieraq, il-produzzjoni taż-żrieragħ għandha ssir separatament mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ li jappartjenu għall-istess ġeneri jew speċijiet maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf, biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli biss għall-PRM ikkonċernat.

(g)  Fejn applikabbli, tista’ tintuża wkoll propagazzjoni in vitro għar-riproduzzjoni taż-żrieragħ.

B.  Kultivazzjoni f’għalqa:

(a)  Għandu jiġi żgurat li l-pjanti ta’ speċijiet oħra, varjetajiet oħra, li jidhru bħala impurità varjetali, li ovvjament ivarjaw mill-varjetà f’karatteristika waħda jew aktar mid-deskrizzjoni tal-varjetà (“barra t-tip”), fl-għalqa, ikunu assenti. Meta dan ma jkunx possibbli minħabba l-karatteristiċi tal-ispeċijiet ikkonċernati, dawn għandhom ikunu preżenti sal-anqas livell possibbli.

Fil-każ li jkun hemm pjanti barra t-tip jew speċijiet jew varjetajiet oħra tal-pjanti matul l-istadju tal-kultivazzjoni, jew matul l-ipproċessar taż-żerriegħa, għandu jiġi applikat trattament u/jew għandha tiġi applikata eliminazzjoni xierqa biex jiġu żgurati l-identità u l-purità varjetali taż-żerriegħa, u biex tiġi evitata l-preżenza ta’ kwalunkwe speċi mhux mixtieqa.

(b)  Il-pjanti għandhom jiġu ttrattati jew għandhom jiġu esklużi bħala sors tal-PRM f’każ ta’ riżultati pożittivi tat-testijiet jew ta’ sintomi viżivi tal-pesti, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, jew f’każ ta’ difetti.

(c)  Għandha ssir selezzjoni konservattiva tal-PRM, inkluż, fejn applikabbli, tal-pjanti omm b’tali mod li tkun żgurata l-identità tal-varjetà. Dik is-selezzjoni konservattiva għandha tkun ibbażata fuq id-deskrizzjoni uffiċjali jew fuq id-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà.

(d)  Il-pjanti omm għandhom jinżammu fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni taż-żrieragħ, u li jippermettu l-identifikazzjoni tagħhom bid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà tagħhom.

(e)  L-għelejjel kollha fl-għalqa għandhom jiġu spezzjonati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali fl-istadju/i tat-tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti, kif xieraq, għall-ispeċijiet ikkonċernati biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti rispettivi. Il-metodi għall-ispezzjonijiet għandhom ikunu f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli. Jekk ma jkunx possibbli li jitneħħew jew jiġu sseparati l-pjanti mhux konformi matul il-fażi tat-tkabbir, l-għalqa kollha għandha titwarrab għall-produzzjoni taż-żrieragħ, sakemm iż-żrieragħ mhux mixtieqa ma jkunux jistgħu jiġu sseparati mekkanikament fi stadju aktar tard.

C.  Ħsad u wara l-ħsad:

(a)  Iż-żerriegħa għandha tinħasad sfuża jew bħala pjanti individwali, kif xieraq, biex jiġu żgurati l-identità u l-purità tagħha u t-traċċabbiltà korretta.

(b)  Kampjun taż-żerriegħa għandu jittieħed minn kull lott issiġillat. Id-daqs tal-kampjun u l-intensità, it-tagħmir u l-metodu tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa għall-ispeċi kkonċernata u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(c)  Il-kampjuni kollha taż-żerriegħa għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju, biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kwalità għall-ispeċijiet rispettivi. L-ittestjar fil-laboratorju għandu jsir f’konformità mal-metodi, it-tagħmir u l-mezzi tat-tkabbir xierqa għall-ispeċijiet ikkonċernati, u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli. L-ittestjar għandu jinkludi, fejn xieraq, l-ittestjar mill-ġdid tar-rata tal-ġerminazzjoni wara ċertu perjodu xieraq għall-ispeċi kkonċernata.

(d)  Il-lottijiet kollha taż-żrieragħ li jappartjenu għall-kategorija prebażika, bażika, jew iċċertifikata jekk ikunu se jintużaw għall-produzzjoni ta’ ġenerazzjonijiet ulterjuri taż-żrieragħ, u mill-inqas 5 % tal-lottijiet taż-żrieragħ li jappartjenu għal kategorija ċċertifikata li mhux se jibqgħu jiġu mmultiplikati, huma soġġetti għall-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll mill-operatur, taħt superviżjoni uffiċjali, biex tiġi vverifikata l-konformità ma’:

(i)  l-identità varjetali tagħhom;

(ii)  l-istandards tal-purità varjetali minima; u

(iii)  ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-pjanti.

Il-lottijiet taż-żrieragħ li jappartjenu għall-kategorija prebażika, bażika jew iċċertifikata għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar uffiċjali ta’ wara l-kontroll ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti preċedenti. Il-kampjuni li jintużaw għat-testijiet uffiċjali ta’ wara l-kontroll għandhom jittieħdu uffiċjalment.

L-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll għandu jitwettaq f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

Jistgħu jintużaw metodi bijomolekulari xierqa.

2.   Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ

Iż-żerriegħa għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità kollha li ġejjin, skont il-karatteristiċi ta’ kull ġeneru jew speċi u l-kategorija kkonċernata:

(a)  għandu jkollha ġerminazzjoni minima sabiex wara ż-żrigħ ikun hemm għadd xieraq ta’ pjanti f’kull metru kwadru, u għaldaqstant sabiex ikunu żgurati r-rendiment u l-kwalità tal-produzzjoni;

(b)  għandu jkollha kontenut minimu ta’ żerriegħa iebsa sabiex ikun hemm għadd xieraq ta’ pjanti f’kull metru kwadru;

(c)  għandu jkollha l-purità minima sabiex ikun żgurat l-ogħla livell ta’ identità varjetali;

(d)  għandu jkollha kontenut massimu ta’ ndewwa sabiex tkun żgurata l-preservazzjoni tal-materjal waqt l-ipproċessar, il-ħażna u d-disponibbiltà fis-suq;

(e)  għandu jkollha kontenut massimu ta’ żrieragħ ta’ ġeneri jew speċijiet oħra sabiex tkun żgurata l-anqas preżenza ta’ pjanti mhux mixtieqa fil-lott;

(f)  għandu jkollha saħħa minima, dimensjoni definita u klassifikazzjoni speċifika sabiex ikunu żgurati l-adegwatezza tal-materjal u omoġeneità suffiċjenti tal-lott għaż-żrigħ jew għat-tħawwil;

(g)  għandu jkollha preżenza massima ta’ materja mill-ħamrija jew ta’ materja barranija sabiex jiġu evitati l-prattiċi frodulenti u l-impuritajiet tekniċi; u

(h)  din ma għandux ikollha difetti u ħsarat speċifiċi sabiex ikunu żgurati l-kwalità u s-saħħa tal-materjal.

PARTI B

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-MATERJAL PREBAŻIKU, BAŻIKU U ĊĊERTIFIKAT TA’ SPEĊIJIET AGRIKOLI U VEĠETALI U PJANTI TAL-FROTT [Em. 267]

1.  Rekwiżiti għall-produzzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat

A.  Iż-żrigħ jew it-tħawwil:

(a)  L-identità tal-materjal, inkluż, fejn applikabbli, il-pjanti omm jew iż-żerriegħa miżrugħa, għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ tikketta uffiċjali jew ta’ tikketta maħruġa mill-operatur professjonist, u rreġistrata mill-operatur professjonist biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha. It-tikketta tal-materjal wara l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-materjal, jew ir-rekords dwar il-pjanta omm, għandhom jinżammu mill-operatur professjonist.

(b)  Il-materjal għandu jitħawwel b’tali mod li:

(i)  il-materjal prebażiku jinżamm f’faċilitajiet li jiżguraw li ma jkunx hemm infezzjoni permezz tal-vetturi tal-ajru u kwalunkwe sors possibbli ieħor matul il-proċess tal-produzzjoni;

(ii)  ikun hemm distanza suffiċjenti minn pjanti oħra tal-istess ġeneri jew speċijiet, iddeterminata abbażi ta’ karatteristiċi botaniċi u tekniki tat-tnissil ta’ kull speċi, u kif xieraq għall-kategorija tal-materjal, biex tiġi żgurata l-protezzjoni minn kwalunkwe dakkir barrani mhux mixtieq u biex jiġi evitat id-dakkir inkroċjat ma’ għelejjel oħra; u

(iii)  id-densitajiet tat-tħawwil ikunu adegwati biex jippermettu li l-pjanti jiġu osservati individwalment.

(c)  Fejn xieraq, il-kultivazzjoni tal-materjal għandha ssir separatament mill-kultivazzjoni tal-materjal li jappartjeni għall-istess ġeneri jew speċijiet maħsuba għal skopijiet ta’ ikel jew għalf.

B.  Kultivazzjoni f’għalqa:

(a)  Matul l-istadji kollha tal-kultivazzjoni, il-materjal tal-propagazzjoni u tat-tħawwil għandu jinżamm separat minn xulxin.

(b)  Il-PRM li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kategorija partikolari ma għandux jitħallat mal-materjal ta’ kategoriji oħra.

(c)  Il-pjanti barra t-tip u dawk deformati jew danneġġati għandhom jintremew fl-istadji kollha tal-kultivazzjoni.

(d)  Il-pjanti omm għandhom jiġu ttrattati jew għandhom jiġu esklużi bħala sors tal-PRM f’każ ta’ riżultati pożittivi tat-testijiet jew ta’ sintomi viżivi tal-pesti, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031 jew f’każ ta’ difetti.

(e)  Il-pjanti omm għandhom jinżammu fil-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni tal-PRM, u li jippermettu l-identifikazzjoni u l-verifika tagħhom tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà tagħhom. Fil-każ tal-pjanti omm li ma jappartjenux għal varjetà, dik il-verifika tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment għandha tikkonċerna l-ispeċijiet li għalihom jappartjenu dawk il-pjanti omm.

(f)  Il-pjanti omm għandhom jiġu spezzjonati fl-istadju/i tat-tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti kif xieraq għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(g)  Il-kampjun li għandu jittieħed minn lott għandu jkollu d-daqs minimu xieraq biex jiġi ddeterminat l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet rispettivi. L-intensità, it-tagħmir u l-metodu tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(h)  L-ittestjar għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi, mat-tagħmir u mal-materjal għat-tkabbir xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati, u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli, biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kwalità jkunu ġew issodisfati.

C.  Il-ħsad u wara l-ħsad għall-ispeċijiet u l-ġeneri li jappartjenu għall-Parti E tal-Anness I (patata taż-żrigħ):

(a)  Il-materjal għandu jinħasad sfuż jew bħala pjanti individwali, kif xieraq, biex jiġu żgurati l-identità, is-saħħa u t-traċċabbiltà tiegħu.

(b)  Għandu jittieħed kampjun tat-tuberi minn kull lott issiġillat. Id-daqs tal-kampjun u l-intensità, it-tagħmir u l-metodu tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa għall-ispeċi kkonċernata u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(c)  Il-kampjuni kollha tat-tuberi għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju, biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ kwalità u dawk fitosanitarji għall-ispeċijiet rispettivi. L-ittestjar fil-laboratorju għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi, mat-tagħmir u mal-materjal għat-tkabbir xierqa għall-ispeċijiet ikkonċernati, u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(d)  Il-lottijiet kollha li jappartjenu għall-kategorija prebażika jew bażika, u mill-inqas 5 % tal-lottijiet li jappartjenu għal kategorija ċċertifikata, għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll mill-operatur, taħt superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, biex tiġi vverifikata l-konformità ma’:

(i)  l-identità varjetali tagħhom;

(ii)  l-istandards tal-purità varjetali minima;

(iii)  il-kapaċità tal-ġerminazzjoni tagħhom;

(iv)  ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-pjanti.

Il-lottijiet li jappartjenu għall-kategorija prebażika, bażika jew iċċertifikata għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar uffiċjali ta’ wara l-kontroll ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti preċedenti. Il-kampjuni li jintużaw għat-testijiet uffiċjali ta’ wara l-kontroll għandhom jittieħdu uffiċjalment.

L-ittestjar b’roqgħa ta’ kontroll għandu jitwettaq f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

Jistgħu jintużaw metodi bijomolekulari xierqa.

2.  Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat

Il-materjal għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin, skont il-karatteristiċi ta’ kull ġeneru jew speċi u l-kategorija kkonċernata:

(a)  ikollu saħħa jew rata tal-ġerminazzjoni minima, dimensjoni definita, u, fejn applikabbli, klassifikazzjoni speċifika, biex jiġu żgurati l-adegwatezza tal-materjal u omoġeneità suffiċjenti tal-lott għat-tħawwil;

(b)  ikun prattikament ħieles minn difetti speċifiċi.

PARTI C

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI, GĦAR-REĠISTRAZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-KLONI MAGĦŻULA, TAT-TAĦLITIET MULTIKLONALI U TAL-PRM POLIKLONALI TAL-MATERJAL PREBAŻIKU, BAŻIKU U ĊĊERTIFIKAT KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 9(1) [Em. 268]

1.  Rekwiżiti għall-produzzjoni tal-kloni magħżula prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati, tat-taħlitiet multiklonali u tal-PRM poliklonali [Em. 269]

A.  Tħawwil:

(a)  L-identità tal-klonu magħżul, tat-taħlita multiklonali jew tal-PRM poliklonali għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ tikketta uffiċjali jew ta’ tikketta maħruġa mill-operatur professjonist u rreġistrata mill-operatur professjonist biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha. It-tikketta tal-materjal jew tar-rekords, fuq il-pjanti omm rispettivi għall-produzzjoni ta’ kull klonu magħżul u l-ġenotipi rispettivi għall-produzzjoni tal-PRM poliklonali, għandha tinżamm mill-operatur professjonist wara l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-PRM. [Em. 270]

(b)  Il-materjal għandu jitħawwel b’tali mod li:

(i)  ikun hemm distanza suffiċjenti minn pjanti oħra tal-istess ġeneri jew speċijiet, iddeterminata abbażi ta’ karatteristiċi botaniċi għal kull speċi u kif xieraq għall-kategorija tal-materjal, biex tiġi żgurata l-protezzjoni minn kwalunkwe dakkir barrani mhux mixtieq u biex jiġi evitat id-dakkir inkroċjat ma’ għelejjel oħra; [Em. 271]

(ii)  id-densitajiet tat-tħawwil ikunu adegwati biex jippermettu li kull pjanta tiġi osservata individwalment.

(c)  Fejn xieraq, il-kultivazzjoni tal-materjal għandha ssir separatament mill-kultivazzjoni tal-materjal li jappartjeni għall-istess ġeneri jew speċijiet maħsuba għal skopijiet ta’ ikel jew għalf.

B.  Kultivazzjoni f’għalqa:

(a)  Matul l-istadji kollha tal-kultivazzjoni, il-materjal tal-propagazzjoni u tat-tħawwil għandu jinżamm separat minn xulxin.

(b)  Il-materjal riproduttiv li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kategorija partikolari ma għandux jitħallat mal-materjal ta’ kategoriji oħra.

(c)  Il-pjanti barra t-tip u l-pjanti deformati jew danneġġati għandhom jintremew fl-istadji kollha tal-kultivazzjoni sabiex jiġu żgurati l-identità u l-purità varjetali, jew, fil-każ ta’ salvaġġ li ma jkunx jappartjeni għal varjetà, l-awtentiċità tal-identità tal-ispeċi, u l-produzzjoni effiċjenti.

(d)  Il-pjanti omm rispettivi u l-ġenotipi rispettivi għandhom jiġu esklużi bħala sors tal-PRM f’każ ta’ difetti. [Em. 272]

(e)  Il-pjanti omm rispettivi u l-ġenotipi rispettivi għandhom jinżammu fil-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni, b’kundizzjonijiet f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni tal-PRM, u li jippermettu l-identifikazzjoni u l-verifika tagħhom tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà tagħhom. Fil-każ tal-pjanti omm li ma jappartjenux għal varjetà, dik il-verifika tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment għandha tikkonċerna l-ispeċijiet li għalihom jappartjenu dawk il-pjanti omm. [Em. 273]

(f)  Il-pjanti omm għandhom jiġu spezzjonati fl-istadju/i tat-tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti kif xieraq għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(g)  Il-kampjun li għandu jittieħed minn lott għandu jkollu d-daqs minimu xieraq biex jiġi ddeterminat l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet rispettivi. L-intensità, it-tagħmir u l-metodu tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(h)  L-ittestjar għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi, mat-tagħmir u mal-materjal għat-tkabbir xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati, u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli, biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kwalità jkunu ġew issodisfati.

(i)  Fil-każ tat-taħlitiet multiklonali, it-taħlita tal-kloni magħżula li jikkostitwixxu t-taħlita multiklonali għandha ssir qabel l-imballaġġ finali ta’ dak il-PRM u għandha tinkludi proporzjonijiet identiċi tal-kloni magħżula kollha li jikkostitwixxu t-taħlita multiklonali. [Em. 274]

(j)  Fil-każ tal-PRM poliklonali, it-taħlita tal-ġenotipi li jikkostitwixxu l-PRM poliklonali għandha ssir qabel l-imballaġġ finali ta’ dak il-PRM u għandha tinkludi proporzjonijiet identiċi tal-ġenotipi kollha li jikkostitwixxu l-PRM poliklonali. [Em. 275]

2.   Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-klonu magħżul, tat-taħlita multiklonali u tal-PRM poliklonali

(a)  L-applikant għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li tindika:

(i)  l-ispeċi u, kif applikabbli, il-varjetà li għaliha jappartjeni l-klonu magħżul, it-taħlita multiklonali jew il-PRM poliklonali, fejn il-varjetà għandha tiġi rreġistrata f’reġistru nazzjonali tal-varjetajiet imsemmi fl-Artikolu 44;

(ii)  id-denominazzjoni u s-sinonimi proposti;

(iii)  fejn applikabbli, id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tat-taħlita multiklonali jew tal-PRM poliklonali;

(iv)  il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-klonu magħżul, tat-taħlita multiklonali jew tal-PRM poliklonali;

(v)  ir-referenza għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-varjetà li għaliha jappartjeni l-klonu magħżul, it-taħlita multiklonali jew il-PRM poliklonali;

(vi)  id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-VSCU tal-klonu magħżul, tat-taħlita multiklonali jew tal-PRM poliklonali;

(vii)  il-gwadann ġenetiku stmat tal-klonu magħżul, tat-taħlita multiklonali jew tal-PRM poliklonali fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-varjetà rilevanti;

(viii)  l-informazzjoni dwar jekk il-klonu magħżul, it-taħlita multiklonali jew il-PRM poliklonali humiex diġà rreġistrati f’reġistru ta’ Stat Membru ieħor.

(b)  Il-klonu magħżul, it-taħlita multiklonali jew il-PRM poliklonali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin kif xieraq għat-tip ta’ materjal ikkonċernat sabiex jiġu rreġistrati:

(i)  il-PRM poliklonali għandu jintgħażel fi prova fuq il-post unika li jkun fiha kampjun rappreżentattiv tad-diversità ġenetika ġenerali tal-varjetà skont disinn sperimentali bbażat fuq metodi aċċettati fuq livell internazzjonali. Fil-każ tal-PRM poliklonali tad-dwieli, dak id-disinn għandu jkun ibbażat fuq metodi preskritti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-dwieli u tal-inbid;

(ii)  fil-każ tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli, il-PRM poliklonali għandu jkun magħmul minn 7 sa 20 ġenotip distint;

(iii)  l-awtentiċità tal-klonu magħżul, ta’ kull klonu magħżul tat-taħlita multiklonali, ta’ kull ġenotip tal-PRM poliklonali rigward l-identità tal-varjetà għandha tiġi żgurata permezz tal-osservazzjoni tal-karatteristiċi fenotipiċi u, fejn xieraq, permezz ta’ analiżi molekulari skont standards aċċettati internazzjonalment.

L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni biss wara li tikkonkludi li l-punti (i) - (iii) kif applikabbli għat-tip ta’ materjal huma ssodisfati.

(c)  Ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat kif stabbilit fil-Parti B, il-punt 2 għandhom japplikaw kif xieraq. [Em. 276]

PARTI D

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻERRIEGĦA PREBAŻIKA, BAŻIKA U ĊĊERTIFIKATA TAL-PJANTI TAL-FROTT, TAD-DWIELI U TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ [Em. 277]

1.  Rekwiżiti għall-produzzjoni taż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata tal-pjanti tal-frott, tad-dwieli u tal-patata taż-żrigħ [Em. 278]

A.  Iż-żrigħ jew it-tħawwil:

(a)  Il-pjanti omm u, fejn xieraq, il-pjanti dakkara għandhom jitħawlu b’tali mod li:

(i)  ikun hemm distanza suffiċjenti minn pjanti oħra tal-istess ġeneri jew speċijiet, iddeterminata mill-karatteristiċi botaniċi u mit-tekniki tat-tnissil u kif xieraq għall-kategorija tal-materjal, biex tiġi żgurata l-protezzjoni minn kwalunkwe dakkir barrani mhux mixtieq u biex jiġi evitat id-dakkir inkroċjat ma’ għelejjel oħra; u

(ii)  id-densitajiet tat-tħawwil ikunu adegwati biex jippermettu li l-pjanti jiġu osservati individwalment.

(b)  Fejn xieraq, il-kultivazzjoni tal-materjal għandha ssir separatament mill-kultivazzjoni tal-materjal li jappartjeni għall-istess ġeneri jew speċijiet maħsuba għal skopijiet ta’ ikel jew għalf.

B.  Kultivazzjoni f’għalqa:

(a)  Matul l-istadji kollha tal-kultivazzjoni, il-materjal tal-propagazzjoni u tat-tħawwil għandu jinżamm separat minn xulxin.

(b)  Il-materjal riproduttiv li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kategorija partikolari ma għandux jitħallat mal-materjal ta’ kategoriji oħra.

(c)  Il-pjanta omm li tagħmel il-fjuri għandha tkun soġġetta għall-awtodakkir jew għad-dakkir inkroċjat bi trab tad-dakra mill-pjanti dakkara tal-madwar, kif xieraq għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(d)  Il-pjanti barra t-tip u dawk deformati jew danneġġati għandhom jintremew fl-istadji kollha tal-kultivazzjoni sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-identità tal-varjetà, jew għall-pjanti li ma jappartjenux għal varjetà, biex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-identità tal-ispeċijiet li jappartjenu għalihom, il-purità suffiċjenti u l-produzzjoni effiċjenti tagħhom.

(e)  Il-pjanti omm u l-pjanti dakkara għandhom jiġu esklużi bħala sors taż-żrieragħ f’każ ta’ difetti.

(f)  Il-pjanti omm għandhom jinżammu fil-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni taż-żrieragħ. Il-pjanti omm u l-pjanti dakkara għandhom jinżammu fil-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-identifikazzjoni u l-verifika tagħhom tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà tagħhom. Fil-każ tal-pjanti omm u tal-pjanti dakkara li ma jkunux jappartjenu għal varjetà, dik il-verifika tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment għandha tikkonċerna l-ispeċi li għaliha jappartjenu dawk il-pjanti omm u l-pjanti dakkara.

(g)  Il-pjanti omm u l-pjanti dakkara għandhom jiġu spezzjonati fl-istadju/i ta’ tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti kif xieraq għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(h)  Il-kampjun li għandu jittieħed minn lott għandu jkollu d-daqs minimu xieraq biex jiġi ddeterminat l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet rispettivi. L-intensità, it-tagħmir u l-metodu tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(i)  L-ittestjar għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi, mat-tagħmir u mal-materjal għat-tkabbir xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati, u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli, biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kwalità jkunu ġew issodisfati.

2.   Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa prebażika, bażika u ċċertifikata tal-pjanti tal-frott, tad-dwieli u tal-patata taż-żrigħ

Iż-żerriegħa għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità kollha li ġejjin, skont il-karatteristiċi ta’ kull ġeneru jew speċi u l-kategorija kkonċernata:

(a)  tappartjeni għall-varjetà u, fil-każ ta’ żrieragħ li ma jappartjenux għal varjetà, għall-ispeċi;

(b)  ikollha saħħa minima, dimensjoni definita, u, fejn applikabbli, klassifikazzjoni speċifika, sabiex ikunu żgurati l-adegwatezza tal-materjal u omoġeneità suffiċjenti tal-lott għat-tħawwil; u

(c)  tkun prattikament ħielsa minn difetti u ħsarat speċifiċi biex tiġi żgurata l-kwalità taż-żrieragħ.

PARTI E

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-MATERJAL PREBAŻIKU, BAŻIKU U ĊĊERTIFIKAT PRODOTT PERMEZZ TAL-PROPAGAZZJONI IN VITRO

1.  Rekwiżiti għall-produzzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat prodott permezz tal-propagazzjoni in vitro

A.  Kultura in vitro

(a)  L-identità tal-materjal in vitro jew in vivo, kif applikabbli, għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ tikketta u għandha tiġi rreġistrata biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha. Għandha tinżamm it-tikketta tal-materjal.

(b)  Il-materjal li jkun ġie inkluż fil-kampjun minn materjal in vivo għandu jkun sanitizzat.

B.  Produzzjoni in vitro

(a)  Il-klonu/i li joriġina(w) mill-materjal imsemmi fil-punt A.(a) għandu/għandhom jiġi/jiġu prodott(i) permezz ta’ propagazzjoni in vitro.

(b)  Matul l-istadji kollha tal-kultivazzjoni, il-materjal tal-propagazzjoni u tat-tħawwil għandu jinżamm separat minn xulxin.

(c)  Il-klonu/i li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kategorija PRM partikolari ma għandhomx jitħalltu mal-klonu/i ta’ kategoriji oħra.

(d)  L-għadd taċ-ċikli ta’ propagazzjoni suċċessivi permezz tal-propagazzjoni in vitro għandu jkun ristrett, kif xieraq, għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(e)  Il-klonu/i għandu/għandhom jinżamm(u) fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni tal-PRM, u li jippermettu l-identifikazzjoni u l-verifika tagħhom tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà tagħhom. Fil-każ tal-klonu/i li ma jappartjenix/jappartjenux għal varjetà, dik il-verifika tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment għandha tikkonċerna l-ispeċijiet li għalihom jappartjeni/u dawk il-klonu/i.

(f)  Il-klonu(i) għandu/għandhom jiġi/u spezzjonat(i) fl-istadju/i ta’ tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti kif xieraq għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(g)  Il-kampjun li għandu jittieħed minn lott għandu jkollu d-daqs minimu xieraq biex jiġi ddeterminat l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet rispettivi. L-intensità, it-tagħmir u l-metodu tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(h)  L-ittestjar għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi, mat-tagħmir u mal-materjal għat-tkabbir xierqa għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati, u f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli, biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kwalità jkunu ġew issodisfati.

2.  Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat prodott permezz tal-propagazzjoni in vitro

Il-materjal in vitro jew in vivo għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin, skont il-karatteristiċi ta’ kull ġeneru jew speċi u l-kategorija kkonċernata:

(a)  jappartjeni għall-varjetà u, fil-każ tal-materjal li ma jappartjenix għal varjetà, jappartjeni għall-ispeċi indikata fuq it-tikketta billi:

(i)  jiġu osservati l-karatteristiċi fenotipiċi tal-materjal in vivo msemmi fil-punt A.(a);

(ii)  jiġu prodotti pjanti in vivo mill-materjal in vitro msemmi fil-punt A.(a) u billi jiġu osservati l-karatteristiċi fenotipiċi ta’ dawk il-pjanti;

(iii)  jiġu prodotti pjanti in vivo mill-klonu/i imsemmi(ja) fil-punt B.(a) u billi jiġu osservati l-karatteristiċi fenotipiċi ta’ dawk il-pjanti; u

(iv)  fejn xieraq, billi ssir analiżi molekulari tal-materjal in vitro msemmi fil-punt A.(a) u/jew il-klonu/i msemmi(ja) fil-punt B.(a);

(b)  jkollu s-saħħa minima, qisien definiti, u, fejn applikabbli, klassifikazzjoni speċifika sabiex ikunu żgurati l-adegwatezza tal-materjal u omoġeneità suffiċjenti tal-lott għat-tħawwil;

(c)  ikun prattikament ħieles minn difetti u ħsarat speċifiċi.

Anness III

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI UGĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻERRIEGĦA U TAL-MATERJAL STANDARD KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 8

PARTI A

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻERRIEGĦA STANDARD TAL-ISPEĊIJIET AGRIKOLI U VEĠETALI

1.  Rekwiżiti ġenerali għall-produzzjoni taż-żerriegħa standard

A.  Iż-żrigħ jew it-tħawwil:

(a)  Il-varjetà taż-żerriegħa miżrugħa, inkluż fejn applikabbli, il-pjanti omm, għandha tiġi ddeterminata biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha. It-tikketta tal-materjal, jew ir-rekords dwar il-pjanta omm, għandhom jinżammu tal-anqas għal sentejn.

(b)  Il-kultivazzjoni preċedenti tal-għalqa ma għandhiex tkun inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ispeċi u tal-varjetà tal-għalla, u l-għalqa għandha tkun ħielsa biżżejjed minn pjanti bħal dawn, li jaf ikunu baqgħu minn kultivazzjoni preċedenti (voluntiera).

(c)  Il-pjanti omm jew iż-żerriegħa għandha titħawwel u/jew tinżera’ b’tali mod li jkun hemm:

(i)  distanza biżżejjed mis-sorsi tat-trab tad-dakra tal-istess speċijiet u/jew tal-varjetajiet differenti, f’konformità mar-regoli tal-iżolament determinati abbażi tal-karatteristiċi botaniċi għal kull speċi u t-tekniki tat-tnissil, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni minn xi dakkir barrani mhux mixtieq u jkun evitat id-dakkir inkroċjat ma’ għelejjel oħra, fejn applikabbli; u

(ii)  sors u livell xierqa ta’ dakkir sabiex tiġi żgurata r-riproduzzjoni sussegwenti, fejn applikabbli.

(d)  Il-kwalità tal-ħamrija, is-sottostrati, il-pjanti omm u l-ambjent immedjat għandhom jiġu spezzjonati sabiex tiġi evitata l-preżenza tal-pesti jew tal-vetturi tagħhom, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031.

(e)  Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-magni u lil kwalunkwe tagħmir li jintuża sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm ħaxix ħażin jew speċijiet oħra li ma jkunx faċli ssir distinzjoni bejniethom fit-testijiet tal-laboratorju.

(f)  Fejn xieraq, il-produzzjoni taż-żrieragħ għandha ssir separatament mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ li jappartjenu għall-istess ġeneri jew speċijiet maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf, biex tiġi żgurata s-saħħa tal-materjal ikkonċernat.

(g)  Fejn applikabbli, tista’ tintuża wkoll il-propagazzjoni in vitro għar-riproduzzjoni taż-żrieragħ.

B.  Produzzjoni tal-għelieqi:

(a)  Għandu jiġi żgurat li fl-għelieqi ma jkunx hemm pjanti barra t-tip. Meta dan ma jkunx possibbli minħabba l-karatteristiċi tal-ispeċijiet ikkonċernati, dawn għandhom ikunu preżenti sal-anqas livell possibbli.

Fil-każ tal-preżenza tal-pjanti barra t-tip jew ta’ speċijiet ta’ pjanti oħrajn, jew ta’ varjetajiet, matul l-istadju tal-kultivazzjoni, jew matul l-ipproċessar taż-żerriegħa, għandu jiġi applikat trattament u/jew għandha tiġi applikata eliminazzjoni xierqa biex jiġu żgurati l-identità u l-purità varjetali taż-żerriegħa, u biex tiġi evitata l-preżenza ta’ kwalunkwe speċi mhux mixtieqa.

(b)  Il-pjanti għandhom jiġu ttrattati jew esklużi bħala sors tal-PRM f’każ ta’ riżultati pożittivi tat-testijiet jew ta’ sintomi viżivi tal-pesti, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031 jew f’każ ta’ difetti.

(c)  Il-PRM, inkluż, fejn applikabbli, il-pjanti omm, għandu jinżamm b’tali mod li tkun żgurata l-identità tal-varjetà. Dik is-selezzjoni konservattiva għandha tkun ibbażata fuq id-deskrizzjoni uffiċjali jew fuq id-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà.

(d)  Il-pjanti omm għandhom, meta applikabbli, jinżammu fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni taż-żrieragħ, u li jippermettu l-identifikazzjoni u l-verifika tagħhom tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà tagħhom. [Em. 279]

(e)  L-għelejjel kollha fl-għalqa għandhom jiġu spezzjonati fl-istadju/i ta’ tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti, kif xieraq, għall-ispeċijiet ikkonċernati biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti rispettivi. Il-metodi għall-ispezzjonijiet għandhom ikunu b’tali mod li jiżguraw l-affidabbiltà tal-osservazzjonijiet. Jekk ma jkunx possibbli li jitneħħew jew jiġu sseparati l-pjanti mhux konformi matul il-fażi tat-tkabbir, l-għalqa kollha għandha titwarrab għall-produzzjoni taż-żrieragħ, sakemm iż-żrieragħ mhux mixtieqa ma jkunux jistgħu jiġu sseparati mekkanikament fi stadju aktar tard.

C.  Ħsad u wara l-ħsad:

(a)  Iż-żerriegħa għandha tinħasad sfuża jew bħala pjanti individwali, kif xieraq, biex jiġu żgurati l-identità, il-purità u t-traċċabbiltà tagħha.

(b)  Għandu jittieħed kampjun taż-żerriegħa minn kull lott u għandu jiġi ttestjat f’laboratorju biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ kwalità għall-ispeċi rispettiva, inkluża l-ġerminazzjoni. L-ittestjar għandu jinkludi, fejn xieraq, l-ittestjar mill-ġdid tar-rata tal-ġerminazzjoni wara ċertu perjodu xieraq għall-ispeċi kkonċernata.

(c)  Il-lottijiet taż-żrieragħ għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar uffiċjali ta’ wara l-kontroll ibbażat fuq ir-riskju biex tiġi vverifikata l-konformità ma’:

(i)  l-identità varjetali tagħhom;

(ii)  l-istandards tal-purità varjetali minima;

(iii)  il-kapaċità ta’ ġerminazzjoni tagħhom; u

(iv)  ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-pjanti.

Il-kampjuni li jintużaw għat-testijiet uffiċjali ta’ wara l-kontroll għandhom jittieħdu uffiċjalment.

Jistgħu jintużaw metodi bijomolekulari xierqa.

2.  Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa standard

Iż-żerriegħa għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità kollha li ġejjin, skont il-karatteristiċi ta’ kull ġeneru jew speċi:

(a)  għandu jkollha ġerminazzjoni minima, sabiex wara ż-żrigħ ikun hemm għadd xieraq ta’ pjanti f’kull metru kwadru, u għaldaqstant sabiex ikunu żgurati r-rendiment u l-kwalità tal-produzzjoni;

(b)  għandu jkollha l-kontenut massimu ta’ żerriegħa iebsa, sabiex ikun hemm għadd xieraq ta’ pjanti f’kull metru kwadru;

(c)  għandu jkollha l-purità minima sabiex ikun żgurat l-ogħla livell ta’ identità varjetali;

(d)  għandu jkollha l-kontenut massimu ta’ ndewwa, sabiex tkun żgurata l-preservazzjoni tal-materjal waqt l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqegħid fis-suq;

(e)  għandu jkollha l-aktar kontenut massimu taż-żrieragħ ta’ ġeneri jew speċijiet oħra, biex tiġi żgurata l-aktar preżenza baxxa ta’ pjanti mhux mixtieqa fil-lott;

(f)  għandu jkollha s-saħħa minima, dimensjoni definita, u klassifikazzjoni speċifika sabiex ikunu żgurati l-adegwatezza tal-materjal u omoġeneità suffiċjenti tal-lott għaż-żrigħ jew għat-tħawwil;

(g)  għandu jkollha preżenza massima ta’ materja mill-ħamrija jew ta’ materja barranija, sabiex jiġu evitati l-prattiċi frodulenti u l-impuritajiet tekniċi; u

(h)  għandha tkun ħielsa minn difetti u minn ħsarat speċifiċi sabiex ikunu żgurati l-kwalità u s-saħħa tal-materjal.

PARTI B

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-MATERJAL STANDARD TA’ SPEĊIJIET AGRIKOLI U VEĠETALI, PJANTI TAL-FROTT U DWIELI [Em. 280]

Bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(i) tagħha, iIl-Parti BA tal-Anness III għandha tapplika kif xieraq għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal standard, inkluż għal varjetajiet ta’ konservazzjoni mqiegħda fis-suq f’konformità mal-Artikolu 26. [Em. 281]

Is-salvaġġ tad-dwieli ma jistax jiġi kkummerċjalizzat bħala materjal standard. [Em. 282]

PARTI C

REKWIŻITI GĦAR-REĠISTRAZZJONI, GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-KLONI MAGĦŻULA, TAT-TAĦLITIET MULTIKLONALI U TAL-PRM POLIKLONALI TAL-MATERJAL STANDARD KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 9(1) [Em. 283]

1.  Is-salvaġġ tad-dwieli ma jistax jiġi kkummerċjalizzat bħala materjal standard.Tħawwil

L-Anness II, il-Parti C, il-punt 1, għandu japplika kif xieraq għat-tħawwil tal-PRM poliklonali. [Em. 284]

2.  Il-Parti C tal-Anness II għandha tapplika kif xieraq għar-reġistrazzjoni, għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-kloni magħżula, tat-taħlitiet multiklonali u tal-PRM poliklonali tal-materjal standard.Kultivazzjoni f’għalqa:

(a)   Matul l-istadji kollha tal-kultivazzjoni, il-materjal tal-propagazzjoni u tat-tħawwil għandu jinżamm separat minn xulxin.

(b)   Il-pjanti barra t-tip u l-pjanti deformati jew danneġġati għandhom jintremew fl-istadji kollha tal-kultivazzjoni sabiex jiġu żgurati l-identità u l-purità varjetali, jew, fil-każ ta’ salvaġġ li ma jkunx jappartjeni għal varjetà, l-awtentiċità tal-identità tal-ispeċi u produzzjoni effiċjenti.

(c)   Il-pjanti omm rispettivi għandhom jiġu esklużi bħala sors tal-PRM f’każ ta’ difetti.

(d)   Il-pjanti omm rispettivi għandhom jinżammu fil-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni, f’kundizzjonijiet li jippermettu l-produzzjoni tal-PRM, u li jippermettu l-identifikazzjoni u l-verifika tagħhom tal-konformità mad-deskrizzjoni uffiċjali jew mad-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà tagħhom.

(e)   Il-pjanti omm għandhom jiġu spezzjonati viżwalment fl-istadju/i tat-tkabbir rilevanti tagħhom, bil-frekwenza rilevanti u bil-metodi rilevanti kif xieraq għall-ġeneri jew għall-ispeċijiet ikkonċernati. [Em. 285]

2a.   Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-PRM poliklonali

Il-materjal għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin, skont il-karatteristiċi ta’ kull ġeneru jew speċi kkonċernati:

(a)   ikollu s-saħħa minima, qisien definiti, u, meta applikabbli, klassifikazzjoni speċifika sabiex ikunu żgurati l-adegwatezza tal-materjal u omoġeneità suffiċjenti tal-lott għat-tħawwil;

(b)   ikun prattikament ħieles minn difetti speċifiċi;

(c)   it-taħlita tal-ġenotipi li jikkostitwixxu l-PRM poliklonali għandha ssir qabel l-imballaġġ finali ta’ dak il-PRM u għandha tinkludi proporzjonijiet identiċi tal-ġenotipi kollha li jikkostitwixxu l-PRM poliklonali; madankollu, tolleranza hija ammissibbli – il-frekwenza ta’ kwalunkwe ġenotip singolu ma għandha qatt taqbeż id-doppju ta’ dik tal-ġenotip l-anqas frekwenti. [Em. 286]

PARTI D

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-’ŻERRIEGĦA STANDARD TAL-PJANTI TAL-FROTT, TAD-DWIELI U TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ [Em. 287]

Il-Parti D tal-Anness II għandha tapplika kif xieraq għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa standard tal-pjanti tal-frott, tad-dwieli u tal-patata taż-żrigħ. [Em. 288]

PARTI E

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-MATERJAL STANDARD PRODOTT MINN PROPAGAZZJONI IN VITRO

Il-Parti E tal-Anness II għandha tapplika kif xieraq għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal standard prodott minn propagazzjoni in vitro.

Anness IV

ĠENERI U SPEĊIJIET LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI U KKUMMERĊJALIZZATI BISS BĦALA ŻERRIEGĦA JEW MATERJAL PREBAŻIKU, BAŻIKU JEW IĊĊERTIFIKAT, F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 20(1)

PARTI A

ĠENERI U SPEĊIJIET LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦELEJJEL AGRIKOLI, GĦAJR GĦALL-ĦXEJJEX LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI U KKUMMERĊJALIZZATI BISS BĦALA ŻERRIEGĦA PREBAŻIKA, BAŻIKA JEW IĊĊERTIFIKATA

Agrostis canina L.

Agrostis capillaris L.

Agrostis gigantea Roth.

Agrostis stolonifera L.

Alopecurus pratensis L.

Arachis hypogaea L.

Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ex J. Presl & C. Presl.

Avena nuda L.

Avena sativa L.(including A. byzantina K. Koch.)

Avena strigosa Schreb.

Beta vulgaris L.

Brassica juncea (L.) Czern.

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Brassica napus L. var. napus

Brassica nigra (L.) W.D.J. Koch

Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.) Alef. var. medullosa Thell. + var. varidis L.

Brassica rapa L.

Bromus catharticus Vahl

Bromus sitchensis Trin.

Cannabis sativa L.

Carthamus tinctorius L.

Carum carvi L.

Cynodon dactylon (L.) Pers.

Dactylis glomerata L.

Festuca arundinacea Schreb.

Festuca filiformis Pourr.

Festuca ovina L.

Festuca pratensis Huds.

Festuca rubra L.

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

xFestulolium Asch. et Graebn.

Galega orientalis Lam.

Glycine max (L.) Merrill

Gossypium L.

Hedysarum coronarium L.

Helianthus annuus L.

Hordeum vulgare L.

Linum usitatissimum L.

Lolium × boucheanum Kunth

Lolium multiflorum Lam.

Lolium perenne L.

Lotus corniculatus L.

Lupinus albus L.

Lupinus angustifolius L.

Lupinus luteus L.

Medicago lupulina L.

Medicago sativa L.

Medicago × varia T. Martyn

Onobrychis viciifolia Scop.

Oryza sativa L.

Papaver somniferum L.

Phacelia tanacetifolia Benth.

Phalaris aquatica L.

Phalaris canariensis L.

Phleum nodosum L.

Phleum pratense L.

Pisum sativum L.

Poa annua L.

Poa nemoralis L.

Poa palustris L.

Poa pratensis L.

Poa trivialis L.

Raphanus sativus L.

Secale cereale L.

Sinapis alba L.

Solanum tuberosum L.

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorghum bicolor (L.) Moench × Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Trifolium alexandrinum L.

Trifolium hybridum L.

Trifolium incarnatum L.

Trifolium pratense L.

Trifolium repens L.

Trifolium resupinatum L.

Trigonella foenum-graecum L.

Trisetum flavescens (L.) P. Beauv.

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus.

Triticum aestivum L.

Triticum durum Desf.

Triticum spelta L.

Vicia faba L.

Vicia pannonica Crantz .

Vicia sativa L.

Vicia villosa Roth.

Zea mays L.

PARTI B

ĠENERI U SPEĊIJIET LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI U KKUMMERĊJALIZZATI BISS BĦALA MATERJAL PREBAŻIKU, BAŻIKU JEW IĊĊERTIFIKAT

Solanum tuberosum L.

Anness IVa

SPEĊIJIET LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI U KKUMMERĊJALIZZATI BĦALA ŻERRIEGĦA KUMMERĊJALI

Arachis hypogaea L.

Biserrula pelecinus

Brassica nigra (L.) W.D.J. Koch

Cynodon dactylon L.

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina)

Festuca filiformis Pour

Hedysarum coronarium L.

Lathyrus cicera

Medicago × varia T. Martyn Sand

Medicago doliata Carmingn

Medicago italica (Mill.) Fiori

Medicago littoralis

Medicago murex

Medicago polymorpha

Medicago rugosa

Medicago scutellata

Medicago truncatula

Medicago x varia Martyn Sand

Onobrychis viciifolia Scop

Ornithopus compressus

Ornithopus sativus

Phalaris aquatica L.

Plantago lanceolata

Poa annua

Poa nemoralis

Trifolium fragiferum

Trifolium glanduliferum

Trifolium hirtum

Trifolium isthmocarpum

Trifolium michelianum

Trifolium squarrosum

Trifolium subterraneum

Trifolium vesiculosum

Trigonella foenum-graecum L.

Vicia bengahalensis L.

Vicia pannonica Crantz

xFestulolium Asch. & Graebn. [Em. 289]

Anness V

REKWIŻITI TAL-PRODUZZJONI U TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TAĦLITIET TA’ PRESERVAZZJONI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22

1.  Żona tas-sorsReġjun tal-oriġini [Em. 290]

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeżinjaw żoni tas-sors ir-reġjuni ta’ oriġini speċifiċi għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni, li magħhom taħlitiet bħal dawn huma assoċjati b’mod naturali. Għal dak il-għan, huma għandhom iqisu l-informazzjoni mill-awtoritajiet jew mill-organizzazzjonijiet għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti rikonoxxuti għal dan l-għan mill-Istati Membri. [Em. 291]

Meta ż-żona tas-sors tkun tinsab r-reġjun ta’ oriġini jkun jinsab f’aktar minn Stat Membru wieħed, din għandha tiġi identifikata huwa għandu jiġi identifikat bi ftehim komuni tal-Istati Membri kollha kkonċernati. [Em. 292]

2.  Speċi

L-ispeċijiet u, fejn rilevanti, is-subspeċijiet, li jintużaw fit-taħlitiet ta’ preservazzjoni għandhom ikunu:

(a)  tipiċi għat-tip ta’ ħabitat taż-żona tas-sorstar-reġjun ta’ oriġini; [Em. 293]

(b)  ta’ importanza għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, bħala komponenti tat-taħlita;

(c)  adegwati sabiex bl-iskop li jinħoloq mill-ġdid it-tip ta’ ħabitat taż-żona tas-sorstar-reġjun ta’ oriġini. [Em. 294]

It-taħlita ta’ preservazzjoni ma għandhiex tinkludi l-ispeċijiet Avena fatua, Avena sterilis u Cuscuta spp.

Il-kontenut massimu ta’ Rumex spp., għajr Rumex acetosella u Rumex maritimus, Rumex acetosa, R. thyrsiflorus u R. sanguineus ma għandux jaqbeż 0,05 % skont il-piż. [Em. 295]

3.  Awtorizzazzjoni ta’ operaturi professjonisti

L-operaturi professjonisti għandhom jiġu awtorizzati qabel il-produzzjoni tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni.

L-operatur professjonist għandu jippreżenta għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1), inklużi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)  l-isem u l-indirizz tal-operatur professjonist;

(b)  il-metodu tal-ħsad: jekk it-taħlita tinħasadx jew tiġix immultiplikata direttament;

(c)  il-komponenti bħala speċijiet u, fejn rilevanti, is-subspeċijiet u l-varjetajiet tat-taħlita ta’ preservazzjoni; li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat tas-sit taż-żona tas-sors tar-reġjun ta’ oriġini u li huma, bħala komponenti tat-taħlita, ta’ importanza għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi; [Em. 296]

(d)  il-kwantità tat-taħlita li għaliha għandha tapplika l-awtorizzazzjoni; [Em. 297]

(e)  iż-żona tas-sors ir-reġjun ta’ oriġini tat-taħlita; [Em. 298]

(f)  is-sit tal-ġbir, u fil-każ ta’ taħlita ta’ preservazzjoni mmultiplikata, is-sit tal-multiplikazzjoni wkoll;

(g)  it-tip ta’ ħabitat taż-żona tas-sors tar-reġjun ta’ oriġini tat-taħlita; u [Em. 299]

(h)  is-sena tal-ġbir.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt fil-paragrafu 4 fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsuda direttament, jew fil-punt fil-paragrafu 5 fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni mmultiplikati. [Em. 300]

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni li għandha tinkludi d-data tal-awtorizzazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni, skont l-applikazzjoni tal-operatur u l-konformità tar-rekwiżiti, u r-restrizzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fiż-żona tas-sors.

L-operaturi professjonist qabel il-bidu ta’ kull staġun tal-produzzjoni għandhom jinnotifikaw il-kwantità taż-żerriegħa tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni, li għalihom hija maħsuba l-awtorizzazzjoni, flimkien mad-daqs u l-lok tas-sit jew tas-siti tal-ġbir maħsuba u d-data jew id-dati tal-ġbirprofessjonisti fi tmiem kull sena kalendarja jew fiskali, kif xieraq, għandhom jinnotifikaw il-kwantità tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni awtorizzati lill-awtorità kompetenti. [Em. 301]

4.  Produzzjoni tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsuda direttament

It-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsuda direttament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  taħlita taż-żrieragħ li tkun inġabret fiż-żona tas-sors fir-reġjun ta’ oriġini (“taħlita ta’ preservazzjoni maħsuda direttament”) għandha tinġabar f’sit li ma jkunx inżera’ fl-40 sena ta’ qabel id-data tal-awtorizzazzjoni; [Em. 302]

(b)  il-perċentwal tal-komponenti tat-taħlita ta’ preservazzjoni maħsuda direttament li huma speċijiet u, fejn rilevanti, subspeċijiet, għandu jkun adegwat sabiex jinħoloq mill-ġdid it-tip ta’ ħabitat taż-żona tas-sors;

(c)  il-kontenut massimu tal-ispeċijiet u, fejn rilevanti, tas-subspeċijiet li ma jikkonformawx mal-punt (b) ma għandux jaqbeż il-1 % tal-piż;

(d)  l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu spezzjonijiet viżivi fuq is-sit tal-ġbir matul il-perjodu ta’ tkabbir f’intervalli xierqa, u matul l-attivitajiet ta’ ġbir, biex jiżguraw li t-taħlita tikkonforma mar-rekwiżiti previsti għal dawn it-taħlitiet ta’ preservazzjoni; huma għandhom jiddokumentaw ir-riżultati tagħhom.

(e)  it-testijiet għandhom jitwettqu uffiċjalment, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, biex jiġi vverifikat li t-taħlita ta’ preservazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti pprovduti; testijiet bħal dawn għandhom jitwettqu f’konformità mal-metodi internazzjonali attwali, jew, fejn tali metodi ma jkunux jeżistu, f’konformità ma’ kwalunkwe metodu xieraq;

(f)  il-kampjuni għandhom jittieħdu minn lottijiet omoġenji, u għandhom ikunu suffiċjenti biex jitwettaq it-test imsemmi fil-punt (e).

5.  Produzzjoni tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni mmultiplikati

Iż-żrieragħ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni jistgħu jiġu mmultiplikati wkoll minn operatur awtorizzat f’konformità mal-proċess li ġej:

(a)  iż-żerriegħa tal-ispeċijiet individwali tittieħed fiż-żona tas-sorsfir-reġjun ta’ oriġini, jew hija taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsuda direttament mixtrija lil operatur ieħor; [Em. 303]

(b)  iż-żerriegħa msemmija fil-punt (a) hija mmultiplikata barra mis-sit ta’ ġbir bħala speċi waħda. Il-multiplikazzjoni tista’ sseħħ għal ħames ġenerazzjonijiet; [Em. 304]

(c)  wara, iż-żrieragħ ta’ dawk l-ispeċijiet jitħalltu sabiex tinħoloq taħlita li hija magħmula minn dawk il-ġeneri, speċijiet u, fejn rilevanti, subspeċijiet li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat fiż-żona tas-sors;

(d)  din it-taħlita tista’ tinkludi wkoll iż-żerriegħa mill-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li tkun ġiet prodotta b’mod konvenzjonali, jekk tikkonforma mal-punt (c); [Em. 305]

(e)  iż-żerriegħa miġbura li minnha tiġi mmultiplikata t-taħlita ta’ preservazzjoni għandha tkun inġabret fiż-żona tas-sors tagħha f’sit ta’ ġbir li ma jkunx inżera’ fl-40 sena ta’ qabel id-data tal-awtorizzazzjoni mill-operatur, imsemmija fil-punt 3.

(f)  iż-żerriegħa tat-taħlita ta’ preservazzjoni mmultiplikata għandha tkun tal-ispeċijiet u, fejn rilevanti, tas-subspeċijiet li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat taż-żona tas-sors u li huma, bħala komponenti tat-taħlita, ta’ importanza għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi;

(g)  ir-rata tal-ġerminazzjoni tal-komponenti msemmija fil-punt (f) għandha tkun suffiċjenti għall-għan li jerġa’ jinħoloq it-tip ta’ ħabitat taż-żona tas-sors;

(h)  il-kontenut massimu tal-ispeċijiet u, fejn rilevanti, tas-subspeċijiet li ma jikkonformawx mal-punt (g)(f) ma għandux jaqbeż il-1 % tal-piż; [Em. 306]

(i)  il-komponenti tat-taħlita ta’ preservazzjoni mmultiplikata li huma żrieragħ tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I għandhom, qabel it-taħlit, jikkonformaw tal-anqas mar-rekwiżiti għal żerriegħa standard għall-ispeċijiet ikkonċernati;

(j)  it-testijiet għandhom jitwettqu uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-Istat Membru biex jiġi vverifikat li t-taħlita ta’ preservazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti pprovduti. Testijiet bħal dawn għandhom jitwettqu f’konformità mal-metodi internazzjonali attwali, jew, fejn metodi bħal dawn ma jkunux jeżistu, f’konformità ma’ kwalunkwe metodu xieraq;

(k)  il-kampjuni għandhom jittieħdu minn lottijiet omoġenji, u għandhom ikunu suffiċjenti biex jitwettaq it-test imsemmi fil-punt (j).

Anness VI

REKWIŻITI GĦALL-PRODUZZJONI U GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-PRM TAL-MATERJAL ETEROĠENU KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 27(2)

A.  Notifika tal-materjal eteroġenu

Il-PRM tal-materjal eteroġenu kif imsemmi fl-Artikolu 27(2) jista’ jiġi kkummerċjalizzat wara notifika tal-materjal eteroġenu mill-operatur professjonist lill-awtoritajiet kompetenti, li ssir permezz ta’ dossier li jkun fih:

a)  id-dettalji ta’ kuntatt tal-applikant;

b)  l-ispeċijiet u d-denominazzjoni tal-materjal eteroġenu;

c)  id-deskrizzjoni tal-materjal eteroġenu kif imsemmi fil-punt B

d)  id-dikjarazzjoni tal-applikant dwar il-veraċità tal-elementi fil-punti (a), (b) u (c).

e)  il-kampjun rappreżentattiv.

In-notifika għandha tintbagħat permezz ta’ ittra rreġistrata, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti b’konferma tar-riċevuta mitluba. 3 xhur wara d-data murija fuq ir-riċevuta tar-ritorn dment li ma tkun intalbet l-ebda informazzjoni addizzjonali jew li r-rifjut mhux formali għal raġunijiet ta’ inkompletezza tan-notifika jkun ġie kkomunikat lill-fornitur, l-awtorità kompetenti għandha titqies li tkun irrikonoxxiet in-notifika u l-kontenut tagħha, u l-materjal eteroġenu għandu jiġi inkluż fir-reġistru tal-materjal eteroġenu. Dak ir-reġistru għandu jibqa’ mingħajr ħlas għall-operatur uffiċjali. [Em. 307]

B.  Deskrizzjoni tal-materjal eteroġenu

1.  Id-deskrizzjoni tal-materjal eteroġenu għandha tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)  id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tiegħu, inklużi:

(i)  il-karatterizzazzjoni fenotipika tal-karattri ewlenin li huma komuni għall-materjal, flimkien mad-deskrizzjoni tal-eteroġeneità tal-materjal billi tiġi kkaratterizzata d-diversità fenotipika osservabbli bejn l-unitajiet riproduttivi individwali;

(ii)  id-dokumentazzjoni tal-karatteristiċi rilevanti tiegħu, inklużi l-aspetti agronomiċi bħar-rendiment, l-istabbiltà tar-rendiment, l-adegwatezza għal sistemi b’input baxx, il-prestazzjoni, ir-reżistenza għall-istress abijotiku, ir-reżistenza għall-mard, il-parametri tal-kwalità, it-togħma jew il-kulur;

(iii)  kwalunkwe riżultat disponibbli mit-testijiet dwar il-karatteristiċi msemmija fil-punt (ii);

(b)  id-deskrizzjoni tat-tip ta’ teknika użata għall-metodu tat-tnissil jew tal-produzzjoni tal-materjal eteroġenu;

(c)  id-deskrizzjoni tal-materjal ġenitur użat għat-tnissil jew għall-produzzjoni tal-materjal eteroġenu u l-programm ta’ kontroll tal-produzzjoni proprju użat mill-operatur ikkonċernat b’referenza għall-prattiki kif imsemmi fil-punt B.2.(a) u, jekk ikun japplika, fil-punt B.2.(c);

(d)  id-deskrizzjoni tal-prattiki ta’ ġestjoni u ta’ għażla fl-azjenda agrikola b’referenza għall-punt B.2.(b) u, jekk ikun applikabbli, tal-materjal ġenitur b’referenza għall-punt B.2.(c);

(e)  ir-referenza għall-pajjiż tat-tnissil jew tal-produzzjoni, b’informazzjoni dwar is-sena tal-produzzjoni u b’deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet pedoklimatiċi.

2.  Il-materjal eteroġenu jista’ jiġi ġġenerat joriġina minn waħda mit-tekniki li ġejjin: [Em. 308]

(a)  l-inkroċjar ta’ diversi tipi differenti tal-materjal ġenitur, permezz tal-protokolli tal-inkroċjar biex jiġi prodott materjal eteroġenu divers mill-immassar tan-nisel, bit-tennija kemm-il darba taż-żrigħ u bl-esponiment ripetut tal-istokk għall-għażla naturali u/jew umana, dment li dan il-materjal juri livell għoli ta’ diversità ġenetika;

(b)  il-prattiki ta’ ġestjoni fl-azjendi agrikoli, inklużi l-għażla, l-istabbiliment jew iż-żamma tal-materjal, li huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta’ diversità ġenetika;

(c)  kwalunkwe teknika oħra li tintuża għat-tnissil jew għall-produzzjoni tal-materjal eteroġenu, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tal-propagazzjoni.

C.  Rekwiżiti li jikkonċernaw l-identità tal-lottijiet tal-PRM tal-materjal eteroġenu

Il-PRM tal-materjal eteroġenu għandu jkun identifikabbli abbażi tal-elementi kollha li ġejjin:

(a)  il-materjal inizjali u l-iskema tal-produzzjoni użati fl-inkroċjar għall-ħolqien tal-materjal eteroġenu, kif previst fil-punt B.2.(a) jew, jekk ikun japplika, fil-punt B.2.(c), jew l-istorja tal-materjal u l-prattiki ta’ ġestjoni fl-azjendi agrikoli, inkluż jekk l-għażla saritx b’mod naturali u/jew permezz ta’ intervent uman, fil-każijiet tal-punti B.2.(b) u l-punt B.2.(c);

(b)  il-pajjiż tat-tnissil jew tal-produzzjoni; u

(c)  il-karatterizzazzjoni tal-karattri ewlenin komuni u tal-eteroġeneità fenotipika tal-materjal.

D.  Rekwiżiti dwar il-kwalità sanitarja, il-purità analitika u l-ġerminazzjoni tal-PRM tal-materjal eteroġenu

1.  Il-PRM tal-materjal eteroġenu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ugwali għal dawk stabbiliti għall-aktar kategorija baxxa għall-ispeċijiet rispettivi, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV, mar-rekwiżiti għall-purità analitika u r-rekwiżiti tal-ġerminazzjoni għaż-żerriegħa u mar-rekwiżiti tal-kwalità għal materjal ieħor tal-kategorija l-aktar baxxa għall-ispeċijiet rispettivi. [Em. 309]

Il-pjanti għandhom jiġu ttrattati jew esklużi bħala sors ta’ PRM, f’każ ta’ difetti jew riżultati pożittivi tat-testijiet jew sintomi viżivi tal-pesti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031.

2.  B’deroga mill-punt D.1, l-operaturi professjonisti jistgħu jqiegħdu fis-suq PRM tal-materjal eteroġenu li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ġerminazzjoni, dment li l-operatur jindika r-rata tal-ġerminazzjoni tal-PRM kkonċernat fuq it-tikketta jew direttament fuq il-pakkett.

E.  Rekwiżiti għall-imballaġġ u t-tikkettar tal-PRM tal-materjal eteroġenu

1.  Il-PRM tal-materjal eteroġenu għandu jitqiegħed f’pakketti żgħar u fi kwantitajiet massimi kif iddefiniti fil-punt H. Madankollu, dan jista’ jiġi inkluż f’pakketti jew f’kontenituri oħra, biss jekk dawn jingħalqu b’tali mod li ma jkunux jistgħu jinfetħu mingħajr ma titħalla evidenza ta’ tbagħbis fuq il-pakkett jew il-kontenitur.

2.  Fuq il-pakketti jew il-kontenituri tal-PRM tal-materjal eteroġenu, l-operaturi professjonisti għandhom iwaħħlu tikketta b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Dik it-tikketta għandha:

(i)  tkun leġġibbli, stampata jew miktuba fuq naħa waħda, maħruġa ġdida u faċilment viżibbli;

(ii)  tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punt G ta’ dan l-Anness, ħlief fejn dik l-informazzjoni tiġi stampata jew miktuba direttament fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur; u

(iii)  tkun safra b’salib djagonali aħdar.

3.  Fil-każ tal-pakketti żgħar u trasparenti, it-tikketta tista’ titqiegħed ġol-pakkett dment li tkun leġġibbli b’mod ċar.

4.  B’deroga mill-punti E.1 u E.2, il-PRM tal-materjal eteroġenu li jkun f’pakketti u f’kontenituri magħluqa u ttikkettati jista’ jinbiegħ lill-utenti finali f’pakketti mhux immarkati u mhux issiġillati sal-kwantitajiet massimi previsti fil-punt H, dment li, fuq talba, ix-xerrej jiġi infurmat bil-miktub fil-ħin tal-konsenja dwar l-ispeċi, id-denominazzjoni tal-materjal eteroġenu u n-numru ta’ referenza tal-lott.

F.  Żamma tal-materjal eteroġenu

1.  Meta ż-żamma tkun possibbli, l-operatur professjonist li jkun innotifika l-materjal eteroġenu lill-awtoritajiet kompetenti, għandu jippreserva l-karatteristiċi ewlenin tal-materjal fiż-żmien tan-notifika tiegħu, billi jżommu sakemm dan jibqa’ fis-suq.

2.  Dik iż-żamma għandha ssir f’konformità mal-prattiki aċċettati adattati għaż-żamma ta’ materjal eteroġenu bħal dan. L-operatur professjonist responsabbli għaż-żamma għandu jżomm ir-rekords tat-tul ta’ żmien u tal-kontenut taż-żamma.

3.  F’kull ħin, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għar-rekords kollha miżmuma mill-operatur professjonist responsabbli għall-materjal, sabiex jivverifikaw iż-żamma tiegħu. L-operatur professjonist għandu jżomm dawk ir-rekords għal 5 snin wara l-mument li l-materjal eteroġenu ma jibqax jiġi kkummerċjalizzat aktar.

G.  Kontenut tat-tikketta tal-pakketti

Il-PRM tal-materjal eteroġenu għandu jiġi kkummerċjalizzat f’pakketti li jkollhom tikketta li jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(1)  id-denominazzjoni tal-materjal eteroġenu, flimkien mal-kliem “materjal eteroġenu”;

(2)  l-indikazzjoni “Regoli u standards tal-UE”;

(3)  l-isem u l-indirizz tal-operatur professjonist responsabbli għat-twaħħil tat-tikketta, jew il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

(4)  il-pajjiż tal-produzzjoni;

(5)  in-numru ta’ referenza tal-lott li jingħata mill-operatur professjonist responsabbli għat-twaħħil tat-tikketti;

(6)  ix-xahar u s-sena tal-għeluq, wara t-terminu: “magħluq”;

(7)  l-ispeċi, indikata mill-anqas bl-isem botaniku tagħha, li tista’ tingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awturi;

(8)  il-piż gross jew nett iddikjarat, jew, in-numru ddikjarat tal-PRM, ħlief għall-pakketti ż-żgħar;

(9)  meta jkun indikat il-piż u jintużaw sustanzi ta’ tgerbib (pelleting), jew addittivi solidi oħrajn, in-natura tal-addittiv kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali; u

(10)  ir-rata tal-ġerminazzjoni, jekk applikabbli.

H.  Kwantitajiet massimi tal-PRM tal-materjal eteroġenu f’pakketti żgħar

Speċi

Massa netta massima (kg)

Pjanti tal-għalf

10 [Em. 310]

Pitravi

10

Ċereali

30

Pjanti taż-żejt u tal-fibra

10

Patata

30

Ħxejjex:

 

Legumi

5

Basal, sorfolja, spraġ, selq, pitravi aħmar, lift, dulliegħ, qargħa, qargħa bagħli, zunnarija, ravanell, sassefrika sewda, spinaċi, valerjanella

0,5

Kull speċi oħra ta’ ħxejjex

0,1

Anness VII

KONTENUT TAR-REĠISTRI TAL-VARJETAJIET NAZZJONALI U TAL-UNJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 46

Ir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet u r-reġistru tal-varjetajiet tal-Unjoni għandu jkun fihom l-elementi kollha li ġejjin:

(a)  isem il-ġeneru jew l-ispeċi li għalih tappartjeni l-varjetà;

(b)  id-denominazzjoni tal-varjetà u, għall-varjetajiet ikkummerċjalizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, fejn applikabbli, denominazzjonijiet alternattivi oħra li jintużaw għal dik il-varjetà;

(c)  l-isem u, meta applikabbli n-numru ta’ referenza tal-applikant;

(d)  id-data tar-reġistrazzjoni tal-varjetà u, fejn applikabbli, tat-tiġdid tar-reġistrazzjoni;

(e)  id-data meta tintemm il-validità tar-reġistrazzjoni;

(f)  referenza għal-link tal-fajl, fejn tista’ tinstab id-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà, jew, jekk applikabbli, id-deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment tal-varjetà;

(g)  fil-każ ta’ varjetajiet b’deskrizzjoni ta’ konservazzjoni, deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment u, jekk xieraq, indikazzjoni tar-reġjun(i), fejn il-varjetà storikamenttradizzjonalment tkun ġiet imkabbra u li għaliha tkun ġiet adattata b’mod naturali (“reġjun(i) tal-oriġini”), fil-każ ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni mrobbija għall-ewwel darba, għal liema kundizzjonijiet ta’ tkabbir lokali tkun ġiet adattata; [Em. 311]

(h)  isem il-persuna responsabbli għas-selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet;

(i)  isem l-Istati Membri li jkunu stabbilew ir-reġistru/i nazzjonali tal-varjetajiet rilevanti;

(j)  ir-referenza li l-varjetà hija rreġistrata taħtha fir-reġistru/i nazzjonali tal-varjetajiet;

(k)  fejn applikabbli, l-indikazzjoni li l-varjetà hija “varjetà organika adattata għall-produzzjoni organika”;

(l)  fejn applikabbli, l-indikazzjoni li l-varjetà fiha, jew tikkonsisti minn, organiżmu ġenetikament modifikat;

(m)  fejn applikabbli, l-indikazzjoni li l-varjetà hija varjetà ta’ komponent ta’ varjetà rreġistrata oħra;

(n)  fejn applikabbli, l-indikazzjoni li L-PRM li jappartjeni għall-varjetà huwa prodott u kkummerċjalizzat biss f’salvaġġ;

(o)  fejn applikabbli, referenza għal-link tal-fajl, fejn ikunu jistgħu jinstabu r-riżultati tal-eżamijiet għall-valur għall-kultivazzjoni u l-użu sostenibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 52;

(p)  fejn applikabbli, indikazzjoni tal-metodu ta’ riproduzzjoni tal-varjetà, inkluża informazzjoni dwar jekk hijiex ibrida jew varjetà sintetika,

(q)  fejn applikabbli, l-indikazzjoni li l-varjetà fiha, jew tikkonsisti minn pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) …/… (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT) u n-numru/i ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(e) tal-[Proposta dwar l-NGT] assenjati lill-pjanta/i tal-NGT tal-kategorija 1 li tkun ġiet derivata minnha;

(r)  fejn applikabbli, l-indikazzjoni li l-varjetà fiha, jew tikkonsisti minn pjanta tal-NGT tal-kategorija 2 skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) …/… (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-NGT);

(s)  fejn applikabbli, indikazzjoni li l-varjetà hija tolleranti għall-erbiċidi u indikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni applikabbli;

(t)  fejn meta applikabbli, indikazzjoni li l-varjetà għandha ċerti karatteristiċi, għajr dik imsemmija fil-punt (s),li jistgħu jwasslu għal effetti agronomiċi mhux mixtieqa u indikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni applikabbli. [Em. 312]

(ta)  meta applikabbli, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali rispettivi li jkopru l-varjetà, il-komponenti, il-karatteristiċi u l-proċess ta’ żvilupp tagħha, inkluż, meta applikabbli u xieraq, in-numru ta’ kwalunkwe privattiva/i rilevanti mogħtija jew pendenti li l-awtorità kompetenti għandha bżonn tipprovdi u taġġorna; [Em. 313]

(tb)  meta applikabbli, deskrizzjoni ta’ liema tekniki tat-tnissil ġew applikati għall-iżvilupp tal-varjetà. [Em. 314]

Anness VIIa

KWANTITAJIET MASSIMI GĦALL-KONSERVAZZJONI DINAMIKA

Il-kwantità tapplika għal kull persuna fiżika jew ġuridika, sena u varjetà/adeżjoni/ekotip/riżorsa ġenetika tal-pjanti.

Speċijiet

Massa netta massima (kg)

Pjanti tal-għalf

20

Pitravi

20

Ċereali

200

Pjanti tal-fibra u taż-żejt

20

Patata

1000

Ħxejjex:

 

Legumi

75

Basal, sorfolja, spraġ, selq, pitravi aħmar, lift, dulliegħ, qargħa, qargħa bagħli, zunnarija, ravanell, sassefrika sewda, spinaċi, valerjanella

1

Kull żerriegħa oħra ta’ ħxejjex

0,5

Ħxejjex propagati b’mod veġetattiv

500 pjanta

Materjal tal-propagazzjoni tal-frott u tad-dwieli

150 stokk

[Em. 315]

Anness VIII

TABELLI TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1a

Artikolu 2, Artikolu 3

Artikolu 2(1)A

Artikolu 2, Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)B.1

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)C

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)D

-

Artikolu 2(1)E

Artikolu 3

Artikolu 2(1)F

-

Artikolu 2(1)G

-

Artikolu 2(1), il-punt (a)

Artikolu 2

Artikolu 2(1), il-punt (b)

Artikolu 7

Artikolu 2(1), il-punt (d)

Artikolu 36

Artikolu 2(2)

Artikolu 83

Artikolu 2(3)A

Artikolu 10

Artikolu 2(3)B

Artikolu 10

Artikolu 2(4)

Artikolu 10

Artikolu 3(1)

Artikolu 20

Artikolu 3(1), il-punt (a)

-

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 20

Artikolu 3(4)

Artikolu 7

Artikolu 3a

Artikolu 7, Artikolu 35

Artikolu 4

Artikolu 34

Artikolu 4a

Artikolu 31, Artikolu 32

Artikolu 5

-

Artikolu 5a

-

Artikolu 6

Artikolu 63

Artikolu 7(1)

Artikolu 7

Artikolu 7(1a)

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 7(1b)

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 7(2)

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 14

Artikolu 8(2)

-

Artikolu 9(1)

Artikolu 14

Artikolu 9(2)

Artikolu 23

Artikolu 9(3)

-

Artikolu 10.1a

Artikolu 15

Artikolu 10a

Artikolu 15

Artikolu 10b

Artikolu 15

Artikolu 10c

Artikolu 15

Artikolu 10d

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 11a

Artikolu 17

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 21, Artikolu 22

Artikolu 13a

Artikolu 38

Artikolu 14

Artikolu 36

Artikolu 14a

Artikolu 7, Artikolu 15

Artikolu 15(1)

Artikolu 35, Artikolu 39

Artikolu 15(2)

Artikolu 35

Artikolu 15(3)

Artikolu 35, Artikolu 39

Artikolu 16

Artikolu 39

Artikolu 17

Artikolu 33

Artikolu 18

Artikolu 2

Artikolu 19(1)

Artikolu 24

Artikolu 19(2)

Artikolu 40

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 21

Artikolu 76

Artikolu 21a

Artikolu 7

Artikolu 22

-

Artikolu 22a

Artikolu 7, Artikolu 26, Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 83

Artikolu 23a

-

Artikolu 24

-

Anness I

Artikolu 7

Anness II

Artikolu 7

Anness III

Artikolu 7, Artikolu 13

Anness IV

Artikolu 17

Anness V

Artikolu 35

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1a

Artikolu 2

Artikolu 2(1)A

Artikolu 2

Artikolu 2(1)B

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)C

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)Ca

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)C

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)D

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)E

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)F

Artikolu 3, Artikolu 7

Artikolu 2(1)H

Artikolu 3, Artikolu 10

Artikolu 2(1), il-punt (a)

Artikolu 2

Artikolu 2(1), il-punt (b)

Artikolu 7

Artikolu 2(1), il-punt (c)

Artikolu 7

Artikolu 2(1), il-punt (e)

-

Artikolu 2(2)

-

Artikolu 2(3)

Artikolu 10

Artikolu 2(4)

Artikolu 10

Artikolu 3

Artikolu 20, Artikolu 7

Artikolu 3a

Artikolu 7, Artikolu 35

Artikolu 4

Artikolu 34

Artikolu 4a

Artikolu 31, Artikolu 32

Artikolu 5

-

Artikolu 5a

-

Artikolu 6

Artikolu 63

Artikolu 7(1)

Artikolu 7

Artikolu 7.1a

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 7.1b

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 7(2)

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 14

Artikolu 8(2)

-

Artikolu 9(1)

Artikolu 14

Artikolu 9(2)

Artikolu 23

Artikolu 9(3)

-

Artikolu 10(1), il-punt (a)

Artikolu 15

Artikolu 10(1), il-punt (b)

-

Artikolu 10(2)

Artikolu 14

Artikolu 10(3)

-

Artikolu 10a

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 11a

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 21

Artikolu 13a

Artikolu 38

Artikolu 14

Artikolu 36

Artikolu 14a

Artikolu 7, Artikolu 15

Artikolu 15(1)

Artikolu 35, Artikolu 39

Artikolu 15(2)

Artikolu 35

Artikolu 15(3)

Artikolu 35, Artikolu 39

Artikolu 16

Artikolu 39

Artikolu 17

Artikolu 33

Artikolu 18

Artikolu 2

Artikolu 19(1)

Artikolu 24

Artikolu 19(2)

Artikolu 40

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 21

Artikolu 76

Artikolu 21a

Artikolu 7

Artikolu 21b

Artikolu 7

Artikolu 22

-

Artikolu 22a

Artikolu 7

Artikolu 23

Artikolu 83

Artikolu 23a

-

Artikolu 24

-

Anness I

Artikolu 7

Anness II

Artikolu 7

Anness III

Artikolu 7

Anness IV

Artikolu 17

Anness V

Artikolu 35

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2(1)A

-

Artikolu 2(1)B

-

Artikolu 2(1)C

-

Artikolu 2(1)D

Artikolu 7

Artikolu 2(1)E

Artikolu 7

Artikolu 2(1)F

Artikolu 7

Artikolu 2(1)G

Artikolu 8

Artikolu 2(1)H

-

Artikolu 2(1)I

Artikolu 3, il-punt (3)

Artikolu 2.2

-

Artikolu 3(1)

Artikolu 7, Artikolu 8

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 2

Artikolu 3(4)

Artikolu 7(3), 7(4), Anness II, Parti E, Anness III, Parti E

Artikolu 3(5)

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Artikolu 4

Artikolu 36

Artikolu 5

Artikolu 44

Artikolu 5a

Artikolu 47(1)

Artikolu 5b.1

Artikolu 48

Artikolu 5b.2

Artikolu 50

Artikolu 5b.3

Artikolu 49

Artikolu 5ba.1

-

Artikolu 5ba.2

-

Artikolu 5ba.3

Artikolu 47(1)

Artikolu 5c

Artikolu 47(4)

Artikolu 5d

Artikolu 47(1)

Artikolu 5e

Artikolu 71(1)

Artikolu 5f

Artikolu 47(1), Anness VII

Artikolu 5g

Artikolu 72

Artikolu 7

Artikolu 14

Artikolu 8(1)

Artikolu 13

Artikolu 8(2)

Artikolu 28

Artikolu 9

Artikolu 14

Artikolu 10

Artikolu 15

Artikolu 10a

Artikolu 17

Artikolu 11(1)

Artikolu 80

Artikolu 11(2)

Artikolu 40

Artikolu 12

-

Artikolu 12a

-

Artikolu 13

Artikolu 7(2)

Artikolu 14

Artikolu 33

Artikolu 14a

Artikolu 38

Artikolu 15(1)

Artikolu 2

Artikolu 15(2)

Artikolu 39

Artikolu 16

Artikolu 38

Artikolu 16a

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Artikolu 16b

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Artikolu 17

Artikolu 76

Artikolu 17a

Artikolu 7(3), (4), Artikolu 8(4), (5)

Artikolu 18

-

Artikolu 18a

-

Artikolu 18b

-

Artikolu 19

-

Artikolu 20

Artikolu 83

Anness I

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Anness II

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Anness III

Artikolu 14(6)

Anness IV

Artikolu 17

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 44(3), Artikolu 45

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2

-

Artikolu 3(1)

Artikolu 44(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 44(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 44(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 47(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 44(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 47(1), Artikolu 48,

Artikolu 5(2)

Artikolu 50

Artikolu 5(3)

Artikolu 49

Artikolu 5(4)

Artikolu 52

Artikolu 6

Artikolu 44(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 59

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(3)

Artikolu 63

Artikolu 7(4)

Artikolu 47(1)

Artikolu 7(5)

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9(1)

Artikolu 44, Artikolu 46, Anness VII

Artikolu 9(2), (3)

Artikolu 47(1), il-punt (b), Artikolu 54

Artikolu 9(4)

Artikolu 47(1), il-punt (a), Anness VII

Artikolu 9(5)

Artikolu 46, Anness VII

Artikolu 10

Artikolu 44(3), Artikolu 45, Artikolu 46(1), Anness VII

Artikolu 11

Artikolu 72

Artikolu 12(1)

Artikolu 69(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 69(2)

Artikolu 13

-

Artikolu 14

Artikolu 71

Artikolu 15

Artikolu 71

Artikolu 16(1)

Artikolu 44(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 47(1), il-punti (f) u (g)

Artikolu 17

Artikolu 45

Artikolu 18

Artikolu 37

Artikolu 19

-

Artikolu 20(1)

Artikolu 47(4)

Artikolu 20(2), (3)

Artikolu 26

Artikolu 21

-

Artikolu 22

Artikolu 39

Artikolu 23

Artikolu 76

Artikolu 24

-

Artikolu 25

-

Artikolu 26

-

Artikolu 27

Artikolu 83

Artikolu 28

Artikolu 83

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2

Artikolu 3, Artikolu 7(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 6

Artikolu 3(2)

Artikolu 80

Artikolu 4

Artikolu 6, Artikolu 7(4)

Artikolu 5

Artikolu 34, Artikolu 35

Artikolu 6

Artikolu 2(4)

Artikolu 7

Artikolu 36

Artikolu 8

Artikolu 63

Artikolu 9(1)

Artikolu 24, Artikolu 25

Artikolu 9(2)

Artikolu 13(5)

Artikolu 10(1)

Artikolu 13, Artikolu 14

Artikolu 10(2)

Artikolu 28

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikoli 15, 17(4)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14(1)

Artikolu 28

Artikolu 14(2)

Artikolu 17(4)

Artikolu 15

Artikolu 13, Artikolu 14, Artikolu 23

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 17

Artikolu 15, Artikolu 17(3)

Artikolu 18

Artikolu 15, Artikolu 17

Artikolu 19

Artikolu 38

Artikolu 20

-

Artikolu 21(1)

Artikolu 7(1), (3), Artikolu 15, Anness II

Artikolu 21(2)

Artikolu 15, Artikolu 17(4)

Artikolu 21(3)

Artikolu 39

Artikolu 22(1)

Artikolu 6, Artikolu 7(4)

Artikolu 22(2)

Artikolu 35

Artikolu 23(1)

Artikolu 39

Artikolu 23(2)

-

Artikolu 24

Artikolu 33

Artikolu 25(1)

Artikolu 80

Artikolu 25(2)

Artikolu 39

Artikolu 26

-

Artikolu 27

Artikolu 7(3)

Artikolu 28

Artikolu 76

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 7(4)

Artikolu 30A

-

Artikolu 31

-

Artikolu 32

-

Artikolu 33

-

Artikolu 34

Artikolu 83

Artikolu 35

Artikolu 83

Anness I

Artikolu 17(4)

Anness II

Artikolu 13(5)

Anness III

Artikolu 17(4)

Anness IV

Artikolu 17(4), il-punt (m), Artikolu 35

Anness V

-

Anness VI

-

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2(1), Artikolu 3, Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Artikolu 3(1)

Artikolu 5

Artikolu 3(2)

Artikolu 44

Artikolu 3(3)

Artikolu 45

Artikolu 3(4)

Artikolu 44(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 47(1), il-punt (a)

Artikolu 4(2)

Artikolu 47(1), il-punt (c)

Artikolu 4(3)

-

Artikolu 4(4)

Artikolu 26

Artikolu 5(1)

Artikolu 48

Artikolu 5(2)

Artikolu 50

Artikolu 5(3)

Artikolu 49

Artikolu 6

Artikolu 44(2)

Artikolu 7(1), (2)

Artikolu 59

Artikolu 7(3)

Artikolu 63

Artikolu 7(4)

Artikolu 47(1), il-punt (c)

Artikolu 8

Artikolu 56

Artikolu 9(1)

Artikolu 44, Artikolu 72

Artikolu 9(2)

Artikolu 47(1), il-punt (b), Artikolu 54

Artikolu 10

Artikolu 44(3), Anness VII

Artikolu 11

Artikolu 72

Artikolu 12(1)

Artikolu 69

Artikolu 12(2)

Artikolu 70

Artikolu 13

-

Artikolu 14

Artikolu 71

Artikolu 15

Artikolu 71

Artikolu 16(1)

Artikolu 44(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 47(1), il-punti (f) u (g)

Artikolu 17

Artikolu 45

Artikolu 18

Artikolu 37

Artikolu 19

Artikolu 44(2)

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikoli 2(4), 6, Artikolu 7(4)

Artikolu 22

Artikolu 34, Artikolu 35

Artikolu 23(1)

Artikolu 2(4)

Artikolu 23(2)

-

Artikolu 24

Artikolu 36

Artikolu 25

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5), Artikolu 24, Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 13

Artikolu 27

Artikolu 14

Artikolu 28

Artikolu 15, Artikolu 16, Artikolu 17(4)

Artikolu 29

Artikolu 14, Artikolu 28

Artikolu 30

Artikolu 14, Artikolu 28

Artikolu 31

Artikolu 17(3)

Artikolu 32

Artikolu 17(4)

Artikolu 33

Artikolu 38

Artikolu 34

-

Artikolu 35

Artikolu 7(4)

Artikolu 36(1)

Artikolu 6, Artikolu 7

Artikolu 36(2)

Artikolu 15, Artikolu 17

Artikolu 36(3)

Artikolu 39

Artikolu 37

Artikolu 39

Artikolu 38

Artikolu 33

Artikolu 39(1)

Artikolu 80

Artikolu 39(2)

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 24, Artikolu 25

Artikolu 41

Artikolu 8(5)

Artikolu 42

Artikolu 19

Artikolu 43

-

Artikolu 44(1)

-

Artikolu 44(2)

Artikolu 26

Artikolu 45

Artikolu 2(2), Artikolu 7(3), Artikolu 8(4)

Artikolu 46

Artikolu 76

Artikolu 47

-

Artikolu 48

Artikolu 26

Artikolu 49

-

Artikolu 50

-

Artikolu 51

-

Artikolu 52

Artikolu 83

Artikolu 53

Artikolu 83

Anness I

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Anness II

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Anness III

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Anness IV

Artikolu 17(4)

Anness V

Artikolu 17(4), il-punt (m)

Anness VI

-

Anness VII

-

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikolu 2(4)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 20

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 4

Artikolu 7(4)

Artikolu 5

Artikolu 36

Artikolu 6(1)

Artikolu 2(4)

Artikolu 6(2)

-

Artikolu 6(3)

-

Artikolu 7

Artikolu 7(4)

Artikolu 8

-

Artikolu 9

Artikolu 7(4)

Artikolu 10

Artikolu 7(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 13

Artikolu 11(2)

Artikolu 28

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15, Artikolu 17

Artikolu 14

-

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

-

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 7(3), Artikolu 17

Artikolu 19

Artikolu 38

Artikolu 20

-

Artikolu 21

Artikolu 39

Artikolu 22

Artikolu 33

Artikolu 23(1)

Artikolu 80

Artikolu 23(2)

Artikolu 39

Artikolu 24

Artikolu 7(2)

Artikolu 25

Artikolu 76

Artikolu 26

-

Artikolu 27

Artikolu 26

Artikolu 28

-

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 83

Artikolu 31

Artikolu 83

Anness I

Artikolu 7(3)

Anness II

Artikolu 7(3)

Anness III

Artikolu 17

Anness IV

-

Artikolu 1

Artikolu 1, Artikolu 2

Artikolu 2(1), il-punt (a)

Artikolu 2, Artikolu 3

Artikolu 2(1), il-punt (b)

Artikolu 2

Artikolu 2(1), il-punt (d)

Artikolu 2, Artikolu 7

Artikolu 2(1.e)

Artikolu 2, Artikolu 7

Artikolu 2(1.f)

Artikolu 2, Artikolu 7

Artikolu 2.1.g

Artikolu 2, Artikolu 7

Artikolu 2.1.h

Artikolu 2, Artikolu 7

Artikolu 2.1.j

-

Artikolu 2.1.k

Artikolu 3

Artikolu 2(2)

Artikolu 2

Artikolu 2(3)

Artikolu 7

Artikolu 2(3a)

Artikolu 7

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 2(5)

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 2(6)

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 3(1)

Artikolu 20

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

-

Artikolu 3(4)

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 7, Artikolu 35

Artikolu 5

Artikolu 34

Artikolu 6

Artikolu 31, Artikolu 32

Artikolu 7

-

Artikolu 8

Artikolu 63

Artikolu 9(1)

Artikolu 7

Artikolu 9(1a)

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 9(1b)

Artikolu 10, Artikolu 12

Artikolu 9(2)

Artikolu 7

Artikolu 10(1)

Artikolu 14

Artikolu 10(2)

-

Artikolu 11(1)

Artikolu 14

Artikolu 11(2)

Artikolu 23

Artikolu 11(3)

-

Artikolu 12(1.a)

Artikolu 15

Artikolu 12(1.b)

-

Artikolu 12(2)

-

Artikolu 12(3)

-

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 38

Artikolu 17

Artikolu 36

Artikolu 18

Artikolu 7, Artikolu 15

Artikolu 19(1)

Artikolu 35, Artikolu 39

Artikolu 19(2)

Artikolu 35

Artikolu 19a

-

Artikolu 20

Artikolu 39

Artikolu 21

Artikolu 33

Artikolu 22(1)

Artikolu 24

Artikolu 22(2)

Artikolu 40

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 7

Artikolu 25

Artikolu 76

Artikolu 26

-

Artikolu 27

Artikolu 7

Artikolu 28

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30

 

Artikolu 31

Artikolu 82

Artikolu 32

Artikolu 83

Artikolu 33

Artikolu 83

Anness I

Artikolu 7

Anness II

Artikolu 7

Anness III

Artikolu 7

Anness IV

Artikolu 17

Anness V

Artikolu 35

Anness VI

Artikolu 82

Anness VII

Artikolu 82

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2

Artikolu 2(4)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Artikolu 5(1), (2)

Artikolu 41, Artikolu 42

Artikolu 5(3)

-

Artikolu 6(1)

Artikolu 10

Artikolu 6(2) sa (4)

-

Artikolu 7

-

Artikolu 8(1)

Artikolu 10

Artikolu 8(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 8(3)

Artikolu 44

Artikolu 9(1), (2)

Artikolu 5

Artikolu 9(3)

Artikolu 45

Artikolu 10(1)

Artikolu 13

Artikolu 10(2)

Artikolu 22

Artikolu 11(1)

Artikolu 13

Artikolu 11(2)

Artikolu 28

Artikolu 12

Artikolu 2(4)

Artikolu 13

Artikolu 33

Artikolu 14(1)

-

Artikolu 14(2)

Artikolu 5

Artikolu 15

-

Artikolu 16(1)

Artikolu 39

Artikolu 16(2)

-

Artikolu 17

Artikolu 7(1), (2), Artikolu 8(1), (2)

Artikolu 18

Artikolu 7(3), Artikolu 8(3)

Artikolu 19(1)

Artikolu 19

Artikolu 19(2)

Artikolu 38

Artikolu 20

Artikolu 28

Artikolu 21

Artikolu 76

Artikolu 22

Artikolu 7(3), Artikolu 8(3)

Artikolu 23(1)

-

Artikolu 23(2)

Artikolu 80

Artikolu 24

Artikolu 83

Artikolu 25

-

Artikolu 26

Artikolu 83

Artikolu 27

Artikolu 83

Anness I

Anness II u Anness III

Anness II

Anness I

Anness III

-

Artikolu 1(1)

Artikolu 1, Artikolu 2

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 4

Artikolu 1(4)

2(4)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 6

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

-

Artikolu 3(4)

Artikolu 2(4), Artikolu 29

Artikolu 4

Artikolu 7(4), Artikolu 8(5)

Artikolu 5

Artikolu 41

Artikolu 6(1)

Artikolu 7, Artikolu 8

Artikolu 6(2)

Artikolu 4

Artikolu 6(3)

Artikolu 42

Artikolu 6(4)

-

Artikolu 7(1)

Artikolu 5

Artikolu 7(2)

Artikolu 47(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 47(1), Artikolu 54

Artikolu 7(4)

Artikolu 47(1)

Artikolu 7(5)

Artikolu 47(2)

Artikolu 7(6)

Artikolu 47(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 13

Artikolu 8(2)

Artikolu 13, Artikolu 18

Artikolu 9(1)

Artikolu 13, Artikolu 15, Artikolu 16, Artikolu 17

Artikolu 9(2)

Artikolu 28

Artikolu 9(3)

Artikolu 15, Artikolu 17

Artikolu 10

Artikolu 2(4), Artikolu 29, Artikolu 30

Artikolu 11

Artikolu 33

Artikolu 12(1)

Artikolu 39

Artikolu 12(2)

-

Artikolu 13

Artikolu 80

Artikolu 14

Artikolu 24, Artikolu 25

Artikolu 15

Artikolu 80

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 2(3)

Artikolu 19

Artikolu 76

Artikolu 20

-

Artikolu 21

-

Artikolu 22

-

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 83

Anness I

Anness I

Anness II

-

(1) ĠU C, C/2024/1583, 5.3.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/1583/oj?locale=mt. 
(2)ĠU C, C/2024/1583, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1583/oj.
(3)Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298).
(4)Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309).
(5)Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15).
(6)Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).
(7)Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12).
(8)Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).
(9)Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju tal-2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).
(10)Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).
(11)Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28).
(12)Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).
(13)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM(2020) 381 final).
(14)Ir-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …. (ĠU…., p….).+ ĠU: Jekk jogħġbok fit-test daħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument (… (COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(15)Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16).
(16)Decision Revising the OECD Schemes for the Varietal Certification or the Control of Seed Moving in International Trade [OECD/LEGAL/0308] ( “Skemi tal-OECD dwar iż-Żrieragħ”).
(17)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/869/KE tal-24 ta’ Frar 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (ĠU L 378, 23.12.2004, p. 1).
(18)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).
(19) Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ... (ĠU ..., p. ...).
(20)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tas-serje tar-Regolament li jinsab fid-dokument (... (COD)) u daħħal fin-nota ta' qiegħ il-paġna n-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ELI għal dak ir-Regolament.
(21)Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(22)Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(23)Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(24)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(25)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13–18.
(26)Ir-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …. (ĠU…., p….).+ ĠU: Jekk jogħġbok fit-test daħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument (… (COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(27)Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2011, p. 1).
(28)Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(29)Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid, riżoluzzjoni OIV-VITI 564B[1]2019.
(30)Ir-Regolament (UE) …./…. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … (….., p….).
(31)Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti
PDF 403kWORD 120k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (ir-Regolament dwar il-materjal riproduttiv tal-foresti) (COM(2023)0415 – C9-0237/2023 – 2023/0228(COD))
P9_TA(2024)0342A9-0142/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0415),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0237/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0142/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (ir-Regolament dwar il-materjal riproduttiv tal-foresti)

P9_TC1-COD(2023)0228


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea(2),

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Filwaqt li jaġixxu skont l-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE(5) tistabbilixxi r-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti (“FRM”).

(2)  Il-foresti jkopru madwar 45 % tal-erja tal-art tal-Unjoni u jaqdu rwol multifunzjonali li jkopri funzjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali, ekoloġiċi u kulturali. Il-foresti għandhom, fost funzjonijiet oħra, funzjoni premordjali bħala bir ta’ karbonju fil-politika dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. FRM ta’ kwalità għolja, adattat għall-klima u diversdiversifikat huwa essenzjali sabiex ikopri dawn il-ħtiġijiet. [Em. 1]

(3)  Fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi u xjentifiċi ġodda, l-aġġornament tar-Regoli u tar-Regolamenti tal-Iskema tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali(6) (“l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti”), il-prijoritajiet ta’ politika l-ġodda tal-Unjoni fir-rigward tas-sostenibbiltà, tal-adattament għat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità u b’mod partikolari l-Patt Ekoloġiku Ewropew(7), kif ukoll l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE, dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi ssostitwita b’att ġdid. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli l-ġodda madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-att jieħu l-forma ta’ Regolament.

(4)  L-għan tal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti huwa li tħeġġeġ il-produzzjoni u l-użu taż- żrieragħ, tal-partijiet tal-pjanti u tal-pjanti li jkunu nġabru, ġew ipproċessati u kkummerċjalizzati b’mod li jiżgura kwalità u disponibbiltà għoljin tal-FRM. Minħabba t-tul taċ-ċikli tal-foresti u l-kost tal-pjantaġġuni u tal-investiment fil-foresti fit-tul, huwa essenzjali li l-forestiera jiksbu informazzjoni affidabbli bis-sħiħ dwar l-oriġini u dwar il-karatteristiċi ġenetiċi tal-FRM li jużaw fit-tħawwil. L-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti tissodisfa dik il-ħtieġa permezz ta’ ċertifikazzjoni u traċċabilità. Taqdi rwol ewlieni fl-għajnuna lill-foresti tad-dinja sabiex jadattaw għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qegħdin jinbidlu. Tinxteħet enfasi fuq il-preservazzjoni tad-diversità tal-ispeċijiet u fuq l-iżgurar ta’ diversità ġenetika għolja fi ħdan l-ispeċijiet u l-lottijiet taż-żrieragħ u b’hekk jissaħħaħ il-potenzjal adattiv tal-FRM għat-tħawwil mill-ġdid fil-ġejjieni ta’ żona b’siġar (“riforestazzjoni”) u għall-ħolqien ta’ foresti ġodda (“tisġir”). Ir-riforestazzjoni tista’ tkun meħtieġa meta partijiet minn foresta eżistenti jkunu ġew affettwati minn avvenimenti tat-temp estrem, minn nirien mhux ikkontrollati, minn tifqigħat ta’ mard u minn tifqigħat ta’ pesti, jew minn diżastri oħrajn.

(5)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jistabbilixxi l-impenn tal-Kummissjoni li tindirizza l-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima u mal-ambjent. Għandu l-għan li jittrasforma l-ekonomija tal-Unjoni għal futur sostenibbli. Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM jeħtieġ li jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika(8) u mat-tliet strateġiji ta’ implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew: l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima(9), l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030(10) u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030(11).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jiżguraw progress kontinwu fit-tisħiħ tal-kapaċità adattiva, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Għalhekk, wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima huwa li titħaffef il-kapaċità ta’ adattament tal-Unjoni għat-tibdil fil-klima, billi jiġu emendati r-regoli dwar l-FRM, fost l-oħrajn. Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tħeġġeġ il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM madwar l-Unjoni kollha. Għal dan l-għan, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu l-approvazzjoni ta’ ċertu materjal bażiku u li jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċertu FRM lill-utenti finali, kif stabbilit fid-Direttiva 1999/105/KE, jenħtieġ li titneħħa.

(7)  L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 għandha bħala l-objettivi ewlenin tagħha t-tisġir effettiv, u l-preservazzjoni u r-restawr tal-foresti fl-Unjoni, sabiex tgħin fiż-żieda tal-assorbiment tas-CO2, tnaqqas l-inċidenza u l-firxa tan-nirien fil-foresti, u tippromwovi l-bijoekonomija, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi favorevoli għall-bijodiversità. L-iżgurar tar-restawr tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli msaħħa tal-foresti huma essenzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għar-reżiljenza tal-foresti. F’dan ir-rigward, l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti tiddikjara li l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u r-restawr tal-foresti wara d-danni klimatiċi se jkunu jeħtieġu kwantitajiet kbar ta’ FRM xieraq. Dan jimplika sforzi sabiex jiġu żgurati u jintużaw b’mod sostenibbli r-riżorsi ġenetiċi tal-foresti li fuqhom tiddependi forestrija aktar reżistenti għall-klima. Huma meħtieġa wkoll sforzi sabiex jiżdiedu l-produzzjoni u d-disponibbiltà ta’ tali FRM, sabiex tiġi pprovduta informazzjoni aħjar dwar l-adegwatezza tiegħu għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi u sabiex jissaħħu l-produzzjoni kollaborattiva u t-trasferiment tiegħu bejn il-fruntieri nazzjonali fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jkunu meħtieġa jipprovdu minn qabel informazzjoni lill-utenti dwar l-adegwatezza tal-FRM għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi.

(8)  L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 għandha l-għan li tqiegħed il-bijodiversità tal-Unjoni fit-triq lejn l-irkupru sal-2030. Fil-qafas ta’ dik l-istrateġija, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tagħmel enfasi fuq il-preservazzjoni tad-diversità tal-ispeċijiet u tiżgura kwalità u diversità ġenetika għolja fi ħdan l-ispeċijiet u l-lottijiet taż-żrieragħ. Dan għandu l-għan li jiffaċilita l-provvista ta’ FRM ta’ kwalità għolja u ġenetikament diversdiversifikat li jkun adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi attwali u dawk imbassrin għall-ġejjieni. Il-konservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità tal-foresti, inkluża d-diversità ġenetika tas-siġar, huma essenzjali għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u għas-sostenn tal-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima. L-ispeċijiet tas-siġar u l-ibridi artifiċjali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu ġenetikament adattati għall-kundizzjonijiet lokali u jkunu ta’ kwalità għolja. [Em. 2]

(9)  Hemm dimensjoni transfruntiera fit-tul minħabba l-fatt li l-migrazzjoni diġà osservata lejn it-Tramuntana taż-żoni ta’ veġetazzjoni hija mistennija taċċellera b’mod sinifikanti fid-deċennji li ġejjin. Għalhekk, ir-rekwiżit f’dan ir-Regolament għall-għoti ta’ informazzjoni dwar iż-żoni fejn tista’ titħawwel iż-żerriegħa jew l-FRM jiġi adattat għall-kundizzjonijiet lokali jkun għodda utli ħafna għall-forestiera. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeżinjaw żoni li jispeċifikaw li f’dawn iż-żoni ż-żerriegħa tkun adattata għall-kundizzjonijiet lokali u tista’ tinżera’ (“żoni ta’ trasferiment taż-żerriegħa”). Bl-istess mod, jenħtieġ li jiddeżinjaw żoni li jispeċifikaw li f’dawn iż-żoni l-FRM huwa adattat għall-kundizzjonijiet lokali (“żoni ta’ varar”).

(10)  Id-Direttiva 1999/105/KE tiddefinixxi l-FRM fir-rigward tal-importanza tiegħu għall-iskopijiet tal-forestrija fl-Unjoni kollha jew f’parti minnha, iżda tibqa’ vaga dwar dawk l-iskopijiet tal-forestrija. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jelenka l-iskopijiet li għalihom huwa importanti li jintuża FRM ta’ kwalità għolja.

(11)  L-FRM jista’ jiġi prodott għall-użu fit-tisġir/fir-riforestazzjoni u f’tipi oħrajn ta’ tħawwil tas-siġar u għal diversi skopijiet differenti bħall-produzzjoni tal-injam u tal-bijomaterjali, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, ir-restawr tal-ekosistemi tal-foresti, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.

(12)  Ir-riċerka wriet li l-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-materjal bażiku fir-rigward tal-iskop speċifiku li għalih se jintuża l-FRM huma ta’ importanza kbira. Barra minn hekk, it-tħawwil ta’ FRM ta’ kwalità għolja fil-post it-tajjeb għandu impatt pożittiv fuq l-iskop li għalih jintuża dak l-FRM. Fil-post it-tajjeb tfisser li l-FRM ikun ġenetikament u fenotipikament adattat għas-sit fejn jitkabbar, inklużi l-projezzjonijiet klimatiċi rilevanti għalih.

(13)  Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ FRM b’reazzjoni għaż-żieda fid-domanda għall-FRM, jeħtieġ li jitneħħa kwalunkwe ostaklu attwali jew potenzjali għall-kummerċ, li jista’ jxekkel il-moviment liberu tal-FRM fl-Unjoni. Dan l-għan jista’ jintlaħaq biss jekk ir-regoli rispettivi tal-Unjoni dwar l-FRM jimponu l-ogħla standards possibbli.

(14)  Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM jenħtieġ li jqisu l-ħtiġijiet prattiċi u jenħtieġ li japplikaw biss għal ċerti speċijiet u ibridi artifiċjali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-ispeċijiet u l-ibridi artifiċjali huma importanti għall-produzzjoni tal-FRM għat-tisġir, għar-riforestazzjoni u għal tipi oħrajn ta’ tħawwil ta’ siġar għall-iskopijiet tal-produzzjoni tal-injam u tal-bijomaterjali, tal-konservazzjoni tal-bijodiversità, tar-restawr tal-ekosistemi tal-foresti, tal-adattament għat-tibdil fil-klima, tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u tal-konservazzjoni u tal-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.

(15)  L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ FRM ta’ kwalità għolja. Sabiex jgħinu fil-ħolqien ta’ foresti reżiljenti u fir-restawr tal-ekosistemi tal-foresti, jenħtieġ li l-utenti jiġu informati qabel ix-xiri tal-FRM dwar l-adegwatezza ta’ dak l-FRM għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi taż-żona fejn se jintuża.

(16)  Sabiex jiġi żgurat li l-FRM iċċertifikat jiġi adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi taż-żona fejn jitħawwel, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tal-materjal bażiku matul il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ dak il-materjal bażiku. Jenħtieġ li l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà jikkonċernaw l-adattament ta’ dak il-materjal bażiku għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi u l-ħelsien tas-siġar mill-pesti u mis-sintomi tagħhom.

(17)  Jenħtieġ li l-FRM jinħasad biss minn materjal bażiku li jkun ġie vvalutat u approvat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità possibbli ta’ dak l-FRM. Jenħtieġ li l-materjal bażiku approvat jiġi rreġistrat f’reġistru nazzjonali b’referenza unika tar-reġistru u b’referenza għal unità ta’ approvazzjoni.

(17a)   Biex tinżamm il-kwalità taż-żrieragħ, il-pakketti jenħtieġ li jitfasslu b’mod li ma jkunux jistgħu jintużaw ladarba jinfetħu, u b’hekk jiġi żgurat li l-utenti jkunu konxji minn kwalunkwe tbagħbis taż-żrieragħ u jiġu mħeġġa jużaw il-kontenut kollu kif suppost, u b’hekk jiġi evitat li ż-żrieragħ jinħażnu b’mod skorrett jew jintużaw meta x’aktarx ma jkunx għadhom tajbin biex jintużaw. [Em. 3]

(18)  Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi tal-istandards internazzjonali, jenħtieġ li l-użu ta’ tekniki bijomolekulari jiġi inkluż bħala metodu komplementari fil-proċedura għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku. Jenħtieġ li dawk it-tekniki bijomolekulari jkunu awtorizzati għall-valutazzjoni tal-oriġini tal-materjal bażiku jew għall-eżaminazzjoni tal-materjal bażiku għall-preżenza ta’ karatteristiċi ta’ reżistenza għall-mard permezz ta’ markaturi molekulari.

(19)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rispettivi joħorġu ċertifikat ewlieni għall-FRM kollu li jkun derivat (jiġifieri maħsud) minn materjal bażiku approvat. Tali ċertifikat ewlieni jiżgura l-identifikazzjoni tal-FRM, ikun fih informazzjoni dwar l-oriġini tiegħu u jipprovdi l-aktar dettalji xierqa għall-utenti tiegħu u għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll uffiċjali tiegħu. Jenħtieġ li jkun permess li ċ-ċertifikat ewlieni jinħareġ f’forma elettronika.

(19a)   Kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi u jaġġorna lista nazzjonali ta’ ċertifikati ewlenin maħruġa u jpoġġi dik il-lista għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha. [Em. 4]

(20)  L-FRM biss li nħasad minn materjal bażiku approvat jenħtieġ li jitħalla sussegwentement jiġi ċċertifikat u jiġi introdott fis-suq. Jenħtieġ li l-FRM jiġi ċċertifikat bħala “sorsi identifikati”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat” mill-awtoritajiet kompetenti u jiġi kkummerċjalizzat b’referenza għal dawk il-kategoriji. Dawk it-tipi ta’ kategoriji juru liema mill-karatteristiċi tal-materjal bażiku ġew ivvalutati u jindikaw il-kwalità tal-FRM. Għal FRM ta’ kwalità inferjuri (kategoriji “sorsi identifikati” u “magħżul”), il-materjal bażiku jiġi vverifikat għall-karatteristiċi bażiċi. Għall-FRM ta’ kwalità ogħla (“kwalifikat” u “ttestjat”), is-siġar ġenituri jintgħażlu għall-karatteristiċi pendenti u għall-iskemi ta’ inkroċjar imfasslin. Fil-każ ta’ FRM tal-kategorija “kwalifikat”, is-superjorità tal-FRM stmata fuq il-bażi tal-karatteristiċi tas-siġar ġenituri. Fil-każ tal-kategorija “ttestjat”, is-superjorità ta’ dak l-FRM trid tintwera meta mqabbel mal-materjal bażiku li minnu jkun inħasad dak l-FRM jew ma’ popolazzjoni ta’ referenza. Il-kategoriji “sorsi identifikati”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat” tal-FRM jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti uniformi ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, termini ugwali ta’ kompetizzjoni u l-integrità tas-suq intern.

(21)  Jenħtieġ li r-regoli taċ-ċertifikazzjoni jiġu ċċarati fil-każ ta’ FRM li jkun ġie prodott permezz ta’ proċessi tal-produzzjoni innovattivi u b’mod partikolari tekniki ta’ produzzjoni tal-FRM għall-produzzjoni ta’ tip speċifiku ta’ FRM, jiġifieri kloni. Billi l-post tal-produzzjoni ta’ dawk il-kloni jista’ jkun differenti mil-lok fejn tinsab is-siġra oriġinali (jiġifieri l-materjal bażiku) li minnha jkun ġie dderivat il-klonu/i, jenħtieġ li r-regoli jiġu emendati sabiex jiggarantixxu t-traċċabilità.

(22)  Ir-rekwiżiti għall-materjal bażiku maħsub għall-iskop tal-konservazzjoni u tal-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti huma differenti minn dawk għall-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni ta’ FRM għal skopijiet kummerċjali, minħabba l-kriterji differenti tal-għażla applikati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ materjal bażiku. Għall-iskop tal-konservazzjoni u tal-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, jenħtieġ li jinżammu s-siġar kollhajinżamm għadd massimu ta’ siġar minn popolament ta’ siġar fil-foresta. Dan huwa meħtieġ sabiex jgħin sabiex tiżdied id-diversità ġenetika fi ħdan speċi waħda ta’ siġar. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jintgħażlu biss siġar b’karatteristiċi superjuri fil-każ tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM għal skopijiet kummerċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membril-operaturi professjonisti jitħallew jidderogaw mir-regoli applikabbli fir-rigward tal-approvazzjoni tal-materjal bażiku u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dan il-materjal bażiku maħsub għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti lill-awtorità kompetenti. [Em. 5]

(23)  Il-kategorija sorsi identifikati hija l-istandard minimu meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, minħabba li tkun seħħet ftit jew l-ebda għażla fenotipika tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija ta’ sors identifikat. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità, jenħtieġ li l-operatur professjonisti jirreġistra l-lok fejn jinsab il-materjal bażiku (jiġifieri l-provenjenza) li minnu jinġabar l-FRM. L-oriġini ta’ dak il-materjal bażiku jenħtieġ li tiġi ddikjarata jekk tkun magħrufa. Dan huwa konformi mal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u l-esperjenza miksuba bid-Direttiva 1999/105/KE.

(24)  Skont l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u wara l-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tivvaluta l-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija magħżula fuq il-bażi tal-osservazzjoni tal-karatteristiċi ta’ dak il-materjal bażiku, filwaqt li jitqies l-iskop speċifiku li għalih ikun se jintuża l-FRM maħsud minn dak il-materjal bażiku. Jenħtieġ li tiġi żgurata l-kwalità ġenerali ta’ dik il-kategorija. Peress li l-popolazzjoni jenħtieġ li turi grad għoli ta’ uniformità, jenħtieġ li jitneħħew is-siġar li għandhom karatteristiċi inferjuri (eż. daqs iżgħar) meta mqabblin mad-daqs medju tas-siġar fil-popolazzjoni ġenerali.

(25)  Sabiex jiġi prodott l-FRM tal-kategorija kwalifikat, jenħtieġ li l-operatur professjonisti jagħżel il-komponenti tal-materjal bażiku li jkunu se jintużaw fid-disinn tal-inkroċjar fil-livell individwali minħabba l-karatteristiċi pendenti tagħhom fir-rigward, pereżempju, tal-adattament għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi lokali. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tapprova l-kompożizzjoni u d-disinn propost tal-inkroċjar ta’ dawk il-komponenti, it-tqassim fiżiku, il-kundizzjonijiet ta’ iżolament u l-lok fejn jinsab dak il-materjal bażiku. Dan huwa importanti sabiex jiġu allinjati mal-istandards internazzjonali applikabbli skont l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u sabiex titqies l-esperjenza miksuba bid-Direttiva 1999/105/KE.

(26)  Il-materjal bażiku li huwa maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija ttestjat jenħtieġ li jkun soġġett għar-rekwiżiti l-aktar stretti possibbli. Id-determinazzjoni tas-superjorità tal-FRM jenħtieġ li ssir billi jitqabbel ma’ standard wieħed jew idealment diversi approvati jew magħżulin minn qabel. L-operatur professjonist jagħżel dawk l-istandards fuq il-bażi tal-iskop li għalih jintuża l-FRM tal-kategorija ttestjat. F’dan ir-rigward, jekk l-iskop ta’ dak l-FRM ikun l-adattament għat-tibdil fil-klima, allura l-FRM jitqabbel ma’ standards li jkollhom prestazzjoni tajba fir-rigward tal-adattament għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi lokali (eż. il-ħelsien prattiku mill-pesti u mis-sintomi tagħhom). Wara l-għażla tal-komponenti tal-materjal bażiku, jenħtieġ li l-operatur professjonist juri s-superjorità tal-FRM permezz ta’ ttestjar komparattiv jew stima tas-superjorità tiegħu billi jevalwa l-komponenti ġenetiċi ta’ dak il-materjal bażiku. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun involuta f’kull pass ta’ dan il-proċess. Jenħtieġ li tapprova d-disinn sperimentali u t-testijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku, tivverifika r-rekords ipprovduti mill-operatur professjonist u tapprova jew ir-riżultati tat-testijiet li jikkonċernaw is-superjorità tal-FRM jew inkella l-evalwazzjoni ġenetika kif xieraq. Dan huwa meħtieġ għall-allinjament mal-istandards internazzjonali applikabbli skont l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u standards internazzjonali applikabbli oħrajn, u sabiex titqies l-esperjenza miksuba mid-Direttiva 1999/105/KE.

(27)  Il-valutazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija ttestjat tieħu medja ta’ 10 snin. Sabiex jiġi żgurat aċċess aktar mgħaġġel għas-suq tal-FRM tal-kategorija ttestjat, filwaqt li l-valutazzjoni tal-materjal bażiku tkun għadha għaddejja, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li japprovaw temporanjament it-tali materjal bażiku, għal perjodu massimu ta’ 10 snin, fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu. Jenħtieġ li dik l-approvazzjoni tingħata biss jekk ir-riżultati provviżorji tal-evalwazzjoni ġenetika jew tat-testijiet komparattivi jindikaw li dak il-materjal bażiku jkun se jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta jitlestew it-testijiet. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni bikrija tiġi rieżaminata f’intervall massimu ta’ 10 snin.

(28)  Il-konformità tal-FRM mar-rekwiżiti għall-kategoriji “sorsi identifikati”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat” jenħtieġ li tiġi kkonfermata permezz ta’ spezzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti kif xieraq għal kull kategorija (“ċertifikazzjoni uffiċjali”) u jenħtieġ li tiġi attestata b’tikketta uffiċjali.

(29)  L-FRM ġenetikament modifikat jista’ jiġi introdott fis-suq biss jekk ikun sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u jkun ġie awtorizzat għall-kultivazzjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) jew ir-Regolament (KE) 1829/2003(13) u jekk dak l-FRM jappartjeni għall-kategorija ttestjat. L-FRM miksub b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda jista’ jiġi introdott fis-suq biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanti miksubin b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom(14) u jekk dak l-FRM jappartjeni għall-kategorija ttestjat.

(30)  Jenħtieġ li t-tikketta uffiċjali jkun fiha informazzjoni dwar il-materjal bażiku li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn organiżmu ġenetikament modifikat jew li jkun ġie prodott b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda.

(31)  Jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti sabiex joħorġu u jistampaw it-tikketta uffiċjali taħt superviżjoni uffiċjali għal ċerti speċijiet u kategoriji ta’ FRM. Dan jagħti aktar flessibbiltà lill-operaturi professjonisti fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta’ dak l-FRM. Madankollu, l-operaturi professjonisti jistgħu jibdew jistampaw it-tikketta biss ladarba l-awtorità, jekk ir-rekwiżiti kollha definiti mill-awtorità kompetenti jiġu ssodisfati, u wara li awditu tal-awtorità kompetenti tkun iċċertifikat l-FRM ikkonċernatjiddetermina li għandhom il-kompetenza, l-infrastruttura u r-riżorsi meħtieġa. Dik l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa minħabba l-karattru uffiċjali tat-tikketta uffiċjali u sabiex jiġu ggarantiti l-ogħla standards ta’ kwalità possibbli għall-utenti tal-FRM. Dan jagħti aktar flessibbiltà lill-operaturi professjonisti fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta’ dak l-FRM. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-irtirar jew għall-modifika ta’ dik l-awtorizzazzjoni. [Em. 6]

(32)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-permess li jimponu rekwiżiti addizzjonali jew aktar stretti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku prodott fit-territorju tagħhom stess, soġġetti għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni. Dan ikun jippermetti l-implimentazzjoni ta’ approċċi nazzjonali jew reġjonali dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM u mmirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-FRM ikkonċernat, il-ħarsien tal-ambjent, jew il-kontribut għall-ħarsien tal-bijodiversità u għar-restawr tal-ekosistemi tal-foresti.

(33)  Sabiex jiġu żgurati trasparenza u kontrolli aktar effettivi fuq il-produzzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jiġu rreġistrati fir-reġistri stabbiliti mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15). Tali reġistrazzjoni tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk l-operaturi professjonisti. Hija meħtieġa għall-effikaċja tar-reġistru uffiċjali tal-professjonisti u sabiex tiġi evitata reġistrazzjoni doppja. L-operaturi professjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma fil-biċċa l-kbira koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru uffiċjali tal-operaturi professjonisti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031.

(34)  Qabel ma jixtru l-FRM, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti u għax-xerrejja potenzjali tal-FRM tagħhom l-informazzjoni meħtieġa kollha dwar l-identità u l-adegwatezza tiegħu għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi rispettivi tal-FRM, sabiex ikunu jistgħu jagħżlu l-FRM l-aktar adattat għar-reġjun tagħhomgħal reġjun speċifiku. [Em. 7]

(35)  Fil-każ tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategoriji “sorsi identifikati” u “magħżul”, jenħtieġ li l-Istati Membri, għall-ispeċijiet rilevanti, jiddemarkaw ir-reġjuni ta’ provenjenza, sabiex tiġi identifikata żona jew gruppi ta’ żoni b’kundizzjonijiet ekoloġiċi uniformi biżżejjed u li jkun fihom materjal bażiku b’karatteristiċi fenotipiċi jew ġenetiċi simili. Dan huwa meħtieġ minħabba li l-FRM prodott minn dak il-materjal bażiku għandu jiġi kkummerċjalizzat b’referenza għal dawk ir-reġjuni ta’ provenjenza.

(36)  Sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali u trasparenza effettivi dwar l-FRM li jiġi prodott u kkummerċjalizzat madwar l-Unjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi, jippubblika u jżomm aġġornat, f’format elettroniku, reġistru nazzjonali tal-materjal bażiku tad-diversi speċijiet u ibridi artifiċjali approvati fit-territorju tiegħu, u lista nazzjonali li jenħtieġ li tiġi ppreżentata bħala sommarju tar-reġistru nazzjonali.

(37)  Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika f’format elettroniku lista tal-Unjoni tal-materjal bażiku approvat għall-produzzjoni ta’ FRM, fuq il-bażi tal-listi nazzjonali pprovduti minn kull Stat Membru. Jenħtieġ li dik il-lista tal-Unjoni jkun fiha informazzjoni dwar il-materjal bażiku li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn organiżmu ġenetikament modifikat jew li jkun ġie prodott b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda.

(38)  Jenħtieġ li kull Stat Membru jfassal u jżomm aġġornat pjan ta’ kontinġenza sabiex jiżgura provvista suffiċjenti ta’ FRM għar-riforestazzjoni ta’ żoni affettwati minn avvenimenti tat-temp estrem, minn nirien mhux ikkontrollati, minn mard u minn tifqigħat ta’ pesti, minn diżastri jew minn kwalunke avveniment ieħor. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontenut ta’ dak il-pjan, sabiex tiġi żgurata azzjoni fil-pront, proattiva u effettiva kontra tali riskji, jekk dawn jitfaċċaw. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jadattaw il-kontenutjiddefinixxu l-kontenut ta’ dak il-pjan għall-kundizzjonijietf’konformità mal-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi fit-territorji tagħhom u jenħtieġ li jitħallew jadattaw tali kontenut fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid. Dan ir-rekwiżit jirrifletti wkoll l-azzjonijiet ta’ tħejjija ġenerali li l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu fuq bażi volontarja skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili(16). Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tappoġġja permezz ta’ assistenza teknika t-tfassil tal-pjan u, fejn applikabbli, l-aġġornament tiegħu. [Em. 8]

(39)  Jenħtieġ li, waqt l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-FRM jinżamm separat permezz ta’ referenza għall-unitajiet individwali ta’ approvazzjoni. Jenħtieġ li dawk l-unitajiet ta’ approvazzjoni jiġu prodotti u kkummerċjalizzati f’lottijiet, li jridu jkunu omoġenji biżżejjed u identifikati bħala distinti minn lottijiet oħrajn ta’ FRM. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-lottijiet taż-żrieragħ u l-lottijiet tal-pjanti, sabiex jiġi identifikat it-tip ta’ FRM u tiġi żgurata t-traċċabilità tal-materjal bażiku approvat li minnu jkun inħasad l-FRM. Dan jiggarantixxi ż-żamma tal-identità u tal-kwalità ta’ dak l-FRM.

(40)  Jenħtieġ li ż-żrieragħ jiġu kkummerċjalizzati biss jekk jikkonformaw ma’ ċerti standards ta’ kwalità. Jenħtieġ li dawn jiġu ttikkettati u kkummerċjalizzati biss f’pakketti ssiġillati, sabiex tiġi permessa l-identifikazzjoni, il-kwalità u t-traċċabilità xierqa tagħhom, u sabiex tiġi evitata l-frodi.

(41)  Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Istrateġija Diġitali tal-UE(17) li t-trasformazzjoni għat-teknoloġiji diġitali tkun għas-servizz tan-nies u tan-negozji, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet kollha meħudin, għall-iskop tal-ħruġ ta’ ċertifikat ewlieni u ta’ tikketta uffiċjali u għall-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tiffaċilita l-proċessar ta’ dawk ir-rekords, l-aċċess għalihom, u l-użu tagħhom.

(42)  Matul il-perjodi li fihom ikun hemm diffikultajiet temporanji fil-ħsad ta’ provvisti suffiċjenti ta’ FRM minn ċerti speċijiet, jenħtieġ li l-materjal bażiku li jissodisfa rekwiżiti anqas stretti, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jiġi approvat temporanjament. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti anqas stretti jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ FRM. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat approċċ flessibbli f’ċirkostanzi avversi u sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq intern tal-FRM.

(43)  Jenħtieġ li l-FRM jiġi importat minn pajjiżi terzi biss jekk jiġi stabbilit li jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li tali FRM importat jagħti l-istess livell ta’ kwalità bħall-FRM prodott fl-Unjoni. Dak l-approċċ se jiżgura li l-importazzjonijiet tal-FRM mhux biss jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni iżda wkoll jikkontribwixxu għad-diversità ġenetika u għas-sostenibbiltà tal-pjanti. [Em. 9]

(44)  Meta l-FRM jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiż terz, jenħtieġ li l-operatur professjonist ikkonċernat jinforma lill-awtorità kompetenti rispettiva qabel l-importazzjoni tal-FRM, permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-FRM importat ikun akkumpanjat minn ċertifikat ewlieni jew minn ċertifikat uffiċjali maħruġ mill-pajjiż terz ta’ oriġini, u rekords li jkun fihom dettalji ta’ dak l-FRM, ipprovduti mill-operatur professjonist f’dak il-pajjiż terz. Jenħtieġ li titwaħħal tikketta uffiċjali ma’ dak l-FRM, peress li dan huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati għażliet informati għall-utenti ta’ dak l-FRM u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu megħjunin fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali rispettivi.

(45)  Sabiex jiġi mmonitorjat l-impatt ta’ dan ir-Regolament u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-miżuri introdotti, jenħtieġ li kull 5 snin l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-kwantitajiet annwali ta’ FRM iċċertifikat, il-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali adottati, l-informazzjoni disponibbli għall-utenti dwar fejn l-aħjar li jitħawwel l-FRM permezz ta’ siti web u/jew gwidi għall-persuni li jħawlu, il-kwantitajiet ta’ FRM importat u l-penali imposti.

(46)  Sabiex jadattaw għall-moviment taż-żoni ta’ veġetazzjoni u tal-meded tal-ispeċijiet ta’ siġar bħala riżultat tat-tibdil fil-klima, u kwalunkwe żvilupp ieħor ta’ għarfien tekniku jew xjentifiku, inkluż dwar it-tibdil fil-klima, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista tal-ispeċijiet ta’ siġar, u tal-ibridi artifiċjali tagħhom, li għalihom japplika dan ir-Regolament.

(47)  Għall-adattament għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u tal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u ta’ standards internazzjonali applikabbli oħrajn, u sabiex jittieħed kont tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19), jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar (i) tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “sorsi identifikati”, “magħżul”, “kwalifikat”, u “ttestjat” u (ii) il-kategoriji li permezz tagħhom jista’ jiġi kummerċjalizzat l-FRM mit-tipi differenti ta’ materjal bażiku.

(48)  Sabiex ikun permess approċċ aktar flessibbli għall-Istati Membri, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM li ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-kategorija xierqa.

(49)  Sabiex tadatta għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mil-lottijiet tal-frott u taż-żrieragħ tal-ispeċijiet koperti minn dan ir-Regolament, li għandhom jiġu ssodisfati minn partijiet ta’ pjanti tal-ispeċi u ta’ ibridi artifiċjali koperti minn dan ir-Regolament, għal standards ta’ kwalità esterni għall-Populus spp. propogata minn biċċiet jew brokkijiet tat-taħwil, li għandhom jiġu ssodisfati billi jitħawwel l-istokk tal-ispeċijiet u tal-ibridi artifiċjali kopert minn dan ir-Regolament, u li għandhom jiġu ssodisfati billi jitħawwel l-istokk li għandu jiġi kkummerċjalizzat lill-utenti finali f’reġjuni li għandhom klima Mediterranja.

(50)  Għall-adattament skont l-Istrateġija Diġitali tal-UE u l-iżviluppi tekniċi fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli dwar ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet kollha meħudin mill-operatur professjonist u mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jinħareġ iċ-ċertifikat ewlieni, u dwar l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tikkollega lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni.

(51)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha għal dawk l-atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(20). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(52)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-kontenut tan-notifika tal-materjal bażiku.

(53)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent u l-użu taċ-ċertifikati ewlenin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-kontenut u tal-mudell għaċ-ċertifikat ewlieni tal-identità għall-FRM derivat minn sorsi taż-żrieragħ u minn popolamenti, għall-FRM derivat minn ġardini taż-żrieragħ jew mill-ġenituri ta’ familja/i, u għall-FRM derivat minn kloni u minn taħlitiet klonali.

(54)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u jiġi żgurat qafas armonizzat għat-tikkettar u għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-FRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kontenut tat-tikketta uffiċjali, l-informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ żrieragħ u ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ, il-kulur tat-tikketta għal kategoriji speċifiċi jew għal tipi oħrajn ta’ FRM, u informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet speċifiċi.

(55)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi li jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-FRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin elettroniċi.

(56)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu indirizzati l-problemi urġenti ta’ provvista tal-FRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni temporanja għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM ta’ speċi waħda jew aktar li tissodisfa rekwiżiti anqas stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tal-materjal bażiku.

(57)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ esperimenti temporanji sabiex tfittex alternattivi mtejbin għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-valutazzjoni u tal-approvazzjoni tal-materjal bażiku u tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM.

(58)  Sabiex tittejjeb il-konsistenza tar-regoli tal-FRM mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti, jenħtieġ li l-Artikoli 36, 37, 40, 41, 49, 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2016/2031 japplikaw għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM skont dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-passaporti tal-pjanti, jenħtieġ li t-tikketta uffiċjali għall-FRM titħalla tiġi kkombinata mal-passaport tal-pjanti.

(59)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/625 jiġi emendat sabiex jinkludi r-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-FRM fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dan sabiex jiġu żgurati kontrolli uffiċjali u infurzar aktar konsistenti tar-regoli madwar l-Istati Membri dwar l-FRM, u konsistenza ma’ atti oħrajn tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali tal-pjanti, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/2031 u r-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(60)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u 2017/625 jiġu emendati kif xieraq.

(61)  Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali u ta’ trasparenza, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 1999/105/KE titħassar.

(62)  Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, pjuttost, minħabba l-effetti, il-kumplessità u l-karattru internazzjonali tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Minn din il-perspettiva, u kif ikun meħtieġ, huwa jintroduċi derogi jew rekwiżiti speċifiċi għal ċerti tipi ta’ FRM u ta’ operaturi professjonisti.

(63)  Fid-dawl taż-żmien u tar-riżorsi meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi professjonisti kkonċernati sabiex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn … [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti (“FRM”) u b’mod partikolari r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM, l-oriġini u t-traċċabilità ta’ dak il-materjal bażiku, il-kategoriji tal-FRM, ir-rekwiżiti għall-identità u għall-kwalità tal-FRM, iċ-ċertifikazzjoni, it-tikkettar, l-imballaġġ, l-importazzjonijiet, l-operaturi professjonisti, ir-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku, il-kontrolli uffiċjali u l-pjanijiet nazzjonali ta’ kontinġenza. [Em. 10]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-FRM tal-ispeċijiet tas-siġar u għall-ibridi artifiċjalitagħhom, elenkati fl-Anness I, bl-għan li jiġu kummerċjalizzati. [Em. 11]

2.  L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:

(a)  li jiżgura l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ FRM ta’ kwalità għolja fl-Unjoni u l-funzjonament korrett tas-suq intern tal-FRM; [Em. 12]

(b)  li jgħin sabiex jinħolqu foresti reżiljenti u produttivi, tiġi kkonservata l-bijodiversità, jiġi prevenut l-użu ta’ speċijiet invażivi u jiġu rrestawrati l-ekosistemi tal-foresti u l-funzjonament tagħhom, inter alia, billi tiġi promossa l-varjazzjoni ġenetika interspeċifika u intraspeċifika; [Em. 13]

(c)  li jappoġġa l-produzzjoni tal-injam u tal-bijomaterjali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 26, li jemendaw il-lista stabbilita fl-Anness I kif speċifikat fil-paragrafu 3, filwaqt li jitqiesu:

(a)  il-moviment taż-żoni ta’ veġetazzjoni u tal-meded tal-ispeċijiet ta’ siġar bħala riżultat tat-tibdil fil-klima;

(b)  kwalunkwe żvilupp rilevanti ta’ għarfien tekniku jew xjentifiku. [Em. 14]

Dawk l-atti delegati għandhom iżidu speċijiet u ibridi artifiċjali mal-lista fl-Anness I, jekk tali speċijiet u ibridi artifiċjali jissodisfaw tal-anqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)  jirrappreżentaw żona sinifikanti u valur ekonomiku tal-produzzjoni tal-FRM fl-Unjoni;

(b)  jiġu kkummerċjalizzati f’tal-anqas żewġ Stati Membri;

(c)  il-kontribut tagħhom jitqies importanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima, u

(d)  il-kontribut tagħhom jitqies importanti għall-konservazzjoni tal-bijodiversità.

L-atti delegati msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ineħħu l-ispeċijiet u l-ibridi artifiċjali mil-lista fl-Anness, I jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw xi wieħed mill-elementi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

4.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a)  materjal riproduttiv tal-pjanti msemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti];

(b)  materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/56/KE;

(c)  FRM prodott għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

(d)  FRM użat għall-ittestjar uffiċjali, għal skopijiet xjentifiċi jew għal xogħol ta’ għażla.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “materjal riproduttiv tal-foresti” (“FRM”) tfisser il-koni, l-infrutexxenzi, il-frott u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni ta’ stokkl-unitajiet taż-żrieragħ, il-partijiet tal-pjanti u l-istokkijiet għat-tħawwil, li jappartjenu għall-ispeċijiet tas-siġar u għall-ibridi artifiċjali tagħhom elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u użati għat-tisġir, għar-riforestazzjoni, u għal tħawwil ieħor tas-siġar u għaż-żrigħ dirett għal kwalunkwe wieħed mill-iskopijiet li ġejjin: [Em. 15]

(a)  il-produzzjoni tal-injam u tal-bijomaterjali;

(b)  il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti u l-konservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità; [Em. 16]

(c)  ir-restawr tal-ekosistemi tal-foresti u art imsaġġra oħra, u l-appoġġ għall-funzjonament tagħhom; [Em. 17]

(ca)   l-istabbiliment jew ir-restawr ta’ sistemi agroforestali; [Em. 18]

(d)  l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(e)  il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(f)  il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.

(2)  “tisġir” tfisser l-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil u/jew taż-żrigħ deliberat ta’ speċijiet tas-siġar reġjonali adattati fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art li timplika trasformazzjoni tal-użu tal-art mhux forestali għal wieħed forestali(21); [Em. 19]

(3)  “riforestazzjoni” hija l-istabbiliment mill-ġdid ta’ foresta permezz tat-tħawwil u/jew iż-żrigħ deliberat ta’ speċijiet tas-siġar reġjonali adattati fuq art ikklassifikata bħala foresta(22); [Em. 20]

(3a)   “agroforestrija” tfisser l-integrazzjoni ta’ siġar fuq art agrikola mingħajr bidla fil-klassifikazzjoni ta’ dik l-art; [Em. 120]

(4)  “unita taż-żrieragħ” tfisser il-koni, l-infruttexxenzi, il-frott u ż-żrieragħ intiżi għall-produzzjoni ta’ stokk għat-tħawwil jew għaż-żrigħ dirett; [Em. 21]

(5)  “stokk għat-tħawwil” tfisser kwalunkwe pjanta jew parti minn pjanta użata fil-propagazzjoni tal-pjanti u tinkludi pjanti mtellgħin minn unitajiet taż-żrieragħ, minn partijiet ta’ pjanti, jew minn pjanti minn riġenerazzjoni naturali;

(6)  “partijiet ta’ pjanti” tfisser biċċiet ta’ zkuk, biċċiet ta’ weraq, biċċiet ta’ għeruq, espjanti jew embrijuni mill-mikropropagazzjoni, għajnijiet, tarqidiet, għeruq, brokkijiet tat-taħwil, gruppi u kwalunkwe parti oħra ta’ pjanta użati għall-produzzjoni ta’ stokk għat-tħawwil;

(7)  “produzzjoni” tfisser l-istadji kollha fil-ġenerazzjoni taż-żerriegħa u tal-pjanti, il-konverżjoni mill-unità taż-żrieragħ għaż-żerriegħa, u t-tkabbir tal-pjanti minnta’ żrieragħ, ta’ partijiet minn pjanti u ta’ pjanti kif ukoll dawk meħtieġa biex jinkiseb stokk adegwat għat-tħawwil, bil-ħsieb li l-FRM rispettiv jiġi kkummerċjalizzat; [Em. 22]

(8)  “sors taż-żrieragħ” tfisser is-siġar f’żona definita, minn fejn tinġabar iż-żerriegħaunità taż-żrieragħ; [Em. 23]

(9)  “popolament” tfisser popolazzjoni delineata ta’ siġar li jippossjedu uniformità suffiċjenti fil-kompożizzjoni;

(10)  “ġardina taż-żrieragħ” tfisser il-pjantaġġun ta’ siġar magħżulin, li fihom kull siġra tkun identifikata minn klonu, minn familja jew minn provenjenza, li tkun iżolata jew ġestita sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas id-dakkir minn sorsi esterni, u ġestita għall-produzzjoni ta’ għelejjel ta’ żrieragħ frekwenti, abbondanti u li jinħasdu faċilment;

(11)  “ġenituri ta’ familja/i” tfisser siġar użati bħala ġenituri sabiex jinkiseb in-nisel permezz tad-dakkir kontrollat jew fil-miftuħ ta’ ġenitur identifikat wieħed użat bħala l-femminili (“is-siġra omm”), bit-trab tad-dakra ta’ “siġra missier” waħda, mill-istess ġenituri) jew għadd ta’ “siġar missier” identifikati jew mhux identifikati (nofs aħwa);

(12)  “klonu” tfisser grupp ta’ individwi (rameti) oriġinarjament derivati minn individwu wieħed (orteti) permezz tal-propagazzjoni veġetattiva, pereżempju b’biċċiet tal-pjanti, b’mikropropagazzjoni, bi brokkijiet, b’tarqidiet jew b’diviżjonijiet;

(13)  “taħlita ta’ kloni” tfisser taħlita ta’ kloni identifikati fi proporzjonijiet definiti;

(14)  “materjal bażiku” tfisser kwalunkwe waħda mis-segwenti: sors taż-żrieragħ, popolament, ġardina taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja/familji, klonu jew taħlitiet klonali;

(15)  “unità ta’ approvazzjoni” tfisser iż-żona kollha jew l-individwi tal-materjal bażiku għall-produzzjoni tal-FRM li tkun ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti; [Em. 24]

(16)  “unità tan-notifika” tfisser iż-żona kollha jew l-individwu/l-individwi tal-materjal bażiku għall-produzzjoni tal-FRM maħsub għall-iskop tal-konservazzjoni u tal-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti li tkun ġiet innotifikata lill-awtoritajiet kompetenti; [Em. 25]

(17)  “lott taż-żrieragħ” tfisser sett taż-żrieragħ miġburinta’ żrieragħ estratti u/jew imnaddfa minn materjal bażiku approvat u pproċessati b’mod uniformi; [Em. 26]

(18)  “lott tal-pjanti” tfisser brokk tal-istokk tat-taħwilta’ pjanti li jkun tkabbarġie prodott minn lott taż-żrieragħ wieħed jew minn stokk għat-tħawwil propagat b’mod veġetattiv li jkun tkabbarbrokk ta’ pjanti propagati veġetattivament li jkunu ġew prodotti f’żona delinjabbli u li jkun ġie pproċessatdelineabbli u li jkunu ġew ipproċessati b’mod uniformi; [Em. 27]

(19)  “numrukodiċi tal-lott” tfisser in-numruil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-lott taż-żrieragħ jew tal-lott tal-pjanti, kif xieraq; [Em. 28]

(20)  “provenjenza” tfisser il-post fejn kwalunkwe popolament ta’ siġar ikun qiegħed jikber;

(21)  “sottospeċi” tfisser grupp fi speċi li jkun sar kemxejn fenotipikament u ġenetikament differenti mill-bqija tal-grupp;

(22)  “reġjun tal-provenjenza” tfisser, fir-rigward ta’ speċi jew ta’ sottospeċi, iż-żona jew il-grupp ta’ żoni soġġetti għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi suffiċjentement uniformi, li fihom jinstabu popolamenti jew sorsi taż-żrieragħ li juru karatteristiċi fenotipiċi jew ġenetiċi simili, filwaqt li jittieħed kont tal-limiti tal-altitudni, meta jkun xieraq;

(23)  “popolament awtoktonu” tfisser popolament ta’ speċijiet ta’ siġar nattivi li jkun ġie kontinwament riġenerat jew permezz ta’ riġenerazzjoni naturali jew b’mod artifiċjali b’FRM miġbur fl-istess popolament jew popolamenti ta’ speċijiet ta’ siġar nattivi fil-viċin;

(24)  “popolament indiġenu” tfisser popolament awtoktonu jew popolament imkabbar b’mod artifiċjali minn żerriegħa, meta l-oriġini ta’ dan il-popolament u l-popolament innifsu jkunu jinsabu fl-istess reġjun ta’ provenjenza;

(25)  “oriġini” tfisser kif ġej:

(a)  għal sors taż-żrieragħ awtoktoni jew għal popolament awtoktonu, il-post li fih ikunu qegħdin jikbru s-siġar;

(b)  għal sors taż-żrieragħ mhux awtoktoni jew għal popolament mhux awtoktonu, il-post minn fejn iż-żerriegħa jew il-pjanti ġew introdotti oriġinarjament;

(c)  għal ġardina taż-żrieragħ, il-postijiet fejn kienu jinsabu il-komponenti tagħha oriġinarjament, bħall-provenjenzi tagħhom jew informazzjoni ġeografika rilevanti oħra;

(d)  għall-ġenituri ta’ familji, il-postijiet fejn kienu jinsabu il-komponenti tagħhom oriġinarjament, bħall-provenjenzi tagħhom jew informazzjoni ġeografika rilevanti oħra;

(e)  għal klonu, l-oriġini hija l-post, fejn l-ortet hija jew kienet lokalizzata jew intgħażlet inizjalment;

(f)  għal taħlita klonali, l-oriġini huma l-postijiet, fejn l-orteti huma jew kienu lokalizzati jew intgħażlu inizjalment;

(26)  “lok fejn jinsab il-materjal bażiku” tfisser iż-żona ġeografika jew il-pożizzjoni(jiet) ġeografika/ċi tal-materjal bażiku kif xieraq għal kull kategorija ta’ FRM;

(27)  “post tal-produzzjoni ta’ kloni jew ta’ taħlitiet klonali jew ta’ ġenituri ta’ familji” tfisser il-post jew il-pożizzjoni ġeografika eżatta, fejn ġie prodott l-FRM;

(28)  “materjal primarju” tfisser pjanta, grupp ta’ pjanti, FRM, stokk ta’ DNA jew informazzjoni ġenetika tal-klonu, jew tal-kloni fil-każ ta’ taħlita klonali, li sservi bħala materjal ta’ referenza għall-kontroll tal-identità tal-klonu/i;

(29)  “brokk tat-taħwil” tfisser biċċa zokk mingħajr għeruq;

(30)  “kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-azzjonijiet kummerċjali li ġejjin, imwettqin minn operatur professjonistiprofessjonist: il-bejgħ, iż-żamma jew l-offerta għall-iskop ta’ bejgħ jew ta’ kwalunkwe mod ieħor ta’ trasferiment, ta’ distribuzzjoni, inkluż id-dispaċċ, fi ħdan l-Unjoni jew ta’ importazzjoni fl-Unjoni, kemm jekk mingħajr ħlas kif ukoll jekk bi ħlas, ta’ FRM; [Em. 29]

(31)  “operatur professjonistiprofessjonist” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika involuta professjonalment, bl-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin, immirati lejn l-isfruttament kummerċjali tal-FRM: [Em. 30]

(a)  il-produzzjoni, inkluż it-tkabbir, il-multiplikazzjoni u ż-żamma tal-FRM;

(b)  il-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM;

(c)  il-ħżin, il-ġbir, id-dispaċċ u l-proċessar tal-FRM;

(32)  “awtorità kompetenti” tfisser awtorità ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru, jew, meta applikabbli, l-awtorità korrispondenti ta’ pajjiż terz, responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali, għar-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku, għaċ-ċertifikazzjoni tal-FRM u għal attivitajiet uffiċjali oħrajn li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, jew kwalunkwe awtorità oħra li lilha tkun ingħatat dik ir-responsabbiltà, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni;

(33)  “sorsi identifikati” tfisser kategorija ta’ FRM derivat minn materjal bażiku li jista’ jkun sors taż-żrieragħ jew popolament li jinsab f’reġjun wieħed ta’ provenjenza u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II;

(34)  “magħżul” tfisser kategorija ta’ FRM derivat minn materjal bażiku li jikkonsisti minn popolament li jinsab f’reġjun wieħed ta’ provenjenza, li jkun intgħażel b’mod fenotipiku fil-livell tal-popolazzjoni u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III;

(35)  “kwalifikat” tfisser kategorija ta’ FRM derivat minn materjal bażiku li jikkonsisti minn ġardini taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja/i, kloni jew taħlitiet klonali, li l-komponenti tagħhom ikunu ntgħażlu fenotipikament fil-livell individwali, u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV;

(36)  “ttestjat” tfisser kategorija ta’ FRM derivat minn materjal bażiku li jikkonsisti minn popolamenti, minn ġardini taż-żrieragħ, minn ġenituri ta’ familja/i, minn kloni jew minn taħlitiet klonali u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V;

(37)  “ċertifikazzjoni uffiċjali” tfisser ċertifikazzjoni ta’ FRM ta’ sorsi identifikati, magħżul, kwalifikat u ttestjat, jekk l-ispezzjonijiet rilevanti kollha u, meta xieraq, il-kampjunar u l-ittestjar tal-FRM ikunu twettqu mill-awtorità kompetenti u jekk ikun ġie konkluż li l-FRM jissodisfa r-rekwiżiti rispettivi ta’ dan ir-Regolament;

(38)  “kategorija” tfisser FRM li jikkwalifika bħala materjal ta’ sorsi identifikati, magħżul, kwalifikat jew ittestjat;

(39)  “organiżmu ġenetikament modifikat” tfisser organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, esklużi l-organiżmi miksubin permezz tat-tekniki ta’ modifika ġenetika elenkati fl-Anness IB tad-Direttiva 2001/18/KE;

(40)  “pjanta tal-NGT” tfisser pjanti miksubin b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar il-pjanti miksubin b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(41)  “żoni ta’ trasferiment taż-żrieragħ” tfisser żona u/jew żoni tal-altitudni deżinjati mill-awtoritajiet kompetenti għall-moviment ta’ FRM li jappartjeni għall-kategoriji sorsi identifikati u magħżul, filwaqt li jitqiesu, kif xieraq, l-oriġini u l-provenjenza tal-FRM, il-provi ta’ provenjenza, il-kundizzjonijiet ambjentali u t-tbassir dwar it-tibdil fil-klima fil-ġejjieni;

(42)  “żona ta’ varar għall-ġardini taż-żrieragħ u għall-ġenituri ta’ familja/familji” tfisser iż-żona deżinjata mill-awtoritajiet kompetenti, li fiha l-FRM li jappartjeni għall-kategoriji kwalifikat u ttestjatkwalifikati u ttestjati jiġi adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi ta’ dik iż-żona, filwaqt li jitqies, kif xieraq, il-lok fejn jinsabu l-ġardini taż-żrieragħ, il-ġenituri ta’ familja/familji u l-komponenti tiegħutagħhom, ir-riżultati ta’ testijiet tan-nisel u l-provi tal-provenjenza, il-kundizzjonijiet ambjentali u t-tbassir dwar it-tibdil fil-klima fil-ġejjieni; [Em. 31]

(43)  “żona ta’ varar għall-kloni u għat-taħlitiet klonali” tfisser iż-żona deżinjata mill-awtoritajiet kompetenti, li fiha l-FRM li jappartjeni għall-kategoriji kwalifikat u ttestjat jiġi adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi ta’ dik iż-żona, filwaqt li jitqiesu, kif xieraq, l-oriġini jew il-provenjenza tal-klonu/i, ir-riżultati ta’ testijiet tan-nisel u l-provi, tal-provenjenza u klonali, il-kundizzjonijiet ambjentali u t-tbassir dwar it-tibdil fil-klima fil-ġejjieni; [Em. 32]

(44)  “FOREMATIS” tfisser is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Materjal Riproduttiv tal-Foresti tal-Kummissjoni;

(45)  “riġenerazzjoni naturali” tfisser it-tiġdid tal-foresta bi proċessi naturali permezz ta’ foresta b’siġar li jiżviluppaw minn żrieragħ li waqgħu u ġġerminaw in situżrigħ, tnibbit, żarġin jew tirqid naturali; [Em. 33]

(46)  “pesti ta’ kwalità” tfisser pesti li jissodisfaw dan kollu li ġej:

(a)  ma humiex pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni, pesti ta’ kwarantina f’żona protetta, jew pesti regolati mhux ta’ kwarantina (“RNQPs”) skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/2031, u lanqas pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament;

(b)  iseħħu matul il-produzzjoni jew il-ħżin tal-FRM; u

(c)  il-preżenza tagħhom ikollha impatt negattiv inaċċettabbli fuq il-kwalità tal-FRM, u impatt ekonomiku inaċċettabbli fir-rigward tal-użu ta’ dak l-FRM fl-Unjoni;

(47)  “prattikament ħieles mill-pesti ta’ kwalità” tfisser kompletament ħieles mill-pesti ta’ kwalità, jew sitwazzjoni li fejn il-preżenza ta’ pesti ta’ kwalità fl-FRM rispettiv tkun tant baxxa li dawk il-pesti ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kwalità ta’ dak l-FRM. [Em. 34]

KAPITOLU II

MATERJAL BAŻIKU U FRM DERIVAT MINNU

Artikolu 4

Approvazzjoni tal-materjal bażiku għall-produzzjoni tal-FRM

1.  Il-materjal bażiku approvat mill-awtoritajiet kompetenti biss jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-FRM.

2.  Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “sorsi identifikati” għandu jiġi approvat, jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “magħżul” għandu jiġi approvat, jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “kwalifikat” għandu jiġi approvat, jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.

Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “ttestjat” għandu jiġi approvat, jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi II sa V għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku tista’ tinkludi, minbarra l-ispezzjoni viżwali, verifiki tad-dokumenti, testijiet u analiżijiet jew metodi komplementari oħrajn, kif ukoll l-użu ta’ tekniki bijomolekulari, jekk dawn jitqiesu aktar xierqa għall-iskop ta’ dik l-approvazzjoni.

Il-materjal bażiku għall-kategoriji kollha għandu jiġi vvalutat għall-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tiegħu kif stabbiliti fl-Annessi II sa V, sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi.

L-approvazzjoni tal-materjal bażiku għandha titwettaq b’referenza għall-unità tal-approvazzjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 26, li jemendaw l-Annessi II, III, IV u V, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni ta’:

(a)  FRM tal-kategorija “sorsi identifikati”, u b’mod partikolari r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tipi tal-materjal bażiku, id-daqs effettiv tal-popolazzjoni, l-oriġini u r-reġjun ta’ provenjenza, il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà;

(b)  FRM tal-kategorija “magħżul”, u b’mod partikolari r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-oriġini, l-iżolament, id-daqs effettiv tal-popolazzjoni, l-età u l-iżvilupp, l-uniformità, il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà, il-produzzjoni tal-volum, il-kwalità tal-injam, u l-forma jew id-drawwa (habitus) tat-tkabbir;

(c)  FRM tal-kategorija “kwalifikat”, u b’mod partikolari r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ġonna tas-siġar tal-frott, il-ġenituri ta’ familja/i, il-kloni u t-taħlitiet klonali;

(d)  FRM tal-kategorija “ttestjat”, u b’mod partikolari r-rekwiżiti dwar il-karatteristiċi li għandhom jiġu eżaminati, id-dokumentazzjoni, l-istabbiliment tat-testijiet, l-analiżi u l-validità tat-testijiet, l-evalwazzjoni ġenetika tal-komponenti tal-materjal bażiku, l-ittestjar komparattiv tal-FRM, l-approvazzjoni provviżorja u t-testijiet bikrin.

(e)  FRM f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 35]

Dawk l-emendi għandhom jadattaw ir-regoli għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku, l-iżvilupp ta’ għarfien xjentifiku u tekniku, u l-iżvilupp tal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u ta’ standards internazzjonali applikabbli oħrajn.

3.  Il-materjal bażiku approvat biss għandu jiġi inkluż fil-forma ta’ unità ta’ approvazzjoni fir-reġistru nazzjonali skont l-Artikolu 12. Kull unità ta’ approvazzjoni għandha tkun identifikata minn registru uniku ta’ referenza f’reġistru nazzjonali.

4.  L-approvazzjoni tal-materjal bażiku għandha tiġi rtirata, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jibqgħux issodisfati.

5.  Wara l-approvazzjoni, il-materjal bażiku għall-produzzjoni tal-FRM permezz tal-kategoriji magħzul, kwalifikat u ttestjat għandu jiġi spezzjonat mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti f’intervalli regolari.

6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 26, li jemendaw l-Annessi II, III, IV u V, sabiex tadattahom għall-iżvilupp tal-għarfien tekniku u xjentifiku, b’mod partikolari rigward l-użu ta’ tekniki bijomolekulari u għall-istandards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 5

Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM derivat minn materjal bażiku approvat

1.  L-FRM derivat minn materjal bażiku approvat għandu jiġi kkummerċjalizzat f’konformità mar-regoli li ġejjin minn operaturi professjonisti: [Em. 36]

(a)  l-FRM tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss, jekk ikun tal-kategoriji “sorsi identifikati”, “magħżul”, “kwalifikat” jew “ttestjat”, u jkun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4 u jekk dak il-materjal bażiku jissodisfa r-rekwiżiti tal-Annessi II, III, IV u V, rispettivament;

(b)  l-FRM tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss, jekk ikun tal-kategoriji “magħżul”, “kwalifikat” jew “ttestjat”, u jkun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4 u jekk dak il-materjal bażiku jissodisfa r-rekwiżiti tal-Annessi III, IV u V, rispettivament;

(c)  l-FRM tal-ispeċi tas-siġar u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I, li jkunu riprodotti b’mod veġetattiv, jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk:

(i)  ikun tal-kategoriji “magħżul”, “kwalifikat” jew “ttestjat”, u

(ii)  ikun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4 u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Annessi III, IV u V, rispettivament;

(iii)  FRM tal-kategorija “magħżul”, jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun ġie propagat miż-żrieragħ;

(d)  l-FRM tal-ispeċi tas-siġar u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I, li fih jew jikkonsisti f’organiżmi ġenetikament modifikati, jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk:

(i)  ikun tal-kategorija “ttestjat”, u

(ii)  ikun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4 u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V; u

(iii)  ikun awtorizzat għall-kultivazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE jew l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) 1829/2003, jew, fejn applikabbli, fl-Istat Membru rispettiv f’konformità mal-Artikolu 26b tad-Direttiva 2001/18/KE;

(iiia)   il-materjal ikun approvat mill-awtorità kompetenti; [Em. 121]

(iiib)   ikollu tikketta li tindika l-kliem “Tekniki Ġenomiċi Ġodda” f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) ... [OP: jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar l-NGT]; [Em. 122]

(e)  l-FRM tal-ispeċi tas-siġar u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I, li fih jew li jikkonsisti minn pjanta NGT tal-kategorija 1 kif definita fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) …/… (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar l-NGT ...), jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk:

(i)  ikun tal-kategorija “ttestjat”, u

(ii)  ikun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4 u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V; u

(iii)  il-pjanta tkun kisbet dikjarazzjoni tal-istatus ta’ pjanta NGT tal-kategorija 1 skont l-Artikolu 6 jew 7 tar-Regolament (UE) …/… (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar l-NGT...) jew hija mnissla minn pjanta/i bħal dawn;

(f)  l-FRM tal-ispeċi tas-siġar u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I, jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun akkumpanjat minn referenza għan-numru/i taċ-ċertifikat ewlieni tiegħu;

(g)  jikkonforma mal-Artikoli 36, 37, 40, 41, 42, 49, 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, pesti ta’ kwarantina f’żona protetta, RNQPs, u pesti soġġetti għall-miżuri skont l-Artikolu 30 ta’ dak ir-Regolament;

(h)  Fil-każ taż-żrieragħ, l-FRM tal-ispeċi tas-siġar u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I, jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss, jekk minbarra l-konformità mal-punti (a) sa (g), tkun disponibbli informazzjoni fir-rigward:

(i)  il-purità;

(ii)  ir-rata tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura; jekk ikunu qed jitwettqu proċeduri ta’ ttestjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-kummerċjalizzazzjoni qabel ir-riżultati tat-testijiet; il-fornitur huwa obbligat jikkomunika r-riżultati tat-testijiet lix-xerrej hekk kif ikunu disponibbli; [Em. 37]

(iii)  il-piż ta’ 1000 żerriegħa pura;

(iv)  l-għadd taż-żrieragħ ġerminabbli għal kull kilogramma tal-prodott kummerċjalizzat bħala żerriegħa, jew, meta l-għadd taż-żrieragħ li jistgħu jiġġerminaw ma jkunx possibbli jew imprattikabbli li jiġi vvalutat, f’perjodu limitat ta’ żmien, l-għadd taż-żrieragħ vijabbli għal kull kilogramma, b’referenza għal metodu speċifiku. [Em. 38]

2.  Il-kategoriji li permezz tagħhom l-FRM mit-tipi diversi tal-materjal bażiku jista’ jiġi kkummerċjalizzat huma kif stabbiliti fit-tabella fl-Anness VI.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26(2), li jemendaw it-tabella tal-Anness VI dwar il-kategoriji li permezz tagħhom l-FRM mit-tipi diversi tal-materjal bażiku jista’ jiġi kkummerċjalizzat.

Dik l-emenda għandha tadatta dawk il-kategoriji għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u tal-istandards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-FRM derivat minn materjal bażiku maħsub għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti

Sabiex l-FRM derivat minn materjal bażiku soġġett għad-deroga tal-Artikolu 18 jiġi kkummerċjalizzat, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-FRM tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun tal-kategorija “sorsi identifikati”;

(b)  l-FRM għandu jkun ta’ oriġini li tkun adattata b’mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali, jew adattata għall-għan ta’ migrazzjoni assistita meta rilevanti; kif ukoll; u [Em. 39]

(c)  l-FRM għandu jinġabar mill-individwi kollhaminn għadd massimu ta’ individwi tal-materjal bażiku nnotifikat., numeruż biżżejjed biex jippreserva d-diversità ġenetika tal-ispeċijiet; [Em. 40]

(ca)   għal speċijiet fejn il-propagazzjoni veġetattiva ġeneralment tintuża għall-skop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, għandha tintuża taħlita ta’ firxa varjata biżżejjed ta’ kloni sabiex tinżamm id-diversità ġenetika. [Em. 124]

Artikolu 7

Awtorizzazzjoni temporanja ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-FRM derivat minn materjal bażiku li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kategorija

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw temporanjament il-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM derivat minn materjal bażiku approvat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-kategorija xierqa msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punti (a), (b) u (c), wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2. [Em. 41]

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’dawk l-awtorizzazzjonijiet temporanji u bir-raġunijiet rispettivi li jiġġustifikaw l-approvazzjoni tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 26, li jissupplimentaw dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni temporanja lill-Istat Membru kkonċernat.

Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)  il-ġustifikazzjoni għall-għoti ta’ dik l-awtorizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament;

(b)  id-durata massimail-limitu taż-żmien tal-awtorizzazzjoni; [Em. 42]

(c)  l-obbligiir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi professjonisti li japplikaw dik l-awtorizzazzjoni; [Em. 43]

(d)  il-kontenut u l-forma tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Rekwiżiti speċjali għal ċerti speċijiet, kategoriji u tipi tal-FRM

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 26, li jissupplimentaw, kif meħtieġ, dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti kif xieraq għal kull tip, speċi jew kategorija tal-FRM:

(a)  dwar il-lottijiet tal-frott u taż-żrieragħ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I fir-rigward tal-purità tal-ispeċijiet;

(b)  fir-rigward ta’ partijiet ta’ pjanti tal-ispeċijiet u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I fir-rigward tal-kwalità fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali, tas-saħħa u tad-daqs;

(c)  għall-istandards esterni ta’ kwalità għall-Populus spp. propagati minn biċċiet zkuk jew brokkijiet tat-taħwil fir-rigward ta’ difetti u ta’ dimensjonijiet minimi għal biċċiet zkuk u għal brokkijiet tat-taħwil;

(d)  fir-rigward tal-istokk għat-tħawwil tal-ispeċijiet u tal-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I fir-rigward tal-kwalità fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali, tas-saħħa, tal-vitalità u tal-kwalità fiżjoloġika;

(e)  fir-rigward tal-istokk għat-tħawwil li għandu jiġi kkummerċjalizzat lill-utenti f’reġjuni li għandhom klima Mediterranja fir-rigward tad-difetti, tad-daqs u tal-età tal-pjanti u, meta xieraq, tad-daqs tal-kontenitur.

Dak l-att delegat għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti kif xieraq għal kull tip, speċi jew kategorija ta’ FRM fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-ispezzjonijiet, għall-kampjunar u għall-ittestjar, u għad-distanzi ta’ iżolament. Għandu jadatta dawk ir-rekwiżiti fuq il-bażi tal-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rispettivi, tal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, jew tal-iżviluppi klimatiċi u ekoloġiċi.

Artikolu 9

Pjan ta’ kontinġenza u reġistru nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza wieħed jew aktar sabiex jiżgura provvista suffiċjenti ta’ FRM għar-riforestazzjoni ta’ żoni affettwati minn avvenimenti tat-temp estremi, minn nirien, minn tifqigħat ta’ mard u ta’ pesti, minn diżastri jew minn kwalunkwe avveniment ieħor, kif rilevanti u identifikati fil-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju żviluppati f’konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE(24). Il-Kummissjoni għandha, fuq talba tal-Istat Membru, tagħmel disponibbli appoġġ tekniku għat-tfassil tal-pjan ta’ kontinġenza. [Em. 44]

Dak il-pjan ta’ kontinġenza għandu jitħejja għal dawk l-ispeċijiet ta’ siġar u għall-ibridi artifiċjali tagħhom elenkati fl-Anness I, li jitqiesu xierqa mill-Istati Membri għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi tagħhom, kemm dawk attwali ukif ukoll dawk imbassrin għall-ġejjieni tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 45]

Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jqis id-distribuzzjoni mbassra għall-ġejjieni tal-ispeċijiet ta’ siġar rilevanti u tal-ibridi artifiċjali tagħhom, fuq il-bażi tas-simulazzjonijiet tal-mudell klimatiku nazzjonali u/jew reġjonali għall-Istat Membru kkonċernat.

Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jqis l-emerġenza potenzjali ta’ żoni affettwati lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħdem ma’ Stati Membri oħra biex jiżgura provvista preventiva suffiċjenti ta’ FRM għaż-żoni transfruntiera affettwati. [Em. 46]

2.  L-Istati Membri, fi stadju xieraq, għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess ta’ tfassil u ta’ aġġornament ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza bħal dawn.

3.  Kull pjan ta’ kontinġenza għandu jinkludi dan li ġej:

(a)  ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ kwalunkwe avveniment li jikkawża nuqqas maġġuri tal-FRM, kif ukoll il-katina ta’ kmand u l-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti, minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn, minn korpi delegati jew minn persuni fiżiċi involuti, minn laboratorji u minn operaturi professjonisti, inkluża meta tkun xierqa, il-koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-pajjiżi terzi ġirien;

(aa)   l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet u l-miżuri preventivi, bħal pereżempju li s-siti tal-ħżin taż-żrieragħ u l-imxietel ikunu aktar siguri, u li jiżdied l-għadd ta’ siti tal-ħżin u ta’ mxietel; [Em. 47]

(b)  l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għall-provvisti ta’ FRM li jkunu nżammu għall-iskopijiet tal-ippjanar ta’ kontinġenza, għall-bini tal-operaturi professjonisti, b’mod partikolari għall-imxietel tal-foresti u għal-laboratorji li jipproduċu l-FRM, għall-operaturi u għall-persuni fiżiċi rilevanti oħrajn;

(c)  l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jkun meħtieġ, għat-tagħmir, għall-persunal, għall-għarfien espert estern u għar-riżorsi neċessarji għall-attivazzjoni rapida u effettiva tal-pjan ta’ kontinġenza;

(d)  il-miżuri li jikkonċernaw il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-operaturi professjonisti kkonċernati u lill-pubbliku, fir-rigward tan-nuqqas kbir tal-FRM, u l-miżuri meħudin kontrih fil-każ ta’ nuqqas kbir tal-FRM ikkonfermat uffiċjalment jew suspettat;

(e)  l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni tas-sejbiet tal-preżenza ta’ kwalunkwe nuqqas maġġuri tal-FRM;

(f)  il-valutazzjonijiet disponibbli tal-Istat Membru fir-rigward tar-riskju ta’ nuqqas kbir tal-FRM għat-territorju tiegħu u tal-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, u fuq l-ambjent;

(g)  il-prinċipji għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żona/i fejn seħħ nuqqas maġġuri tal-FRM;

(h)  il-prinċipji rigward it-taħriġ ta’ persunal tal-awtoritajiet kompetenti u, kifmeta disponibbli u xieraq, il-korpi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-laboratorji, l-operaturi professjonisti u persuni oħrajn imsemmijin fil-punt (a). [Em. 48]

L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw regolarment u, meta jkun xieraq, jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi fir-rigward tas-simulazzjonijiet tal-mudell klimatiku li jindirizzaw id-distribuzzjoni mbassra għall-ġejjieni tal-ispeċijiet ta’ siġar rilevanti u tal-ibridi artifiċjali tagħhom.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru nazzjonali msemmi fl-Artikolu 12 li: [Em. 49]

(a)  ikun fih l-ispeċijiet ta’ siġar u l-ibridi artifiċjali elenkati fl-Anness I, li huma rilevanti għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi attwali tal-Istat Membru kkonċernat;

(b)  iqis id-distribuzzjoni mbassra għall-ġejjieni ta’ dawk l-ispeċijiet ta’ siġar u tal-ibridi artifiċjali tagħhom.

Fi żmien 4 snin mid-data tal-istabbiliment tar-reġistri nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ kontinġenza għall-ispeċijiet u għall-ibridi artifiċjali inklużi fir-reġistri tagħhom.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkollaboraw ma’ xulxin u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha għall-istabbiliment tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, fuq il-bażi ta’ skambju tal-aħjar prattiki u tal-esperjenza miksuba bl-istabbiliment ta’ dawk il-pjanijiet.

6.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom disponibbli għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri l-oħrajn u għall-operaturi professjonisti rilevanti kollha permezz tal-pubblikazzjoni f’FOREMATIS.

KAPITOLU III

REĠISTRAZZJONI TAL-OPERATURI PROFESSJONISTI U TAL-MATERJAL BAŻIKU, U DEMARKAZZJONI TAR-REĠJUNI TA’ PROVENJENZA

Artikolu 10

Obbligi għall-operaturi professjonisti

1.  L-operaturi professjonisti għandhom jiġu rreġistrati f’reġistru previst fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’konformità mal-Artikolu 66 ta’ dak ir-Regolament.

Dawn għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjonifl-Istat Membru kkonċernat u awtorizzati mill-awtorità kompetenti. [Em. 50]

2.  L-operaturi professjonisti għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti u għall-utenti tal-FRM tagħhom l-informazzjoni meħtieġa kollhadwar l-identità tal-FRM kif ukoll informazzjoni dwar l-adegwatezza tiegħu għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi attwali u dawk imbassrin għall-ġejjieniabbażi tal-għarfien u d-data disponibbli. Qabel it-trasferiment tal-FRM ikkonċernat, Dik l-informazzjoni għandha, f’konformità mal-linji gwida tal-awtorità kompetenti, tiġi pprovduta lix-xerrej potenzjali permezz ta’ siti web, gwidi għall-persuni li jħawlu u mezzi xierqa oħrajn qabel it-trasferiment tal-FRM ikkonċernat. [Em. 51]

Artikolu 11

Demarkazzjoni tar-reġjuni ta’ provenjenza għal ċerti kategoriji

L-Istati Membri għandhom, għall-ispeċijiet rilevanti tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategoriji “sorsi identifikati” u “magħżul”, jiddemarkaw ir-reġjuni ta’ provenjenza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu u jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom mapep li juru d-demarkazzjoni tar-reġjuni ta’ provenjenza. Huma għandhom jagħmlu dawk il-mapep disponibbli għall-Kummissjoni u għal Stati Membri oħrajn permezz ta’ FOREMATIS.

Artikolu 12

Reġistru nazzjonali u listi nazzjonali tal-materjal bażiku

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jippubblika u jżomm aġġornat, f’format elettroniku, reġistru nazzjonali tal-materjal bażiku tad-diversi speċijiet approvati fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli 4 u 19 u nnotifikati skont l-Artikolu 18.

Dak ir-reġistru għandu jkun fih id-dettalji sħaħ ta’ kull unità tal-materjal bażiku approvat, flimkien mar-referenza unika tiegħu fir-reġistru.

B’deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw minnufih fir-reġistri nazzjonali tagħhom il-materjal bażiku inkluż, qabel … [ĠU, jekk jogħġbok, daħħal id-data ta’ dan ir-Regolament], fir-reġistri nazzjonali rispettivi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 1999/105/KE, mingħajr ma japplikaw il-proċedura ta’ reġistrazzjoni stabbilita f’dak l-Artikolu.

2.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jippubblika u jżomm aġġornata lista nazzjonali tal-materjal bażiku, li għandha tiġi ppreżentata bħala sommarju tar-reġistru nazzjonali. Għandu jagħmel dawk il-mapep disponibbli għall-Kummissjoni u għal Stati Membri oħrajn permezz ta’ FOREMATIS.

3.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-lista nazzjonali f’forma komuni għal kull unità ta’ approvazzjoni tal-materjal bażiku. Għall-kategoriji “sorsi identifikati” u “magħżul”, jista’ jkun fiha biss deskrizzjoni fil-qosor tal-materjal bażiku, fuq il-bażi tar-reġjuni ta’ provenjenza.

Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jipprovdu, b’mod partikolari, id-dettalji li ġejjin:

(a)  l-isem botaniku;

(b)  il-kategorija;

(c)  il-materjalit-tip ta’ materjal bażiku; [Em. 52]

(d)  ir-referenza tar-reġistru jew, meta jkun xieraq, sommarju tiegħu, jew il-kodiċi ta’ identità għar-reġjun ta’ provenjenza;

(e)  il-lok fejn jinsab il-materjal bażiku: isem qasir, jekk xieraq, u wieħed mill-gruppi segwenti ta’ dettalji:

(i)  għall-kategorija “sorsi identifikati”, ir-reġjun ta’ provenjenza u l-medda tal-latitudni, tal-lonġitudni u tal-altitudni;

(ii)  għall-kategorija “magħżul”, ir-reġjun ta’ provenjenza u l-pożizzjoni ġeografika ddefiniti mil-latitudni, mil-lonġitudni u mill-altitudni jew il-medda tal-latitudni, tal-lonġitudni u tal-altitudni;

(iii)  għall-kategorija “kwalifikat”, il-pożizzjoni(jiet) ġeografika/ċi eżatta/i ddefinita/i skont il-latitudni, il-lonġitudni u l-altitudni, fejn jinżamm il-materjal bażiku;

(iv)  għall-kategorija “ttestjat”, il-pożizzjoni(jiet) ġeografika/ċi eżatta/i ddefinita/i skont il-latitudni, il-lonġitudni u l-altitudni, fejn jinżamm il-materjal bażiku;

(f)  iż-żona: id-daqs tas-sors(i) taż-żrieragħ, tal-popolament(i) jew tal-ġardina/i taż-żrieragħ;

(g)  l-oriġini:

(i)  l-indikazzjoni ta’ jekk il-materjal bażiku jkunx awtoktonu/indiġenu, mhux awtoktonu/mhux indiġenu jew jekk l-oriġini tiegħu ma tkunx magħrufa;

(ii)  il-materjal bażiku mhux awtoktonu/mhux indiġenu, l-indikazzjoni tal-oriġini, jekk tkun magħrufa;

(h)  l-iskop tal-użu tal-FRM;

(i)  fil-każ ta’ FRM tal-kategorija “ttestjat”, indikazzjoni dwar jekk huwiex:

(i)  ġenetikament modifikat; jew

(ii)  pjanta NGT;

(j)  fil-każ tal-kategoriji kwalifikat u ttestjatkwalifikati u ttestjati, l-informazzjoni dwar il-post tal-produzzjoniiż-żona tal-ħsad użata għall-produzzjoni ta’ klonu/iklonu/kloni jew ta’ taħlita/ietlita/taħlitiet klonali, meta xieraq; [Em. 53]

(ja)   kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, jekk disponibbli; [Em. 54]

(jb)   jekk applikabbli, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali eżistenti fuq l-FRM. [Em. 134]

Artikolu 13

Lista tal-Unjoni tal-Materjal Bażiku Approvat

1.  Fuq il-bażi tal-listi nazzjonali pprovduti minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista intitolata “Lista tal-Unjoni tal-Materjal Bażiku Approvat għall-Produzzjoni tal-Materjal Riproduttiv tal-Foresti”.

Dik il-lista għandha ssir disponibbli f’format elettroniku permezz ta’ FOREMATIS.

2.  Dik il-lista għandha tirrifletti d-dettalji mogħtijin fil-listi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 12(1) u turi l-qasam tal-użu. [Em. 55]

Artikolu 13a

Produzzjoni minn materjal bażiku

1.   It-traċċabbiltà għandha tiġi żgurata mill-ġbir tal-FRM sal-kummerċjalizzazzjoni lill-utent finali.

2.   L-operaturi professjonisti għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni tagħhom li jaħsdu materjal riproduttiv tal-foresti qabel il-ħsad sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti torganizza l-kontrolli.

3.   L-operaturi professjonisti għandhom jissottomettu lill-awtorità kompetenti rekords li jiddokumentaw il-ħsad tal-FRM.

4.   It-tneħħija mill-post tal-ħsad hija permessa biss b’ċertifikat ewlieni.

5.   Fl-interess tal-ogħla diversità ġenetika possibbli fil-lott kollu taż-żerriegħa, min jaħsad iż-żerriegħa għandu jiżgura li l-lott taż-żrieragħ jitħallat b’mod intensiv waqt l-istadji kollha tal-ipproċessar qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew iż-żrigħ. [Em. 56]

KAPITOLU IV

ĊERTIFIKAT EWLIENI, TIKKETTAR U IMBALLAĠĠ

Artikolu 14

Ċertifikat ewlieni tal-identità

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu, mal-applikazzjoni tal-operatur professjonist, wara l-ħsad tal-FRM minn materjal bażiku approvat, ċertifikat ewlieni tal-identità (“ċertifikat ewlieni”), li juri r-referenza unika tar-reġistru tal-materjal bażiku, għall-FRM kollu li jkun inħasad.

Iċ-ċertifikat ewlieni għandu jafferma l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2) li l-FRM huwa derivat minn materjal bażiku approvat. [Em. 57]

Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kontenut u l-mudell għaċ-ċertifikat ewlieni ta’ identità għall-FRM:

(a)  Mudell taċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM li huwa derivat mis-sorsi taż-żrieragħ u mill-popolamenti;

(b)  Mudell taċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM li huwa derivat mill-ġardini taż-żrieragħ jew mill-ġenituri ta’ familja/i; u

(c)  Mudell taċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM li huwa derivat mill-kloni u mit-taħlitiet klonali;

(ca)   Mudell taċ-ċertifikat ewlieni għal FRM li huwa derivat minn taħlita. [Em. 58]

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

2.  Meta f’konformità mal-Artikolu 15(2) Stat Membru jadotta miżuri fir-rigward tal-propagazzjoni veġetattiva sussegwenti, għandu jinħareġ ċertifikat ewlieni ġdid.

3.  Meta jseħħ it-taħlit f’konformità mal-Artikolu 15(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-referenzi tar-reġistru tal-komponenti tat-taħlitiet ikunu identifikabbli, u għandu jinħareġ ċertifikat ewlieni ġdid jew dokument ieħor li jidentifika t-taħlita.

4.  Meta l-lott imsemmi fl-Artikolu 15(1) ikun maqsuma f’lottijiet iżgħar li ma jiġux ipproċessati b’mod uniformi u soġġetti għal propagazzjoni veġetattiva sussegwenti, għandu jinħareġ ċertifikat ewlieni ġdid u għandha ssir referenza għan-numru taċ-ċertifikat ewlieni preċedenti.

4a.   Fil-każ ta’ taħlita, l-operatur professjonist għandu jħabbar it-taħlit lill-awtorità kompetenti minn qabel sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti tissorvelja l-proċess tat-taħlit. [Em. 59]

5.  Ċertifikat ewlieni jista’ jinħareġ ukoll f’forma elettronika (“ċertifikat ewlieni elettroniku”).

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin elettroniċi, sabiex tiżgura l-konformità tagħhom ma’ dan l-Artikolu u mod xieraq, kredibbli u effettiv għall-ħruġ taċ-ċertifikati ewlenin elettroniċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

6.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26, li jissupplimentaw dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu regoli dwar:

(a)  ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet kollha meħudin mill-operatur professjonist u mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jinħareġ iċ-ċertifikat ewlieni; u

(b)  l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tikkollega lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita l-proċessar ta’ dawk ir-rekords, l-aċċess għalihom u l-użu tagħhom.

6a.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jaġġorna lista nazzjonali ta’ ċertifikati ewlenin maħruġa u jagħmel dik il-lista disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti. [Em. 60]

Artikolu 15

Lottijiet

1.  L-FRM, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, għandu jinżamm separat b’referenza għal unitajiet individwali tal-approvazzjoni tal-materjal bażiku u ċ-ċertifikat ewlieni, meta jinħareġ, sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-FRM għall-materjal bażiku approvat li minnu jkun inħasad. L-FRM għandu jinħasad minn dawk l-unitajiet individwali ta’ approvazzjoni u jiġi kkummerċjalizzat f’lottijiet li għandhom ikunu omoġenji biżżejjed u identifikati bħala distinti minn lottijiet oħrajn ta’ FRM. [Em. 61]

Kull lott ta’ FRM għandu jkun identifikat permezz ta’ dawn li ġejjin:

(a)  in-numruil-kodiċi tal-lott; [Em. 62]

(aa)   skop; [Em. 63]

(b)  il-kodiċi u n-numru taċ-ċertifikat ewlieni;

(c)  l-isem botaniku;

(d)  il-kategorija ta’ FRM;

(e)  il-materjalit-tip ta’ materjal bażiku; [Em. 64]

(f)  ir-referenza tar-reġistru jew il-kodiċi ta’ identità għar-reġjun ta’ provenjenza;

(g)  ir-reġjun ta’ provenjenza għall-FRM tal-kategoriji “sorsi identifikati” u “magħżul” jew għal FRM ieħor, jekk ikun xieraq;

(h)  jekk ikun xieraq, jekk l-oriġini tal-materjal bażiku tkunx awtoktona/indiġena, jew mhux awtoktona/mhux indiġena, jew mhux magħrufa;

(i)  fil-każ ta’ unitajiet taż-żrieragħ, is-sena tal-maturazzjoni, il-purità, il-perċentwal ta’ ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura, il-piż ta’ 1000 żerriegħa pura, l-għadd ta’ żrieragħ ġerminabbli għal kull kilogramma u l-isem tal-istazzjon tal-ittestjar taż-żrieriagħ; [Em. 65]

(j)  l-età u t-tip ta’ stokk għat-tħawwil taz-zkuk jew tal-biċċiet, sew jekk maqtugħin minn taħt, trapjanti jew f’kontenituri;

(k)  għall-kategorija “ttestjat”, jekk huwiex:

(i)  ġenetikament modifikat;

(ii)  pjanta NGT;

(ka)   jekk applikabbli, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali eżistenti fuq l-FRM. [Em. 135]

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 5(1)(c), l-Istati Membri għandhom iżommu separatament l-FRM, li jkun soġġett għal propagazzjoni veġetattiva sussegwenti u għandhom jidentifikawh bħala tali. Tali FRM għandu jkun inħasad minn unità waħda ta’ approvazzjoni fil-kategoriji “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat”. F’każijiet bħal dawn, l-FRM prodott għandu jassumi l-istess kategorija bħall-FRM oriġinali.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, it-taħlit tal-FRM għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin, kif xieraq:

(a)  fi ħdan il-kategoriji “sorsi identifikati” jew “magħżul”, it-taħlit għandu japplika għall-FRM derivat minn żewġ unitajiet ta’ approvazzjoni jew aktar f’reġjun wieħed ta’ provenjenza;

(b)  fil-każ tat-taħlit tal-FRM f’reġjun wieħed ta’ provenjenza, minn sorsi taż-żrieragħ u popolamenti fil-kategorija “sorsi identifikati”, il-lott ikkombinat il-ġdid għandu jiġi ċċertifikat bħala “FRM derivat minn sors taż-żrieragħ”;

(c)  fil-każ ta’ taħlit tal-FRM derivat minn materjal bażiku mhux awtoktonu jew mhux indiġenu ma’ dak minn materjal bażiku ta’ oriġini mhux magħrufa, il-lott ikkombinat il-ġdid għandu jiġi ċċertifikat bħala “ta’ oriġini mhux magħrufa”;

(d)  fil-każ tat-taħlit tal-FRM derivat minn unità waħda ta’ approvazzjoni minn snin diversi ta’ maturazzjoni, għandhom jiġu rreġistrati s-snin attwali ta’ maturazzjoni u l-proporzjon tal-FRM minn kull sena.

Fil-każ ta’ taħlit f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) jew (c), il-kodiċi tal-identità għar-reġjun ta’ provenjenza jista’ jiġi ssostitwit għar-referenza tar-reġistru bħal fil-paragrafu 1, il-punt (f).

Artikolu 16

Tikketta uffiċjali

1.  Għandha tinħareġ tikketta uffiċjali mill-awtorità kompetenti jew mill-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali ta’ awtorità kompetenti għal kull lott tal-FRM li jiċċertifika l-konformità ta’ dak l-FRM mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolumal-Artikolu 5. [Em. 66]

1a.   It-tikketta uffiċjali għandha tkun stampata minn:

(a)   l-awtorità kompetenti, jekk tintalab tagħmel dan mill-operatur professjonist; jew

(b)   l-operatur professjonist, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. [Em. 67]

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw lill-operatur professjonist sabiex jistampa t-tikketta uffiċjali wara li l-awtorità kompetenti tkun attestat il-konformità ta’ dak l-FRM mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 5. L-operatur professjonist huwa awtorizzat joħroġ u/jew jistampa dik it-tikkettat-tikketta uffiċjali, jekk, fuq il-bażi ta’ awditu, l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li l-operatur ikollu l-kompetenza, l-infrastruttura u r-riżorsi suffiċjentisabiex jistampa t-tikketta uffiċjali. [Em. 68]

3.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli regolari sabiex tivverifika jekk l-operatur professjonist jikkonformax mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2.

Meta, wara li tkun tat l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti ssib li l-operatur professjonist ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmijin f’dak il-paragrafu, hija għandha tirtira, mingħajr dewmien, jew temenda kif xieraq, l-awtorizzazzjoni.

4.  Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 15(1), it-tikketta uffiċjali jew dokument ieħor mill-fornitur bl-informazzjoni meħtieġa skont dak l-Artikolu għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja: [Em. 69]

(a)  in-numru/i taċ-ċertifikat ewlieni maħruġ(in) f’konformità mal-Artikolu 14 jew referenza għad-dokument l-ieħor li jidentifika t-taħlita disponibbli f’konformità mal-Artikolu 14(3);

(b)  l-isem tal-operatur professjonistl-ismijiet tal-operaturi professjonisti fornituri, inkluż l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni tagħhom, u l-ismijiet tar-riċevituri, inkluż l-indirizz tagħhom; [Em. 70]

(c)  il-kwantità fornita;

(d)  fil-każ ta’ FRM tal-kategorija “ttestjat”, li l-materjal bażiku tiegħu jkun approvat skont l-Artikolu 4, il-kliem “approvat b’mod provviżorju”;

(e)  jekk l-FRM ikunx ġie ppropagat b’mod veġetattiv;

(ea)   kodiċi QR bl-istruzzjonijiet dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb, jaħżen u jħawwel l-FRM. [Em. 71]

5.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-elementi li ġejjin dwar it-tikketta uffiċjali:

(a)  il-kontenut tat-tikketta uffiċjali;

(b)  informazzjoni addizzjonali fil-każ taż-żrieragħ u ta’ kwantitajiet żgħar taż-żrieragħ;

(c)  il-kulur tat-tikketta għal kategoriji speċifiċi jew għal tipi oħrajn ta’ FRM; [Em. 72]

(d)  informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet speċifiċi;

(da)   indikazzjoni dwar jekk il-materjal huwiex prodott ta’ modifika ġenetika skont id-Direttiva 2001/18/KE. [Em. 136]

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

5a.   Jekk l-operatur professjonist juża tikketta jew dokument ikkuluriti fir-rigward ta’ kwalunkwe kategorija tal-FRM, il-kulur tat-tikketta jew tad-dokument tal-fornitur għandu jikkorrispondi mal-kulur indikat fl-Anness VI. [Em. 73]

6.  Tista’ tinħareġ ukoll tikketta uffiċjali f’forma elettronika (“tikketta uffiċjali elettronika”).

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta’ tikketti uffiċjali elettroniċi, sabiex tiżgura l-konformità tagħhom ma’ dan l-Artikolu u mod xieraq, kredibbli u effettiv għall-ħruġ ta’ dawk it-tikketti uffiċjali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

7.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26, li jissupplimentaw dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu regoli dwar:

(a)  ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet kollha meħudin mill-operaturi professjonisti u mill-awtoritajiet kompetenti sabiex joħorġu t-tikketti uffiċjali;

(b)  l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tikkollega lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita l-ipproċessar ta’ dawk ir-rekords, l-aċċess għalihom u l-użu tagħhom.

Artikolu 17

Pakketti ta’ unitajiet taż-żrieragħ

L-unitajiet taż-żrieragħ jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss f’pakketti ssiġillati li ma jistax jibqgħujibqgħux tajbin biex jintużaw ladarba jinfetaħ il-pakkett. Għall-prevenzjoni tat-taħsir tal-FRM, l-imballaġġ tal-pakkett issiġillat jista’ jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-FRM rispettiv. [Em. 74]

KAPITOLU V

DEROGI MILL-ARTIKOLU 4

Artikolu 18

Deroga mill-obbligu ta’ approvazzjoni għall-materjal bażiku maħsub għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti

1.  B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), ir-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti fir-reġistru nazzjonali ma għandhiex tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Kwalunkwe operatur professjonist li jirreġistra l-materjal bażiku għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti użati fil-forestrija, għandu jinnotifika dak il-materjal bażiku lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  Il-materjal bażiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-format ta’ FOREMATIS.

In-notifika tal-materjal bażiku għandha ssir b’referenza għall-unità tan-notifika.

Kull unità tan-notifika għandha tkun identifikata minn reġistru uniku ta’ referenza f’reġistru nazzjonali.

Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:msemmija fl-Artikolu 12(3).

(a)   l-isem botaniku;

(b)   il-kategorija;

(c)   il-materjal bażiku;

(d)   ir-referenza tar-reġistru jew, meta jkun xieraq, sommarju tiegħu, jew il-kodiċi ta’ identità għar-reġjun ta’ provenjenza;

(e)   il-lokalità: isem qasir, jekk ikun xieraq, u r-reġjun ta’ provenjenza u l-medda tal-latitudni, tal-lonġitudni u tal-altitudni;

(f)   iż-żona: id-daqs tas-sors(i) taż-żrieragħ jew tal-popolament(i);

(g)   l-oriġini: indikazzjoni ta’ jekk il-materjal bażiku jkunx awtoktonu/indiġenu, mhux awtoktonu/mhux indiġenu jew jekk l-oriġini tiegħu ma tkunx magħrufa. Għall-materjal bażiku mhux awtoktonu/mhux indiġenu, l-indikazzjoni tal-oriġini jekk tkun magħrufa;

(h)   l-iskop: il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi. [Em. 75]

4.  Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-kontenut ta’ dik in-notifika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu l-iżvilupp tal-istandards internazzjonali applikabbli u għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 19

Approvazzjoni mill-operaturi professjonisti tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija sorsi identifikati

B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi professjonisti japprovaw, għal ċerti speċijiet, il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija sorsi identifikati, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ir-reġjun ta’ provenjenza, fejn jinsab il-materjal bażiku, ikun soġġett għal kundizzjonijiet tat-temp estrem; u

(b)  dawk il-kundizzjonijiet tat-temp għandhom impatt fuq iċ-ċiklu riproduttiv tal-materjal bażiku u jnaqqsu l-frekwenza tal-ħsad tal-FRM minn dak il-materjal bażiku.

Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjonitiġi notifikata lill-Kummissjoni. [Em. 76]

Artikolu 20

Approvazzjoni provviżorja tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija ttestjat

B’deroga mill-Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-approvazzjoni, għal perjodu massimu ta’ 10 snin, fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ttestjat” meta, mir-riżultati provviżorji tal-evalwazzjoni ġenetika jew tat-testijiet komparattivi msemmijin fl-Anness V, ikun jista’ jiġi preżunt li ladarba jitlestew it-testijiet, il-materjal bażiku se jkun jissodisfa r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Diffikultajiet temporanji fil-provvista

1.  Sabiex tingħeleb kwalunkwe diffikultà temporanja fil-provvista ġenerali tal-FRM li sseħħ fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed affettwat, tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri sabiex japprovaw għall-kummerċjalizzazzjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, l-FRM ta’ speċi waħda jew aktar li jkun ġie derivat minn materjal bażiku, li jissodisfa rekwiżiti anqas stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2).

2.  Meta l-Kummissjoni taġixxi f’konformità mal-paragrafu 1, it-tikketta uffiċjali maħruġa skont l-Artikolu 16(1) għandha tiddikjara li l-FRM ikkonċernat ikun ġie dderivat minn materjal bażiku li jissodisfa rekwiżiti anqas stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2).

3.  L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 22

Esperimenti temporanji sabiex jinstabu alternattivi aħjar għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament

1.  B’deroga mill-Artikoli 1, 4 u 5, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, dwar l-organizzazzjoni ta’ esperimenti temporanji sabiex tfittex alternattivi aħjar għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-ispeċi jew l-ibridi artifiċjali li japplika għalihom, ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM.

Dawk l-esperimenti jistgħu jieħdu l-forma ta’ provi tekniċi jew xjentifiċi li jeżaminaw il-fattibbiltà u l-adegwatezza ta’ rekwiżiti ġodda meta mqabblin ma’ dawk stabbiliti fl-Artikoli 1, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2) u għandhom jispeċifikaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)  l-ispeċijiet jew l-ibridi artifiċjali kkonċernati;

(b)  il-kundizzjonijiet tal-esperimenti għal kull speċi jew ibridu artifiċjali;

(c)  id-durata tal-esperiment;

(d)  l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-Istati Membri parteċipanti.

Dawk l-atti għandhom iqisu l-evoluzzjoni ta’ dawn:

(a)  il-metodi għad-determinazzjoni tal-oriġini tal-materjal bażiku inkluż l-użu ta’ tekniki bijomolekulari;

(b)  il-metodi għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali applikabbli;

(c)  il-metodi għar-riproduzzjoni, għall-produzzjoni inkluż l-użu ta’ proċessi tal-produzzjoni innovattivi;

(d)  il-metodi għad-disinn ta’ skemi ta’ inkroċjar ta’ komponenti tal-materjal bażiku;

(e)  il-metodi għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-materjal bażiku u tal-FRM;

(f)  il-metodi għall-kontroll tal-FRM ikkonċernat.

Dawk l-atti għandhom jadattaw għall-evoluzzjoni tat-tekniki għall-produzzjoni tal-FRM ikkonċernat, u għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe prova u test komparattivi mwettqin mill-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-riżultati ta’ dawk l-esperimenti u tiġborhom fil-qosor f’rapport, filwaqt li tindika, jekk ikun meħtieġ, il-ħtieġa li jiġu emendati l-Artikoli 1, 4 jew 5.

Artikolu 23

Awtorizzazzjoni sabiex jiġu adottati rekwiżiti aktar stretti

1.  B’deroga mill-Artikolu 4, il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u għall-produzzjoni tal-FRM rekwiżiti ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk imsemmijin f’dak l-Artikolu, fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat jew f’parti minnu, dment li dawk ir-rekwiżiti ma jipprojbixxux, ma jimpedixxux u ma jirrestrinġux il-moviment liberu tal-FRM li jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). [Em. 77]

2.  Għall-iskopijiet tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni talba li tistabbilixxi:

(a)  l-abbozzi tad-dispożizzjonijiet li fihom ir-rekwiżiti proposti;

(b)  ġustifikazzjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ tali rekwiżiti.

3.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-miżuri mitlubin jiżguraw tal-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)  it-titjib tal-kwalità tal-FRM ikkonċernat;

(ii)  il-ħarsien tal-ambjent: l-adattament għat-tibdil fil-klima jew il-kontribut għall-ħarsien, it-tisħiħ tal-bijodiversità, għar-restawrjew ir-restawr tal-ekosistemi tal-foresti u l-appoġġ għall-funzjonament tagħhom; [Em. 78]

(b)  il-miżuri mitlubin ikunu meħtieġa u proporzjonati għall-objettiv tagħhom skont il-punt (a); u

(c)  il-miżuri jkunu ġustifikati fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi fl-Istat Membru kkonċernat.

4.  Meta l-Istati Membri jkunu adottaw rekwiżiti addizzjonali jew aktar stretti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/105/KE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, sa … [sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], jirrieżaminaw dawk il-miżuri u jħassru jew jemendaw dawk il-miżuri sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dawk l-azzjonijiet.

KAPITOLU VI

IMPORTAZZJONIJIET TAL-FRM

Artikolu 24

Importazzjonijiet fuq il-bażi tal-ekwivalenza tal-Unjoni

1.  L-FRM jista’ jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi biss jekk jiġi stabbilit, skont il-paragrafu 2, li jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni. Il-proċess tal-valutazzjoni u tal-istabbiliment tal-ekwivalenza għandu jkun ibbażat fuq eżami dettaljat tal-istandards tal-identità u tal-kwalità u ta’ rekwiżiti oħra applikabbli għall-FRM. [Em. 79]

2.  Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk l-FRM ta’ ġeneri, ta’ speċijiet jew ta’ kategoriji speċifiċi f’pajjiż terz jissodisfax rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni, fuq il-bażi ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)  eżami bir-reqqa tal-informazzjoni u tad-data pprovduti mill-pajjiż terz ikkonċernat; u

(b)  ir-riżultat sodisfaċenti ta’ awditu mwettaq mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat, meta dak l-awditjar ikun tqies meħtieġ mill-Kummissjoni;

(c)  li l-pajjiż terz jipparteċipa fl-Iskema tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.  Meta tadotta d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk is-sistemi, għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku u għall-produzzjoni sussegwenti tal-FRM minn dak il-materjal bażiku, applikati fil-pajjiż terz ikkonċernat, jipprovdux l-istess garanziji bħal dawk previsti fl-Artikoli 4, 5 u, meta applikabbli, fl-Artikolu 11, għall-kategoriji “sorsi identifikati”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat”.

Artikolu 25

Notifika u ċertifikati tal-FRM importat

1.  L-operaturi professjonisti li jimportaw l-FRM fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti rispettiva qabel l-importazzjoni permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625.

2.  L-FRM importat għandu jkun akkumpanjat minn dawn kollha li ġejjin:

(a)  ċertifikat ewlieni jew ċertifikat uffiċjali ieħor maħruġ mill-pajjiż terz ta’ oriġini;

(b)  tikketta uffiċjali; u

(c)  rekords li fihom dettalji ta’ dak l-FRM ipprovduti mill-operatur professjonist f’dak il-pajjiż terz;

(ca)   ċertifikat ewlieni ġdid maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni, li għandu jissostitwixxi ċ-ċertifikat ewlieni jew iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-punt (a) wara l-importazzjoni, jew ċertifikat li jattesta l-eżistenza ta’ dan iċ-ċertifikat ġdid. [Em. 80]

3.  Wara l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tissostitwixxi:

(a)  iċ-ċertifikat ewlieni jew iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a) b’ċertifikat ewlieni ġdid maħruġ fl-Istat Membru kkonċernat; u

(b)  it-tikketta uffiċjali msemmija fil-l-paragrafu 2, il-punt (b) b’tikketta uffiċjali ġdida maħruġa fl-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2), fl-Artikolu 4(2) u (6), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 14(6) u fl-Artikolu 16(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal estensjoni bħal din mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2), fl-Artikolu 4(2) u (6), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 14(6) u fl-Artikolu 16(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħturin minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-involviment ta’ esperti maħtura mill-Istati Membri jfisser li tista’ titressaq mal-mejda firxa wiesgħa ta’ għarfien espert u perspettivi nazzjonali, u b’hekk tikkontribwixxi għal teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat u bbilanċjat fir-rigward tal-atti delegati. [Em. 81]

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 4(2) u (6), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 16(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011(26).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU VIII

Rapportar, penali u emendi tar-Regolamenti (UE) 2016/2031 u 2017/625

Artikolu 28

Rapportar

Sa … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ 5 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull 5 snin wara din, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar dan li ġej:

(a)  il-kwantitajiet tal-FRM iċċertifikat fis-sena, fejn ikun inħareġ ċertifikat ewlieni; [Em. 82]

(b)  l-għadd tal-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali adottati mill-Istati Membri għat-tħejjija għad-diffikultajiet fil-provvista tal-FRM u ż-żmien meħtieġu r-riżorsi meħtieġa għall-attivazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet ta’ kontinġenza; [Em. 83]

(c)  l-għadd tas-siti web u/jew tal-gwidi nazzjonali għall-persuni li jħawlu li jkun fihom informazzjoni dwar fejn ikun l-aħjar li jitħawwel l-FRM;

(d)  il-kwantitajiet tal-FRM għal kull ġeneru u speċi importati minn pajjiżi terzi skont l-ekwivalenza tal-Unjoni;

(e)  il-penali imposti skont l-Artikolu 29.

Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-formati tekniċi għar-rapport previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 29

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u l-miżuri u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali finanzjarji għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, imwettaq permezz ta’ prattiki frawdolenti jew qarrieqa, jirriflettu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-anqas il-vantaġġ ekonomiku għall-operatur professjonali jew, kif xieraq, perċentwal tal-fatturat tal-operatur professjonist.

Artikolu 30

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/2031

Ir-Regolament (UE) 2016/2031 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 37, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

“4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, fejn meħtieġ, tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 36, il-punt (f), ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom, fejn meħtieġ, jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-moviment ta’ dawk il-pjanti fl-Unjoni.;”

"

(2)  fl-Artikolu 83, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“5a. Fil-każ tal-pjanti għat-tħawwil prodotti, jew ikkummerċjalizzati, bħala kategoriji sorsi identifikati, magħżul, kwalifikat jew ttestjat, kif imsemmi fir-Regolament (UE) …/…*+, il-passaport tal-pjanti għandu jiġi inkluż, f’forma distinta, fit-tikketta uffiċjali prodotta f’konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dak ir-Regolament.

Meta jkun japplika dan il-paragrafu,

   (a) il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Partijiet E u F tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;
   (b) il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u għall-moviment f’żona protetta għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti H tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.”;

______________________

* Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... … (ĠU ...).”;

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru ta’ dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.”

"

(3)  L-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 31

Emendi tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (UE) 2017/625 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1(2), jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(l) il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti.;”

"

(2)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:"

“(52) “materjal riproduttiv tal-foresti” tfisser materjal kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) …/… ta’ …*+

______________________

* Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... … (ĠU ...).”;

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru ta’ dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.”

"

(3)  l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 22a:"

“Artikolu 22b

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-materjal riproduttiv tal-foresti

1.  Il-kontrolli uffiċjali sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2)(l), għandhom jinkludu l-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti, u fuq l-operaturi soġġetti għal dawk ir-regoli.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 144 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-materjal riproduttiv tal-foresti sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 1(2)(l), li japplikaw għal dawk l-oġġetti u għall-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti wara t-twettiq ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali.

Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

   (a) rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta’ tali kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti partikolari soġġett għar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2)(l), bi tweġiba għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-materjal riproduttiv tal-foresti ta’ oriġini jew ta’ provenjenza partikolari;
   (b) rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta’ tali kontrolli uffiċjali fuq l-attivitajiet tal-operaturi professjonisti relatati mal-produzzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti partikolari soġġett għar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2)(l), bi tweġiba għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-materjal riproduttiv tal-foresti ta’ oriġini jew ta’ provenjenza partikolari; u
   (c) il-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar minn fost dawk imsemmijin fl-Artikolu 137(2) u fl-Artikolu 138(2) fir-rigward tan-nuqqasijiet ta’ konformità speċifiċi.

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli dwar l-arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 1(2)(l), li japplikaw għal dawk l-oġġetti u għall-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali fuq:

   (a) il-frekwenza minima uniformi ta’ tali kontrolli uffiċjali, meta jkun meħtieġ livell minimu ta’ kontroll uffiċjali sabiex jiġu indirizzati r-riskji uniformi rikonoxxuti tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-materjal riproduttiv tal-foresti ta’ oriġini jew ta’ provenjenza partikolari;
   (b) il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali mwettqin mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-operaturi awtorizzati sabiex joħorġu tikketti uffiċjali taħt superviżjoni uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) …/…*+

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

______________________

* Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... … (ĠU ...).”

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru ta’ dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.”

"

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Tħassir tad-Direttiva 1999/105/KE

Id-Direttiva 1999/105/KE hija mħassra.

Ir-referenzi għal dak l-att imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

LISTA TA’ SPEĊIJIET TA’ SIĠAR U TA’ SPEĊIJIET IBRIDI ARTIFIĊJALI

Abies alba Mill.

Picea abies Karst.

Abies bornmulleriana

Picea sitchensis Carr.

Abies cephalonica Loud.

Pinus brutia Ten.

Abies grandis Lindl.

Pinus canariensis C. Smith

Abies pinsapo Boiss.

Pinus cembra L.

Acer campestre

Pinus contorta Loud

Acer platanoides L.

Pinus halepensis Mill.

Acer pseudoplatanus L.

Pinus leucodermis Antoine

Alnus cordata - Juglans regia

Pinus nigra Arnold

Alnus glutinosa Gaertn.

Pinus pinaster Ait.

Alnus incana Moench.

Pinus pinea L.

Betula pendula Roth.

Pinus radiata D. Don

Betula pubescens Ehrh.

Pinus sylvestris L.

Carpinus betulus L.

Pinus taeda

Castanea sativa Mill.

Populus nigra

Cedrus atlantica Carr.

Populus spp. and artificial hybrids between those species

Cedrus libani A. Richard

Populus tremula

Eucalyptus globulus

Prunus avium L.

Eucalyptus gunnii

Pseudotsuga menziesii Franco

Eucalyptus hybride gunnii x dalrympleana

Quercus cerris L.

Eucalyptus nitens

Quercus ilex L.

Fagus sylvatica L.

Quercus petraea Liebl.

Fraxinus angustifolia Vahl.

Quercus pubescens Willd.

Fraxinus excelsior L.

Quercus robur L.

Juglans major x regia

Quercus rubra L.

Juglans nigra

Quercus suber L.

Juglans nigra x regia

Robinia pseudoacacia L.

Larix decidua Mill.

Sorbus domestica

Larix x eurolepis Henry

Sorbus torminalis

Larix kaempferi Carr.

Tilia cordata Mill.

Larix sibirica Ledeb.

Tilia platyphyllos Scop.

Malus sylvestris

[Em. 84]

ANNESS II

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-MATERJAL BAŻIKU MAĦSUB GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FRM TAL-KATEGORIJA “SORSI IDENTIFIKATI”

A.  Rekwiżit ġenerali:

Is-sors taż-żerriegħa jew il-popolament għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

B.  Rekwiżiti speċifiċi:

1.  Tip ta’ materjal bażiku

Il-materjal bażiku għandu jitqies bħala sors taż-żerriegħa jew popolament lokalizzat f’reġjun wieħed ta’ provenjenza.

2.  Daqs effettiv tal-popolazzjoni

Is-sors taż-żerriegħa jew il-popolament għandu jikkonsisti minn grupp wieħed ta’ siġar jew aktar (popolamenti) jew popolament individwali. Dawk is-siġar tas-sors taż-żerriegħa jew popolament għandhom ikunu mifruxin sew u numerużi biżżejjed biex tinżamm id-diversità ġenetika u biex jiġi żgurat dakkir inkroċjat adegwat bejn is-siġar f’dawk is-sorsi taż-żerriegħa jew il-popolamenti. [Em. 85]

3.  Oriġini u reġjun ta’ provenjenza

(a)  Ir-reġjun ta’ provenjenza, il-post u l-medda latitudinali, lonġitudinali u altitudinali tal-post(ijiet), fejn jinġabar l-FRM, għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat ewlieni.

(b)  L-operatur professjonali għandu jiddetermina jew permezz ta’ evidenza storika (bibljografija, dokumentazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti, mill-istituti tar-riċerka jew minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra) jew b’mezzi xierqa oħrajn (provi ta’ provenjenza), inklużi tekniki bijomolekulari rikonoxxuti internazzjonalment, jekk l-oriġini tal-materjal bażiku hijiex:

(i)  awtoktona;

(ii)  mhux awtoktona;

(iii)  indiġena;

(iv)  mhux indiġena;

(v)  mhux magħrufa.

Fil-każ ta’ materjal bażiku mhux awtoktonu jew mhux indiġenu, l-oriġini ta’ dak il-materjal bażiku, jekk tkun magħrufa, għandha tiġi ddikjarata.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-operatur professjonali.

4.  Karatteristiċi ta’ sostenibbiltà

(a)  Is-siġar għandhom ikunu adattati sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi inklużi għall-fatturi bijotiċi u abijotiċi prevalenti fir-reġjun ta’ provenjenza u anke popolazzjonijiet marġinali li juru adattament lokali għal fatturi bijotiċi u abijotiċi aktar estremi. [Em. 86]

(b)  Is-siġar għandhom ikunu prattikament ħielsa mill-pesti ta’ kwalità u mis-sintomi tagħhom. [Em. 87]

ANNESS III

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-MATERJAL BAŻIKU MAĦSUB GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FRM TAL-KATEGORIJA “MAGĦŻUL”

A.  Rekwiżit ġenerali:

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-popolament fir-rigward tal-iskop speċifiku li għalih se jintuża l-FRM u għandha tagħti l-piż dovut lir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima B, skont dak l-iskop. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-kriterji għall-għażla abbażi ta’ dak l-iskop speċifiku għall-użu tal-FRM. Dak l-iskop għandu jiġi indikat fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

B.  Rekwiżiti speċifiċi:

1.  Oriġini: Din għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ evidenza storika (bibljografika, dokumentazzjoni miżmuma minn awtoritajiet kompetenti, istituti tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra) jew b’mezzi xierqa oħrajn (provi ta’ provenjenza), inklużi tekniki bijomolekulari rikonoxxuti internazzjonalment, jekk il-popolament huwiex awtoktonu/indiġenu, mhux awtoktonu/mhux indiġenu jew jekk l-oriġini tiegħu hijiex magħrufa. Għal materjal bażiku mhux awtoktonu/mhux indiġenu, jekk tkun magħrufa għandha tiġi ddikjarata l-oriġini tiegħu.

2.  Iżolament: Il-popolamenti għandhom ikunu jinsabu f’distanza suffiċjenti minn popolamenti ta’ kwalità baxxa tal-istess speċi jew speċi relatata jew minn popolamenti ta’ speċi relatata li tista’ tifforma l-ispeċijiet ibridi bl-ispeċi inkwistjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dan ir-rekwiżit meta l-popolamenti madwar popolamenti awtoktoni/indiġeni jkunu mhux awtoktoni/mhux indiġeni jew ta’ oriġini mhux magħrufa. [Em. 88]

3.  Daqs effettiv tal-popolazzjoni: Sabiex tinżamm id-diversità ġenetika u jiġi żgurat dakkir inkroċjat adegwat, il-popolamenti għandhom jikkonsistu minn grupp wieħed ta’ siġar jew aktar. Dawk is-siġar għandhom ikunu mifruxa sew u jkunu numerużi biżżejjed f’żona partikolari biex tinżamm id-diversità ġenetika, biex jiġu evitati l-effetti mhux favorevoli tat-tnissil u jiġi żgurat dakkir inkroċjat bejn dawk is-siġar.

4.  Età u żvilupp: L-età jew l-istadju tal-iżvilupp tas-siġar fil-popolamenti għandhom ikunu tali li jippermettu li l-kriterji mogħtija għall-għażla ta’ dawk is-siġar jiġu ġġudikati b’mod ċar.

5.  Uniformità: Il-popolamenti għandhom juru grad ta’ varjazzjoni individwali fil-karatteristiċi morfoloġiċi. Meta jkun meħtieġ, is-siġar inferjuri għandhom jitneħħew.

6.  Karatteristiċi ta’ sostenibbiltà:

(a)  Il-popolamenti għandhom ikunu adattati sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi, inklużi l-fatturi bijotiċi u abijotiċi prevalenti fir-reġjun ta’ provenjenza.

(b)  Is-siġar għandhom ikunu prattikament ħielsa mill-pesti ta’ kwalità u mis-sintomi tagħhom u juru reżistenza għall-kundizzjonijiet avversi tas-sitklimatiċi u speċifiċi għas-sit fil-post fejn ikunu qegħdin jikbru. [Em. 89]

7.  Produzzjoni voluminuża: Għall-approvazzjoni tal-popolamenti magħżula, il-volum tal-injam prodott għandu jkun normalment superjuri għall-volum medju mistenni prodott f’kundizzjonijiet ekoloġiċi u ta’ ġestjoni simili.

8.  Kwalità tal-injam: Għandha titqies il-kwalità tal-injam. Il-kwalità tal-injam hija kriterju essenzjali, jekk l-FRM se jintuża fl-industrija tal-forestrija għall-iskop tal-produzzjoni tal-injam, tal-għamara jew tal-polpa. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tagħti aktar piż lil dan il-kriterju.

9.  Forma jew imġiba tat-tkabbir: Is-siġar f’popolamenti għandhom juru karatteristiċi morfoloġiċi partikolarment tajbin, speċjalment li jkollhom zokk dritt u ċirkolari, tendenza favorevoli kif jiftħu l-friegħi, friegħi ċkejknin u żabra naturali tajba. Barra minn hekk, il-proporzjon tas-siġar mifruqa u dawk li juru zokk b’forma spirali għandu jkun baxx.

ANNESS IV

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-MATERJAL BAŻIKU MAĦSUB GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FRM TAL-KATEGORIJA “KWALIFIKAT”

1.  Ġardini taż-żrieragħ

(a)  L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tirreġistra t-tip u l-objettiv tad-disinn tal-inkroċjar, id-disinn tal-qsim ta’ kloni jew ta’ familji komponenti u t-tqassim tal-għelieqi, il-kloni jew il-familji komponenti, l-iżolament u l-lokalità u kwalunkwe bidla fihom.

(b)  L-operatur professjonali għandu jagħżel kloniIl-kloni jew familji komponenti għandhom jintgħażlu għall-karatteristiċi eċċellenti tagħhom u għandu jagħtijingħata l-piż xieraq lir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4 u 6 sa 9 tat-Taqsima B tal-Anness III, filwaqt li jqisjitqies l-iskop speċifiku li għalih se jintuża l-FRM li jirriżulta. [Em. 90]

(c)  Il-kloni jew il-familji komponenti għandhom jiġu mħawla jew ikunu ġew imħawla skont pjan li jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti u stabbilit b’mod li kull komponent ikun jista’ jiġi identifikat.

(d)  Il-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar li jsir ġewwa l-ġardini taż-żrieragħ għandu jiġi deskritt flimkien mal-kriterji tal-għażla għal tali qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar u jiġi rreġistrat mal-awtorità kompetenti.

(e)  L-operatur professjonali għandu jamministra l-ġardiniIl-ġardini taż-żrieragħ għandhom jiġu ġestiti u ż-żerriegħa għandha tinħasadu jaħsad iż-żerriegħa b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi tal-ġardini. Fil-każ ta’ ġardina taż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ speċi ibrida artifiċjali, il-perċentwal ta’ speċijiet ibridi fl-FRM għandu jiġi ddeterminat minn test ta’ verifika. [Em. 91]

2.  Ġenituri ta’ familja/familji

(a)  L-operatur professjonali għandu jagħżel Il-ġenituri għandhom jintgħażlu għall-karatteristiċi eċċellenti tagħhom jew għall-kapaċità ta’ kombinament tagħhom. Fil-każ ta’ għażla bbażata fuq karatteristiċi eċċellenti, għandu jingħata piż xieraq lir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4 u 6 sa 9 tat-Taqsima B tal-Anness III, filwaqt li jitqies l-iskop speċifiku li għalih se jintuża l-FRM li jirriżulta. [Em. 92]

(b)  L-objettiv, id-disinn tal-inkroċjar u s-sistema tad-dakkir, il-komponenti, l-iżolament u l-lokalità u kwalunkwe bidla sinifikanti fihom għandhom jiġu approvati u rreġistrati mal-awtorità kompetenti.

(c)  L-identità, l-għadd u l-proporzjon tal-ġenituri f’taħlita għandhom jiġu approvati u rreġistrati mal-awtorità kompetenti.

(d)  Fil-każ tal-ġenituri maħsuba għall-produzzjoni ta’ speċi ibrida artifiċjali, il-perċentwal tal-ispeċijiet ibridi fl-FRM għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ test ta’ verifika.

3.  Kloni

(a)  Il-kloni għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati permezz ta’ karatteristiċi distintivi li jkunu ġew approvati u rreġistrati mal-awtorità kompetenti.

(b)  Il-valur tal-kloni individwali għandu jiġi stabbilit mill-osservazzjoni u mill-valutazzjoni kwalitattiva tal-karatteristiċi ta’ dawk il-kloni jew ikun intwera permezz ta’ esperimentazzjoni fit-tul biżżejjed.

(c)  L-ortets maħsuba għall-produzzjoni tal-kloni għandhom jintgħażlu għall-karatteristiċi eċċellenti tagħhom u għandu jingħata l-piż dovut lir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4 u 6 sa 9 tat-Taqsima B tal-Anness III, filwaqt li jitqies l-iskop speċifiku li għalih se jintuża l-FRM li jirriżulta.

(d)  L-approvazzjoni għandha tiġi ristretta mill-awtorità kompetenti għal għadd massimu ta’ snin jew għal għadd massimu ta’ ramets prodotti.

4.  Taħlitiet klonali

(a)  It-taħlitiet klonali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3(a), (b) u (c).

(b)  L-identità, l-għadd u l-proporzjon tal-komponenti ta’ kloni ta’ taħlita, u l-metodu ta’ għażla u l-materjal primarju għandhom jiġu approvati u rreġistrati mill-awtorità kompetenti. Kull taħlita għandu jkollha biżżejjed diversità ġenetika.

(c)  L-approvazzjoni għandha tiġi ristretta mill-awtorità kompetenti għal għadd massimu ta’ snin jew għal għadd massimu ta’ ramets prodotti.

ANNESS V

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-MATERJAL BAŻIKU MAĦSUB GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FRM TAL-KATEGORIJA “TTESTJAT”

1.  REKWIŻITI GĦAT-TESTIJIET KOLLHA

(a)  Ġenerali

Jekk il-materjal bażiku jkun popolament, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti xierqa stabbiliti fl-Anness III. Jekk il-materjal bażiku jkun ġardina/ġardini taż-żrieragħ, ġenituri tal-familja/familji, kloni jew taħlita/taħlitiet klonali, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti xierqa stabbiliti fl-Anness IV. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-kriterji tal-għażla abbażi tal-iskop maħsub li għalih se jintuża l-FRM.

L-operaturi professjonaliprofessjonisti għandhom iħejju, jistabbilixxu u jwettqu testijiet stabbilitijirrapportaw il-materjal, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku. Huma għandhom jinterpretaw Ir-riżultati ta’ dawk it-testijietppreżentati għandhom jiġu analizzati f’konformità mal-proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment. Għat-testijietF’testijiet komparattivi, l-operatur professjonali għandu jqabbel l-FRM li jkun qiegħed jiġi ttestjat ma’jintuża standard approvat wieħed jew preferibbilment ma’ diversi standards approvati jew magħżula minn qabel kif deskritt fil-punt 3(b). [Em. 93]

(aa)   Għandu jiġi ssodisfat għadd minimu ta’ żoni ta’ testijiet ta’ daqs minimu għal kull speċi ta’ siġra elenkat fl-Anness I. [Em. 94]

(b)  Karatteristiċi li għandhom jiġu eżaminati

(i)  L-operatur professjonali għandu jfassal testijiet biex jivvaluta l-karatteristiċiIt-testijiet għandhom jiġu mfassla biex jivvalutaw il-karatteristiċi rilevanti speċifikati fil-punt (ii) u għandu jindikahom, għal kull test fir-rekords tat-test, dawn għandhom jiġu indikati. [Em. 95]

(ii)  Għandu jingħata piż lill-adattament, lit-tkabbir, lill-fatturi bijotiċi u abijotiċi ta’ importanza. Barra minn hekk, karatteristiċi oħrajn, meqjusa bħala importanti fir-rigward tal-iskop speċifiku maħsub, għandhom jiġu evalwati fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi tar-reġjun li fih isir it-test inkluż il-kundizzjonijiet klimatiċi attwali u dawk imbassrin għall-ġejjieni.

(c)  Dokumentazzjoni

L-operatur professjonaliprofessjonist għandu jżomm rekords li jiddeskrivu s-siti tat-testjipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tar-riżultati tat-testijiet, inklużi l-lokalità, il-klima, il-ħamrija, l-użu fil-passat, l-istabbiliment, il-ġestjoni u kwalunkwe ħsara minħabba fatturi abijotiċi/bijotiċi. HuwaL-operatur professjonist għandu jagħmel dawk ir-rekords disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kemm għandu żmien il-materjal bażiku u tal-FRM u r-riżultati fiż-żmien tal-evalwazzjoni. [Em. 96]

(d)  Stabbiliment tat-testijiet

(i)  L-operatur professjonali għandu jgħolli, jippjana u jimmaniġġa Kull kampjun tal-FRM għandu jitkabbar, jitħawwel u jiġi ġestit b’mod identiku sakemmsafejn jippermettu t-tipi ta’ permessi għall-materjalmaterjal tal-pjanti. [Em. 97]

(ii)  L-operatur professjonali għandu jistabbilixxi Kull esperiment għandu jiġi stabbilit f’disinn statistiku validu b’għadd suffiċjenti ta’ siġar, sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-karatteristiċi individwali ta’ kull komponent li jkun qed jiġi eżaminat. [Em. 98]

(e)  Analiżi u validità tar-riżultati

(i)  L-operatur professjonali għandu janalizza d-dataId-data mill-esperimenti għandha tiġi analizzata bl-użu ta’ metodi statistiċi rikonoxxuti internazzjonalment u għandu jippreżentagħandhom jiġu ppreżentati r-riżultati għal kull karatteristika eżaminata. [Em. 99]

(ii)  Il-metodoloġija użata għat-test u għar-riżultati dettaljati miksuba għandhom ikunu liberament disponibbli.

(iii)  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun twettaq it-test għandha tindika ż-żona ta’ użu ssuġġerita, u għandha tinforma dwar kwalunkwe karatteristika tal-FRM, li tista’ tillimita l-utilità tiegħu.

(iv)  Jekk matul it-testijiet jintwera li l-FRM ma għandux mill-inqas il-karatteristiċi tal-materjal bażiku li minnu ġie prodott dak l-FRM, inkluż b’mod partikolari r-reżistenza/it-tolleranza għall-pesti tal-pjanti ta’ importanza ekonomika, tali FRM ma għandux jiġi ċċertifikat bħala materjal ittestjat.

2.  REKWIŻITI GĦALL-EVALWAZZJONI ĠENETIKA TAL-KOMPONENTI TAL-MATERJAL BAŻIKU

(a)  Il-komponenti tal-materjal bażiku li ġej jistgħu jiġu evalwati ġenetikament: ġardini taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja/familji, kloni u taħlitiet klonali.

(b)  Dokumentazzjoni

Id-dokumentazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tkun meħtieġa għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku li jipprovdi informazzjoni dwar:

(i)  l-identità, l-oriġini u r-razza tal-komponenti evalwati;

(ii)  id-disinn tal-inkroċjar użat għall-produzzjoni tal-FRM li jintuża fit-testijiet ta’ evalwazzjoni.

(c)  Proċeduri tat-test

Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  Il-valur ġenetiku ta’ kull komponent għandu jiġi stmat f’żewġ siti ta’ testijiet ta’ evalwazzjoni jew aktar, u mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun f’ambjent rilevanti għaż-żona ta’ użu maħsub mal-FRM.

(ii)  Il-perjodu tat-test għandu jkun ta’ durata suffiċjenti biex jiġu espressi l-karatteristiċi ttestjati.

(iii)  Is-superjorità stmata tal-FRM li għandu jiġi kkummerċjalizzat għandha tiġi kkalkolata abbażi ta’ dawn il-valuri ġenetiċi u d-disinn tal-inkroċjar speċifiku.

(iv)  It-testijiet tal-evalwazzjoni u l-kalkoli ġenetiċi għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.

(d)  Interpretazzjoni

(i)  Is-superjorità stmata tal-FRM għandha tiġi kkalkolata skont popolazzjoni ta’ referenza għal karatteristika jew għal sett ta’ karatteristiċi. L-operatur professjonali għandu jiddefinixxi l-popolazzjoni ta’ referenza fil-programm tat-tnissil u jiddeskrivi din Il-popolazzjoni ta’ referenza għandha tiġi definita u deskritta fir-rapporti tat-testijiet. [Em. 100]

(ii)  Għandu jiġi ddikjarat jekk il-valur ġenetiku stmat tal-FRM jkunx inferjuri għall-popolazzjoni ta’ referenza fil-każ ta’ kwalunkwe karatteristika importanti.

3.  REKWIŻITI GĦALL-ITTESTJAR KOMPARATTIV TAL-FRM

(a)  Kampjunar tal-FRM

(i)  Il-kampjun tal-FRM għal ittestjar komparattiv għandu jirrappreżenta verament l-FRM derivat mill-materjal bażiku li għandu jkun approvat.

(ii)  L-FRM prodott sesswalment għall-ittestjar komparattiv għandu:

—  jinħasad matul is-snin ta’ fjoritura tajba u produzzjoni tajba tal-frott/żerriegħa, u

—  jinħasad permezz ta’ metodi li jassiguraw li l-kampjuni miksuba jkunu rappreżentattivi.

Id-dakkir artifiċjali jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ tali FRM.

(b)  Standards

(i)  Il-prestazzjoni tal-istandards użati għal finijiet komparattivi fit-testijiet għandha, jekk ikun possibbli, tkun magħrufa matul perjodu ta’ żmien twil biżżejjed fir-reġjun li fih għandu jsir it-test. Bħala prinċipju, l-istandards jirrappreżentaw, il-materjal bażiku li jkun intwera li huwa utli għall-iskop maħsub għall-forestrija fiż-żmien meta jibda t-test, u f’kundizzjonijiet ekoloġiċi li għalihom jiġi propost li jiġi ċċertifikat l-FRM. L-istandards użati għal finijiet komparattivi fit-testijiet għandhom ikunu, kemm jista’ jkun:

—  popolamenti magħżula skont il-kriterji fl-Anness III; jew

—  materjal bażiku approvat uffiċjalment għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija ttestjat.

(ii)  Għall-ittestjar komparattiv tal-ispeċijiet ibridi artifiċjali, iż-żewġ speċijiet tas-siġar ġenituri għandhom, jekk possibbli, jkunu inklużi fost l-istandards.

(iii)  Kull meta jkun possibbli għandhom jintużaw diversi standards. Meta jkun iġġustifikat, l-istandards jistgħu jiġu sostitwiti bl-aktar FRM xieraq li jkun qiegħed jiġi ttestjat jew permezz tal-komponenti tat-test.

(iv)  L-istess standards għandhom jintużaw fit-testijiet kollha fuq medda kemm jista’ jkun wiesgħa tal-kundizzjonijiet tas-sit.

(c)  Interpretazzjoni

(i)  Għal mill-inqas karatteristika importanti waħda, għandha tintwera superjorità statistikament sinifikanti meta mqabbla mal-istandards.

(ii)  L-operatur professjonali Għandu jirrapportajiġi rrapportat jekk ikunx hemm xi karatteristika ta’ importanza ekonomika jew ambjentali li turi riżultati ta’ sinifikat inferjuri b’mod sinifikattiv għall-istandards, u l-effetti tagħhom għandhom jiġu kkumpensati mill-karatteristiċi favorevoli. [Em. 101]

4.  APPROVAZZJONI PROVVIŻORJA

Stima preliminari ta’ provi żgħar tista’ tkun il-bażi tal-approvazzjoni provviżorja. Il-pretensjonijiet ta’ superjorità bbażata fuq valutazzjoni bikrija għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid f’intervall massimu ta’ għaxar snin.

5.  TESTIJIET BIKRIN

It-testijiet magħmula fil-mixtliet, fis-serer u fil-laboratorji jistgħu jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni provviżorja jew għall-approvazzjoni finali, jekk jista’ jintwera li jkun hemm korrelazzjoni mill-qrib bejn il-karatteristika mkejla u l-karatteristiċi li normalment jiġu vvalutati fit-testijiet tal-istadju tal-foresti. Karatteristiċi oħrajn li għandhom jiġu ttestjati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.

ANNESS VI

KATEGORIJI LI PERMEZZ TAGĦHOM JISTA’ JIĠI KKUMMERĊJALIZZAT FRM MIT-TIPI DIFFERENTI TAL-MATERJAL BAŻIKU

Materjal bażiku

Kategorija tal-FRM (Kulur tat-tikketta, jekk tintuża tikketta uffiċjali bil-kulur)

Sorsi-identifikati (Isfar)

Magħżul (Aħdar)

Kwalifikat (Roża)

Ittestjat (Blu)

Sors taż-żerriegħa

x

 

 

 

Popolament

x

x

 

x

Ġardina taż-żerriegħa

 

 

x

x

Ġenituri ta’ familja/familji

 

 

x

x

Klonu

 

 

x

x

Taħlita klonali

 

 

x

x

ANNESS VII

Emendi tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031

Fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 2016/2031, jiżdiedu l-partijiet li ġejjin:

“PARTI G

Passaporti tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni, flimkien mat-tikketta uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 83(5), it-tieni subparagrafu

(1)  Il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma’ tikketta konġunta mat-tikketta uffiċjali msemmija fl-Artikolu 83(5), għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)  il-kliem “Passaport tal-Pjanti” fir-rokna tal-lemin ta’ fuq tat-tikketta konġunta, b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk tkun differenti, separati b’linja djagonali;

(b)  il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta’ fuq tat-tikketta konġunta stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq it-tikketta uffiċjali, u jkollu l-istess wisa’ tagħha.

(2)  Il-punt (2) tal-Parti A għandu japplika kif meħtieġ.

PARTI H

Passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għall-moviment fiż-żoni protetti, flimkien mat-tikketta uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 83(5), it-tielet subparagrafu

(1)  Il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u għall-moviment fiż-żoni protetti, flimkien f’tikketta konġunta mat-tikketta uffiċjali għall-FRM msemmi fl-Artikolu 83(5), għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)  il-kliem “Passaport tal-Pjanti — PZ” fir-rokna tal-lemin ta’ fuq tat-tikketta konġunta b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk tkun differenti, separati minn linja djagonali;

(b)  immedjatament taħt dan il-kliem, l-isem/ismijiet jew kodiċi(jiet) xjentifiku/xjentifiċi tal-pest(i) ta’ kwarantina f’żona protetta kkonċernat(i);

(c)  il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta’ fuq tat-tikketta konġunta stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed.

Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq, u jkollu l-istess wisa’, bħal dik it-tikketta uffiċjali.

(2)  Il-punt (2) tal-Parti B għandu japplika kif meħtieġ.”

ANNESS VIII

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1, is-subparagrafu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 2(4), il-punt (c)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2), il-punt (a)

Artikolu 4(2), is-subparagrafi 1 sa 4

Artikolu 4(2), il-punt (b)

Artikolu 4(2), is-subparagrafu 7 u l-Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3), il-punt (a)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(3), il-punt (b)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(4)

Artikoli 6 u 18

Artikolu 4(5)

Artikolu 21

Artikolu 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(3), is-subparagrafu 1

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(3), is-subparagrafu 2

Artikolu 8(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 10(1)

Artikolu 6(5), il-punt (a)

Artikolu 2(4), il-punt (d)

Artikolu 6(5), il-punt (b)

Artikolu 6(6)

Artikolu 6(7)

Artikolu 7

Artikolu 6(8)

Artikolu 4(6)

Artikolu 7

Artikolu 23

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14(1), is-subparagrafu 1

Artikolu 16(1)

Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (e)

Artikolu 16(4)

Artikolu 14(2) sa (6)

Artikolu 14(7)

Artikolu 15(1)(j)

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 31

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 5(1)(g)

Artikolu 23

Artikolu 2(2), 4(2), 4(6), 5(3)

Artikolu 24

Artikoli 14(1), 14(5), 16(5), 16(6), 18(4), 21(3), 22(1), 23(1)

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 30

Artikolu 33

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI

Anness VI

Anness VII

Artikolu 8

Anness VIII

Artikolu 14

(1) ĠU C, C/2024/1583, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1583/oj.
(2)ĠU C 199, 14.7.1999, p. 1.
(3)ĠU C 329, 17.11.1999, p. 15.
(4)Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ta’ ... Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ... u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ....
(5)Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17).
(6)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li Tistabbilixxi l-Iskema tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali [OECD/LEGAL/0355].
(7)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM/2019/640 final).
(8)Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(9)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (COM(2021) 82 final).
(10)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 (COM(2021)572 final).
(11)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM(2020) 380 final).
(12)Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(13)Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).
(14)Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …. (ĠU …, p.).
(15)Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(16)Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(17)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali (COM(2021)118 final).
(18)Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(19)Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(20)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(21)FAO (2020) Global Forest Resources Assessment Terms and definitions. https://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf.
(22)FAO (2020) Global Forest Resources Assessment, Terms and definitions. https://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf.
(23)Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanti miksubin b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom, u li jemenda d-Direttivi 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/53/KE, 2002/55/KE, u r-Regolament (UE) 2017/625 (ĠU ...).
(24)ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.
(25)Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(26)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


L-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent
PDF 138kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent (COM(2023)0692 – C9-0408/2023 – 2023/0397(COD))
P9_TA(2024)0343A9-0085/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0692),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 212 u 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0408/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-30 ta’ Jannar 2024(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ April 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits fis-sens tal-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0085/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u l-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent

P9_TC1-COD(2023)0397


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1449.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-nomenklatura baġitarja xierqa għall-Faċilità għall-Balkani tal-Punent

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rapportar. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja skont it-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill beħsiebhom jirrevedu n-nomenklatura tal-Faċilità, pereżempju dwar l-approprjazzjonijiet għal kull benefiċjarju, biex jiżguraw skrutinju politiku u baġitarju xieraq. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tqis b’mod dovut din id-dikjarazzjoni, kif xieraq, fit-tħejjija tal-Abbozz tal-Baġit 2025.

(1) ,Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Simplifikazzjoni ta’ ċerti regoli tal-PAK
PDF 136kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali (COM(2024)0139 – C9-0120/2024 – 2024/0073(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill (COM(2024)0139),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0120/2024),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ April 2024(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta’ Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali

P9_TC1-COD(2024)0073


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1468.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Approvazzjoni u sorveljanza tas-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li jiċċirkola fit-toroq pubbliċi
PDF 132kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq li jiċċirkola fit-toroq pubbliċi u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2023)0178 – C9-0120/2023 – 2023/0090(COD))
P9_TA(2024)0345A9-0382/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0178),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0120/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0382/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li jiċċirkola fit-toroq pubbliċi u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020

P9_TC1-COD(2023)0090


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/14.)

(1) ĠU C 293, 18.8.2023, p. 142.


Emenda tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti
PDF 134kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ programmi ta’ stħarriġ pluriennali, notifiki dwar il-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina, derogi temporanji mill-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u mir-rekwiżiti speċjali ta’ importazzjoni u l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-għoti tagħhom, rekwiżiti temporanji ta’ importazzjoni għal pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn ilkoll ta’ riskju għoli, l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-elenkar ta’ pjanti ta’ riskju għoli, il-kontenut ta’ ċertifikati fitosanitarji, l-użu ta’ passaporti tal-pjanti u fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar għal żoni demarkati u stħarriġiet dwar il-pesti (COM(2023)0661 – C9-0391/2023 – 2023/0378(COD))
P9_TA(2024)0346A9-0035/2024
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0661),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0391/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0035/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 0li jemenda r-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward ta’ programmi ta’ stħarriġ pluriennali, notifiki li jikkonċernaw il-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina, derogi temporanji mill-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u mir-rekwiżiti speċjali ta’ importazzjoni u l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-għoti tagħhom, rekwiżiti temporanji għall-importazzjoni għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli, l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-elenkar ta’ pjanti ta’ riskju għoli, il-kontenut taċ-ċertifikati fitosanitarji u l-użu ta’ passaporti tal-pjanti, u fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar għal żoni ddemarkati u stħarriġiet ta’ pesti u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ ċerti notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità

P9_TC1-COD(2023)0378


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/3115.)

(1) ĠU C, C/2024/1588, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1588/oj.


It-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG)
PDF 134kWORD 58k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) (COM(2023)0314 – C9-0203/2023 – 2023/0177(COD))
P9_TA(2024)0347A9-0417/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0314),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0203/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0417/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG), u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/2088 u (UE) 2023/2859

P9_TC1-COD(2023)0177


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/3005.)

(1) ĠU C, C/2023/1354, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1354/oj.
(2) ĠU C, C/2024/883, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/883/oj.


Miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni
PDF 133kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (COM(2022)0697 – C9-0412/2022 – 2022/0403(COD))
P9_TA(2024)0348A9-0398/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0697),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0412/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ April 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2023(2)

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0398/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni

P9_TC1-COD(2022)0403


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/2987.)

(1) ĠU C 204, 12.6.2023, p. 3.
(2) ĠU C 184, 25.5.2023, p. 49.


Trattament tar-riskju ta' konċentrazzjoni li jiġi minn kontropartijiet ċentrali u r-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta' derivattivi kklerjati ċentralment
PDF 131kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/UE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jiġi minn kontropartijiet ċentrali u r-riskju tal-kontroparti fuq tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment (COM(2022)0698 – C9-0411/2022 – 2022/0404(COD))
P9_TA(2024)0349A9-0399/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0698),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0411/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ April 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0399/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment

P9_TC1-COD(2022)0404


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2994.)

(1) ĠU C 204, 12.6.2023, p. 3.


Iż-żieda fl-attrazzjoni tas-swieq kapitali pubbliċi u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kapital għall-SMEs - emenda ta' ċerti regolamenti
PDF 132kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1129, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 600/2014 sabiex is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni jsiru aktar attraenti għall-kumpaniji u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u medji (COM(2022)0762 – C9-0417/2022 – 2022/0411(COD))
P9_TA(2024)0350A9-0302/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0762),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0417/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0302/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1129, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 600/2014 sabiex is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni jsiru aktar attraenti għall-kumpaniji u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u medji

P9_TC1-COD(2022)0411


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/2809.)

(1) ĠU C 184, 25.5.2023, p. 103.


Iż-żieda fl-attrazzjoni tas-swieq kapitali pubbliċi u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kapital għall-SMEs - emenda ta' direttiva
PDF 132kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar id-Direttiva 2001/34/KE (COM(2022)0760 – C9-0415/2022 – 2022/0405(COD))
P9_TA(2024)0351A9-0303/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0760),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50, 51(2) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0415/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0303/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar id-Direttiva 2001/34/KE

P9_TC1-COD(2022)0405


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2811.)

(1) ĠU C 184, 25.5.2023, p. 103.


Strutturi ta' ishma b'vot multiplu f'kumpaniji li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom f'suq tat-tkabbir tal-SMEs
PDF 133kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta’ ishma b’vot multiplu f’kumpaniji li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom f’suq tat-tkabbir tal-SMEs (COM(2022)0761 – C9-0416/2022 – 2022/0406(COD))
P9_TA(2024)0352A9-0300/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1), l-Artikolu 50(2), il-punt (g), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0416/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0300/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta' ishma b'vot multiplu f'kumpaniji li jfittxu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom fuq faċilità multilaterali tan-negozjar

P9_TC1-COD(2022)0406


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2810.)

(1) ĠU C 184, 25.5.2023, p. 103.


Standards ta’ kwalità u ta’ sikurezza għas-sustanzi ta’ oriġini umana maħsubin għall-applikazzjoni umana
PDF 133kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards ta’ kwalità u ta’ sikurezza għas-sustanzi ta’ oriġini umana maħsubin għall-applikazzjoni umana u li jħassar id-Direttivi 2002/98/KE u 2004/23/KE (COM(2022)0338 – C9-0226/2022 – 2022/0216(COD))
P9_TA(2024)0353A9-0250/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0338),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 168(4), il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0226/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2022(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Jannar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0250/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards ta’ kwalità u ta’ sikurezza għas-sustanzi ta’ oriġini umana maħsubin għall-applikazzjoni umana u li jħassar id-Direttivi 2002/98/KE u 2004/23/KE

P9_TC1-COD(2022)0216


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1938.)

(1) ĠU C 75, 28.2.2023, p. 154.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Settembru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0299).


Is-servizzi tas-sigurtà ġestiti
PDF 138kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti (COM(2023)0208 – C9-0137/2023 – 2023/0108(COD))
P9_TA(2024)0354A9-0307/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0208),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0137/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0307/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti

P9_TC1-COD(2023)0108


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/37.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni politika mill-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) 2025/37 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti(2)

Dan ir-Regolament li jemenda l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jżid il-possibbiltà li jiġu żviluppati skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti. Fl-istess ħin, huwa rikonoxxut li rieżami bir-reqqa tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà huwa tal-akbar importanza, inkluż il-valutazzjoni tal-proċeduri li jwasslu għat-tħejjija, l-adozzjoni u r-rieżami tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Dan ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq analiżi profonda u konsultazzjoni wiesgħa dwar l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-funzjonament tal-qafas Ewropew ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-analiżi mwettqa bħala parti mill-evalwazzjoni stabbilita fl-Artikolu 67 tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà għandha tinkludi attivitajiet ta’ żvilupp ta’ skemi operattivi, bħal dik li tirrigwarda l-iskema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi cloud (EUCS) kif ukoll dawk ta’ skemi adottati bħal dik li tirrigwarda l-iskema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq kriterji komuni (EUCC).

B’mod partikolari, ir-rieżami għandu jidentifika l-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tal-proċeduri li jwasslu għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jfassal rakkomandazzjonijiet għal titjib futur. Għandu jindirizza wkoll aspetti relatati mal-konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati u mat-trasparenza tal-proċess.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-rieżami tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, għandha tiżgura li r-rieżami jqis kif xieraq l-elementi meħtieġa msemmija fid-dawl tal-Artikolu 67 meta jippreżenta r-rieżami lill-koleġiżlaturi.

(1) ĠU C 349, 29.9.2023, p. 167.
(2) ĠU L, 2025/37, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/37/oj.


L-Att dwar is-Solidarjetà Ċibernetika
PDF 166kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (COM(2023)0209 – C9-0136/2023 – 2023/0109(COD))
P9_TA(2024)0355A9-0426/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0209),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3) u 322(1), il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0136/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-18 ta’ April 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta’ Novembru 2023(3),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0426/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà)

P9_TC1-COD(2023)0109


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/38.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-baġit fir-rigward tar-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà)(4)

1.  Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta għall-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà ġiet ippubblikata f’April 2023. Minn dak iż-żmien, iċ-ċifri stimati rilevanti nbidlu minħabba l-adozzjoni jew l-adozzjoni mistennija ta’ atti leġiżlattivi oħra.

2.  Fil-5 ta’ Marzu 2024, il-koleġiżlaturi laħqu qbil politiku preliminari biex jillimitaw għal EUR 22 miljun ir-riallokazzjoni mill-Objettiv Speċifiku 4 “Ħiliet Diġitali Avvanzati” għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” tal-programm Ewropa Diġitali previst fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

3.  Bil-għan li tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-qbil politiku preliminari, il-Kummissjoni aġġornat id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tal-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà fir-rigward tal-pakketti finanzjarji għall-Objettivi Speċifiċi 2 “Intelliġenza Artifiċjali”, 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” u 4 “Ħiliet Diġitali Avvanzati”, fid-dawl tar-riallokazzjonijiet kif qablu fuqhom il-koleġiżlaturi.

4.  Għaldaqstant, il-pakketti finanzjarji għall-perjodu 2025-2027 ippreżentati fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva aġġornata, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali, huma s-segwenti:

–  [EUR 544 726 000] għall-Objettiv Speċifiku 2 “Intelliġenza Artifiċjali”, filwaqt li jitqiesu l-EUR 65 miljun riallokati għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja”;

–  [EUR 44 451 000] għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” - il-parti taħt ir-reġim ta’ ġestjoni diretta tal-Kummissjoni, inklużi EUR 26 miljun riallokati mill-Objettivi Speċifiċi 2 u 4.

–  [EUR 353 190 613] għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” - il-parti ġestita miċ-Ċentru Ewropew għall-Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, inkluża r-riallokazzjoni ta’ EUR 61 miljun mill-Objettivi Speċifiċi 2 u 4.

–  [EUR 167 162 423] għall-Objettiv Speċifiku 4 “Ħiliet Diġitali Avvanzati”, filwaqt li titqies ir-riallokazzjoni tat-EUR 22 miljun għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja”.

5.  Ir-Riżerva taċ-Ċibersigurtà tal-UE se tkun iffinanzjata mill-pakkett finanzjarju tal-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” – il-parti taħt ir-reġim ta’ ġestjoni diretta tal-Kummissjoni (li skont l-istimi tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva aġġornata hija EUR [44 451 000]).

(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali
(2) ĠU C 349, 29.9.2023, p. 167.
(3) ĠU C, C/2024/1049, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1049/oj.
(4) ĠU L, 2025/38, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/38/oj.


Statistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji
PDF 257kWORD 71k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2023)0459 – C9-0316/2023 – 2023/0288(COD))
P9_TA(2024)0356A9-0054/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0459),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0316/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0054/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2)

P9_TC1-COD(2023)0288


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Hi meħtieġa statistika tas-suq tax-xogħol eżatta, fil-ħin, affidabbli u komparabbli dwar in-negozji fl-Unjoni Ewropea għat-tfassil, għall-implimentazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ESPR), u s-Semestru Ewropew kif ukoll dawk relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-EPSR u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija soċjali. Dawn huma importanti bl-istess mod għall-Unjoni biex jiġu ssodisfati l-kompiti assenjati lilha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). [Em. 2]

(2)  Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011(4) u l-monitoraġġ tal-pagi minimi adegwati skont id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) jeħtieġu informazzjoni eżatta dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi fis-siegħa u tal-livelli tal-pagi, ir-rata ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv, il-livell tal-paga minima statutorja u s-sehem tal-ħaddiema koperti minnha fost l-Istati Membri.

(3)  L-istatistika Ewropea tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, il-Bank Ċentrali Ewropew jużaha fil-kuntest tal-politika monetarja unika, b’mod partikolari dik dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi u t-tkabbir fil-pagi, biex jimmonitorja r-riskji tal-inflazzjoni u tad-deflazzjoni li joħolqu l-kostijiet lavorattivi. Għalhekk hemm bżonn statistika tal-Unjoni eżatta, fil-ħin u komparabbli dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi. Huwa importanti li din l-analiżi tkun ikkomplementata mill-monitoraġġ tar-riskji tal-inflazzjoni u tad-deflazzjoni li jirriżultaw mill-profitti.

(4)  Hemm bżonn tiġi estiża l-kopertura tal-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-puntwalità tal-indiċi tal-kost lavorattiv għax iż-żewġ indikaturi huma elenkati fost l-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP)(6), meħtieġa biex jiġu monitorjati l-politiki monetarji u ekonomiċi.

(4a)  Huwa importanti għal skopijiet analitiċi li ammont xieraq ta’ data b’lura jkun disponibbli biex ikunu jistgħu jiġu vvalutati l-indiċijiet tal-kost lavorattiv maż-żmien. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż impost fuq l-Istati Membri, it-trażmissjoni jenħtieġ li tkun limitata għal data b’lura li tal-inqas tkopri s-snin kalendarji 2024 u 2025.

(5)  Hemm bżonn bażi ġuridika għar-regolamentazzjoni tat-trażmissjoni tad-differenza annwali fil-pagi bejn il-ġeneri biex isir monitoraġġ tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), b’mod partikolari, l-Għan 5 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-għan 8 dwar Xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku, kif ukoll biex isir monitoraġġ tal-impatt tad-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) (id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi). [Am. 3]

(6)  L-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs u tat-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa f’materji tal-impjieg u tax-xogħol(8) jeħtieġu data komparabbli dwar il-pagi li jirċievu l-irġiel u n-nisa. Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa(9) teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu data aġġornata u fil-ħin lill-Kummissjoni dwar id-differenza annwali fil-pagi bejn il-ġeneri, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/970. Dan l-obbligu jenħtieġ li jiġi kumplimentat bil-qafas statistiku meħtieġ li jixraq għall-kumpilazzjoni u t-trażmissjoni tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.

(6a)  Skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali(10) kif ukoll l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030, b’mod partikolari billi jiġi segwit l-objettiv li jinħolqu opportunitajiet indaqs u jiġi żgurat aċċess ugwali biex jipparteċipaw fis-soċjetà u fl-ekonomija, hi meħtieġa data fil-ħin, komparabbli u eżatta dwar il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol. Tali data se tipprovdi valutazzjoni tant meħtieġa tal-progress fl-isforzi komuni biex jitnaqqsu d-distakki fir-rati tal-impjiegi u tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-persuni b’diżabbiltà.

(6b)  L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika teħtieġ data fil-ħin, komparabbli u eżatta dwar il-pagi u l-karatteristiċi tal-impjiegi ta’ persuni ta’ oriġini razzjali jew etnika differenti. Tali data se tipprovdi valutazzjoni tant meħtieġa tal-progress fit-tnaqqis tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi s-sensji u l-paga.

(6c)  Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet hija d-differenza relattiva bejn il-pensjonijiet gross medji li jaqilgħu n-nisa u l-irġiel. Id-differenza għandha l-għeruq tagħha f’karrieri professjonali differenti; dawk tan-nisa huma kkaratterizzati minn paga aktar baxxa, karrieri iqsar u interrotti, u volum aktar baxx ta’ sigħat maħduma. B’riżultat ta’ dan, in-nisa jkunu f’riskju akbar ta’ faqar mill-irġiel aktar tard f’ħajjithom. Id-data miġbura fil-kuntest tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji rigward l-istruttura tal-qligħ, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u l-istruttura tal-kostijiet lavorattivi tista’ tikkontribwixxi wkoll għal fehim aħjar tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fl-Istati Membri.

(7)  Biex jissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti u jrawwem l-armonizzazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni, il-kunċetti, id-definizzjonijiet u r-rappurtar tal-kwalità, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri l-istatistika Ewropea kollha tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji.

(7a)  Bil-għan li tittejjeb l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, huwa essenzjali li d-data tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tipprovdi aktar gwida dwar il-ġestjoni tad-data miġbura minn sorsi ta’ kwalità baxxa.

(8)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet ġodda li nħolqu bl-iżvilupp u bl-approfondiment tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, diment li d-dispożizzjonijiet tiegħu ma jkunux joħolqu piż sproporzjonat fuq ir-rispondenti jew fuq l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.

(9)  Biex jiġi limitat il-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-intrapriżi, b’mod partikolari fuq l-intrapriżi soċjali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jikkunsidraw sorsi amministrattivi u innovattivi diġà disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, li l-għan ewlieni tagħhom ma jkunx il-forniment tal-istatistika, bħala sostitut għall-istħarriġiet tal-istatistika jew bħala suppliment għalihom, soġġetti għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika uffiċjali. L-aħħar żviluppi teknoloġiċi u diġitali jistgħu jikkontribwixxu għal dan l-objettiv. Madankollu, hu meħtieġ li jiġi limitat l-għadd ta’ sorsi li minnhom tista’ tinġabar u tiġi trażmessa d-data, għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika minn liema sorsi, minbarra d-data tal-istħarriġ u r-rekords amministrattivi, id-data tista’ tinġabar u tiġi trażmessa skont dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe pproċessar ta’ data li tirriżulta minn dawk is-sorsi l-oħra jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(9a)  L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jqisu l-istandard dwar il-kosteffettività u ma jinvolvux piż eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi kif minqux fl-Artikolu 338(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fit-trattattivi tagħhom man-negozji. L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu sforzi biex jiżguraw li d-data rilevanti tiġi kondiviża b’mod adegwat bejn l-awtoritajiet biex jiżguraw li l-piż tar-rappurtar għall-intrapriżi jkun żgħir kemm jista’ jkun.

(9b)  Il-qafas li jirregola l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji jenħtieġ li jittejjeb kontinwament. Dan jinkludi aspetti tal-kwalità tad-data kif ukoll it-tnaqqis ta’ piżijiet ekonomiċi żejda. Madankollu, jenħtieġ li metodi u proċeduri ġodda jiġu ttestjati kif xieraq qabel ma jiġu inkorporati fl-attivitajiet ta’ kuljum tal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika jwettqu studji ta’ fattibbiltà u studji pilota. Dawn l-istudji jenħtieġ li jinbdew mill-Kummissjoni u jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-istituti nazzjonali tal-istatistika fuq bażi volontarja. Sabiex jinsiltu l-konklużjonijiet it-tajba, ir-riżultati ta’ dawk l-istudji jenħtieġ li jiġu analizzati bir-reqqa mill-Kummissjoni u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika. Dik l-analiżi jenħtieġ li tkun disponibbli għall-komunità tal-istatistika u għall-pubbliku ġenerali.

(10)  Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u biex jonqos il-piż statistiku fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, minnufih u bla ħlas, ir-rekords amministrattivi nazzjonali kollha u li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi mal-istatistika, sa fejn meħtieġ, għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea dwar in-negozji, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea hu l-qafas ta’ referenza għal dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data kunfidenzjali u l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ data personali, inkluż ta’ data miżmuma minn persuni privati.

(11a)  L-użu ta’ tekniki ta’ scraping tal-web biex tinġabar data minn siti web, għan-natura normali tagħhom ta’ tfittxija mhux strutturata fuq dak li huwa pubbliku fuq l-internet, jista’ ma jikkonformax mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data tal-eżattezza sakemm ma jkun hemm l-ebda valutazzjoni dwar l-affidabbiltà tas-sorsi. L-istess rekwiżiti tal-kwalità għall-istatistika uffiċjali (eż. il-prinċipju tal-eżattezza statistika u l-affidabbiltà tad-data tas-sors) jistgħu jiġu affettwati.

(12)  Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika ta’ kwalità għolja tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, għal raġunijiet ta’ konsistenza u komparabbiltà, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(13)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u ta opinjoni nhar il-25 ta’ Settembru 2023.

(14)  Għal implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri, hemm bżonn mill-inqas 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ qabel l-ewwel ġbir tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi applikata mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026.

(15)  Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji fl-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “unità statistika” tfisser il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika li dwarha tinġabar jew tiġi kkumpilata d-data;

(2)  “intrapriża” tfisser sett ta’ unitajiet legali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93(14); Din tinkludi lill-produtturi mhux tas-suq u lil unitajiet istituzzjonali oħra li jappartjenu għas-settur tal-gvern ġenerali;

(2a)  “intrapriża soċjali” tfisser entità tal-liġi privata, li tista’ tiġi stabbilita f’varjetà ta’ forom legali, li tipprovdi oġġetti u servizzi għas-suq b’mod intraprenditorjali u f’konformità mal-prinċipji u l-karatteristiċi tal-ekonomija soċjali, b’objettivi soċjali jew ambjentali bħala r-raġuni għall-attività kummerċjali tagħha(15);

(3)  “unità lokali” tfisser intrapriża jew parti minnha li tinsab f’post ġeografikament identifikat;

(4)  “intrapriża residenti”, rispettivament “unità lokali residenti”, tfisser intrapriża, rispettivament unità lokali, li twettaq attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott domestiku gross (PDG);

(5)  “impjegat” tfisser persuna irrispettivament min-nazzjonalità tagħha, mir-residenza tagħha jew minn kemm ilha taħdem fl-Istat Membru fejn għandha relazzjoni ta’ impjieg diretta ma’ intrapriża, stabbilita b’kuntratt formali jew ftehim informali, u tirċievi remunerazzjoni, irrispettivament mit-tip ta’ xogħol li tagħmel, in-numru ta’ sigħat maħduma (full-time jew part-time) u t-tul tal-kuntratt (fiss jew indefinit, inkluż staġjonali); ir-remunerazzjoni ta’ impjegat tista’ tieħu l-forma ta’ pagi u salarji, inkluż bonuses, ħlas għal xogħol bl-imqieta u bix-xift, gratifiki, miżati, kummissjonijiet u remunerazzjoni in natura; [Em. 4]

(6)  “impjegatur” tfisser intrapriża jew unità lokali li għandha relazzjoni ta’ impjieg diretta ma’ impjegat, stabbilita b’kuntratt formali jew ftehim informali); [Em. 5]

(7)  “dominju” tfisser sett tad-data wieħed jew aktar li jkopri tema waħda jew bosta temi partikolari;

(8)  “tema” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi waqt il-ġbir tad-data, u kull tema tkun tkopri għadd ta’ temi dettaljati;

(9)  “tema dettaljata” tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi relatati ma’ tema; kull tema dettaljata tkopri varjabbli wieħed jew aktar;

(10)  “varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità li tista’ tassumi aktar minn sett wieħed ta’ valuri, u li tista’ tkun ċifra assoluta, proporzjon, jew referenza għal pożizzjoni fi klassifikazzjoni;

(11)  “diżaggregazzjoni” tfisser sett ta’ valuri predefiniti diskreti, eżawrjenti u reċiprokament esklużivi li jistgħu jiġu assenjati lil varjabbli li jikkaratterizza unitajiet statistiċi;

(12)  “mikrodata” tfisser data li tikkonċerna unità statistika waħda biss, mingħajr identifikatur dirett;

(13)  “data aggregata” tfisser data li tikkonċerna sett ta’ diversi unitajiet statistiċi;

(14)  “popolazzjoni statistika” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi li dwarhom tkun mixtieqa l-informazzjoni u ikunu meħtieġa l-istimi;

(15)  “qafas tal-kampjunar” tfisser lista, mappa jew speċifikazzjoni oħra tal-unitajiet li jiddeterminaw popolazzjoni statistika li trid tiġi kollha kemm hi numerata jew ikkampjunata;

(16)  “kampjun” tfisser subsett ta’ qafas tal-kampjunar li l-elementi tiegħu jintgħażlu abbażi ta’ proċess bi probabbiltà magħrufa tal-għażla, iddisinjat biex jippermetti derivazzjoni ta’ stimi validi għall-popolazzjoni statistika;

(17)  “rispondent” tfisser l-unità tar-rappurtar li tipprovdi informazzjoni lill-awtorità li tkun qed twettaq l-istħarriġ;

(18)  “data tal-istħarriġ” tfisser id-data miġbura minn kampjun ta’ rispondenti u estrapolata għall-popolazzjoni statistika b’metodi matematiċi xierqa;

(19)  “rekords amministrattivi” tfisser data ġġenerata minn entità amministrattiva, normalment korp pubbliku, li l-għan ewlieni tagħha ma jkunx li tipprovdi l-istatistika;

(20)  “sorsi oħra” tfisser data ta’ kwalità u affidabbli ġġenerata minn entità mhux amministrattiva li tinkludi rekords privati, siti web u bażijiet tad-data, li l-għan ewlieni tagħha ma jkunx li tipprovdi statistika uffiċjali;

(21)  “klassifikazzjoni statistika” tfisser lista ordnata, b’livell wieħed jew aktar ta’ dettall, ta’ kategoriji relatati iżda reċiprokament esklużivi, użati biex jagħtu struttura lill-informazzjoni f’dominju statistiku partikolari skont is-similaritajiet tagħha;

(22)  “perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;

(23)  “perjodu tal-ġbir tad-data” tfisser il-perjodu taż-żmien meta tinġabar id-data.

(24)  “metadata” tfisser informazzjoni meħtieġa biex l-istatistika tkun tista’ tintuża u tiġi interpretata, u li tiddeskrivi d-data b’mod strutturat;

(25)  “data verifikata minn qabel” tfisser data verifikata mill-Istati Membri abbażi ta’ regoli komuni miftiehma tal-validazzjoni;

(26)  “rapport tal-kwalità” tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar il-kwalità ta’ prodott jew proċess statistiku;

(26a)  “data b’lura” tfisser data li tkopri perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Sorsi u metodi

1.  Għall-fini tal-kumpilazzjoni tal-istatistika skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw jew jerġgħu jużaw wieħed mis-sorsi li ġejjin jew kombinament tagħhom diment li jissodisfaw l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 8:

(a)  data tal-istħarriġ;

(b)  rekords amministrattivi;

(c)  sorsi oħra.

1a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika minn liema sorsi oħra msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, tista’ tinġabar u tiġi trażmessa d-data. Meta teżerċita s-setgħa li tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-użu ta’ dawk is-sorsi l-oħra jkun meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv skont dan ir-Regolament, filwaqt li titqies kif xieraq is-sensittività tad-data inkwistjoni u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE.

2.  L-istħarriġiet użati għall-fini tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji għandhom jiġu bbażati fuq kampjuni li jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni statistika. Il-kampjuni tal-intrapriżi jew tal-unitajiet lokali għandhom jittieħdu mir-reġistri nazzjonali tal-istatistika dwar in-negozji kif definit fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/2152.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi u l-metodi użati fir-rapporti tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 3a

Ir-rekwiżit għall-protezzjoni tad-data personali

1.  Meta l-attivitajiet li jeħtieġ jitwettqu skont dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, tali proċessar għandu jkun proporzjonat u għandu jikkonforma mar-Regolament 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17). F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit f’dawk ir-Regolamenti, id-data pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tiġi aggregata sakemm l-individwi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

2.  L-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika, li jitqies li huwa fl-interess pubbliku, għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa f’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725. B’mod partikolari, għandha tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju li d-data personali għandha ssir anonima.

Artikolu 4

Rekwiżiti tad-data

1.  L-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji għandha tkopri d-dominji u t-temi li ġejjin:

(a)  l-introjtu:

(i)  l-istruttura tal-introjtu;

(ii)  id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri;

(iii)  il-kopertura tan-negozjar kollettiv;

(iv)  il-livell tal-paga minima statutorja, jekk applikabbli;

(v)  il-kopertura tal-paga minima statutorja, jekk applikabbli;

(b)  il-kostijiet lavorattivi:

(i)  l-istruttura tal-kostijiet lavorattivi;

(ii)  l-indiċi tal-kost lavorattiv;

(c)  id-domanda għax-xogħol:

(i)  il-postijiet tax-xogħol vakanti.

L-indiċi tal-kost lavorattiv tat-temi, imsemmi fil-punt (b)(ii), u l-postijiet tax-xogħol vakanti, imsemmi fil-punt (c)(i), jinkludu l-istimi bikrija rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 5.

2.  Għal kull tema elenkata fil-paragrafu 1, it-temi dettaljati, il-perjodiċità korrispondenti tagħhom, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-lista tat-temi dettaljati, il-perjodiċità, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Anness.

4.  Meta teżerċita s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ma jimponux piż sinifikanti u sproporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti. Għal dan il-għan, għandhom jinbdew studji tal-fattibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 9 u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu vvalutati u kkunsidrati kif xieraq qabel l-adozzjoni tal-atti delegati.

5.  Id-data għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-forma ta’ data aggregata, għajr għat-tema tal-istruttura tal-introjtu, imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), li għaliha għandha tintbagħat mikrodata għal impjegati u unitajiet lokali individwali.

6.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data verifikata minn qabel u l-metadata relatata b’format tekniku speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) għal kull sett tad-data. Is-servizzi tal-punt uniku tad-dħul għandhom jintużaw biex jipprovdu d-data lill-Kummissjoni (Eurostat).

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għal kull tema:

(a)  il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli;

(b)  klassifikazzjonijiet statistiċi u diżaggregazzjonijiet tad-data;

(c)  miri tal-preċiżjoni;

(d)  il-metadata trid tintbagħat bl-istess perjodiċità, perjodu ta’ referenza u skadenzi bħad-data li tirreferi għaliha;

(e)  il-perjodi tal-ġbir tad-data.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.

Artikolu 5

Stimi bikrija

1.  L-istimi bikrija għall-indiċi tal-kost lavorattiv imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) u l-postijiet tax-xogħol vakanti msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c)(i) għandhom jintbagħtu:

(a)  mill-Istati Membri li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3% tat-total tal-UE, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi; u

(b)  mill-Istati Membri taż-żona tal-euro li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3% tat-total taż-żona tal-euro, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi;

2.  L-ishma tal-impjegati fit-total tal-UE u fit-total taż-żona tal-euro msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data annwali disponibbli tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol tal-UE.

3.  Jekk issir xi bidla fil-lista tal-Istati Membri li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom ikun iżjed mil-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien 6 xhur minn tmiem il-perjodu tal-valutazzjoni tal-limitu ta’ 3%. Jekk l-ishma aġġornati tal-impjegati jkunu inqas mil-limiti rispettivi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitħallew jieqfu jibagħtu l-istimi bikrija mit-trimestru ta’ referenza tal-ewwel sena kalendarja wara d-data tan-notifika. Jekk l-ishma aġġornati jkunu iżjed minn dawk il-limiti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu l-istimi bikrija mill-ewwel trimestru ta’ referenza tat-tielet sena kalendarja wara d-data tan-notifika.

Artikolu 6

Unitajiet statistiċi u popolazzjoni statistika

1.  L-istatistika skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkumpilata għal waħda jew aktar mill-unitajiet statistiċi li ġejjin:

(a)  l-intrapriżi;

(b)  l-unitajiet lokali;

(c)  l-impjegati.

2.  Għat-temi tal-indiċi tal-kost lavorattiv, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) u tal-postijiet tax-xogħol vakanti, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c)(i), il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-intrapriżi kollha jew mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-attività ekonomika ewlenija tagħhom tkun inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE(18), għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux differenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali” u

(b)  ikollhom impjegat wieħed jew aktar.

3.  Għat-temi tal-istruttura tal-introjtu, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(ii), fir-rigward tad-data dwar l-impjegatur, il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-attività ekonomika tagħhom hi inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti – u servizzi – mhux differenzjati minn persuni tad-dar għall-użu tagħhom individwali” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali”; u

(b)  ikollhom impjegat wieħed jew aktar.

Għat-temi tal-istruttura tal-introjtu u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, fir-rigward tad-data dwar l-impjegat, il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-impjegati kollha li l-unità lokali tagħhom tappartjeni għall-popolazzjoni statistika definita fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

4.  B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3, fir-rigward tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri għall-perjodu ta’ referenza 2026, it-trażmissjoni għandha tkopri l-unitajiet lokali kollha li jkunu parti minn intrapriżi b’10 impjegati jew aktar u li, minbarra l-attivitajiet esklużi fil-paragrafu 3, il-punt (a), ma jkunux jappartjenu għat-taqsima “Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja” tal-klassifikazzjoni NACE.

5.  Għat-tema tal-istruttura tal-kostijiet lavorattivi, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti tal-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-attività ekonomika tagħhom hi inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti – u servizzi – mhux differenzjati minn persuni tad-dar għall-użu tagħhom individwali” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali”; u

(b)  ikunu parti minn intrapriżi b’10 impjegati jew aktar.

5a.  Għat-temi kollha elenkati fl-Anness, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu data separata fir-rigward tal-intrapriżi soċjali.

Artikolu 7

Rekwiżiti tad-data ad hoc

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 13 billi jispeċifikaw l-informazzjoni li jridu jagħtu l-Istati Membri b’bażi ad hoc meta, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ġbir ta’ data addizzjonali jitqies meħtieġ biex jiġu indirizzati ħtiġijiet addizzjonali ta’ data statistika li ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod ieħor. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw:

(a)  it-temi dettaljati li jridu jingħataw fil-ġbir tad-data ad hoc relatat mad-dominji u t-temi speċifikati fl-Artikolu 4 u r-raġunijiet għal dawk il-ħtiġijiet addizzjonali;

(b)  il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 li jibdew bis-sena ta’ referenza 2028 u b’perjodu minimu ta’ sentejn bejn kull ġbir ad hoc.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni ad hoc imsemmija fil-paragrafu 1 u l-metadata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:

(a)  il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli;

(b)  klassifikazzjonijiet statistiċi u diżaggregazzjonijiet tad-data;

(c)  speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi koperti;

(d)  il-metadata li trid tintbagħat;

(e)  il-perjodi tal-ġbir tad-data.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) fi żmien 24 xahar qabel jibda l-perjodu ta’ referenza rilevanti.

Artikolu 8

Rekwiżiti tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u l-metadata mibgħuta.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data, inkluża d-data b’lura, miksuba mis-sorsi stabbiliti fl-Artikolu 3 tipprovdi kopertura sħiħa tal-unitajiet statistiċi u l-popolazzjoni statistika definiti fl-Artikolu 6 u tagħti stimi eżatti tagħhom.

3.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

4.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapporti tal-kwalità dwar is-sorsi u l-metodi għal kull wieħed mit-temi elenkati fl-Artikolu 4.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti tal-kwalità u l-kontenut tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

6.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kull informazzjoni jew bidla rilevanti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli u fi żmien 3 xhur minn meta dik il-bidla tidħol fis-seħħ.

7.  Wara talba ▐tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika.

8.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data mibgħuta, is-sorsi u l-metodi użati u l-oqfsa tal-kampjunar. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji u tippubblika rapporti dwar il-kwalità tad-data trażmessa, is-sorsi u l-metodi użati. F’dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrakkomanda kif għandhom jiġu ġestiti s-sorsi meqjusa ta’ kwalità baxxa, u d-data miġbura permezz ta’ dawk is-sorsi.

Artikolu 9

Studji tal-fattibbiltà u studji pilota

1.  Biex ittejjeb l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji jew biex tillimita l-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tniedi studji tal-fattibbiltà u studji pilota. L-għan ta’ dawn l-istudji għandu jinkludi mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)  jittejbu l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data;

(b)  l-esplorazzjoni ta’ possibbiltajiet ġodda u l-implimentazzjoni ta’ karatteristiċi ġodda skont il-ħtiġijiet tal-utenti;

(c)  it-titjib tal-integrazzjoni bejn l-istħarriġiet u sorsi oħra ta’ data;

(d)  it-tnaqqis tal-piż minn fuq ir-rispondenti;

(e)  it-titjib tal-kosteffettività tal-ġbir tad-data.

L-istudji għandhom iqisu l-iżviluppi teknoloġiċi u diġitali.

1a.  Id-data miġbura bħala parti mill-istudji pilota msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għall-oqsma u t-temi elenkati fl-Artikolu 4(1) u t-temi dettaljati speċifikati fl-Anness.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’dawk l-istudji b’mod volontarju. B’kooperazzjoni mal-Kummissjoni (Eurostat), dawn għandhom jiżguraw li l-istudji jkunu rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni.

3.  Ir-riżultati ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi s-sħab soċjali. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapporti dwar is-sejbiet tal-istudji b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Fir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tirrakkomanda kif l-istudji pilota għandhom jiġu integrati bħala soluzzjonijiet permanenti.

3a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi li jwettqu l-istudji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-ipproċessar ta’ data personali jsir għall-fini ta’ dawk l-istudji.

Artikolu 10

Finanzjament

1.  Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex itejbu:

(a)  is-sorsi, inkluż l-oqfsa tal-kampjunar, għall-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029;

(b)  il-metodi tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, inkluż l-istudji tal-fattibbiltà u l-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 9.

L-Unjoni ma għandhiex tiffinanzja l-kostijiet għall-kumpilazzjoni regolari tal-istatistika li trid tintbagħat skont dan ir-Regolament.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż it-80% tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 11

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu billi jiġu applikati miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, u b’kontrolli effettivi, u jekk jinstabu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, meta xieraq, b’penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ verifiki tad-dokumenti u kontrolli fuq il-post, tal-benefiċjarji tal-għotja, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.  L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(20), biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditjar u l-investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 12

Derogi

1.  Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, teħtieġ li jsiru bidliet kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi kif xieraq, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lill-Istat Membru għal perjodu massimu ta’ sena. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

Meta tagħti d-derogi, il-Kummissjoni għandha tqis il-komparabbiltà tal-istatistika tal-Istat Membri u l-kalkolu fil-ħin tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u affidabbli meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti relatati mal-istatistika, il-metadata u l-kwalità koperti b’dan ir-Regolament, li qabel kienu koperti bir-Regolamenti mħassra, jibqgħu jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni.

2.  L-Istat Membru rilevanti għandu jissottometti talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan.

Artikolu 13

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(1a), 4(3), 7(1) u 9(3a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(1a), 4(3), 7(1) u 9(3a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(1a), 4(3), 7(1) u 9(3a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur wara inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 15

Tħassir

1.  Ir-Regolamenti (KE) Nru 530/1999, (KE) Nru 450/2003 u (UE) Nru 453/2008 qed jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026.

2.  Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Dominji, temi u temi dettaljati; il-perjodiċità tal-provvista tad-data, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull tema

Dominju

Tema

Tema dettaljata

Perjodiċità

Perjodu ta’ referenza

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data (1) (2)

L-ewwel perjodu ta’ referenza

Introjtu

Struttura tal-Introjtu

Introjtu

L-introjtu annwali u fix-xahar totali u l-komponenti kollha tiegħu, u l-introjtu fis-siegħa mħallas lil kull impjegat fil-kampjun.

Kull erba’ snin

Sena kalendarja

T+16-il xahar

2026

Karatteristiċi tal-impjegatur

Informazzjoni ekonomika, legali, ġeografika u tal-impjiegi dwar l-unità lokali li magħha hu marbut kull impjegat fil-kampjun, u dwar l-intrapriża tagħha.

Karatteristiċi tal-impjegat

Informazzjoni demografika, ġeografika inkluż jekk l-impjegat huwiex ħaddiem migrant jew transfruntier,

edukattiva, kuntrattwali u okkupazzjonali individwali dwar kull impjegat fil-kampjun.

Perjodi tax-xogħol

Informazzjoni dwar il-perjodi tax-xogħol imħallsa għal kull impjegat fil-kampjun

Elementi tekniċi tal-istħarriġ

Informazzjoni dwar il-kampjunar u l-ġbir tad-data għal kull impjegat fil-kampjun u għall-impjegatur rispettiv (eż. ponderazzjonijiet).

Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri

Introjtu fis-siegħa

L-introjtu fis-siegħa tal-impjegati rġiel u nisa skont il-karatteristiċi ewlenin tal-impjegatur u tal-impjegat u d-differenzi relattivi korrispondenti bejn l-introjtu fis-siegħa tal-impjegati rġiel u nisa.

Kull sena

Sena kalendarja

T+13-il xahar

2026

Impjegati

L-għadd ta’ impjegati rġiel u nisa skont il-karatteristiċi tal-impjegatur u tal-impjegat.

 

Paga Minima

Il-livell tal-paga minima statutorja

Kull sentejn

Sena kalendarja

T+13-il xahar

2026

L-għadd u s-sehem tal-ħaddiema koperti mill-paga minima statutorja

Kull sentejn

Sena kalendarja

T+13-il xahar

2026

Il-Kopertura tan-Negozjar Kollettiv

L-għadd ta’ impjegati koperti minn ftehimiet kollettivi

Kull sentejn

Sena kalendarja

T+13-il xahar

2026

Kostijiet lavorattivi

Struttura tal-kostijiet lavorattivi

Kostijiet lavorattivi

Il-kostijiet totali mġarrba mill-impjegatur biex jingaġġa l-ħaddiema u l-komponenti ta’ dawn il-kostijiet.

Kull erba’ snin

Sena kalendarja

T+18-il xahar

2028

Sigħat maħduma

Is-sigħat effettivament maħduma minn tipi ewlenin tal-impjegati.

Sigħat imħallsa

Is-sigħat imħallsa mit-tipi ewlenin tal-impjegati.

Impjegati

L-għadd ta’ impjegati skont it-tipi ewlenin.

 

Unitajiet lokali

Informazzjoni dwar l-unitajiet lokali fil-kampjun.

Indiċi tal-kostijiet lavorattivi

Indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa maħduma

L-indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa maħduma, skont it-tip tal-kostijiet; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Kull kwart tas-sena

Kwart kalendarju

–  Stimi bikrija: T+45 jum

–  Data finali: T+65 jum

L-ewwel kwart tal-2026

Indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi totali

kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Indiċi trimestrali tas-sigħat maħduma

kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Kostijiet lavorattivi annwali

Il-livelli tal-kostijiet lavorattivi annwali (ponderazzjonijiet) skont it-tip tal-kostijiet.

Kull sena

Sena kalendarja

Tmiem l-ewwel kwart tas-sena T+1+65 jum

Domanda għax-xogħol

Impjiegi vakanti

Postijiet tax-xogħol vakanti

Informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti rreġistrati; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Kull kwart tas-sena

Kwart kalendarju

–  Stimi bikrija: T+45 jum

–  Data finali: T+70 jum

L-ewwel kwart tal-2026

Postijiet tax-xogħol okkupati:

Informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol okkupati rreġistrati; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

(1)  Wara tmiem il-perjodu ta’ referenza “T”.

(2)  Meta l-iskadenzi msemmija hawn fuq jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd, l-iskadenza effettiva għandha tkun it-Tnejn ta’ wara qabel nofsinhar (CET).

(1) ĠU C, C/2024/668, 12.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/668/oj.
(2)* Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) ĠU C, C/2024/668, 12.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/668/oj.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25)
(5) Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika taż-żona tal-euro “Towards improved methodologies for eurozone statistics and indicators” (Lejn metodoloġiji mtejba għall-istatistika u l-indikaturi taż-żona tal-euro), COM(2002) 0661 final tas-27 ta’ Novembru 2002.
(7) Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar, (ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21), http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj).
(8) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.07.2006, p. 23).
(9) Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (ĠU L 132, 17.05.2023, p. 21).
(10) COM(2021)0778.
(11) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(13) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1), ANNESS-Taqsima III-A
(15) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali (C/2023/1344) (ĠU C, C/2023/1344, 29.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1344/oj).
(16) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)
(19) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


Emenda tar-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-ambitu tar-regoli għall-parametri referenzjarji, l-użu fl-Unjoni ta' parametri referenzjarji pprovduti minn amministratur li jinsab f'pajjiż terz, u ċerti rekwiżiti ta' rapportar
PDF 245kWORD 66k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-ambitu tar-regoli għall-parametri referenzjarji, l-użu fl-Unjoni ta’ parametri referenzjarji pprovduti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz, u ċerti rekwiżiti ta’ rapportar (COM(2023)0660 – C9-0389/2023 – 2023/0379(COD))
P9_TA(2024)0357A9-0076/2024

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0660),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0389/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9‑0076/2024),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-ambitu tar-regoli għall-parametri referenzjarji, l-użu fl-Unjoni ta’ parametri referenzjarji pprovduti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz, u ċerti rekwiżiti ta’ rapportar(1)

P9_TC1-COD(2023)0379


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tal-monitoraġġ xieraq u fl-infurzar korrett tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, huwa importanti li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop li għalih kienu maħsuba u biex jiġi llimitat il-piż amministrattiv.

(2)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), l-amministraturi kollha ta’ parametri referenzjarji, irrispettivament mir-rilevanza sistemika ta’ dawk il-parametri referenzjarji jew mill-ammont ta’ strumenti jew kuntratti finanzjarji li jużaw dawk il-parametri referenzjarji bħala rati ta’ referenza jew bħala parametri referenzjarji tal-prestazzjoni, għandhom jikkonformaw ma’ diversi rekwiżiti dettaljati ħafna, inkluż rekwiżiti dwar l-organizzazzjoni tagħhom, dwar il-governanza u l-kunflitti ta’ interess, dwar il-funzjonijiet ta’ sorveljanza, dwar id-data tal-input, dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta, dwar ir-rapportar ta’ ksur, u dwar id-divulgazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet metodoloġiċi u ta’ parametru referenzjarju. Dawk ir-rekwiżiti dettaljati ħafna poġġew piż regolatorju sproporzjonat fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji iżgħar fl-Unjoni meta jitqiesu l-għanijiet tar-Regolament (UE) 2016/1011, jiġifieri li tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja u li jiġu evitati konsegwenzi ekonomiċi negattivi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-parametri referenzjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitnaqqas dak il-piż regolatorju billi ssir enfasi fuq dawk il-parametri referenzjarji bl-akbar rilevanza ekonomika għas-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-parametri referenzjarji sinifikanti u ta’ importanza kritika, u fuq dawk il-parametri referenzjarji li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ politiki ewlenin tal-Unjoni, jiġifieri l-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi. Minħabba dik ir-raġuni, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titoli II, III, IV u VI tar-Regolament (UE) 2016/1011 jenħtieġ li jitnaqqas għal dawk il-parametri referenzjarji speċifiċi.

(2a)  L-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jixtiequ jibqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011 jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jitolbu superviżjoni volontarja anke jekk il-parametri referenzjarji tagħhom ma jissodisfawx il-limitu ta’ parametru referenzjarju sinifikanti jew ma jkunux iddeżinjati bħala sinifikanti. Bl-istess mod, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji li l-parametri referenzjarji tagħhom ma jissodisfawx il-limitu ta’ parametru referenzjarju sinifikanti u li jixtiequ jiksbu liċenzja regolatorja skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 jenħtieġ li ma jiġux ipprojbiti milli jagħmlu dan.

(3)  Skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (UE) 2016/1011, il-Kummissjoni tista’ teżenta ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament biex tiżgura t-tkomplija tad-disponibbiltà tagħhom għall-użu fl-Unjoni. Fid-dawl tal-ħtieġa ta’ enfasi riveduta u aktar ristretta tar-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, ma għadx hemm ħtieġa tar-reġim ta’ eżenzjoni speċifiku għall-parametri referenzjarji tal-kambju spot.

(4)  Skont l-Artikolu 19d tar-Regolament (UE) 2016/1011, l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti huma meħtieġa jagħmlu ħilithom biex jipprovdu Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi biex jistabbilixxu standards minimi għall-parametri referenzjarji tal-klima u jipprovdu provvista komprensiva ta’ indiċijiet klimatiċi fl-Unjoni.

(5)  Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk parametru referenzjarju huwiex parametru referenzjarju sinifikanti bħalissa huma stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/1011. Il-parametri referenzjarji se jitqiesu bħala sinifikanti, fost l-oħrajn, meta jissodisfaw il-limitu stabbilit fl-Artikolu 24(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament.

(6)  L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji jenħtieġ li jimmonitorjaw l-użu fl-Unjoni tal-parametri referenzjarji li jipprovdu u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti kkonċernata jew lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), skont fejn jinsab dak l-amministratur, li l-użu aggregat ta’ wieħed mill-parametri referenzjarji tagħhom qabeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 24(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/1011. Madankollu, huwa diffiċli li jiġi kkalkulat tali limitu, speċjalment fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti ta’ dak il-limiti, l-ESMA jenħtieġ li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-metodu ta’ kalkolu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji użati fl-Unjoni jagħmlu ħilithom biex jiksbu kodiċi ta’ identifikazzjoni maqbul globalment biex jidentifikaw il-parametri referenzjarji tagħhom.

(6a)  Sabiex jiġi żgurat li l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti li japplikaw għal parametri referenzjarji sinifikanti, jenħtieġ li jkunu soġġetti biss għal dawk ir-rekwiżiti fi żmien 60 jum tax-xogħol wara li jkunu ppreżentaw tali notifika. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jew lill-ESMA, fuq talba, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvalutaw l-użu aggregat ta’ dak il-parametru referenzjarju fl-Unjoni.

(6b)  Meta amministratur ta’ parametru referenzjarju jonqos jew jirrifjuta li jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti li l-użu ta’ wieħed mill-parametri referenzjarji tiegħu jkun qabeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 24(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/1011, u meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex iqisu li l-limitu jkun inqabeż, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jew l-ESMA, kif xieraq, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddikjaraw li l-limitu jkun inqabeż, wara li l-ewwel ikunu taw lill-amministratur l-opportunità li jinstema’. Tali dikjarazzjoni jenħtieġ li tiskatta l-istess obbligi għall-amministratur tal-parametru referenzjarju bħal notifika mill-amministratur tal-parametru referenzjarju. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-ESMA li jimponu sanzjonijiet amministrattivi fuq dawk l-amministraturi li jonqsu milli jinnotifikaw li wieħed mill-parametri referenzjarji tagħhom ikun qabeż il-limitu applikabbli.

(7)  Is-swieq, il-prezzijiet u l-ambjent regolatorju jevolvu maż-żmien. Sabiex jitqiesu dawk l-evoluzzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tispeċifika ulterjorment il-metodoloġija li għandha tintuża mill-amministraturi u mill-awtoritajiet kompetenti biex jiġi kkalkolat il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji, tal-kuntratti finanzjarji jew tal-fondi ta’ investiment li jirreferu għal parametru referenzjarju.

(8)  Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun hemm parametri referenzjarji b’użu aggregat taħt il-limitu stabbilit fl-Artikolu 24(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/1011 li, minħabba s-sitwazzjoni speċifika fis-suq ta’ Stat Membru, madankollu, huma ta’ tali importanza għal dak l-Istat Membru li kwalunkwe nuqqas ta’ affidabbiltà jkun ta’ impatt komparabbli bħal dak ta’ parametru referenzjarju li l-użu tiegħu jaqbeż dak il-limitu. Minħabba dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun tista’ tiddeżinja tali parametru referenzjarju, meta dak il-parametru referenzjarju jiġi pprovdut minn amministratur tal-UE, bħala sinifikanti abbażi ta’ sett ta’ kriterji kwalitattivi. Għall-parametri referenzjarji pprovduti minn amministratur mhux tal-UE, jenħtieġ li tkun l-ESMA li, fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tiddeżinja tali parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju sinifikanti.

(9)  Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koordinazzjoni tad-deżinjazzjonijiet nazzjonali tal-parametri referenzjarji bħala parametri referenzjarji sinifikanti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom il-ħsieb li jiddeżinjaw parametru referenzjarju bħala sinifikanti jikkonsultaw lill-ESMA. Minħabba l-istess raġuni, awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li jkollha l-ħsieb li tiddeżinja bħala sinifikanti parametru referenzjarju li jiġi pprovdut minn amministratur li jkun jinsab fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li tikkonsulta wkoll lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jaqblux bejniethom dwar min jenħtieġ li jiddeżinja u jissorvelja parametru referenzjarju, l-ESMA jenħtieġ li ssolvi dak in-nuqqas ta’ qbil f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6).

(10)  Sabiex jiġi rrispettat id-dritt li wieħed jinstema’, jenħtieġ li awtorità kompetenti jew l-ESMA, qabel ma tiddeżinja parametru referenzjarju bħala sinifikanti, tippermetti lill-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju jipprovdi kwalunkwe informazzjoni utli li hija rilevanti għad-deżinjazzjoni tiegħu.

(11)  Sabiex id-deżinjazzjoni ta’ parametru referenzjarju bħala sinifikanti tkun trasparenti kemm jista’ jkun, l-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA jenħtieġ li joħorġu deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni li jkun fiha r-raġunijiet għaliex dak il-parametru referenzjarju jitqies bħala sinifikanti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw id-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni fuq is-sit web tagħhom u jenħtieġ li jinnotifikaw dik id-deċiżjoni lill-ESMA. Minħabba l-istess raġunijiet, meta l-ESMA tiddeżinja parametru referenzjarju bħala sinifikanti fuq talba ta’ awtorità kompetenti, l-ESMA jenħtieġ li tippubblika d-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni fuq is-sit web tagħha u jenħtieġ li tinnotifika lill-awtorità kompetenti rikjedenti b’dan.

(12)  Il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE (EU CTB) ul-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (EU PAB)huma kategoriji speċifiċi ta’ parametri referenzjarji, definiti mill-konformità tagħhom ma’ regoli li jirregolaw il-metodoloġija tagħhom u r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-amministraturi tagħhom. Minħabba dik ir-raġuni, u biex jiġu pprevenuti asserzjonijiet li jistgħu jwasslu lill-utenti biex jaħsbu li tali parametri referenzjarji huma konformi mal-istandards marbuta ma’ dawk it-tikketti, huwa meħtieġ li dawk il-parametri referenzjarji jiġu soġġetti għal reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni obbligatorja, kif xieraq, u għal superviżjoni.

(12a)  It-trattament regolatorju tal-parametri referenzjarji tal-komoditajiet jenħtieġ li jitfassal skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Il-parametri referenzjarji tal-komoditajiet li huma soġġetti għar-regoli ġenerali għall-parametri referenzjarji finanzjarji jenħtieġ li jiġu ttrattati b’mod identiku bħal parametri referenzjarji finanzjarji oħra u jenħtieġ li jkunu koperti mir-Regolament (UE) 2016/1011 biss jekk ikunu parametri referenzjarji sinifikanti jew ta’ importanza kritika u ma jkunux ġew eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għar-reġim speċifiku fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1011 jenħtieġ li dejjem ikunu koperti minn dak ir-Regolament sabiex jiġu żgurati r-robustezza u l-affidabbiltà tal-valutazzjonijiet tagħhom.

(13)  Sabiex jiġi żgurat il-bidu f’waqtu tas-superviżjoni ta’ parametri referenzjarji sinifikanti, jenħtieġ li l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jkunu saru sinifikanti jew billi jilħqu l-limitu kwantitattiv applikabbli jew permezz ta’ deżinjazzjoni, jkunu meħtieġa li jitolbu, fi żmien 60 jum tax-xogħol, awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni jew, fil-każ ta’ parametri referenzjarji pprovduti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz, approvazzjoni jew rikonoxximent.

(14)  Sabiex jiġu mmitigati r-riskji marbuta mal-użu ta’ parametri referenzjarji li potenzjalment ma humiex sikuri għall-użu fl-Unjoni, u biex iwissu lil utenti potenzjali, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorġu twissija fil-forma ta’ avviż pubbliku li l-amministratur ta’ parametru referenzjarju sinifikanti ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-obbligu li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jkun awtorizzat, irreġistrat, approvat jew rikonoxxut, kif applikabbli. Ladarba tkun inħarġet tali twissija, l-entitajiet taħt superviżjoni jenħtieġ li ma jibqgħux ikunu jistgħu jżidu referenzi ġodda għal tali parametri referenzjarji jew kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji. Bl-istess mod, biex jiġu pprevenuti r-riskji li jirriżultaw mill-użu ta’ parametri referenzjarji li jsostnu l-konformità mat-tikketti tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u mat-tikketti tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi mingħajr ma jkunu soġġetti għal superviżjoni adegwata, l-entitajiet taħt superviżjoni jenħtieġ li la jkunu jistgħu jżidu referenzi ġodda għal Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi jew kombinazzjoni ta’ tali parametri referenzjarji fl-Unjoni meta l-amministratur ta’ dawk il-parametri referenzjarji ma jkunx inkluż fir-reġistru tal-ESMA tal-amministraturi u tal-parametri referenzjarji.

(15)  Sabiex jiġi evitat tfixkil potenzjalment eċċessiv fis-suq wara l-projbizzjoni tal-użu ta’ parametru referenzjarju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA jkunu jistgħu jippermettu t-tkomplija tal-użu temporanju ta’ tali parametru referenzjarju. Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ trasparenza u protezzjoni fir-rigward tal-investituri finali, l-utenti ta’ dawk il-parametri referenzjarji li huma soġġetti għal twissija fil-forma ta’ avviż pubbliku jenħtieġ li jidentifikaw alternattiva xierqa biex jissostitwixxu dawk il-parametri referenzjarji fi żmien 6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż pubbliku, jew inkella jiżguraw li l-klijenti jiġu infurmati kif xieraq dwar in-nuqqas ta’ parametru referenzjarju alternattiv.

(16)  Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/1011, ir-rikonoxximent ta’ amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jinsabu f’pajjiż terz iservi bħala mezz temporanju ta’ aċċess għas-suq tal-Unjoni sakemm tiġi adottata deċiżjoni dwar l-ekwivalenza mill-Kummissjoni. Madankollu, minħabba n-numru limitat ħafna ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi koperti minn deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, tali rikonoxximent jenħtieġ li jsir mezz permanenti ta’ aċċess għas-suq tal-Unjoni għal tali amministraturi ta’ parametri referenzjarji.

(17)  Il-parametri referenzjarji koperti minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza jitqiesu li huma rregolati u ssorveljati b’mod ekwivalenti għall-parametri referenzjarji tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-obbligu li jintalbu approvazzjoni jew rikonoxximent ma japplikax għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti li jinsabu f’pajjiż terz li jibbenefikaw minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza.

(18)  Fl-interess tat-trasparenza u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, l-awtoritajiet kompetenti li jiddeżinjaw parametru referenzjarju bħala sinifikanti jenħtieġ li jispeċifikaw ir-restrizzjonijiet potenzjali fuq l-użu li jirriżultaw meta l-amministratur ta’ tali parametru referenzjarju jonqos milli jiġi awtorizzat jew irreġistrat jew jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ approvazzjoni jew rikonoxximent, kif applikabbli.

(19)  Sabiex jiġu mmitigati r-riskji marbuta mal-użu ta’ parametri referenzjarji sinifikanti taħt superviżjoni mhux adegwata, meta l-amministratur ta’ parametru referenzjarju li jsir sinifikanti ma jitlobx awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni fit-terminu mogħti, jew meta l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent jew l-approvazzjoni għal tali amministratur ta’ parametru referenzjarju jfallu, jew meta amministratur jirtira l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni jew ir-rikonoxximent tiegħu, l-awtorità kompetenti jew l-ESMA, kif applikabbli, jenħtieġ li toħroġ avviż pubbliku li jiddikjara li l-parametri referenzjarji sinifikanti pprovduti minn dak l-amministratur ma humiex adatti għall-użu fl-Unjoni.

(20)  L-utenti ta’ parametri referenzjarji jibbażaw fuq it-trasparenza fir-rigward tal-istatus regolatorju tal-parametri referenzjarji li jużaw jew li għandhom il-ħsieb li jużaw. Minħabba dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-ESMA telenka fir-reġistru tal-amministraturi u tal-parametri referenzjarji dawk il-parametri referenzjarji li huma soġġetti għall-aktar rekwiżiti dettaljati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1011, jew minħabba li l-użu tagħhom fl-Unjoni jaqbeż il-limitu stabbilit għal parametri referenzjarji sinifikanti, minħabba li jiġu ddeżinjati bħala sinifikanti minn superviżur nazzjonali jew mill-ESMA, jew minħabba li huma parametri referenzjarji ta’ importanza kritika. Minħabba l-istess raġuni, jenħtieġ li l-ESMA telenka wkoll f’dak ir-reġistru l-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi pprovduti minn amministraturi li huma awtorizzati jew irreġistrati. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-ESMA telenka wkoll fir-reġistru l-parametri referenzjarji li għalihom awtorità kompetenti jew l-ESMA tkun ħarġet avviż pubbliku li jipprojbixxi l-użu ulterjuri ta’ dak il-parametru referenzjarju. Sabiex jitnaqqas ulterjorment il-piż fuq l-utenti, jenħtieġ li din l-informazzjoni kollha ssir disponibbli faċilment fuq il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP).

(20a)  Żewġ kategoriji ta’ parametri referenzjarji relatati mal-ESG huma soġġetti għall-konformità mal-istandards minimi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE (EU CTB) u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (EU PAB). Ir-Regolament (UE) 2019/2089 introduċa regoli fir-rigward tat-trasparenza tal-parametri referenzjarji li, fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, jasserixxu li qed iqisu l-fatturi ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG) fit-tfassil tagħhom. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ trasparenza fir-rigward tal-pretensjonijiet relatati mal-ESG u livell adegwat ta’ protezzjoni għall-utenti, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-utenti ma jużawx parametri referenzjarji li jagħmlu asserzjonijiet relatati mal-ESG meta tali parametri referenzjarji meta ma jipprovdux lill-utenti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt d, u fl-Artikolu 27(2a) tar-Regolament (UE) 2016/1011. Dan jenħtieġ li japplika għall-użu ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju li jasserixxi li jqis il-fatturi ESG fit-tfassil tiegħu, irrispettivament minn jekk tali parametru referenzjarju huwiex amministrat fl-Unjoni jew f’pajjiż terz.

Madankollu, kategoriji oħra ta’ parametri referenzjarji li jagħmlu asserzjonijiet relatati mal-ESG, mhux ikkunsidrati bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, jistgħu jikkontribwixxu, jew inkella joħolqu riskji, għall-promozzjoni ta’ politiki ewlenin tal-Unjoni dwar il-finanzi sostenibbli u l-kisba tal-objettivi relatati jew l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Għalhekk, huwa xieraq li sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni tippreżenta rapport, abbażi tal-input mill-ESMA, li jivvaluta d-disponibbiltà tal-parametri referenzjarji tal-ESG fis-swieq Ewropej u globali u l-adozzjoni tagħhom fis-suq, li janalizza jekk dawn jitqisux bħala parametri referenzjarji sinifikanti, u jistudja l-kostijiet u l-effetti fuq id-disponibbiltà tas-suq u n-natura li qed tevolvi tal-indikaturi sostenibbli u l-metodi użati biex dawn jitkejlu. Barra minn hekk, jenħtieġ li jivvaluta l-ħtieġa li jiġu rregolati l-parametri referenzjarji li jagħmlu asserzjonijiet relatati mal-ESG, bil-għan li jinżamm livell adegwat ta’ protezzjoni tal-utenti ta’ dawk il-parametri referenzjarji kif ukoll livell għoli ta’ trasparenza, jitnaqqas ir-riskju ta’ greenwashing u tiġi żgurata l-koerenza ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Jenħtieġ li dak ir-rapport ikun akkumpanjat b’valutazzjoni tal-impatt u, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

(21)  Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għal applikazzjoni tar-regoli introdotti skont dan ir-Regolament l-amministraturi li qabel kienu taħt superviżjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/2089 jenħtieġ li jżommu r-reġistrazzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet, ir-rikonoxximenti jew l-approvazzjonijiet eżistenti għal disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju. Dak il-perjodu ta’ żmien huwa maħsub biex jagħti lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-ESMA żmien biżżejjed biex jiddeċiedu jekk jenħtieġ li kwalunkwe wieħed mill-amministraturi li qabel kienu taħt superviżjoni jiġix iddeżinjat f’konformità ma’ dan ir-Regolament emendatorju. Jekk iddeżinjati, l-amministraturi li qabel kienu awtorizzati, irreġistrati, approvati jew rikonoxxuti jew l-amministraturi li volontarjament jagħżlu li jipparteċipaw f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħallew iżommu l-istatus preċedenti tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn japplikaw mill-ġdid. L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti jenħtieġ li, fi kwalunkwe każ, jitħallew iżommu l-istatus tagħhom bħala amministraturi ta’ parametri referenzjarji awtorizzati, irreġistrati, approvati jew rikonoxxuti.

(22)  Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jiġbru informazzjoni dwar parametri referenzjarji sinifikanti potenzjali u biex jadattaw l-infrastruttura eżistenti għall-qafas il-ġdid propost skont dan ir-Regolament emendatorju, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita.

(23)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1011 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1011

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. It-Titoli II, III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 23a sa 23c, IV u VI japplikaw biss fir-rigward ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi. L-Artikolu 10 fit-Titolu II u t-Titoli III, IV u VI japplikaw għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt (g)(i);

(2)  fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-punt (17), il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(m) amministratur awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 34”;

"

(a)  jitħassar il-punt (22a);

(b)  jitħassar il-punt (27);

(3)  l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, titħassar l-aħħar sentenza;

(b)  jitħassar il-paragrafu 6;

(4)  l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, titħassar l-aħħar sentenza;

(b)  jitħassar il-paragrafu 6;

(5)  l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, titħassar l-aħħar sentenza;

(b)  jitħassar il-paragrafu 4;

(6)  l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, titħassar l-aħħar sentenza;

(b)  jitħassar il-paragrafu 6;

(7)  fit-Titolu III, it-titolu tal-Kapitolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax”;

"

(7a)  fl-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-Artikolu 25 ma għandux japplika għall-forniment ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax u għall-kontribuzzjoni għalihom.”;

"

(8)  jitħassar l-Artikolu 18a;

(8a)  fl-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-Artikolu 25 ma għandux japplika għall-forniment tal-parametri referenzjarji tal-komoditajiet u għall-kontribuzzjoni għalihom.”;

"

(9)  fl-Artikolu 19a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

“4. L-amministraturi li ma humiex inklużi fir-reġistru tal-ESMA msemmi fl-Artikolu 36 ma għandhomx:

   (a) jipprovdu jew japprovaw Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
   (b) jindikaw jew jissuġġerixxu, f’isem il-parametri referenzjarji li jagħmlu disponibbli għall-użu fl-Unjoni jew fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-parametri referenzjarji, li l-parametri referenzjarji li jagħmlu disponibbli jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-forniment ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew ta’ Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.”

4a.  L-amministraturi għandhom jinkludu t-terminu “EU CTB” fl-isem tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u t-terminu “EU PAB” fl-isem tal-Parametri Referenzjarji tal-UE Allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.;

"

(10)  ▌l-Artikolu 19d huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 19d

Sforz sabiex jiġu pprovduti Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.

L-amministraturi li jinsabu fl-Unjoni u li jipprovdu parametri referenzjarji sinifikanti determinati abbażi tal-valur ta’ assi jew prezz sottostanti wieħed jew aktar għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE wieħed jew aktar jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi wieħed jew aktar.”;

"

(11)  l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Artikolu 24

Parametri referenzjarji sinifikanti

1.  Parametru referenzjarju li ma huwiex parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandu jkun sinifikanti meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-parametru referenzjarju jintuża direttament jew indirettament f’kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji fl-Unjoni bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment, li jkollhom valur medju totali ta’ mill-inqas EUR 50 biljun abbażi tal-karatteristiċi tal-parametru referenzjarju, inklużi:
   (i) il-firxa kollha ta’ maturitajiet jew termini tal-parametru referenzjarju, meta jkun applikabbli, fuq perjodu ta’ 6 xhur;
   (ii) il-muniti kollha jew unitajiet oħra ta’ kejl tal-parametru referenzjarju, meta applikabbli, fuq perjodu ta’ sitt xhur; u
   (iii) il-metodoloġiji kollha tal-kalkolu tar-redditu, meta applikabbli, fuq perjodu ta’ sitt xhur;
   (b) il-parametru referenzjarju jiġi ddeżinjat bħala sinifikanti f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 u 5 jew il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 6.

2.  Amministratur għandu jinnotifika minnufih lill-ESMA u, jekk jinsab fi Stat Membru tal-UE lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru▌, meta parametru referenzjarju wieħed jew aktar ta’ dak l-amministratur jaqbżu l-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a). Wara li tirċievi dik in-notifika, ▌l-ESMA ▌għandha tippubblika dikjarazzjoni fuq is-sit web tagħha li tiddikjara li dak il-parametru referenzjarju huwa sinifikanti jew fi Stat Membru wieħed jew fl-Unjoni.

Amministratur għandu, fuq talba, jipprovdi lill-ESMA u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab ▌b’informazzjoni dwar jekk il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a) ikunx inqabeż b’mod effettiv.

Meta awtorità kompetenti jew ▌l-ESMA, ikollha raġunijiet ċari u dimostrabbli biex tikkunsidra li parametru referenzjarju jaqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtorità kompetenti jew l-ESMA tista’ toħroġ avviż li jiddikjara dak il-fatt. Tali avviż għandu jiskatta l-istess obbligi għall-amministratur tal-parametru referenzjarju bħal notifika kif imsemmi fil-paragrafu 2. Mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel ma toħroġ tali avviż, l-awtorità kompetenti jew l-ESMA għandha tinforma lill-amministratur tal-parametru referenzjarju kkonċernat bis-sejbiet tagħha, u tistieden lil dak l-amministratur jissottometti kwalunkwe osservazzjoni.

3.  Awtorità kompetenti tista’, wara li tkun ikkonsultat lill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 4 u filwaqt li tqis il-parir tagħha, tiddeżinja parametru referenzjarju pprovdut minn amministratur li jinsab fl-Unjoni li ma jissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a), bħala sinifikanti meta dak il-parametru referenzjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) il-parametru referenzjarju ma għandu l-ebda sostitut jew ftit li xejn sostituti xierqa mmexxija mis-suq;
   (b) fil-każ li l-parametru referenzjarju ma jibqax jiġi pprovdut, jew jiġi pprovdut abbażi ta’ data tal-input li ma tibqax rappreżentattiva b’mod sħiħ tas-suq jew tar-realtà ekonomika sottostanti jew abbażi ta’ data tal-input mhux affidabbli, ikun hemm impatti sinifikanti u avversi fuq ▌l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u negozji fl-Istat Membru tiegħu jew fl-Unjoni;
   (c) il-parametru referenzjarju ma jkunx ġie ddeżinjat minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-ESMA.

Meta awtorità kompetenti tikkonkludi li parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni biex il-parametru referenzjarju jiġi ddeżinjat bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-amministratur ikkonċernat u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-amministratur, meta dan ikun rilevanti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkonsulta wkoll lill-ESMA dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni.

L-amministraturi kkonċernati u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-amministratur għandu jkollhom 15-il jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti deżinjanti kkonċernata biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-awtorità kompetenti deżinjanti kkonċernata għandha tinforma lill-ESMA dwar l-osservazzjonijiet u l-kummenti li tirċievi u għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

L-awtorità kompetenti deżinjanti għandha tinnotifika lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha, u tippubblika d-deċiżjoni, inklużi r-raġunijiet li għalihom tkun ittieħdet u l-konsegwenzi ta’ din id-deżinjazzjoni, fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien żejjed.”;

4.  Meta tiġi kkonsultata minn awtorità kompetenti dwar id-deżinjazzjoni maħsuba ta’ parametru referenzjarju bħala sinifikanti f’konformità mal-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha, fi żmien 3 xhur, toħroġ parir li jqis il-fatturi li ġejjin, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-parametru referenzjarju kkonċernat:

   (a) jekk l-awtorità kompetenti ta’ konsultazzjoni tkunx issostanzjat biżżejjed il-valutazzjoni tagħha li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, huma ssodisfati;
   (b) jekk, fil-każ li l-parametru referenzjarju ma jibqax jiġi pprovdut, jew jiġi pprovdut abbażi ta’ data tal-input li ma tibqax rappreżentattiva b’mod sħiħ tas-suq jew tar-realtà ekonomika sottostanti jew li ma tkunx affidabbli, ikunx hemm impatti sinifikanti u avversi fuq ▌l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u negozji fl-Unjoni jew fi Stati Membri għajr l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti ta’ konsultazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-ESMA għandha tqis kif xieraq, meta rilevanti, l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità ta’ konsultazzjoni skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.  Meta l-ESMA ssib li parametru referenzjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), fl-Unjoni jew f’aktar minn Stat Membru wieħed, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati b’dan. ▌

L-ESMA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni biex tiddeżinja l-parametru referenzjarju bħala sinifikanti fl-Unjoni u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-amministratur ikkonċernat u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fejn japplika l-punt (b). L-amministraturi kkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandu jkollhom 15-il jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz tad-deċiżjoni tal-ESMA biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-ESMA għandha tqis dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

6.  L-ESMA tista’, fuq talba ta’ awtorità kompetenti, jew fuq inizjattiva proprja, tiddeżinja parametru referenzjarju pprovdut minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz li ma jissodisfax il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), bħala sinifikanti meta dak il-parametru referenzjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) il-parametru referenzjarju ma għandu l-ebda sostitut jew ftit li xejn sostituti xierqa mmexxija mis-suq;
   (b) fil-każ li l-parametru referenzjarju ma jibqax jiġi pprovdut, jew jiġi pprovdut abbażi ta’ data tal-input li ma tibqax rappreżentattiva b’mod sħiħ tas-suq jew tar-realtà ekonomika sottostanti jew li ma tkunx affidabbli, ikun hemm impatti sinifikanti u avversi fuq ▌l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u negozji fl-Unjoni jew fi Stat Membru wieħed jew aktar.

L-ESMA għandha, qabel id-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni u mill-aktar fis possibbli, tinforma lill-amministratur tal-parametru referenzjarju bl-intenzjoni tagħha, u tistieden lil dak l-amministratur jipprovdi lill-ESMA fi żmien 15-il jum tax-xogħol dikjarazzjoni motivata li jkun fiha kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni relatata mad-deżinjazzjoni tal-parametru referenzjarju bħala sinifikanti.

Meta jkun applikabbli, l-ESMA għandha tistieden, mill-aktar fis possibbli, lill-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni fejn jinsab l-amministratur biex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni relatata mad-deżinjazzjoni tal-parametru referenzjarju.

L-ESMA għandha timmotiva kwalunkwe deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni, filwaqt li tqis jekk hemmx biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huma ssodisfati, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-parametru referenzjarju kkonċernat.

L-ESMA għandha tippubblika d-deċiżjoni motivata tagħha fuq is-sit web tagħha u għandha tinnotifika lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti mingħajr dewmien żejjed.

6a.  L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jitqiesu bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, sinifikanti, tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jistgħu japplikaw volontarjament għal aċċess għar-reġistru previst fl-Artikolu 36 permezz ta’ awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni.

L-amministraturi li volontarjament jagħżlu li jipparteċipaw f’dan ir-Regolament għandhom jagħmlu dan, bil-miktub mal-awtorità superviżorja attwali tagħhom, għal kull parametru referenzjarju u kull wieħed minn dawk il-parametri referenzjarji għandu jitqies bħala sinifikanti skont dan ir-Regolament.

Ir-rinunzja volontarja ta’ dan ir-reġim ma għandhiex tipprevjeni l-impożizzjoni tar-responsabbiltajiet amministrattivi korrispondenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011 jew ksur tiegħu matul l-inklużjoni volontarja tagħhom fir-reġistru previst fl-Artikolu 36.

7.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

   (i) il-metodu ta’ kalkolu, inklużi sorsi potenzjali ta’ data, li għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu;
   (ii) il-kriterji biex jiġi vvalutat meta parametru referenzjarju jaqbeż il-limitu msemmi fl-Artikolu 24, il-paragrafu (1), il-punt (a), fi Stat Membru wieħed jew madwar l-Unjoni;
   (iii) l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu meta jikkonsultaw lill-ESMA kif meħtieġ fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3;
   (iv) il-kriterji msemmija fl-Artikolu 24, il-paragrafu 4, il-punt (b), filwaqt li titqies kwalunkwe data li tgħin fil-valutazzjoni tal-impatt sinifikanti u avvers tal-waqfien jew in-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-parametru referenzjarju fuq l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u negozji fi Stat Membru wieħed jew aktar;

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7a.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, tal-prezzijiet u regolatorji. Dak ir-rapport, meta jkun xieraq, għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva. Tali rieżami għandu jsir mill-inqas kull tliet snin.

7b.  Meta l-ESMA tqis li jkun xieraq li l-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), jiġi rieżaminat aktar kmieni fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, tal-prezzijiet u regolatorji, hija għandha tissottometti talba lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-limitu. Malli tirċievi dik it-talba, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-ħtieġa li tivvaluta mill-ġdid il-limitu u taġixxi f’konformità mal-paragrafu 7a.;

"

(12)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 24a

Rekwiżiti għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti

   (1) Fi żmien 60 jum tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), l-amministratur ta’ parametru referenzjarju li jissodisfa l-kriterju msemmi fil-paragrafu (1), il-punt (a), ta’ dak l-Artikolu, għandu jitlob awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sinifikanti f’dak l-Istat Membru jew mill-ESMA meta l-parametru referenzjarju jkun sinifikanti fl-Unjoni. Meta dak l-amministratur ikun jinsab f’pajjiż terz u sakemm il-parametru referenzjarju kkonċernat ma jkunx kopert minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 30, dak l-amministratur għandu, fi żmien 60 jum tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), japplika mal-ESMA għal waħda minn dawn li ġejjin:
   (a) rikonoxximent ▌skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32.
   (b) approvazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.
   (2) Fi żmien 60 jum tax-xogħol wara deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3), l-amministratur tal-parametru referenzjarju kkonċernat, sakemm dak l-amministratur ma jkunx diġà awtorizzat jew irreġistrat minn awtorità nazzjonali kompetenti, għandu jitlob awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti deżinjanti f’konformità mal-Artikolu 34.
   (2a) Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-deżinjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 24(5), l-amministratur tal-parametru referenzjarju kkonċernat għandu jitlob awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 34 sakemm dak l-amministratur mhuwiex diġà awtorizzat jew irreġistrat. Jekk dak l-amministratur ikun diġà awtorizzat jew irreġistrat fi Stat Membru, tali awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni għandha tiġi ttrasferita lill-ESMA.
   (3) Fi żmien 60 jum tax-xogħol wara deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(6), l-amministratur tal-parametru referenzjarju kkonċernat ▌għandu japplika mal-ESMA għal waħda minn dawn li ġejjin:
   (a) rikonoxximent ▌skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32;
   (b) approvazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi għandhom jagħżlu amministratur li jagħti l-approvazzjoni fl-Unjoni.

   (4) L-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu użu mis-setgħat superviżorji u ta’ sanzjoni li huma fdati lilhom skont dan ir-Regolament biex jiżguraw li l-amministraturi rilevanti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.
   (5) L-awtorità kompetenti jew l-ESMA għandha toħroġ avviż pubbliku li jiddikjara li parametru referenzjarju sinifikanti pprovdut minn amministratur ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li l-utenti għandhom joqogħdu lura milli jużaw dak il-parametru referenzjarju meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
   (a) fi żmien 60 jum tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), id-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) jew id-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(6), l-amministratur ikkonċernat ma jkunx beda proċeduri biex jikkonforma mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
   (b) il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni jkunu fallew;
   (c) l-ESMA tkun irtirat ir-reġistrazzjoni tal-amministratur f’konformità mal-Artikolu 31;
   (d) l-ESMA tkun irtirat jew issospendiet ir-rikonoxximent tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 32(8);
   (e) l-approvazzjoni tal-amministratur ikkonċernat tkun waqfet;
   (f) l-awtorità kompetenti tkun irtirat jew issospendiet l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-amministratur ikkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bl-avviżi pubbliċi kollha maħruġa mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tippubblika l-avviżi pubbliċi kollha maħruġa fuq is-sit web tagħha. L-ESMA jew l-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-avviż pubbliku mingħajr dewmien żejjed malli r-raġuni li għaliha jkun inħareġ ma tibqax valida.;

"

(13)  fit-Titolu III, jitħassar il-Kapitolu 6;

(13a)  fl-Artikolu 28, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:"

2. L-entitajiet taħt superviżjoni, li mhumiex amministraturi kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jużaw parametru referenzjarju għandhom jipproduċu u jżommu pjanijiet robusti bil-miktub li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi pprovdut. Meta jkun fattibbli u xieraq, tali pjanijiet għandhom jiddeżinjaw parametru referenzjarju alternattiv wieħed jew aktar li tista’ ssir referenza għalihom biex jiġu sostitwiti l-parametri referenzjarji li ma jkunux se jibqgħu jiġu pprovduti, filwaqt li jiġu indikati r-raġunijiet għall-adegwatezza ta’ tali parametri referenzjarji alternattivi. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jipprovdu, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità kompetenti rilevanti dawk il-pjanijiet u kwalunkwe aġġornament u għandhom jirriflettuhom fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta’ riżerva applikabbli għal kuntratti finanzjarji, strumenti finanzjarji u fondi ta’ investiment.;

"

(14)  l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

Użu ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi”;

"

(b)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. Entità taħt superviżjoni ma għandhiex iżżid referenzi ġodda għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju sinifikanti jew kombinazzjoni ta’ tali parametri referenzjarji fl-Unjoni meta dak il-parametru referenzjarju jew dik il-kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji jkunu is-suġġett ta’ avviż pubbliku maħruġ mill-ESMA jew minn awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 24a(5). Entità taħt superviżjoni ma għandhiex iżżid referenzi ġodda għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew għal Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi jew kombinazzjoni ta’ tali parametri referenzjarji fl-Unjoni meta l-amministratur ta’ dawk il-parametri referenzjarji ma jkunx inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36.

L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jikkonsultaw b’mod regolari mal-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) kif imsemmi fl-Artikolu 28a, jew mar-reġistru tal-ESMA kif imsemmi fl-Artikolu 36, biex jivverifikaw l-istatus regolatorju tal-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jkollhom il-ħsieb li jużaw.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-ESMA jew l-awtorità kompetenti, kif xieraq, jistgħu jippermettu l-użu ta’ parametru referenzjarju soġġett għal avviż pubbliku maħruġ f’konformità mal-Artikolu 24a(5) għal perjodu ta’ 6 xhur wara l-pubblikazzjoni tal-avviż pubbliku, li jista’ jiġġedded darba, meta meħtieġ biex jiġi evitat tfixkil serju fis-suq, jew għal perjodu ta’ 24 xahar, li ma jistax jiġġedded, għal dan li ġej:

   (a) il-ġenerazzjoni tas-suq b’appoġġ għall-attività tal-klijent relatata mat-tranżazzjonijiet eżegwiti qabel id-data effettiva tal-projbizzjoni;
   (b) it-tranżazzjonijiet jew attivitajiet oħra li jnaqqsu jew jiħħeġġjaw l-iskopertura tal-entità taħt superviżjoni jew ta’ kwalunkwe klijent tal-entità taħt superviżjoni għall-parametru referenzjarju pprojbit;
   (c) in-novazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet;
   (d) it-tranżazzjonijiet eżegwiti għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni fi proċedura ta’ rkant ta’ kontroparti ċentrali fil-każ ta’ inadempjenza ta’ membru, inklużi tranżazzjonijiet biex tiġi ħħeġġjata l-iskopertura li tirriżulta;
   (e) l-interpolazzjoni jew użu ieħor previst f’arranġamenti kuntrattwali ta’ riżerva b’rabta mal-parametru referenzjarju pprojbit.”;

"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi 1b, 1ba, 1bb u 1bc ġodda li ġejjin:"

“1b. Entità taħt superviżjoni li tuża parametru referenzjarju f’kuntratti finanzjarji eżistenti jew biex tkejjel il-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment jew strumenti finanzjarji li huwa soġġett għal avviż pubbliku skont l-Artikolu 24a(5) għandha tissostitwixxi dak il-parametru referenzjarju b’alternattiva xierqa fi żmien 6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż, jew toħroġ u tippubblika dikjarazzjoni fuq is-sit web tagħha li tipprovdi lill-klijenti bi spjegazzjoni motivata għaliex ma tistax tagħmel dan.”;

1ba.  Entità taħt superviżjoni tista’ tuża parametru referenzjarju u tasserixxi, fid-dokumentazzjoni legali jew ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha, jew fid-denominazzjoni, li tqis il-fatturi ESG fil-metodoloġija tagħha, biss meta l-amministratur tagħha jiddivulga l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 27(2a). Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni tal-metodoloġija għandhom ifittxu koerenza mal-Artikolu 10 tar-Regolament UE 2019/2088.

Dan il-paragrafu għandu japplika kemm għall-parametri referenzjarji tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE.

"

(ca)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:"

2. Meta l-oġġett ta’ prospett li għandu jiġi ppubblikat skont id-Direttiva 2003/71/KE jew id-Direttiva 2009/65/KE jkun titoli trasferibbli jew prodotti ta’ investiment oħra li jirreferenzjaw parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju sinifikanti, parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li meta avviż pubbliku dwar il-parametru referenzjarju użat huwa inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament, fi żmien 9 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ tali avviż pubbliku, il-prospett jinkludi wkoll din l-informazzjoni b’mod ċar u prominenti.

"

(cb)  jiddaħħal paragrafu 2a ġdid:"

2a. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji użati fl-UE għandhom jagħmlu ħilithom biex jitolbu kodiċi ta’ identifikazzjoni maqbul globalment għal kull wieħed mill-parametri referenzjarji li huma jipprovdu għall-użu fl-Unjoni.”;

"

(15)  l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)  jitħassar il-paragrafu 1;

(b)  il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“2. Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 24a(1) u (3) għandu jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11(4) u l-Artikoli 16, 20, 21 u 23. L-amministratur li jinsab f’pajjiż terz jista’ jissodisfa dik il-kundizzjoni billi japplika l-prinċipji tal-IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew il-prinċipji tal-IOSCO għall-PRAs, kif applikabbli, dment li tali applikazzjoni tkun ekwivalenti għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11(4), u l-Artikoli 16, 20, 21 u 23.

Meta tiddetermina jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hijiex issodisfata u tivvaluta l-konformità mal-prinċipji tal-IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew mal-prinċipji tal-IOSCO għall-PRAs, kif applikabbli, l-ESMA tista’ tqis:

   (a) valutazzjoni tal-amministratur li jinsab f’pajjiż terz minn awditur estern indipendenti;
   (b) ċertifikazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn jinsab dak l-amministratur.

Meta, u sal-punt li, amministratur ta’ pajjiż terz ikun jista’ juri li parametru referenzjarju li jipprovdi jkun parametru referenzjarju ta’ data regolata jew parametru referenzjarju ta’ komodità li ma jkunx ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom ikunu entitajiet taħt superviżjoni, l-amministratur ma għandux ikun obbligat jikkonforma mar-rekwiżiti li, skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 19(1), ma humiex applikabbli għall-forniment ta’ parametri referenzjarji ta’ data regolata u ta’ parametri referenzjarji ta’ komodità.

3.  Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent għandu jkollu rappreżentant legali. Ir-rappreżentant legali għandu jkun persuna ▌ġuridika li tinsab fl-Unjoni u espressament maħtura minn dak l-amministratur biex taġixxi f’isem dak l-amministratur fir-rigward tal-obbligi tal-amministratur taħt dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant legali għandu, flimkien mal-amministratur, iwettaq il-funzjoni ta’ sorveljanza relatata mal-forniment ta’ parametri referenzjarji mwettqa mill-amministratur fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u ▌jkun responsabbli lejn l-ESMA. L-ESMA tista’ timponi miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 48e fuq ir-rappreżentant legali u l-amministratur għal wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew fir-rigward ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4.”;

"

(c)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika għal rikonoxximent mal-ESMA. L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li jkun stabbilixxa, fiż-żmien tar-rikonoxximent, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-parametru referenzjarju jew tal-parametri referenzjarji tiegħu li jkunu ġew iddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 24. Meta jkun applikabbli, l-amministratur applikant għandu jiddeżinja l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz responsabbli mis-superviżjoni tiegħu.

Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif xieraq. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-ESMA. Il-limitu ta’ żmien imsemmi f’dan is-subparagrafu għandu japplika mid-data li fiha l-applikant ikun ipprovda tali informazzjoni addizzjonali.”;

"

(15a)  fl-Artikolu 33(1), il-formulazzjoni introduttorja hija emendata kif ġej:"

1. Amministratur li jkun jinsab fl-Unjoni u jkun awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 34, bi rwol ċar u definit sew fil-qafas ta’ kontroll jew responsabbiltà tal-amministratur ta’ pajjiż terz, li tkun tista’ timmonitorja b’mod effettiv il-forniment ta’ parametru referenzjarju, jista’ japplika mal-ESMA għall-approvazzjoni ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz għall-użu tagħhom fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

"

(15b)  fl-Artikolu 33, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:"

3. Fi żmien 90 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha teżamina l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni jew biex tawtorizza l-approvazzjoni jew biex tirrifjutaha.

"

(15c)  l-Artikolu 33, il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:"

6. Meta l-awtorità kompetenti tal-amministratur li jagħti l-approvazzjoni jkollha raġunijiet ġustifikati biex tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx jiġu ssodisfati, hi għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi li l-amministratur li jagħti l-approvazzjoni jtemm l-approvazzjoni, u għandha tinforma lill-ESMA b’dan. L-Artikolu 28 għandu japplika fil-każ ta’ waqfien tal-approvazzjoni.

"

(16)  l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej,

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li taġixxi jew li jkollha l-ħsieb li taġixxi bħala amministratur għandha tapplika mal-awtorità kompetenti ddeżinjata skont l-Artikolu 40 tal-Istat Membru fejn tkun tinsab dik il-persuna jew mal-ESMA, sabiex tirċievi:

   (a) awtorizzazzjoni meta tipprovdi jew ikollha l-ħsieb li tipprovdi indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, bħala parametri referenzjarji sinifikanti, bħala parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
   (b) reġistrazzjoni meta tkun entità taħt superviżjoni, għajr l-amministratur, li tipprovdi jew ikollha l-ħsieb li tipprovdi indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw bħala parametri referenzjarji sinifikanti, bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, dment li l-attività tal-forniment ta’ parametru referenzjarju ma tiġix ipprevenuta mid-dixxiplina settorjali li tapplika għall-entità taħt superviżjoni u li l-ebda wieħed mill-indiċijiet ipprovduti ma jikkwalifika bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.”;

"

(aa)  l-Artikolu 34, il-paragrafu 1a huwa emendat kif ġej:"

1a. Meta wieħed jew aktar mill-indiċijiet ipprovduti mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jikkwalifikaw bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika kif imsemmi fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c), jew bħala parametri referenzjarji sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(2), (5) u (6), jew jekk il-persuna tipprevedi li tapprova parametri referenzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 33, l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-ESMA.

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3 L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir fi żmien 30 jum tax-xogħol minn kwalunkwe ftehim li tagħmel entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi pprovdut mill-applikant bħala referenza fi strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment, jew fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 24a(2) u (3), kif applikabbli.”;

"

(16a)  fl-Artikolu 36(1), il-punt (a) sa (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

1. L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-identitajiet, inkluż, meta disponibbli, l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI), tal-amministraturi awtorizzati jew irreġistrati skont l-Artikolu 34 u, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;
   (b) l-identitajiet, inklużi, meta disponibbli, il-LEI ta’ amministraturi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(1), il-lista ta’ parametri referenzjarji inklużi, meta disponibbli, in-Numri Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISINs) tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 30(1), il-punt (c), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;
   (c) l-identitajiet, inklużi, meta disponibbli, il-LEI tal-amministraturi li jkunu akkwistaw ir-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 32, il-lista ta’ parametri referenzjarji, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 32(7) u, meta applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;
   (d) il-parametri referenzjarji li huma approvati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33, l-identitajiet tal-amministraturi tagħhom, u l-identitajiet tal-amministraturi li jagħtu l-approvazzjoni jew tal-entitajiet taħt superviżjoni li jagħtu l-approvazzjoni.”

"

(17)  fl-Artikolu 36(1):

(a)   il-punt (e) sa (j) huma emendati: "

“(e) il-parametri referenzjarji, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal dikjarazzjoni ppubblikata mill-ESMA jew minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 24(2), u l-iperlinks għal tali dikjarazzjonijiet;

   (f) il-parametri referenzjarji, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal deżinjazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti nnotifikati lill-ESMA skont l-Artikolu 24(4), u l-iperlinks għal tali deżinjazzjonijiet;
   (g) il-parametri referenzjarji, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal deżinjazzjonijiet mill-ESMA, u l-iperlinks għal tali deżinjazzjonijiet;
   (h) il-parametri referenzjarji, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal avviżi pubbliċi maħruġa mill-ESMA u mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 24a(5), u l-iperlinks għal tali avviżi pubbliċi.;
   (i) il-lista ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, disponibbli għall-użu fl-Unjoni;
   (j) il-lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom.”;

"

(b)  jiżdied il-punt (ja);"

(ja) il-lista ta’ parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, inklużi, meta disponibbli, l-ISINs tagħhom, disponibbli għall-użu fl-Unjoni.;

"

(17a)  l-Artikolu 40, il-paragrafu 1, huwa emendat kif ġej:"

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tkun l-awtorità kompetenti għal:

   (a) amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika kif imsemmi fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c);
   (b) amministraturi tal-parametri referenzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 32;
   (c) amministraturi tal-parametri referenzjarji li huma sinifikanti fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 24(2), (5) u (6);
   (d) amministraturi li japprovaw parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 33;
   (e) amministraturi ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u ta’ Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi kif imsemmi fl-Artikolu 3(23a) u (23b).;

"

(18)  fl-Artikolu 41(1), jiżdiedu l-punti (k) u (l) li ġejjin:"

“(k) jiddeżinjaw parametru referenzjarju bħala sinifikanti skont l-Artikolu 24(3);

   (l) f’każ ta’ raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta ksur ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 3A, jirrikjedu li amministratur jieqaf, għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar:
   (i) li jipprovdi Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
   (ii) li jirreferi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi f’isem il-parametri referenzjarji li jagħmel disponibbli għall-użu fl-Unjoni, jew fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-parametri referenzjarji;
   (iii) li jirreferi għall-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-forniment ta’ tali parametri referenzjarji f’isem il-parametri referenzjarji li jagħmel disponibbli għall-użu fl-Unjoni, jew fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-parametri referenzjarji;”;

"

(19)  l-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(a) kwalunkwe ksur tal-Artikoli 4 sa 16, tal-Artikoli 19a, 19b, 19c u 21, tal-Artikoli 23 sa 29 jew tal-Artikolu 34 meta japplikaw dawk l-Artikoli; u”;

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej

(i)  fil-punt (g), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(i) għall-ksur tal-Artikoli 4 sa 10, tal-Artikolu 11(1), il-punti (a), (b), (c) u (e), tal-Artikolu 11(2) u (3), tal-Artikoli 12 sa 16, tal-Artikolu 21, tal-Artikoli 23 sa 29 u tal-Artikolu 34, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-31 ta’ Diċembru 2023; jew”;

"

(ii)  fil-punt (h), il-punt (i) huwa sostitwit b’li ġej:"

“(i) għall-ksur tal-Artikoli 4 sa 10, tal-Artikolu 11(1), il-punti (a), (b), (c) u (e), tal-Artikolu 11(2) u (3), tal-Artikoli 12 sa 16, tal-Artikolu 21, tal-Artikoli 23 sa 29 u tal-Artikolu 34, jew EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-31 ta’ Diċembru 2023, jew 10 % tal-fatturat annwali totali tiegħu skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, liema waħda tkun l-ogħla; jew”;

"

(19a)  fl-Artikolu 48e(1), il-formulazzjoni introduttorja hija emendata kif ġej:"

“Fejn, f’konformità mal-Artikolu 48i(5), l-ESMA ssib li persuna wettqet, intenzjonalment jew b’mod negliġenti, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew naqqset milli tikkoopera f’investigazzjoni jew fi spezzjoni jew f’talba koperta mit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu jew li tikkonforma magħhom, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur. ;

"

(19b)  fl-Artikolu 48f, il-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija emendata kif ġej:"

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 48i(5), l-ESMA ssib li kwalunkwe persuna wettqet, intenzjonalment jew b’mod negliġenti, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni f’investigazzjoni jew fi spezzjoni jew f’talba koperta mit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità magħhom, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.;

"

(19c)  fl-Artikolu 54, jiżdied paragrafu ġdid:"

7a. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa li jiġu rregolati l-parametri referenzjarji li jagħmlu asserzjonijiet relatati mal-ESG, minbarra l-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni u d-disponibbiltà tal-parametri referenzjarji tal-ESG fis-swieq Ewropej u globali u l-adozzjoni tagħhom fis-suq, filwaqt li tanalizza jekk dawn jitqisux bħala parametri referenzjarji sinifikanti, u tistudja l-kostijiet u l-effetti fuq id-disponibbiltà tas-suq u n-natura li qed tevolvi tal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-metodi użati biex dawn jitkejlu. Ir-rapport għandu jqis ukoll il-ħtieġa għal koerenza u konsistenza mad-dritt tal-Unjoni ieħor, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2019/2088, id-Direttiva 2011/61/UE u d-Direttiva 2009/65/KE kif ukoll il-Linji Gwida tal-ESMA dwar l-ismijiet tal-fondi bl-użu ta’ termini tal-ESG jew relatati mas-sostenibbiltà. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat b’valutazzjoni tal-impatt u, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva.;

"

(20)  l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6), 24(7), 27(2b), 33(7), 51(6) u 54(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Ġunju 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6), 24(7), 27(2b), 30(2a), 30(3a), 33(7), 48i(10), 48l(3), 51(6) u 54(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”;

"

(b)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6), 24(7), 27(2b), 30(2a), 30(3a), 33(7), 48i(10), 48l(3), 51(6) jew 54(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

"

(21)  fl-Artikolu 51, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“4c. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkun biħsiebhom jiddeżinjaw parametru referenzjarju pprovdut minn amministratur li ġie inkluż fir-reġistru tal-ESMA fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju nieqes jum] u l-ESMA li jkun biħsiebha tiddeżinja parametru referenzjarju li kien inkluż fir-reġistru tal-ESMA jew li l-amministratur li kien inkluż fir-reġistru tal-ESMA fi...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju nieqes jum] għandhom jagħmlu dan sa ...[disa’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].

L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li kienu awtorizzati, irreġistrati, approvati jew rikonoxxuti fi ...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] għandhom iżommu dan l-istatus għal disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju. Meta parametru referenzjarju wieħed jew aktar tagħhom huma ddeżinjati fi żmien disa’ xhur minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju], l-amministraturi ddeżinjati ma għandhomx ikunu obbligati japplikaw mill-ġdid għall-awtorizzazzjoni, għar-reġistrazzjoni, għar-rikonoxximent, jew għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 24a(1), (2), jew (3), kif applikabbli.

L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti li ġew awtorizzati, irreġistrati, approvati jew rikonoxxuti fi [ id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għall-awtorizzazzjoni, għar-reġistrazzjoni, għar-rikonoxximent, jew għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 24a(1) meta parametru referenzjarju wieħed jew aktar tagħhom ikunu sinifikanti skont l-Artikolu 24(1)(a).

L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li kienu awtorizzati, irreġistrati, approvati jew rikonoxxuti fi ...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] li volontarjament jagħżlu li jipparteċipaw f’dan ir-Regolament sa ...[disa’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] ma għandhomx ikunu obbligati li japplikaw mill-ġdid għall-awtorizzazzjoni, għar-reġistrazzjoni, għar-rikonoxximent jew għall-approvazzjoni. ;

"

(21a)  jitħassar l-Artikolu 53, il-paragrafu 1;

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)* Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(2) ĠU C , , p. .
(3) ĠU C , , p. .
(4) ĠU C , , p. .
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


Sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art
PDF 540kWORD 286k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma (COM(2022)0540 – C9-0361/2022 – 2022/0344(COD))
P9_TA(2024)0358A9-0238/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0540),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0361/2022),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-22 ta’ Frar 2023(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0238/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma

P9_TC1-COD(2022)0344


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(-1)   L-ilma mhuwiex prodott kummerċjali bħal kwalunkwe prodott ieħor iżda pjuttost ben komuni u wirt, li jeħtieġ li jiġi protett, u ttrattat bħala tali, sabiex jiġi żgurat li l-ekosistemi jiġu ppreservati u li jkun hemm aċċess universali għal ilma nadif. [Em. 1]

(-1a)   L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet fit-28 ta’ Lulju 2010 id-dritt għal ilma tax-xorb sigur u nadif u s-sanità bħala dritt tal-bniedem li huwa essenzjali għat-tgawdija sħiħa tal-ħajja u tad-drittijiet kollha tal-bniedem. Wara s-suċċess tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tal-2014 intitolata “Right2Water”, fl-2018 il-Kummissjoni adottat proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb u d-Direttiva emendata korrispondenti daħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2021. Dik id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex itejbu l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem filwaqt li jiddependu, fost l-oħrajn, fuq l-għarfien miksub u l-azzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-effettività tad-dritt għall-ilma nadif u s-sanità billi jtejbu l-kwalità kemm tal-ilma tal-wiċċ kif ukoll tal-ilma ta’ taħt l-art. [Em. 2]

(1)  It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art joħloq theddida għall-ambjent akkwatiku, b’effetti bħal tossiċità akuta u kronika f’organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa fl-ekosistema u telf tal-ħabitats u tal-bijodiversità, kif ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem. L-iffissar ta’ standards ta’ kwalità ambjentali jgħin sabiex tiġi implimentata l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, bħala waħda mill-miri ta’ prijorità tat-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali(5). [Em. 3]

(1a)   Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, madwar 90 % tal-erja tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art hija rrappurtata li hija fi stat kwantitattiv tajjeb, madwar 75 % tal-erja tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art tinsab fi stat kimiku tajjeb, 40 % tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ huma fi stat ekoloġiku tajjeb jew tajjeb ħafna, u 38 % tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jinsabu fi stat kimiku tajjeb, filwaqt li r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tal-4 ta’ Diċembru 2019 intitolat “The European environment – state and outlook 2020: Knowledge for transition to a sustainable Europe” (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti tal-2020: għarfien għat-tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli) sab li t-tnaqqis fit-tniġġis tejjeb il-kwalità tal-ilma, iżda li l-Unjoni kienet ferm ’il bogħod milli tikseb status ekoloġiku tajjeb għall-korpi tal-ilma kollha sal-2020. [Em. 4]

(1b)   Il-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tal-2019 (“il-Kontroll tal-idoneità”) ikkonkluda fl-evalwazzjoni tiegħu li ċ-ċiklu li jmiss ta’ programmi ta’ miżuri se jkollu rwol ewlieni fl-iżgurar tal-progress meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi ambjentali tad-Direttiva 2000/60/KE sal-iskadenza tal-2027, u ddikjara li bħalissa aktar minn nofs il-korpi tal-ilma Ewropej kollha huma eżentati skont id-Direttiva 2000/60/KE, u dan jagħmel l-isfidi għall-Istati Membri biex jiksbu l-istandards tal-kwalità ambjentali għal sustanzi ta’ prijorità sal-iskadenza stabbilita, aktar minn sostanzjali. Barra minn hekk, il-Kontroll tal-Idoneità kkonkluda li l-objettivi ambjentali għadhom ma ntlaħqux bis-sħiħ fil-parti l-kbira minħabba finanzjament insuffiċjenti, implimentazzjoni bil-mod u integrazzjoni insuffiċjenti tal-objettivi ambjentali f’politiki settorjali, u mhux minħabba xi nuqqas fil-leġiżlazzjoni. [Em. 5]

(1c)   Minħabba fatturi ġeografiċi u soċjoekonomiċi, xi popolazzjonijiet, inklużi popli indiġeni, huma aktar vulnerabbli għat-tniġġis tal-ilma. Is-settur tal-minjieri fl-Unjoni Ewropea huwa mistenni li jikber biex jiżgura l-iżvilupp tal-industrija b’emissjonijiet żero netti. Kif iddikjarat fir-rapport 09/2021 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent(6), is-settur tal-minjieri għandu impatt dirett fuq il-kwalità u l-kwantità tal-ilma. Jeħtieġ li, għalhekk, jiġu implimentati aħjar l-oqfsa leġiżlattivi eżistenti u li jiġu ppjanati u kkontrollati l-użu u l-iskariki fl-operazzjonijiet tal-minjieri wkoll. [Em. 6]

(1d)   Ħafna territorji fl-Unjoni huma soġġetti għal restrizzjonijiet tal-ilma kbar u li qed jiżdiedu. In-nixfiet kbar u persistenti ta’ dawn l-aħħar snin, speċjalment fir-reġjuni tal-Mediterran, qed ipoġġu f’riskju l-produzzjoni agrikola u qed jikkawżaw tnaqqis serju fir-riżervi tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art(7). [Em. 7]

(1e)   L-ilma huwa ben pubbliku għall-benefiċċju ta’ kulħadd li huwa riżorsa naturali essenzjali insostitwibbli u indispensabbli għall-ħajja, u li jrid jiġi meqjus bir-reqqa fid-dawl tad-dimensjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali tiegħu. Kemm it-tibdil fil-klima, inkluża ż-żieda fil-frekwenza ta’ diżastri naturali u avvenimenti estremi tat-temp, kif ukoll id-degradazzjoni tal-bijodiversità, jaffettwaw b’mod negattiv il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, u dan iwassal għal pressjoni fuq setturi li jiddependu mid-disponibbiltà tal-ilma, b’mod partikolari l-agrikoltura. [Em. 8]

(1f)   Filwaqt li fir-Rapport tagħha tal-2018 dwar “European waters – assessment of status and pressures” (L-ilmijiet Ewropej – valutazzjoni tal-istatus u tal-pressjonijiet), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) identifikat ċerti prattiki agrikoli bħala ostakli għall-kisba ta’ status kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art fl-Unjoni, li jwasslu għal tniġġis min-nitrati u mill-pestiċidi, u ġie osservat tnaqqis kostanti fl-użu ta’ fertilizzanti minerali u f’eċċessi ta’ nutrijenti fl-UE matul l-aħħar deċennji(8). Sorsi sinifikanti oħra ta’ tniġġis huma l-iskariki li mhumiex konnessi ma’ sistema tad-drenaġġ, siti kkontaminati jew siti industrijali abbandunati. [Em. 9]

(1g)   L-istatus tajjeb tal-korpi tal-ilma u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma jirrappreżentaw prijorità għall-agrikoltura, peress li l-bdiewa jiddependu fuq l-ilma biex iwettqu l-attività tagħhom, u għalhekk, għandhom interess vestit fl-użu sostenibbli ta’ din ir-riżorsa. [Em. 10]

(1h)   Sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni lejn settur agrikolu aktar sostenibbli u produttiv li jkun reżistenti għal-limitazzjonijiet tal-ilma, jenħtieġ li jiġu introdotti inċentivi għall-bdiewa biex itejbu l-ġestjoni tal-ilma u l-modernizzazzjoni tas-sistemi u t-tekniki tat-tisqija. [Em. 11]

(1i)   L-użu tal-pestiċidi jista’ jaffettwa b’mod sever il-kwalità u l-kwantità tal-ilma disponibbli għall-użu agrikolu, u dan iwassal għal impatti negattivi kemm fuq il-bijodiversità akkwatika kif ukoll fuq dik terrestri. Għalhekk huwa xieraq li jiġu mmonitorjati l-impatt u d-destin ekotossikoloġiku tal-pestiċidi u l-metaboliti tagħhom fil-korpi tal-ilma. [Em. 12]

(1j)   Huwa essenzjali li jiġu kkunsidrati l-isforzi li saru s’issa f’setturi bħall-agrikoltura, fejn diġà kien possibbli li titnaqqas il-kontaminazzjoni fitosanitarja b’14 % meta mqabbla mal-2015-2017 u b’26 % jekk inħarsu lejn l-aktar sustanzi niġġiesa dannużi. Iċ-ċifri, għalhekk, juru tnaqqis kontinwu fl-użu u fir-riskju tas-sustanzi kimiċi, fejn l-2020 kienet it-tieni sena konsekuttiva li fiha kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-pestiċidi, speċjalment dawk l-aktar perikolużi(9). [Em. 13]

(1k)   It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art joħloq ukoll theddida għall-agrikoltura peress li jillimita d-disponibbiltà tal-ilma adattat għat-tisqija tal-għelejjel, u jkompli jaggrava l-iskarsezza tal-ilma. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jżidu l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jimplimentaw b’mod rapidu soluzzjonijiet biex jindirizzaw l-iskarsezza u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art, inklużi d-diġitalizzazzjoni, l-agrikoltura ta’ preċiżjoni, it-tisqija ottimizzata u l-modernizzazzjoni tat-tisqija u l-użu ċirkolari tar-riżorsi, għal ġestjoni mtejba tal-ilma reżiljenti għat-tibdil fil-klima u applikazzjoni aktar immirata tal-pestiċidi u l-fertilizzanti għall-għelejjel, alternattivi li jniġġsu anqas u aktar sikuri għall-inputs agrikoli, varjetajiet aktar reżistenti u effiċjenti fin-nutrijenti u użu akbar tal-ilma mormi trattat għat-tisqija agrikola. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ sistema tal-ikel tal-Unjoni sostenibbli u reżiljenti filwaqt li jnaqqas it-tniġġis diffuż mill-agrikoltura u l-ħtieġa ta’ astrazzjoni agrikola. [Em. 14]

(2)  Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali, bħala prijorità, għandha tiġi kkoreġuta f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas.

(2a)   Fit-tfittxija ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero, l-Unjoni jenħtieġ li tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni differenti tal-UE, l-impatt fuq is-sigurtà tal-ikel, il-produzzjoni tal-ikel u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-ikel, kif ukoll dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli. [Em. 15]

(3)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew(10) huwa l-istrateġija tal-Unjoni sabiex tiżgura, sal-2050, ekonomija newtrali għall-klima, nadifa u ċirkolari, billi tottimizza l-ġestjoni tar-riżorsi filwaqt li timminimizza t-tniġġis. L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà(11) u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero(12) jindirizzaw speċifikament l-aspetti tat-tniġġis tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Politiki oħrajn partikolarment rilevanti u komplementari jinkludu l-Istrateġija tal-UE għall-Plastiks tal-2018(13), l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa tal-2021(14), l-Istrateġija għall-Bijodiversità(15), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt(16), l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030(17), l-Istrateġija Diġitali tal-UE(18) u l-Istrateġija tal-UE għad-Data(19).

(3a)   L-objettivi li jinkiseb “status tajjeb tal-korpi tal-ilma” u li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ilma huma trasversali u spiss ma jiġux segwiti b’mod koerenti biżżejjed. Il-ġestjoni tajba tal-ilma jenħtieġ li tiġi integrata fil-politiki kollha tal-Unjoni li jikkonċernaw setturi li jużaw l-ilma. [Em. 16]

(3b)   Il-Kontroll tal-Idoneità indika li kienet meħtieġa integrazzjoni aħjar tal-objettivi tal-ilma fil-politika agrikola. Il-PAK il-ġdida introduċiet miżuri li jagħmlu l-ġestjoni tal-ilma aktar sostenibbli. Għal koerenza msaħħa bejn il-politika tal-agrikoltura u dik tal-ilma, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet disponibbli fil-PAK il-ġdida u jintegraw bis-sħiħ il-kwistjonijiet tal-ilma fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom, inkluż l-użu tas-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ konsulenza li jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilma. [Em. 17]

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, tal-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, tal-ilmijiet kostali u tal-ilma ta’ taħt l-art. Dak il-qafas jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ sustanzi prijoritarji fost dawk li joħolqu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni jew permezz tiegħu. Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għall-Unjoni kollha għall-45 sustanza prijoritarja elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE u tmien sustanzi niġġiesa oħrajn li kienu diġà regolati fil-livell tal-Unjoni qabel ma ġie introdott l-Anness X bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22). Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23) tistabbilixxi standards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art għall-Unjoni kollha għan-nitrati u għas-sustanzi attivi fil-pestiċidi u kriterji għall-istabbiliment ta’ valuri ta’ limitu nazzjonali għal sustanzi oħrajn li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art. Hija tistabbilixxi wkoll lista minima ta’ 12-il sustanza niġġiesa u l-indikaturi tagħhom li għalihom l-Istati Membri huma meħtieġa jikkunsidraw li jistabbilixxu tali valuri ta’ limitu nazzjonali. L-istandards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art huma stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE. [Em.18]

(4a)   L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li t-tniġġis permezz tal-iskariki, l-emissjoni jew it-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi jieqaf jew jiġi eliminat gradwalment f’perjodu ta’ żmien xieraq u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 20 sena wara li sustanza prijoritarja partikolari tiġi elenkata bħala perikoluża fil-Parti A, l-Anness I, tad-Direttiva 2008/105/KE. Jenħtieġ li dak il-perjodu ta’ żmien japplika mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ skedi ta’ żmien aktar stretti fi kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni. [Em. 19]

(5)  Is-sustanzi huma kkunsidrati għall-elenkar fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jew fl-Anness I jew fl-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li joħolqu għall-bnedmin u għall-ambjent akkwatiku. Il-komponenti ewlenin ta’ dik il-valutazzjoni huma l-għarfien tal-konċentrazzjonijiet ambjentali tas-sustanzi, inkluża l-informazzjoni miġbura mill-monitoraġġ tal-lista ta’ sorveljanza, u tat-tossikoloġija (ekoloġika) tas-sustanzi, kif ukoll tal-persistenza, il-bijoakkumulazzjoni, it-tossiċità, il-mobilità, il-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità, it-tossiċità riproduttiva u l-potenzjal ta’ tfixkil endokrinali tagħhom. [Em. 20]

(6)  Il-Kummissjoni wettqet rieżami tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE f’konformità mal-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva u mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE, u rieżami tal-listi ta’ sustanzi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/118/KE f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva u kkonkludiet, fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid, li huwa xieraq li dawk il-listi jiġu emendati billi jiżdiedu sustanzi ġodda, jiġu ffissati l-EQS jew l-istandards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art għal dawk is-sustanzi miżjuda ġodda, jiġu riveduti l-EQS għal xi sustanzi eżistenti f’konformità mal-progress xjentifiku u jiġu ffissati l-EQS tal-bijota għal xi sustanzi eżistenti u dawk miżjuda ġodda. Hija identifikat ukoll liema sustanzi addizzjonali x’aktarx jakkumulaw fis-sediment jew fil-bijota, u ċċarat li l-monitoraġġ tat-tendenzi ta’ tali sustanzi jenħtieġ li jsir fis-sediment jew fil-bijota. Ir-rieżamijiet tal-listi ta’ sustanzi ġew appoġġati minn konsultazzjoni estensiva mal-esperti mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti.

(7)  Hija meħtieġa kombinazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tas-sors u punt tar-rimi sabiex jiġu ttrattati b’mod effettiv il-biċċa l-kbira tas-sustanzi niġġiesa tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi, kif rilevanti, id-disinn kimiku, l-awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni, il-kontroll tal-emissjonijiet waqt il-manifattura u l-użu jew proċessi oħrajn, u l-maniġġ tal-iskart. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ standards tal-kwalità ġodda jew aktar stretti fil-korpi tal-ilma jikkomplementa u huwa koerenti ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tindirizza jew li tista’jenħtieġ li tindirizza l-problema tat-tniġġis f’wieħed jew aktar minn dawk l-istadji, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25), ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26), ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29), id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE(31). Sabiex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE bl-aħjar mod u bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, huma jenħtieġ li jiżguraw, meta jistabbilixxu l-programmi ta’ miżuri tagħhom, li l-miżuri ta’ kontroll tas-sors jingħataw prijorità fuq il-miżuri fil-punt tar-rimi u li dawk il-miżuri jkunu f’konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti tal-Unjoni dwar it-tniġġis. Fejn hemm riskju li l-miżuri ta’ kontroll tas-sors jonqsu milli jiksbu stat tajjeb tal-korpi tal-ilma, jenħtieġ li jiġu applikati miżuri fil-punt tar-rimi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa gwida dwar l-aħjar prattiki għall-miżuri ta’ kontroll tas-sors u l-komplementarità tal-miżuri fil-punt tar-rimi. [Em. 21]

(7a)   It-tniġġis tal-ilma huwa prinċipalment ir-riżultat ta’ attivitajiet industrijali u agrikoli, l-iskariki tad-drenaġġ, u l-ilma tax-xeba’ urban, inkluż l-ilma tal-maltempati. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità fl-azzjonijiet tagħhom lil miżuri li jnaqqsu t-tniġġis mis-sors, kif ukoll lill-infurzar tagħhom. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-partijiet kollha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali li jindirizzaw l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fis-sors sabiex it-tniġġis jitnaqqas għal livelli li ma għadhomx meqjusa ta’ ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali. [Em. 22]

(7b)   Sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni maħsuba għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art tkun aġġornata fir-rigward tal-pass mgħaġġel li bih qed jevolvu sustanzi kimiċi ġodda u emerġenti li għandhom il-potenzjal, bħala sustanzi niġġiesa, li jikkawżaw riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku, jenħtieġ li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ politika li jidentifikaw u jivvalutaw tali sustanzi ta’ tħassib emerġenti. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitfassal approċċ li jippermetti l-monitoraġġ u l-analiżi ta’ numri addizzjonali ta’ tali sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi taħt il-listi ta’ sorveljanza għall-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art. Is-sustanzi jew il-grupp ta’ sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza jenħtieġ li jintgħażlu minn fost dawk is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ hija insuffiċjenti. L-għadd ta’ tali sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati u analizzati taħt il-listi ta’ sorveljanza għall-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art jenħtieġ li ma jkunx limitat. [Em. 23]

(8)  L-għarfien xjentifiku l-ġdid jindika riskju sinifikanti minn bosta sustanzi niġġiesa oħrajn li jinstabu fil-korpi tal-ilma, minbarra dawk diġà regolati. Fl-ilma ta’ taħt l-art, ġiet identifikata problema partikolari permezz ta’ monitoraġġ volontarju għas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) u għall-farmaċewtiċi. Il-PFAS instabu f’aktar minn 70 % tal-punti ta’ kejl tal-ilma ta’ taħt l-art fl-Unjoni u l-limiti nazzjonali eżistenti jinqabżu b’mod ċar f’numru konsiderevoli ta’ postijiet, u s-sustanzi farmaċewtiċi jinstabu wkoll b’mod wiesa’. Jenħtieġ għalhekk li mal-lista ta’ sustanzi niġġiesa tal-ilma ta’ taħt l-art jiżdied subsett ta’ PFAS speċifiċi kif ukoll ta’ PFAS totali. Fl-ilmijiet tal-wiċċ, l-aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu diġà huma elenkati bħala sustanzi prijoritarji, iżda PFAS oħrajn issa huma rikonoxxuti wkoll li joħolqu riskju. Jenħtieġ għalhekk li mal-lista ta’ sustanzi prijoritarji jiżdied subsett ta’ PFAS speċifiċi kif ukoll ta’ PFAS totali. Sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE billi tistabbilixxi standard ta’ kwalità għat-total tal-PFAS. Il-monitoraġġ tal-lista ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 8b tad-Direttiva 2008/105/KE kkonferma wkoll riskju fl-ilmijiet tal-wiċċ minn numru ta’ sustanzi farmaċewtiċi li għalhekk jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi prijoritarji. [Em. 24]

(8a)   Il-glifosat huwa l-erbiċida użata l-aktar ta’ spiss fl-Unjoni għall-użu agrikolu. Bħala sustanza attiva, il-glifosat qajjem tħassib serju f’termini tal-impatt tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem u t-tossiċità akkwatika. F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti estensjoni temporanja tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-glifosat għal sena oħra, sakemm l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel terġa’ tivvaluta s-sustanza attiva mistennija f’Lulju 2023. Madankollu, diversi studji xjentifiċi reċenti(32) jissuġġerixxu li standard ta’ kwalità ambjentali (EQS) aktar baxx minn 0,1 μg/L għall-korpi tal-ilma tal-wiċċ kollha jenħtieġ li jiġi kkunsidrat abbażi tat-tossiċità akkwatika tal-glifosat, l-aċidu amminometilfosfoniku (AMPA) u l-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat. Meta jitqiesu l-valutazzjonijiet li għaddejjin mir-regolaturi kompetenti tal-Unjoni u s-sejbiet xjentifiċi tal-istudji rilevanti dwar l-impatti tal-glifosat fuq il-ħajja akkwatika, u bl-għan li jiġi żgurat l-istatus kimiku tajjeb tal-maġġoranza tal-ilmijiet tal-Unjoni, abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jenħtieġ li jiġi adottat AA-EQS komuni u unifikat għall-ilmijiet tal-wiċċ interni u, b’mod separat, għal ilmijiet tal-wiċċ oħra, fir-rigward tal-glifosat. [Em. 25]

(8b)   L-atrażina hija erbiċida użata għall-ħaxix ħażin annwali bil-weraq wiesgħin u l-ħaxix annwali fiċ-ċereali. L-użu tal-atrażina fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma għadux awtorizzat fl-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/248/KE(33). Ġie ppruvat li l-atrażina hija sustanza kimika li tfixkel is-sistema endokrinali, b’evidenza li tinterferixxi mar-riproduzzjoni u mal-iżvilupp, u tista’ tkun kawża tal-kanċer. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li vvalutat il-pestiċidi skont l-effett jew il-limiti ta’ kwalità bejn l-2013 u l-2020, sabet li ġew identifikati eċċessi ta’ pestiċidju wieħed jew aktar ta’ bejn 4 % u 11 % tas-siti ta’ monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art, prinċiparjament eċċessi ta’ atrażina u tal-metaboliti tagħha. Meta titqies il-preżenza persistenti tagħha fl-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat li l-valuri ta’ limitu għall-atrażina ma jaqbżux l-EQS tal-pestiċidi u tal-metaboliti totali, jenħtieġ li jiġi aġġustat il-valur ta’ limitu għall-atrażina fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE, anke f’konformità mal-valur limitu għall-istess sustanza stabbilit fid-Direttiva (UE) 2020/2184(34). [Em. 26]

(8c)   Skont l-SCHEER(35) u l-EMA(36), l-istandard ġeneriku ta’ kwalità ta’ 0,1μg/L u 0,5 µg/L għall-ilma ta’ taħt l-art, issuġġerit għall-pestiċidi individwali u għat-total tal-pestiċidi kollha rispettivament, kif speċifikat fid-Direttiva 2006/118/KE, ġie stabbilit fis-snin 80, abbażi tas-sensittività kimika analitika disponibbli f’dak iż-żmien. Il-valur prestabbilit ta’ 0,1 μg/L għall-pestiċidi individwali mhuwiex ippruvat li huwa protettiv biżżejjed għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistema tal-ilma ta’ taħt l-art, u xi drabi huwa ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-valuri ta’ limitu għal ħafna pestiċidi u fungiċidi fil-lista ta’ sustanzi prijoritarji fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE. Filwaqt li tqis ukoll l-opinjoni tal-SCHEER li l-ebda valur ta’ limitu tal-ilma ta’ taħt l-art ma jenħtieġ li jkun ogħla mill-EQS għall-ilma tal-wiċċ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-valuri ta’ limitu għall-pestiċidi individwali u t-total tal-pestiċidi kollha fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE billi tapplika metodi analitiċi moderni u tqabbilhom fir-rigward tal-aħjar għarfien tossikoloġiku disponibbli. Sakemm isir dan ir-rieżami, u f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju espress mill-fornituri tal-ilma tax-xorb fil-Memorandum Ewropew tal-Ilma ta’ Taħt l-Art(37), jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu interim abbażi tal-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli. [Em. 27]

(8d)   Bisfenol A jenħtieġ li jiġi ttrattat bħala sustanza prijoritarja perikoluża u jenħtieġ li jiżdied mal-lista fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE. Ir-rapporti xjentifiċi juru li anke l-bisfenoli għajr il-bisfenol A wrew potenzjal li jfixklu s-sistema endokrinali u t-taħlitiet ta’ dawk il-bisfenoli jirrappreżentaw riskju ekotossikoloġiku. Minħabba li dawk is-sejbiet xjentifiċi jqajmu tħassib dwar l-użu sikur ta’ alternattivi għall-bisfenoli li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi parametru “Bisfenoli Totali” u EQS xieraq għat-total tas-sustanzi tal-bisfenol. [Em. 28]

(8e)   Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)(38), l-ekosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art huma fundamentalment differenti u għalhekk jistgħu jkunu aktar vulnerabbli għal fatturi ta’ stress mill-ekosistemi tal-ilma tal-wiċċ peress li m’għandhomx il-kapaċità li jirkupraw mill-perturbazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi applikat approċċ prekawzjonarju meta jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu tal-ilma ta’ taħt l-art biex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem, l-ekosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art u l-ekosistemi dipendenti fuq l-ilma ta’ taħt l-art. F’konformità mal-parir tal-EMA, bħala riżultat ta’ din il-vulnerabbiltà, il-valuri ta’ limitu applikabbli għall-ilma ta’ taħt l-art għandhom normalment ikunu għaxar darbiet aktar baxxi mill-valuri ta’ limitu korrispondenti għall-ilmijiet tal-wiċċ. Madankollu, fejn jista’ jiġi stabbilit ir-riskju attwali għall-ekosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art, jista’ jkun xieraq li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu għall-ilma ta’ taħt l-art f’livell differenti. [Em. 29]

(9)  Id-Direttiva 2000/60/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw il-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jimmonitorjawhom, u jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jevitaw id-deterjorament fil-kwalità tagħhom u sabiex inaqqsu l-livell ta’ trattament ta’ purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni ta’ ilma li huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem. F’dan il-kuntest, il-mikroplastiks ġew identifikati bħala riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, iżda hija meħtieġa aktar data ta’ monitoraġġ sabiex tiġi kkonfermata l-ħtieġa li jiġi stabbilit standard ta’ kwalità ambjentali għall-mikroplastiks fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art. Għalhekk, jenħtieġ li l-mikroplastiks jiġu inklużi fil-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art u jenħtieġ li jiġu mmonitorjati hekk kif il-Kummissjoni tkun identifikat metodi ta’ monitoraġġ xierqa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqiesu l-metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskji mill-mikroplastiks fl-ilma tax-xorb, żviluppati skont id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(39).

(9a)   Skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni, l-Istati Membri huma obbligati jidentifikaw l-ilmijiet affettwati u dawk f’riskju, jiddeżinjaw żoni vulnerabbli għan-nitrati, jiżviluppaw programmi ta’ azzjoni u jimplimentaw il-miżuri rilevanti. F’dan ir-rigward, għad hemm bżonn ta’ titjib fl-armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll u tas-sistemi ta’ kejl tal-kwalità tal-ilma bejn l-Istati Membri, sabiex ikun hemm standards armonizzati madwar l-Unjoni li jagħmlu possibbli l-komparabbiltà bejn l-Istati Membri, u b’hekk jiġu evitati problemi ta’ kompetizzjoni fis-settur agrikolu Ewropew, li jirriżultaw f’disturbi fis-suq intern. [Em. 30]

(10)  Huwa stmat li fl-2019, bejn 900 000 u 1,7 miljun mewta madwar id-dinja kienu attribwibbli għal infezzjonijiet ta’ reżistenza antimikrobika (AMR)(40). Fl-istess ħin, ġie espress tħassib dwar ir-riskju li tiżviluppa reżistenza għall-antimikrobiċi mill-preżenza ta’ mikroorganiżmi reżistenti għall-antimikrobiċi u ġeni ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi fl-ambjent akkwatiku, iżda ftit li xejn sar monitoraġġ. Jenħtieġ li l-ġeni ta’ reżistenza antimikrobika rilevanti jiġu inklużi wkoll fil-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art u jiġu mmonitorjati hekk kif ikunu ġew żviluppati metodi ta’ monitoraġġ xierqa. Dan huwa konformi mal-“Pjan ta’ Azzjoni Ewropew ‘Saħħa Waħda’ kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi”, adottat mill-Kummissjoni f’Ġunju 2017, u mal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, li tindirizza wkoll dan it-tħassib. [Em. 31]

(10a)   Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1729 li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/652/EU1a tistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb data komparabbli u affidabbli dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-Unjoni Ewropea, inkluż permezz tal-monitoraġġ tal-ilma mormi tal-biċċeriji bħala veikolu potenzjali ta’ batterji reżistenti għall-antibijotiċi u għalhekk rotta possibbli ta’ kontaminazzjoni ambjentali. Batterji reżistenti għall-antibijotiċi nstabu fl-ilma skarikat mill-biċċeriji. [Em. 32]

(10b)   Ġie espress tħassib dwar ir-riskju tas-sulfati u l-ksanati fl-ambjent akkwatiku. Is-sulfati mhux biss inaqqsu mill-kwalità tal-ilma tax-xorb, iżda jaffettwaw ukoll iċ-ċikli materjali tal-karbonju, tan-nitroġenu u tal-fosforu. Fost affarijiet oħra, dan iżid it-tagħbijiet ta’ nutrijenti fil-korpi tal-ilma u b’hekk it-tkabbir tal-pjanti u tal-alka u jżid ukoll il-provvista tal-ikel għall-organiżmi akkwatiċi u jwassal għal tnaqqis fl-ossiġnu fl-ilma. Is-sulfati u l-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom, speċjalment is-sulfid, taħt ċerti kundizzjonijiet, jista’ jkollhom effett tossiku fuq il-ħajja akkwatika. Ir-riżultati standard tat-testijiet jindikaw li xi ksanati u l-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom huma tossiċi għall-invertebrati akkwatiċi u għall-ispeċijiet tal-ħut u li jistgħu jibbijoakkumulaw. Is-sulfati diġà huma elenkati bħala sustanza niġġiesa għall-ilma ta’ taħt l-art, iżda l-monitoraġġ li sar ma kienx suffiċjenti. Għalhekk, is-sulfati jenħtieġ li jiġu inklużi fil-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art. Il-ksanati jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ. [Em. 33]

(10c)   Sustanzi bħall-mikroplastiks joħolqu riskju ċar għas-saħħa pubblika u għall-ambjent, iżda wkoll għal attivitajiet bażiċi bħall-iżvilupp tal-agrikoltura. Il-preżenza ta’ dawn is-sustanzi u partiċelli oħrajn jista’ jkollha implikazzjonijiet mhux biss fuq l-ilma li jirċievu l-bhejjem u l-għelejjel, iżda wkoll fuq il-fertilità tal-ħamrija, u b’hekk tikkomprometti s-saħħa u l-iżvilupp tajjeb tal-għelejjel preżenti u futuri(41). [Em. 34]

(11)  Il-metodi ta’ monitoraġġ attwali u konvenzjonali għall-istatus kimiku tal-korpi tal-ilma ma jistgħux, b’mod ġenerali, jiddeterminaw l-impatt ta’ taħlitiet kumplessi ta’ sustanzi kimiċi fuq il-kwalità tal-ilma. Meta jitqies l-għarfien dejjem jikber tar-rilevanza tat-taħlitiet u, għalhekk, tal-monitoraġġ ibbażat fuq l-effetti għad-determinazzjoni tal-istat kimiku, u meta jitqies li diġà jeżistu metodi ta’ monitoraġġ robusti biżżejjed ibbażati fuq l-effetti għal sustanzi estroġeniċi, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw tali metodi sabiex jivvalutaw l-effetti kumulattivi ta’ sustanzi estroġeniċi fl-ilmijiet tal-wiċċ fuq perjodu ta’ mill-anqas sentejn. Dan se jippermetti t-tqabbil tar-riżultati bbażati fuq l-effetti mar-riżultati miksuba bl-użu tal-metodi konvenzjonali għall-monitoraġġ tat-tliet sustanzi estroġeniċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE. Dak it-tqabbil se jintuża sabiex jiġi vvalutatjenħtieġ li jiġi inkluż f’rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat mill-Kummissjoni li permezz tiegħu tivvaluta jekk il-metodi ta’ monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti jwasslux għal data robusta u preċiża u jekk jistgħux jintużaw bħala metodi ta’ skrinjar affidabbli. L-użu ta’ tali metodi ta’ skrinjar ikollu l-vantaġġ li jippermetti li jiġu koperti l-effetti tas-sustanzi estroġeniċi kollha li għandhom effetti simili, u mhux biss dawk elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta d-Direttiva 2008/105/KE biex tistabbilixxi l-modalitajiet għall-Istati Membri sabiex jużaw il-metodi bbażati fuq l-effetti biex iwettqu monitoraġġ ħalli jivvalutaw ukoll il-preżenza ta’ sustanzi oħra fil-korpi tal-ilma, b’antiċipazzjoni tal-istabbiliment possibbli ta’ valuri skattaturi bbażati fuq l-effetti fil-futur. Id-definizzjoni ta’ EQS fid-Direttiva 2000/60/KE jenħtieġ li tiġi mmodifikata sabiex jiġi żgurat li fil-futur tkun tista’ tkopri wkoll il-valuri ta’ attivazzjoni li jistgħu jiġu stabbiliti għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ ibbażat fuq l-effetti. [Em. 35]

(11a)   Jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu aktar stretti fejn l-istandards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art jistgħu jirriżultaw f’nuqqas ta’ kisba tal-objettivi ambjentali tad-Direttiva 2000/60/KE għall-korpi tal-ilma assoċjati, kif meħtieġ skont id-Direttiva 2006/118/KE. Dak ir-rekwiżit skont id-Direttiva 2006/118/KE jenħtieġ li jiġi estiż aktar biex is-siti vulnerabbli jiġu protetti aħjar mit-tniġġis. [Em. 36]

(12)  L-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma(42) (l-“evalwazzjoni”) ikkonkludiet li l-proċess għall-identifikazzjoni u l-elenkar ta’ sustanzi niġġiesa li jaffettwaw l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art u għall-istabbiliment jew ir-reviżjoni tal-istandards ta’ kwalità għalihom fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid jista’ jiġi aċċellerat. Kieku dawk il-kompiti kellhom jitwettqu mill-KummissjoniGħaldaqstant, aktar milli fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif previst bħalissa fl-Artikoli 16 u 17ta’ kwalunkwe rieżami futur tal-Anness I tad-Direttiva 2000/60/KE u fl-Artikolu 102008/105/KE fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji u l-EQS korrispondenti stabbiliti fil-Parti A ta’ dak l-Anness u l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE, il-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-lista ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, b’mod partikolari f’termini taż-żmien u s-sekwenza tal-elenkar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riżultati, jista’jenħtieġ li jittejjeb, ir-rabtiet bejn il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza u r-rieżamijiet tal-listi ta’ sustanzi niġġiesa jistgħujenħtieġ li jissaħħu, u l-bidliet fil-listil-perjodu għal rieżami tal-listi ta’ sustanzi niġġiesa jistgħu jqisujenħtieġ li jiġi aġġustat sabiex iqis l-progress xjentifiku aktar malajr. Għalhekk, u minħabba l-ħtieġa li jiġu emendati l-listi ta’ sustanzi niġġiesa u l-EQS tagħhom fil-pront fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji u l-EQS korrispondenti stabbiliti fil-Parti A ta’ dak l-Anness u sabiex temenda l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-istandards ta’ kwalità stabbiliti f’dak l-Anness. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sustanzi fuq il-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li jitħassru l-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Anness X ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/118/KE, filwaqt li jinżamm l-obbligu li jittieħdu miżuri li jkollhom l-għan li jwaqqfu jew jeliminaw b’mod gradwali l-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi. [Em. 37]

(12a)   B’mod ġenerali, il-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità jindikaw li d-Direttivi huma ġeneralment adattati għall-iskop tagħhom, b’ambitu għal titjib, inkluż l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni xierqa tal-objettivi tagħhom, li jistgħu jinkisbu permezz ta’ aktar finanzjament mill-Unjoni. Il-valutazzjoni tindika li d-Direttivi s’issa ġeneralment wasslu għal livell ogħla ta’ protezzjoni tal-korpi tal-ilma u ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar. [Em. 38]

(13)  L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li hemm wisq varjazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-istandards ta’ kwalità u l-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell nazzjonali għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art, rispettivament. Sa issa, is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi mhux identifikati bħala sustanzi prijoritarji skont id-Direttiva 2000/60/KE kienu soġġetti għal EQS nazzjonali u tqiesu bħala elementi ta’ kwalità fiżikokimika li jappoġġaw il-valutazzjoni tal-istat ekoloġiku fl-ilmijiet tal-wiċċ. Fl-ilmijiet ta’ taħt l-art, kien ukoll possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu l-valuri ta’ limitu tagħhom stess, anke għal sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem. Din il-flessibbiltà wasslet għal riżultati subottimali f’termini ta’ komparabbiltà tal-istatus tal-korpi tal-ilma bejn l-Istati Membri, u f’termini ta’ ħarsien tal-ambjent. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura li tippermetti ftehim fil-livell tal-Unjoni dwar l-EQS u l-valuri ta’ limitu li għandhom jiġu applikati għal dawk is-sustanzi jekk jiġu identifikati bħala li huma ta’ tħassib nazzjonali u li jiġu stabbiliti repożitorji tal-EQS u l-valuri ta’ limitu applikabbli.

(13a)   Kwalunkwe deċiżjoni fl-għażla, fir-rieżami tas-sustanzi u fl-istabbiliment ta’ EQS jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju u ssegwi approċċ proporzjonat, trasparenti u bbażat fuq ix-xjenza, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet mill-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. [Em. 39]

(13b)   Filwaqt li d-Direttiva 2000/60/KE stabbiliet ir-regoli biex isir progress fir-rigward tal-kwantità u l-kwalità tal-ilma, il-Kontroll tal-Idoneità wera li l-progress kajman fil-kisba tal-objettivi ta’ din id-Direttiva jista’, fost affarijiet oħra, jiġi attribwit għal nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti kif ukoll għal kumplessità regolatorja u ekoloġika, inkluż dewmien possibbli biex l-ilma ta’ taħt l-art jirreaġixxi għall-miżuri u fir-rigward tal-iskedi ta’ żmien għar-rappurtar. Il-miżuri li jtejbu l-istatus tal-korpi tal-ilma permezz tar-restawr tax-xmajjar u s-servizzi tal-ekosistema jipprovdu benefiċċji finanzjarji li jegħlbu l-kostijiet u li jistgħu jnaqqsu n-nefqa meħtieġa għall-Istati Membri. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tindika nuqqas ta’ implimentazzjoni, kamp ta’ applikazzjoni insuffiċjenti, u miżuri ta’ restawr insuffiċjenti jew inadegwati li jiżguraw il-konnettività idroloġika u ekoloġika(43). [Em. 40]

(14)  Barra minn hekk, l-integrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi fid-definizzjoni tal-istat kimiku fl-ilmijiet tal-wiċċ tiżgura approċċ aktar ikkoordinat, koerenti u trasparenti f’termini ta’ monitoraġġ u valutazzjoni tal-istat kimiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ informazzjoni relatata lill-pubbliku. Hija tiffaċilita wkoll approċċ aktar immirat lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha “relatati mas-sustanzi kimiċi” b’mod aktar olistiku, effettiv u effiċjenti. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet ta’ “stat ekoloġiku” u “stat kimiku” jiġu mmodifikati u jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “stat kimiku” jitwessa’ sabiex ikopri wkoll is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, li sa issa kienu parti mid-definizzjoni ta’ “stat ekoloġiku” fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li l-kunċett ta’ EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u l-proċeduri relatati jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/105/KE.

(15)  Sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE billi tadatta l-lista ta’ sustanzi niġġiesa li għalihom l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu valuri ta’ limitu nazzjonali. [Em. 41]

(16)  Minħabba l-ħtieġa li l-għarfien xjentifiku u tekniku jiġi adattat malajr u li jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni fir-rigward ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tadatta l-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE fir-rigward tal-lista ta’ kategoriji ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fil-Parti A ta’ dak l-Anness u sabiex tadatta l-Parti C tal-Anness II fir-rigward tal-EQS armonizzati għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jew gruppi tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-EQS armonizzati jiġu applikati mill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ tagħhom meta jkun ġie identifikat riskju minn dawk is-sustanzi niġġiesa.

(17)  Ir-rieżami tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE kkonkluda li bosta sustanzi prijoritarji ma għadhomx ta’ tħassib għall-Unjoni kollha u, għalhekk, jenħtieġ li ma jibqgħux jiġu inklużi fil-Parti A tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jitqiesu bħala sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u jiġu inklużi fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE flimkien mal-EQS korrispondenti tagħhom. Meta wieħed iqis li dawk is-sustanzi niġġiesa ma għadhomx jitqiesu li huma ta’ tħassib għall-Unjoni kollha, l-EQS jeħtieġ li jiġu applikati biss fejn dawk is-sustanzi niġġiesa jistgħu jkunu għadhom ta’ tħassib lokali jew reġjonali jew nazzjonali.

(18)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u tiġi permessa l-komparabbiltà tal-istat tal-korp tal-ilma bejn l-Istati Membri, hemm bżonn li jiġu armonizzati l-valuri ta’ limitu nazzjonali għal xi sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott repożitorju ta’ valuri ta’ limitu armonizzati għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art ta’ tħassib lokali, reġjonali jew nazzjonali bħala Parti D ġdida fl-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE. Il-limiti armonizzati stabbiliti f’dak ir-repożitorju jeħtieġ li jiġu applikati biss f’dawk l-Istati Membri fejn is-sustanzi niġġiesa soġġetti għal dawk il-limiti jaffettwaw l-istat tal-ilma ta’ taħt l-art. Għas-somma taż-żewġ sustanzi niġġiesa sintetiċi t-trikloroetilene u l-perkloroetilene, hemm bżonn li jiġu armonizzati l-valuri ta’ limitu nazzjonali billi mhux l-Istati Membri kollha, fejn huma rilevanti s-sustanzi niġġiesa, japplikaw valur ta’ limitu għas-somma ta’ dawn is-sustanzi niġġiesa u l-valuri ta’ limitu nazzjonali stabbiliti ma humiex kollha l-istess. Jenħtieġ li l-valur ta’ limitu armonizzat ikun konsistenti mal-valur parametriku stabbilit għas-somma ta’ dawk is-sustanzi niġġiesa fl-ilma tax-xorb skont id-Direttiva (UE) 2020/2184.

(19)  Sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Parti D tal-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE sabiex tadatta r-repożitorju tal-valuri ta’ limitu armonizzati fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa inklużi u l-valuri ta’ limitu armonizzati għall-progress tekniku u xjentifiku.

(20)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2006/118/KE relatati mal-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art jiġu adattati għall-introduzzjoni tat-tielet kategorija ta’ valuri ta’ limitu armonizzati fil-Parti D tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva, minbarra l-istandards ta’ kwalità stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-valuri ta’ limitu nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-Parti A tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

(20a)   Sabiex jiġu previsti standards ta’ protezzjoni adegwati għal żoni ta’ valur ekoloġiku għoli, vulnerabbiltà jew tniġġis, bħal għerien u żoni karst, li fihom ekosistemi li huma fost l-aktar vulnerabbli għall-kontaminazzjoni u li jirrappreżentaw provvista importanti tal-ilma tax-xorb, kif ukoll għal dawk li qabel kienu siti industrijali u żoni oħra b’kontaminazzjoni storika magħrufa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika valutazzjoni tal-istatus kimiku ta’ tali żoni u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tirrevedi d-Direttiva 2006/118/KE skont dan. [Em. 42]

(21)  Sabiex jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv u koerenti u jiġu żviluppati sinerġiji mal-ħidma mwettqa fil-qafas ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) tingħata rwol permanenti u ċirkoskritt b’mod ċar fil-prijoritizzazzjoni tas-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ sorveljanza u fil-listi ta’ sustanzi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/105/KE u fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/118/KE, u fid-derivazzjoni ta’ standards ta’ kwalità xierqa bbażati fuq ix-xjenza. Jenħtieġ li l-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) tal-ECHA jiffaċilitaw it-twettiq ta’ ċerti kompiti mogħtija lill-ECHA billi jipprovdu opinjonijiet. Jenħtieġ li l-ECHA tiżgura wkoll koordinazzjoni aħjar bejn diversi biċċiet ta’ liġi ambjentali permezz ta’ trasparenza akbar fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa f’lista ta’ sorveljanza jew l-iżvilupp ta’ EQS jew limiti nazzjonali jew għall-Unjoni kollha, billi tagħmel ir-rapporti xjentifiċi rilevanti disponibbli għall-pubbliku. Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-valuri ta’ limitu għas-sustanzi farmaċewtiċi, jenħtieġ li l-ECHA tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“EMA”). [Em. 43]

(22)  L-evalwazzjoni kkonkludiet li huwa meħtieġ rapportar elettroniku aktar frekwenti u ssimplifikat sabiex jitrawmu implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma. Fid-dawl tar-rwol tagħha wkoll li timmonitorja b’mod aktar regolari l-istat tat-tniġġis kif deskritt fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tiffaċilita tali rapportar aktar frekwenti u ssimplifikat mill-Istati Membri. Huwa importanti li l-informazzjoni ambjentali dwar l-istat tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art tal-Unjoni ssir disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni fil-ħin. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-EEA d-data ta’ monitoraġġ miġbura fil-qafas tad-Direttiva 2000/60/KE, billi jagħmlu użu minn mekkaniżmi awtomatizzati ta’ rapportar u konsenja tad-data billi jużaw Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet jew mekkaniżmi ekwivalenti. Il-piż amministrattiv huwa mistenni li jkun limitat sa fejn l-Istati Membri huma diġà meħtieġa jagħmlu disponibbli għall-pubbliku temi ta’ data spazjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(44) kif ukoll skont id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(45). Dawk it-temi ta’ data spazjali jinkludu l-post u l-operat tal-faċilitajiet ta’ monitoraġġ ambjentali, il-kejl relatat tal-emissjonijiet u l-istat tal-kompartimenti ambjentali.

(23)   Integrazzjoni aħjar tal-flussi tad-data rrapportati lill-EEA skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma u, b’mod partikolari, tal-inventarji tal-emissjonijiet meħtieġa mid-Direttiva 2008/105/KE, mal-flussi tad-data rrapportati lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali skont id-Direttiva 2010/75/UE u r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(46), se tagħmel ir-rapportar tal-inventarju f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/105/KE aktar sempliċi u effiċjenti. Fl-istess ħin, din se tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ogħla tagħbija tax-xogħol fit-tħejjijiet tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Flimkien mat-tneħħija tar-rapportar interim dwar il-progress tal-programmi ta’ miżuri, li ma wrietx li kienet effettiva, dan ir-rapportar simplifikat se jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforz sabiex jirrapportaw l-emissjonijiet li ma humiex koperti mil-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali, iżda li huma koperti mir-rapportar tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/105/KE. [Em. 44]

(24)  It-Trattat ta’ Liżbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta’ implimentazzjoni). Jenħtieġ li d-Direttivi 2000/60/KE u 2006/118/KE jiġu allinjati mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Liżbona.

(25)  Is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2000/60/KE u fil-punt 1.4.1(ix) tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, minħabba li jikkonċernaw l-adattamenti tal-Annessi ta’ dik id-Direttiva u l-adozzjoni ta’ regoli li jissupplimentawha. Għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu kkonvertiti f’setgħat għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati.

(26)  Is-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/118/KE, li tipprevedi l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, minħabba li tikkonċerna l-adattamenti tal-Annessi ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li din tiġi kkonvertita għal setgħa għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati.

(27)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul it-tħejjija ta’ atti delegati, il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)  Is-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, li jipprevedi l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 290(2) tat-TFUE, minħabba li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma u, għalhekk, għandha l-għan li tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni armonizzata ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li din tiġi kkonvertita għal setgħa għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data, jenħtieġ li s-setgħa tiġi estiża wkoll sabiex tinkludi l-istabbiliment ta’ formati għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus f’konformità mal-Artikolu 8(4). Jenħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47).

(29)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta formati tekniċi għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istat tal-ilma f’konformità mal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2000/60/KE. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(30)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/105/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta formati standardizzati għar-rapportar tal-emissjonijiet minn sors lokalizzat mhux koperti mir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(48) lill-EEA. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(31)  Huwa meħtieġ li jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-aħjar metodi disponibbli fil-qasam tal-monitoraġġ tal-istatus tal-korpi tal-ilma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw data u servizzi minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ, jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data. [Em. 45]

(31a)   L-attivitajiet industrijali relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija jistgħu jżidu l-impatti negattivi fuq il-kwalità tal-ilma. Il-mitigazzjoni ta’ dawn l-impatti futuri, bħal bidliet fix-xejriet tal-fluss naturali u fit-temperatura, u t-tniġġis tal-ilma, teħtieġ valutazzjoni tal-firxa sħiħa ta’ fatturi potenzjali kif ukoll miżuri li għandhom jittieħdu biex tinkiseb u tinżamm kwalità tajba tal-ilma. L-Istati Membri, għalhekk, jenħtieġ li jevalwaw b’mod regolari l-impatt fuq il-kwalità tal-ilma tal-attivitjiet industrijali relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar theddid ġdid identifikat sabiex tkun tista’ taġġorna il-lista ta’ sorveljanza skont dan. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli faċilment għall-pubbliku u l-aġġornament jenħtieġ li jitħalla jseħħ barra miċ-ċikli ta’ aġġornament ġenerali, biex jiġi żgurat titjib kontinwu tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-ilma. [Em. 46]

(31b)   Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, impenjat ruħha li tieħu azzjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja quddiem il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri kollha għaċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi li għandhom tħassib speċifiku dwar il-kompatibbiltà tal-atti amministrattivi li għandhom effetti fuq l-ambjent mal-liġi ambjentali. F’din l-aħħar komunikazzjoni, il-Kummissjoni tafferma li “l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, kemm permezz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) kif ukoll permezz tal-qrati nazzjonali bħala qrati tal-Unjoni, huwa miżura ta’ appoġġ importanti biex tgħin fit-twettiq tat-tranżizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mod kif jissaħħaħ ir-rwol li s-soċjetà ċivili tista’ taqdi bħala għassiesa fl-ispazju demokratiku”. Dawk l-impenji jenħtieġ li jiġu implimentati wkoll skont id-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 47]

(31c)   Kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza tal-QĠUE(49), l-organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi u l-individwi direttament ikkonċernati jenħtieġ li jingħataw locus standi sabiex jikkontestaw deċiżjoni meħuda minn awtorità pubblika, li tikser l-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60. Bl-għan li jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja fil-kwistjonijiet ikkonċernati quddiem il-qrati nazzjonali madwar l-Unjoni u biex l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-individwi kkonċernati direttament ikunu jistgħu jserrħu fuq il-liġijiet nazzjonali meta jikkontestaw deċiżjonijiet li jiksru d-Direttiva 2000/60 KE, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jiżguraw l-aċċess għall-ġustizzja stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 48]

(32)  Meta jitqiesu ż-żidiet f’avvenimenti tat-temp imprevedibbli, b’mod partikolari għargħar estrem u nixfiet fit-tul, u f’inċidenti ta’ tniġġis sinifikanti li jirriżultaw fi jew jaggravaw it-tniġġis aċċidentali transfruntier, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiżguraw li tiġi pprovduta informazzjoni immedjata dwar tali inċidenti lil Stati Membri potenzjalment affettwati oħrajn u jikkooperaw b’mod effettiv ma’ Stati Membri potenzjalment affettwati sabiex itaffu l-effetti tal-avveniment jew tal-inċident. Huwa meħtieġ ukoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-kooperazzjoni transfruntiera f’każ ta’ kwistjonijiet transfruntiera aktar strutturali, jiġifieri mhux aċċidentali u aktar fit-tul, li ma jistgħux jissolvew fil-livell tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE. F’każ li tkun meħtieġa assistenza Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jibagħtu talbiet għal assistenza liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Rispons ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni, li se jikkoordina l-offerti possibbli ta’ assistenza u l-iskjerament tagħhom permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 1313/20131313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(50). Meta jitqies li d-distretti tal-baċiri idrografiċi jistgħu jestendu wkoll lil hinn mit-territorju tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-protezzjoni tal-ilma skont id-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll koordinazzjoni xierqa mal-Istati mhux Membri rilevanti jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE għal dawk id-distretti tal-baċiri idrografiċi speċifiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kunflitti armati li jseħħu fi prossimità ġeografika mill-qrib mal-Unjoni jitqiesu wkoll bħala avvenimenti eċċezzjonali minħabba l-impatt ambjentali transfruntier negattiv estensiv tagħhom, inkluż it-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma. Peress li l-baċiri idrografiċi affettwati minn tali kunflitti jistgħu jestendu fi ħdan il-konfini tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu koordinazzjoni xierqa mal-Istati mhux Membri rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 49]

(32a)   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport tagħha tad-19 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “The Polluter Pays Principle: Inconsistent application across EU environmental policies and actions” (Il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas: Applikazzjoni inkonsistenti fil-politiki u fl-azzjonijiet ambjentali tal-UE) tinnota li l- Istati Membri diġà jonfqu madwar EUR 100 biljun fis-sena fuq il-provvista tal-ilma u s-sanità u li żidiet f’dik in-nefqa huma mistennija li jammontaw għal aktar minn 25 % sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trattament tal-ilma mormi u l-ilma tax-xorb, filwaqt li mhumiex inklużi investimenti meħtieġa biex tiġi rrinovata infrastruttura eżistenti jew jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar. Barra minn hekk, fl-Unjoni, l-utenti jħallsu medja ta’ madwar 70 % tal-kost tal-provvista tas-servizzi tal-ilma, permezz ta’ tariffi tal-ilma, filwaqt li l-fondi pubbliċi jiffinanzjaw it-30 % li jifdal, għalkemm hemm differenzi konsiderevoli bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri. L-unitajiet domestiċi fl-Unjoni jġarrbu normalment il-kostijiet għall-provvista tas-servizzi tal-ilma u s-sanità, anke jekk jikkonsumaw 10 % biss tal-ilma, filwaqt li s-setturi ekonomiċi li jagħmlu l-aktar pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma ħelu rinnovabbli jikkontribwixxu l-anqas biex jiġu koperti dawn il-kostijiet. [Em. 50]

(32b)   Il-kostijiet tal-programmi ta’ monitoraġġ għad-determinazzjoni tal-istatus tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art huma ffinanzjati biss mill-baġits tal-Istati Membri. Minħabba li l-għadd ta’ sustanzi kimiċi identifikati fl-ambjent akkwatiku qed jinbidel b’mod kostanti, li hemm għadd dejjem jikber ta’ sustanzi niġġiesa emerġenti li għadhom kif dehru fl-ambjent akkwatiku, li huwa meħtieġ titjib kostanti tal-metodi analitiċi kimiċi sabiex jiġu identifikati dawn is-sustanzi niġġiesa emerġenti u ġodda u jiġi vvalutat b’mod korrett l-impatt ekoloġiku tagħhom, u li wkoll jeħtieġ li jiġu żviluppati metodi ġodda ta’ monitoraġġ sabiex jiġu vvalutati aħjar l-effetti tat-taħlitiet kimiċi, dawk il-kostijiet tal-monitoraġġ huma mistennija li jkomplu jiżdiedu. Sabiex jiġu koperti dawk il-kostijiet, u f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas minqux fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huwa essenzjali li l-produtturi li jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni prodotti li fihom sustanzi li għandhom impatt negattiv ippruvat jew potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent akkwatiku jieħdu fuqhom ir-responsabbiltà finanzjarja għall-miżuri meħtieġa biex jikkontrollaw is-sustanzi ġġenerati fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom u li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art. Sistema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur hija x’aktarx l-aktar mezz xieraq biex jinkiseb dan, peress li tillimita l-impatt finanzjarju fuq il-kontribwenti, filwaqt li tipprovdi inċentiv biex jiġu żviluppati prodotti aktar ekoloġiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprepara valutazzjoni tal-impatt li teżamina l-inklużjoni ta’ mekkaniżmu għar-responsabbiltà estiża tal-produttur fid-Direttiva 2006/118/KE u d-Direttiva 2008/105/KE li japplika għas-sustanzi prijoritarji definiti skont id-Direttiva 2006/118/KE u skont id-Direttiva 2008/105/KE, kif ukoll għas-sustanzi niġġiesa emerġenti u ġodda, kif definit fil-listi ta’ sorveljanza skont id-Direttiva 2006/118/KE u d-Direttiva 2008/105/KE. Il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li tkun akkumpanjata, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva li tirrevedi d-Direttivi 2006/118/KE u 2008/105/KE. [Em. 51]

(32c)   Il-monitoraġġ ta’ għadd akbar ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jinvolvi żieda fil-kostijiet iżda wkoll il-ħtieġa għal kapaċità amministrattiva msaħħa fl-Istati Membri, speċjalment dawk b’riżorsi aktar skarsi. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li twaqqaf faċilità Ewropea konġunta ta’ monitoraġġ għall-ġestjoni tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ meta l-Istati Membri jitolbu dan, u b’hekk jitnaqqsu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddefinixxi l-metodi ta’ operat tal-faċilità ta’ monitoraġġ. L-użu ta’ tali faċilità jenħtieġ li jkun volontarju u mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti diġà stabbiliti mill-Istati Membri. [Em. 52]

(32d)   L-evidenza turi li hemm ħtieġa ta’ investiment fis-settur tal-ilma u l-finanzjament tal-Unjoni huwa vitali għal xi Stati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi legali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/105/KE u d-Diretivva 2006/118/KE. Jeħtieġ li l-Istati Membri kollha jżidu n-nefqa tagħhom b’mill-anqas 20 % biex jilħqu l-istandards tal-ilma tal-Unjoni u hemm diskrepanza fil-finanzjament aggregata ta’ EUR 289 biljun sal-2030(51). Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għall-fini tat-twettiq ta’ monitoraġġ u spezzjonijiet tal-korpi tal-ilma fl-Istati Membri kollha, inkluż permezz ta’ fondi u programmi strutturali rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet mis-settur privat, inkluż skont il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ladarba jiġi stabbilit. [Em. 53]

(33)  Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2000/60/UE, 2006/118/KE u 2008/105/KE jiġu emendati kif xieraq.

(34)  Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u titjib tal-kwalità ambjentali tal-ilma ħelu Ewropew, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom, iżda jistgħu minflok, minħabba n-natura transfruntiera tat-tniġġis tal-ilma, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

(34a)   L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu sinerġiji bejn ir-rekwiżiti tad-direttivi rilevanti li jikkonċernaw kemm il-ġbir tad-data kif ukoll l-użu ta’ għodod diġitali bħat-teknoloġiji ta’ telerilevament jew l-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus). [Em. 54]

(34b)   L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jappoġġaw it-taħriġ, il-programmi ta’ żvilupp tal-ħiliet u l-investiment fil-kapital uman biex jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tal-aħjar teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi fil-qafas tad-direttivi. L-informazzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli fil-lingwi nazzjonali differenti biex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà għad-data rilevanti madwar l-Ewropa għall-atturi lokali u għaċ-ċittadini rilevanti. [Em. 55]

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2000/60/KE

Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1, il-punt (e), ir-raba’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej: [Em. 56]"

“— għall-ilħuq tal-objettivi ta’ ftehimiet internazzjonali relevanti, inklużi dawk li jimmiraw għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar, permezz ta’ azzjoni tal-Unjoni sabiex jitwaqqfu jew jiġu eliminati b’mod gradwali l-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi, bl-għan aħħari li jinkisbu konċentrazzjonijiet fl-ambjent tal-baħar qrib il-valuri fl-isfond għal sustanzi li jseħħu b’mod naturali u qrib iż-żero għal sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem.;”

"

(2)  l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (24) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(24) “Stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ” tfisser l-istat kimiku meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali għall-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istat kimiku miksub minn korp tal-ilma tal-wiċċ li fih il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa ma jaqbżux l-istandards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u l-istandards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi f’konformità mal-Artikolu 8(2), il-punt (c), u mal-Artikolu 8d(1) ta’ dik id-Direttiva.”

"

(b)  il-punt (30) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(30) ‘Sustanzi prijoritarji’ tfisser is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE, jiġifieri sustanzi li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu fi proporzjon għoli ta’ Stati Membri.;”

"

(c)  jiddaħħlu l-punti (30a) u (30b) li ġejjin:"

“(30a) ‘Sustanzi prijoritarji perikolużi’ tfisser sustanzi prijoritarji li huma mmarkati bħala ‘perikolużi’ fuq il-bażi li huma rikonoxxuti f’rapporti xjentifiċi, fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jew fi ftehimiet internazzjonali rilevanti, bħala tossiċi, persistenti u suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni (PBT), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (vPvB), jew persistenti, mobbli u tossiċi (PMT) jew persistenti ħafna u mobbli ħafna (vPvM), jew bħala li jagħtu lok għal livell ekwivalenti ta’ tħassib, fejn dan it-tħassib ikun rilevanti għall-ambjent akkwatiku, u li għalihom jeħtieġ li jittieħdu miżuri f’konformità mal-Artikolu 4, il-paragrafu (1), il-punt (a), il-punt (iv). [Em. 57]

   (30b) ‘Sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi’ tfisser sustanzi niġġiesa li ma humiex jew ma għadhomx identifikati bħala sustanzi prijoritarji, iżda li l-Istati Membri identifikaw, abbażi tal-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti fuq il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imwettqa f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Direttiva, bħala li joħolqu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu fit-territorju tagħhom.;”

"

(d)  il-punt (35) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(35) ‘Standard ta’ kwalità ambjentali’ tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza niġġiesa partikolari jew ta’ grupp ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma, fis-sediment jew fil-bijota li ma għandhomx jinqabżu sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, jew valur ta’ skattar għall-effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent ta’ tali sustanza niġġiesa jew grupp ta’ sustanzi niġġiesa mkejla bl-użu ta’ metodu xieraq u stabbilit xjentifikament ibbażat fuq l-effetti.”; [Em. 58]

* Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).;”

"

(da)   il-punt (37) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

37 ‘ilma maħsub għal konsum uman’ għandu l-istess tifsira bħal fid-Direttiva (UE) 2020/2184. [Em. 59]

"

(db)   fil-punt (40), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

40. ‘Valuri limiti ta’ emmissjoni’ ifissru il-massa, espressa f’termini ta’ ċerta parametri speċifiċi, konċentrazzjoni u/jew livell ta’ emmissjoni, li ma’ jridux jiġu maqbuża waqt kull perjodu jew perjodi ta’ ħin. Valuri limiti ta’ emmissjoni jistgħu ukoll jitniżżlu għal ċerta gruppi, familji jew kategoriji ta’ sustazni, partikolarment għal dawk identifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE.” [Em. 60]

"

(3)  fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:"

“4a. Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ oriġini naturali jew force majeure, b’mod partikolari għargħar estrem u nixfiet fit-tul, jew inċidenti sinifikanti ta’ tniġġis, li jistgħu jaffettwaw lill-korpi tal-ilma downstream li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għall-korpi tal-ilma downstream f’tali Stati Membri, kif ukoll il-Kummissjoni, jiġu informati minnufih u li tiġi stabbilita l-kooperazzjoni meħtieġa sabiex jiġu investigati l-kawżi u jiġu indirizzati l-konsegwenzi taċ-ċirkostanzi jew l-inċidenti eċċezzjonali.;

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lil Stati Membri oħra li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mill-inċident ta’ tniġġis rilevanti.

Sabiex ikomplu jittejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fid-distretti tal-baċiri idrografiċi internazzjonali, fid-distretti tal-baċiri idrografiċi internazzjonali kollha għandhom jiġu introdotti arranġamenti għal komunikazzjoni u reazzjoni f’każ ta’ emerġenza. [Em. 61]

"

(4)  l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(iv) l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex inaqqsu b’mod progressiv it-tniġġis, l-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf minn sustanzi prijoritarji u sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, u sabiex iwaqqfu jew jeliminaw b’mod gradwali l-emissjonijiet, l-iskariki u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi, f’perjodu ta’ żmien xieraq u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 20 sena wara li sustanza prijoritarja partikolari tiġi elenkata bħala perikoluża fil-Parti A, l-Anness I, tad-Direttiva 2008/105/KE. Dak il-perjodu ta’ żmien għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ skedi ta’ żmien aktar stretti fi kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni;” [Em. 62]

"

(b)  fil-punt (b)(iii), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Il-miżuri sabiex jinkiseb treġġigħ lura tat-tendenzi għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/118/KE u mal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, soġġetti għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.;”

"

(ba)   fil-punt (c) jiżdied is-subparagrafu 1a li ġej: [Em. 63]"

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards jew valuri ta’ limitu aktar stretti jekk meħtieġ biex jipproteġu b’mod adegwat iż-żoni elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva, inklużi żoni speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE. Programmi u miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ tali valur ta’ limitu għandhom japplikaw ukoll għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE. [Em. 63]

"

(5)  fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Għal kull korp tal-ilma identifikat taħt il-paragrafu 1, minbarra li jilħqu l-objettivi tal-Artikolu 4 f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għal korpi tal-ilma tal-wiċċ, inklużi l-istandards ta’ kwalità stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li taħt ir-reġim tat-trattament tal-ilma applikat, u f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-ilma li jirriżulta se jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

* Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1);”

"

(6)  l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi speċifikazzjonijietdelegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu tspeċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma f’konformità mal-Anness V. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni u sabiex tistabbilixxi formati għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus f’konformità mal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).;” [Em. 64]

"

(aa)   jiżdied il-paragrafu li ġej: [Em. 65]"

3a. Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippubblika valutazzjoni komprensiva dwar l-applikazzjoni possibbli ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tat-tniġġis (online) kontinwi, preċiżi u f’ħin reali tal-kejl tal-kwalità tal-ilma, inklużi aspetti ta’ fattibbiltà ekonomika u teknika ta’ tali sistemi rilevanti għall-Istati Membri, kif ukoll l-użu ta’ standards armonizzati.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tadotta att ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2), biex tistabbilixxi standards armonizzati għall-monitoraġġ tal-ilma online. [Em. 65]

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:"

“4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta’ monitoraġġ individwali disponibbli miġbura f’konformità mal-puntmal-punti 1.3.4 u 2.4.3 tal-Anness V u l-istatus li jirriżulta f’konformità mal-Anness V ikunu disponibbli għall-pubbliku u għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u, mingħajr dewmien bla bżonn u b’mod faċilment aċċessibbli, għall-pubbliku mill-anqas darba fis-sena b’mod elettroniku f’format li jinqara mill-magni f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** u mad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***. Għal dawn l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formati stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 66]

5.  L-EEA għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli f’konformità mal-paragrafu 4 tiġi pproċessata u analizzata regolarment għall-fini li ssir disponibbli, permezz ta’ portali rilevanti tal-Unjoni, għall-użu mill-ġdid mill-Kummissjoni u mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u għall-fini li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pubbliku informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u komparabbli, b’mod partikolari dwar l-istatus, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****.

* Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

** Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

*** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

**** Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).;”

"

(7)  l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Għall-fini tal-konformità mal-objettivi, mal-istandards tal-kwalità u mal-limiti stabbiliti skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

   (a) il-kontrolli tal-emissjonijiet ibbażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli;
   (b) il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet rilevanti;
   (c) fil-każ ta’ impatti diffużi, kontrolli, inklużi, kif xieraq, l-aħjar prattiki ambjentali kif stabbiliti:
   fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
   fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;
   fid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE***;
   fid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE****;
   fi kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra għall-indirizzar tas-sors lokalizzat jew tat-tniġġis diffuż.

* Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

** Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

*** Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

**** Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).;”

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“3. Fejn objettiv ta’ kwalità, standard ta’ kwalità jew limitu, kemm jekk stabbilit skont din id-Direttiva, skont id-Direttivi 2006/118/KE jew 2008/105/KE, jew skont kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra, ikun jeħtieġ kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2, għandhom jiġu stabbiliti kontrolli tal-emissjonijiet aktar stretti kif xieraq.;”

"

(7a)   l-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

1. Kull Stat Membru jrid jiżgura li jkun stabbilit għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, jew għall-parti ta’ distrett tal-baċiri idrografiċi internazzjonali fi ħdan it-territorju tiegħu, programm ta’ miżuri, b’konsiderazzjoni tar-riżultati ta’ l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, sabiex jinkisbu l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4. Tali programmi ta’ miżuri għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri ta’ kontroll tas-sors f’konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti tal-Unjoni dwar it-tniġġis. Il-miżuri fil-punt tar-rimi għandhom jiġu applikati barra l-miżuri ta’ kontroll tas-sors meta jkun hemm riskju li miżuri ta’ kontroll tas-sors jaf ma jirnexxilhomx jiksbu status tajjeb tal-korpi tal-ilma. Dawn il-programmi ta’ miżuri jistgħu jirreferu għal miżuri li joħorġu minn leġislazzjoni adottata f’livell nazzjonali u tkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru. Fejn hu xieraq, Stat Membru jista’ jadotta miżuri applikabbli għad-distretti kollha tal-baċin tax-xmara u/jew il-parti ta’ distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa’ fi ħdan it-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar l-aħjar prattiki għall-miżuri ta’ kontroll tas-sors u l-komplementarjetà ta’ miżuri fil-punt tar-rimi. [Em. 67]

"

(7b)   fl-Artikolu 11(3), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: "

(c) miżuri biex jippromwovu użu effiċjenti u sostenibbli tal-ilma, inkluż fl-agrikoltura, sabiex ma tkunx kompromessa l-kisba tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 4; [Em. 68]

"

(8)  fl-Artikolu 11(3), il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(k) miżuri sabiex jiġi eliminat it-tniġġis tal-ilmijiet tal-wiċċ minn sustanzi prijoritarji perikolużi u sabiex jitnaqqas b’mod progressiv it-tniġġis minn sustanzi oħrajn li inkella jipprevjenu lill-Istati Membri milli jilħqu l-objettivi ambjentali għall-korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4;;”

"

(8a)   l-Artikolu 11(5), l-inċiż 2, huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“  – awtorizzazzjonijiet u permessi relevanti huma eżaminati u riveduti u, f’każijiet debitament iġġustifikati, sospiżi, kif xieraq, [Em. 69]

"

(9)  l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 12

Kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu ttrattati fil-livell tal-Istati Membri

1.  Meta Stat Membru jidentifika kwistjoni li jkollha impatt fuq il-ġestjoni tal-ilma tiegħu, iżda li ma tkunx tista’ tissolva minn dak l-Istat Membru, huwa għandu jinnotifika l-kwistjoni lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat u jagħmel rakkomandazzjonijiet għar-riżoluzzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni għandha twieġeb għal kwalunkwe notifika minn Stat Membru fi żmien sitt xhur. Meta l-kwistjoni tikkonċerna nuqqas li jintlaħaq status kimiku tajjeb, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2008/105/KE. [Em. 70]

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex jidentifikaw is-sorsi tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jirrispondu lil xulxin fil-ħin, u mhux aktar tard minn 3 xhurxahrejn wara n-notifika minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-paragrafu 1. [Em. 71]

3.  Il-Kummissjoni għandha tiġi informata dwar, u mistiedna tassisti fi, kwalunkwe kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis ir-rapporti stabbiliti skont l-Artikolu 13, tikkunsidra jekk hemmx bżonn li tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jitnaqqsu l-impatti transfruntiera fuq il-korpi tal-ilma.;”

"

(9a)   fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

4a. Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ppreżentati mill-Istati Membri meta dawn il-pjanijiet ma jinkludux l-elementi elenkati fl-Anness VII. [Em. 72]

"

(9b)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej :"

Artikolu 14a

Aċċess għall-ġustizzja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-liġi nazzjonali, il-membri tal-pubbliku li għandhom interess suffiċjenti jew li jallegaw indeboliment ta’ dritt, ikollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet kollha skont din id-Direttiva li jikkonċernaw, fost l-oħrajn:

   (a) pjanijiet u proġetti li jistgħu jmorru kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 4, inkluż għall-prevenzjoni tad-deterjorament tal-istat tal-korpi tal-ilma u għall-kisba ta’ stat tajjeb tal-ilma, potenzjal ekoloġiku tajjeb u/jew stat kimiku tajjeb tal-ilma, sal-punt li dawk ir-rekwiżiti mhumiex diġà previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/UE;
   (b) il-programmi ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 11, il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 13(1) u l-programmi supplimentari tal-Istati Membri jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 13(5).

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt, b’mod li huwa konsistenti mal-objettiv li l-pubbliku jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi nazzjonali għandha titqies li għandha drittijiet li jistgħu jiġu indeboliti u l-interess tagħhom għandu jitqies suffiċjenti.

3.   Il-proċeduri ta’ rieżami msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ġusti, ekwi u kkompletati fil-ħin, u m’għandhomx ikunu għaljin b’mod projbittiv. Dawk il-proċeduri għandhom jinvolvu wkoll l-għoti ta’ rimedju adegwat u effettiv, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni meta jkun xieraq.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami amministrativi u ġudizzjarji msemmija f’dan l-Artikolu. [Em. 73]

"

(10)   fl-Artikolu 15, jitħassar il-paragrafu 3; [Em. 74]

(10a)   fl-Artikolu 15(3) jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida u mudelli dwar il-kontenut, l-istruttura u l-format tar-rapporti interim imsemmija fl-ewwel subparagrafu, mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. [Em. 75]

"

(11)  jitħassru l-Artikoli 16 u 17;

(12)  l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(e) sommarju ta’ kwalunkwe proposta, miżura ta’ kontroll u strateġija għall-kontroll tat-tniġġis kimiku jew għat-twaqqif jew l-eliminazzjoni gradwali ta’ sustanzi perikolużi;;”

"

(b)   jitħassar il-paragrafu 4; [Em. 76]

(13)  l-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 20

Adattamenti tekniċi u implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a sabiex temenda l-Annessi I u III u t-Taqsima 1.3.6 tal-Anness V sabiex tadatta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mal-awtoritajiet kompetenti, il-kontenut tal-analiżi ekonomika u l-istandards ta’ monitoraġġ magħżula, rispettivament, għall-progress tekniku u xjentifiku.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri f’konformità mal-proċedura ta’ interkalibrar stabbilita fil-punt 1.4.1 tal-Anness V.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 8(4). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Meta tistabbilixxi dawk il-formati, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita, fejn ikun meħtieġ, mill-EEA;”

"

(14)  jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:"

“Artikolu 20a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 20(1) għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 20(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.;”

"

(15)  l-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 21

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).;”

"

(16)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-objettivi ambjentali fl-Artikolu 4, l-istandards ta’ kwalità ambjentali stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE u l-limiti għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 8d ta’ dik id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala standards ta’ kwalità ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE.;”

"

(17)  l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(18)  fil-Parti A tal-Anness VII, il-punt 7.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“7.7. sommarju tal-miżuri meħuda sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji u sabiex jiġu eliminati gradwalment l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi;;”

"

(18a)   Fl-Anness VII, il-Parti A, jiddaħħal il-punt li ġej:"

“  7.7a. sommarju tal-miżuri meħuda għad-diġitalizzazzjoni tal-aspetti ta’ monitoraġġ tas-settur tal-ilma; [Em. 77]

"

(19)  l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Direttiva;

(20)  jitħassar l-Anness X.jitħassru l-Annessi IX u X. [Em. 78]

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2006/118/KE

Id-Direttiva 2006/118/KE hija emendata kif ġej:

(1)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art;”

"

(2)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-ġerarkija tal-miżuri li għandhom jittieħdu għandha tipprijoritizza r-restrizzjonijiet u miżuri oħra ta’ kontroll fis-sors, mingħajr preġudizzju għall-importanza ta’ miżuri fil-punt tar-rimi, meta jkun xieraq. Dawk il-miżuri jinkludu dawn li ġejjin: [Em. 79]

   (a) il-kriterji għall-valutazzjoni tal-istat kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art;
   (b) il-kriterji għall-identifikazzjoni u t-treġġigħ lura ta’ tendenzi ’l fuq sinifikanti u sostnuti u għad-definizzjoni ta’ punti ta’ tluq għat-treġġigħ lura tat-tendenzi.;
   (ba) kriterji għall-valutazzjoni tal-istat ekoloġiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art. [Em. 80]

"

(3)  fl-Artikolu 2, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(2) ‘valur ta’ limitu’ tfisser standard ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art stabbilit mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (b), jew fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(3);;”

"

(4)  l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt (c) li ġej:"

“(c) il-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(3) u elenkati fil-Parti D tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.;”

"

(aa)   fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"

Il-valuri ta’ limitu applikabbli għall-ilma ta’ taħt l-art għandhom ikunu 10 darbiet inqas mill-EQS korrispondenti għall-ilma tal-wiċċ, ħlief f’każijiet, meta r-riskju reali għall-ekosistemi ta’ taħt l-art ikun jista’ jiġi stabbiliti, jista’ jkun xieraq li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu għall-ilma ta’ taħt l-art f’livell differenti. [Em. 81]

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Il-valuri ta’ limitu msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċiri idrografiċi jew fil-parti tad-distrett tal-baċiri idrografiċi internazzjonali li taqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru, jew fil-livell ta’ korp jew grupp ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art.;”

"

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. Il-valuri ta’ limitu kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara li għandhom jiġu prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, flimkien ma’ sommarju tal-informazzjoni stabbilita fil-Parti C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom, sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinformaw lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) bil-valuri ta’ limitu nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). L-ECHA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.”;

"

(ca)  fil-paragrafu 5, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-residenti tad-distrett tal-baċir tax-xmara kkonċernat jew tal-parti tad-distrett tal-baċir tax-xmara internazzjonali li taqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru jkunu infurmati adegwatament u fil-ħin. [Em. 82]

"

(d)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“L-Istati Membri għandhom jemendaw il-lista ta’ valuri ta’ limitu applikati fit-territorji tagħhom kull meta informazzjoni ġdida dwar sustanzi niġġiesa, gruppi ta’ sustanzi niġġiesa, jew indikaturi tat-tniġġis anke b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, tindika li jeħtieġ li jiġi stabbilit valur ta’ limitu għal sustanza addizzjonali, li valur ta’ limitu eżistenti jeħtieġ li jiġi mmodifikat, jew li valur ta’ limitu li preċedentement kien tneħħa mil-lista jeħtieġ li jerġa’ jiddaħħal. Jekk il-valuri ta’ limitu rilevanti jiġu stabbiliti jew emendati fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-lista ta’ valuri ta’ limitu applikati fit-territorji tagħhom għal dawk il-valuri. ; [Em. 83]

"

(e)   il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-valuri ta’ limitu nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), sena wara li l-Istati Membri jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ECHA f’konformità mal-paragrafu 5. [Em. 84]

"

(5)  fl-Artikolu 4(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) il-valuri għall-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art elenkati fl-Anness I u l-valuri ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), ma jinqabżu fl-ebda punt ta’ monitoraġġ f’dak il-korp jew grupp ta’ korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art; jew;”

"

(6)  jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:"

“Artikolu 6a

Lista ta’ sorveljanza

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA, lista ta’ sorveljanza tas-sustanzi li għalihom għandha tinġabar data ta’ monitoraġġ madwar l-Unjoni kollha mill-Istati Membri u sabiex tistabbilixxi l-formati li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għar-rapportar tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ u ta’ informazzjoni relatata lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha massimuminimu ta’ ħames sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi u għandha tindika l-matriċijiet ta’ monitoraġġ u l-metodi possibbli ta’ analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet u l-metodi ta’ monitoraġġ ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fosttħassib emerġenti magħżula minn dawk is-sustanzi li għalihomdwarhom l-informazzjoni disponibbli, anke f’konformità mas-subparagrafu 4 hawn isfel, tindika li jistgħu joħolqujista’ jkollhom riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, u li dwarhom u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ hija insuffiċjenti. Dinmhix suffiċjenti, ħlief fejn in-numru ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jista’ jkollhom riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, li għandhom jintagħżlu minnu huwa inqas minn ħamsa, f’liema każ il-lista ta’ sorveljanza għandha tinkludi sustanzi ta’ tħassib emerġentigħandu jkollha dawk is-sustanzi kollha.

Minbarra l-għadd minimu ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi, il-lista ta’ sorveljanza jista’ jkun fiha wkoll indikaturi ta’ tniġġis.

Il-lista ta’ sorveljanza għandha tispeċifika l-matriċijiet ta’ monitoraġġ u l-metodi possibbli ta’ analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet u l-metodi ta’ monitoraġġ ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. [Em. 85]

Hekk kif ikunu ġew identifikati Metodi ta’ monitoraġġ xierqa għall-mikroplastiks u għal ġeni ta’ reżistenza antimikrobika magħżula, dawk is-sustanzi għandhom jiġu identifikati malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn [l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja]. Hekk kif dawk il-metodi ta’ monitoraġġ jiġu identifikati, il-mikroplastiks u l-ġeni ta’ reżistenza magħżula għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 6a(2)(1). Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk l-inklużjoni ta’ sulfati fl-ewwel lista’ ta’ sorveljanza hijiex meħtieġa biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data dwar il-preżenza tagħhom fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 86]

L-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi sabiex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tas-sustanzi u l-indikaturi tat-tniġġis għal-lista ta’ sorveljanza, filwaqt li tqis l-informazzjoni li ġejja: [Em. 87]

   (a) l-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u r-riżultati tal-aktar rieżami reċenti ta’ dak l-Anness;
   (b) il-listi ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2008/105/KE u mad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;
   (c) ir-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija, inkluża d-data ta’ monitoraġġ relatata;
   (d) il-karatterizzazzjoni mill-Istati Membri tad-distretti tal-baċiri idrografiċi f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u r-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva;
   (e) informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi (inkluża l-mobilità fil-ħamrija u, fejn rilevanti, id-daqs tal-partikoli), il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti negattivi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku ta’ sustanza partikolari jew grupp ta’ sustanzi, inkluża informazzjoni miġbura f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***, mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****, mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*****, mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill******, mad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill******* u mad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill********;
   (f) proġetti ta’ riċerka u pubblikazzjonijiet xjentifiċi, u evidenza inkluża informazzjoni dwar l-impatt tal-kontaminanti materjali u termali kif ukoll l-impatti tal-attivitajiet estrattivi u infrastrutturali ta’ fuq l-art u ta’ taħt l-art fuq l-ekosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art u ekosistemi dipendenti fuq l-ilma ta’ taħt l-art u l-bijodiversità tagħhom, l-informazzjoni dwar it-tendenzi u l-previżjonijiett-tbassir ibbażati fuq l-immudellar jew valutazzjonijiet ta’ tbassir oħrajn u data u, kif ukoll informazzjoni u data miġbura minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ, jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, billi jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data; [Em. 88]
   (g) rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati.

L-ECHA għandha, kull 3 snin, tħejji rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi stabbiliti taħt ir-raba’ subparagrafu u għandha tagħmel dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku. L-ewwel rapport għandu jsir disponibbli sa X [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tal-21 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2.  L-ewwel lista ta’ sorveljanza għandha tiġi stabbilita sa .. [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-lista ta’ sorveljanza għandha tiġi aġġornata mill-anqas kull 36 xahar minn hemm ’il quddiem jew b’mod aktar frekwenti jekk toħroġ evidenza xjentifika ġdida li teħtieġ il-lista tiġi aġġornata fil-perjodu interim bejn ir-rieżamijiet individwali. [Em. 89]

L-Istati Membri għandhom jevalwaw kull sentejn l-impatt fuq il-kwalità tal-ilma tal-attivitjiet industrijali relatati mat-tranżizzjoni enerġetika u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar theddid ġdid identifikat sabiex tkun tista’ taġġorna il-lista ta’ sorveljanza skont dan. L-evalwazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 90]

Meta taġġorna lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza jew grupp ta’ sustanzi mil-lista ta’ sorveljanza eżistenti, li għalihom hija tqis li huwa possibbli li tivvaluta r-riskju tagħha għall-ambjent akkwatiku mingħajr data ta’ monitoraġġ addizzjonali. Meta l-lista ta’ sorveljanza tiġi aġġornata, sustanza individwali jew grupp ta’ sustanzi jistgħu jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza għal perjodu ieħor ta’ 3 snin fejn tkun meħtieġa data ta’ monitoraġġ addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għall-ambjent akkwatiku. Il-lista ta’ sorveljanza aġġornata għandha tinkludi wkoll sustanza addizzjonali waħda jew aktar li għalihom il-Kummissjoni tikkunsidra, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi tal-ECHA, li jista’ jkun hemm riskju għall-ambjent akkwatiku.

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq perjodu ta’ 24 xahar. Il-perjodu ta’ monitoraġġ għandu jibda fi żmien 6 xhur mill-istabbiliment tal-lista ta’ sorveljanza.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-anqas stazzjonżewġ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ wieħed, flimkien man-numru ta’ stazzjonijiet ugwali għall-erja totali tiegħu f’km2 ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art diviża b’60 00030 000 (arrotondati għall-eqreb numru sħiħ). [Em. 91]

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza tal-monitoraġġ u ż-żmien staġunali għal kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi, l-Istati Membri għandhom iqisu x-xejriet tal-użu u l-okkorrenza possibbli tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi. Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma għandhiex tkun anqas minn darba fis-sena.

Meta Stat Membru jkun f’pożizzjoni li jiġġenera data ta’ monitoraġġ suffiċjenti, komparabbli, rappreżentattiva u reċenti għal sustanza jew grupp partikolari ta’ sustanzi minn programmi jew studji ta’ monitoraġġ eżistenti, huwa jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali taħt il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza għal dik is-sustanza jew dak il-grupp ta’ sustanzi, sakemm is-sustanza jew il-grupp ta’ sustanzi jkunu ġew immonitorjati bl-użu ta’ metodoloġija li tkun konformi mal-matriċijiet ta’ monitoraġġ u mal-metodi ta’ analiżi msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza kif adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jagħmlu disponibbli wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u dwar l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5.  L-ECHA għandha tirrieżamina r-riżultati tal-monitoraġġ fi tmiem il-perjodu ta’ 24 xahar imsemmija fil-paragrafu 3 u tivvaluta liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jeħtieġ li jiġu mmonitorjati għal perjodu ieħor ta’ 24 xahar u, għalhekk, li għandhom jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza u liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jistgħu jitneħħew mil-lista ta’ sorveljanza.

Fejn il-Kummissjoni, wara li tqis il-valutazzjoni mill-ECHA msemmija fl-ewwel subparagrafu, tikkonkludi li ma huwa meħtieġ l-ebda monitoraġġ ulterjuri sabiex jiġi vvalutat aktar ir-riskju għall-ambjent akkwatiku, dik il-valutazzjoni għandha titqies fir-rieżami tal-Anness I jew II imsemmija fl-Artikolu 8.

* Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

** Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

*** Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

**** Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

***** Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

****** Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

******* Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

******** Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71). ”

"

(6a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Article 6aa

Titjib tal-protezzjoni tal-eksosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], tippubblika valutazzjoni tal-impatti ta’ elementi fiżikokimiċi, bħall-pH, l-ossiġenazzjoni u t-temperatura, fuq is-saħħa tal-ekosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art, akkumpanjata minn, meta jkun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex tirrevedi din id-Direttiva skont dan, sabiex tistabbilixxi l-parametri korrispondenti, tipprova metodi ta’ monitoraġġ armonizzat, u tiddefinixxi x’jista’ jikkostitwixxi “status ekoloġiku tajjeb” għall-ilma ta’ taħt l-art. [Em. 92]

"

(6b)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Article 6ab

Trattament speċifiku għal żoni ta’ valur ekoloġiku għoli, vulnerabbiltà jew tniġġis

Il-Kummissjoni għandha, ... [sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], tippubblika valutazzjoni tal-istatus kimiku ta’ żoni karatterizzati minn valur ekoloġiku għoli, vulnerabbiltà jew tniġġis, bħal għerien u żoni karstiċi, siti li qabel kienu industrijali u żoni oħra b’kontaminazzjoni storika magħrufa, akkumpanjata, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex tirrevedi din id-Direttiva. [Em. 93]

"

(6c)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Article 6ac

Sa mhux aktar tard minn... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-impatt li jeżamina l-inklużjoni f’din id-Direttiva ta’ mekkaniżmu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex tiżgura li l-produtturi li jqiegħdu l-prodotti fis-suq li jkun fihom kwalunkwe sustanza jew kompost elenkati fl-Anness I, kif ukoll sustanzi ta’ tħassib emerġenti inklużi fil-lista ta’ sorveljanza skont din id-Direttiva, jikkontribwixxu għall-kostijiet tal-programmi ta’ monitoraġġ imfassla skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tkun akkumpanjata, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex din id-Direttiva tiġi riveduta. [Em. 94]

"

(6d)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Article 6ad

Faċilità Ewropea ta’ Monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha, ... [sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], tistabbilixxi faċilità ta’ monitoraġġ konġunta biex tiġġestixxi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ meta tkun mitluba dan mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-funzjonament ta’ faċilità ta’ monitoraġġ li għandha tkopri, inter alia, dan li ġej:

   (a) in-natura volontarja tal-użu tal-faċilità ta’ monitoraġġ, li għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti diġà stabbiliti mill-Istati Membri;
   (b) il-proċeduri operazzjonali għall-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni jagħmlu użu mill-faċilità ta’ monitoraġġ, li għandhom, inter alia, jinkludu n-notifika meħtieġa lill-Kummissjoni tal-ħtiġijiet jew kapaċitajiet preċiżi ta’ monitoraġġ, il-protokolli eżatt għall-ġestjoni tal-kampjuni, kif ukoll it-tul ta’ żmien li biħsiebhom jibqgħu parti mill-mekkaniżmu;
   (c) is-sorsi ta’ finanzjament, li jistgħu jinkludu l-fondi strutturali u l-programmi tal-Unjoni, kif ukoll kontribuzzjonijiet mis-settur privat, inkluż fl-ambitu tal-mekkaniżmu tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, ladarba jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 6ac. [Em. 95]

"

(7)  l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 8

Rieżami tal-Annessi minn I sa IV

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, għall-ewwel darba sa … [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 6erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull 6erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-lista ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fl-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għal dawk is-sustanzi niġġiesa stabbiliti f’dak l-Anness, kif ukoll il-lista ta’ sustanzi niġġiesa u indikaturi stabbilita fil-Parti B tal-Anness II. [Em. 96]

2.  Abbażi tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 8a,, meta jkun xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi sabiex temenda l-Anness I sabiex dan jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiżdiedu jew jitneħħew is-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-istandards ta’ kwalità għal dawk is-sustanzi niġġiesa stabbiliti f’dak l-Anness u . Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 8a, sabiex temenda l-Parti B tal-Anness II sabiex din tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiżdiedu sustanzi niġġiesa jew indikaturi li għalihom l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu limiti nazzjonali. [Em. 97]

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 8a, sabiex temenda l-Parti D tal-Anness II sabiex tadattaha għall-progress tekniku u xjentifiku billi żżid jew temenda l-valuri ta’ limitu armonizzati għal sustanza niġġiesa waħda jew aktar elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness.

4.  Meta tadotta proposti leġiżlattivi u atti delegati kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 98]

5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a sabiex temenda l-Partijiet A u C tal-Anness II u tal-Annessi III u IV sabiex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku.

6.  Bl-iskop li tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-Annessi I u II, l-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi. Dawk ir-rapporti għandhom iqisu dawn li ġejjin:

   (a) l-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-ECHA;
   (b) ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE;
   (c) id-data ta’ monitoraġġ miġbura f’konformità mal-Artikolu 6a(4) ta’ din id-Direttiva;
   (d) l-eżitu tar-rieżamijiet tal-Annessi tad-Direttiva 2008/105/KE u tad-Direttiva (UE) 2020/2184;
   (e) l-informazzjoni u r-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija;
   (f) il-programmi ta’ riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Unjoni, inkluża informazzjoni aġġornata li tirriżulta minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ u/jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenzamill-aqwa tekniki disponibbli li jistgħu jinkludu l-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżil-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data; [Em. 99]
   (g) il-kummenti u l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi awtoritajiet regolatorji nazzjonali u korpi rilevanti oħra. [Em. 100]

6a.   Sat-12 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati skont il-parametri tat-“Total tal-PFAS”. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemenda din id-Direttiva billi jistabbilixxi standards ta’ kwalità għat-“Total tal-PFAS” u jemenda l-Anness I skont dan. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-atti delegati sat-12 ta’ Jannar 2026. [Em. 101]

7.  L-ECHA għandha, kull 64 snin, tħejji u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafi 2 u 3. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni fi … [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 53 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].” [Em. 102]

"

(8)  jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:"

“Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2)8(2), (3) u (6a) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat6 snin minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 6 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 103]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2)8(2), (3) u (6a) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. [Em. 104]

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1) jew (2)8(2), (3) jew (6a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.;” [Em. 106]

"

(9)  l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 9

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).;”

"

(10)  jitħassar l-Artikolu 10;

(11)  l-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ din id-Direttiva;

(12)  l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ din id-Direttiva;

(13)  fl-Anness III, il-punt 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż tqabbil bejn il-konċentrazzjoni aritmetika medja annwali tas-sustanzi niġġiesa rilevanti f’punt ta’ monitoraġġ u l-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u l-valuri ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c).;”

"

(14)  fl-Anness IV, il-Parti B, il-punt 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:"

“il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex ireġġgħu lura tendenzi ’l fuq sinifikanti u sostnuti, inklużi tendenzi ’l fuq staġunali kkawżati, inter alia, minn skariki baxxi ta’ korp tal-ilma, se jkun meta l-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa tilħaq 75 % tal-valuri parametriċi tal-istandards tal-kwalitàta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u tal-valuri ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), ħlief jekk:.” [Em. 107]

"

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2008/105/KE

Id-Direttiva 2008/105/KE hija emendata kif ġej:

(1)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;”

"

(1a)   L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:"

Article 1

Suġġett

Bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ u skont id-dispożizzjonijiet u l-objettivi tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, din id-Direttiva tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għal sustanzi prijoritarji u sustanzi perikolużi prijoritarji. [Em. 108]

"

(2)  l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1a, l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt (iii) li ġej:"

“(iii) is-sustanzi numerati 5, 9, 13, 15, 17, 21, 23, 24, 28, 30, 34, 37, 41, 44 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom jiġu stabbiliti EQS riveduti, u s-sustanzi identifikati ġodda numerati 46 sa 70 fil-Parti A tal-Anness I, b’effett minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], bl-għan li jiġi evitat id-deterjorament fl-istat kimiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ b’rabta ma’ dawk is-sustanzi.;”

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Fir-rigward ta’ sustanzi li għalihom huwa stipulat EQS tal-bijota jew EQS tas-sediment fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw tali EQS tal-bijota jew EQS tas-sediment.

Fir-rigward ta’ sustanzi oħrajn għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stipulat fil-Parti A tal-Anness I.;”

"

(c)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:"

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-analiżi tat-tendenza fit-tul tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota, abbażi tal-monitoraġġ fis-sediment jew fil-bijota bħala parti mill-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ imwettaq f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE.;”

"

(d)  jitħassar il-paragrafu 7;

(e)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-Parti B, il-punt 3, tal-Anness I sabiex tadattah għall-progress tekniku jew xjentifiku.;”

"

(3)  l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, u mar-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u ta’ data oħra disponibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju, li jinkludi mapep, jekk disponibbli, tal-emissjonijiet, l-iskariki u t-telf tas-sustanzi prijoritarji kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva u għas-sustanzi niġġiesa kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness II ta’ din id-Direttiva għal kull distrett ta’ baċin ta’ xmara jew parti minn distrett ta’ baċin ta’ xmara li jkun fit-territorju tagħhom, inklużi l-konċentrazzjonijiet tagħhom ta’ sediment u bijota, kif xieraq. [Em. 109]

_________________

1a OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jindab fid-dokument COM (2022) 157.

L-invetarji tal-emissjonijiet għandhom ikunu disponibbli f’bażi ta’ data elettronika li tiġi aġġornata b’mod regolari u tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 110]

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-emissjonijiet, l-iskariki u t-telf irrapportati lill-Kummissjoni b’mod elettroniku f’konformità mar-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ; [Em. 111]

"

(b)  jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-rieżamijiet tal-analiżijiet speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet, inklużi dawk mhux irrapportati lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit skont ir-Regolament (UE) .../…++, jiġu ppubblikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara tagħhom kif aġġornati f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta’ dik id-Direttiva. [Em. 112]

Il-perjodu ta’ referenza għall-istabbiliment tal-valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta’ qabel is-sena li fiha għandhom jitlestew l-analiżijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għas-sustanzi prijoritarji jew is-sustanzi niġġiesa koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tat-3 snin qabel it-tlestija tal-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu. [Em. 113]

Għall-emissjonijiet mis-sors lokalizzat mhux irrapportati f’konformità mar-Regolament (UE) .../… +++, minħabba li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jew minħabba li huma taħt il-limiti ta’ rapportar annwali stabbiliti f’dak ir-Regolament, l-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat permezz ta’ rapportar elettroniku lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit skont dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format, il-livell ta’ granularità u l-frekwenza tar-rapportar imsemmi fir-raba’ subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).;”

"

(d)  jitħassar il-paragrafu 5;

(4)  fl-Artikolu 7a(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Għal sustanzi prijoritarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*** jew tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KEkull sentejn, tivvaluta jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri humiex biżżejjed sabiex jintlaħqu l-EQS għas-sustanzi prijoritarji u l-objettiv ta’ waqfien jew ta’ eliminazzjoni gradwali għall-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 114]

Il-ġerarkija tal-miżuri li jeħtieġ jittieħdu għandha tagħti prijorità lir-restrizzjonijiet u lil miżuri oħra ta’ kontroll fis-sors. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tressaq proposti biex temenda l-atti legali tal-Unjoni biex tiżgura li l-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf tas-sustanzi prijoritarji jitwaqqfu fis-sors. [Em. 115]

* Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

** Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

*** Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).;”

"

(4a)   Fl-Artikolu 7a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-valutazzjoni tagħha u għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi kwalunkwe proposti xierqa inkluż għal miżuri ta’ kontroll. [Em. 116]

"

(5)  l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 8

Rieżami tal-Annessi I u II

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, għall-ewwel darba sa … [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 64 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull 64 snin minn hemm ’il quddiem, il-lista ta’ sustanzi prijoritarji u l-EQS korrispondenti għal dawk is-sustanzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I u l-lista ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fil-Parti A tal-Anness II. [Em. 117]

2.  Abbażi tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, meta jkun xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-Anness I sabiex tadattah għall-progress xjentifiku u teknoloġiku billi: [Em. 118]

   (a) iżżid jew tneħħi sustanzi mil-lista ta’ sustanzi prijoritarji;
   (b) tiddeżinja jew tneħħi mid-deżinjazzjoni sustanzi magħżula bħala sustanzi prijoritarji perikolużi u/jew bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jinsabu kullimkien (uPBTs) u/jew bħala sustanzi li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota f’dik il-lista;
   (c) tistabbilixxi EQS korrispondenti għall-ilma tal-wiċċ, għas-sediment jew għall-bijota, kif xieraq.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-Anness II sabiex tadattah għall-progress xjentifiku u teknoloġiku billi:

   (a) iżżid jew tneħħi sustanzi niġġiesa mil-lista ta’ kategoriji ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fil-Parti A tal-Anness II;
   (b) taġġorna l-metodoloġija stabbilita fil-Parti B tal-Anness II;
   (c) telenka fil-Parti C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva dawk is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li għalihom hija stabbiliet li l-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu applikati, fejn rilevanti, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u bbażata fuq ix-xjenza tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u billi telenka l-EQS korrispondenti għal dawk is-sustanzi niġġiesa fil-Parti C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

4.  Meta tidentifika sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li għalihom jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti EQS fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

   (a) ir-riskju maħluq mis-sustanzi niġġiesa, inkluż il-periklu tagħhom, il-konċentrazzjonijiet ambjentali tagħhom u l-konċentrazzjoni li ’l fuq minnha jistgħu jkunu mistennija l-effetti, inklużi l-effetti kumulattivi tagħhom; [Em. 119]
   (b) id-disparità bejn l-EQS nazzjonali stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi minn Stati Membri differenti u l-grad sa fejn tali disparità hija ġustifikabbli;
   (c) in-numru ta’ Stati Membri li diġà qegħdin jimplimentaw EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li qegħdin jiġu kkunsidrati.

5.  Is-sustanzi prijoritarji li, b’riżultat tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, ikunu tneħħew mil-lista ta’ sustanzi prijoritarji minħabba li ma għadhomx joħolqu riskju għall-Unjoni kollha, għandhom jiġu inklużi fil-Parti C tal-Anness II, filwaqt li jiġu elenkati s-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u l-EQS armonizzati relatati li għandhom jiġu implimentati meta s-sustanzi niġġiesa jkunu ta’ tħassib reġjonali jew nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 8d.

6.  Bl-iskop li tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-Annessi I u II, l-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi. Dawk ir-rapporti xjentifiċi għandhom iqisu dawn li ġejjin:

   (a) l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-ECHA;
   (b) ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE;
   (c) id-data ta’ monitoraġġ miġbura f’konformità mal-Artikolu 8b(4) ta’ din id-Direttiva;
   (d) l-eżitu tar-rieżamijiet tal-Annessi tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;
   (e) ir-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija, inkluża d-data ta’ monitoraġġ relatata;
   (f) il-programmi ta’ riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Unjoni, inkluża informazzjoni li tirriżulta minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ u/jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;
   (g) il-kummenti u l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

6a.   Sat-12 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati skont il-parametri tat-“Total tal-PFAS”. Sat-12 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 9a li jemenda din id-Direttiva billi tistabbilixxi standard għat-“Total tal-PFAS” u li jemenda l-Anness I skont dan. [Em. 120]

6b.   Sa... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ ta’ bisfenoli, inklużi mill-anqas bisfenol-A, bisfenol-B u bisfenol-S, skont il-parametru “Total tal-Bisfenoli”. Sa... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 9a li jemenda din id-Direttiva billi jistabbilixxi EQS għat-“Total tal-Bisfenoli” bl-użu ta’ approċċ ta’ fattur ta’ potenza relattiv, u għandha tirrieżamina l-Anness I skont dan. [Em. 121]

7.  L-ECHA għandha, kull 64 snin, tħejji u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi stabbiliti taħt il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni fi … [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 53 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. [Em. 122]

* Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

** Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1.).;”

"

(6)  l-Artikolu 8a huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 8a

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti sustanzi

1.  Fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva rigward il-preżentazzjoni tal-istat kimiku ġenerali u l-objettivi u l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu mapep addizzjonali li jippreżentaw informazzjoni dwar l-istat kimiku għal waħda jew aktar mis-sustanzi li ġejjin separatament mill-informazzjoni għall-bqija tas-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva:

   (a) sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien;
   (b) sustanzi identifikati ġodda fl-aħħar rieżami f’konformità mal-Artikolu 8;
   (c) sustanzi li għalihom ġie stabbilit EQS aktar strett fl-aħħar rieżami f’konformità mal-Artikolu 8.

L-Istati Membri jistgħugħandhom jippreżentaw il-firxa ta’ kwalunkwe devjazzjoni mill-valur tal-EQS għas-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara prodotti f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri li jipprovdu mapep addizzjonali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom ifittxu li jiżguraw l-interkomparabbiltà tagħhom fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar u tal-Unjoni u għandhom jagħmlu d-data disponibbli f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u mad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**. [Em. 123]

2.  L-Istati Membri jistgħu jimmonitorjaw is-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien u li m’għadhomx awtorizzati u użati fl-Unjoni b’mod anqas intensiv minn kif meħtieġ għas-sustanzi prijoritarji f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u mal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, diment li l-monitoraġġ ikun rappreżentattiv u tkun disponibbli linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku. Bħala linja gwida, f’konformità mal-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-monitoraġġ isir kull 3 snin, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor. [Em. 124]

3.  L-Istati Membri għandhom, minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], għal perjodu ta’ sentejn, jimmonitorjaw il-preżenza ta’ sustanzi estroġeniċi fil-korpi tal-ilma, billi jużaw metodi ta’ monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti. Huma għandhom iwettqu l-monitoraġġ mill-anqas erba’ darbiet matul kull waħda mis-sentejn f’postijiet fejn it-tliet ormoni estroġeniċi 7-Beta estradjol (E2), Estron (E1) u Alfa-Etinil estradjol (EE2) elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva qegħdin jiġu mmonitorjati bl-użu ta’ metodi analitiċi konvenzjonali f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-Anness V ta’ dik id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jużaw in-network ta’ siti ta’ monitoraġġ identifikati għall-monitoraġġ tas-sorveljanza ta’ korpi rappreżentattivi tal-ilma tal-wiċċ f’konformità mal-punt 1.3.1 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE.

3a.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar mill-perjodu ta’ sentejn imsemmi fil-paragrafu 3, tippubblika rapport dwar l-affidabbiltà tal-metodi bbażati fuq l-effetti billi tqabbel ir-riżultati bbażati fuq l-effetti mar-riżultati miksuba bl-użu ta’ metodi konvenzjonali għall-monitoraġġ tat-tliet sustanzi estroġeniċi elenkati fil-paragrafu 3 b’antiċipazzjoni ta’ stabbiliment possibbli ta’ valuri skattaturi bbażati fuq l-effetti fil-futur.

Malli l-metodi bbażati fuq l-effetti huma lesti biex jintużaw għal sustanzi oħra, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità l-Artikolu 9a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi żżid rekwiżit għall-Istati Membri li jużaw il-metodi bbażati fuq l-effetti, b’mod parallel mal-metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali, biex iwettqu monitoraġġ biex jivvalutaw ukoll il-preżenza ta’ sustanzi oħra fil-korpi tal-ilma. [Em. 125]

* Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE), (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).;”

"

(7)  l-Artikolu 8b huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 8b

Lista ta’ sorveljanza

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA, lista ta’ sorveljanza tas-sustanzi li għalihom huwa meħtieġ li tinġabar data ta’ monitoraġġ madwar l-Unjoni kollha mill-Istati Membri u li jiġu stabbiliti l-formati li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għar-rapportar tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ u ta’ informazzjoni relatata lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha massimuminimu ta’ 10ħames sustanzi jew grupp ta’ sustanzi fi kwalunkwe ħin, u ta’ tħassib emerġenti magħżula minn dawk is-sustanzi li dwarhom l-informazzjoni disponibbli, anke f’konformità mar-raba’ subparagrafu hawn isfel, tindika li jista’ jkollhom riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, u li dwarhom id-data ta’ monitoraġġ mhix suffiċjenti, ħlief fejn in-numru ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jista’ jkollhom riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, li għandhom jintagħżlu minnu huwa inqas minn ħamsa, f’liema każ il-lista ta’ sorveljanza tinkludi għandu jkollha dawk is-sustanzi kollha.

Minbarra l-għadd minimu ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi, il-lista ta’ sorveljanza jista’ jkun fiha wkoll indikaturi ta’ tniġġis.

Il-lista ta’ sorveljanza għandha tispeċifika l-matriċijiet ta’ monitoraġġ u l-metodi possibbli ta’ analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet u l-metodi ta’ monitoraġġ ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ hija insuffiċjenti. Il-lista ta’ sorveljanza għandha tinkludi sustanzi ta’ tħassib emerġenti. [Em. 126]

Hekk kif ikunu ġew identifikati Metodi ta’ monitoraġġ xierqa għall-mikroplastiks u għal ġeni ta’ reżistenza antimikrobika magħżula, dawk is-sustanzi għandhom jiġu identifikati malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn [l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja]. Hekk kif dawk il-metodi ta’ monitoraġġ jiġu identifikati, il-mikroplastiks u l-ġeni ta’ reżistenza magħżula għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza f’konformità mal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra jekk l-inklużjoni tas-sulfati, tal-ksantati u tal-metaboliti mhux rilevanti tal-pestiċidi (NrMs) fil-lista ta’ sorveljanza hijiex meħtieġa biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data dwar il-preżenza tagħhom fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 127]

L-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi sabiex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tas-sustanzi u l-indikaturi tat-tniġġis għal-lista ta’ sorveljanza, filwaqt li tqis l-informazzjoni li ġejja: [Em. 128]

   (a) ir-riżultati tal-aktar rieżami regolari reċenti tal-Anness I ta’ din id-Direttiva;
   (b) rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE;
   (c) il-karatterizzazzjoni mill-Istati Membri tad-distretti tal-baċiri idrografiċi f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u r-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva;
   (d) informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi (inkluż, fejn rilevanti, id-daqs tal-partikoli), il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti negattivi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku ta’ sustanza, inkluża l-informazzjoni miġbura f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mar-Regolament (UE) Nru 528/2012, mar-Regolament (UE) 2019/6, mad-Direttiva 2001/83/KE u mad-Direttiva 2009/128/KE;
   (e) proġetti ta’ riċerka u pubblikazzjonijiet xjentifiċi u evidenza, inkluża informazzjoni dwar it-tendenzi u l-previżjonijiett-tbassir ibbażati fuq l-immudellar jew valutazzjonijiet ta’ tbassir oħrajn u data u, kif ukoll informazzjoni u data miġbura minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ, jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offrutijieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ppreżentati mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data. [Em. 129]

L-ECHA għandha, kull 3 snin, tħejji rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi stabbiliti taħt ir-raba’ subparagrafu u għandha tagħmel dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku. L-ewwel rapport tal-ECHA għandu jkun disponibbli sa … [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tal-21 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2.  Il-lista ta’ sorveljanza għandha tiġi aġġornata sa X [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-aħħar jum tat-23 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], u mill-anqas kull 36 xahar minn hemm ’il quddiem jew b’mod aktar frekwenti jekk toħroġ evidenza xjentifika li tkun teħtieġ aġġornament tal-lista fil-perjodu bejn ir-reżamijiet individwali.

L-Istati Membri għandhom jevalwaw kull sentejn l-impatt fuq il-kwalità tal-ilma tal-attivitjiet industrijali relatati mat-tranżizzjoni enerġetika u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar theddid ġdid identifikat sabiex tkun tista’ taġġorna il-lista ta’ sorveljanza skont dan. L-evalwazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku.

Meta taġġorna l-lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza mil-lista ta’ sorveljanza eżistenti li għaliha tqis li huwa possibbli li tivvaluta r-riskju tagħha għall-ambjent akkwatiku mingħajr data ta’ monitoraġġ addizzjonali. Meta l-lista ta’ sorveljanza tiġi aġġornata, sustanza individwali jew grupp ta’ sustanzi jistgħu jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza għal perjodu ieħor ta’ massimu ta’ 3 snin fejn tkun meħtieġa data ta’ monitoraġġ addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għall-ambjent akkwatiku. Kull lista ta’ sorveljanza aġġornata għandha tinkludi wkoll sustanza ġdida waħda jew aktar li għalihom il-Kummissjoni tqis, abbażi tar-rapporti xjentifiċi tal-ECHA, li hemm riskju għall-ambjent akkwatiku. [Em. 130]

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq perjodu ta’ 24 xahar. Il-perjodu ta’ monitoraġġ għandu jibda fi żmien 6 xhur mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-anqas stazzjon ta’ monitoraġġ wieħed, flimkien ma’ stazzjon wieħed jekk ikollu aktar minn miljun abitant, flimkien man-numru ta’ stazzjonijiet ugwali għaż-żona ġeografika tiegħu f’km2 diviża b’60 000 (arrotondati għall-eqreb numru sħiħ), flimkien man-numru ta’ stazzjonijiet ugwali għall-popolazzjoni tiegħu diviża b’5 miljuni (arrotondati għall-eqreb numru sħiħ).

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza tal-monitoraġġ u ż-żmien staġunali għal kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi, l-Istati Membri għandhom iqisu x-xejriet tal-użu u l-okkorrenza possibbli tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi. Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma għandhiex tkun anqas minn darbtejn fis-sena, ħlief għal sustanzi li huma sensittivi għal varjabbiltajiet klimatiċi jew staġunali, li għalihom il-monitoraġġ għandu jitwettaq b’mod aktar frekwenti. Il-frekwenza għandha tkun ogħla, kif stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1, għal sustanzi li huma sensittivi għall-varjazzjonijiet klimatiċi, inkluż l-ilma tax-xita, u għal sustanzi li l-konċentrazzjoni tagħhom aktarx tilħaq il-quċċata matul perjodi qosra bħala riżultat ta’ fluttwazzjonijiet staġunali fl-użu ta’ dawk is-sustanzi. [Em. 131]

Meta Stat Membru jkun jista’ jiġġenera u jipprovdi lill-Kummissjoni b’data ta’ monitoraġġ suffiċjenti, komparabbli, rappreżentattiva u reċenti għal sustanza partikolari jew grupp ta’ sustanzi minn programmi jew studji ta’ monitoraġġ eżistenti, huwa jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali taħt il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza għal dik is-sustanza jew dak il-grupp ta’ sustanzi, diment li s-sustanza jew il-grupp ta’ sustanzi jkunu ġew immonitorjati bl-użu ta’ metodoloġija li tkun konformi mal-matriċijiet ta’ monitoraġġ u mal-metodi ta’ analiżi msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza, kif ukoll mad-Direttiva 2009/90/KE*.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jagħmlu disponibbli wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u dwar l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5.  L-ECHA għandha tirrieżamina r-riżultati tal-monitoraġġ fi tmiem il-perjodu ta’ 24 xahar imsemmija fil-paragrafu 3 u tivvaluta liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jeħtieġ li jiġu mmonitorjati għal perjodu ieħor ta’ 24 xahar u, għalhekk, li għandhom jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza u liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jistgħu jitneħħew mil-lista ta’ sorveljanza.

Meta l-Kummissjoni, wara li tqis il-valutazzjoni mill-ECHA msemmija fl-ewwel subparagrafu, tikkonkludi li ma huwa meħtieġ l-ebda monitoraġġ ulterjuri sabiex jiġi vvalutat aktar ir-riskju għall-ambjent akkwatiku, din il-valutazzjoni għandha titqies fir-rieżami tal-Anness I jew II imsemmija fl-Artikolu 8.”

* Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).;”

"

(7a)   Jiddaħħal l-Artikolu 8ba li ġej:"

Article 8ba

Sa mhux aktar tard minn... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-impatt li jeżamina l-inklużjoni f’din id-Direttiva ta’ mekkaniżmu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex tiżgura li l-produtturi li jqiegħdu l-prodotti fis-suq li jkun fihom kwalunkwe sustanza jew kompost elenkati fl-Anness I, kif ukoll sustanzi ta’ tħassib emerġenti inklużi fil-lista ta’ sorveljanza skont din id-Direttiva, jikkontribwixxu għall-kostijiet tal-programmi ta’ monitoraġġ imfassla skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tkun akkumpanjata, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex din id-Direttiva tiġi riveduta. [Em. 132]

"

(7b)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Article 8bb

Faċilità Ewropea ta’ Monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha sa... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], tistabbilixxi faċilità ta’ monitoraġġ konġunta biex tiġġestixxi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ meta tkun mitluba dan mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-funzjonament ta’ faċilità ta’ monitoraġġ li għandha tkopri, inter alia, dan li ġej:

   (a) in-natura volontarja tal-użu tal-faċilità ta’ monitoraġġ, li għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti diġà stabbiliti mill-Istati Membri;
   (b) il-proċeduri operazzjonali għall-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni jagħmlu użu mill-faċilità ta’ monitoraġġ, li għandhom, inter alia, jinkludu n-notifika meħtieġa lill-Kummissjoni tal-ħtiġijiet jew kapaċitajiet preċiżi ta’ monitoraġġ, il-protokolli eżatt għall-ġestjoni tal-kampjuni, kif ukoll it-tul ta’ żmien li biħsiebhom jibqgħu parti mill-mekkaniżmu;
   (c) is-sorsi ta’ finanzjament, li jistgħu jinkludu fondi strutturali u programmi tal-Unjoni rilevanti, kif ukoll kontribuzzjonijiet mis-settur privat, inkluż fl-ambitu tal-mekkaniżmu tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi, ladarba tiġi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8ba.” [Em. 133]

"

(8)  jiddaħħal l-Artikolu 8d li ġej:"

“Artikolu 8d

Sustanzi Niġġiesa Speċifiċi għall-Baċiri Idrografiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi koperti mill-kategoriji elenkati fil-Parti A tal-Anness II ta’ din id-Direttiva, fejn dawk is-sustanzi niġġiesa jippreżentaw riskju għall-korpi tal-ilma f’wieħed jew aktar mid-distretti tal-baċiri idrografiċi tagħhom abbażi tal-analiżijiet u r-rieżamijiet skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/UE, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom, sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinformaw lill-ECHA bl-EQS imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-ECHA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2.  Meta l-EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jkunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u elenkati fil-Parti C tal-Anness II, f’konformità mal-Artikolu 8, dawk l-EQS għandhom jieħdu preċedenza fuq l-EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi stabbiliti fil-livell nazzjonali f’konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu applikati wkoll mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu jekk is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi elenkati fil-Parti C tal-Anness II joħolqux riskju.

3.  Il-konformità mal-EQS nazzjonali applikabbli jew mal-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, fejn rilevanti, hija meħtieġa sabiex korp tal-ilma jkun fi stat kimiku tajjeb, f’konformità mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(24) tad-Direttiva 2000/60/KE.;

3a.   Fl-iffissar u l-applikazzjoni għall-EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-bijodisponibbiltà tal-metalli. [Em. 134]

"

(8a)   L-Artikolu 9a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:"

“1. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 8(3), (6a), (6b) u 8a(3a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ sitt snin minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mill-anqas disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ sitt snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 135]

"

(8b)   L-Artikolu 9a, il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:"

1. “3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 8(3), (6a), (6b) u 8a(3a) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ddelegat diġà fis-seħħ.” [Em. 136]

"

(8c)   Fl-Artikolu 9a, jiddaħħal il-paragrafu 3a:"

1. “3a. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.” [Em. 137]

"

(8d)   L-Artikolu 9a, il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:"

1. “5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 8(3), (6a), (6b) jew 8a(3a) għandu jidħol fis-seħħ biss meta ma jkun ġie espress l-ebda obbligu la lill-Parlament Ewropew u lanqas lill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.” [Em. 138]

"

(9)  jitħassar l-Artikolu 10;

(10)  l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ din id-Direttiva;

(11)  jiżdied l-Anness II, kif stabbilit fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2.  Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Anness I

L-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE huwa emendat kif ġej:

(1)  il-punti 1.1.1. sa 1.1.4. huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.1.1. “Xmajjar

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Kompożizzjoni, abbundanza u struttura tal-età tal-fawna tal-ħut

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Reġim idroloġiku

kwantità u dinamika tal-fluss tal-ilma

konnessjoni mal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art

Kontinwità tax-xmara

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-wisa’ u l-fond tax-xmara

struttura u substrat tal-qiegħ tax-xmara

struttura taż-żona tax-xtut ta’ xmara

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Stat ta’ aċidifikazzjoni

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti

1.1.2.  Lagi

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni, abbundanza u bijomassa ta’ fitoplankton

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika oħra

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Kompożizzjoni, abbundanza u struttura tal-età tal-fawna tal-ħut

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Reġim idroloġiku

kwantità u dinamika tal-fluss tal-ilma

ħin ta’ residenza

konnessjoni mal-korp tal-ilma ta’ taħt l-art

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-fond tal-lag

kwantità, struttura u substrat tal-qiegħ tal-lag

struttura tal-plajja tal-lag

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Trasparenza

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Stat ta’ aċidifikazzjoni

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti

1.1.3.  Ilmijiet tranżizzjonali

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni, abbundanza u bijomassa ta’ fitoplankton

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika oħra

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Kompożizzjoni u abbundanza tal-fawna tal-ħut

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-fond

kwantità, struttura u substrat tal-qiegħ

struttura taż-żona intermareali

Reġim tal-marea

fluss tal-ilma ħelu

kxif tal-mewġa

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Trasparenza

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti

1.1.4.  Ilmijiet kostali

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni, abbundanza u bijomassa ta’ fitoplankton

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika oħra

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-fond

struttura u substrat tal-qiegħ tal-kosta

struttura taż-żona intermareali

Reġim tal-marea

direzzjoni tal-kurrenti dominanti

kxif tal-mewġa

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Trasparenza

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti.;”

(2)  fil-punt 1.2.1, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

Il-valuri tal-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-livelli ta’ salinità, il-pH, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu u t-temperatura ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-pH, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu u s-salinità ma jilħqux livelli barra mill-medda stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema speċifika għat-tip u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(3)  fil-punt 1.2.2, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

Il-valuri tal-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-livelli ta’ salinità, il-pH, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu, it-trasparenza u t-temperatura ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-pH, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu, it-trasparenza u s-salinità ma jilħqux livelli barra mill-medda stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(4)  fil-punt 1.2.3, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

L-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu u t-trasparenza ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni u t-trasparenza ma jilħqux livelli barra mill-meded stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.;

(5)  fil-punt 1.2.4, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

L-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu u t-trasparenza ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-meded normalment assoċjati ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni u t-trasparenza ma jilħqux livelli barra mill-meded stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika. Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(6)  fil-punt 1.2.5, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)  titħassar il-ħames ringiela għall-entrata “Sustanzi niġġiesa sintetiċi speċifiċi”;

(b)  titħassar is-sitt ringiela għall-entrata “Sustanzi niġġiesa mhux sintetiċi speċifiċi”;

(c)  titħassar is-seba’ ringiela għan-nota tat-tabella (1);

(7)  jitħassar il-punt 1.2.6;

(8)  fil-punt 1.3, jiżdiedu r-raba’ u l-ħames paragrafi li ġejjin:

“Meta n-network ta’ monitoraġġ jinvolvi l-osservazzjoni tad-dinja u t-telerilevament aktar milli punti ta’ kampjunar lokali, jew tekniki innovattivi oħrajn, il-mappa tan-network ta’ monitoraġġ għandha tinkludi informazzjoni dwar l-elementi ta’ kwalità u l-korpi tal-ilma jew il-gruppi ta’ korpi tal-ilma li jkunu ġew immonitorjati bl-użu ta’ tali metodi ta’ monitoraġġ. Għandha ssir referenza għall-istandards CEN, ISO, jew għal standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ġew applikati sabiex jiġi żgurat li d-data temporali u spazjali miksuba tkun affidabbli daqs dik miksuba permezz tal-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali fil-punti ta’ kampjunar lokali.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi ta’ kampjunar passiv sabiex jimmonitorjaw is-sustanzi kimiċi li jniġġsu, fejn xieraq, b’mod partikolari għal finijiet ta’ skrinjar, bil-kundizzjoni li dawk il-metodi ta’ kampjunar ma jissottovalutawx il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa li għalihom japplikaw l-istandards tal-kwalità ambjentali, u b’hekk jidentifikaw b’mod affidabbli “in-nuqqas li jinkiseb status tajjeb”, u li l-analiżi kimika tal-kampjuni tal-ilma, tal-bijota jew tas-sediment, skont l-istandards ta’ kwalità ambjentali applikati, titwettaq kull fejn jiġi osservat tali nuqqas. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll metodi ta’ kampjunar ibbażati fuq l-effett soġġetti għall-istess kundizzjonijiet.;”

(9)  fil-punt 1.3.1., l-aħħar paragrafu, “Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità

Il-monitoraġġ ta’ sorveljanza għandu jitwettaq għal kull sit ta’ monitoraġġ għal perjodu ta’ sena matul il-perjodu kopert minn pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Il-monitoraġġ ta’ sorveljanza għandu jkopri dawn li ġejjin:

(a)  parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità bijoloġika;

(b)  parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità idromorfoloġika;

(c)  parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità fiżikokimika ġenerali;

(d)  sustanzi niġġiesa ta’ lista ta’ prijorità li jiġu skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fil-baċin tax-xmara jew fis-sottobaċin;

(e)  sustanzi niġġiesa oħrajn skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fi kwantitajiet sinifikanti fil-baċin tax-xmara jew fis-sottobaċin.

Madankollu, fejn l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tas-sorveljanza preċedenti wera li l-korp ikkonċernat laħaq status tajjeb u ma hemm l-ebda evidenza mir-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imsemmi fl-Anness II li l-impatti fuq il-ġisem inbidlu, il-monitoraġġ tas-sorveljanza għandu jitwettaq darba matul il-perjodu kopert minn tliet pjanijiet konsekuttivi ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.;”

(10)  il-punt 1.3.2. huwa emendat kif ġej:

“(a) fit-tielet paragrafu, “Selezzjoni ta’ siti ta’ monitoraġġ”, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

Għandu jitwettaq monitoraġġ operazzjonali għal dawk il-korpi tal-ilma kollha li, abbażi jew tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa f’konformità mal-Anness II jew inkella tal-monitoraġġ ta’ sorveljanza, jiġu identifikati bħala li jinsabu f’riskju li jonqsu milli jilħqu l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-Artikolu 4 u għal dawk il-korpi tal-ilma li fihom is-sustanzi tal-lista ta’ prijorità jiġu skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor jew li fihom is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċin tax-xmara jiġu skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fi kwantitajiet sinifikanti.;

(b)  fir-raba’ paragrafu, “Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità”, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“– is-sustanzi prijoritarji kollha skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fil-korpi tal-ilma u s-sustanzi niġġiesa kollha speċifiċi għall-baċin tax-xmara skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fil-korpi tal-ilma fi kwantitajiet sinifikanti.;”

10a.   Fil-punt 1.3.4, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

Frekwenzi ta’ monitoraġġ għandhom jiġu magħżula, u jiżdiedu jekk meħtieġ, li jikkunsidraw il-varjabilità fil-parametri li jirriżultaw kemm mill-kundizzjonijiet naturali u wkoll minn dawk antropoġeniċi. Barra minn hekk, iż-żminijiet ta’ meta jitwettaq monitoraġġ għandhom jiġu magħżula sabiex jiġi kkunsidrat l-impatt fuq l-istatus tal-valutazzjoni ta’ fluttwazzjonijiet staġunali fl-użu tas-sustanzi u tal-varjazzjonjiet fil-livelli tal-ilma u b’hekk jiżguraw li r-riżultati jirriflettu bdil fil-korp tal-ilma kkawżati bi pressa antropoġenika u b’varjazzjoni klimatika. Fir-rigward tas-sustanzi prijoritarji li huma sensittivi għal varjazzjonijiet klimatiċi u sustanzi ta’ prijorità li l-konċentrazzjoni tagħhom aktarx tilħaq quċċata matul perjodi qosra bħala riżultat ta’ fluttwazzjonijiet staġunali fl-użu ta’ dawn is-sustanzi, il-monitoraġġ għandu jsir b’mod aktar frekwenti milli għal sustanzi oħra.” [Em. 139]

(11)  fil-punt 1.3.4, it-tabella, is-sitt ringiela taħt l-intestatura “Fiżikokimiċi”, il-kliem “Sustanzi niġġiesa oħrajn” huwa sostitwit bil-kliem “Sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċin tax-xmara”;

(12)  il-punt 1.4.1 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (vii), titħassar it-tieni sentenza.;

(b)  jitħassar il-punt (viii);

(c)  il-punt (ix) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ix) Ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ interkalibrar u l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri f’konformità mal-punti (i) sa (viii) għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-att delegat f’konformità mal-Artikolu 20.;”

(13)  fil-punt 1.4.2, jitħassar il-punt (iii);

(14)  fl-ewwel paragrafu tal-punt 1.4.3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

“Korp tal-ilma għandu jiġi rreġistrat bħala li jikseb stat kimiku tajjeb fejn ikun konformi mal-istandards ta’ kwalità ambjentali kollha stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE u mal-istandards ta’ kwalità ambjentali stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 8d ta’ dik id-Direttiva.;”

(15)  fil-punt 2.2.1., jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn in-network ta’ monitoraġġ jinvolvi metodi ta’ osservazzjoni tad-dinja jew telerilevament aktar milli punti ta’ kampjunar lokali, jew tekniki innovattivi oħrajn, għandha ssir referenza għall-istandards CEN, ISO, jew għal standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ġew applikati sabiex jiġi żgurat li d-data temporali u spazjali miksuba tkun affidabbli daqs dik miksuba permezz tal-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali fil-punti ta’ kampjunar lokali.;”

(16)  il-punt 2.3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.2. “Definizzjoni tal-istat kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art

Elementi

Stat tajjeb

Ġenerali

Il-kompożizzjoni kimika tal-korp tal-ilma ta’ taħt l-art hija tali li l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa: — kif speċifikati hawn taħt, ma jurux l-effetti tal-intrużjonijiet salini jew ta’ intrużjonijiet oħrajn — ma jaqbżux l-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art kif imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE, il-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-indikaturi tat-tniġġis stabbiliti skont l-Artikolu 3(1), il-punt (b) ta’ dik id-Direttiva u l-valuri ta’ limitu għall-Unjoni kollha stabbiliti skont l-Artikolu 8(3) ta’ dik id-Direttiva — ma jkunux tali li jirriżultaw fin-nuqqas li jintlaħqu l-objettivi ambjentali speċifikati taħt l-Artikolu 4 għall-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati, lanqas fi kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-kwalità ekoloġika jew kimika ta’ tali korpi u lanqas fi kwalunkwe ħsara sinifikanti fl-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq il-korp tal-ilma ta’ taħt l-art

Konduttività

Il-bidliet fil-konduttività ma humiex indikattivi ta’ intrużjoni salina jew intrużjoni oħra fil-korp tal-ilma ta’ taħt l-art”;

(17)  fil-punt 2.4.1., jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn in-network ta’ monitoraġġ jinvolvi l-osservazzjoni tad-dinja jew it-telerilevament aktar milli punti ta’ kampjunar lokali, jew tekniki innovattivi oħrajn, għandha ssir referenza għall-istandards CEN, ISO, jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ġew applikati sabiex jiġi żgurat li d-data temporali u spazjali miksuba tkun affidabbli daqs dik miksuba permezz tal-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali fil-punti ta’ kampjunar lokali.;”

(18)  il-punt 2.4.5. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.4.5. Interpretazzjoni u preżentazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art

Fil-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art, ir-riżultati ta’ punti ta’ monitoraġġ individwali fi ħdan korp tal-ilma ta’ taħt l-art għandhom jiġu aggregati għall-korp kollu kemm hu. Il-valur medju tar-riżultati tal-monitoraġġ f’kull punt fil-korp jew il-gruppi ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art għandu jiġi kkalkolat għall-parametri li ġejjin:

(a)  parametri kimiċi li għalihom ġew stabbiliti standards ta’ kwalità fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE;

(b)  parametri kimiċi li għalihom ġew stabbiliti limiti nazzjonali skont l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/118/KE;

(c)  parametri kimiċi li għalihom ġew stabbiliti limiti għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/118/KE.

Il-valuri medji msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jintużaw sabiex tintwera l-konformità mal-istat kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art definit b’referenza għall-istandards ta’ kwalità u l-valuri ta’ limitu msemmija fl-ewwel paragrafu.

Soġġett għall-punt 2.5, l-Istati Membri għandhom jipprovdu mappa tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art, ikkodifikata bil-kuluri kif ġej:

Tajjeb: aħdar

Ħażin: aħmar

L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll b’tikka sewda fuq il-mappa dawk il-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art li huma soġġetti għal xejra ’lxejriet ’il fuq sinifikanti u sostnutasostnuti, inklużi xejriet ’il fuq ikkawżati, inter alia, minn skarika baxxa ta’ korp tal-ilma, fil-konċentrazzjonijiet ta’ kwalunkwe sustanza niġġiesa li tirriżulta mill-impatt tal-attività umana. It-treġġigħ lura ta’ xejra għandu jiġi indikat b’tikka blu fuq il-mappa. [Em. 140]

Dawn il-mapep għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.”

Anness II

L-Anness VIII tad-Direttiva 2000/60/KE huwa emendat kif ġej:

(1)  il-punt 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10. Materjali f’sospensjoni, inklużi mikro/nanoplastik., kif ukoll materjali magħrufa li jagħtu lok għal mikroplastiks jew nanoplastiks;” [Em. 141]

(2)  huwa miżjud il-punt 13:

“13. Mikroorganiżmi, ġeni jew materjal ġenetiku li jirrifletti l-preżenza ta’ mikroorganiżmi reżistenti għall-aġenti antimikrobiċi, b’mod partikolari mikroorganiżmi patoġeniċi għall-bnedmin jew għall-bhejjem..”

Anness III

“ANNESS I

STANDARDS TA’ KWALITÀ TAL-ILMA TA’ TAĦT L-ART (QS)

Nota 1: Il-QS għas-sustanzi niġġiesa elenkati taħt l-entrati 3 sa 7 għandhom japplikaw minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva emendatorja], bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2033. [Em. 142]

Meta, għal korp determinat ta’ ilma ta’ taħt l-art, b’mod partikolari wieħed li jinsab f’network ekoloġiku ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, ikun kkunsidrat li l-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta’ kisba tal-objettivi ambjentali speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE għall-korpi ta’ ilma tal-wiċċ assoċjati, jew iwasslu għal kwalunkwe deterjorazzjoni sinifikanti tal-kwalità ekoloġika jew kimika ta’ tali korpi, jew kwalunkwe ħsara sinifikanti għall-ekosistemi tal-ilma ta’ taħt l-art u terrestri li jiddependu direttament minn dak il-korp ta’ ilma ta’ taħt l-art, valuri ta’ limitu aktar stretti għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3 u l-Anness II ta’ din id-Direttiva. Programmi u miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ tali valur ta’ limitu japplikaw ukoll għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE. [Em. 143]

(1)

 

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

[Entrata] Nru

 

Isem tas-sustanza

Kategorija tas-sustanzi

Nru tal-CAS (1)

Numru tal-UE (2)

Standard tal-kwalità (3) [µg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

1

 

Nitrati

Nutrijenti

mhux applikabbli

mhux applikabbli

50 mg/l

2 [Em. 144]

 

Sustanzi attivi fil-pestiċidi, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom (4)

Pestiċidi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,10,05 (individwali) (4a)

 

0,50,25 (total) (5)

3

 

Sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) - is-somma ta’ 24 (6)

Sustanzi industrijali

Ara n-nota tat-tabella 6

Ara n-nota tat-tabella 6

0,0044 (7)

3a [Em. 145]

 

PFAS - total

Sustanzi Industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(7a)

4 [Em. 146]

 

Karbamażepina

Farmaċewtiċi

298-46-4

mhux applikabbli

0,250,025

5

 

Sulfametossażol

Farmanċewtiċi

723-46-6

mhux applikabbli

0,01

6 [Em. 147]

 

Sustanzi attivi farmaċewtiċi – total (8)

Farmaċewtiċi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,250,025

7 [Em. 148]

 

Metaboliti mhux rilevanti ta’ pestiċidi (nrMs)

Pestiċidi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,1 (9) or 1 (10) or 2,5 or 5 (11) (individwali)

 

0,5 (9) or 5 (10) or 12,5 (11) (total) (12)

(1)   CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)   Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   Dan il-parametru huwa l-QS espress bħala valur medju annwali. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)   “Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, rispettivament.

(4a)   Dan il-valur ta’ limitu għandu japplika biss sakemm isir l-istħarriġ tal-Kummissjoni.

(5)   “Total” tfisser is-somma tal-pestiċidi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom. Il-valur ta’ limitu stabbilit għat-total tal-pestiċidi individwali kollha għandu japplika biss sakemm isir ir-rieżami tal-Kummissjoni.

(6)   Din tirreferi għall-komposti li ġejjin, elenkati bin-numru CAS, in-numru tal-UE u l-Fattur ta’ Potenza Relattiva (RPF) tagħhom: Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) (CAS 335-67-1, UE 206-397-9) (RPF 1), Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS) (CAS 1763-23-1, UE 217-179-8) (RPF 2), Aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS) (CAS 355-46-4, UE 206-587-1) (RPF 0,6)), Aċidu perfluworononanojku (PFNA) (CAS 375-95-1, UE 206-801-3) (RPF 10), Aċidu perfluworobutansulfoniku (PFBS) (CAS 375-73-5, UE 206-793-1) (RPF 0,001), Aċidu perfluworoessanojku (PFHxA) (CAS 307-24-4, UE 206-196-6) (RPF 0,01), Aċidu perfluworobutanojku (PFBA) (CAS 375-22-4, UE 206-786-3) (RPF 0,05), Aċidu perfluworopentanojku (PFPeA) (CAS 2706-90-3, UE 220-300-7) (RPF 0,03), Aċidu perfluworopentansulfoniku (PFPeS) (CAS 2706-91-4, UE 220-301-2) (RPF 0,3005), Aċidu perfluworodekanojku (PFDA) (CAS 335-76-2, UE 206-400-3) (RPF 7), Aċidu perfluworododekanojku (PFDoDA jew PFDoA) (CAS 307-55-1, UE 206-203-2) (RPF 3), Aċidu perfluworoundekanojku (PFUnDA jew PFUnA) (CAS 2058-94-8, UE 218-165-4) (RPF 4), Aċidu perfluworoettanojku (PFHpA) (CAS 375-85-9, UE 206-798-9) (RPF 0,505), Aċidu perfluworotridekanojku (PFTrDA) (CAS 72629-94-8, UE 276-745-2) (RPF 1,65), Aċidu perfluworoettansulfoniku (PFHpS) (CAS 375-92-8, UE 206-800-8) (RPF 1,3), Aċidu perfluworodekansulfoniku (PFDS) (CAS 335-77-3, UE 206-401-9) (RPF 2), Aċidu perfluworotetradekanojku (PFTeDA) (CAS 376-06-7, UE 206-803-4) (RPF 0,3), Aċidu perfluworoessadekanojku (PFHxDA) (CAS 67905-19-5, UE 267-638-1) (RPF 0,02), Aċidu perfluworoottadekanojku (PFODA) (CAS 16517-11-6, UE 240-582-5) (RPF 0,02), Perfluworoammonju (2-metil-3-ossaessanoat) (HFPO-DA jew Gen X) (CAS 62037-80-3) (RPF 0,06), Aċidu Propanojku / Ammonju 2,2,3-trifluworo-3-(1,1,2,2,3,3-eżafluworo-3-(trifluworometossi)propossi)propanoat (ADONA) (CAS 958445-44-8) (RPF 0,03), 2- Alkoħol (perfluworoessil)etil (6:2 FTOH) (CAS 647-42-7, UE 211-477-1) (RPF 0,02), 2-(Perfluworooktil)etanol (8:2 FTOH) (CAS 678-39-7, UE 211-648-0) (RPF 0,04) u Aċidu aċetiku / 2,2-difluworo-2-((2,2,4,5-tetrafluworo-5-(trifluworometossi)-1,3-diossolan-4-il)ossi)- (C6O4) (CAS 1190931-41-9) (RPF 0,06).

(7)   Il-QS jirreferi għas-somma tal-24 PFAS elenkati fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, espressa bħala ekwivalenti tal-PFOA abbażi tal-potenzi tas-sustanzi meta mqabbla ma’ dik tal-PFOA, jiġifieri l-RPFs fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna.

(7a)   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità permezz ta’ att delegat.

(8)   “Total” tfisser is-somma tal-farmaċewtiċi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ, inklużi l-metaboliti u l-prodotti ta’ degradazzjoni rilevanti.

(9)   Applikabbli għal nrMs ‘fqar fid-data’, jiġifieri nrMs li għalihom ma hemm l-ebda data sperimentali affidabbli dwar l-effetti kroniċi jew akuti tal-nrM disponibbli fuq il-grupp tassonomiku li huwa mbassar b’mod kunfidenti li huwa l-aktar sensittiv.

(10)   Applikabbli għal nrMs “b’aċċess ġust għad-data”, jiġifieri nrMs li għalihom hemm data sperimentali affidabbli dwar l-effetti kroniċi jew akuti tal-nrM disponibbli fuq il-grupp tassonomiku li huwa mbassar b’mod kunfidenti li huwa l-aktar sensittiv, iżda fejn id-data ma hijiex biżżejjed sabiex is-sustanzi jikkwalifikaw bħala “għonja fid-data”.

(11)   Applikabbli għal nrMs “għonja fid-data”, jiġifieri nrMs li għalihom hemm data sperimentali affidabbli, jew data affidabbli bl-istess mod miksuba b’metodi alternattivi vvalidati b’mod xjentifiku, disponibbli fuq l-effetti kroniċi jew akuti tal-nrM fuq mill-anqas speċi waħda kull waħda ta’ alka, ta’ invertebrati, u ta’ ħut, li jippermetti li l-grupp tassonomiku l-aktar sensittiv jiġi kkonfermat b’mod kunfidenti, u li għalih QS jista’ jiġi kkalkolat bl-użu ta’ approċċ deterministiku bbażat fuq data affidabbli dwar it-tossiċità sperimentali kronika fuq dak il-grupp tassonomiku; L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal dan il-għan l-aħħar gwida stabbilita fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE (id-Dokument ta’ Gwida Nru 27, kif aġġornat). Il-QS ta’ 2,5 għal nrMs individwali għandu japplika sakemm il-QS ikkalkolat permezz tal-approċċ deterministiku ma jkunx ogħla, f’liema każ għandu japplika QS ta’ 5.

(12)   “Total” tfisser is-somma tal-nrMs individwali kollha f’kull kategorija ta’ data skoperta u kkwantifikata fil-proċedura ta’ monitoraġġ.”

Anness IV

L-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE huwa emendat kif ġej:

(1)  fil-parti A, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar il-valuri ta’ limitu għas-sustanzi niġġiesa u l-indikaturi tat-tniġġis. L-ECHA għandha tippubblika dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.;”

(1a)   fil-parti B, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Listi minimi ta’ pollutanti u l-indikaturi tagħhom li għalihom l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta’ limitu f’konformità mal-Artikolu 3 [Em. 149]

(2)  fil-parti B, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem

Primidon

Trikloroetilene

Perkloroetilene”

(3)  fil-Parti C, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa u l-indikaturi tagħhom li għalihom ikunu ġew stabbiliti valuri ta’ limitu mill-Istati Membri;”

(4)  hija miżjuda l-Parti D li ġejja:

“Parti D

Repożitorju ta’ valuri ta’ limitu armonizzati għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art ta’ tħassib lokali, reġjonali u nazzjonali

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS(1)

Numru tal-UE(2)

Valur tal-livell limitu [µg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

1

Trikloroetilene u Tetrakloroetilene (somma tat-tnejn)

Sustanzi industrijali

79-01-6 u 127-18-4

201-167-4 u 204-825-9

10 (total)(3)

(1)   CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)   Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   “Total” tfisser is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ Trikloroetilene u Tetrakloroetilene”

Anness V

L-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE huwa emendat kif ġej:

(1)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI (EQS) GĦAL SUSTANZI TA’ PRIJORITÀ FL-ILMIJIET TAL-WIĊĊ;”

(2)  il-Parti A hija sostitwita b’din li ġejja:

“PARTI A: STANDARDS TAL-KWALITÀ AMBJENTALI

Nota 1: Fejn jiġi elenkat EQS bejn [], dan il-valur ikun soġġett għal konferma fid-dawl tal-opinjoni mitluba mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti.

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

AA-EQS (3) Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

AA-EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

EQS

Bijota (6)

[µg/kg ta’ piż niedi]

jew EQS tas-Sediment [µg/kg ta’ piż xott] fejn indikat hekk

Identifikata bħala sustanza perikoluża ta’ prijorità

Identifikata bħala sustanza Persistenti, Bijoakkumulattiva u Tossika li tinsab kullimkien (uPBT)

Identifikata bħala sustanza li għandha t-tendenza li takkumula fis-sediment u/jew fil-bijota

(1)

Is-sustanza Alaklor ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(2)

Antraċen

Sustanzi industrijali

120-12-7

204-371-1

0,1

0,1

0,1

0,1

 

X

 

X

(3)   [Em. 150]

Atrażina

Erbiċidi

1912-24-9

217-617-8

0,60,1

0,60,01

2,0

2,0

 

 

 

 

(4)

Benżen

Sustanzi industrijali

71-43-2

200-753-7

10

8

50

50

 

 

 

 

(5)

Eteri tad-difenil bromurati

Sustanzi industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

0,14 (7)

0,014 (7)

[0,00028] (7)

X (8)

X

X

(6)

Kadmju u l-komposti tiegħu

(skont il-klassijiet tal-ebusija tal-ilma) (9)

Metalli

7440-43-9

231-152-8

≤ 0,08 (Klassi 1)

0,08 (Klassi 2)

0,09 (Klassi 3)

0,15 (Klassi 4)

0,25 (Klassi 5)

0,2

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

 

X

 

X

(6a)

Is-sustanza Tetraklorur tal-karbonju ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(7)

C10-13 Kloroalkani (10)

Sustanzi industrijali

85535-84-8

287-476-5

0,4

0,4

1,4

1,4

 

X

 

X

(8)

Is-sustanza Klorfenvinfos ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(9)

Klorpirifos (Klorpirifos-etil)

Pestiċidi organofosfati

2921-88-2

220-864-4

4,6 × 10-4

4,6 × 10-5

0,0026

5,2 × 10-4

 

X

X

X

(9a)

Pestiċidi miċ-ċiklodien:

Aldrin

Dieldrin

Endrina

Isodrin

Pestiċidi organokloru

309-00-2

60-57-1

72-20-8

465-73-6

206-215-8

200-484-5

200-775-7

207-366-2

Σ = 0,01

Σ = 0,005

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

(9b)

Total tad-DDT (11)

Pestiċidi mill-organokloru

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,025

0,025

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

 

para-para-DDT

 

50-29-3

200-024-3

0,01

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

(10)

1,2-Dikloroetan

Sustanzi industrijali

107-06-2

203-458-1

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

(11)

Diklorometan

Sustanzi industrijali

75-09-2

200-838-9

20

20

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

 

 

(12)

Di(2-etileżil)-ftalat (DEHP)

Sustanzi industrijali

117-81-7

204-211-0

1,3

1,3

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

X

(13)

Diuron

Erbiċidi

330-54-1

206-354-4

0,049

0,0049

0,27

0,054

 

 

 

 

(14)

Endosulfan

Pestiċidi mill-organokloru

115-29-7

204-079-4

0,005

0,0005

0,01

0,004

 

X

 

 

(15)

Fluworanten

Sustanzi industrijali

206-44-0

205-912-4

7,62 × 10-4

7,62 × 10-4

0,12

0,012

6,1

X

X

X

(16)

Eżaklorobenżen

Pestiċidi mill-organokloru

118-74-1

204-273-9

 

 

0,5

0,05

20

X

 

X

(17)

Eżaklorobutadien

Sustanzi industrijali (solventi)

87-68-3

201-765-5

9 × 10-4

 

0,6

0,6

21

X

 

X

(18)

Eżakloroċikloeżan

Insettiċidi

608-73-1

210-168-9

0,02

0,002

0,04

0,02

 

X

 

X

(19)

Isoproturon

Erbiċidi

34123-59-6

251-835-4

0,3

0,3

1,0

1,0

 

 

 

 

(20)

Ċomb u l-komposti tiegħu

Metalli

7439-92-1

231-100-4

1,2 (12)

1,3

14

14

 

X

 

X

(21)

Merkurju u l-komposti tiegħu

Metalli

7439-97-6

231-106-7

 

 

0,07

0,07

[10] (13)

X

X

X

(22)

Naftalen

Sustanzi industrijali

91-20-3

202-049-5

2

2

130

130

 

 

 

 

(23)

Nikil u l-komposti tiegħu

Metalli

7440-02-0

231-111-4

2 (12)

3,1

8,2

8,2

 

 

 

 

(24)

Nonilfenoli (14)

(4-Nonilfenol)

Sustanzi industrijali

84852-15-3

284-325-5

0,037

0,0018

2,1

0,17

 

X

 

 

(25)

Ottilfenoli (15)

((4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol))

Sustanzi industrijali

140-66-9

205-426-2

0,1

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

(26)

Pentaklorobenżen

Sustanzi industrijali

608-93-5

210-172-0

0,007

0,0007

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

X

(27)

Pentaklorofenol

Pestiċidi mill-organokloru

87-86-5

201-778-6

0,4

0,4

1

1

 

X

 

 

(28)

Idrokarburi poliaromatiċi (PAHs) (16)

Prodotti ta’ kombustjoni

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma tal-ekwivalenti ta’ Benżo(a)piren [0,6] (17)

X

X

X

 

Benżo(a)piren

 

50-32-8

200-028-5

 

 

0,27

0,027

[0,6]

 

 

 

Benżo(b)fluworanten

 

205-99-2

205-911-9

 

 

0,017

0,017

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

Benżo(k)fluworanten

 

207-08-9

205-916-6

 

 

0,017

0,017

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

Benżo(g,h,i)perilen

 

191-24-2

205-883-8

 

 

8,2 × 10-3

8,2 × 10-4

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

Indeno(1,2,3-cd)piren

 

193-39-5

205-893-2

 

 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

Krisen

 

218-01-9

205-923-4

 

 

0,07

0,007

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

Benżo(a)antraċen

 

56-55-3

200-280-6

 

 

0,1

0,01

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

Dibenż(a,h)antraċen

 

53-70-3

200-181-8

 

 

0,014

0,0014

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

 

 

 

(29)

Is-Sustanza Simażin ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(29a)

Tetrakloroetilen

Sustanzi industrijali

127-18-4

204-825-9

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

 

 

(29b)

Trikloroetilene

Sustanzi industrijali

79-01-6

201-167-4

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

(30)

Komposti tat-Tributiltin (18) (katjonu ta’ Tributiltin)

Bijoċidi

36643-28-4

mhux applikabbli

0,0002

0,0002

0,0015

0,0015

[1,3] (19)

X

X

X

(31)

Triklorobenżini

Sustanzi industrijali (solventi)

12002-48-1

234-413-4

0,4

0,4

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

 

 

(32)

Triklorometan

Sustanzi industrijali

67-66-3

200-663-8

2,5

2,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

 

 

(33)

Trifluralina

Erbiċidi

1582-09-8

216-428-8

0,03

0,03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

X

 

 

(34)

Dikofol

Pestiċidi mill-organokloru

115-32-2

204-082-0

[4,45 × 10-3]

[0,185 × 10-3]

mhux applikabbli (20)

mhux applikabbli (20)

[5.45]

X

 

X

(35)

Aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

Sustanzi industrijali

1763-23-1

217-179-8

Koperti mill-grupp ta’ sustanzi 65 (Sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) – is-somma ta’ 24)

(36)

Kwinossifen

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

124495-18-7

mhux applikabbli

0,15

0,015

2,7

0,54

 

X

 

X

(37)

Diossini u komposti simili għad-diossini (21)

Prodotti sekondarji industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma ta’ PCDDs+ PCDFs+ PCB-DLs

ekwivalenti [3,5 x 10-5] (22)

X

X

X

(38)

Aklonifen

Erbiċidi

74070-46-5

277-704-1

0,12

0,012

0,12

0,012

 

 

 

 

(39)

Bifenoks

Erbiċidi

42576-02-3

255-894-7

0,012

0,0012

0,04

0,004

 

 

 

 

(40)

Ċibutrin

Bijoċidi

28159-98-0

248-872-3

0,0025

0,0025

0,016

0,016

 

 

 

 

(41)

Cypermethrin (23)

Pestiċidi piretrojde

52315-07-8

257-842-9

3 × 10-5

3 × 10-6

6 × 10-4

6 × 10-5

 

 

 

X

(42)

Diklorvos

Pestiċidi organofosfati

62-73-7

200-547-7

6 × 10-4

6 × 10-5

7 × 10-4

7 × 10-5

 

 

 

 

(43)

Eżabromoċiklododekan (HBCDD) (24)

Sustanzi industrijali

Ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna

Ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna

[4,6 × 10-4]

[2 × 10-5]

0,5

0,05

[3,5]

X

X

X

(44)

Ettakloru u epossidu tal-ettakloru

Pestiċidi organokloru

76-44-8 / 1024-57-3

200-962-3/ 213-831-0

[1,7 × 10-7]

[1,7 × 10-7]

3 × 10-4

3 × 10-5

[0,013]

X

X

X

(45)

Terbutrin

Erbiċidi

886-50-0

212-950-5

0,065

0,0065

0,34

0,034

 

 

 

 

(46)

17 alfa-etinilestradjol (EE2)

Farmaċewtiċi (Ormoni estroġeniċi)

57-63-6

200-342-2

1,7 × 10-5

1,6 × 10-6

mhux derivati

mhux derivati

 

 

 

 

(47)

17 beta-estradjol (E2)

Farmaċewtiċi (Ormoni estroġeniċi)

50-28-2

200-023-8

0,00018

9 × 10-6

mhux derivati

mhux derivati

 

 

 

 

(48)

Aċetamiprid

Pestiċidi neonikotinojdi

135410-20-7 / 160430-64-8

603-921-1

0,037

0,0037

0,16

0,016

 

 

 

 

(49)

Ażitromiċina

Farmaċewtiċi (Antibijotiċi makrolidi)

83905-01-5

617-500-5

0,019

0,0019

0,18

0,018

 

 

 

X

(50)

Bifentrin

Pestiċidi piretrojde

82657-04-3

617-373-6

9,5 × 10-5

9,5 × 10-6

0,011

0,001

 

 

 

X

(51)

Bisfenol-A (BPA)

Sustanzi industrijali

80-05-7

201-245-8

3,4 × 10-5

3,4 × 10-5

130

51

0,005

X

 

 

(52)

Karbamażepina

Farmaċewtiċi

298-46-4

206-062-7

2,5

0,25

1,6 × 103

160

 

 

 

 

(53)

Klaritromiċina

Farmaċewtiċi (Antibijotiċi makrolidi)

81103-11-9

658-034-2

0,13

0,013

0,13

0,013

 

 

 

X

(54)

Klotijanidina

Pestiċidi neonikotinojdi

210880-92-5

433-460-1

0,01

0,001

0,34

0,034

 

 

 

 

(55)

Deltametrina

Pestiċidi piretrojde

52918-63-5

258-256-6

1,7 × 10-6

1,7 × 10-7

1,7 × 10-5

3,4 × 10-6

 

 

 

X

(56)

Diklofenak

Farmaċewtiċi

15307-86-5 / 15307-79-6

239-348-5 / 239-346-4

0,04

0,004

250

25

 

 

 

X

(57)

Eritromiċina

Farmaċewtiċi (Antibijotiċi makrolidi)

114-07-8

204-040-1

0,5

0,05

1

0,1

 

 

 

X

(58)

Esfenvalerat

Pestiċidi piretrojde

66230-04-4

613-911-9

1,7 × 10-5

1,7 × 10-6

0,0085

0,00085

 

 

 

X

(59)

Estron (E1)

Farmaċewtiċi (Ormoni estroġeniċi)

53-16-7

200-164-5

3,6 × 10-4

1,8 × 10-5

mhux derivati

mhux derivati

 

 

 

 

(60) [Em. 151]

Glifosat

Erbiċidi

1071-83-6

213-997-4

0,1 (25)

86,7 (26)

8,67 0,01

398,6

39,86

 

 

 

 

(61)

Ibuprofen

Farmaċewtiċi

15687-27-1

239-784-6

0,22

0,022

 

 

 

 

 

X

(62)

Imidakloprid

Pestiċidi neonikotinojdi

138261-41-3 / 105827-78-9

428-040-8

0,0068

6,8 × 10-4

0,057

0,0057

 

 

 

 

(63)

Nikosulfuron

Erbiċidi

111991-09-4

601-148-4

0,0087

8,7 × 10-4

0,23

0,023

 

 

 

 

(64)

Permetrin

Pestiċidi piretrojde

52645-53-1

258-067-9

2,7× 10-4

2,7 × 10-5

0,0025

2,5 × 10-4

 

 

 

X

(65)

Sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) - is-somma ta’ 24 (27)

Sustanzi industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma tal-ekwivalenti tal-PFOA 0,0044 (28)

Is-somma tal-ekwivalenti tal-PFOA 0,0044 (28)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma tal-ekwivalenti tal-PFOA 0,077 (28)

X

X

X

(66)

Fidda

Metalli

7440-22-4

231-131-3

0,01

0,006 (salinità ta’ 10 %)

0,17 (salinità ta’ 30 %)

0,022

mhux derivati

 

 

 

 

(67)

Tijakloprid

Pestiċidi neonikotinojdi

111988-49-9

601-147-9

0,01

0,001

0,05

0,005

 

 

 

 

(68)

Tijametossam

Pestiċidi neonikotinojdi

153719-23-4

428-650-4

0,04

0,004

0,77

0,077

 

 

 

 

(69)

Triklosan

Bijoċidi

3380-34-5

222-182-2

0,02

0,002

0,02

0,002

 

 

 

 

(70)

It-total ta’ sustanzi attivi fil-pestiċidi, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom (29)

Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-bijoċidi

 

 

0,5 (30)

0,5 (30)

 

 

 

 

 

 

70a [Em. 152]

Bisfenoli

Kimiċi industrijali

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

*

*

*

*

 

 

 

 

70b [Em. 153]

PFAS - total

Kimiċi industrijali

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

*

*

*

*

 

 

 

 

*Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità permezz ta’ att delegat.

(1)   CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)   Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)   L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu xmajjar u lagi u korpi tal-ilma artifiċjali jew modifikati ħafna relatati.

(5)   Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC EQS). Fejn l-MAC EQS ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir fi skariki kontinwi, minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(6)   Jekk jingħata EQS tal-bijota, minflok EQS tal-ilma, dan għandu jiġi applikat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Direttiva li tippermetti li minflok tiġi mmonitorjata unità tassonomika ta’ bijota alternattiva, jew matriċi oħra, sakemm l-EQS applikat jipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota huma relatati mal-ħut. Għal sustanzi nnumerati 15 (Fluworanten), 28 (PAHs) u 51 (Bisfenol-A), l-EQS tal-bijota jirreferi għall-krustaċji u l-molluski. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istat kimiku, il-monitoraġġ tal-Fluworanten, tal-PAHs u tal-Bisfenol-A fil-ħut ma huwiex xieraq. Għas-sustanza numru 37 (Diossini u komposti simili għad-diossini), l-EQS tal-bijota huwa relatat ma’ ħut, krustaċji u molluski, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011* it-Taqsima 5.3 tal-Anness.

(7)   Għall-grupp ta’ sustanzi ta’ prijorità koperti minn eteri tad-difenil bromurati (Nru 5), l-EQS jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tan-numri konġeneri 28, 47, 99, 100, 153 u 154.

(8)   Eteri tat-tetrabromodifenil, tal-pentabromodifenil, tal-eżabromodifenil, tal-ettabromodifenil, tal-ottabromodifenil u tad-dekabromodifenil (Numri CAS 40088-47-9, 32534-81-9, 36483-60-0, 68928-80-3, 32536-52-0, 1163-19-5, rispettivament).

(9)   Għall-Kadmju u l-komposti tiegħu (Nru 6), il-valuri EQS ivarjaw skont l-ebusija tal-ilma kif speċifikat f’ħames kategoriji ta’ klassi (Klassi 1: <40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 sa <50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 sa <100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 sa <200 mg CaCO3/l u Klassi 5: ≥200 mg CaCO3/l).

(10)   Ma huwa pprovdut l-ebda parametru indikattiv għal dan il-grupp ta’ sustanzi. Il-parametru/i indikattiv(i) irid(u) jiġi/u ddefinit(i) permezz tal-metodu analitiku.

(11)   It-total tad-DDT jinkludi s-somma tal-isomeri 1,1,1 trikloro 2,2 bis (p kloropiperażin) etan (CAS 50 29 3, UE 200 024 3); 1,1,1 trikloro 2 (o klorofenil) 2 (p klorofenil) etan (CAS 789 02 6, UE 212 332 5); 1,1-dikloro 2,2 bis (p klorofenil) etilene (CAS 72 55 9, UE 200 784 6); u 1,1 dikloro 2,2 bis (p klorofenil) etan (CAS 72 54 8, UE 200 783 0).

(12)   Dawn l-EQS jirreferu għall-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi.

(13)   L-EQS għall-bijota tirreferi għall-merkurju tal-metil.

(14)   Nonilfenol (CAS 25154-52-3, UE 246-672-0), inklużi l-isomeri 4-nonilfenol (CAS 104-40-5, UE 203-199-4) u 4-nonilfenol (ramifikat) (CAS 84852-15-3, UE 284-325-5).

(15)   Ottilfenol (CAS 1806-26-4, UE 217-302-5), inkluż l-isomeru 4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol (CAS 140-66-9, UE 205-426-2).

(16)   Benżo(a)piren (CAS 50-32-8) (RPF 1), benżo(b)fluworanten (CAS 205-99-2) (RPF 0,1), benżo(k)fluworanten (CAS 207-08-9) (RPF 0,1), benżo(g,h,i)perilen (CAS 191-24-2) (RPF 0), indeno(1,2,3-cd)piren (CAS 193-39-5) (RPF 0,1), krisen (CAS 218-01-9) (RPF 0,01), benżo(a)antraċen (CAS 56-55-3) (RPF 0,1), u dibenż(a,h)antraċen (CAS 53-70-3) (RPF 1). Il-PAHs antraċen, fluworanten u naftalen huma elenkati separatament.

(17)   Għall-grupp ta’ idrokarburi poliaromatiċi (PAHs) (Nru 28), l-EQS tal-bijota jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ sebgħa mit-tmien PAHs elenkati fin-nota 17 f’qiegħ il-paġna espressi bħala ekwivalenti għal benżo(a)piren abbażi tal-potenzi karċinoġeniċi tas-sustanzi meta mqabbla ma’ dak tal-benżo(a)piren, jiġifieri l-RPFs fin-nota 16 f’qiegħ il-paġna. Il-benżo(g,h,i)perilen ma għandux bżonn jitkejjel fil-bijota għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità mal-bijota ġenerali tal-EQS.

(18)   Komposti tat-tributiltin, inkluż katjonu ta’ tributiltin (CAS 36643-28-4).

(19)   EQS tas-sediment

(20)   Ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli sabiex jiġi stabbilit MAC-EQS għal dawn is-sustanzi.

(21)   Dan jirreferi għall-komposti li ġejjin:

7 dibenżo-p-diossini poliklorurati (PCDDs): 2,3,7,8-T4CDD (CAS 1746-01-6, UE 217-122-7), 1,2,3,7,8-P5CDD (CAS 40321-76-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDD (CAS 39227-28-6), 1,2,3,6,7,8-H6CDD (CAS 57653-85-7), 1,2,3,7,8,9-H6CDD (CAS 19408-74-3), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDD (CAS 35822-46-9), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDD (CAS 3268-87-9)

10 dibenżofurani poliklorurati (PCDFs): 2,3,7,8-T4CDF (CAS 51207-31-9), 1,2,3,7,8-P5CDF (CAS 57117-41-6), 2,3,4,7,8-P5CDF (CAS 57117-31-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDF (CAS 70648-26-9), 1,2,3,6,7,8-H6CDF (CAS 57117-44-9), 1,2,3,7,8,9-H6CDF (CAS 72918-21-9), 2,3,4,6,7,8-H6CDF (CAS 60851-34-5), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDF (CAS 67562-39-4), 1,2,3,4,7,8,9-H7CDF (CAS 55673-89-7), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDF (CAS 39001-02-0)

12 bifenili poliklorurati simili għad-diossini (PCB-DLs): 3,3’,4,4’-T4CB (PCB 77, CAS 32598-13-3), 3,3’,4’,5-T4CB (PCB 81, CAS 70362-50-4), 2,3,3’,4,4’-P5CB (PCB 105, CAS 32598-14-4), 2,3,4,4’,5-P5CB (PCB 114, CAS 74472-37-0), 2,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 118, CAS 31508-00-6), 2,3’,4,4’,5’-P5CB (PCB 123, CAS 65510-44-3), 3,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 126, CAS 57465-28-8), 2,3,3’,4,4’,5-H6CB (PCB 156, CAS 38380-08-4), 2,3,3’,4,4’,5’-H6CB (PCB 157, CAS 69782-90-7), 2,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 167, CAS 52663-72-6), 3,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 169, CAS 32774-16-6), 2,3,3’,4,4’,5,5’-H7CB (PCB 189, CAS 39635-31-9).

(22)   Għall-grupp ta’ Diossini u komposti simili għad-diossini (Nru 37), l-EQS tal-bijota jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati fin-nota 20 f’qiegħ il-paġna espressi bħala ekwivalenti tossiċi abbażi tal-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 2005.

(23)   CAS 52315-07-8 jirreferi għal taħlita ta’ isomeri ta’ ċipermetrina, alfa-ċipermetrina (CAS 67375-30-8, UE 257-842-9), beta-ċipermetrina (CAS 65731-84-2, UE 265-898-0), teta-ċipermetrina (CAS 71691-59-1) u zeta-ċipermetrina (CAS 52315-07-8, UE 257-842-9).

(24)   Dan jirreferi għal 1,3,5,7,9,11-Eżabromoċiklododekan (CAS 25637-99-4, UE 247-148-4), 1,2,5,6,9,10- Eżabromoċiklododekan (CAS 3194-55-6, UE 221-695-9), α-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-50-6), β-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-51-7) u γ-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-52-8).

(25)   Għall-ilma ħelu użat għall-astrazzjoni u l-preparazzjoni tal-ilma tax-xorb.

(26)   Għall-ilma ħelu mhux użat għall-astrazzjoni u l-preparazzjoni tal-ilma tax-xorb.

(27)   Din tirreferi għall-komposti li ġejjin, elenkati bin-numru CAS, in-numru tal-UE u l-Fattur ta’ Potenza Relattiva (RPF) tagħhom:

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) (CAS 335-67-1, UE 206-397-9) (RPF 1), Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS) (CAS 1763-23-1, UE 217-179-8) (RPF 2), Aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS) (CAS 355-46-4, UE 206-587-1) (RPF 0,6), Aċidu perfluworononanojku (PFNA) (CAS 375-95-1, UE 206-801-3) (RPF 10), Aċidu perfluworobutansulfoniku (PFBS) (CAS 375-73-5, UE 206-793-1) (RPF 0,001), Aċidu perfluworoeżanojku (PFHxA) (CAS 307-24-4, UE 206-196-6) (RPF 0,01), Aċidu perfluworobutanojku (PFBA) (CAS 375-22-4, UE 206-786-3) (RPF 0,05), Aċidu perfluworopentanojku (PFPeA) (CAS 2706-90-3, UE 220-300-7) (RPF 0,03), Aċidu perfluworopentansulfoniku (PFPeS) (CAS 2706-91-4, UE 220-301-2) (RPF 0,3005), Aċidu perfluworodekanojku (PFDA) (CAS 335-76-2, UE 206-400-3) (RPF 7), Aċidu perfluworododekanojku (PFDoDA jew PFDoA) (CAS 307-55-1, UE 206-203-2) (RPF 3), Aċidu perfluworoundekanojku (PFUnDA jew PFUnA) (CAS 2058-94-8, UE 218-165-4) (RPF 4), Aċidu perfluworoettanojku (PFHpA) (CAS 375-85-9, UE 206-798-9) (RPF 0,505), Aċidu perfluworotridekanojku (PFTrDA) (CAS 72629-94-8, UE 276-745-2) (RPF 1,65), Aċidu perfluworoettansulfoniku (PFHpS) (CAS 375-92-8, UE 206-800-8) (RPF 1,3), Aċidu perfluworodekansulfoniku (PFDS) (CAS 335-77-3, UE 206-401-9) (RPF 2), Aċidu perfluworotetradekanojku (PFTeDA) (CAS 376-06-7, UE 206-803-4) (RPF 0,3), Aċidu perfluworoeżadekanojku (PFHxDA) (CAS 67905-19-5, UE 267-638-1) (RPF 0,02), Aċidu perfluworoottadekanojku (PFODA) (CAS 16517-11-6, UE 240-582-5) (RPF 0,02), u Perfluworoammonju (2-metil-3-ossaessanoat) (HFPO-DA jew Gen X) (CAS 62037-80-3) (RPF 0,06), Aċidu propanojku / Ammonju 2,2,3-trifluworo-3-(1,1,2,2,3,3-eżafluworo-3-(trifluworometossi)propossi)propanoat (ADONA) (CAS 958445-44-8) (RPF 0,03), 2- Alkoħol (perfluworoessil)etil (6:2 FTOH) (CAS 647-42-7, UE 211-477-1) (RPF 0,02), 2-(Perfluworooktil)etanol (8:2 FTOH) (CAS 678-39-7, UE 211-648-0) (RPF 0,04) u Aċidu aċetiku / 2,2-difluworo-2-((2,2,4,5-tetrafluworo-5-(trifluworometossi)-1,3-diossolan-4-yl)ossi)- (C6O4) (CAS 1190931-41-9) (RPF 0,06)

(28)   Għall-grupp ta’ PFAS (Nru 65), l-EQS jirreferu għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-24 PFAS elenkati fin-nota 27 f’qiegħ il-paġna espressi bħala ekwivalenti għal PFOA abbażi tal-potenzi tas-sustanzi meta mqabbla ma’ dik tal-PFOA, jiġifieri l-RPFs fin-nota 27 f’qiegħ il-paġna.

(29)   “Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u prodotti bijoċidali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(30)   “Total” tfisser is-somma tal-pestiċidi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom.;”

(3)  Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)  fil-punt 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kwalunkwe korp tal-ilma tal-wiċċ partikolari, l-applikazzjoni tal-AA-EQS tfisser li, għal kull punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp tal-ilma, il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonijiet imkejla fi żminijiet differenti matul is-sena ma taqbiżx l-istandard.;”

(b)  fil-punt 2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kwalunkwe korp tal-ilma tal-wiċċ partikolari, l-applikazzjoni tal-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp tal-ilma ma taqbiżx l-istandard..”

Anness VI

“ANNESS II

STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAL SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

Parti A: LISTA TA’ KATEGORIJI TA’ SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

1.  Komposti u sustanzi organoaloġeniċi li jistgħu jifformaw tali komposti fl-ambjent akkwatiku.

2.  Komposti organofosforiċi.

3.  Komposti ta’ organotin.

4.  Sustanzi u preparazzjonijiet, jew il-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom, li ġie pprovat li għandhom proprjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeniċi jew proprjetajiet li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet sterojdoġeniċi, tat-tirojde, tar-riproduzzjoni jew funzjonijiet oħrajn relatati mas-sistema endokrinali fl-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

5.  Idrokarburi persistenti u sustanzi tossiċi organiċi persistenti u bijoakkumulabbli.

6.  Ċjanuri.

7.  Metalli u l-komposti tagħhom.

8.  Arseniku u l-komposti tiegħu.

9.  Bijoċidi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

10.  Materjali f’sospensjoni, inklużi mikro/nanoplastiks, kif ukoll materjali magħrufa li jagħtu lok għal mikroplastiks jew nanoplastiks; [Em. 155]

11.  Sustanzi li jikkontribwixxu għall-ewtrofikazzjoni (b’mod partikolari, nitrati u fosfati).

12.  Sustanzi li għandhom influwenza mhux favorevoli fuq il-bilanċ tal-ossiġenu u li jistgħu jitkejlu bl-użu ta’ parametri bħal BOD, COD, eċċ.

13.  Mikroorganiżmi, ġeni jew materjal ġenetiku li jirriflettu l-preżenza ta’ mikroorganiżmi reżistenti għall-aġenti antimikrobiċi, b’mod partikolari mikroorganiżmi patoġeniċi għall-bnedmin jew għall-bhejjem.

PARTI B: IL-PROĊEDURA GĦAD-DERIVAZZJONI TA’ STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAL SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

Il-metodi użati għall-istabbiliment ta’ EQS għal sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċini tax-xmara għandhom jinkludu l-passi li ġejjin:

(a)  l-identifikazzjoni tar-riċetturi u tal-kompartimenti jew tal-matriċijiet f’riskju mis-sustanza ta’ tħassib;

(b)  il-ġbir u l-valutazzjoni tal-kwalità tad-data dwar il-proprjetajiet tas-sustanza ta’ tħassib, inkluża t-tossiċità (ekoloġika) tagħha, b’mod partikolari minn rapporti dwar l-istudji fil-laboratorju, fuq il-mesokożmi u fuq il-post li jkopru l-effetti kemm kroniċi kif ukoll akuti f’ambjenti kemm tal-ilma ħelu kif ukoll tal-ilma salmura;

(c)  l-estrapolazzjoni tad-data dwar it-tossiċità (ekoloġika) għall-ebda effett jew konċentrazzjonijiet simili bl-użu ta’ metodi deterministiċi jew probabilistiċi, u l-għażla u l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ valutazzjoni xierqa sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi u jiġu dderivati l-EQS;

(d)  it-tqabbil tal-EQS għal riċetturi u kompartimenti differenti, u l-għażla ta’ EQS kritiku, jiġifieri l-EQS li jipprovdi protezzjoni lill-aktar riċettur sensittiv fl-aktar kompartiment jew matriċi rilevanti.

(da)   meta jiġu stabbiliti l-EQS għall-metalli, il-mudelli tal-bijodisponibbiltà għandhom jiġu kkunsidrati li jqisu diversi parametri tal-kwalità tal-ilma li jaffettwaw il-bijodisponibbiltà tal-metalli. [Em. 156]

PARTI C: REPOŻITORJU TA’ STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI ARMONIZZATI GĦAS-SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

AA‑EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

AA‑EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

MAC‑EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

MAC‑EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

EQS

Bijota (6

[µg/kg ta’ piż niedi] jew EQS tas-Sediment fejn ikun hekk indikat [µg /kg ta’ piż xott]

 

1

Alaklor (7)

Pestiċidi

15972-60-8

240-110-8

0,3

0,3

0,7

0,7

 

 

2

Tetraklorur tal-karbonju (7)

Sustanzi industrijali

56-23-5

200-262-8

12

12

mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

 

3

Klorfenvinfos (7)

Pestiċida

470-90-6

207-432-0

0,1

0,1

0,3

0,3

 

 

4

Simazina (7)

Pestiċida

122-34-9

204-535-2

1

1

4

4

 

 

(1)  CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)  Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)  Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)  L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu xmajjar u lagi u korpi tal-ilma artifiċjali jew modifikati ħafna relatati.

(5)  Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC EQS). Fejn l-MAC EQS ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir fi skariki kontinwi, minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(6)  Jekk jingħata EQS tal-bijota, minflok EQS tal-ilma, dan għandu jiġi applikat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Direttiva li tippermetti li minflok tiġi mmonitorjata unità tassonomika ta’ bijota alternattiva, jew matriċi oħra, sakemm l-EQS applikat jipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota huma relatati mal-ħut.

(7)  Sustanza preċedentement elenkata bħala sustanza ta’ prijorità fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jew fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE..”

(1) ĠU C 146, 27.4.2023, p. 41.
(2) Din il-pożizzjoni tikkorrispondi mal-emendi adottati fit-12 ta’ Settembru 2023 (OJ C, C/2024/1777, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1777/oj).
(3)ĠU C , , p. .
(4)ĠU C , , p. .
(5)Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030
(6)Drivers of and pressures arising from selected key water management challenges : A European overview (L-ixprunaturi ta’ ċerti sfidi ewlenin tal-ġestjoni tal-ilma u l-pressjonijiet tagħhom: Ħarsa ġenerali Ewropea), rapport 09/2021, EEA
(7)https://www.oecd.org/agriculture/topics/water-and-agriculture/
(8)https://www.eea.europa.eu/publications/state-of-water
(9)https://food.ec.europa.eu/plants/pesticides/sustainable-use-pesticides/farm-fork-targets-progress/eu-trends_en
(10)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final).
(11)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020) 667 final.
(12)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021) 400 final.
(13)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, COM/2018/028 final.
(14)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, COM/2020/761 final.
(15)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380 final.
(16)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final.
(17)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030, Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima, COM/2021/699 final.
(18)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa, COM/2020/67 final.
(19)Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea għad-data, COM(2020) 66 final.
(20)Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(21)Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(22)Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(23)Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(24)Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(25)Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(26)Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(27)Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(28)Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(29)Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(30)Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(31)Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(32)Transcriptomic signalling in zebrafish embryos exposed to environmental concentrations of glyphosate, 2022. Effects of low-concentration glyphosate and aminomethyl phosphonic acid on zebrafish embryo development, 2021. Global transcriptomic profiling demonstrates induction of oxidative stress and compensatory cellular stress responses in brown trout exposed to glyphosate and Roundup, 2018.
(33)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/248/KE tal-10 ta’ Marzu 2004 biex l-atrażina ma titniżżilx fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u biex l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm din is-sustanza attiva jiġu rtirati (ĠU L 78, 16.03.2004, p. 53).
(34)Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (ĠU L 435, 23.12.2020, p.1).
(35)SCHEER. Contribution to ENV consultation: Comments on the Commission’s proposal for amending the WFD/GWD/EQSD (Il-Kontribut għall-konsultazzjoni tal-ENV: Kummenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-emendar tad-WFD/GWD/EQSD), Marzu 2023. SCHEER. Groundwater quality standards for proposed additional pollutants in the annexes to the Groundwater Directive (2006/118/EC) (Standards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art għal sustanzi niġġiesa addizzjonali proposti fl-annessi tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art (2006/118/KE)), Lulju 2022.
(36)EMA. Assessing the toxicological risk to human health and groundwater communities from veterinary pharmaceuticals in groundwater - Scientific guideline (Il-valutazzjoni tar-riskju tossikoloġiku għas-saħħa tal-bniedem u l-komunitajiet tal-ilma ta’ taħt l-art minn farmaċewtiċi veterinarji fl-ilma ta’ taħt l-art - Linji gwida xjentifiċi), April 2018.
(37)European Groundwater Memorandum: To secure the quality and quantity of drinking water for future generations (Memorandum Ewropew dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art: Biex jiġu żgurati l-kwalità u l-kwantità tal-ilma tax-xorb għall-ġenerazzjonijiet futuri), Marzu 2022.
(38)EMA. Assessing the toxicological risk to human health and groundwater communities from veterinary pharmaceuticals in groundwater - Scientific guideline (Il-valutazzjoni tar-riskju tossikoloġiku għas-saħħa tal-bniedem u l-komunitajiet tal-ilma ta’ taħt l-art minn farmaċewtiċi veterinarji fl-ilma ta’ taħt l-art - Linji gwida xjentifiċi), April 2018.
(39)Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(40)“Global burden of bacterial antimicrobial resistance in 2019: a systematic analysis” (Il-piż globali tar-reżistenza għall-antimikrobiċi batterjali: analiżi sistematika), Lancet, 19 ta’ Jannar 2022 https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0140673621027240?via%3Dihub
(41)https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S2352186422000724
(42)Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – Kontroll tal-idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, tad-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali u tad-Direttiva dwar l-Għargħar, SWD(2019) 439 final.
(43)https://www.igb-berlin.de/sites/default/files/media-files/download-files/IGB_Policy_Brief_WFD_2019.pdf
(44)Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(45)Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(46)Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(47)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(48)+OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument COM (2022) 157 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna
(49)Kawża C-535/18, Sentenza tal-Qorti (l-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020; IL et vs Land Nordrhein-Westfalen. Kawża C-664/15, Sentenza tal-Qorti (l-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017; Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation v Bezirkshauptmannschaft Gmünd.
(50)Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(51)OECD, Is-Sitt Roundtable dwar il-Finanzjament tal-Ilma. Disponibbli fuq: https://www.oecd.org/water/6th-Roundtable-on-Financing-Water-in-Europe-Summary-and-Highlights.pdf


Inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli
PDF 200kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1173 fir-rigward ta’ inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli (COM(2024)0029 – C9-0013/2024 – 2024/0016(CNS))
P9_TA(2024)0359A9-0161/2024

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2024)0029),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0013/2024),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0161/2024),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2024/0016(CNS)

Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1173 fir-rigward ta’ inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 188, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew(2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-“Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali”) għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali f’konformità mal-valuri tal-Unjoni.

(2)  Minn meta ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 fl-2021 sal-lum(5), il-qasam tal-intelliġenza artifiċjali (AI) avvanza immens teknikament, u sar dominju strateġiku u kkontestat ħafna madwar id-dinja. L-Unjoni tinsab fuq quddiem nett fl-isforzi biex tappoġġja l-innovazzjoni etika u responsabbli f’AI affidabbli, u fl-istess waqt qed tistabbilixxi lqugħ regolatorju u tiżviluppa governanza effettiva.

(3)  Fit-13 ta’ Settembru 2023, bħala parti minn approċċ komprensiv li jappoġġa l-innovazzjoni responsabbli fl-AI, il-Kummissjoni ħabbret inizjattiva strateġika ġdida biex tagħmel il-kapaċità komputazzjonali ta’ prestazzjoni għolja tal-Unjoni disponibbli għan-negozji ġodda Ewropej innovattivi f’AI affidabbli biex ikunu jistgħu jħarrġu l-mudelli tagħhom. Dan jikkumplimenta l-ħidma dwar l-istabbiliment ta’ lqugħ regolatorju għall-AI permezz tar-Regolament (UE) 2024/… , li jistabbilixxi strutturi ta’ governanza, u jappoġġa l-innovazzjoni permezz tal-Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.

(3a)  Sabiex tikkapitalizza fuq l-infrastruttura tas-supercomputing tagħha u trawwem ekosistema tal-AI Ewropea innovattiva, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ Fabbriki tal-AI madwar l-Unjoni, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 dwar “It-tisħiħ tan-negozji ġodda u tal-innovazzjoni fl-intelliġenza artifiċjali affidabbli” tistabbilixxi qafas ta’ investiment strateġiku biex in-negozji ġodda u l-industrija fl-Unjoni jkunu jistgħu jwettqu l-potenzjal tagħhom li jsiru mexxejja globali f’mudelli, sistemi u applikazzjonijiet avvanzati affidabbli tal-AI.

(4)  Billi l-aktar kapaċità b’saħħitha fl-Unjoni ta’ supercomputing ta’ livell dinji tinsab fil-faċilitajiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (l-“Impriża Konġunta”), dawk il-faċilitajiet jenħtieġ li jkunu disponibbli biex l-inizjattiva tal-Kummissjoni tkun tista’ titwettaq. Ghalhekk jeħtieg jiddaħħal objettiv ieħor mas-sitt objettivi eżistenti tal-Impriża Konġunta; objettiv li jkopri l-kontribut tas-supercomputers taghha għall-inizjattiva l-ġdida tal-Unjoni dwar l-AI, filwaqt li jiżgura l-ġustizzja, it-trasparenza, l-affidabbiltà u impatt pożittiv fuq is-soċjetà kif ukoll iwieġeb għall-ħtiġijiet u l-miri tal-Unjoni.

(5)  Bl-objettiv il-ġdid, l-Impriża Konġunta tkun tista’ twettaq attivitajiet fid-dominji tal-aġġornament jew tal-akkwist u t-tħaddim ta’ supercomputers jew partizzjonijiet ta’ supercomputers iddedikati għall-AI biex il-magni jkunu jistgħu jitgħallmu malajr u l-mudelli pedamenti affidabbli u etiċi kbar tal-AI jiġu mħarrġa biex b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u l-bażi industrijali fl-AI. L-Impriża Konġunta jenħtieġ li tkun tista’ toħloq ukoll mod ta’ aċċess ġdid għar-riżorsi tal-computing tagħha b’mod partikolari għan-negozji ġodda tal-AI u għall-komunità xjentifika aktar wiesgħa attiva fl-AI, u tiżviluppa applikazzjonijiet, mudelli u sistemi iddedikati tal-AI li jkunu ottimizzati biex jaħdmu fuq is-supercomputers tagħha, filwaqt li jissalvagwardjaw aċċess miftuħ, ġustizzja u trasparenza. B’dawk il-bidliet, l-Impriża Konġunta tkun tista’ toffri qawwa komputazzjonali u servizzi mfassla apposta li jħeġġu t-taħriġ u l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI fuq skala kbira fl-Unjoni, li mhux fattibbli bir-Regolament attwali.

(5a)   Jenħtieġ li jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz mill-Impriża Konġunta abbażi tal-prinċipji tal-aċċess miftuħ, b’mod li tipi differenti ta’ utenti jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-AI fis-supercomputing. L-opportunitajiet ipprovduti mill-Fabbriki tal-AI jenħtieġ li jiġu kkomunikati b’mod wiesa’ lil negozji ġodda, intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-ekosistema tal-innovazzjoni u r-riċerkaturi impenjati fi programmi tal-Unjoni, filwaqt li jiġu enfasizzati l-benefiċċji numerużi li l-AI tista’ toffri fl-applikazzjonijiet tas-supercomputing. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-Fabbriki tal-AI jenħtieġ li tagħmel is-saħħa tal-kompjuter disponibbli bħala servizz madwar l-Unjoni, u dan huwa essenzjali għas-servizzi ta’ appoġġ offruti, biex jitħaffef aktar l-aċċess għal din l-infrastruttura kritika. Dan jenħtieġ li jservi wkoll biex jiġu żviluppati supercomputers tal-EuroHPC orjentati lejn id-domanda, filwaqt li jiġi żgurat li l-infrastruttura tissodisfa l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti u tas-setturi madwar l-Unjoni.

(5b)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar iż-żieda fl-innovazzjoni, fil-kompetittività industrijali u teknoloġika permezz ta’ ambjent favorevoli għan-negozji l-ġodda u għan-negozji li qed jespandu(6) tisħaq li n-negozji li qed jespandu għandhom rwol kritiku fit-tmexxija tal-innovazzjoni, fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni u tistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw definizzjoni xierqa ta’ negozji li qed jespandu abbażi tal-iskalabbiltà, filwaqt li jitqies kif dawn ivarjaw minn negozji ġodda u SMEs. Jenħtieġ li l-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess ta’ tali supercomputers iddedikati għall-AI u servizzi ta’ appoġġ rilevanti għal utenti ta’ kategoriji differenti, bħal negozji ġodda, negozji li qed jespandu, SMEs, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u ċentri ta’ riċerka, bl-għan li jingħelbu r-restrizzjonijiet tal-kostijiet u nuqqas ta’ għarfien espert fir-riżorsi.

(5c)  Peress li l-użu tas-supercomputers għall-AI jirrikjedi użu akbar ta’ data, huwa importanti li dawn ikunu jinsabu fil-qrib jew inkella jkunu konnessi ma’ ċentru tad-data eżistenti jew ippjanat permezz ta’ networks b’veloċità għolja. Barra minn hekk, jenħtieġ li tali ċentri tad-data jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u jenħtieġ li, fil-futur, ikunu interkonnessi mal-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data biex jiġi ffaċilitat it-taħriġ ta’ mudelli f’dominji settorjali ewlenin. Jenħtieġ li l-entitajiet ospitanti jkunu jistgħu jużaw b’mod effettiv l-appoġġ finanzjarju mill-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data biex itejbu l-infrastruttura tagħhom, inkluż biex jakkwistaw jew jaġġornaw iċ-ċentri tad-data. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn l-inizjattivi differenti jiġu promossi.

(5d)  Peress li l-użu tas-supercomputers għall-AI jirrikjedi żieda sinifikanti fil-qawwa komputazzjonali, li min-naħa tagħha twassal għal konsum akbar ta’ enerġija, jenħtieġ li l-entitajiet tal-hosting ikollhom pjanijiet rigward l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom. Jenħtieġ li dawk il-pjanijiet jiżguraw li s-supercomputer ikollu aċċess għal konnessjoni tal-grilja u provvista tal-elettriku sikuri u stabbli, preferibbilment permezz ta’ enerġija nadifa u affordabbli, inkluż l-użu ta’ ftehimiet dwara ix-xiri tal-enerġija, li jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq l-enerġija rinnovabbli, u l-użu tal-elettriku ġġenerat lokalment. Barra minn hekk, il-mudelli tal-AI jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/... [l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali]. L-obbligi ta’ rapportar għall-mudelli tal-AI għal skopijiet ġenerali stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom jiġu rrispettati.

(5e)  Il-fabbriki tal-AI se jipprovdu servizzi komprensivi ta’ appoġġ għas-supercomputing lin-negozji ġodda, lill-kumpaniji innovattivi żgħar, u lill-ekosistema usa’ tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-AI. Dawn is-servizzi huma kruċjali biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-supercomputers, billi joffru faċilitajiet ta’ programmazzjoni ddedikati u appoġġ algoritmiku għall-iżvilupp, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ta’ mudelli u sistemi ta’ taħriġ tal-AI. Barra minn hekk, dawn jgħinu fil-ħolqien ta’ każijiet ta’ użu ġodda u applikazzjonijiet emerġenti fl-oqsma strateġiċi tal-Unjoni, inklużi r-robotika u l-manifattura, materjali u batteriji ġodda, l-ajruspazju, il-mobbiltà, is-sewqan konness u awtomatizzat, is-saħħa u l-kura, il-bijoteknoloġija, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, id-dinamika ta’ sistemi kumplessi, id-dinjiet virtwali u t-tewmin diġitali, is-sigurtà ċibernetika, il-prattiċi agrikoli, ir-riċerka u l-innovazzjoni u s-settur pubbliku.

(6)  Biex id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li dan japplika mingħajr dewmien żejjed.

(7)  Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2021/1173 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2021/1173 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħlu l-punti (3a) u (3b) li ġejjin:"

“(3b) “Supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali” tfisser supercomputer li jkun iddisinjat qabelxejn għat-taħriġ ta’ mudelli tal-intelliġenza artifiċjali fuq skala kbira, bi skop ġenerali ċivili, u ta’ applikazzjonijiet▌ emerġenti tal-intelliġenza artifiċjali, u għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u sistemi;

   (3c) “Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali” tfisser ekosistema miftuħa ċentralizzata jew distribwita li tipprovdi infrastruttura ta’ servizzi tas-supercomputing tal-Intelliġenza Artifiċjali u li tkun magħmula minn supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali jew partizzjoni ta’ supercomputer għall-Intelliġenza Artifiċjali, jew supercomputer tal-EuroHPC aġġornat għall-Intelliġenza Artifiċjali, ċentru tad-data assoċjat, aċċess apposta, u servizzi tas-supercomputing orjentati lejn l-intelliġenza artifiċjali li attivament u b’mod miftuħ jiżviluppaw, jattiraw, iżommu u jakkumulaw it-talent biex jipprovdu l-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa, biex jassistu u jiggwidaw lill-utenti fl-użu tas-supercomputers għall-Intelliġenza Artifiċjali, u li jipprovdu s-servizzi meħtieġa għall-manutenzjoni tagħhom;”;

"

(b)  il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(9) “supercomputer tal-EuroHPC” tfisser kull sistema tal-computing li tkun proprjetà kollha kemm hi tal-Impriża Konġunta jew li tkun koproprjetà ma’ Stati Parteċipanti oħra jew ma’ konsorzju ta’ sħab privati, li tista’ tkun supercomputer klassiku (supercomputer ta’ livell għoli, supercomputer ta’ grad industrijali, supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali jew supercomputer ta’ livell medju), kompjuter ibridu klassiku kwantistiku, kompjuter kwantistiku jew simulatur kwantistiku;”

"

(2)  fl-Artikolu 3(2), jiżdied il-punt (h) li ġej:"

“(h) tiżviluppa u topera l-Fabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali b’appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri ta’ ekosistema tal-Intelliġenza Artifiċjali kompetittiva, sostenibbli, affidabbli u etika u innovattiva ħafna fl-Unjoni;”

"

(3)  fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt (h) li ġej:"

“(h) pilastru tal-Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali għal Intelliġenza Artifiċjali affidabbli u etika, li jkopri l-attivitajiet għall-għoti ta’ infrastruttura ta’ servizzi tas-supercomputing orjentata lejn l-Intelliġenza Artifiċjali li tkun maħsuba biex tkompli tiżviluppa l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u l-ħiliet tal-ekosistema tal-Intelliġenza Artifiċjali; dawk l-attivitajiet għandhom jindirizzaw, fost l-oħrajn:

   (i) l-akkwist u t-tħaddim ta’ supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali kolokalizzati ma’ ċentri tad-data ▌jew konnessi ma’ ċentri tad-data permezz ta’ networks b’veloċità għolja ħafna;
   (ii) l-aġġornament tas-supercomputers eżistenti tal-EuroHPC b’kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali;
   (iii) l-għoti ta’ aċċess għal supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali jew għas-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati b’kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali, inkluż li l-użu tagħhom jinfetaħ għal għadd kbir ta’ utenti pubbliċi u privati, inkluż għan-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu, l-SMEs, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u l-komunità xjentifika usa’;
   (iiia) il-komunikazzjoni wiesgħa tal-opportunitajiet offruti mill-Fabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali lin-negozji ġodda, lin-negozji li qed jespandu kif ukoll lill-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni;
   (iv) it-tħaddim ta’ ċentri ċentralizzati jew distribwiti ta’ servizzi tas-supercomputing orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali b’appoġġ għall-ekosistema tan-negozji ġodda u tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jassistu u jiggwidaw lill-utenti, irawmu r-riċerka interdixxiplimarja, jipprovdu appoġġ algoritmiku, appoġġ għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ulterjuri ta’ mudelli u sistemi tat-taħriġ tal-Intelliġenza Artifiċjali, u appoġġ għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet emerġenti tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq skala kbira f’oqsma strateġiċi ▌;
   (v) it-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-programmazzjoni kompatibbli mas-supercomputers, inkluż għall-parallelizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali biex jiġi ottimizzat l-użu tal-kapaċitajiet tas-supercomputing, u t-tħaddim ta’ servizzi oħra ta’ supercomputing li jippermettu l-Intelliġenza Artifiċjali;

   (vii) permezz ta’ proċess trasparenti, miftuħ u b’opportunitajiet indaqs, l-attrazzjoni, l-akkumulu, it-taħriġ u ż-żamma tat-talent, inklużi studenti, żviluppaturi, riċerkaturi, xjenzati u l-komunità tal-utenti biex jiġu żviluppati l-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien tagħhom fl-użu tas-supercomputers tal-EuroHPC għall-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll biex jipprovdu coaching imfassal apposta;
   (viii) l-interazzjoni mal-Fabbriki l-oħra tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-aċċessibbiltà tas-servizzi tagħhom madwar l-Ewropa, l-attenzjoni kostanti għall-bilanċ ġeografiku u tal-ġeneri, u l-koperazzjoni maċ-Ċentri ta’ Kompetenza u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-EuroHPC, u mal-inizjattivi rilevanti tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Unjoni, bħaċ-ċentri tan-negozji ġodda tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-ekosistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali u tad-data, il-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-pjattaforma ċentrali Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Għarfien Teknoloġiku u l-Komunitajiet tal-Innovazzjoni relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, l-Impriżi Konġunti u sħubijiet ta’ Orizzont Ewropa relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, l-infrastrutturi Ewropej rilevanti tar-riċerka u inizjattivi relatati oħra.
   (viii a) il-manutenzjoni u l-ottimizzazzjoni ta’ supercomputers b’kapaċitajiet ta’ intelliġenza artifiċjali, li jiżguraw l-affidabbiltà u l-prestazzjoni tagħhom għal kompiti komputazzjonali avvanzati.”;

"

(4)  L-Artikolu 9(5) huwa emendat kif ġej:

(a)  jiżdied il-punt (g) li ġej:"

“(g) għas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali, għandhom japplikaw il-kriterji tal-għażla addizzjonali li ġejjin għall-entitajiet tal-hosting:

   (i) il-qrubija jew il-konnessjoni permezz ta’ networks b’veloċità għolja ħafna b’ċentru tad-data ppjanat jew stabbilit f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2023/1791;
   (ia) il-viżjoni u l-pjanijiet tal-entità tal-hosting rigward l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali tas-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali, bl-użu ta’ approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, id-disponibbiltà ta’ aċċess adegwat għal enerġija nadifa u affordabbli, anke permezz ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija li jistgħu jkunu bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli, u l-użu tal-elettriku ġġenerat lokalment;
   (ii) il-viżjoni, il-pjanijiet u l-kapaċità tal-entità tal-hosting li tindirizza l-isfidi tal-ekosistema tan-negozji ġodda u r-riċerka u l-innovazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali u l-komunità tal-utenti tal-Intelliġenza Artifiċjalifilwaqt li ttejjeb tali ekosistema billi tippromwovi sinerġiji u innovazzjoni, inklużi investimenti f’teknoloġiji futuri, tikkontribwixxi u tipprovdi servizz ċentralizzat jew distribwit ta’ supercomputing orjentat lejn l-Intelliġenza Artifiċjali;
   (iii) il-kwalità u l-pertinenza tal-esperjenza u l-għarfien disponibbli fit-tim maħsub li jkun responsabbli għall-ambjent ta’ appoġġ tas-servizz tas-supercomputing orjentat lejn l-Intelliġenza Artifiċjali;
   (iv) il-pjanijiet għall-interazzjoni u l-koperazzjoni ma’ Fabbriki oħra tal-Intelliġenza Artifiċjali, maċ-Ċentri ta’ Kompetenza tal-EuroHPC u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-EuroHPC, u ma’ attivitajiet rilevanti tal-Intelliġenza Artifiċjali bħaċ-ċentri tan-negozji ġodda tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-ekosistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali u d-data, il-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-pjattaforma ċentrali Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali u inizjattivi oħra relatati;
   (v) il-kapaċitajiet eżistenti u l-pjanijiet futuri tal-entità tal-hosting biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp, l-attrazzjoni, it-taħriġ u ż-żamma tal-akkumulu tat-talent u għall-ħolqien ta’ ħiliet, kapaċitajiet u kompetenzi biex jintużaw is-supercomputers, inkluż fil-forma ta’ appoġġ għan-negozji ġodda permezz ta’ programmi inkubatur jew aċċeleratur.”;

"

(ga)  entità tal-hosting eżistenti magħżula mill-Bord tat-Tmexxija permezz ta’ proċess ġust u trasparenti u wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, tista’ tistabbilixxi Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali jekk tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(5), il-punt (g).”;

(5)  fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu (6a) li ġej:"

(6a) Għas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali msemmija fl-Artikolu 12a, kif ukoll għas-supercomputers tal-EuroHPC imsemmija fl-Artikoli 11,12, 12a, 14, 15, l-entitajiet tal-hosting għandhom joħolqu punt uniku tas-servizz għan-negozji ġodda, għan-negozji li qed jespandu, għall-SMEs u utenti oħra biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ tagħha u biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom.”;

"

(6)  fl-Artikolu 10(2), il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(l) il-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli meta l-entità tal-hosting topera supercomputer tal-EuroHPC għall-użu industrijali, ▌supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali jew supercomputer tal-EuroHPC eżistenti b’kapaċitajiet ta’ Intelliġenza Artifiċjali.”;

"

(7)  jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:"

Artikolu 12a

Akkwist u sjieda ta’ supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali

1.  L-Impriża Konġunta għandha takkwista supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali u għandha tkun is-sid tagħhom.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 50 % tal-kostijiet tal-akkwist flimkien ma’ sa 50 % tal-kostijiet operattivi tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali.

Il-kost totali li jifdal tas-sjieda tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali għandu jkoprih l-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew l-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentat bil-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

3.  L-għażla tal-fornitur tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali għandha tiġi bbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-offerta li għandhom ikunu mmexxija mid-domanda, għandha tqis ir-rekwiżiti tal-utenti u l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tas-sistema pprovduti mill-entità tal-hosting magħżula fl-applikazzjoni tagħha għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. L-għażla għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.

4.  L-Impriża Konġunta tista’ tkun l-ewwel utent tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali li jintegraw teknoloġiji żviluppati primarjament fl-Unjoni.

5.  Jekk ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, fil-programm ta’ ħidma, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jikkundizzjona l-parteċipazzjoni tal-fornituri fl-akkwist tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694, jew inkella li jillimita l-parteċipazzjoni tal-fornituri għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet relatati direttament mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

6.  Is-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali għandhom ikunu f’entità tal-hosting ta’ supercomputer tal-EuroHPC li tkun tinsab fl-Unjoni.

7.  Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, mhux qabel ħames snin wara t-test ta’ aċċettazzjoni b’suċċess mis-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali installat f’entità tal-hosting, is-sjieda tas-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali tista’ tiġi trasferita lil dik l-entità tal-hosting, tinbiegħ lil entità oħra jew tiġi dekummissjonata wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u f’konformità mal-ftehim tal-hosting. Fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali, l-entità tal-hosting għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer trasferit. Jekk ma jsir l-ebda trasferiment tas-sjieda lill-entità tal-hosting iżda tittieħed deċiżjoni għad-dekummissjonar, il-kostijiet rilevanti għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-Impriża Konġunta u l-entità tal-hosting. L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għall-kostijiet imġarrba wara t-trasferiment tas-sjieda tas-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali jew wara l-bejgħ jew id-dekummissjonar tiegħu.”

"

(8)  L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. L-Impriża Konġunta tista’ tniedi sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-aġġornament tas-supercomputers tal-EuroHPC li jkun proprjetarja jew koproprjetarja tagħha, biex iżżid il-livell tal-prestazzjoni tas-supercomputer qrib l-iskala eksa, jew biex iżżid il-kapaċitajiet tal-intelliġenza artifiċjali tas-supercomputer, jew biex iżżid il-prestazzjoni operattiva tas-supercomputer b’xi mod ieħor, inkluż bl-aċċelleraturi kwantistiċi.”; il-paragrafu 2 jitħassar;

"

(b)  5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. Il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet tal-akkwist tal-aġġornament għandu jkun l-istess bħall-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-supercomputer oriġinali tal-EuroHPC, deprezzat għall-bqija tal-ħajja mistennija tas-supercomputer oriġinali. Il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet operattivi addizzjonali tal-aġġornament għandu jkun l-istess bħall-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-supercomputer oriġinali tal-EuroHPC.”;

"

(9)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:"

“1b. Is-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali u s-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati għall-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali għandhom jintużaw primarjament għall-iżvilupp, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ta’ mudelli tat-taħriġ tal-intelliġenza artifiċjali fuq skala kbira u bi skop ġenerali, u għal applikazzjonijiet emerġenti tal-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll għall-iżvilupp ulterjuri ta’ soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni li jeħtieġu Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-eżekuzzjoni ta’ algoritmi tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq skala kbira biex jissolvew problemi tax-xjenza.”;

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 2b li ġej:"

“2b. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi kundizzjonijiet ▌tal-aċċess għas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali u għas-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati għall-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali f’konformità mal-Artikolu 17, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ekosistema tan-negozji ġodda u tar-riċerka fl-Intelliġenza Artifiċjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddefinixxi kundizzjonijiet speċifiċi ta’ aċċess għal tipi differenti ta’ utenti jew applikazzjonijiet, inkluż aċċess iddedikat għan-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu u l-SMEs. Is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz għandhom ikunu l-istess għall-utenti kollha f’kull kategorija ta’ utenti. Għall-aċċess għandhom ikunu eliġibbli biss il-proposti għall-iżvilupp ta’ mudelli, sistemi u applikazzjonijiet affidabbli u etiċi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkun konformi mar-regoli u mal-valuri tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk imnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-kriterji ta’ aċċess, il-metodoloġiji u l-gwida dwar il-prijoritizzazzjoni tal-aċċess se jiġu definiti f’konformità mal-approċċ tal-Etika Ppjanata għall-Intelliġenza Artifiċjali u bl-appoġġ tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni tal-Etika ta’ Orizzont Ewropa.;

"

(10)  L-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘‘1. Is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer kwantistiku ta’ livell għoli u tal-EuroHPC iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali għandu jkun proporzjonali direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għall-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC u għalhekk ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ħin tal-aċċess totali tas-supercomputer tal-EuroHPC.”

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill

Il-President

(1)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(2) ĠU C , , p. .
(3) L-Opinjoni ta’.., ĠU C, p.
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (ĠU L …).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1173/oj).
(6) Testi adottati, P9_TA(2023)0480.
(7) Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).


Il-liġi tal-kumpaniji: Aktar espansjoni u titjib tal-użu ta' għodod u proċessi diġitali
PDF 130kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward ta’ aktar espansjoni u titjib tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji (COM(2023)0177 – C9-0121/2023 – 2023/0089(COD))
P9_TA(2024)0360A9-0394/2023
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0177),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 50(1) u (2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0121/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0394/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward ta' aktar espansjoni u titjib tal-użu ta' għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji

P9_TC1-COD(2023)0089


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2025/25.)

(1) ĠU C 293, 18.8.2023, p. 82.


L-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni
PDF 270kWORD 84k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (COM(2023)0031 – C9-0010/2023 – 2023/0008(COD))
P9_TA(2024)0361A9-0284/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0031),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0010/2023),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ April 2023(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9‑0284/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013(2)

P9_TC1-COD(2023)0008


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni tiżvolġi rwol ċentrali fil-proċessi tat-tfassil tal-politika u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u, bħala tali, hi meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw it-tibdil demografiku, it-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-qafas għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(2)  L-istatistika dwar il-popolazzjoni hi denominatur importanti għal firxa wiesgħa ta’ indikaturi ta’ politika u tintuża bħala referenza fl-istatistika Ewropea kollha, b’mod partikolari biex jingħataw oqfsa tal-kampjunar għal stħarriġiet rappreżentattivi tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi, skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5).

(3)  Il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji sikwit jagħti mandat lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika biex jevalwa s-sostenibbiltà fit-tul u l-kwalità tal-finanzi pubbliċi skont il-projezzjonijiet tal-popolazzjoni magħmulin mill-Eurostat. Il-projezzjonijiet tal-popolazzjoni jintużaw ukoll għall-analiżi tal-politika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-istatistika kollha li teħtieġ biex tipproduċi u tippubblika projezzjonijiet tal-popolazzjoni skont il-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-Unjoni.

(4)  Skont l-Artikolu 175(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Id-data reġjonali u lokali inkluż għal tipi territorjali differenti bħar-reġjuni tal-fruntieri, il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali tagħhom, ir-reġjuni metropolitani, ir-reġjuni rurali, ir-reġjuni muntanjużi u tal-gżejjer hija meħtieġa għat-tħejjija ta’ dawk ir-rapporti u għall-monitoraġġ regolari tal-iżviluppi demografiċi u tal-isfidi demografiċi futuri possibbli fit-territorju tal-Unjoni.

(5)  Skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill għandha tkun definita inter alia fuq il-bażi tal-popolazzjoni tal-Istati Membri. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), l-Istati Membri bħalissa huma obbligati jipprovdu data lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-popolazzjoni totali fil-livell nazzjonali.

(6)  Fl-2017, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva l-Memorandum ta’ Budapest li ddikjara l-ħtieġa ta’ statistika annwali dwar id-daqs u dwar ċerti karatteristiċi soċjali, ekonomiċi u demografiċi tal-popolazzjoni u għal statistika aħjar dwar il-migrazzjoni. Għall-osservanza tal-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni taċ-ċittadini tagħha fl-attivitajiet kollha u d-drittijiet taċ-ċittadini kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea23 u fl-Artikoli 10 u 19 tat-TFUE, u għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-progress favur l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-Unjoni teħtieġ statistika affidabbli u komparabbli. Ir-Regolament (UE) 2019/1700 jipprovdi qafas għall-ġbir tad-data minn kampjuni li jippermettu l-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni sa fejn dan ikun fattibbli mill-kampjuni u biex jiġu analizzati xi aspetti tal-ugwaljanza u tad-diskriminazzjoni billi jinħolqu indikaturi soċjoekonomiċi u informazzjoni dwar l-esperjenza tad-diskriminazzjoni. Minbarra dan, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) iwettqu studji speċifiċi u stħarriġiet apposta li jistgħu jkomplu jestendu d-disponibbiltà tal-istatistika dwar l-ugwaljanza fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) tipprovdi data u informazzjoni miġbura permezz ta’ stħarriġiet dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni (Eurostat)) u dawk l-aġenziji jenħtieġ li jissaħħu aktar biex jissodisfaw id-domandi dejjem akbar tal-utenti għal data affidabbli u komprensiva dwar l-ugwaljanza u d-diversità fl-Unjoni.

(6a)   Il-Memorandum ta’ Budapest jappella wkoll għal statistika mtejba dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ definizzjonijiet komuni relatati mal-popolazzjoni u l-migrazzjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kunċetti u definizzjonijiet li huma statistikament sodi, rilevanti u applikabbli fid-dawl tat-tipi emerġenti ta’ migrazzjoni. L-avvenimenti tal-passat u li għadhom għaddejjin, bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u, il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u kriżijiet umanitarji oħra jissottolinjaw l-importanza ta’ statistika f’waqtha u dettaljata dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, li huma essenzjali biex tiġi stabbilita ħarsa ġenerali lejn il-flussi migratorji lejn l-Unjoni, fiha u minnha.

(7)  Biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ politiki effettivi jeħtieġu statistika aħjar dwar l-użu u l-effiċjenza tal-enerġija fl-akkomodazzjonijiet, data ġeografika dettaljata dwar id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni, u studji aktar profondi tar-relazzjoni bejn il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni. Il-pandemija tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher il-ħtieġa ta’ statistika affidabbli, frekwenti ħafna u fil-ħin dwar l-imwiet fl-Unjoni. Filwaqt li l-ħtiġijiet tad-data ntlaħqu bil-ġbir volontarju tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat), l-Unjoni teħtieġ mekkaniżmu xieraq għal ġbir obbligatorju ta’ dik id-data permezz tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) soġġetti għall-frekwenza, it-tempestività u d-dettall meħtieġa.

(7a)   Sabiex timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tal-miri ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat u tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fil-livell nazzjonali u sabiex tivvaluta l-effett distributtiv tat-tibdil fil-klima u tal-politiki b’mod ġenerali, l-Unjoni teħtieġ mekkaniżmu adegwat għall-ġbir obbligatorju ta’ tali data fi ħdan l-ESS, soġġetti għall-frekwenza, it-tempestività u d-dettall meħtieġa.

(8)  Kull għaxar snin, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU, wara proposta mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU, jadotta riżoluzzjonijiet dwar iċ-Ċensiment Dinji tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni u jistieden lill-pajjiżi membri tan-NU biex iwettqu ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni skont rakkomandazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u billi jħaddmu l-integrità, l-affidabbiltà, l-eżattezza u l-valur tar-riżultati taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni. L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

(9)  Is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv huma objettiv ċentrali tal-Kummissjoni. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” għandu l-għan li jirrazzjonalizza u jissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar b’25 % għall-impriżi u l-amministrazzjonijiet, filwaqt li ma jimminax l-objettivi ta’ politika relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) stabbilixxa qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea, abbażi ta’ prinċipji statistiċi komuni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji ta’ kwalità u jirreferi għall-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż tar-rispons minn fuq ir-rispondenti tal-istħarriġ u li jingħata kontribut għall-objettiv aktar ġenerali ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv. Qafas legali ġdid għall-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li jkun jimplimenta u jibni fuq il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dak ir-Regolament u jnaqqas il-piż amministrattiv billi jaċċetta l-użu mill-ġdid effettiv u effiċjenti tas-sorsi tad-data disponibbli, inkluż id-data amministrattiva.

(10)  L-evalwazzjoni tal-istatistika eżistenti(8) dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni, l-istatistika dwar il-flussi migratorji internazzjonali, l-istokkijiet migratorji, u l-istatistika dwar il-kisbiet taċ-ċittadinanza u dwar id-demografija wriet li l-qafas legali attwali li jinkludi r-Regolamenti (KE) Nru 862/2007(9), (KE) Nru 763/2008(10) u (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill wassal għal titjib ġenerali sinifikanti fl-istatistika meta mqabbel mas-sitwazzjoni tal-2005 meta l-qafas legali attwali ma kienx fis-seħħ. Madankollu, dak il-qafas għandu l-potenzjal ta’ nuqqas ta’ konsistenza u komparabbiltà, li jenħtieġ li jiġi indirizzat.

(11)  It-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali, is-sitwazzjoni demografika li qed tevolvi u x-xejriet riċenti tal-migrazzjoni ħolqu talbiet għal statistika Ewropea aktar fil-ħin, aktar frekwenti u aktar dettaljata dwar il-popolazzjoni, l-iżviluppi soċjoekonomiċi, avvenimenti vitali u l-akkomodazzjoni, inkluż dettalji ta’ suġġetti jew gruppi li saru rilevanti politikament u soċjalment fl-aħħar deċennju. Minbarra dan, il-qafas legali eżistenti mhux flessibbli biżżejjed biex jadatta għall-ħtiġijiet evolventi tal-politika u biex jippermetti l-użu ta’ sorsi ġodda fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-qafas legali eżistenti fil-forma ta’ tliet regolamenti separati, adottati fi żminijiet differenti, ikkawżat inkonsistenzi intrinsiċi fl-istatistika. Fl-aħħar nett, billi r-Regolament (UE) Nru 1260/2013 se jieqaf japplika fil-31 ta’ Awwissu 2028, hemm bżonn bażi ġuridika ġdida għall-istatistika demografika miġbura skont dak ir-Regolament. Għalhekk, il-qafas legali attwali jeħtieġ jinbidel b’wieħed ġdid, aktar konsistenti u flessibbli li jenħtieġ li jemenda l-partijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013.

(12)  L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 ikopri l-istatistika dwar il-pajjiż taċ-ċittadinanza u l-post tat-twelid tal-popolazzjoni residenti (stokkijiet migratorji), dwar il-bidliet tar-residenza bejn il-pajjiżi (flussi migratorji internazzjonali) u dwar il-kisbiet taċ-ċittadinanza tal-popolazzjoni residenti, filwaqt li l-istatistika l-oħra skont dak ir-Regolament tikkonċerna l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji relatati mal-leġiżlazzjoni tal-immigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. Għalhekk, l-istatistika kif imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament hija marbuta mill-qrib u jenħtieġ li tkun konsistenti mal-istatistika dwar il-popolazzjoni residenti u l-bidliet demografiċi tagħha prevista skont ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013. Għaldaqstant, biex tkun żgurata l-konsistenza intrinsika, dik l-istatistika jenħtieġ li tiġi integrata f’bażi legali waħda u jitħassar l-Artikolu 3 mir-Regolament (KE) Nru 862/2007.

(13)  In-natura li qed tinbidel malajr ta’ xi karatteristiċi tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari fejn jidħlu ċerti fenomeni demografiċi, soċjoekonomiċi u migratorji, u l-ħtieġa korrispondenti li l-politiki jiġu mmirati u adattati fil-pront tfisser li l-istatistika jeħtieġ tkun disponibbli fil-ħin, minnufih wara l-perjodu ta’ referenza. Għalhekk jenħtieġ li jsir avvanz tanġibbli fil-perjodiċità u fit-tempestività tal-istatistika, fejn ikun possibbli permezz tal-użu ta’ data amministrattiva u rekords amministrattivi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu riżorsi adegwati għall-istituti nazzjonali tal-istatistika tagħhom.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) jistabbilixxi metodoloġija abbażi tal-grilja għad-definizzjoni ta’ tipoloġiji territorjali bbażati fuq id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni f’ċelloli tal-grilja ta’ kilometru kwadru. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1799(12) bħala azzjoni statistika diretta temporanja li takkumpanja ċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni tal-2021 jipprevedi eżiti ewlenin taċ-ċensiment dwar grilja pan-Ewropea ta’ kilometru kwadru. Jenħtieġ li l-qafas legali jiżgura d-disseminazzjoni kontinwa ta’ statistika dwar il-popolazzjoni ġeoreferenzjata abbażi tal-grilji, u li jkun jista’ jiġi estiż għall-istatistika dwar l-akkomodazzjoni.

(15)  L-unitajiet territorjali u l-grilji tal-istatistika jenħtieġ li jiġu definiti skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.

(16)  Għall-ġeokodifikazzjoni tal-pożizzjoni, jenħtieġ li tintuża t-tema tal-Unitajiet Statistiċi f’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13).

(17)  Il-qafas legali attwali għal statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jeħtieġ li jiġi aġġornat biex ikun żgurat li l-proċessi statistiċi attwalment separati jiġu integrati kif xieraq f’qafas komuni li jippermetti lill-ESS tirrispondi b’mod effettiv għall-ħtiġijiet ġodda tal-informazzjoni tal-Unjoni, u li jħeġġeġ l-innovazzjonijiet statistiċi. Iridu jittejbu l-eżiti statistiċi ħalli jibqgħu rilevanti fid-dawl tal-bidliet u l-isfidi demografiċi, migratorji, soċjali u ekonomiċi, u appoġġ għat-tfassil tal-politika u għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(18)  L-istatistika regolari (annwali u infrannwali) mtejba dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni msejsa fuq sorsi amministrattivi, jenħtieġ li tiġi kkumplimentata b’informazzjoni minn ċensimenti kkoordinati tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni li jsiru kull għaxar snin skont il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet tan-NU. Daqstant importanti, iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni huma opportunità unika biex l-istatistika uffiċjali tkun viżibbli, kemm mil-lat ta’ operazzjonijiet u anki mil-lat ta’ riżultati.

(19)  Iċ-ċensimenti tal-Unjoni jenħtieġ li jsiru aktar kosteffettivi billi jintuża bis-sħiħ is-sett rikk ta’ data amministrattiva disponibbli fl-Istati Membri jew taħlita ta’ sorsi differenti, fosthom sorsi relatati mal-internet tal-oġġetti u l-forniment tas-servizzi diġitali abbażi tal-konklużjoni ta’ protokolli bejn l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-fornituri ta’ data minn bażijiet ta’ data privati. Jenħtieġ li jirrispettaw il-privatezza tad-data personali billi jistabbilixxu s-salvagwardji meħtieġa għall-ġbir tad-data personali biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin potenzjali u jiġu ggarantiti d-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li jintużaw ukoll biex terġa’ tiġi stabbilita l-linja bażi demografika, u biex l-istħarriġiet dwar il-kopertura tas-sorsi tad-data amministrattiva jiġu inklużi.

(20)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkollhom aċċess sostenibbli għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ sorsi tad-data biex jipproduċu statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni ta’ kwalità għolja u b’mod kosteffettiv. F’dan ir-rigward, hu kruċjali li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jiksbu aċċess fil-ħin u jkunu jistgħu jużaw fil-pront id-data amministrattiva li tkun proprjetà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Pereżempju, l-istatistika dwar l-effiċjenza enerġetika tal-bini tista’ tissejjes fuq data amministrattiva relatata mal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-enerġija tal-bini skont id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jużaw bis-sħiħ, b’mod regolari u f’waqtu, data amministrattiva mill-bażijiet tad-data interoperabbli għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li huma disponibbli fil-livell nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15). L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jeħtieġ ikunu involuti wkoll fid-deċiżjonijiet dwar it-tfassil u l-iżvilupp mill-ġdid tas-sorsi tad-data amministrattiva rilevanti ħalli jkun żgurat li dawn ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw għall-kompilazzjoni tal-istatistika uffiċjali.

(21)  Fl-aħħar snin, inħolqu bażijiet tad-data komprensivi fil-livell tal-Unjoni u sistemi tal-interoperabbiltà relatati mar-residenza, l-avvenimenti vitali, iċ-ċittadinanza u l-movimenti migratorji u transfruntieri tal-popolazzjoni bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 910/2014(16), (UE) 2018/1724(17), (UE) 2019/817(18) u (UE) 2019/818(19) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dawn jipprovdu informazzjoni utli li tista’ terġa’ tintuża għall-kompilazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni.

(22)  F’dak ir-rigward, hu essenzjali li l-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista’ tuża mill-ġdid dik id-data għal finijiet statistiċi biss soġġetta għall-applikazzjoni b’mod strett tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20). Dan jenħtieġ li jkun japplika b’mod partikolari għad-data statistika maħżuna fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) f’konformità mal-għan tas-CRRS stabbilit fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 u fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2019/818, u f’konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi li d-data statistika tagħhom tinħażen fis-CRRS. B’mod partikolari, meta jitqies li s-CRRS għandu jipprovdi data statistika u rapportar analitiku transsettorjali għall-finijiet ta’ politika, operazzjonali u ta’ kwalità tad-data, il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fil-Qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (eu-LISA), sa fejn ikun possibbli, biex tingħata l-istatistika Ewropea meħtieġa.

(23)  Data miżmuma privatament tirreferi għall-ammont vast ta’ data miżmuma minn entitajiet privati miksuba bħala riżultat tal-attività tagħhom, li tkun tista’ tintuża mill-awtoritajiet tal-istatistika u mill-Kummissjoni (Eurostat) biex jipproduċu statistika uffiċjali. Din id-data tista’ ttejjeb il-kopertura, it-tempestività u l-kapaċitajiet tar-rispons għall-kriżijiet tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, jew tippermetti l-innovazzjoni statistika. Din id-data għandha l-potenzjal li tikkumplimenta l-istatistika eżistenti dwar id-demografija u l-migrazzjoni, tikseb l-innovazzjoni statistika, u tgħin fil-produzzjoni ta’ stimi bikrija filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tad-detenturi tad-data. L-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkollhom aċċess għal dik id-data u jużawha u jikkooperaw mad-detenturi privati tad-data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(24)  Biex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hu essenzjali li jintużaw id-definizzjonijiet komuni tal-popolazzjoni u jiġu implimentati b’mod armonizzat. Biex il-bażi armonizzata unika tal-popolazzjoni tiġi implimentata b’mod konsistenti, sod u kosteffettiv filwaqt li jkunu żgurati riżultati fil-ħin, jeħtieġ li jiġu applikati ċerti metodi statistiċi u tekniki tal-immudellar ibbażati fuq ix-xjenza bħas-“sinjali tal-ħajja”, meta dan ikun xieraq.

(25)  L-Istati Membri jenħtieġ li jibagħtu d-data u l-metadata tagħhom b’mod elettroniku u bil-format tekniku xieraq li se tipprovdi l-Kummissjoni (Eurostat). Jenħtieġ li jintużaw l-istandards internazzjonali, bħall-inizjattiva tal-Iskambju tad-Data u tal-Metadata tal-Istatistika, u l-istandards tekniċi jew tal-istatistika elaborati fl-Unjoni, bħall-istandards tal-metadata u tal-validazzjoni jew il-prinċipji tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà, sa fejn ikun rilevanti għall-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni. L-ESSC approva l-istandards tal-ESS għall-metadata u r-rapporti tal-kwalità, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dawk l-istandards iridu jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tar-rapportar skont dan ir-Regolament, u għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti.

(26)  L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tkun tissodisfa l-kriterji tal-kwalità b’rabta mar-rilevanza, l-eżattezza, it-tempestività u l-puntwalità, l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza, il-komparabbiltà u l-koerenza speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-kwalità tagħhom jenħtieġ li tiżdied sa fejn jevolvu l-ħtiġijiet tal-Unjoni, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex jindirizzaw sitwazzjonijiet possibbli fejn il-kwalità tad-data ma tkunx iggarantita. Ir-riżultati xierqa tal-valutazzjoni tal-kwalità mwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jkunu disponibbli pubblikament għall-utenti tal-istatistika billi jiġi żgurat aċċess bla ħlas u faċli għal din l-istatistika mill-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni (Eurostat) fuq is-sit web tagħha u fil-pubblikazzjonijiet tagħha.

(26a)   L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tindirizza n-nuqqas persistenti ta’ data dwar il-gruppi vulnerabbli, jiġifieri gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu, bħall-persuni residenti f’istituzzjonijiet (pereżempju istituzzjonijiet militari, istituzzjonijiet korrettivi u penali, dormitorji ta’ skejjel u universitajiet, istituzzjonijiet reliġjużi, sptarijiet, ċentri tal-kura residenzjali, istituzzjonijiet għall-persuni b’diżabilità u orfanatrofji), il-persuni li għandhom 75+ sena, il-persuni b’diżabilità, il-persuni mingħajr dar, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni u l-persuni mingħajr Stat. Sabiex inaqqsu din id-diskrepanza fid-data u jipprevjenu l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw minnha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw strateġiji u soluzzjonijiet immirati għall-ġbir ta’ data dwar gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu, b’mod partikolari fir-rigward tas-sejba, l-ikkuntattjar, il-persważjoni u l-intervistar ta’ popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu u l-kuntatt magħhom.

(26b)   Politiki adegwati, f’waqthom u effettivi jippreżupponu data affidabbli u komparabbli, diżaggregata skont il-ġeneru, l-età u, meta rilevanti, in-nazzjonalità, l-istatus soċjoekonomiku, iż-żona ġeografika, u karatteristiċi oħra f’konformità mal-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 338(1) tat-TFUE u fil-Kodiċi ta’ prattika tal-Istatistika Ewropea u l-Qafas ta’ assigurazzjoni tal-Kwalità tal-ESS. Dik id-data hija rilevanti biex wieħed jifhem aħjar ix-xejriet tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni, tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni intersezzjonali u jiġu implimentati u vvalutati l-politiki, l-objettivi politiċi u l-azzjonijiet tal-Unjoni, bħall-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Garanzija Ewropea għat-Tfal, l-Istrateġija Ewropea għall-Kura, l-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Pjattaforma Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Kondizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar, li kollha jiddependu ħafna minn data dwar l-unitajiet domestiċi u l-familji. Id-diżaggregazzjoni tal-istatistika skont id-diżabbiltà jenħtieġ li tiġi mħeġġa bl-użu ta’ sorsi ta’ data amministrattivi eżistenti u ġodda, li jenħtieġ li jiġu ingranati biex tiġi esplorata l-inklużjoni tad-diżabbiltà. Il-ġbir u l-użu ta’ tali data jrid jitwettaq b’rispett sħiħ tal-istandards tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-privatezza u d-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari meta jinvolvi data dwar il-minorenni. Id-diżaggregazzjoni skont il-ġeneru jenħtieġ li tirrifletti d-data disponibbli fl-Istati Membri. F’xi Stati Membri, bħalissa huwa possibbli li persuni jirreġistraw legalment li għandhom it-tielet ġeneru, li spiss ikun ġeneru newtrali. Dan ir-Regolament ma jaffettwax ir-regoli nazzjonali rilevanti li jagħtu effett lil tali reġistrazzjoni.

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jinkludi regoli dwar il-forniment tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) u dwar l-użu ta’ din id-data, inkluż dwar it-trażmissjoni u l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali. Il-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw li d-data kunfidenzjali tingħata u tintuża esklużivament għall-finijiet tal-istatistika f’konformità mal-Artikoli 21 u 22 ta’ dak ir-Regolament.

(28)  Il-Kummissjoni (Eurostat) trid tirrispetta l-kunfidenzjalità statistika tad-data mogħtija mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Rigward l-istatistika dwar il-popolazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinħoloq approċċ armonizzat li jiżgura kwalità għolja tal-aggregati Ewropej, jevita l-iżvelar tad-data kunfidenzjali fl-eżiti statistiċi, u jevita kemm jista’ jkun is-soppressjoni tad-data.

(29)  Is-sorsi tad-data disponibbli fil-livell nazzjonali mhux dejjem ikunu jistgħu jaqbdu eżattament il-fenomeni relatati mal-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, l-aċċess tal-persuni għas-servizzi transfruntiera dwar avvenimenti vitali demografiċi u l-eżerċitar tad-drittijiet tal-persuni li jixtru u li jkunu sidien tal-akkomodazzjoni tagħhom stess użata bħala akkomodazzjoni primarja, villeġġjatura u sekondarja fl-Unjoni. Hemm ukoll diskrepanzi fil-flussi migratorji bilaterali u diffikultajiet biex jitkejlu l-gruppi tal-popolazzjoni, pereżempju fost il-popolazzjoni migranti, mingħajr saqaf jew mingħajr Stat. Għalhekk jenħtieġ li tissaħħaħ il-kondiviżjoni tad-data għall-finijiet tal-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-migrazzjoni, tkun żgurata l-kwalità tagħha, u titqies bħala sors ieħor tad-data. Din il-kondiviżjoni msaħħa tad-data tista’ tkopri firxa wiesgħa tad-data rilevanti, minn data li b’mod ċar ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-unitajiet statistiċi, direttament jew indirettament, għal data potenzjalment soġġetta għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità statistika. L-Istati Membri, fl-interess tagħhom stess u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, jenħtieġ li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-kondiviżjoni tad-data, inkluż fi proġetti pilota li jivvalutaw soluzzjonijiet siguri innovattivi. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll infrastruttura sigura biex tiffaċilita din il-kondiviżjoni tad-data u tiżgura s-salvagwardji meħtieġa kollha għall-protezzjoni tad-data.

(31)  Il-kondiviżjoni tad-data kunfidenzjali jenħtieġ li ssir biss wara talba li tiġġustifika l-ħtieġa ta’ kondiviżjoni ta’ dik id-data f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(32)  Fit-tul, l-isforzi kollaborattivi fl-ESS li jimmitigaw il-kwistjonijiet transfruntiera dwar il-kwalità tal-istatistika, bħad-duplikar tar-residenti tal-Unjoni li jgawdu l-libertà tal-moviment, jenħtieġ li, pereżempju, jibbenefikaw minn identifikaturi diġitali uniċi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(33)  Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679(21) u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE(22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, dawn ir-Regolamenti tal-aħħar iridu japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies ukoll li d-data personali pproċessata għal finijiet statistiċi fl-interess pubbliku hija data kunfidenzjali statistika, soġġetta għall-prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika. Għalhekk, tali data jenħtieġ li tintuża biss għal finijiet statistiċi u jenħtieġ li qatt ma tintuża għal miżuri jew deċiżjonijiet dwar kwalunkwe persuna fiżika partikolari. Jenħtieġ li data anonimizzata jew psewdonimizzata preferibbilment tintuża għall-ipproċessar, il-kondiviżjoni u l-arkivjar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika skont dan ir-Regolament sabiex jiġu ggarantiti s-salvagwardji kif adottati skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Meta d-data personali tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew ir-Regolament (UE) 2018/1725, jenħtieġ li jiġu applikati bis-sħiħ il-prinċipji tal-legalità, il-korrettezza, it-trasparenza u l-akkuratezza, tal-limitazzjoni tal-iskop, tal-minimizzazzjoni tad-data, tal-limitazzjoni tal-ħżin, u tal-integrità u l-kunfidenzjalità. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw ukoll il-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u elaborati aktar fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea.

(34)  L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni jenħtieġ li tevolvi biex tkun tqis il-ħtiġijiet emerġenti tad-data li joħorġu mill-prijoritajiet ta’ politika li qed jinbidlu, u mill-bidliet fis-sitwazzjoni demografika, migratorja, soċjali jew ekonomika fl-Unjoni. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li twettaq studji pilota u ta’ fattibbiltà biex tivvaluta l-fattibbiltà tal-adattamenti kkonċernati, kif xieraq, u jenħtieġ li tqis ċerti aspetti bħall-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi fuq l-Istati Membri u d-disponibbiltà ta’ sorsi tad-data xierqa. Hija u tħejji dawk l-istudji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura r-rappreżentattività tal-istudji fil-livell tal-Unjoni, li jirriflettu d-diversitajiet nazzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa r-riżultati tal-istudji f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

(35)  Biex jitqiesu x-xejriet demografiċi, ekonomiċi u soċjali, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtieġa li jitfasslu politiki mmirati tajjeb b’mod f’waqtu, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-lista, id-deskrizzjoni, il-perjodiċitajiet u ż-żminijiet ta’ referenza tas-suġġetti dettaljati koperti mill-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni; biex taġġorna l-perjodiċitajiet u ż-żminijiet ta’ referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u biex tispeċifika l-informazzjoni li jridu jagħtu l-Istati Membri fuq bażi ad hoc. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(23). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(35a)   L-importanza tal-istatistika Ewropea bħala parti essenzjali mit-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza hija riflessa fil-qafas tal-ipprogrammar u finanzjarju stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku). Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw għal appoġġ finanzjarju mill-Programm tas-Suq Uniku kif ukoll mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25) f’konformità mal-objettivi u r-regoli ta’ dawk l-istrumenti, għall-adattament tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom, għat-titjib tal-metodoloġija u tal-kwalità tad-data tal-istatistika u tal-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ ġabriet ta’ data ad hoc skont dan ir-Regolament.

(36)  F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046(26), mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27) u mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95(28), (Euratom, KE) Nru 2185/96(29) u (UE) 2017/1939(30), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2018/1046, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandha tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u għandha tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(37)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tad-data u tal-metadata, il-formati tekniċi u l-proċeduri għall-forniment tad-data u tal-metadata, il-kontenut u l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32).

(38)  Meta l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, tkun teħtieġ adattamenti kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru għal forniment tad-data b’perjodiċità inqas minn għaxar (10) snin, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f’każijiet debitament ġustifikati u għal żmien limitat, tkun tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri kkonċernati.

(39)  Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-konsistenza u l-komparabbiltà, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(40)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fis-16 ta’ Marzu 2023.

(41)  L-ESSC ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “ċittadinanza” tfisser ir-rabta legali partikulari bejn persuna fiżika u l-Istat tiegħu jew tagħha, miksuba bit-twelid jew bin-naturalizzazzjoni, kemm jekk b’dikjarazzjoni, b’għażla, bi żwieġ, b’adozzjoni jew b’xi mezz ieħor f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(2)  “residenza abitwali” tfisser il-post fejn persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament mill-assenzi temporanji minħabba rikreazzjoni, vaganzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, trattament mediku jew pellegrinaġġi reliġjużi. Il-persuni li ġejjin biss għandhom jitqiesu bħala residenti abitwali ta’ żona ġeografika speċifika:

(a)  dawk li għexu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom ħafna mill-ħin fit-12-il xahar qabel u fid-data ta’ referenza; jew

(b)  dawk li waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom tul it-12-il xahar qabel u fid-data ta’ referenza, u li beħsiebhom jew jistennew li jibqgħu hemm għal ħafna mill-ħin għal mill-inqas 12-il xahar wara l-wasla;

(3)  “sinjali tal-ħajja” tfisser informazzjoni li tindika l-preżenza attwali u r-residenza abitwali ta’ persuna fit-territorju ta’ interess, inkluż informazzjoni miksuba mingħand kwalunkwe sors xieraq jew kombinament tagħhom, inkluż traċċi diġitali li jirrelataw mal-persuna;

(4)  ▌

(5)  “migrazzjoni internazzjonali” tfisser l-avveniment biex persuna tistabbilixxi r-residenza abitwali tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, u li qabel kienet abitwalment residenti fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor;

(6)  “immigrant” tfisser persuna li għaddiet minn migrazzjoni internazzjonali tul il-perjodu ta’ referenza biex tistabbilixxi r-residenza abitwali l-ġdida tagħha fil-pajjiż tar-rapportar;

(7)  “migrant” tfisser persuna li għaddiet minn migrazzjoni internazzjonali tul il-perjodu ta’ referenza biex tistabbilixxi r-residenza abitwali l-ġdida tagħha barra mill-pajjiż tar-rapportar, u li qabel kienet abitwalment residenti fil-pajjiż tar-rapportar;

(8)  “migrazzjoni interna” tfisser l-avveniment biex persuna tbiddel il-post tar-residenza abitwali tagħha fit-territorju tal-pajjiż tar-rapportar;

(8a)   “gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu” tfisser gruppi ta’ individwi li għalihom jeżisti ostaklu reali jew perċepit għall-inklużjoni jew l-identifikazzjoni sħiħa u rappreżentattiva fil-ġbir ta’ data statistika, jew minħabba nuqqas ta’ kopertura tal-gruppi rispettivi, jew minħabba nuqqas ta’ karatteristiċi speċifiċi biex jidentifikawhom;

(9)  “postijiet tal-għajxien” tfisser struttura temporanja jew permanenti, post ta’ kenn jew ta’ alloġġ fejn tkun qed tgħix persuna waħda jew aktar, irrispettivament minn jekk ikunx imfassal jew maħsub għall-abitazzjoni tal-bniedem;

(10)  ▌ “abitazzjonijiet konvenzjonali” huma bini strutturalment separat u indipendenti f’postijiet fissi li huma mfassla għal abitazzjoni permanenti tal-bniedem u li fid-data ta’ referenza huma:

(a)  użati bħala residenza abitwali;

(b)  mhux okkupati; jew

(c)  użati bħala residenza sekondarja jew staġunali.

(x)  “bini separat” tfisser bini mdawwar b’ħitan u mgħotti b’bejt jew saqaf b’tali mod li persuna waħda jew aktar ikunu jistgħu jirrisjedu hemmhekk indipendentement minn oħrajn;

(xx)  “bini indipendenti” tfisser bini b’aċċess dirett minn triq jew taraġ, passaġġ, kuritur jew art;

(11)  “bini maħsub għall-abitazzjoni” tfisser struttura permanenti magħmula minn abitazzjoni konvenzjonali waħda jew aktar, jew li hija maħsuba għal akkomodazzjoni istituzzjonali jew kollettiva.

(12)  “unità domestika” tfisser grupp ta’ żewġ persuni jew aktar li jaqsmu post tal-għajxien ▌ jew persuna individwali li ma tifformax parti minn unità domestika oħra;

(12a)   “istituzzjoni” tfisser post tal-għajxien kollettiv għall-fini ta’ abitazzjoni u ta’ forniment ta’ servizzi fit-tul meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum lil grupp ta’ persuni;

(13)  “familja” tfisser grupp ta’ żewġ persuni jew aktar li jgħixu l-biċċa l-kbira taż-żmien fl-istess unità domestika u li huma relatati bil-paternità jew bi sħubija matrimonjali, reġistrata jew unjoni konsenswali;

(14)  “rekords amministrattivi” tfisser data ġġenerata minn sors nonstatistiku, normalment reġistru miżmum minn korp pubbliku, li l-għan ewlieni tiegħu ma jkunx il-forniment tal-istatistika;

(15)  “dominju” tfisser sett wieħed jew aktar tad-data li jkopri suġġetti speċifiċi;

(16)  “suġġett” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi, u kull suġġett ikun ikopri għadd ta’ suġġetti dettaljati;

(17)  “suġġett dettaljat” tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi relatati ma’ suġġett, u kull suġġett dettaljat ikun ikopri varjabbli wieħed jew aktar;

(18)  “sett tad-data” ▌tfisser varjabbli aggregat wieħed jew aktar organizzati f’forma strutturata;

(19)  “ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni” tfisser is-settijiet tad-data u metadata dettaljati ta’ għaxar snin li jridu jiġu pprovduti skont dan ir-Regolament;

(20)  “unità statistika” tfisser membru wieħed ta’ univers ta’ entitajiet, jiġifieri persuni, oġġetti jew avvenimenti li dwarhom tinġabar id-data u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ▌ kkompilata l-istatistika;

(21)  “varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità statistika li jista’ jkollha aktar minn sett wieħed ta’ valuri;

(22)  “diżaggregazzjoni” tfisser sett ta’ valuri predefiniti diskreti, eżawrjenti u reċiprokament esklużivi li jistgħu jiġu assenjati lil varjabbli li jikkaratterizzaw lil unitajiet statistiċi;

(23)  “livell nazzjonali” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru;

(24)  “livell reġjonali” tfisser il-livell NUTS3 kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(25)  “livell lokali” tfisser il-livell tal-unità amministrattiva lokali ▌ kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(26)  “livell tal-grilja” tfisser grilja statistika kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(27)  “oqfsa” tfisser lista, materjal jew apparat li jiddelimita u jidentifika l-elementi tal-popolazzjoni fil-mira u, skont l-użu, jistgħu jippermettu aċċess għal karatteristiċi addizzjonali tal-elementi u/jew jipprovduhom;

(28)  “data ta’ referenza” tfisser il-mument tal-ħin li għalih tirreferi l-istatistika;

(29)  “perjodu ta’ referenza” tfisser l-intervall taż-żmien li għalih tirreferi l-istatistika dwar l-avvenimenti;

(30)  “żmien ta’ referenza” tfisser data ta’ referenza jew perjodu ta’ referenza, skont jekk l-istatistika tkunx dwar avvenimenti jew dwar unitajiet statistiċi oħra;

(31)  “metadata” tfisser informazzjoni meħtieġa biex l-istatistika tkun tista’ tintuża u tiġi interpretata, u li tiddeskrivi s-settijiet tad-data b’mod strutturat;

(32)  “settijiet tad-data verifikati minn qabel” tfisser settijiet tad-data verifikati mill-Istati Membri, abbażi ta’ regoli komuni miftiehma ta’ validazzjoni;

(33)  “rapport tal-kwalità” tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar il-kwalità ta’ prodott jew proċess statistiku.

Artikolu 3

Bażi tal-popolazzjoni

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-bażi tal-popolazzjoni tikkonsisti fil-persuni kollha li fid-data ta’ referenza jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Unjoni f’unità territorjali speċifikata ta’ Stat Membru fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali jew tal-grilja.

2.  Il-bażi tal-popolazzjoni għandha tinkludi lill-persuni abitwalment residenti kollha, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew minn jekk il-persuna hix jew kinitx qabel mingħajr Stat ▌.

3.  Il-bażi tal-popolazzjoni għandha teskludi lill-persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom barra mit-territorju tal-Istat Membru irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza, u irrispettivament minn kull rabta familjari, soċjali, ekonomika jew ta’ proprjetà li l-persuna jista’ jkollha mal-Istat Membru.

4.  Il-persuni mingħajr residenza abitwali għandhom jiġu attribwiti, bħala post tar-residenza abitwali, il-post fejn ikunu fid-data ta’ referenza.

5.  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-definizzjoni ta’ residenza abitwali prevista f’dan ir-Regolament għas-settijiet tad-data kollha mogħtija lill-Kummissjoni (Eurostat) skont dan ir-Regolament u għal-livell nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-grilja.

6.  Meta japplikaw id-definizzjoni ta’ residenza abitwali, l-Istati Membri għandhom jużaw:

(a)  sors tad-data wieħed jew kombinament ta’ sorsi tad-data msemmija fl-Artikolu 9(1);

(b)  metodi ta’ stima bħal “sinjali tal-ħajja” kif ukoll metodi ta’ stima statistika oħrajn ibbażati fuq ix-xjenza, iddokumentati tajjeb u disponibbli pubblikament biex jikkoreġu l-preżenza proprja fil-post preżunt tar-residenza abitwali għal ħafna miż-żmien tul it-12-il xahar sad-data ta’ referenza, u ▌ biex jiġi stmat l-għadd ta’ persuni li jkun beħsiebhom jew jistennew li jibqgħu għal ħafna miż-żmien tul it-12-il xahar wara l-wasla.

6a.   Għall-fini tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar il-popolazzjoni totali tal-Istati Membri fi tmiem kull sena ta’ referenza kif disponibbli fil-Kummissjoni (Eurostat) fil-31 ta’ Awwissu tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena ta’ referenza.

Artikolu 4

Unitajiet statistiċi

L-istatistika skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkumpilata għall-unitajiet statistiċi li ġejjin:

(a)  persuni;

(b)  avvenimenti vitali;

(c)  familji;

(d)  unitajiet domestiċi;

(e)  binjiet maħsuba għall-abitazzjoni, postijiet tal-għajxien inkluż istituzzjonijiet, u abitazzjonijiet konvenzjonali.

Artikolu 5

Rekwiżiti tal-istatistika

1.  L-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni għandha tkopri d-dominji li ġejjin:

(a)  id-demografija

(b)  l-akkomodazzjoni;

(c)  il-familji u l-unitajiet domestiċi.

2.  L-istatistika fid-dominji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi organizzata f’settijiet tad-data skont is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati kif stabbilit fl-Anness. Meta l-unità statistika tkun persuna, is-settijiet tad-data għandhom jiġu diżaggregati skont il-ġeneru u l-età, u meta rilevanti skont karatteristiċi oħrajn.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex temenda l-lista tas-suġġetti dettaljati fl-Anness. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu taż-żmien ta’ referenza rilevanti.

4.  Meta teżerċita s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ma jixħtux piż sinifikanti u sproporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti tal-istħarriġ. Kull suġġett dettaljat ġdid għandu jiġi vvalutat fuq il-fattibbiltà tiegħu bi studji pilota mwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) u mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tas-settijiet tad-data u tal-metadata li jridu jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:

(a)  it-titoli tal-varjabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-diżaggregazzjonijiet tagħhom;

(b)  speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi u tal-metadata;

(c)  il-klassifikazzjonijiet statistiċi li jridu jintużaw;

(d)  l-iskadenzi tal-forniment;

(e)  il-formati tekniċi tas-settijiet tad-data u l-forniment tal-metadata;

(f)  il-kontenut, l-istruttura, il-perjodiċità, il-modalitajiet u l-iskadenzi tal-forniment tar-rapporti tal-kwalità, u speċifikazzjonijiet oħra meta dawn ikunu meħtieġa u ġustifikati.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) mill-inqas 12-il xahar qabel ma jibda l-perjodu ta’ referenza rilevanti, għajr għaċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni li għalih l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-inqas 24 xahar qabel ma tibda s-sena meta taħbat id-data ta’ referenza.

Artikolu 6

Perjodiċità u żminijiet ta’ referenza

1.  L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni trimestrali, biannwali, annwali u pluriennali, u f’ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni ta’ kull għaxar snin.

2.  Is-snin li jintemmu b’“1” għandhom ikunu s-snin ta’ referenza għaċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni ta’ kull għaxar snin.

3.  Is-snin li jintemmu bil-“1”, bil-“5” u bit-“8” għandhom ikunu s-snin ta’ referenza għall-istatistika pluriennali.

4.  Il-perjodiċità u ż-żmien ta’ referenza ▌għal kull suġġett dettaljat għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

5.  L-ewwel data ta’ referenza li għaliha trid tingħata l-istatistika annwali dwar is-suġġett “stokkijiet tal-popolazzjoni” għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2025. L-ewwel żmien ta’ referenza li għalih trid tingħata kull statistika oħra skont dan ir-Regolament għandu jkun fl-2026.

6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex temenda l-Anness billi taġġorna l-perjodiċitajiet u ż-żminijiet ta’ referenza.

Artikolu 7

Rekwiżiti tal-istatistika ad hoc

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu settijiet tad-data ad hoc u metadata lill-Kummissjoni (Eurostat).

2.  .Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 17 billi tispeċifika s-settijiet tad-data u l-metadata li jridu jagħtu l-Istati Membri fuq bażi ad hoc, meta l-ġbir ta’ statistika addizzjonali ikun jitqies meħtieġ biex jiġu indirizzati ħtiġijiet statistiċi addizzjonali skont dan ir-Regolament, filwaqt li tagħti prijorità lis-sorsi tad-data u r-rekords amministrattivi li għandhom jintużaw għall-ġbir tad-data mitluba.

3.  L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jispeċifikaw:

(a)  is-suġġetti dettaljati li jridu jingħataw fis-settijiet tad-data ad hoc u r-raġunijiet għal dawn il-ħtiġijiet statistiċi addizzjonali;

(b)  iż-żminijiet ta’ referenza.

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati kif imsemmi fil-paragrafu 2 li jibdew mis-sena ta’ referenza 2027 u bi intervall minimu ta’ sentejn bejn kull ġbir ad hoc.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-proprjetajiet tekniċi tas-settijiet tad-data ad hoc u l-metadata imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:

(a)  it-titoli tal-varjabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-diżaggregazzjonijiet tagħhom;

(b)  speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi u tal-metadata;

(c)  il-klassifikazzjonijiet statistiċi li jridu jintużaw;

(d)  l-iskadenzi tal-forniment.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) fi żmien 12-il xahar qabel jibda ż-żmien ta’ referenza.

Artikolu 8

Settijiet tad-data u l-metadata li trid tiġi trażmessa lill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) settijiet tad-data u metadata verifikati minn qabel f’konformità mal-Anness bil-format tekniku speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Is-settijiet tad-data u l-metadata għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz tas-servizzi tal-punt uniku ta’ dħul.

2.  Meta l-Istati Membri jippubblikaw id-data meħtieġa minn dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali qabel l-iskadenzi tat-trażmissjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(5), dawn għandhom jipprovduhom lill-Kummissjoni (Eurostat) mingħajr dewmien bla bżonn, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju mill-pubblikazzjoni nazzjonali.

3.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat):

(a)  settijiet tad-data u metadata riveduti jekk tkun saret xi reviżjoni wara li jkunu ngħataw inizjalment is-settijiet tad-data meħtieġa skont dan ir-Regolament;

(b)  settijiet tad-data u metadata riveduti għall-perjodu taż-żmien rilevanti jekk tkun saret xi reviżjoni fis-settijiet tad-data mogħtija lill-Kummissjoni (Eurostat) qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Is-settijiet tad-data u l-metadata riveduti għandhom jiġu trażmessi sa 14-il jum kalendarju mir-reviżjoni u jiġu kkomplementati b’rapportar tal-kwalità skont l-Artikolu 12.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni biex jiġu riveduti settijiet ta’ data u metadata mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 9

Sorsi ta’ data u metodi

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jużaw sors wieħed tad-data jew kombinament tagħhom minn dawn li ġejjin, diment li dawn ikunu jippermettu l-produzzjoni ta’ statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12:

(a)  sorsi tad-data amministrattiva;

(b)  stħarriġiet statistiċi jew ġbir ieħor tad-data statistika;

(c)  sorsi oħra, inkluż data miżmuma privatament;

(d)  l-użu mill-ġdid ta’ data derivata mill-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat) fl-ESS.

2.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw il-kwalità tas-sorsi tad-data tagħhom, inkluż tar-rekords amministrattivi u sorsi xierqa oħra użati.

3.  L-Istati Membri għandu jkollhom il-mira jiżviluppaw kontinwament sorsi u metodi innovattivi u jużawhom biex itejbu l-istatistika miġbura skont dan ir-Regolament, dment li dawn ikunu jippermettu l-produzzjoni ta’ statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12.

4.  L-istatistika miġbura skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq metodi statistikament sodi u dokumentati sew, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali u l-aqwa prattiki bħas-“sinjali tal-ħajja” ▌u metodi oħra ta’ stima statistika bbażati fuq ix-xjenza użati għall-kompilazzjoni tal-popolazzjoni abitwalment residenti fl-Istati Membri.

5.  Fuq talba debitament ġustifikata mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati tal-valutazzjoni tas-sorsi tad-data, id-dokumentazzjoni tal-metodi u l-kjarifiki meħtieġa.

Artikolu 10

Aċċess fil-ħin u użu mill-ġdid tad-data amministrattiva

1.  F’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorsi tad-data amministrattiva rilevanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ din id-data fil-ħin u bi frekwenza biżżejjed biex jipproduċu u jissottomettu statistika sal-iskadenzi u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mir-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa għall-aċċess f’waqtu u mingħajr ħlas għal dawk ir-rekords.

1a.   Għall-fini tal-produzzjoni ta’ statistika dwar is-suġġett dettaljat tal-karatteristiċi relatati mal-enerġija tal-bini, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollhom aċċess f’waqtu u regolari għall-bażijiet tad-data nazzjonali dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont id-Direttiva (UE) 2024/1275 u għandhom jitħallew jużaw mill-ġdid id-data amministrattiva minn dawk il-bażijiet tad-data.

1b.   Għall-fini tal-produzzjoni ta’ analiżi tal-popolazzjoni skont il-ġeneru, l-istituti nazzjonali tal-istatistika għandhom jużaw l-informazzjoni disponibbli fis-sorsi ta’ data amministrattiva nazzjonali.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha titħalla, meta titlob dan, taċċessa u terġa’ tuża fil-ħin id-data u l-metadata rilevanti mill-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż skont ir-Regolamenti (UE) Nru 910/2014, (UE) 2018/1724 u data statistika maħżuna fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS). B’mod partikolari, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taċċessa d-data mis-sistemi interoperabbli tal-IT fuq skala kbira (LSITs) fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mis-CRRS, f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u mar-Regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi li d-data statistika tagħhom tinħażen fis-CRRS. Għaldaqstant, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibqa’ tikkoopera mal-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data statistika u l-metadata personalizzati meħtieġa, meta possibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni, għal statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, il-modalitajiet operazzjonali għall-forniment tagħha u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa li jakkumpanjawha.

Artikolu 11

Listi tal-pajjiżi u t-territorji

1.  Meta s-settijiet tad-data jkunu jinkludu informazzjoni skont il-pajjiż jew it-territorju, l-Istati Membri għandhom jużaw diżaggregazzjonijiet speċifiċi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw jew jaġġornaw il-listi tal-pajjiżi u tat-territorji li għandhom japplikaw għad-diżaggregazzjoni tal-istatistika miġbura skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament. ▌

3.  L-atti ta’ implimentazzjoni li jemendaw aktar minn terz tal-kategoriji ta’ diżaggregazzjoni tal-pajjiżi jew tat-territorji għandhom japplikaw mhux qabel 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 12

Rekwiżiti tal-kwalità u r-rappurtar tal-kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tas-settijiet tad-data u l-metadata trażmessi.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u effettivi biex:

(a)  jimplimentaw ir-regoli relatati mal-bażi tal-popolazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3, b’mod uniformi u indipendenti mis-sorsi tad-data użati;

(b)  jaqbdu jew jagħmlu stima tal-gruppi tal-popolazzjoni li huma diffiċli biex jintlaħqu;

(c)  jikkontrollaw l-eżawrjenza u l-eżattezza tal-popolazzjoni koperta f’konformità mal-Artikolu 3;

(d)  jistabbilixxu oqfsa li huma validi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/1700;

(e)  jevitaw riskji possibbli ta’ qbiż jew ta’ duplikar relatati mal-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, l-aċċess tal-persuni għas-servizzi transfruntieri relatati mal-avvenimenti vitali, u d-drittijiet tal-persuna li tixtri proprjetà transfruntiera, u li tippossjedi u tuża proprjetà għall-akkomodazzjoni fl-Unjoni, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta’ identifikaturi diġitali uniċi;

(f)  jevitaw riskji possibbli ta’ qbiż jew għadd doppju u jiżguraw komparabbiltà aħjar tal-flussi migratorji;

(g)  jipprovdu d-data meħtieġa kollha lill-Kummissjoni (Eurostat) biex tiżgura l-kompletezza tal-istatistika Ewropea ppubblikata.

2a.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tal-metadata dwar l-ispeċifikazzjonijiet, tad-data bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li tippubblikaha b’mod faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Kummissjoni (Eurostat).

3.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport tal-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-ewwel darba sal-31 ta’ Marzu 2027 u mbagħad kull sena li tintemm biż-“0”, bi “3” jew b’“7”, li jiddeskrivi l-kwalità tal-istatistika pprovduta u l-proċessi statistiċi għas-settijiet tad-data pprovduti tul il-perjodu. Dawk ir-rapporti ta’ kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar is-sorsi tad-data u l-metodi użati, l-applikazzjoni tal-kunċetti u d-definizzjonijiet u l-effetti possibbli relatati fuq il-kwalità tas-sorsi tad-data magħżula, ir-reviżjonijiet tad-data u r-raġunijiet u l-impatti tagħhom u l-metodi tal-kontroll tal-iżvelar statistiku. Ir-rapporti tal-kwalità għandhom jagħtu dettalji wkoll dwar kif l-Istati Membri applikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u kif ġew issodisfati l-kriterji tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti tal-kwalità u l-kontenut tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni ma għandhomx jimponu piż jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.

Dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

4a.   Kwalunkwe adattament kbir previst minn tali atti ta’ implimentazzjoni jista’ jkun is-suġġett ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku skont l-Artikolu 15 jew deroga skont l-Artikolu 19(1a).

5.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kemm jista’ jkun malajr lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kull informazzjoni jew bidla rilevanti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-istatistika pprovduta u għandhom jieħdu azzjoni biex isolvu l-kwistjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

6.  Fuq talba debitament ġustifikata mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-kjarifiki addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika, bħar-riżultati tal-valutazzjoni tas-sorsi tad-data u d-dokumentazzjoni tal-metodi.

Artikolu 13

Kondiviżjoni tad-data

1.  L-għan tal-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika), u bejn dawk l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat), għandhom ikunu esklużivament għall-finijiet ta’ żvilupp u produzzjoni tal-istatistika Ewropea li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ▌biex titjieb il-kwalità tagħha.

2.  Fl-interess tal-kondiviżjoni sigura tad-data fl-ESS, għandhom jittieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa inkluż infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data b’rabta mal-protezzjoni fiżika, teknika u loġika tad-data. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi infrastruttura sigura biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1. ▌L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jużaw din l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li jużaw din l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu bħala kontrolluri konġunti għall-ipproċessar ta’ data personali fl-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data. Fil-każ li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jużaw infrastruttura oħra għall-kondiviżjoni tad-data, huma għandhom jiżguraw li tali infrastruttura tipprevedi tal-anqas sigurtà ekwivalenti għal dik stabbilita mill-Kummissjoni (Eurostat).

3.  Meta d-data kkonċernata tkun data kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jew data personali skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, il-kondiviżjoni ta’ dik id-data ▌ tista’ ssir b’mod volontarju diment li tkun:

(a)  ibbażata fuq talba li tiġġustifika l-ħtieġa li d-data tiġi kondiviża f’kull każ individwali, b’mod partikolari b’rabta ma’ kwistjonijiet tal-kwalità li jridu jiġu indirizzati speċifikament;

(b)  ibbażata ▌ fuq teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u mfassla speċifikament biex jimplimentaw il-prinċipji tar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, b’attenzjoni partikolari għal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-ħżin, l-integrità u l-kunfidenzjalità;

(c)  mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3a.   Għall-fini tal-kondiviżjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, id-data mhux kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża bejn l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra ta’ Stati Membri differenti u bejn dawn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat).

4.  Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri għandhom iwettqu studji pilota biex jittestjaw u jivvalutaw l-infrastruttura għat-teknoloġiji rilevanti li jtejbu l-privatezza fil-kondiviżjoni tad-data, u l-adegwatezza tagħhom.

5.  Meta l-istudji pilota mwettqa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jidentifikaw soluzzjonijiet effettivi u siguri għall-kondiviżjoni tad-data għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-kondiviżjoni tad-data u miżuri għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 14

Studji pilota u tal-fattibbiltà

1.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, meta meħtieġ u xieraq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tniedi studji pilota u tal-fattibbiltà bil-għan li:

(a)  tivvaluta d-disponibbiltà tas-sorsi tad-data u l-kwalità tagħhom, inkluż ta’ data miżmuma pubblikament u privatament fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni;

(b)  tiżviluppa u tivvaluta l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ ▌ suġġetti dettaljati, unitajiet statistiċi, varjabbli ġodda u d-diżaggregazzjoniet tagħhom;

(ba)   tivvaluta d-disponibbiltà tas-sorsi tad-data u ttejjeb il-metodi għall-għoti ta’ statistika dwar id-diżabbiltà ta’ persuni u tittestja l-istatistika ta’ diżaggregazzjoni, inkluża l-komparabbiltà tagħha, f’konformità mad-dritt nazzjonali u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data u l-kontroll tad-divulgazzjoni;

(c)  tiżviluppa metodoloġiji u tekniki statistiċi ġodda biex issaħħaħ il-kwalità u ttejjeb l-informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet diffiċli biex jintlaħqu;

(d)  tnaqqas id-diskrepanzi fid-data tal-flussi migratorji u tiżgura l-komparabbiltà aħjar tagħhom;

(da)   tnaqqas l-għadd baxx jew l-għadd doppju tan-nies possibbli;

(e)  tittestja u tivvaluta l-infrastruttura għat-teknoloġiji rilevanti li jsaħħu l-privatezza għal kondiviżjoni sigura tad-data fl-ESS f’konformità mal-Artikolu 13(4), u l-adegwatezza tagħhom.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’dawk l-istudji iżda, flimkien mal-Kummissjoni (Eurostat), għandhom jiżguraw ir-rappreżentattività ta’ dawk l-istudji fil-livell tal-Unjoni.

3.  Ir-riżultati ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapporti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri dwar is-sejbiet ta’ dawk l-istudji.

Artikolu 15

Finanzjament

1.  Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir disponibbli mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għal:

(a)  adattamenti tal-infrastruttura u taħriġ fis-sistema nazzjonali tal-istatistika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sorsi tad-data, metodoloġiji, kondiviżjoni tad-data, unitajiet statistiċi, suġġetti, suġġetti dettaljati, varjabbli ġodda jew imtejba, u d-diżaggregazzjonijiet tagħhom

(aa)   it-tħejjija u l- implimentazzjoni tal-ġbir tad-data ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)  il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fi studji pilota u tal-fattibbiltà rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 14.

1a.   L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni magħmula disponibbli skont dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-Programm tas-Suq Uniku bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jistgħu japplikaw għal appoġġ minn programmi finanzjarji applikabbli oħrajn tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-regoli ta’ programmi bħal dawn. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll għall-appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex itejbu l-kwalità tal-istatistika u jiżviluppaw metodoloġiji skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u l-objettiv tiegħu li jrawwem il-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-data u tal-istatistika.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90 % tal-kostijiet eliġibbli.

Aritkolu 16

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fl-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament b’deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ xi strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzatorju responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-UPPE jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(3), 6(6) u 7(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal żmien indefinit li jibda minn [OP: please insert the date of entry into force of this Regulation].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(3), 6(6) u 7(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar il-ħidma preparatorja tiegħu .

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(3), 6(6) u 7(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssirx oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. B’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

Artikolu 18

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu19

Derogi

1.  Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ▌ tkun teżiġi xi adattamenti kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lil dak l-Istat Membru, għal żmien massimu ta’ seba’ snin.

1a.   Meta l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament jirrikjedu li jsiru adattamenti kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, derogi lil dak l-Istat Membru, għal perjodu massimu ta’ tliet snin.

2.  Meta tagħti d-derogi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-komparabbiltà tal-istatistika tal-Istat Membri u l-kalkolu fil-ħin tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u affidabbli meħtieġa. Meta tagħti dawk id-derogi, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti relatati mal-istatistika, mal-metadata u mal-kwalità koperti minn dan ir-Regolament u li qabel kienu koperti mir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 jew mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 jissoktaw bla interruzzjoni.

3.  L-Istat Membru għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata għal deroga lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 1a u 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 20

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 862/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Ewropea dwar il-proċeduri tal-ażil u dwar il-proċeduri amministrattivi u ġuridiċi relatati mal-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin”;

(2)  fl-Artikolu 1, il-punti (a) u (b) jitħassru;

(3)  fl-Artikolu 2(1), jitħassru l-punti (a), (b), (c), (f) u (g);

(3a)   fl-Artikolu 2(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej: "

“(d) “ċittadinanza” tfisser ċittadinanza kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) .../... tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(33)”;

"

(4)  l-Artikolu 3 jitħassar;

(5)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 9c

Aċċess fil-ħin għal u użu mill-ġdid tad-data amministrattiva

1.  F’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorsi tad-data amministrattiva rilevanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dik id-data fil-ħin u soġġett għal frekwenza biżżejjed biex jipproduċu u jissottomettu statistika sal-iskadenzi u f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mir-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa għall-aċċess għal dawk ir-rekords fil-ħin, mingħajr ħlas.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha titħalla, meta titlob dan, taċċessa u terġa’ tuża fil-ħin id-data u l-metadata rilevanti mill-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż skont ir-Regolamenti (UE) Nru 910/2014, (UE) 2018/1724 u data statistika maħżuna fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS). B’mod partikolari, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taċċessa d-data mis-sistemi interoperabbli tal-IT fuq Skala Kbira (LSITs) fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mis-CRRS f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u mar-Regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi li d-data statistika tagħhom tinħażen fis-CRRS. Għaldaqstant, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibqa’ tikkoopera mal-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data statistika u l-metadata personalizzati meħtieġa, meta possibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni, għal statistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, il-modalitajiet operazzjonali għall-forniment tagħha u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa li jakkumpanjawha.”

"

(6)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 10a

Listi tal-pajjiżi u t-territorji

Il-listi tal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) .../... *(34) għandhom jiġu applikati għall-kompilazzjoni tal-istatistika skont dan ir-Regolament biex tkun żgurata l-komparabbiltà tad-dettalji speċifiċi għall-pajjiżi u għat-territorji fl-istatistika Ewropea kollha. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-listi għall-ewwel darba biex jikkompilaw l-istatistika dovuta skont dan ir-Regolament li tibda bit-trażmissjonijiet tad-data għas-sena ta’ referenza 2026.

________

* Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (ĠU ...).”.

"

Artikolu 21

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 huma revokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026 mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f’dawk l-atti legali b’rabta mal-perjodi ta’ referenza li jaħbtu, kompletament jew parzjalment, qabel dik id-data.

Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Dominji, suġġetti u suġġetti dettaljati bil-perjodiċità u biż-żmien ta’ referenza għal kull suġġett dettaljat

Dominju

Suġġett

Suġġett dettaljat

Perjodiċità

Żmien ta’ referenza (data jew perjodu)

Demografija

Stokkijiet tal-popolazzjoni

Il-karatteristiċi bażiċi tal-persuna

6M

30.6.SS u

31.12.SS

A

31.12.SS

MA

31.12.SS

D

31.12.SS

Il-karatteristiċi soċjoekonomiċi tal-persuna

A

31.12.SS

MA

31.12.SS

D

31.12.SS

Fertilità

Twelidijiet

Q

Xahar

A

Sena

Aborti kkawżati legalment1

A

Sena

Mortalità

Imwiet

Q

Xahar, Ġimgħa

A

Sena

Imwiet tat-trabi

A

Sena

Imwiet tal-fetu tard

A

Sena

Unjonijiet

Żwiġijiet u unjonijiet reġistrati

A

Sena

 

Karatteristiċi tal-persuni li jidħlu fiż-żwieġ jew f’unjoni reġistrata

A

Sena

 

Divorzji u unjonijiet reġistrati mitmuma

A

Sena

Migrazzjoni

Immigranti

Q

Xahar

A

Sena

Emigranti

Q

Xahar

A

Sena

Migrazzjoni interna

A

Sena

Ksib u telf taċ-ċittadinanza tal-Istati Membri tal-UE u tal-Unjoni

Persuni li kisbu ċ-ċittadinanza

A

Sena

Persuni li tilfu/irrinunzjaw iċ-ċittadinanza

A

Sena

Akkomodazzjoni

Postijiet tal-għajxien

Karatteristiċi tal-postijiet tal-għajxien

D

31.12.SS

Abitazzjonijiet konvenzjonali

Karatteristiċi bażiċi tal-bini

MA

31.12.SS

D

31.12.SS

Karatteristiċi tal-bini relatati mal-enerġija

MA

(A mill-2031 ’il quddiem)

31.12.SS

D

31.12.SS

Abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati

Karatteristiċi tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati

D

31.12.SS

Użu tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati

D

31.12.SS

Familji u unitajiet domestiċi

Familji

Karatteristiċi tal-familja

D

31.12.SS

Unitajiet Domestiċi

Karatteristiċi tal-unità domestika

A

31.12.SS

MA

31.12.SS

Is-sitwazzjoni tal-unità domestika tal-persuna

A

31.12.SS

D

31.12.SS

_______________________________________

1 Din tingħata b’mod volontarju.

Didaskalija

Perjodiċità

Trimestrali

Q

Kull 6 xhur

6M

Annwali

A

Pluriennali (snin li jintemmu bil-“1”, bil-“5”, bit-“8”)

MA

Kull għaxar snin (snin li jispiċċaw bil-“1”)

D

(1) ĠU C 228, 29.6.2023, p. 148.
(2)* Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 56. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3)ĠU C 228, 29.6.2023, p. 148.
(4)ĠU C , , p. .
(5)Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1).
(6)Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).
(7)Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(8)SWD(2023)13.
(9)Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
(10)Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14).
(11)Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(12)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1799 tal-21 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment ta’ azzjoni statistika diretta temporanja għad-disseminazzjoni ta’ suġġetti magħżula taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar tal-2021 ġeokodifikat fuq grilja ta’ 1 km2 (ĠU L 296, 22.11.2018, p. 19).
(13)Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(14)Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(15)Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).
(16)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(17)Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(18)Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726, u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.
(19)Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(20)Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(21)Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(22)Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(23)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(24)Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, il-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).
(25)Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(26)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(27)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(28)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(29)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(30)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(31)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)
(32)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(33)+ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2023/0008(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(34)+ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument (2023/0008(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna.


Emenda tad-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, tas-sanzjonijiet, tal-fergħat ta' pajjiżi terzi, u tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza
PDF 131kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, tas-sanzjonijiet, tal-fergħat ta' pajjiżi terzi, u tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza, u li temenda d-Direttiva 2014/59/UE (COM(2021)0663 – C9-0395/2021 – 2021/0341(COD))
P9_TA(2024)0362A9-0029/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0663),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0395/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' April 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0029/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta' pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza

P9_TC1-COD(2021)0341


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/1619.)

(1) ĠU C 248, 30.6.2022, p. 87.


Emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta' kreditu, għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output
PDF 137kWORD 61k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta' kreditu, għar-riskju ta' aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (COM(2021)0664 – C9-0397/2021 – 2021/0342(COD))
P9_TA(2024)0363A9-0030/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0664),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0397/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Marzu 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Marzu 2022(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0030/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta' kreditu, għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output

P9_TC1-COD(2021)0342


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1623.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 1, il-punt (253), tar-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Artikolu 518c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li twettaq valutazzjoni ġusta u bilanċjata tal-istat tas-Suq Uniku għall-qasam bankarju, filwaqt li tqis b’mod partikolari r-rekwiżiti prudenzjali, inkluż il-livell ta’ applikazzjoni tal-minimu tal-output u d-dispożizzjonijiet dwar id-deroga mir-rekwiżiti tal-kapital u tal-likwidità. Hija se twettaq dan il-mandat abbażi ta’ kontributi mill-Awtorità Bankarja Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew/mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, u se tikkonsulta mal-partijiet interessati biex tiżgura li l-perspettivi varji jiġu kkunsidrati kif xieraq. Il-Kummissjoni, meta xieraq, se tippreżenta proposta leġiżlattiva bbażata fuq ir-rapport.

(1) ĠU C 233, 16.6.2022, p.14.
(2) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 40.


Is-sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus
PDF 135kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (COM(2021)0423 – C9-0342/2021 – 2021/0250(COD))
P9_TA(2024)0364A9-0150/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0423),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0342/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Frar 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0150/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849

P9_TC1-COD(2021)0250


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/1640.)

(1) ĠU C 210, 25.5.2022, p. 15.
(2) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.


Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus
PDF 132kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (COM(2021)0420 – C9-0339/2021 – 2021/0239(COD))
P9_TA(2024)0365A9-0151/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0420),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0339/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Frar 2022(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0151/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

P9_TC1-COD(2021)0239


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1624.)

(1) ĠU C 210, 25.5.2022, p. 5.
(2) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.


L-istabbiliment tal-Awtorità għall-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu
PDF 135kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) 1094/2010, (UE) 1095/2010 (COM(2021)0421 – C9-0340/2021 – 2021/0240(COD))
P9_TA(2024)0366A9-0128/2023

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0421),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0340/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2021(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0128/2023),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010

P9_TC1-COD(2021)0240


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1620.)

(1) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.


Is-seduti ta' smigħ li għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu
PDF 175kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar is-seduti li għadhom għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu (2024/2683(RSP))
P9_TA(2024)0367B9-0223/2024

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4(3) u 7(1) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Lista ta’ Kontroll tal-Istat tad-Dritt adottata mill-Kummissjoni ta’ Venezja fil-106 sessjoni plenarja tagħha f’Venezja fil-11 u t-12 ta’ Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni(2) (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 9014 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-rivalutazzjoni, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tat-twettiq tal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 wara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 rigward l-Ungerija,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE(6),

–  wara li kkunsidra l-kapitoli tal-pajjiżi dwar l-Ungerija fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-Att tal-Ungerija LXXXVIII tal-2023 dwar il-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali, adottata fil-138 sessjoni plenarja tagħha f’Venezja fil-15 u s-16 ta’ Marzu 2024,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u kif riflessi fil-Karta u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi dawn il-valuri, li huma kondiviżi mill-Istati Membri, jikkostitwixxu l-pedament tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-UE;

B.  billi kwalunkwe riskju ċar ta’ ksur serju min-naħa ta’ Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lill-Istat Membru individwali fejn twettaq ir-riskju, iżda għandu impatt fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta’ bejniethom u fuq in-natura proprja tal-UE u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha skont id-dritt tal-Unjoni;

C.  billi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tat-TUE mhuwiex limitat għall-obbligi skont it-Trattati, għall-kuntrarju tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u billi l-UE tista’ tivvaluta l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri komuni f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri;

D.  billi fl-2018, fuq proposta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill beda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(1) tat-TUE bil-ħsieb li jiġi indirizzat riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi seħħew sitt seduti dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija skont il-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE fil-Kunsill mill-bidu tal-proċedura, iżda l-Kunsill għadu ma pprovax jiddetermina jekk jeżistix tali riskju, u ma indirizza l-ebda rakkomandazzjoni lill-Gvern tal-Ungerija;

E.  billi r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa ta’ importanza kbira peress li huwa l-istrument li jippermetti l-protezzjoni tal-fondi tal-UE b’mod effettiv;

F.  billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti lill-Ungerija EUR 0,9 biljun fi prefinanzjament fl-ambitu tar-REPowerEU; billi tali prefinanzjament jista’ jsir mingħajr kundizzjonijiet, iżda mhux mingħajr kontrolli;

G.  billi fir-Rapport Interim tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022, il-Parlament ivvaluta li mit-tnedija tal-proċedura skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, bosta tħassib fir-rigward tal-konformità tal-Ungerija mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE kien għadu hemm jew mar għall-agħar b’mod sostanzjali, inkluż fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura, tal-korruzzjoni, tal-kunflitti ta’ interess, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media, il-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali, u fl-ispazju ċiviku;

H.  billi mill-adozzjoni tar-Rapport Interim, is-sitwazzjoni f’xi wħud minn dawn l-oqsma wriet titjib limitat, fil-biċċa l-kbira tal-oqsma baqgħet inkwetanti u f’xi oħrajn kompliet tiddeterjora; billi tfaċċaw problemi serji ġodda b’riżultat tal-azzjonijiet tal-Gvern Ungeriż;

I.  billi f’April 2024, għexieren ta’ eluf ta’ Ungeriżi niżlu fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-manipulazzjoni u l-korruzzjoni tal-Istat;

J.  billi fl-2022 u l-2023, il-Gvern Ungeriż adotta pakkett leġiżlattiv ta’ riformi ġudizzjarji li jindirizzaw ċerti limitazzjonijiet tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż billi tissaħħaħ l-indipendenza tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (NJC); billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji relatati mal-istat tad-dritt fis-sistema tal-ġustizzja li għadhom ma ġewx indirizzati tinkludi:

   regoli relatati mal-impossibbiltà li jitneħħa l-president attwali tal-Curia, il-qorti Suprema tal-Ungerija,
   nuqqas ta’ salvagwardji u garanziji sinifikanti tal-indipendenza tal-Curia,
   nuqqas ta’ trasparenza u awtomatizzazzjoni fis-sistema ta’ allokazzjoni ta’ kawżi fil-Curia u nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tar-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet,
   pressjoni politika u amministrattiva fuq l-indipendenza tal-NJC u tal-membri tiegħu, inkluż permezz ta’ kampanji ta’ malafama,
   regoli relatati mal-ħatra, mal-promozzjoni u mal-impossibbiltà ta’ tneħħija tal-imħallfin,
   nuqqas ta’ salvagwardji u garanziji sinifikanti tal-indipendenza tal-imħallfin li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet amministrattivi,
   għadd dejjem jikber ta’ ostakli għal rinviji preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),
   regoli mhux adegwati dwar l-immunità u proċedimenti dixxiplinari kontra l-prosekuturi u l-imħallfin,
   interferenza politika fil-ħidma tas-servizzi tal-prosekuzzjoni u tal-prosekuturi individwali,
   nuqqas ta’ servizzi ta’ appoġġ effiċjenti għall-vittmi tal-kriminalità;

K.  billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kunflitt ta’ interess tinkludi:

   nuqqas ta’ rekord ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u sentenzi finali dwar każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli,
   nuqqas ta’ regolamenti stretti dwar il-lobbjar, ir-revolving doors u s-sorveljanza effettiva fuq id-dikjarazzjonijiet tal-assi,
   nuqqas ta’ kompetenza, setgħa, aċċess għall-informazzjoni u riżorsi adegwati suffiċjenti fl-Awtorità tal-Integrità,
   nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika u dibattitu dwar miżuri kontra l-korruzzjoni,
   nuqqas ta’ responsabbiltà tas-servizzi tal-prosekuzzjoni, inkluż f’każijiet ta’ negliġenza, ksur tad-dmir u mġiba kriminali,
   interferenza politika fil-ħidma tas-servizzi tal-prosekuzzjoni li jittraċċaw każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli u kriminali;

L.  billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-libertà u l-pluraliżmu tal-media tinkludi:

   nuqqas ta’ indipendenza funzjonali tal-awtorità tal-media u tal-koordinatur tas-servizzi diġitali,
   nuqqas ta’ indipendenza editorjali u finanzjarja tal-media tas-servizz pubbliku u nuqqas ta’ pluraliżmu tal-fehmiet politiċi fil-media tas-servizz pubbliku, li tintuża mill-maġġoranza fil-gvern għall-propaganda politika,
   abbuż tar-reklamar mill-istat fil-mezzi tal-media favur il-gvern u nuqqas ta’ regoli u trasparenza dwar din il-kwistjoni,
   kampanji ta’ malafama kontra ġurnalisti u media indipendenti,
   għadd dejjem jikber ta’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-informazzjoni pubblika,
   nuqqas ta’ investigazzjoni sinifikanti fil-varar ta’ spyware mmirat lejn ġurnalisti investigattivi u professjonisti tal-media,
   konċentrazzjoni tas-suq tal-media u influwenza eċċessiva tal-gvern fuq ix-xenarju tal-media (inkluż permezz tal-Fondazzjoni tal-Istampa u tal-Media tal-Ewropa Ċentrali, jew il-KESMA fl-akronimu Ungeriż tagħha),
   is-sottomissjoni potenzjali tal-mezzi tal-media u tal-ġurnalisti għal investigazzjonijiet mill-Uffiċċju għall-Protezzjoni tas-Sovranità (SPO);

M.  billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mas-sistema kostituzzjonali u elettorali, kif ukoll kontrolli u bilanċi, tinkludi:

   in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi tal-kampanja matul l-elezzjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali, u bidliet frekwenti fil-kodiċi elettorali,
   trasparenza u responsabbiltà insuffiċjenti fil-proċess tat-tħejjija u tal-promulgazzjoni tal-liġijiet,
   il-kontinwazzjoni tas-“sitwazzjoni ta’ periklu” uffiċjali li tagħti lill-gvern setgħat estensivi ta’ emerġenza u li tippermettilu jaqbeż il-liġijiet ta’ livell ogħla f’digrieti ta’ emerġenza,
   in-nuqqas ta’ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sinifikanti fir-rigward ta’ abbozzi ta’ liġijiet importanti,
   it-tneħħija tas-setgħa tal-korpi indipendenti u l-pressjoni fuq l-indipendenza tagħhom,
   l-użu ta’ abbozzi ta’ liġijiet omnibus biex jiġu emendati diversi liġijiet;

N.  billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-funzjonament tas-soċjetà ċivili tinkludi:

   l-effett dissważiv ta’ diversi liġijiet li għandhom l-għan li jillimitaw l-eżistenza u l-funzjonament ta’ organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, bħal-liġi dwar it-trasparenza ta’ organizzazzjonijiet li jirċievu fondi barranin u l-liġi dwar il-protezzjoni tas-sovranità nazzjonali,
   kampanji ta’ malafama u fastidju kontra r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili,
   nuqqas ta’ finanzjament pubbliku għal organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, u appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet favur il-gvern jew għal organizzazzjonijiet li huma marbuta mal-gvern,
   is-sottomissjoni potenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tar-rappreżentanti tagħhom għas-sorveljanza u l-investigazzjonijiet mill-SPO;

O.  billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE tinkludi:

   il-funzjonament tal-awtoritajiet li jimplimentaw il-baġit tal-UE,
   irregolaritajiet sistemiċi, defiċjenzi u nuqqasijiet fl-akkwist pubbliku, inkluż sehem għoli ta’ proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi u nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-sistema tal-akkwist pubbliku,
   nuqqasijiet fil-mekkaniżmi ta’ awditjar u kontroll biex jiġi ggarantit l-użu tajjeb tal-fondi tal-UE,
   kapaċità mhux adegwata għall-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE,
   applikazzjoni mhux adegwata tal-għodda ARACHNE,
   nuqqas ta’ trasparenza fl-użu tal-fondi tal-UE minn fondazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku,
   in-nuqqas tal-Ungerija li tissieħeb mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);

P.  billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-konformità mal-prinċipji u r-regoli tas-suq uniku tinkludi:

   prattiki diskriminatorji kontra kumpaniji li joperaw f’oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż,
   l-abbuż tas-setgħa pubblika u leġiżlattiva u l-użu ta’ tekniki ta’ intimidazzjoni kontra atturi ekonomiċi li joperaw f’oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż;

Q.  billi l-Gvern Ungeriż naqas ukoll milli jindirizza tħassib ieħor identifikat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Settembru 2022 li għandu x’jaqsam mad-drittijiet fundamentali, bħal:

   il-libertà akkademika,
   il-libertà tar-reliġjon,
   id-dritt għal trattament ugwali, inklużi d-drittijiet tal-LGBTIQ,
   id-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud; il-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta’ mibegħda kontra l-minoranzi,
   id-drittijiet fundamentali tal-migranti, tal-persuni li jfittxu l-ażil u tar-rifuġjati,
   id-drittijiet ekonomiċi u soċjali;

R.  billi l-Att dwar il-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali daħal fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2023; billi, b’riżultat ta’ dan, ġie stabbilit l-SPO il-ġdid u l-Kodiċi Kriminali ġie emendat biex jippreskrivi, fost affarijiet oħra, sentenza ta’ ħabs għall-użu ta’ finanzjament minn barra l-pajjiż għal kampanji politiċi; billi fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2023, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indika li l-abbozz ta’ dak l-att kien jirrappreżenta riskju sinifikanti għad-drittijiet tal-bniedem u għandu jiġi abbandunat; billi fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni ta’ Venezja nnotat li r-restrizzjonijiet fuq il-finanzjament barrani għall-partiti politiċi u l-kampanji elettorali kienu normali u, fil-prinċipju, f’konformità mal-aħjar prattiki u standards internazzjonali, iżda li l-emendi legali naqsu milli jiddefinixxu b’mod ċar liema tip ta’ attivitajiet ta’ kampanja kienu pprojbiti u kif għandu jiġi stabbilit li dawn ġew iffinanzjati minn fondi barranin; billi l-Kummissjoni ta’ Venezja nnotat ukoll fl-opinjoni tagħha li l-emendi ma kkunsidrawx il-kooperazzjoni tal-partiti politiċi fil-livell internazzjonali, jeskludu l-finanzjament minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew jipprevedu r-rispett tal-obbligi internazzjonali, fosthom l-obbligi li jirriżultaw mill-isħubija mal-UE; billi fis-7 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija, peress li qieset li l-leġiżlazzjoni kisret diversi dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni, inklużi l-valuri demokratiċi tal-UE, il-prinċipju tad-demokrazija u d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE, u diversi drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta, bħad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-privileġġ kontra l-awtoinkriminazzjoni u l-privileġġ professjonali legali, ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data u diversi regoli applikabbli għas-suq uniku;

S.  billi mill-adozzjoni tar-Rapport Interim, fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-823/21(7), Il-Kummissjoni vs L-Ungerija, il-QĠUE ddikjarat li billi għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali soġġetta għal dikjarazzjoni ta’ intenzjoni f’ambaxxata Ungeriża li tinsab f’pajjiż terz, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-liġi tal-UE dwar l-ażil;

T.  billi fis-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tal-10 ta’ Novembru 2022 fil-kawża ta’ Bakirdzi u E.C. vs l-Ungerija (49636/14 u 65678/14), li saru finali fit-3 ta’ April 2023, u tat-30 ta’ Marzu 2023 fil-kawża ta’ Szolcsán vs l-Ungerija (24408/16), li saret finali fit-30 ta’ Ġunju 2023, il-QEDB sabet ksur fir-rigward tad-drittijiet tal-vot tal-votanti ta’ minoranza nazzjonali u fir-rigward tal-edukazzjoni tat-tfal Rom fi klassijiet jew fi skejjel segregati mingħajr ma ttieħdu miżuri adegwati biex jiġu kkoreġuti l-inugwaljanzi;

U.  billi fid-deċiżjonijiet tagħha dwar is-superviżjoni msaħħa pendenti tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-QEDB fil-kawżi u fil-gruppi ta’ kawżi ta’ Szabó u Vissy vs l-Ungerija(8), Gazsó vs l-Ungerija(9), Ilias u Ahmed vs l-Ungerija(10) u Baka vs l-Ungerija(11), il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tenna t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi;

V.  billi fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-ħames sessjoni ta’ evalwazzjoni dwar l-Ungerija, il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) esprima bosta tħassib dwar l-effettività tal-qafas stabbilit fl-Ungerija biex tiġi pprevenuta l-korruzzjoni fost persuni bl-ogħla funzjonijiet eżekuttivi u membri tal-Pulizija Nazzjonali Ungeriża u tas-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni; billi l-GRECO indika li karatteristika komuni u ġenerali tal-aġenziji tal-amministrazzjoni pubblika u tal-infurzar tal-liġi fl-Ungerija hija li l-biċċa l-kbira tal-miżuri ta’ integrità u ta’ prevenzjoni tal-korruzzjoni huma mmirati lejn uffiċjali ta’ livell baxx u medju, iżda l-qafas ta’ integrità applikabbli għal persuni bl-ogħla funzjonijiet eżekuttivi huwa dgħajjef ħafna u l-kundizzjonijiet għall-ħatra ta’ maniġers superjuri fil-pulizija u s-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni jġibu magħhom riskji ta’ politiċizzazzjoni;

W.  billi fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza laqgħet xi żviluppi pożittivi fl-Ungerija, iżda esprimiet tħassib dwar it-tneħħija tal-Awtorità tat-Trattament Ugwali, l-istigmatizzazzjoni ta’ studenti minn sfondi marġinalizzati u familji b’introjtu baxx, bħal studenti Rom, id-deterjorament sinifikanti fid-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI, id-diskors pubbliku u d-diskors politiku dejjem aktar ksenofobiku, b’mod partikolari mmirat lejn ir-rifuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil u l-migranti, il-Musulmani u l-persuni LGBTI, l-effettività tassew limitata tal-qafas legali dwar id-diskors ta’ mibegħda, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali, it-terminazzjoni ta’ appoġġ għall-integrazzjoni mill-istat għar-rifuġjati u għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja u l-aċċess limitat għall-ażil fil-pajjiż;

X.  billi fl-osservazzjonijiet finali tiegħu, il-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa esprima tħassib dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-fatt li l-politika ta’ ugwaljanza tal-Ungerija hija bbażata esklużivament fuq il-kunċett tal-familja u tqis ir-rwol primarju tal-mara bħala mara miżżewġa u omm, u rrakkomanda li l-Ungerija tieħu miżuri biex tindirizza d-diskors pubbliku kontra l-ġeneru;

Y.  billi fid-dikjarazzjoni tagħha wara żjara uffiċjali fl-Ungerija, ir-Rappreżentant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa dwar il-Libertà tal-Media ddikjarat li meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni tal-libertà tal-media fl-Ungerija, toħroġ stampa ta’ approċċ sistemiku li fih xi ilħna ma jibbenefikawx mill-istess kundizzjonijiet bażiċi li jinstemgħu;

Z.  billi fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Ungerija tal-2023 u fl-għoti ta’ opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija tal-2023 (COM(2023)0617), il-Kunsill irrakkomanda li l-Ungerija tieħu azzjoni biex ittejjeb l-adegwatezza tas-sistema ta’ assistenza soċjali, ittejjeb l-aċċess għal miżuri effettivi ta’ suq tax-xogħol attiv, tiżgura djalogu soċjali effettiv u ttejjeb il-qafas regolatorju u l-kompetizzjoni fis-servizzi f’konformità mal-prinċipji tas-suq uniku u tal-istat tad-dritt;

AA.  billi l-Gvern Ungeriż naqas milli jimplimenta bosta sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża, tal-QĠUE u tal-QEDB relatati ma’ ksur mill-Ungerija ta’ valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u ma segwiex il-maġġoranza l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2023 jew ir-rakkomandazzjonijiet ta’ korpi internazzjonali oħrajn bħall-GRECO, il-Kummissjoni ta’ Venezja u oħrajn;

1.  Huwa maħsud bil-ksur sistemiku u intenzjonat persistenti tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, li l-Gvern Ungeriż huwa responsabbli tagħhom;

2.  Jenfasizza li r-rispett għall-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE ddeterjora sostanzjalment fl-Ungerija mill-iskattar tal-Artikolu 7(1) tat-TUE u jesprimi dispjaċir kbir li n-nuqqas ta’ azzjoni deċiżiva mill-Kummissjoni u mill-Kunsill ikkontribwixxa għal falliment fid-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali f’dak il-pajjiż, li bidluh f’reġim ibridu ta’ awtokrazija elettorali, skont l-indiċijiet rilevanti;

3.  Jikkundanna l-adozzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali u l-ħolqien tal-SPO b’setgħat estensivi u b’sistema stretta ta’ sorveljanza u sanzjonijiet, li b’mod fundamentali jikser standards tad-demokrazija bħall-prinċipju ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jikser bosta liġijiet tal-UE; jilqa’ l-proċedura ta’ ksur tal-Kummissjoni kontra l-Ungerija dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Gvern Ungeriż iħassar l-att minnufih; jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-QĠUE għas-sospensjoni immedjata tal-applikazzjoni tal-liġi msemmija hawn fuq bħala miżura interim, peress li din il-liġi taffettwa l-prinċipju ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

4.  Jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Kunsill li jagħmel progress sinifikanti fil-proċedura li għadha għaddejja tal-Artikolu 7(1) tat-TUE u jtenni s-sejħa tiegħu li jtejjeb is-sitwazzjoni billi jorganizza seduti regolari, jindirizza malajr problemi fit-tul u ġodda li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti bi skadenzi għall-implimentazzjoni; jistieden lill-Kunsill jippubblika minuti komprensivi u konklużjonijiet wara kull seduta; jinsisti li fil-proċedimenti kollha relatati mal-Artikolu 7 tat-TUE, il-Parlament għandu jkun jista’ jippreżenta l-proposta motivata tiegħu lill-Kunsill, jattendi s-seduti tal-Artikolu 7 tat-TUE u jkun informat minnufih u bis-sħiħ f’kull stadju tal-proċedura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew, u lill-Kunsill Ewropew jiddetermina, jekk l-Ungerija wettqitx ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE skont l-Artikolu 7(2) tat-TUE jekk ma jkunx hemm progress qabel it-tmiem tal-Presidenza Belġjana; jissottolinja li l-Kunsill għandu wkoll responsabbiltà għall-protezzjoni tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u li n-nuqqas li jipproteġihom ikollu konsegwenzi dejjiema u potenzjalment dannużi;

5.  Jissottolinja r-rwol importanti tal-presidenza tal-Kunsill fit-tmexxija ’l quddiem tal-ħidma tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-iżgurar tal-kontinwità tal-aġenda tal-UE u r-rappreżentanza tal-Kunsill fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE; itenni t-tħassib tiegħu li l-Gvern Ungeriż mhux se jkun jista’ jwettaq dan il-kompitu b’mod kredibbli fl-2024, fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità tiegħu mad-dritt tal-Unjoni u l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, kif ukoll mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill għadu ma sabx soluzzjoni għall-kwistjoni tar-rappreżentanti tal-Gvern Ungeriż li qed jippresjedu l-laqgħat tal-Kunsill dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, inklużi laqgħat relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u tal-baġit tal-UE; jenfasizza li din l-isfida tirriżulta fil-mument kruċjali tal-elezzjonijiet Ewropej u l-formazzjoni tal-Kummissjoni; jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas li tinstab soluzzjoni u jtenni r-rieda tiegħu li jieħu miżuri biex jiddefendi l-kredibbiltà tal-Unjoni fir-rigward tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Kunsill;

6.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jagħtu aktar attenzjoni liż-żarmar sistemiku tal-istat tad-dritt, kif ukoll lill-interazzjoni bejn il-każijiet varji ta’ ksur tal-valuri identifikati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu; jisħaq li l-UE għandha tiddefendi l-valuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE b’determinazzjoni ugwali, u li n-nuqqas ta’ dan jimmina l-istituzzjonijiet demokratiċi u fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa d-drittijiet tal-bniedem u l-ħajja ta’ kulħadd fl-Ungerija;

7.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mill-għodod disponibbli għaliha biex tindirizza r-riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-UE, b’mod partikolari l-proċeduri ta’ ksur imħaffa, l-applikazzjonijiet għal miżuri interim quddiem il-QĠUE u l-azzjonijiet rigward in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE; ifakkar fl-importanza tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u jilqa’ d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2023 li tikkonferma li r-riskju għall-baġit tal-Unjoni baqa’ l-istess minn Diċembru 2022, li jwassal għal estensjoni tal-miżuri adottati skont ir-Regolament; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata skont ir-Regolament fir-rigward ta’ ksur ieħor tal-istat tad-dritt;

8.  Itenni, f’dan il-kuntest, it-tħassib serju tiegħu dwar id-deċiżjoni, meta jitqies li l-kundizzjoni abilitanti orizzontali tal-Karta kienet ġiet issodisfata fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja, u b’hekk l-awtoritajiet Ungeriżi setgħu jissottomettu talbiet għal rimborż sa EUR 10,2 biljun mingħajr mekkaniżmi ta’ kontroll jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku adegwati stabbiliti biex jiggarantixxu ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE; ifakkar fl-applikazzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li tiġi rieżaminata l-legalità tad-Deċiżjoni C(2023) 9014 quddiem il-QĠUE, f’konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE, li ġiet ippreżentata fil-25 ta’ Marzu 2024; jistenna bil-ħerqa riżoluzzjoni rapida dwar il-kwistjoni; itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevoka d-deċiżjoni tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tal-miżuri nazzjonali meħuda mill-adozzjoni tagħha u r-rivelazzjonijiet li ħarġu mill-eks Ministru tal-Ġustizzja tal-Ungerija li jimplikaw nuqqas ta’ indipendenza tal-prosekuzzjoni u interferenza politika fil-proċedimenti kriminali; jistieden lill-Kummissjoni tiffriża l-fondi sakemm il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tkun ġiet implimentata bis-sħiħ, il-miżuri adottati jkunu wrew l-effettività tagħhom fil-prattika u l-Ungerija tkun implimentat is-sentenzi rilevanti kollha tal-QĠUE u tal-QEDB; jitlob lill-Kummissjoni tikkontrolla bir-reqqa l-prefinanzjament mogħti fl-ambitu tal-finanzjament tal-UE biex tiżgura li l-fondi jiġu implimentati f’konformità mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni rispettiva; itenni t-talba tiegħu lill-Ungerija biex tissieħeb mal-UPPE bħala kwistjoni ta’ urġenza; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Ungerija tipparteċipa fl-UPPE;

9.  Jisħaq li l-miżuri meħtieġa għar-rilaxx tal-finanzjament tal-UE, kif definiti mid-deċiżjonijiet rilevanti meħuda skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni(12) (RDK), ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)(13) u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, iridu jiġu vvalutati b’mod koerenti bħala pakkett integrali u li ma għandu jsir l-ebda pagament anke jekk isir progress f’qasam wieħed jew aktar iżda jkun għad hemm nuqqasijiet f’qasam ieħor; jisħaq li huwa inkomprensibbli li jiġu rilaxxati fondi fl-ambitu tar-RDK li jikkwota titjib fl-indipendenza tal-ġudikatura, filwaqt li l-fondi fl-ambitu tal-RRF u l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità jibqgħu mblukkati minħabba nuqqasijiet kontinwi li għandhom x’jaqsmu mal-indipendenza tal-ġudikatura;

10.  Jieħu nota tal-istabbiliment tal-Awtorità tal-Integrità bħala waħda mill-miżuri ta’ rimedju li għandhom jiġu implimentati fil-qafas tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; huwa tal-fehma li s-sempliċi stabbiliment tal-istituzzjoni ma jistax jitqies bħala suffiċjenti biex jiġi indirizzat it-tħassib attwali u jemmen li l-issodisfar tal-miżuri ta’ rimedju rispettivi għandu jiġi vvalutat abbażi tal-funzjonament fil-prattika ta’ dik l-istituzzjoni; jemmen li, jekk tingħata prerogattivi adegwati u setgħat ta’ implimentazzjoni, l-Awtorità tal-Integrità għandha l-potenzjal li tindirizza xi wħud mit-tħassib relatat mas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jesprimi, madankollu, it-tħassib li, fil-prattika, ma għandhiex il-kompetenza u l-prerogattivi biex tissodisfa b’mod adegwat il-kompiti tagħha, kif intwera matul l-ewwel sena tal-operazzjonijiet tagħha; jisħaq li din tingħata aktar setgħat u li dawn is-setgħat ikunu jistgħu jiġu implimentati, b’mod partikolari billi tingħata aċċess adegwat għal bażijiet tad-data rilevanti, billi jissaħħu s-setgħat investigattivi tagħha u billi l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha ssir obbligatorja;

11.  Jissottolinja li l-konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż mar-regoli tas-suq uniku, tirrappreżenta pilastru ewlieni tal-prinċipju tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi valutazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq uniku fi Stat Membru fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’kull Stat Membru; jinsab imħasseb dwar l-abbuż ta’ poter u l-prattiki diskriminatorji sistemiċi applikati mill-awtoritajiet Ungeriżi kontra kumpaniji li joperaw f’oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż u għall-oligarki; jisħaq li dan wassal għal ambjent ta’ diskriminazzjoni u ta’ biża’ li jikkontradixxi l-pilastri tas-suq uniku u jqiegħed lil xi kumpaniji u l-interessi kummerċjali leġittimi tagħhom f’riskju serju u jisfurzahom de facto barra mis-suq Ungeriż; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel enfasi speċjali fuq il-konformità mar-regoli tas-suq uniku meta tivvaluta s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Ungerija; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk il-liġijiet dwar l-oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż humiex konformi mal-liġi Ewropea attwali; jisħaq li l-Kummissjoni għandha d-dmir li ssegwi malajr l-ilmenti ppreżentati minn kumpaniji li huma sistematikament fil-mira tal-awtoritajiet Ungeriżi u li tressaq kawżi rilevanti quddiem il-QĠUE;

12.  Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Ungerija abbużat mis-setgħa ta’ veto tagħha fil-Kunsill, u b’hekk ippreveniet li tingħata għajnuna essenzjali lill-Ukrajna, li dgħajjef l-interessi strateġiċi tal-UE; jikkundanna l-politika ġenerali tal-Gvern Ungeriż lejn ir-Russja;

13.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riċevituri finali jew il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE ma jiġux imċaħħda minn dawn il-fondi, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jistieden lill-Kummissjoni ssib modi kif tqassam il-fondi tal-UE permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili jekk il-gvern ikkonċernat ma jikkooperax fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt;

14.  Jissottolinja li l-awtoritajiet Ungeriżi jeħtiġilhom jiggarantixxu t-trasparenza u l-opportunitajiet indaqs għall-individwi, għall-kumpaniji, għas-soċjetà ċivili, għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jixtiequ jaċċessaw il-finanzjament tal-UE u jeħtiġilhom jiżguraw sorveljanza ġudizzjarja indipendenti, kif ukoll mekkaniżmi tal-ilmenti imparzjali u effettivi; jikkundanna l-prattiki diskriminatorji sistemiċi rrapportati użati kontra l-akkademja, il-ġurnalisti, il-partiti politiċi u s-soċjetà ċivili, kif ukoll kumpaniji f’ċerti setturi;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lis-soċjetà ċivili indipendenti fl-Ungerija li tissalvagwardja l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, b’mod partikolari, billi tuża l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tadotta strateġija komprensiva tas-soċjetà ċivili għall-protezzjoni u l-iżvilupp tal-ispazju ċiviku fi ħdan l-UE li tintegra l-għodod attwali kollha u tiddeskrivi sett ta’ miżuri speċifiċi li jipproteġu u jsaħħu l-ispazju ċiviku;

16.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jidħlu minnufih f’negozjati mal-Parlament dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-forma ta’ ftehim interistituzzjonali, u dwar l-inklużjoni ta’ ċiklu ta’ politika permanenti fost l-istituzzjonijiet tal-UE;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(3) ĠU C 125, 5.4.2023, p. 463.
(4) ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74.
(5) ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1223/oj.
(6) Testi adottati, P9_TA(2024)0053.
(7) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2023, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija, C-823/21, ECLI:EU:C:2023:504.
(8) Is-sentenza tal-QEDB tat-12 ta’ Jannar 2016, Szabó u Vissy vs l-Ungerija, 37148/14, li saret finali fis-6 ta’ Ġunju 2016.
(9) Is-sentenza tal-QEDB tas-16 ta’ Lulju 2016, Gazsó vs l-Ungerija, 48322/12, li saret finali fis-16 ta’ Ottubru 2015.
(10) Is-sentenza tal-QEDB tal-14 ta’ Marzu 2017, Ilias u Ahmed vs l-Ungerija, 47287/15.
(11) Is-sentenza tal-QEDB tat-23 ta’ Ġunju 2016, Baka vs l-Ungerija, 20261/12.
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.

Avviż legali - Politika tal-privatezza