Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Novembru 2023
EPUB 155kPDF 814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI  :  SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
IX.   Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Kumitat responsabbli:

1.   għall-politika industrijali tal-Unjoni u miżuri relatati, u għall-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, inklużi l-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

2.   għall-politika tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż ix-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll it-tixrid u l-esplojtazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;

3.   għall-politika spazjali Ewropea;

4.   għall-attivitajiet taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza, kif ukoll il-JET, l-ITER u proġetti oħra fl-istess qasam;

5.   għall-miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-enerġija b'mod ġenerali u fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, inklużi miżuri relatati ma';

(a)   is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni,
(b)   il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u li jiġġeddu,
(c)   il-promozzjoni tal-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija, inkluż it-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija;

6.   għat-Trattat Euratom u l-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom; għas-sikurezza nukleari, għall-għeluq tal-istabbilimenti nukleari u għat-tneħħija tal-iskart fis-settur nukleari;

7.   għas-soċjetà tal-informazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u n-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni, inkluż it-teknoloġiji u l-aspetti ta' sigurtà u t-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA).

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza