Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XVI.   Kumitat għall-Affarijiet Legali

Kumitat responsabbli:

1.   għall-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Liġi tal-Unjoni, u għall-konformità tal-atti tal-Unjoni mal-leġislazzjoni primarja, b'mod partikulari l-għażla tal-bażi legali u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

2.   għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, għal dak li jkollu x'jaqsam mal-Unjoni Ewropea;

3.   għal tfassil aħjar tal-liġijiet u għas-semplifikazzjonital-liġi tal-Unjoni;

4.   għall-ħarsien legali tad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Parlament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Parlament f'kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

5.   għall-atti tal-Unjoni li jaffettwaw il-liġijiet tal-Istati Membri, b'mod partikulari fl-oqsma:

(a)   tal-liġi ċivili u kummerċjali,
(b)   tal-liġi dwar il-kumpaniji,
(c)   tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali,
(d)   tal-liġi proċedurali;

6.   għall-miżuri rigward il-koperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva fil-qasam ċivili;

7.   għar-responsabbiltà ambjentali u għas-sanzjonijiet applikabbli għal delitti kontra l-ambjent;

8.   għall-kwistjonijiet etiċi li għandhom x'jaqsmu ma' teknoloġiji ġodda, bl-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati mal-kumitati rilevanti;

9.   għall-Istatut tal-Membri u għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

10.   għall-privileġġi u l-immunitajiet, kif ukoll għall-verifika tal-kredenzjali tal-Membri;

11.   għall-organizzazzjoni u għall-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

12.   għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali