Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Ġunju 2020
EPUB 147kPDF 777k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 2 : PROĊEDURI FIL-KUMITAT

Artikolu 51 : Rapporti leġiżlattivi

1.   Il-president tal-kumitat li lilu tkun ġiet riferuta proposta għal att legalment vinkolanti għandu jipproponi lill-kumitat il-proċedura li għandha tkun segwita.

2.   Wara li tittieħed deċiżjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, u jekk il-proċedura simplifikata skont l-Artikolu 52 ma tkunx tapplika, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur dwar il-proposta għal att legalment vinkolanti minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti jekk ikun għadu ma għamilx dan abbażi tal-Artikolu 48(3).

3.   Ir-rapport tal-kumitat għandu jinkludi:

(a)   emendi, jekk ikun hemm, għall-proposta, flimkien ma', jekk ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet qosra li għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtur u li m'għandux jittieħed vot fuqhom;

(b)   abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva, skont l-Artikolu 59(5);

(c)   jekk ikun xieraq, nota spjegattiva li tinkludi, fejn meħtieġ, dikjarazzjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-kobor tal-impatt finanzjarju li jista' jkollu r-rapport u l-kompatibbiltà tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali;

(d)   jekk disponibbli, referenza għall-Valutazzjoni tal-Impatt mill-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza