TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
Artikolu 70 : Dispożizzjonijiet Ġenerali
Negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-għan li jintlaħaq ftehim waqt proċedura leġiżlattiva jistgħu jitwettqu biss wara deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 71, l-Artikolu 72 u l-Artikolu 73, jew wara riferiment lura lill-Parlament għal negozjati interistituzzjonali. Tali negozjati għandhom jitwettqu filwaqt li jitqies il-Kodiċi ta' Kondotta stabbilit mill-Konferenza tal-Presidenti
(1).