Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Ġunju 2020
EPUB 147kPDF 777k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 207 : Kumitati Speċjali

1.   Il-Parlament jista' f'kull ħin, fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati speċjali, li r-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu.

2.   Il-mandat tal-kumitati speċjali m'għandux jeċċedi t-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-mandat qabel ma jiskadi. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fid-deċiżjoni tal-Parlament li biha jitwaqqaf il-kumitat speċjali, il-mandat tal-imsemmi kumitat speċjali għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu.

3.   Il-kumitati speċjali ma jistgħux jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza