Ombudsman Ewropew

Ir-responsabiltajiet u l-Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew

Erminia Mazzoni
Chairperson tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
Erminia Mazzoni
Chairperson tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet

Ir-responsabilitajiet tal-Ombudsman Ewropew huma konsiderevoli. Huwa permezz tal-Ombudsman Ewropew li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jiksbu rimedju meta jkun hemm każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea.
L-Ombudsperon Ewropew huwa maħtur mill-Parlament Ewropew, permezz ta' proċedura li għaliha huwa responsabbli l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u jingħata setgħat varji skont it-termini tal-mandat tiegħu.

Il-websajt hija magħmula b'tali mod li tipprovdi lill-Membri tal-Parlament Ewropew bil-parti l-kbira tal-informazzjoni li se jkollhom bżonn biex jagħmlu l-għażla tagħhom. Aktar minn hekk, din se tippermetti li kull ċittadin, mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi oħrajn, ikun jista' jsegwi kull stadju tal-proċedura b'mod kompletament trasparenti. Is-sit se jiġi rivedut u aġġornat regolarment kull meta jkun hemm bżonn.