Fl-ewropa, aħna lkoll għandna rwol

Aħna lkoll smajna kritika dwar ir-reazzjoni għall-kriżi kurrenti. Forsi anki aħna stess għaddejna xi kumment simili. Madankollu, fl-UE kollha, qed isir ħafna aktar kontra l-Covid-19 milli jafu l-biċċa l-kbira tan-nies.

Din hija r-raġuni għaliex ħloqna #EwropejKontraCovid19.

Irridu nuru kif l-Unjoni Ewropea qed tindirizza l-impatt ta' din il-kriżi u kif nistgħu nirnexxu bi spirtu Ewropew - spirtu ta' solidarjetà u għaqda.

Aħna ħloqna dan il-hub dedikat biex nitfgħu dawl fuq l-istejjer ta' kuljum tal-eroj Ewropej. Dawn l-istejjer se jgħinuna nxerrdu l-kelma dwar kif l-Ewropej jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom, kif isibu modi intelliġenti biex ikampaw, u kif juru solidarjetà ma' xulxin. Kull storja turi lil xi ħadd minn wara l-kwinti tal-kriżi (riċerkaturi, persunal tal-isptar, ħbieb, ġirien), kollha jagħmlu l-parti tagħhom biex jiġġieldu t-tifqigħa u jagħmlu differenza.

Hawn huma tliet modi kif tista' tinvolvi ruħek:
  • Għid lill-familja u lill-ħbieb tiegħek dwar ewropej-kontra-covid19.eu;
  • Uża #EwropejKontraCovid19 fuq il-midja soċjali;
  • Trid taqsam l-istorja #EwropejKontraCovid19 tiegħek? Jew tixtieq tgħin lil wieħed mill-eroj tagħna? Aħna dejjem nieħdu gost nisimgħu mingħandek.
Tista' tibgħatilna email fuq europeans-against-covid19@europarl.europa.eu

Ir-rispons tal-UE għall-coronavirus

Aġġorna ruħek bl-aħħar aħbarijiet dwar ir-rispons ikkoordinat tal-UE fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-coronavirus u dwar l-azzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Ċentru tad-downloads

Hawnhekk tista' tniżżel il-materjal tal-kampanja relatat mal-ġlieda tal-Parlament Ewropew kontra l-COVID-19.