"Aħna rridu nipproteġu lil xulxin, jekk ma nagħmlux dan inkunu biss qegħdin hawn nistennew li mmutu“

Persuni li jfittxu asil Persuni li jfittxu asil fil-kamp tar-rifuġjati ta' Moria, waqt il-pandemija tal-COVID-19 Il-Grecja, Moria, Lesbos

Il-Kamp tar-Rifuġjati ta' Moria fil-Greċja ħa reputazzjoni ħażina matul dawn l-aħħar xhur u l-kamp ra biss is-sitwazzjoni tal-persuni li jgħixu fih tmur għall-agħar bit-tifqigħa tal-COVID-19. Konxji mir-riskji li qed jiffaċċjaw, grupp ta' rifuġjati organizza ruħu biex jevita li l-virus jinxtered. "Bdejna nagħmlu l-maskri, nibnu sorsi tal-ilma temporanji għall-ħasil tal-idejn u niġbru l-iskart. Aħna naħdmu mar-rifuġjati u mal-komunitajiet lokali biex inżidu l-kuxjenza fuq il-miżuri ta' protezzjoni. Aħna naċċertaw ruħna li nieħdu ħsieb rifuġjati vulnerabbli sakemm jiġu evakwati minn Moria. Tifqigħa ġol-kamp tkun diżastru", huma spjegaw. Minkejja li l-politika tal-migrazzjoni għadha f'idejn l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew ta' spiss irrileva s-sitwazzjoni tar-rifuġjati fil-Gżejjer Griegi. F'April, il-Parlament Ewropew talab li jingħata aktar appoġġ, faċilitajiet ta' akkomodazzjoni u tagħmir mediku għall-kampijiet tar-rifuġjati.

"Aħna issa żidna l-produtturi tal-ikel li naħdmu magħhom u li magħhom se nissieħbu biex inqassmu aktar ikliet ħalli nkunu nistgħu nappoġġaw aktar persuni fil-bżonn“

Anna Jagħtu ikel żejjed lill-organizzazzjonijiet ta' protezzjoni soċjali Il-Grecja, Ateni

Peress li kien meħtieġ li jingħalaq is-settur tal-ospitalità biex titħares is-saħħa pubblika, xi pajjiżi spiċċaw b'ħafna ikel żejjed. Ċerti organizzazzjonijiet tal-karità wkoll waqqfu l-attivitajiet tagħhom, pereżempju kċejjen pubbliċi li joffru ikliet, sabiex jiġu evitati ġemgħat ta' nies. Anna, li taħdem għall-NGO Griega Boroume, għenet biex titnaqqas il-ħela tal-ikel fil-Greċja matul il-pandemija. Bis-saħħa tal-programm tal-organizzazzjoni "Saving & Offering Food", li joffri kuntatt bejn in-negozji tal-ikel u l-organizzazzjonijiet tal-karità, aktar minn 24,000 ikla qed jitqassmu kuljum fil-Greċja lil persuni li ma għandhomx provvista ta' ikel garantita. Il-muniċipalitajiet, permezz tal-unitajiet ta' kura soċjali tagħhom, ukoll ingħataw ir-rwol li jagħtu għajnuna addizzjonali lill-gruppi vulnerabbli (pereżempju għajnuna fid-dar lill-persuni li jinsabu f'awtoiżolament). B'hekk, Boroume qed tgħaddi ħafna mill-kwantitajiet ta' ikel mogħti li ssemma hawn fuq lir-riżervi muniċipali soċjali.

"Illum inkomplu l-ħidma storika tagħna b'att sempliċi imma ta' impatt kbir li jgħin lill-pajjiż f'dan il-mument ta' bżonn kbir“

Elisabeth Tipprovdi alkoħol lil ċentri ta' trattament nazzjonali deżinjati għall-COVID-19 Il-Grecja, Ateni

Qabel ma faqqgħet il-pandemija, il-kumpanija ta' Elizabeth kienet qed toħloq xarbiet alkoħoliċi billi tuża nbid mill-Gżejjer tal-Eġew. Sabiex ittella' l-moral tal-Griegi matul il-pandemija tal-COVID-19, hija rridirezzjonat ir-riżorsi tagħha biex tkopri l-ħtiġijiet ta' tlettax-il sptar deżinjat li qed jittrattaw il-pazjenti affettwati. L-ewwel kunsinna ta' alkoħol diġà waslet fl-akbar sptar tal-Greċja, l-Evaggelismos f'Ateni, u se jasal aktar alkoħol fl-isptarijiet madwar il-Greċja kollha matul it-tliet xhur li jmiss.