"L-esperjenza tagħna tgħallimna li rridu nkunu lesti għal dejjem aktar persuni li jispiċċaw mingħajr dar“

Ildi Tagħti għajnuna lill-persuni li l-aktar ikollhom bżonnha L-Ungerija, Budapest

Il-Budapest Bike Maffia saru eroj għal dawk mingħajr dar f'dil-belt mill-2011. Il-voluntiera tagħha jqassmu ikel, jipprovdu programmi skolastiċi, iżommu ġnien komunitarju u anki jagħtu lezzjonijiet tal-fotografija lil dawk fil-bżonn. In-normalità l-ġdida tal-COVID-19 irrikjediet li l-Maffia toħroġ b'azzjonijiet ġodda. "Aħna nsejħulha VitaminBoom," tgħid Ildi. "Inqassmu dożi ta' vitamini, frott, meraq tal-frott, ikel li jservi fit-tul, ikliet sħan u ilma lill-anzjani, dawk mingħajr dar u istituzzjonijiet ta' kura residenzjali. Aħna niffukaw fuq l-anzjani jew pazjenti b'sistema immunitarja dgħajfa. Nipprovdu wkoll maskri, deterġent jew ingwanti tal-gomma." Jum l-Omm kien tassew importanti għal dan il-grupp. Huma qassmu 400 pakkett lil ommijiet u nanniet.  Peress li ħafna persuni tilfu xogħolhom u x-xelters ingħalqu għal żmien indeterminat, il-Bike Maffia qed tistenna li l-għadd ta' persuni mingħajr dar jiżdied. Ħaġa waħda hija ċerta: huma se jagħmlu kull ma jistgħu biex jgħinu.