Il-Finanzjament tal-PAK: fatti u ċifri

Il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) ġie żgurat minn fond wieħed għal bosta snin, il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), li mill-1 ta’ Jannar 2007 ġie sostitwit mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Ir-Regolament dwar il-PAK 2023-2027 jintroduċi mudell ta’ implimentazzjoni ġdid (pjan strateġiku) għan-nefqa kollha tal-PAK.

Il-bażi ġuridika

  • It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 40(3);
  • Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027;
  • Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013;
  • Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
  • Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

L-iżvilupp tal-qafas finanzjarju agrikolu

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK), li nħolqot f’Jannar tal-1962, kienet imsejsa fuq il-FAEGG. Fl-1964, dan il-Fond inqasam f’żewġ taqsimiet, jiġifieri, it-Taqsima tal-“Garanziji” u t-Taqsima tal-“Gwida”, li kellhom regoli differenti.

Mill-1988, il-fondi saru soġġetti għal dixxiplina baġitarja stretta wara l-introduzzjoni tal-ewwel Ftehim Interistituzzjonali, li kien fih perspettiva finanzjarja mill-1988 sal-1992.

Il-qafas finanzjarju pluriennali 2 007-2013 ġie approvat fl-2006 (1.4.3). Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ħoloq żewġ fondi agrikoli Ewropej, li jiffinanzjaw il-PAK: il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Il-FAEG (l-1 pilastru tal-PAK) jiffinanzja n-nefqa kollha relatata mal-pagamenti diretti lill-bdiewa (3.2.8) u n-nefqa kollha relatata mas-suq (3.2.4). Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiddefinixxi l-karatteristiċi finanzjarji u tal-ipprogrammar tal-FAEŻR (it-2 pilastru tal-PAK) (3.2.9). Il-FAEŻR jikkofinanzja t-titjib tal-kompetittività fis-settur agrikolu u dak tal-forestrija, il-miżuri agroambjentali, it-titjib fil-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali u l-inkoraġġiment għad-diversifikazzjoni fl-ekonomija rurali, u l-bini ta’ ħiliet lokali (Initiative Leader). Taħt it-TFUE (3.2.1), iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) jiddeċiedu flimkien it-totalità tan-nefqa fil-qasam agrikolu.

Il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 ġie approvat fl-2013. Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 iddetermina n-nefqa agrikola għall-perjodu 2014-2020, li kienet tammonta għal EUR 408 313 biljun (71.3% għall-pagamenti diretti, 24.4% għall-iżvilupp rurali u 4.3% għall-miżuri tas-suq).

F’Diċembru 2020 il-koleġiżlaturi approvaw ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. B’riżultat ta’ dan, EUR 378 532.3 miljun (fi prezzijiet attwali) saru disponibbli għall-benefiċjarji tal-PAK sa mill-1 ta’ Jannar 2021, li jirrappreżentaw 31% tal-baġit totali tal-UE (ara t-tabella hawn taħt). Il-miżuri ta’ żvilupp rurali tal-PAK se jibbenefikaw mir-riżorsi addizzjonali tal-programm Next GenerationEU (NGEU) biex jiffinanzjaw l-irkupru ekonomiku u soċjali wara l-kriżi tal-COVID-19 (EUR 8 070.5 miljun). L-ammont totali tal-impenji tal-PAK għall-perjodu 2021-2027 huwa għalhekk ta’ EUR 386 602.8 miljun.

BAĠIT TAL-PAK TAL-UE-27 (Approprjazzjonijiet ta’ impenn – EUR miljun fi prezzijiet attwali) (A)
Sena 2021
(B)
Qafas finanzjarju pluriennali
2021-2027 (QFP)
 
% (B)
 
(1) PILASTRU 1 TAL-PAK
Pagamenti diretti u miżuri fis-swieq agrikoli
 
40 368.0
 
290 534.0
 
76.8%
(2) PILASTRU 2 TAL-PAK
(2a) Il-miżuri ta’ żvilupp rurali skont il-QFP
(2b) Miżuri addizzjonali ta’ żvilupp rurali skont l-Next Generation EU (NGEU) (strument ta’ rkupru temporanju)
 
15 345.0
 
2 387.7
 
87 998.3
 
8 070.5
 
23.2%
 
---
 
(3) TOTAL PAK 2021-2027, UE-27 [(1) + (2a)] 55 713.0 378 532.3 100%
(4) IMPENJI TAL-UE TOTALI 168 496.0 1 221 719.5 ---
(5) % tal-PAK [(3) / (4)] 33.1% 31.0% ---
(6) PAK TOTALI: QFP 2021-2027 + NGEU 2021-2022 [(1) + (2a) + (2b)] 58 100.7 386 602.8 ---
(7) QFP TOTALI 2021-2027 + NGEU 2021-2022 333 108.9 1 642 788.7 ---
(8) % tal-PAK [(5) / (6)] 17.4% 23.5% ---

NEFQA TAL-PAK SKONT KULL STAT MEMBRU (UE-27, 2021)

  Tqassim ta’ fondi skont kull Stat Membru
Għajnuniet diretti/Swieq u miżuri oħra 2021/Żvilupp rurali 2021 (EUR miljun)
Stat Membru a. Għajnuniet diretti
(L-ewwel pilastru – FAEG)
b. Total
L-ewwel pilastru – FAEG
(inkl. (a.))
c. Total
FAEŻR
(It-tieni pilastru)
(b+c)
% tat-total tal-UE
BE 498.6 557.3 83.2 1.17%
BG 843.2 867.9 354.6 2.25%
HR 347.7 360.7 382.1 1.36%
CZ 852.3 869.4 357.1 2.25%
DK 798.5 808.2 116.7 1.7%
DE 4 615.1 4 739.8 1 354.0 11.2%
EE 165.4 167.1 91.6 0.47%
EL 1 990.9 2 232.6 635.8 5.3%
ES 5 055.0 5 666.8 1 149.3 12.5%
FR 6 807.7 7 372.2 1 913.1 17.1%
IE 1 180.7 1 190.6 343.3 2.8%
IT 3 552.3 4 241.7 1 470.8 10.5%
CY 47.3 52.71 22.2 0.14%
LV 294.7 297.1 124.0 0.77%
LT 510.2 514.7 188.9 1.3%
LU 34.3 34.9 15.41 0.1%
HU 1 276.6 1 310.4 576.5 3.5%
MT 5.1 5.2 14.9 0.04%
NL 651.3 703.1 163.1 1.6%
AT 683.3 707.3 580.7 2.37%
PL 3 319.7 3 351.3 1419 8.8%
PT 756.4 8 60.9 393.7 2.3%
RO 1 885.2 1 953.0 1 215.1 5.8%
SI 132.5 139.5 119.1 0.5%
SK 384.7 395.8 138.9 1.0%
FI 517.3 526.0 388.3 1.7%
SE 673.0 686.3 319.7 1.85%
EU 0.0 164.2 0.0 0.3%
EU-27 37 878.8 40 776.5 14566.4

Sorsi: Il-Kummissjoni Ewropea, il-15-il Rapport Finanzjarju dwar il-FAEG u l-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2021.

F’Diċembru 2021, il-Parlament u l-Kunsill adottaw tliet proposti leġiżlattivi dwar il-PAK 2023-2027. Ir-Regolament (UE) 2021/2115, ir-Regolament (UE) 2021/2116, u r-Regolament (UE) 2021/2117 introduċew mudell ta’ implimentazzjoni ġdid għall-finanzjament tal-PAK ibbażat fuq pjanijiet strateġiċi nazzjonali li għandhom jiġu abbozzati minn kull Stat Membru. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-PAK tiffoka fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u tapplika approċċ imfassal apposta li jippermetti flessibbiltà akbar lill-Istati Membri biex japplikaw il-politika fil-livell lokali. Jekk jogħġbok ara t-tabella ta’ hawn taħt għall-finanzjament allokat tan-nefqa pubblika ppjanata stabbilita fil-pjanijiet taħt iż-żewġ fondi.

ID-DISTRIBUZZJONI TAN-NEFQA PUBBLIKA TOTALI PPJANATA GĦALL-FAEG U L-FAEŻR SKONT IR-REGOLAMENT TAL-PAK 2023-2027.

TIPI TA’ INTERVENT Kontribuzzjoni tal-UE (EUR) Kofinanzjament nazzjonali* Nefqa pubblika totali (Kofinanzjament UE u nazzjonali) % bħala sehem tan-nefqa pubblika totali
Appoġġ permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew (FAEG)
BISS – Appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà (Art. 21-28) 96 697 483 142 mhux applikabbli 96 697 483 142 31%
CIS – Appoġġ akkoppjat għall-introjtu (Art. 32-35) 23 030 903 969 23 030 903 969 7%
CIS-YF – Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ (Art. 30) 3 407 403 394 3 407 403 394 1%
CRISS – Appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà (Art. 29) 20 094 247 101 20 094 247 101 7%
Ekoskema – Skemi għall-klima , l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (Art. 31) 44 712 639 715 44 712 639 715 15%
Qoton – Pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton (Art. 36-41)      
Total tal-pagamenti diretti – FAEG** 189 109 706 310 mhux applikabbli 189 109 706 310 62%
Apikultura (Art. 54-56) 285 607 172 324 387 287 609 994 458 0.2%
Żebbuġ (Art. 63-65) 218 729 300 mhux applikabbli 218 729 300 0.07%
Inbid (Art. 57-60) 4 142 887 347 4 142 887 347 1%
Ħops (Art. 61-62) 10 940 000 10 940000 0.004%
Frott u ħaxix (Art. 49-53) 4 142 887 347 4 142 887 347 1%
Setturi oħra (Art. 66-68) 110 171 983 110 171 983 0.04%
Appoġġ settorjali totali – FAEG (Art. 42-48) 8 915 271 473 324 387 287 9 239 658 760 3%
Appoġġ permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR)
AECC – relatata mal-ambjent/il-klima/it-trattament xieraq tal-annimali (Art. 70)
20 289 987 423 12 922 384 337 33 212 371 761 11%
ANC – Żoni b’restrizzjonijiet naturali (Art. 71) 10 598 347 767 8 117 856 724 18 716 204 491 6%
ASD – Żoni bi żvantaġġi speċifiċi (Art. 72) 501 286 959 329 170 180 830 457 139 0.3%
INV – Investimenti (Art.73 u 74) 18 433 062 578 12 945 827 188 31 378 889 766 10%
INSTAL – Stabbiliment tal-bdiewa u ta’ negozji ġodda (Art. 75) 3 411 775 402 1 763 146 568 5 174 921 970 2%
RISK – Għodod għall-ġestjoni tar-riskju (Art. 76) 2 731 774 898 1 859 749 688 4 591 524 586 1%
COOP – Kooperazzjoni (Art.77) 7 033 768 843 4 125 997 116 11 159 765 960 4%
KNOW – Għarfien u informazzjoni (Art.78) 1 134 104 929 939 153 317 2 073 258 246 0.7%
Assistenza teknika*** 1 864 585 916 mhux applikabbli 1 864 585 916 0.6%
Appoġġ totali permezz tal-FAEŻR – Żvilupp rurali 65 998 694 714 43 003 285 120 109 001 979 834 35%
Nefqa totali ppjanata tal-PAK 264 023 672 497 43 327 672 407 307 351 344 904  

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, it-28 Pjan Strateġiku tal-PAK approvat (2023-2027), Ġunju 2023.

*Il-kontribuzzjoni nazzjonali jew il-kofinanzjament ma jinkludux finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 146 tar-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK (CSP). Il-pagamenti għall-appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhumiex inklużi fis-CSPs. It-trasferimenti bejn il-fondi huma inklużi.

** Pagamenti diretti: Fir-rigward tal-Anness V aġġustat tar-Regolament CSP (it-total jinkludi l-prodott stmat tat-tnaqqis), fejn l-Istati Membri għamlu dik l-għażla, it-total jinkludi l-ammont stmat li jirriżulta mil-limitu massimu tal-ammonti mogħtija lill-bdiewa, u b’hekk it-total ippjanat tal-interventi kollha taħt il-pagamenti diretti huwa ogħla mill-ammont stabbilit fl-Anness V tar-Regolament dwar is-CSP, għalhekk id-differenza tikkorrispondi għal-limitu massimu; il-pagamenti għall-qoton mhumiex ippjanati bħala intervent u l-allokazzjonijiet tagħhom huma stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament dwar is-CSP.

*** Żvilupp Rurali: l-assistenza teknika ffinanzjata mill-fondi nazzjonali mhijiex inkluża; il-pagamenti għall-irtirar bikri, li hija miżura mill-perjodu 2007-2013 b’pagamenti massimi għal 15-il sena (madwar EUR 5 miljun b’kollox, inklużi EUR 2 miljun iffinanzjati mill-FAEŻR), mhumiex inklużi.

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

Il-Ftehimiet Interistituzzjonali tal-1988, tal-1993, tal-1999 u tal-2006 taw lill-Parlament Ewropew vuċi akbar dwar in-nefqa obbligatorja. Fl-2009, it-Trattat ta’ Liżbona ta lill-Parlament l-istess saħħa tal-Kunsill fuq il-baġit kollu tal-UE. In-negozjati twal dwar ir-regolament dwar il-qafas finanzjarju għall-2014-2020 wasslu għal ftehim f’Novembru 2013. Il-Parlament kiseb aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-intestaturi baġitarji, saħħaħ l-unità baġitarja, żgura l-użu immedjat mill-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet pendenti mill-baġit tal-2013 u żgura żieda fl-approprjazzjonijiet allokati taħt l-Intestatura 1 (kompetittività) (pożizzjoni tad-19 ta’ Novembru 2013 tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2013tal-Parlament Ewropew). Min-naħa tiegħu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tejjeb xi aspetti finanzjarji tas-sistema tal-PAK il-ġdida, wara l-aħħar trilogi li saru f’Settembru 2013.

L-ewwel proposta dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għal wara l-2020 ġiet ippreżentata fit-2 ta’ Mejju 2018. Dan l-abbozz ta’ baġit fit-tul ġie sostitwit f’Mejju 2020 mit-tieni proposta msaħħa mill-istrument Next GenerationEU sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jkunu jistgħu jgħinu aħjar biex tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal- 14 ta’ Novembru 2018, it-23 ta’ Lulju 2020 u s-17 ta’ Diċembru 2020.

Wara proċess twil ta’ negozjati bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, intlaħaq ftehim fis-17 ta’ Diċembru 2020.

F’Ġunju 2021, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni intitolata “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE”, li poġġiet l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żoni rurali fil-qalba tal-istrateġiji tal-UE. Il-Parlament adotta riżoluzzjoni fit-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE – Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040. Ir-riżoluzzjoni tirrikonoxxi r-rwol ewlieni taż-żoni rurali fl-indirizzar tal-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, tappoġġja l-iżvilupp ta’ patt rurali, tisħaq fuq l-importanza tal-mekkaniżmi ta’ verifika rurali u tissottolinja l-ħtieġa għal sinerġiji u koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE għal dawn it-territorji.

 

Vera Milicevic