ESDADEELENFRITNLPTFISV

Pat Cox
BG
CS
ET
HU
LT
LV
MT
PL
RO
SK
SL
TR

Pat Cox ilu membru tal-Parlament Ewropew mill-1989, bhala rapprezentant tal-kostitwenza ta' Munster fir-Repubblika ta' l-Irlanda. Qabel ma dahal fil-politika huwa hadem bhala lettur ta' l-ekonomija u bhala gurnalista u prezentatur fuq it-televizjoni Irlandiza. Iz-zewg karrieri kienu ta' fejda ghalih fil-qasam politiku.

Huwa kien l-ewwel elett President tal-Grupp Demoratiku Liberali Ewropew fl-1998 u mbaghad unanimament elett mill-gdid bhala president tal-grupp f'Gunju 1999 wara l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew. Id-Demokratici Liberali Ewropej huma t-tielet l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew u jlaqqghu flimkien Membri tal-Parlament Ewropew minn dsatax -il partit Demokratiku Liberali.

Pat Cox rawwem l-interess fil-politika fis-snin tieghu bhala student fi Trinity College, Dublin, minn fejn iggradwa fl-1974. Huwa lahaq lettur fl-ekonomija fl-Istitut ta' l-Amministrazzjoni Pubblika f'Dublin u fl-Universita' ta' Limerick (li qabel kienet l-NIHE, Limerick). F'dan iz-zmien huwa zviluppa interess qawwi fl-affarijiet Ewropej kif ukoll kurzita' u konvinzjoni dwar il-process ta' l-ghaqda Ewropea. Huwa ta sehmu fl-izvilupp ta' l-ewwel programm ta' studji Ewropej li qatt sar f'Universita' Irlandiza.

Fl-1982-1986 Cox hadem bhala reporter televiziv ghall-affarijiet kurrenti, prezentatur u gurnalista investigattiv fil-programm "Today Tonight". Huwa ghamel rapporti fuq stejjer politici u ekonomici Irlandizi u internazzjonali, fosthom dwar l-elezzjoni tal-President Amerikan, l-elezzjonijiet generali fl-ingilterra u fi Franza, u, bhala xandar ekonomiku, ta s-sehem tieghu fl-interpretazzjoni ta' grajjiet internazzjonali u ekonomici Irlandizi.

Wara l-formazzjoni tad-Demokratici Progressivi, Partit Liberali gdid, fi tmiem l-1985, Pat Cox inhatar bhala s-Segretarju generali fundatur taghhom. Din kienet l-ewwel esperjenza tieghu fil-politika nazzjonali mill-aspett ta' partit politiku. Wara li kien elett fil-Parlament Ewropew bhala Demokratiku Progressiv fl-1989, huwa kellu sehem ewlieni fl-innegozjar ta' programm ghall-gvern li wassal biex ghall-ewwel darba l-Partit ha sehem fi gvern ta' koalizzjoni nazzjonali fis-sajf ta' l-1969. F'Novembru 1992 huwa kien elett Membru tal-Parlament Irlandiz (Dail Eireann) ghall-kostitwenza ta' Cork South Central u matul dan iz-zmien kien il-kelliem tal-Partit ghall-Finanzi.

Fl-1994 kien elett mill-gdid b'success fil-Parlament Ewropew, din id-darba bhala Membru Indipendenti, u kien nominat biex ikun id-Deputat Mexxej tad-Demokratici Liberali Ewropej, pozizzjoni li fiha kien persunagg ewlieni fl-izvilupp tal-politika u ta' l-istrategija tal-Grupp, u mbaghad kien innominat ghall-Kumitat tal-Programm li fassal il-manifest elettorali ta' l-1999 ghad-Demokratici Liberali fl-Ewropa kollha. Dan il-Programm kien imbaghad adottat fil-Kungress tal-Partit Demokratiku Liberali Ewropew f'April 1999 f'Berlin. Fl-1998, meta kien hemm vakanza ghall-Presidenza tal-Grupp tal-PDLE, huwa kien elett unanimament ghal dik il-pozizzjoni.

F'isem id-Demokratici Liberali Ewropej Pat Cox sehaq hafna fuq il-kontabilita' ezekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Parlament Ewropew. Dan wassal biex f'Marzu 1999 kien hemm ir-rizenja tal-Kummissjoni Ewropea. Wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-1999 huwa kien elett mill-gdid ghall-post ta' President tal-Grupp PDLE. Pat Cox kien elett President tal-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2002. Pat Cox huwa mizzewweg b'sitt itfal u jqassam il-hin tieghu bejn il-familja f'Cork, il-kostitwenza f'Munster, Brussels u Strasburgu, is-siggijiet tal-Parlament Ewropew, u d-dinja Ewropea.