Il-Proċedura Baġitarja

Istituzzjonijiet involuti fil-proċedura:
  • Parlament Ewropew 
  • Kummissjoni Ewropea 
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea 
  1. Qabel l-1 ta' Settembru

    Deskrizzjoni qasira: Abbozz ta’ baġit

    1. Il-Kummissjoni Ewropea   tħejji l-abbozz ta' baġit  
    2. L-Abbozz ta' Baġit  jintbagħat lill-:   
      • Kunsill tal-Unjoni Ewropea   (magħmul minn 28 ministru nazzjonali )
      • Parlament Ewropew 

    Deskrizzjoni sħiħa: Abbozz ta’ baġit

    L-istituzzjonijiet kollha tal-UE jfasslu l-estimi tagħhom għall-abbozz ta’ baġit qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

    Il-Kummissjoni tikkonsolida dawn l-estimi u tħejji l-abbozz ta’ baġit annwali, li jitressaq lill-Parlament u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru.

  2. Qabel l-1 ta' Ottubru

    Deskrizzjoni qasira: Il-pożizzjoni tal-Kunsill

    •   Fil-Kunsill: Il-Pożizzjoni tal-Kunsill tintbagħat lill-Parlament
    • Fil-Parlament: Diskussjonijiet interni dwar l-abbozz ta' baġit. Il-konklużjoni tintbagħat lill-Kumitat għall-Baġits

    Deskrizzjoni sħiħa: Il-pożizzjoni tal-Kunsill

    Il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ baġit u jressaqha lill-Parlament qabel l-1 ta’ Ottubru, flimkien mar-raġunijiet għall-pożizzjoni tiegħu.

    Fl-istess ħin, il-kumitati parlamentari jiddiskutu l-abbozz ta’ baġit u jgħaddu l-opinjonijiet tagħhom lill-Kumitat għall-Baġits, li hu responsabbli għat-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament.

  3. Massimu 42 ġurnata

    Deskrizzjoni qasira: Il-pożizzjoni tal-Parlament

    1.   Kumitat għall-Baġits irid iħejji pożizzjoni għall-Parlament.    
    2.   Parlament Ewropew  jirċievi l-pożizzjoni tal-Kunsill u l-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Baġits.
    3. Il-Membri tal-PE jivvutaw dwar il-pożizzjoni mħejjija mill-Kumitat għall-Baġits u dwar l- Emendi .  
    4. Pożizzjoni tal-Parlament . Jekk il-Parlament jimmodifikah, l-abbozz jintbagħat lill-Kunsill     

    Deskrizzjoni sħiħa: Il-pożizzjoni tal-Parlament

    Il-Parlament għandu 42 jum li matulhom jew japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill, inkella, b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu, jemendaha. Il-MPE jivvutaw dwar l-opinjoni preparata mill-Kumitat għall-Baġits u dwar kull emenda mressqa, normalment matul sessjoni plenarja f’Ottubru.

    Jekk il-Parlament japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill, jew jonqos milli jiddikjara pożizzjoni, il-baġit jiġi adottat. Madankollu, il-Parlament normalment jadotta emendi u t-test emendat jiġi mgħoddi lill-Kunsill. F'dan il-każ, il-President tal-Parlament immedjatament ilaqqa' laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Il-Kumitat ma jiltaqax jekk il-Kunsill jinforma lill-Parlament fi żmien 10 ijiem li approva l-emendi kollha tiegħu.

  4. Massimu 21 ġurnata

    Deskrizzjoni qasira: Il-konċiljazzjoni

    1.   Kumitat ta' Konċiljazzjoni (magħmul minn 28 Rappreżentanti tal-Kunsill u 28 Rappreżentanti tal-PE ) irid jasal għal ftehim  
    2.   Test konġunt  

    Deskrizzjoni sħiħa: Il-konċiljazzjoni

    Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kompost minn rappreżentanti tal-Kunsill u ammont ugwali ta' membri li jirrappreżentaw lill-Parlament, għandu 21 jum biex jilħaq ftehim dwar it-test konġunt.

  5. 14 ġurnata mass

    Deskrizzjoni qasira: L-adozzjoni

    Jekk it-test konġunt jiġi kkonvalidat:   il-Parlament Ewropew  u l-   Kunsill tal-Unjoni Ewropea  jkollhom 14-il ġurnata biex japprovawh.

    Deskrizzjoni sħiħa: L-adozzjoni

    Jekk il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jaqbel dwar test konġunt, il-Parlament u l-Kunsill għandhom 14-il jum biex japprovawh. Il-President tal-Parlament imbagħad jiffirma l-baġit u jiddikjara li ġie adottat definittivament.

    Jekk il-proċedura ta’ konċiljazzjoni tfalli, jew jekk it-test konġunt jiġi rrifjutat mill-Parlament, il-Kummissjoni tressaq abbozz ta' baġit ġdid. Jekk it-test konġunt ikun irrifjutat mill-Kunsill, il-Parlament jista’ xorta jiddeċiedi li jadottah.