L-interpretazzjoni fil-Parlament Ewropew

Id-diversità tal-laqgħat

Il-Parlament Ewropew (PE) huwa differenti mill-istituzzjonijiet l-oħrajn minħabba d-diversità tal-laqgħat u s-suġġetti ttrattati, u minħabba l-fatt li l-laqgħat kollha huma multilingwi.

Il-lingwi użati jvarjaw skont it-tip ta' laqgħa u l-bżonnijiet reali tal-parteċipanti.

Fil-Parlament Ewropew japplika l-prinċipju tal-"multilingwiżmu integrali kkontrollat", sabiex jiġi rrispettat id-dritt tal-Membri li jużaw il-lingwa uffiċjali li jagħżlu huma fil-laqgħat kollha.

Id-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi tal-PE jipprovdi l-interpretazzjoni għal:

  • Sessjonijiet plenarji, dejjem f'24 lingwa, fi Brussell u fi Strasburgu;
  • Laqgħat tal-kumitati parlamentari, tad-delegazzjonijiet parlamentari, u tal-assembleji parlamentari konġunti mad-dinja kollha;
  • Laqgħat tal-gruppi politiċi;
  • Konferenzi tal-istampa;
  • Laqgħat tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet interni tal-Parlament (il-Bureau, il-Konferenza tal-Presidenti, il-Kwesturi eċċ.);
  • Laqgħat tal-Kumitat tar-Reġjuni;
  • Laqgħat tal-Qorti tal-Awdituri;
  • Laqgħat tal-Ombudsman Ewropew;
  • Laqgħat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;
  • Laqgħat taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni fil-Lussemburgu.

Huwa jipprovdi ukoll l-organizzazzjoni tal-laqgħat barra mit-tliet postijiet tax-xogħol, il-ġestjoni tas-swali u tal-persunal tekniku tal-konferenzi.

L-interpretazzjoni użata fil-Parlament Ewropew

Organizzazzjoni tax-xogħol tal-interpreti

Segwi l-interpreti tal-EP fuq:

Interpreti fuq ix-xogħol