Il-Parlament Ewropew għandu wieħed mill-akbar servizzi tal-interpretazzjoni fid-dinja. L-interpreti għandhom rwol importanti biex jiżguraw il-komunikazzjoni effettiva fl-Istituzzjoni unika li kuljum taħdem b'24 lingwa.

Fil-bidu, il-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kienu l-erba' lingwi tal-pajjiżi fundaturi: il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Olandiż u t- Taljan, li bejniethom joħolqu 12-il kombinazzjoni lingwistika possibbli.

Iż-żidiet fil-lingwi wara t-tkabbir:

    1973: l-Ingliż u d-Daniż (kif ukoll l-Irlandiż jew il-Gaeliku għat-traduzzjoni tal-att ta' adeżjoni tal-Irlanda u tat-testi fundamentali biss), għalhekk 4 + 2 = 6 lingwi uffiċjali u 30 kombinazzjoni lingwistika.

    1981: il-Grieg = 7 lingwi uffiċjali u 42 kombinazzjoni lingwistika.

    1986: l-Ispanjol u l-Portugiż = 9 lingwi uffiċjali u 72 kombinazzjoni lingwistika.

    1995: il-Finlandiż u s-Svediż = 11-il lingwa uffiċjali u 110 kombinazzjoni lingwistika.

    2004: l-Estonjan, l-Ungeriż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, iċ-Ċek, is-Slovakk u s-Sloven = 20 lingwa uffiċjali u 380 kombinazzjoni lingwistika.

    2007: ir-Rumen, il-Bulgaru u l-Irlandiż = 23 lingwa uffiċjali u 506 kombinazzjoni lingwistika.

    2013: il-Kroat= 24 lingwa uffiċjali u 552 kombinazzjoni lingwistika.

Minbarra l-lingwi uffiċjali, ta' spiss ikollna bżonn nużaw il-lingwi tal-pajjiżi kandidati, kif ukoll ir-Russu, iċ-Ċiniż, l-Għarbi, il-Ġappuniż, eċċ...

L-interpretazzjoni tippermetti lill-Membri tal-PE li jinftiehmu u li jikkomunikaw bejniethom.

    Il-lingwa attiva: il-lingwa li ssir l-interpretazzjoni fiha (il-lingwa li jisimgħu d-delegati).

    Il-lingwa passiva: il-lingwa li minnha ssir l-interpretazzjoni (il-lingwa li jitkellmu d-delegati).

    Pivot: interpretazzjoni relay mogħtija minn interpretu f'lingwi inqas użati.

    Retour: jintuża għal-lingwi l-inqas użati, l-interpretu jista' jinterpreta lejn il-lingwa attiva tiegħu, imma wkoll minnha lejn lingwi oħra.

Il-kombinazzjoni lingwistika ta' interpretu hija magħmula mit-total tal-lingwi passivi u l-lingwi attivi li għandu ħakma soda tagħhom.

Segwi l-interpreti tal-PE fuq:

Remote multilingual meetings

Speakers' connection guidelines for remote multilingual meetings

BG - ES - CS - DA - DE - ET - EL - EN - FR - GA - HR - IT - LV - LT - HU - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - FI - SV




Recommendations for remote speakers

BG - ES - CS - DA - DE - ET - EL - EN - FR - GA - HR - IT - LV - LT - HU - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - FI - SV

Best practices for working in multilingual meetings