Introduzzjoni

Kooperazzjoni mal-universitajiet

L-universitajiet li jħarrġu lill-interpreti huma l-aktar imsieħba importanti meta wieħed jasal biex jiżgura d-disponibbiltà u l-kwalità tal-interpreti mħarrġa. Għalkemm ir-responsabbiltà globali għat-taħriġ tal-interpreti taqa' fuq l-Istati Membri u l-Universitajiet, is-servizz tal-interpretazzjoni tal-PE jista' jipprovdi għajnuna għal dan il-ħidma importanti.

Fejn kors jissodisfa l-istandards meħtieġa u l-profil lingwistiku tal-istudenti jaqbel mal-bżonnijiet tar-reklutaġġ tal-Parlament, l-isforzi tal-universitajiet jistgħu jiġu appoġġjati billi jiġi pprovdut appoġġ pedagoġiku jew finanzjarju f'għamla ta' għotjiet.

Hemm firxa wiesgħa ta' miżuri li jfittxu għan wieħed - dak li l-aktar studenti li juru talent jiġu ppreparati għall-professjoni ta' interpretu tal-konferenzi.

L-attivitajiet attwali jinkludu:

  • il-klassijiet tal-masters virtwali u t-tagħlim elettroniku
  • il-parteċipazzjoni tal-interpreti funzjonarji b'esperjenza fl-eżamijiet finali
  • is-seminars għall-kapijiet u l-għalliema tal-korsijiet
  • l-għotjiet għall-organizzazzjoni ta' korsijiet post-grad fl-interpretar tal-konferenzi u l-proġetti mfassla bil-għan li jappoġġjaw it-taħriġ tal-interpreti
  • iż-żjarat tal-istudenti fil-Parlament Ewropew

L-interpreti b'esperjenza jistgħu wkoll jagħtu pariri dwar kwistjonijiet prattiċi lill-universitajiet li jkunu jixtiequ jtejbu l-programmi tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kompetenzi meħtieġa biex l-istudenti jgħaddu mill-eżami ta' akkreditazzjoni.