Rapporteur jinħatar fil-kumitat parlamentari responsabbli biex jabbozza rapport dwar proposti ta' natura leġiżlattiva jew baġitarja, jew kwistjonijiet oħra. Huma u jabbozzaw ir-rapport tagħhom, ir-rapporteurs jistgħu jikkonsultaw ma' esperti u ma' partijiet interessati rilevanti. Huma responsabbli wkoll għall-abbozzar ta' emendi ta' kompromess u għal negozjati ma' shadow rapporteurs. Ir-rapporti adottati fil-livell tal-kumitat imbagħad jiġu eżaminati u vvotati fil-plenarja. Artikolu 55
Għal kull rapport, kull grupp politiku jista' jaħtar shadow rapporteur biex isegwi l-progress u jinnegozja testi ta' kompromess mar-rapporteur. Artikolu 215
Il-kumitati jistgħu jabbozzaw opinjoni għal rapport ta' kumitat responsabbli, li tkopri l-elementi marbuta mal-mandat tal-kumitat tagħhom. Ir-rapporteurs għal opinjonijiet huma responsabbli wkoll għall-abbozzar ta' emendi ta' kompromess u għal negozjati ma' shadow rapporteurs. Artikolu 56, Artikolu 57, Anness VI
Kull grupp politiku jista' jaħtar shadow rapporteur għal opinjoni biex isegwi l-progress u jinnegozja testi ta' kompromess mar-rapporteur. Artikolu 215
Mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet jitressqu fuq kwistjonijiet topiċi, fuq talba ta' kumitat, ta' grupp politiku jew ta' mhux anqas minn 5 % tal-Membri, u ssir votazzjoni fuqhom fil-plenarja. Artikolu 132, Artikolu 136, Artikolu 139, Artikolu 144
Mistoqsijiet għal tweġiba orali b'dibattitu, indirizzati lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni, jistgħu jitressqu minn kumitat, minn grupp politiku jew minn mhux anqas minn 5% tal-Membri tal-Parlament. Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Il-Membri jistgħu jressqu spjegazzjoni bil-miktub tal-vot tagħhom fis-sessjoni plenarja. Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura
Il-Membri jistgħu jressqu għadd speċifiku ta' mistoqsijiet lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għal tweġiba bil-miktub. Artikolu 138 u Anness III tar-Regoli ta' Proċedura
**Dan l-istrument m'għadux jeżisti sa mis-16 ta' Jannar 2017**. Dikjarazzjoni bil-miktub kienet inizjattiva dwar kwistjoni li taqa' fil-kompetenza tal-UE. Il-Membri setgħu jsiru kofirmatarji tul perjodu ta' tliet xhur.
Id-dikjarazzjoni oriġinali ffirmata/datata ġiet arkivjata mill-Parlament Ewropew.